ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.126.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 126

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
28 ta' April 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 126/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 118, 21.4.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 126/02

Kawża C-524/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 296 sa 298 — Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa — Perċentwali fiss ta’ kumpens b’rata żero)

2

2012/C 126/03

Kawża C-596/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel)

2

2012/C 126/04

Kawża C-251/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Rennes — Franza) — Martial Huet vs Université de Bretagne Occidentale (Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar xogħol għal żmien determinat — Klawżola 5(1) — Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ tali kuntratti — Trasformazzjoni tal-aħħar kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat — Obbligu li jiġu riprodotti b’mod identiku l-klawżoli prinċipali tal-aħħar kuntratt għal żmien determinat)

3

2012/C 126/05

Kawża C-227/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tat-tariffa — Analizzaturi ta’ netwerk — Klassifikazzjoni — Valur legali ta’ opinjoni ta’ klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana)

3

2012/C 126/06

Kawża C-16/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija) fit-13 ta’ Jannar 2012 — HERMES Hitel és Faktor Zrt. vs Nemzeti Földalapkezelő Szervezet

4

2012/C 126/07

Kawża C-33/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-24 ta’ Jannar 2012 — Körös-Vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

4

2012/C 126/08

Kawża C-38/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nyíregyházi Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Jannar 2012 — Felső-Tisza-vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

4

2012/C 126/09

Kawża C-64/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Frar 2012 — A. Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali Firma Anton Schlecker, parti l-oħra: Boedeker

5

2012/C 126/10

Kawża C-65/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Frar 2012 — Leidseplein Beheer BV et, partijiet oħra: Red Bull GmbH et

5

2012/C 126/11

Kawża C-79/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (Ir-Rumanija) fl-14 ta’ Frar 2012 — SC Mora IPR SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Județeană pentru Accize și Operațiuni Vamale Sibiu

6

2012/C 126/12

Kawża C-81/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (Ir-Rumanija) fl-14 ta’ Frar 2012 — Asociația ACCEPT vs Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării

6

2012/C 126/13

Kawża C-83/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Minh Khoa Vo

7

2012/C 126/14

Kawża C-88/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Roermond (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Jibril Jaoo

7

2012/C 126/15

Kawża C-90/12: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

7

2012/C 126/16

Kawża C-97/12: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 minn Louis Vuitton Malletier kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-237/10 — Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Friis Group International ApS

8

2012/C 126/17

Kawża C-98/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Frar 2012 — Wim J. J. Slot vs 3 H Camping-Center Heinsberg GmbH

9

2012/C 126/18

Kawża C-127/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

9

2012/C 126/19

Kawża C-135/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

10

2012/C 126/20

Kawżi magħquda C-328/10 sa C-333/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza — l-Italja) — Enipower SpA (C-328/10), ENI SpA (C-329/10), Edison Trading SpA (C-330/10), E.On Produzione SpA (C-331/10), Edipower SpA (C-332/10), E.On Energy Trading SpA (C-333/10) vs Autorità per l’energia elettrica e il gás (C-328/10 sa C-333/10), Cassa Conguaglio per il Settore Elettrico (C-329/10) fil-preżenza ta’: Terna Rete Elettrica Nazionale SpA (C-328/10, C-329/10, C-331/10 u C-332/10), Ministero dello Sviluppo Economico (C-328/10 u C-329/10), Gestore dei Servizi Elettrici SpA (C-331/10)

10

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 126/21

Kawża T-192/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Comité de défense de la viticulture charentaise vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju — Portata tal-ilment — Kompetenza tal-awtur tal-att — Obbligu ta’ motivazzjoni)

11

2012/C 126/22

Kawża T-288/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Cadila Healthcare vs UASI — Novartis (ZYDUS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZYDUS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZIMBUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

11

2012/C 126/23

Kawża T-379/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Mustang vs UASI — Decathlon (Linja mmewwġa) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw linja mgħawwġa bajda fuq sfond iswed — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

12

2012/C 126/24

Kawża T-391/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Bini ta’ vapuri — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Użu abbużiv mill-għajnuna)

12

2012/C 126/25

Kawża T-450/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Coverpla vs UASI — Heinz-Glas (Flixkun) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta flixkun — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Żvelar tad-disinn preċedenti — Nuqqas ta’ novità — Artikoli 5 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

13

2012/C 126/26

Kawża T-236/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni ta’ żvilupp, ta’ studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni — Ċaħda tal-offerti ta’ offerenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trattament ugwali — Trasparenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

13

2012/C 126/27

Kawża T-32/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Ella Valley Vineyards vs UASI — HFP (ELLA VALLEY VINEYARDS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ELLA VALLEY VINEYARDS — Trade marks nazzjonali u Komunitarja preċedenti ELLE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà li ssir assoċjazzjoni — Rabta bejn is-sinjali — Reputazzjoni — Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2012/C 126/28

Kawża T-172/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Colas vs UASI — García-Teresa Gárate u Bouffard Vicente (BASE-SEAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASE-SEAL — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw forma ta’ djamant — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti COLAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2012/C 126/29

Kawża T-417/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Cortés del Valle López vs UASI (¡Que buenu ye! HIJOPUTA) (Trade mark Komuniatarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komuniatarja figurattiva ¡Que buenu ye! HIJOPUTA — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità — Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009)

15

2012/C 126/30

Kawżi magħquda T-441/10 P sa T-443/10 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2012 — Kurrer et vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Klassifikazzjoni fi grad — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad matul ir-reklutaġġ — Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ trattament ugwali)

15

2012/C 126/31

Kawża T-207/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — EyeSense vs UASI — Osypka Medical (ISENSE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ISENSE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EyeSense — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

15

2012/C 126/32

Kawża T-127/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012 — Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) Nru 881/2002 — Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Rabta kawżali — Assenza)

16

2012/C 126/33

Kawża T-153/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni (Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni bil-kulur immuntat fit-Turkija — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet a posteriori u għal maħfra tad-dazji — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/91 — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni — Annullament mill-qorti nazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jordnaw id-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2012/C 126/34

Kawża T-573/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Octapharma Pharmaeutika vs Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Emendi fil-fajl permanenti tal-plażma (DPP) — Tariffi dovuti lil-EMA — Att li jikkawża preġudizzju — Att purament konfermattiv — Inammissibbiltà manifesta)

17

2012/C 126/35

Kawża T-126/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Rimbors tal-ispejjeż mediċi — Att li jikkawża preġudizzju — Rifjut impliċitu — Obbligu ta’ motivazzjoni — Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

17

2012/C 126/36

Kawża T-183/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2012 — MIP Metro vs UASI — Jacinto (My Little Bear) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Skadenza tat-trade mark nazzjonali preċedenti — Tmiem tas-suġġett tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2012/C 126/37

Kawża T-531/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — Hamas vs Il-Kunsill

18

2012/C 126/38

Kawża T-84/12: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2012 — Uspaskich vs Il-Parlament

19

2012/C 126/39

Kawża T-89/12: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2012 — Repsol YPF vs UASI — Ajuntament de Roses (R)

19

2012/C 126/40

Kawża T-91/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

20

2012/C 126/41

Kawża T-92/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Gas vs UASI — Grotto (GAS)

21

2012/C 126/42

Kawża T-93/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Gas vs UASI — Grotto (BLUE JEANS GAS)

21

2012/C 126/43

Kawża T-95/12 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2012 minn Willem Stols kontra s-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-51/08 RENV, Stols vs Il-Kunsill

22

2012/C 126/44

Kawża T-109/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

23

2012/C 126/45

Kawża T-110/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2012 — Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

23

2012/C 126/46

Kawża T-111/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

24

2012/C 126/47

Kawża T-116/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2012 — Tioxide Europe et vs Il-Kunsill

25

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 126/48

Kawża F-11/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — Bouillez et vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2010 — Rifjut ta’ promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti ta’ uffiċjali fil-grupp ta’ funzjonijiet AST skont il-mixja tal-karriera tagħhom — Obbligu għal istituzzjoni li tħalli mhux applikata dispożizzjoni ta’ implementazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ivvizzjata b’illegalità)

26

2012/C 126/49

Kawża F-23/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — AY vs Il-Kunsill (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2010 — Eżami komparattiv tal-merti — Nuqqas milli jittieħed inkunsiderazzjoni t-taħriġ ulterjuri u ċ-ċertifikazzjoni — Żball ta’ liġi)

26

2012/C 126/50

Kawża F-3/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Frar 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Inċident — Talba għall-inklużjoni ta’ dokument fil-fajl tal-inċident — Ċaħda — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta)

27

2012/C 126/51

Kawża F-31/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2012 — BI vs Cedefop (Servizz Pubbliku — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Lingwa taċ-ċaħda tal-ilment)

27

2012/C 126/52

Kawża F-102/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

27

2012/C 126/53

Kawża F-47/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Frar 2012 — Zur Oven-Krockhaus vs Il-Kummissjoni

28

2012/C 126/54

Kawża F-53/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Jannar 2012 — Kedzierski vs Il-Kummissjoni

28

2012/C 126/55

Kawża F-96/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Frar 2012 — Makaronidis vs Il-Kummissjoni

28

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/1


2012/C 126/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 118, 21.4.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 109, 14.4.2012

ĠU C 89, 24.3.2012

ĠU C 80, 17.3.2012

ĠU C 73, 10.3.2012

ĠU C 65, 3.3.2012

ĠU C 58, 25.2.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-524/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 296 sa 298 - Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa - Perċentwali fiss ta’ kumpens b’rata żero)

2012/C 126/02

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u R. Laires, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 296 sa 298 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Skema b’rata fissa intiża sabiex tikkumpensa l-piż tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi mill-bdiewa b’rata fissa — Perċentwali fiss ta’ kumpens b’rata żero.

Dispożittiv

(1)

Billi applikat fil-konfront tal-bdiewa skema partikolari li ma tosservax l-iskema stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud peress li teżentahom mill-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud u tinkludi l-applikazzjoni ta’ perċentwali fiss ta’ kumpens b’rata żero, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 296 sa 298 tal-imsemmija direttiva.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-596/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel)

2012/C 126/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, J. — S. Pilczer u B. Beaupère-Manokha, aġenti)

Intervenjenti: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent u N. Travers u de G. Clohessy, barristers)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 sa 99 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini, b’mod partikolari maż-żwiemel.

Dispożittiv

(1)

Billi applikat rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għat-tranżazzjonijiet mabuta mal-ekwini u, b’mod partikolari, maż-żwiemel, meta dawn tal-aħħar ma jkunux normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni tal-ikel jew fil-produzzjoni agrikola, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 99 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din tal-aħħar.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Rennes — Franza) — Martial Huet vs Université de Bretagne Occidentale

(Kawża C-251/11) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar xogħol għal żmien determinat - Klawżola 5(1) - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ tali kuntratti - Trasformazzjoni tal-aħħar kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Obbligu li jiġu riprodotti b’mod identiku l-klawżoli prinċipali tal-aħħar kuntratt għal żmien determinat)

2012/C 126/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martial Huet

Konvenuta: Université de Bretagne Occidentale

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Rennes — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fis-settur pubbliku — Obbligu li jiġu riprodotti b’mod identiku l-klawżoli prinċipali inklużi fl-aħħar kuntratt għal żmien determinat fil-każ ta’ bidla f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ projbizzjoni ta’ nuqqas tal-livell ta’ protezzjoni preċedenti

Dispożittiv

Il-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru, li jipprovdi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu t-trasformazzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat fil-każ fejn il-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ikunu laħqu tul partikolari, ma huwiex marbut jimponi, fil-kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat, ir-riproduzzjoni identika tal-klawżoli prinċipali inklużi fil-kuntratti preċedenti. Madankollu, sabiex ma jippreġudikax l-għanijiet imħaddna mid-Direttiva 1999/70 u l-effett utli tagħha, dan l-Istat Membru għandu jiżgura li t-trasformazzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat ma tinkludix modifiki sostanzjali tal-klawżoli tal-kuntratt preċedenti li, b’mod ġenerali, ikunu sfavorevoli għall-persuna kkonċernata meta l-għan tal-missjoni tagħha u n-natura tal-funzjonijiet tagħha jibqgħu l-istess.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

(Kawża C-227/11) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Tariffa Doganali Komuni - Intestaturi tat-tariffa - Analizzaturi ta’ netwerk - Klassifikazzjoni - Valur legali ta’ opinjoni ta’ klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana)

2012/C 126/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Danzas Air & Ocean (Netherlands) BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Haarlem — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2005, tal-20 ta’ Jannar 2005, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 955/98 (ĠU 2008 L 348M, p. 49) — Analizzaturi ta’ netwerk

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, u permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, rispettivament, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-analizzaturi tan-netwerk bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9030 40 90 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1810/2004, jew fis-subintestatura 9030 40 00 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1719/2005, skont id-data tal- importazzjoni tagħhom, sakemm dawn l-apparati għandhom l-istess għan li jħaddmu miżuri jew kontrolli ta’ kwantitajiet elettriċi, fatt li hija qorti nazzjonali li għandha tiddetermina. Alternattivament, dawn l-apparati għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 9031 80 39 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament Nru 1810/2004, jew fis-subintestatura 9031 80 38 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata mir-Regolament Nru 1719/2005, skont id-data tal-importazzjoni tagħhom.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija) fit-13 ta’ Jannar 2012 — HERMES Hitel és Faktor Zrt. vs Nemzeti Földalapkezelő Szervezet

(Kawża C-16/12)

2012/C 126/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HERMES Hitel és Faktor Zrt

Konvenut: Nemzeti Földalapkezelő Szervezet

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettativi leġittimi, ikkunsidrat bħala prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-prinċipju jostakola Stat Membru milli joħloq dispożizzjoni legali li temenda, bi preġudizzjoni għall-parti l-oħra fil-kuntratt, il-kontenut ta’ kuntratt li l-imsemmi Stat ikkonkluda bħala proprjetarju, sa fejn din id-dispożizzjoni l-ġdida tikkwalifika l-oġġett ta’ dan il-kuntratt bħala beni extra commercium, u dan iqiegħed lill-imsemmija parti l-oħra fil-kuntratt fl-impossibbilità li teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt inkwistjoni?

(2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu, skont il-prinċipju ta’ lealtà Komunitarja stabbilit fl-Artikolu 4(3)TUE u fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li twarrab id-dispożizzjoni legali nazzjonali li tikkwalifika l-oġġett tal-kuntratt bħala beni extra commercium, u li tikkwalifikaha hija stess bħala beni in commercium, minkejja dispożizzjonijiet kuntrarji għad-dispożizzjoni legali nazzjonali?


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-24 ta’ Jannar 2012 — Körös-Vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-33/12)

2012/C 126/07

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Körös-Vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság

Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Domandi preliminari

Meta tintuża bħala mergħa permanenti, diga għandha titqies bħala art agrikola skont it-tifsira tal-Artikolu 143b(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (1), anki jekk l-użu prinċipali tagħha ma huwiex għal skopijiet agrikoli iżda sservi wkoll għall-immaniġġjar tal-ilma u għall-protezzjoni kontra l-għargħar?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nyíregyházi Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Jannar 2012 — Felső-Tisza-vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

(Kawża C-38/12)

2012/C 126/08

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Nyíregyházi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Felső-Tisza-vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság

Konvenuti: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Domandi preliminari

(1)

Il-paragrafi (4) u (5) tal-Artikolu 143(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għal dak li jirrigwarda s-sena 2008, jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont iż-żona, iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewopew dwar Garanzija, is-sisien u d-digi għall-protezzjoni kontra l-għargħar (sisien) fil-każ ukoll fejn, sew jekk tkun fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 sew jekk iktar tard, il-ħaxix li jitkabbar kien ġie sistematikament miżmum għall-ħsad jew għall-mergħa, u fejn l-imsemmija sisien jikkostitwixxu żona miżmuma f’kundizzjonijiet agronomiċi tajbin?

(2)

Il-paragrafi (4) u (5) tal-Artikolu 143(b) tar-Regolament Nru 1782/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna taż-żona żoni li l-użu tagħhom għall-għan agrikolu huwa sekondarju?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Frar 2012 — A. Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker”, parti l-oħra: Boedeker

(Kawża C-64/12)

2012/C 126/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A. Schlecker, li qed jaġixxi taħt l-isem kummerċjali “Firma Anton Schlecker”

Konvenuta: M.J. Boedeker

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1) għandu jiġu interpretat fis-sens li jekk ħaddiem iwettaq ix-xogħol ipprovdut fil-kuntratt ta’ xogħol mhux biss abitwalment, iżda wkoll għal perijodu twil mingħajr interruzzjoni fl-istess pajjiż, il-liġi ta’ dan il-pajjiż għandha tapplika f’kull każ, anki jekk iċ-ċirkustanzi l-oħra kollha jindikaw rabta stretta bejn il-kuntratt ta’ xogħol u pajjiż ieħor?

(2)

Risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda teżiġi li, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, jew minn tal-inqas, meta jibda jwettaq xogħlu l-ħaddiem, il-persuna li timpjega u l-ħaddiem kellhom l-intenzjoni,, jew minn tal-inqas, għarfien tal-fatt li x-xogħol ser jitwettaq fl-istess pajjiż għal perijodu twil u mingħajr interruzzjoni?


(1)  Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10)


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Frar 2012 — Leidseplein Beheer BV et, partijiet oħra: Red Bull GmbH et

(Kawża C-65/12)

2012/C 126/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:

 

Leidseplein Beheer BV

 

H.J.M. de Vries

Konvenuti:

 

Red Bull GmBH

 

Red Bull Nederland BV

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 89/104/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ wkoll ikun hemm raġuni valida, skont din id-dispożizzjoni, meta s-sinjal identiku jew simili għat-trade mark b’reputazzjoni jkun diġà ntuża in bona fide mit-terz jew mit-terzi inkwistjoni, qabel ma din it-trade mark tkun ġiet irreġistrata?


(1)  L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 92)


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (Ir-Rumanija) fl-14 ta’ Frar 2012 — SC Mora IPR SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Județeană pentru Accize și Operațiuni Vamale Sibiu

(Kawża C-79/12)

2012/C 126/11

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia (Rumanija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Mora IPR SRL

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu u Direcția Județeană pentru Accize și Operațiuni Vamale Sibiu

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 211 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-impożizzjoni ta’ kundizzjoni addizzjonali (bħall-akkwist, matul perijodu determinat, ta’ ċertifikat ta’ ħlas differit, skont kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ ordni tal-ministru tal-ekonomija u tal-finanzi), u dan minbarra l-kundizzjoni li tirrigwarda l-entrati fid-dikjarazzjoni tal-VAT, li tkun tinkombi lil dawk il-persuni taxxabbli li ma humiex suġġetti għall-VAT dovuta fuq l-importazzjoni lill-awtoritajiet doganali?

(2)

L-Artikoli 26(2), 28, 30 u 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu interventi leġiżlattivi ripetuti, bħal dawk previsti fil-punti 1 u 2 tad-Digriet Liġi Nru 22, tat-28 ta’ Marzu 2007, kif ukoll fil-punt 69 tad-Digriet Liġi Nru 106 tal-4 ta’ Ottubru 2007, li jemendaw l-Artikolu 157(4) tal-kodiċi fiskali Rumen fis-sens li huma biss xi wħud mill-persuni suġġetti għall-VAT (dawk li wettqu jew li huma kkunsidrati li wettqu l-importazzjoni qabel il-15 ta’ April 2007 u li kisbu ċertifikati ta’ ħlas differit), fost dawk li jinsabu f’sitwazzjonijiet identiċi (li għandhom fil-pussess tagħhom oġġetti importati temporanjament matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni), li huma awtorizzati li ma jħallsux il-VAT lid-dwana?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (Ir-Rumanija) fl-14 ta’ Frar 2012 — Asociația ACCEPT vs Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării

(Kawża C-81/12)

2012/C 126/12

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociația ACCEPT

Konvenut: Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) huma applikabbli meta azzjonist ta’ klabb tal-futbol, li jippreżenta lilu nnifsu, u jitqies fil-mezzi tax-xandir u fis-soċjetà, bħala id-direttur prinċipali (“patron”) tal-imsemmi klabb tal-futbol, jiddikjara fil-mezzi tax-xandir li:

“Anki jekk inxolji l-iSteaua, jien mhux ser naċċetta omosesswali fit-tim. Ix-xniegħat huma xniegħat, iżda kif setgħet tinkiteb ukoll jekk ma tkunx vera u saħansitra fl-ewwel paġna. Forsi ma huwiex omosesswali. Iżda jekk fil-fatt huwa? […]. Fil-familja tiegħi ma rridux ikollna x’naqsmu mal-omosesswali u l-iSteaua hija l-familja tiegħi. Pjuttost milli jkolli omosesswali, nippreferi li nilagħbu bi plejer mit-tim taż-żgħar. Għalija din ma hijiex diskriminazzjoni. Ħadd ma jista’ jobbligani naħdem ma’ ħaddieħor. Jien ukoll għandi d-dritt li naħdem ma’ min irrid, hekk kif huma ukoll għandhom drittijiet.”

“Anki jekk inxolji l-iSteaua, jien mhux ser naċċetta omosesswali fit-tim! Forsi ma huwiex omosesswali. Iżda jekk fil-fatt huwa? Fil-familja tiegħi ma rridux ikollna x’naqsmu mal-omosesswali u l-iSteaua hija l-familja tiegħi. Pjuttost milli jkolli omosesswali fil-grawnd, nippreferi li nilagħbu bi plejer mit-tim taż-żgħar. Għalija din ma hijiex diskriminazzjoni. Ħadd ma jista’ jobbligani naħdem ma’ ħaddieħor. Jien ukoll għandi d-dritt li naħdem ma’ min irrid, hekk kif huma ukoll għandhom drittijiet. Anki jekk waqt ħolma Alla jiggarantili 100% li X ma huwiex omosesswali, xorta ma naċċettahx! Il-gazzetti kitbu wisq dwar il-fatt li huwa omosesswali. Anki jekk is-CSKA tagħtihuli b’xejn jien ma naċċettahx! Jista jkun l-ikbar ġellied, l-ikbar alkoħoliku … jekk huwa omosesswali, jien ma rridx naf bih.”

(2)

L-istqarrijiet imsemmija iktar ’il fuq sa fejn jistgħu jiġu deskritti bħala “fatti li minnhom wieħed jista’ jippresumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta” skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva Tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, fir-rigward tal-konvenut KS Fotbal Club Steaua București SA?

(3)

Sa fejn ikun hemm jew le kwistjoni ta’ “probatio diabolica” jekk ikun hemm inverżjoni tal-oneru tal-prova, skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva Tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u l-konvenut KS Fotbal Club Steaua București S.A. jintalab jipproduċi prova tal-fatt li ma kien hemm ebda ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali, b’mod partikolari, li jipproduċi prova li l-orjentazzjoni sesswali ma għandha l-ebda influwenza fuq ir-reklutaġġ?

(4)

L-impossibbiltà li tiġi imposta sanzjoni fil-forma ta’ multa f’każijiet ta’ diskriminazzjoni fl-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 6 xhur mid-data ta’ meta seħħew il-fatti, skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 2/2001 dwar il-qafas ġuridiku ta’ kontravenzjonijiet, tmur kontra l-Artikolu 17 tad-Direttiva Tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, fis-sens li s-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi f’każijiet ta’ diskriminazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 4 p. 79


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Minh Khoa Vo

(Kawża C-83/12)

2012/C 126/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Minh Khoa Vo

Parti oħra: Il-Generalbundesanwalt tal-Bundesgerichtshof

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-annullament ta’ viża uniformi mal-Artikoli 21 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jrendu l-għajnuna għall-immigrazzjoni illegali suġġetta għal sanzjonijiet kriminali f’każijiet fejn il-persuni inkwistjoni jkollhom viża, iżda jkunu kisbuha b’qerq, billi qarrqu bl-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward tal-għan veru tal-vjaġġ tagħhom?


(1)  ĠU L 243, 15.09.2009, p. 1.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Roermond (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Jibril Jaoo

(Kawża C-88/12)

2012/C 126/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Roermond

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jibril Jaoo

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4.17a tal-Vreemdelingenbesluit 2000 (digriet 2000 dwar il-barranin) jikser il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri u tal-kontrolli li jixbhu lill-kontrolli fil-fruntieri, kif previst fl-Artikoli 20 u 21 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (1)?

(2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, dawn l-artikoli jistgħu jiġu wkoll invokati miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew mill-persuni li ma għandhomx titolu ta’ residenza fi Stat Membru tal-Unjoni?


(1)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1)


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/7


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-90/12)

2012/C 126/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddeċiedi li, billi ma adottatx il-miżuri xierqa neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (1), u fi kwalunkwe każ billi ma nfurmatx lill-Kummissjoni b’tali miżuri, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-artikoli msemmija tad-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 847/2004 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw “d-distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku fost it-trasportaturi bl-ajru [tal-Unjoni Ewropea] eliġibbli fuq il-bażi ta’ proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament, l-Istati Membri huma obbligati li jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar il-proċeduri għall-finijiet tal-Artikolu 5. Il-Kummissjoni tippubblika dawn il-proċeduri fil-Ġurnal Uffiċjali. It-twettiq tal-proċeduri msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet jiddependi mill-adozzjoni ta’ regolament xieraq ta’ implementazzjoni mill-ministru responsabbli għall-affarijiet tat-trasport. Dan ir-regolament kien għadu ma ġiex adottat meta ġie ppreżentat dan ir-rikors u fi kwalunkwe każ l-awtoritajiet Pollakki ma kinux infurmaw lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni assumiet li t-twettiq tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 847/2004 u n-notifika xierqa tal-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 6 tar-Regolament ma humiex possibbli, minħabba n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet xierqa fil-liġi Pollakka.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 193.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/8


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 minn Louis Vuitton Malletier kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-237/10 — Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Friis Group International ApS

(Kawża C-97/12)

2012/C 126/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Louis Vuitton Malletier (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto, E. Gavuzzi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Friis Group International ApS

Talbiet tal-appellant

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata sa fejn ċaħdet l-appell ippreżentat mill-appellanti kontra s-sentenza appellata u b’hekk tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell sa fejn iddikjarat li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Nru 3693116 bħala invalida għal “apparat u strumenti ottiċi, inklużi nuċċalijiet, nuċċalijiet tax-xemx u l-kaxxi tan-nuċċalijiet” fil-klassi 9, “kaxxi għall-ġojjelli magħmula minn metalli prezzjużi, il-ligi tagħhom jew miksija bihom” fil-klassi 14, u “basktijiet tal-ivvjaġġar, settijiet tal-ivvjaġġar (prodotti magħmulin mill-ġilda), bagolli u bagalji, basktijiet għall-ħwejjeġ għall-ivvjaġġar, vanity cases, rucksacks, shoulder bats, handbags, valiġetti, valiġetti għad-dokumenti u briefcases tal-ġilda, pouches, kartieri, portmonijiet, kaxxi għaċ-ċwievet, kaxxi għall-karti tal-logħob” fil-klassi 18;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż li saru minn Louis Vuitton Malletier S.A. matul din il-kawża;

tikkundanna lil Friis goup International ApS għall-ispejjeż sostnuti minn Louis Vuitton Malletier S.A. matul din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell għandu l-għan li juri li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(l)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi jsostni li r-raġuni assoluta għal rifjut prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva Nru 3693116 (imsejħa “FERMOIR S”) fir-rigward tal-prodotti kollha li tkopri fil-klassijiet 9, 14 u 18, ħlief għal “ġojjelli, inklużi ċrieket, ktajjen għaċ-ċwievet, bokkli u msielet, buttuni tal-pulzieri, brazzuletti, biġutterija, labar li jintlibsu mal-ħwejjeġ tan-nisa, ġiżirajjen, labar għall-ingravata, ornamenti, medaljuni; arloġġi u strumenti u apparat kronometriċi, inklużi arloġġi tal-idejn, kaxxetti għall-arloġġi tal-idejn, żveljarini; għodda għat-tiksir tal-ġewż magħmula b’metall prezzjuż, il-ligi tagħhom jew miksija bihom, gandlieri magħmula b’metall prezzjuż, il-ligi tagħhom jew miksija bihom” fil-klassi 14 u “ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda” u “umbrellel” fil-klassi 18.

L-ewwelnett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta applikat il-ġurisprudenza dwar it-trade marks f’forma tridimensjonali għall-kawża preżenti (mill-inqas fir-rigward tal-maġġoranza tal-prodotti koperti mit-trade mark kkontestata) u għalhekk ħolqot rekwiżit legali għall-karattru distintiv li l-“FERMOIR S”“tmur lil hinn min-norma u mid-drawwiet tas-settur”, li huwa livell ogħla minn dak ġenerali (jiġifieri, il-“karattru distintiv minimu”)

Fil-fatt, il-ġurisprudenza turi b’mod ċar li, l-applikazzjoni ta’ limitu li “b’mod sinjifikattiv [i]mur lil hinn”, minn dak oriġinarjament imfassal għall-trade marks f’forma tridimensjonali biss, is-sinjal rilevanti għandu jkun inekwivokabbilment relatat mal-prodotti kkonċernati, li jfisser li dak is-sinjal għandu jikkonsisti, u jiġi pperċepit mill-konsumaturi bħala, rappreżentazzjoni fidila jew tal-prodott kollu jew ta’ waħda mill-partijiet prinċipali tiegħu, immedjatament rikonoxxibbli bħala tali.

B’kuntrast, il-Qorti Ġenerali qieset li kull sinjal li jirrappreżenta l-forma ta’ parti ta’ prodott huwa suġġett għall-prinċipji stabbiliti inkonnessjoni ma’ trade marks f’forma tridimensjonali sakemm dan ikun assolutament impossibbli li dan is-sinjal jitqies kunċettwalment bħala parti mill-prodotti li huma koperti. Minn dan jirriżulta, li minflok tistaqsi jekk it-trade mark ikkontestata tistax tiġi pperċepita mill-pubbliku bħala parti essenzjali mill-prodotti li hija tkopri, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha sabiex tistabbilixxi jekk din it-trade mark tistax teoretikament tintuża bħala mekkaniżmu tal-għeluq għall-prodotti fil-klassijiet 9, 14, u 18.

It-tieni nett, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta evalwat il-validità tal-marka kkontestata fir-rigward ta’ dawk l-prodotti li setgħu jinkludu mekkaniżmu ta’ għeluq, bi ksur tar-regoli li jikkonċernaw l-oneru tal-prova u b’distorsjoni tas-sens ċar tal-provi.

B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti importanza suffiċjenti lill-preżunzjoni ta’ validità mogħtija għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji billi obbligat lill-appellanti “tipprovdi informazzjoni speċifika u sostanzjata li turi li t-trade mark mitluba għandha karattru distintiv inerenti” u b’hekk l-oneru tal-prova tal-invalidità tat-trade mark kkontestata ma baqax fuq Friis.

Għar-raġunijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, sa fejn hija laqgħet parzjalment id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 Frar 2010, fil-Każ R 1590/2008-1 li kienet iddikjarat it-trade mark kkontestata bħala invalida għall-prodotti li tkopri fil-klassijiet 9, 14 u 18.


(1)  ĠU L 11, p. 1


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Frar 2012 — Wim J. J. Slot vs 3 H Camping-Center Heinsberg GmbH

(Kawża C-98/12)

2012/C 126/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wim J. J. Slot

Konvenuta: 3 H Camping-Center Heinsberg GmbH.

Domandi preliminari

(1)

Is-sitwazzjoni fejn negozjant jimmira l-attività tiegħu lejn Stat Membru ieħor permezz tat-tfassil tas-sit internet tiegħu, konsumatur li għandu d-domiċilju fit-territorju tal-imsemmi Stat imur fil-post fejn huwa stabbilit tali negozjant billi jsegwi l-informazzjoni pprovduta fis-sit internet, u hemmhekk il-partijiet jiffirmaw il-kuntratt, għandha tiġi kklassifikata bħala “kuntratti konklużi mill-konsumaturi” fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1),

jew

l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jeżiġi, f’dan il-każ, il-konklużjoni ta’ kuntratt skont ir-regoli applikabbli għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod?

(2)

Jekk l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tali każ, il-kuntratt għandu, fil-prinċipju, jiġi konkluż skont ir-regoli applikabbli għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod:

Il-ġurisidizzjoni tal-qorti fejn għandu d-domiċilju l-konsumatur prevista mill-Artikolu 15(1)(ċ) flimkien mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 tinkiseb meta l-partijiet kontraenti jikkonkludu, skont ir-regoli applikabbli għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod, kuntratt preliminari, li sussegwentement iwassal direttament għall-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/9


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-127/12)

2012/C 126/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 21 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u taħt l-Artikoli 28 u 40 tat-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) meta introduċa differenzi, fit-trattament fiskali applikat fir-rigward tad-donazzjonijiet u tas-suċċessjonijiet, bejn l-aventi kawża u d-donaturi residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; bejn il-predeċessuri fid-dritt residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; u bejn id-donazzjonijiet u dispożizzjonijiet simili ta’ beni immobbli li jinsabu ġewwa u barra minn Spanja.

tikkundanna lir-Renju tas-Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

Fi Spanja, it-taxxa fuq is-suċċessjonijet u d-donazzjonijiet hija taxxa Statali li r-regolazzjoni bażika tagħha sseħħ permezz tal-Liġi 29/87 tat-18 ta’ Diċembru 1987, kif ukoll permezz tar-regolament approvat bid-Digriet Irjali 1629/1991, tat-8 ta’ Novembru. Il-ġestjoni u d-dħul fiskali ġew ittrasferiti lejn il-Komunitajiet Awtonomi, minkejja li l-leġiżlazzjoni Statali tapplika fil-każijiet li hija stess tiddetermina, prinċipalment fil-każijiet li fihom ma hemmx punt ta’ konnessjoni personali jew reali ma’ Komunità Awtonoma.

(2)

Fil-Komunitajiet awtonomi kollha li eżerċitaw il-kompetenza leġiżlattiva tagħhom fuq it-taxxa tas-suċċessjonijiet u d-donazzjonijiet, il-piż fiskali sostnut mill-persuna taxxabbli huwa kunsiderevolment inqas minn dak impost mil-leġiżlazzjoni Statali, li joħolq differenza bejn it-trattament fiskali applikat fir-rigward tad-donazzjonijet u tas-suċċessjonijiet bejn l-aventi kawża u d-donaturi residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; bejn il-predeċessuri fid-dritt residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; u bejn id-donazzjonijiet u dispożizzjonijiet simili ta’ beni immobbli li jinsabu ġewwa u barra minn Spanja.

(3)

L-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali tikser l-Artikoli 21 u 63 TFUE u l-Artikoli 28 u 40 taż-ŻEE.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/10


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-135/12)

2012/C 126/19

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Maluskova u D. Milanowska bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (1) u fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-31 ta’ Diċembru 2010.


(1)  ĠU 2009 L 312, p. 44.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza — l-Italja) — Enipower SpA (C-328/10), ENI SpA (C-329/10), Edison Trading SpA (C-330/10), E.On Produzione SpA (C-331/10), Edipower SpA (C-332/10), E.On Energy Trading SpA (C-333/10) vs Autorità per l’energia elettrica e il gás (C-328/10 sa C-333/10), Cassa Conguaglio per il Settore Elettrico (C-329/10) fil-preżenza ta’: Terna Rete Elettrica Nazionale SpA (C-328/10, C-329/10, C-331/10 u C-332/10), Ministero dello Sviluppo Economico (C-328/10 u C-329/10), Gestore dei Servizi Elettrici SpA (C-331/10)

(Kawżi magħquda C-328/10 sa C-333/10) (1)

2012/C 126/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 346,18.12.2010.


Il-Qorti Ġenerali

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Comité de défense de la viticulture charentaise vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-192/07) (1)

(Kompetizzjoni - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju - Portata tal-ilment - Kompetenza tal-awtur tal-att - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 126/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Comité de défense de la viticulture charentaise (Sainte-Sévère, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka. u L. Malferrari, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2007) D/202076, tat-3 ta’ April 2007, li tiċħad l-ilment fil-każ li jġib miegħu ir-referenza COMP/38863/B2-MODEF relatat ma’ ksur tat-Trattat KE.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Comité de défense de la viticulture charentaise għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 170, 21.07.2007


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Cadila Healthcare vs UASI — Novartis (ZYDUS)

(Kawża T-288/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZYDUS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZIMBUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2012/C 126/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, F. Potin u A. Juaristi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2008 (Kawża R 1092/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Cadila Healthcare Ltd.

Dispożittiv

(1)

It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud.

(3)

Cadila Healthcare Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Mustang vs UASI — Decathlon (Linja mmewwġa)

(Kawża T-379/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw linja mgħawwġa bajda fuq sfond iswed - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2012/C 126/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mustang — Bekleidungswerke GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Klett et K. Weimer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Decathlon SA (Villeneuve d’Ascq, Franza) (rappreżentant: P. Demoly, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2008 (Każ R 859/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Decathlon SA u Mustang — Bekleidungswerke GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Mustang — Bekleidungswerke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Bini ta’ vapuri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Użu abbużiv mill-għajnuna)

2012/C 126/24

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE (Skaramagka, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Drosos, K. Loukopoulos, A. Chiotellis, C. Panagoulea, P. Tzioumas, A. Balla, V. Voutsakis u X. Gkousta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(2), tal-Artikoli 2, 3, 5, u 6, tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikoli 9, 11 sa 16, 18 u 19 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat- 2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi [tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610 KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna C 16/04 (ex NN 29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005) mogħtija mill-Greċja lill-impriża Hellenic Shipyards SA ](ĠU 2009, L 225, p. 104).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ellinika Nafpigeia AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Coverpla vs UASI — Heinz-Glas (Flixkun)

(Kawża T-450/08) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta flixkun - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Nuqqas ta’ novità - Artikoli 5 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

2012/C 126/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coverpla (Nice, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heinz-Glas GmbH (Piesau, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1411/2007-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju bejn Heinz-Glas GmbH u Coverpla.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miħċud.

(2)

Coverpla hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-236/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni ta’ żvilupp, ta’ studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni - Ċaħda tal-offerti ta’ offerenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 126/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara, sussegwentement E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2009, li jiċħdu ż-żewġ offerti ppreżentati mir-rikorrenti, rispettivament, għal Lott Nru 1, intitolat “Perizja dwar żvilupp fuq il-post (intra-muros)” u għal Lott Nru 2, intitolat “Proġetti ta’ żvilupp barra l-post (extra-muros)”, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti RTD-R4-2007-001, dwar il-provvista ta’ servizzi esterni ta’ żvilupp, ta’ studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni (ĠU 2007, S 238), kif ukoll tad-deċiżjonijiet li dawn il-lottijiet jiġu assenjati lil offerenti oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Ella Valley Vineyards vs UASI — HFP (ELLA VALLEY VINEYARDS)

(Kawża T-32/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ELLA VALLEY VINEYARDS - Trade marks nazzjonali u Komunitarja preċedenti ELLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà li ssir assoċjazzjoni - Rabta bejn is-sinjali - Reputazzjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 126/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd (Jerusalem, l-Iżrael) (rappreżentanti: C. De Haas u O. Vanner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hachette Filipacchi Presse (HFP) (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: C. Moyou Joly, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1293/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hachette Filipacchi Presse (HFP) u Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Novembru 2009, (Każ R 1293/2008-1) hija annullata.

(2)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż ta’ Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd.

(3)

Hachette Filipacchi Presse (HFP) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Colas vs UASI — García-Teresa Gárate u Bouffard Vicente (BASE-SEAL)

(Kawża T-172/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASE-SEAL - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw forma ta’ djamant - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti COLAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 126/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Colas (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: E. Logeais, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rosario García-Teresa Gárate u Carmen Bouffard Vicente (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2010 (Każ R 450/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa waħda, Colas u, min-naħa l-oħra, Rosario García-Teresa Gárate u Carmen Bouffard Vicente.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Frar 2010 (Każ R 450/2009-4) hija annullata fir-rigward tal-prodotti li ma humiex il-prodotti kimiċi użati fix-xjenza, fil-fotografija, fl-agrikoltura, fl-ortikoltura u fil-foresterija, tad-demel u tas-sustanzi kimiċi li jippriżervaw il-prodotti tal-ikel imsemmija fid-deċiżjoni msemmija.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Cortés del Valle López vs UASI (¡Que buenu ye! HIJOPUTA)

(Kawża T-417/10) (1)

(Trade mark Komuniatarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komuniatarja figurattiva ¡Que buenu ye! HIJOPUTA - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 126/29

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Federico Cortés del Valle López (Maliaño, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 175/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjali figurattiv ¡Que buenu ye! HIJOPUTA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

F. Cortés del Valle López huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2012 — Kurrer et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-441/10 P sa T-443/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad matul ir-reklutaġġ - Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ trattament ugwali)

2012/C 126/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Christian Kurrer (Watermael-Boitsfort, il-Belġju) (Kawża T-441/10 P); Salvatore Magazzu (Brussell, il-Belġju) (Kawża T-442/10 P); u Stefano Sotgia (Dublin, l-Irlanda) (Kawża T-443/10 P) (rappreżentant M. Velardo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Tliet appelli mis-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-8 ta’ Lulju 2010, Magazzu vs Il-Kummissjoni (F-126/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), Sotgia vs Il-Kummissjoni (F-130/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u Kurrer vs Il-Kummissjoni (F-139/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiżi għall-annullament ta’ dawn is-sentenzi.

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Christian Kurrer, Salvatore Magazzu u Stefano Sotgia għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — EyeSense vs UASI — Osypka Medical (ISENSE)

(Kawża T-207/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ISENSE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EyeSense - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 126/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EyeSense AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Osypka Medical GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Frar 2011, (Każ R 1098/2010-4) rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EyeSense AG u Osypka Medical GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

EyeSense AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 02.07.2011.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012 — Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-127/09) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Assenza)

2012/C 126/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdulbasit Abdulrahim (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Jones, barrister, u M. Arani, solicitor, sussegwentament E. Grieves, barrister, u H. Miller, solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u R. Szostak, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u G. Valero Jordana, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1 p. 294), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (ĠU L 345, p. 60), jew ta’ dan ir-regolament, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat b’dawn l-atti.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.

(2)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Abdulbasit Abdulrahim sat-18 ta’ Jannar 2011 b’rabta mat-talba għal annullament, u hija obbligata tħallas lill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali s-somom imħallsa f’dan ir-rigward bħala għajnuna legali.

(4)

Abdulbasit Abdulrahim għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea wara t-18 ta’ Jannar 2011, b’rabta mat-talba għal annullament, kif ukoll l-ispejjeż kollha sostnuti minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet b’rabta mat-talba għad-danni.


(1)  ĠU C 167 18.7.2009.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-153/10) (1)

(Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni bil-kulur immuntat fit-Turkija - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet a posteriori u għal maħfra tad-dazji - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/91 - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni - Annullament mill-qorti nazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jordnaw id-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 126/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schneider España de Informática, SA (Torrejón de Ardoz, Spanja) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 22 finali, tat-18 ta’ Jannar 2010, li tikkonstata li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li ma huwiex iġġustifikat li dawn id-dazji jinħafru f’każ partikolari (Każ REM 02/08).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Octapharma Pharmaeutika vs Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini

(Kawża T-573/10) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Emendi fil-fajl permanenti tal-plażma (DPP) - Tariffi dovuti lil-EMA - Att li jikkawża preġudizzju - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 126/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Brinker, T. Holzmüller, avukati, u J. Schwarze, professeur)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore, aġent, H. G. Kamann u P. Gey, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-21 ta’ Ottubru 2010 (EMA/643425/2010) li permezz tagħha l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) irrifjutat li tirrimoborsa lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 180 700 ekwiparabbli għad-differenza, minn naħa, bejn dak li din tal-aħħar ħallset bħala tariffi għall-eżami tal-emendi tat-termini ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għal prodotti mediċinali veterinarji u, minn naħa oħra, dak li fl-opinjoni tagħha, hija għandha tħallas.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 19.02.2011.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Att li jikkawża preġudizzju - Rifjut impliċitu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

2012/C 126/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Diċembru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-1/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(2)

L-appell inċidentali huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(3)

L. Marcuccio huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-appell.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kuntest tal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2012 — MIP Metro vs UASI — Jacinto (My Little Bear)

(Kawża T-183/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Skadenza tat-trade mark nazzjonali preċedenti - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 126/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Manuel Jacinto, Lda (rappreżentant: S. Paio de Oleiros, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Jannar 2011 (Każ R 494/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni kontra Manuel Jacinto, Lda u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 145 tal-14.5.2011


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/18


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża T-531/11)

2012/C 126/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/430/PESK, tat-18 ta’ Lulju 2011, li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, sa fejn din tikkonċerna lil Hamas (inkluż lil Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011, sa fejn dan jikkonċerna lil Hamas (inkluż lil Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1), fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjoni minn awtorità kompetenti, inkwantu din l-awtorità:

kellha tkun awtorità ġudizzjarja u mhux awtorità amministrattiva;

kellha tkun tista’ tinvoka l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali;

ma tistax tkun il-gvern tal-Istati Uniti minħabba partikolaritajiet tar-regoli li jirregolaw l-operazzjoni ta’ elenkar fl-Istati Uniti;

ma tistax tkun awtorità li ma tirrispettax id-drittijiet proċedurali tal-persuni kkonċernati.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma jipproduċi ebda prova li turi li, fil-każ inkwistjoni, id-deċiżjonijiet nazzjonali kkonċernati huma bbażati fuq provi jew indikazzjonijiet serji.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball dwar in-natura sostantiva tal-fatti, peress li l-Kunsill ma pprovax il-fatti li jinvoka b’mod awtonomu. Ir-rikorrenti ssostni li l-approssimazzjonijiet ikkonstatati fir-rikors tagħha jikkonfermaw l-iżball fuq in-natura sostantiva tal-fatti.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura terrorista tar-rikorrenti, peress li l-kwalifika proposta mill-Kunsill ma hijiex konformi mal-kriterji ffissati fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Ir-rikorrenti ssostni li l-kriterji użati mill-Kunsill juru interpretazzjoni żbaljata tal-kelma “terroriżmu”, inkompatibbli mad-dritt internazzjonali pożittiv.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq teħid inkunsiderazzjoni insuffiċjenti tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni minħabba d-dekorriment taż-żmien, peress li l-Kunsill fil-verità ma wettaqx l-eżami mill-ġdid previst fl-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ indħil.

(6)

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-espożizzjoni tal-motivi mibgħuta lir-rikorrenti ma tinkludi ebda preċiżazzjoni dwar il-provi u ħjiel serji u kredibbli użati kontra r-rikorrenti.

(7)

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrenti ssostni li dawn il-prinċipji nkisru:

matul il-fażi nazzonali tal-proċeduri, meta l-Kunsill kellu jeżerċita ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward, u

matul il-fażi Ewropea minħabba provi insuffiċjenti nnotifikati mill-Kunsill lir-rikorrenti.

(8)

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, peress li miżura illegali ta’ ffriżar ta’ fondi ma tistax tiġi kkunsidrata bħala preġudizzju ġġustifikat tad-dritt għal proprjetà.


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217)


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/19


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2012 — Uspaskich vs Il-Parlament

(Kawża T-84/12)

2012/C 126/38

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Viktor Uspaskich (Kėdainiai, il-Litwanja) (rappreżentant: Aivaras Raišutis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew Nru P7_TA(2011)0541, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar talba għall-ħarsien tal-immunità tar-rikorrent;

tilqa’ t-talba tar-rikorrent, tal-11 ta’ April 2011, għall-eżami mill-ġdid tat-talba tal-Prosekutur Prinċipali tal-Istat sabiex l-immunità titneħħa;

tipproteġi l-immunità tar-rikorrent;

tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 bħala kumpens għad-danni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għar-reviżjoni ta’ deċiżjoni preċedenti meta jkunu ħarġu fatti ġodda li jwasslu għall-preżunzjoni ta’ fumus persecutionis.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal eżami imparzjali tat-talba, billi l-istess persuna ġiet maħtura Relatur fit-tieni kawża li tikkonċerna l-ħarsien tal-immunità.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal trattament ekwu.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(1)(a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, billi l-Parlament Ewropew adotta d-deċiżjoni kkontestata fuq bażi legali żbaljata u kiser l-Artikolu 9(1)(a) ta’ dan il-protokoll peress li huwa bbaża ruħu fuq interpretazzjoni manifestament żbaljata tal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni Litwana.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq evalwazzjoni manifestament żbaljata ta’ fumus persecutionis. Skont ir-rikorrent, il-Parlament Ewropew wettaq evalwazzjoni żbaljata fir-rigward tan-natura vinkolanti tad-deċiżjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-immunità u fir-rigward tal-kunċett ta’ fumus, u huwa rrifjuta li jikkunsidra l-argumenti tar-rikorrent li jikkonċernaw il-fumus persecutionis, li fuq il-bażi tagħhom ir-rikorrent kellu jiġi rrikonoxxut bħala vittma ta’ persekuzzjoni politika.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/19


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2012 — Repsol YPF vs UASI — Ajuntament de Roses (R)

(Kawża T-89/12)

2012/C 126/39

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ajuntament de Roses (Roses (Girona), Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors, bid-dokumenti kollha tiegħu u bil-kopji korrispondenti;

tiddikjara l-provi prodotti ammissibbli;

billi taċċetta dawn il-provi, tannulla u tiddikkjara inapplikabbli d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2011, u, konsegwentement, taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 440 407“R” għall-prodotti fil-klassi 25 li għalihom kienet oriġinarjament saret l-applikazzjoni, u għall-prodotti fil-klassi 35 li għalihom kienet ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni tat-trade mark;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “R” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35 u 41 (Reġistrazzjoni Nru 7440407)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ajuntament de Roses

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Spanjola Nru 2593913 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal ċerti prodotti u servizzi li kontrihom din tressqet, fil-klassijiet 25 u 35, u applikazzjoni miċħdua fir-rigward ta’ dawn il-prodotti

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/20


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/12)

2012/C 126/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Flying Holding NV (Antwerpen-Wilrijk, il-Belġju); Flying Group Lux SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u Flying Service NV (Antwerpen-Deurne, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Doutrelepont u V. Chapoulaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2011 u tas-17 ta’ Jannar 2012;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talba tagħhom sabiex jipparteċipaw fil-proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru mhux regolari tal-passiġġieri u taċ-charter ta’ titjiriet taxi (1).

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni, fil-kuntest tat-tieni deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Jannar 2012, la eżaminat, u lanqas wieġbet għall-elementi li ġew ikkomunikati lilha mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq informazzjoni li hija kisbet mill-awtoritajiet Lussemburgiżi mingħajr ma ġew ikkomunikati lir-rikorrenti qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat, fl-ewwel deċiżjoni tagħha, xi dokumenti mingħajr ma fittxet il-perspettiva tar-rikorrenti f’dan ir-rigward u peress li permezz tat-tieni deċiżjoni kkonfermat l-ewwel waħda mingħajr ma wieġbet għall-elementi ġodda messqa mir-rikorrenti fil-frattemp.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx il-miżura l-inqas restrittiva għar-rikorrenti billi pprojbitilhom li jipparteċipaw għall-proċedura ristretta għal għoti ta’ ftehim qafas għar-raġuni li l-informazzjoni pprovduta dwar il-kumpannija Lussemburgiża Flying Group ma hijiex preċiża, sinċiera u kompleta, meta l-informazzjoni rilevanti u f’konnessjoni diretta mas-suġġett tal-kuntratt ġiet trażmessa f’ħin xieraq.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju (2) u tal-Artikolu 135 tar-Regolament ta’ imlementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (3), sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kienet eżigiet li r-rikorrenti jipprovdulha informazzjoni dwar il-kumpannija Lussemburgiża tagħhom mingħajr konnessjoni diretta mas-suġġett tal-kuntratt li jirrigwarda biss it-trasport bl-ajru bi tluq minn Brussell.


(1)  ĠU 2011/S 192-312059.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/21


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Gas vs UASI — Grotto (GAS)

(Kawża T-92/12)

2012/C 126/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Pierre Gas (Marseille, Franza) (rappreżentant: L. Levy, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Novembru 2011, fil-Każ R 600/2009-1, kollha kemm hi u tirrinvija l-każ quddiem il-UASI, sabiex jiġi deċiż mill-ġdid fid-dawl tad-deċiżjoni li ser tingħata;

tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja kkontestata sabiex iħallas l-ispejjeż futuri kollha ta’ dawn il-proċeduri u sabiex jirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż tal-appell inkorsi minnu sa dan il-punt.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “GAS” għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 882548.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivazzjoni mressqa għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija minn naħa waħda bbażata fuq l-applikazzjoni tal-Artikoli 53(1)(a) u (c); 8(1)(b); 53(2); u 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009, u min-naħa l-oħra fuq ir-reġistrazzjonijiet Franċiżi Nru 1594704 u Nru 1627459 tat-trade marks figurattivi “-GAS- BIJOUX” u “BIJOUX -GAS-” għal prodotti fil-klassijiet 14 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja annullata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal annullament miċħuda.

Motivi invokati:

 

Ksur tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament Nru 40/94 (Artikolu 57(3) il-ġdid) u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95; ksur tal-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94 u tal-Artikolu L714(5)(b) tal-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali Franċiż; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (Artikolu 75 il-ġdid), sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti fil-klassi 25.

 

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 52(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 u ksur tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 40/94 u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Franċiż, l-Artikoli 2262 tal-Kodiċi Ċivili u L714(3) tal-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali Franċiż, sa fejn l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni mill-Bord tal-Appell hija żbaljata.

 

Ksur tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94, peress li l-Bord tal-Appell ma setax jillimita l-eżami tiegħu biss fuq id-dritt preċedenti li jirriżulta mit-trade mark Nru 1594704, wara li ddeċieda li jeżerċita l-kompetenzi tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, u lanqas seta’ jirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex din tiddeċiedi fuq id-drittijiet invokati l-oħra, li kienu diġà s-suġġett ta’ eżami.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/21


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 — Gas vs UASI — Grotto (BLUE JEANS GAS)

(Kawża T-93/12)

2012/C 126/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Pierre Gas (Marseille, Franza) (rappreżentant: L. Levy, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Diċembru 2011, fil-Każ R 620/2009-1, kollha kemm hi u tirrinvija l-każ quddiem il-UASI, sabiex jiġi deċiż mill-ġdid fid-dawl tad-deċiżjoni li ser tingħata;

tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja kkontestata sabiex iħallas l-ispejjeż futuri kollha ta’ din il-kawża u sabiex jirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż tal-appell inkorsi minnu sa dan il-punt.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tikkonsisti fl-elementi verbali “BLUE JEANS GAS” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 25 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 305050.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivazzjoni mressqa għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija minn naħa waħda bbażata fuq l-applikazzjoni tal-Artikoli 53(1)(a) u (c); 8(1)(b); 53(2); u 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009, u min-naħa l-oħra fuq ir-reġistrazzjonijiet Franċiżi Nru 1594704 u Nru 1627459 tat-trade marks figurattivi “-GAS- BIJOUX” u “BIJOUX -GAS-” għal prodotti fil-klassijiet 14 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja annullata parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, annullament parzjali tat-trade mark Komunitarja u ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motivi invokati:

 

Ksur tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament Nru 40/94 (Artikolu 57(3) il-ġdid) u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95; ksur tal-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94 u tal-Artikolu L714(5)(b) tal-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali Franċiż; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (Artikolu 75 il-ġdid), sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti fil-klassi 25.

 

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 52(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 u ksur tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 40/94 u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Franċiż, Artikoli 2262 tal-Kodiċi Ċivili u L714(3) tal-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali Franċiż, sa fejn l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni mill-Bord tal-Appell hija żbaljata.

 

Ksur tal-Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94, sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda ultra petita meta ddeċieda dwar il-paragun tal-prodotti fil-klassi 14, liema ħaġa ma kinitx tifforma parti mis-suġġett tal-appell li kien ippreżentat quddiemu.

 

Ksur tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94, peress li l-Bord tal-Appell ma setax jillimita l-eżami tiegħu biss fuq id-dritt preċedenti li jirriżulta mit-trade mark Nru 1594704, wara li ddeċieda li jeżerċita l-kompetenzi tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, u lanqas seta’ jirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex din tiddeċiedi fuq id-drittijiet invokati l-oħra, li kienu diġà s-suġġett ta’ eżami.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/22


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2012 minn Willem Stols kontra s-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-51/08 RENV, Stols vs Il-Kunsill

(Kawża T-95/12 P)

2012/C 126/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Willem Stols (Halsteren, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell inammissibbli;

tannulla s-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 2011 mill-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, fil-Kawża F-51/08 RENV;

tilqa’ t-talbiet imressqa minnu fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li waqt l-eżami tal-ewwel motiv imqajjem fl-ewwel istanza ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, it-TSP kiser id-dritt tal-Unjoni:

billi uża kriterju mhux previst mill-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara l-punti 46 u 47 tas-sentenza appellata);

billi mmotiva s-sentenza tiegħu b’mod insuffiċjenti u billi qiegħed inkwistjoni mill-ġdid il-klassifikazzjoni f’żewġ gruppi ta’ funzjonijiet skont l-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal (ara l-punti 52 sa 54 tas-sentenza appellata) u

billi vvizzja l-motivazzjoni tiegħu b’ineżattezza materjali u billi wettaq interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju tal-lingwi msemmi fl-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara l-punti 50 u 51 tas-sentenza appellata).

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li waqt l-eżami tat-tieni motiv imqajjem fl-ewwel istanza ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 59(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, it-TSP adotta konklużjoni neċessarjament ivvizzjata fid-dritt, inkwantu huwa ċaħad it-tieni motiv bħala ineffettiv billi l-ewwel motiv ma kienx ġie stabbilit, filwaqt li wettaq numru ta’ żbalji ta’ liġi meta kkonkluda li l-ewwel motiv ma kienx ġie stabbilit (ara l-punti 59 u 60 tas-sentenza appellata).


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/23


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/12)

2012/C 126/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)

Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9992, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin: “Azzjonijiet li għandhom jiġu implementati fil-kuntest tal-iżvilupp tat-tieni fażi tal-pjan ewlieni ta’ ġestjoni tal-iskart solidu urban tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura” (CCI Nru 2000.ES.16.C.PE.020); Żbokkijiet tal-ilma: “Baċir medju Getafe u baċir inferjuri tal-Arroyo Culebro (Baċir tat-Tago-Tisfija)” (CCI Nru 2002.ES.16.C.PE.002) “Użu mill-ġdid ta’ ilmijiet ittrattati għall-irrigazzjoni ta’ żoni ħodor fi Santa Cruz de Tenerife” (CCI Nru 2003.ES.16.C.PE.003) u “Għajnuna teknika għall-istudju u t-tfassil tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ provvista ta’ ilma tal-Mancomunidad de Algodor” (CCI Nru 2002.ES.16.C.PE.040);

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi:

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1386/2002, tad-29 ta’ Lulju 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-għajnuna mogħtija taħt il-Fond ta’ Koeżjoni u l-proċedura sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji (1), peress li kienu għaddew iktar minn tliet xhur bejn id-data tas-seduta u d-deċiżjoni.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (2), peress li l-proċedura prevista f’dan ir-regolament kienet inbdiet mingħajr ma twettqu l-verifiki neċessarji.

(3)

It-tienet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1999, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni, minħabba nuqqas ta’ kontrolli li jinvalidaw id-dikjarazzjonijiet ta’ għeluq ta’ proġett.

(4)

Ir-raba motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni, peress li ma ġietx ipprovata l-eżistenza ta’ irregolaritajiet.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-proġett CCI Nru 2000.ES. 16.C PE.020, sa fejn il-Kummissjoni użat, fir-rigward tiegħu, kriterji stabbiliti f’dokument (Linji gwida dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji relatati mal-kuntratti pubbliċi, ippreżentati lill-Istati Membri waqt il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fond tat-28 ta’ Novembru 2007) li ma kienx sar pubbliku fil-mument meta l-awtorijtajiet Spanjoli ppreżentaw id-dokumenti dwar il-bilanċ, iżda li kien sar pubbliku 29 xahar wara.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 162.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9; emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1264/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 73).


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/23


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2012 — Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

(Kawża T-110/12)

2012/C 126/45

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Offshore Engineering & Construction Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK sa fejn dan jikkonċernaha u tneħħi isimha mill-anness tagħha.

tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 sa fejn dan jikkonċernaha u tneħħi isimha mill-anness tiegħu.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Dawn il-proċeduri tressqu kontra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif ukoll kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn id-dispożizjonijiet tagħhom jinkludu lir-rikorrenti bħala destinatarja tal-miżuri stabbiliti fihom.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti, peress li l-atti kkontestati jinkludu motivazzjoni żbaljata, li hija infondata fir-rigward tar-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fir-rigward tal-motivazzjoni tal-atti, peress li r-rekwiżit ta’ motivazzjoni ma ġiex osservat.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà, inkwantu dan ġie ristrett mingħajr ġustifikazzjoni valida.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, peress li r-rikorrenti ġiet ittrattata bl-istess mod bħall-impriżi li attwalment ipparteċipaw fil-proliferazzjoni nukleari tal-Iran, li inġustament jirrelegaha għal pożizzjoni kompetittiva inferjuri fir-rigward tal-entitajiet nazzjonali u barranin l-oħra li jikkompetu magħha fid-diversi swieq.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li jeżistu provi oġġettivi, preċiżi u konkordanti li jippermettu li jiġi sostnut li, billi ġiet adottata l-miżura tal-iffriżar tal-fondi, ġew milħuqa għanijiet li huma differenti minn dawk sostnuti mill-Kunsill.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/24


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/12)

2012/C 126/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9990, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti segwenti: “Ġestjoni tal-iskart tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura — 2001” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PE.043); “Tisfija u provvista fil-baċir idrografiku ta’ Duero — 2001” (CCI Nru 2000.ES.16.C.PE.070); “Ġestjoni tal-iskart tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia — 2011 — Grupp II” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PE.026) u “Tisfija u trattament tal-ilmijiet tal-Bierzo Bajo” (CCI Nru 2000.ES.16.C.PE.036);

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk diġà mressqa fil-Kawża T-109/12, Spanja vs Il-Kummissjoni.

Huwa jinvoka b’mod partikolari n-nuqqas ta’ motivazzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni, peress li l-Kummissjoni sempliċement irreferiet għad-dokument intitolat “Linji gwida dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji relatati mal-kuntratti pubbliċi”, ippreżentati lill-Istati Membri waqt il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fond tat-28 ta’ Novembru 2007, minkejja li dan ma jinkludi ebda analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-iffissar tar-rati fissi ta’ korrezzjoni li huma indikati fih.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/25


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2012 — Tioxide Europe et vs Il-Kunsill

(Kawża T-116/12)

2012/C 126/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tioxide Europe Ltd (Billingham, ir-Renju Unit); Tioxide Europe Srl (Scarlino, l-Italja); Tioxide Europe SL (Huelva, Spanja); u Huntsman (Holdings) Netherlands BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Arts, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1344/2011, tad-19 ta’ Diċembru 2011, li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli, tas-sajd u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 (ĠU L 349, p 1), sa fejn jissospendi d-dazju fuq l-importazzjoni impost fuq id-dijosisidu tat-titanju rutile li għandu piż ta’ 90 % jew iktar ta’ diossidu tat-titanju, mhux iktar minn 4 % tad-diossidu tal-aluminju u mhux iktar minn 6 % tad-dijossidu tas-silikon (kodiċi NM 3206 11 00) u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill, meta ssospenda d-dazju fuq l-importazzjoni għall-prodott inkwistjoni, ma ssodisfax l-obbligu tiegħu impost fuqu li jipprovdi motivazzjoni xierqa.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jikkunsidraw li r-Regolament (UE) Nru 1344/2011 jikser l-Artikoli 31 u 32 TFUE sa fejn il-Kunsill, meta bbaża ruħu fuq proposta illegali tal-Kummissjoni mingħajr ma eżamina l-fatti rilevanti, wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li meta l-Kunsill issospenda t-tariffa fir-regolament ikkontestat, huwa kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, minkejja li seta’ jieħu miżura inqas vinkolanti (jiġifieri kwota ta’ tariffa), peress li “prodotti identiċi, ekwivalenti jew ta’ sostituzzjoni” kienu qed jiġu mmanifatturati fl-Unjoni.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/26


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — Bouillez et vs Il-Kunsill

(Kawża F-11/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Rifjut ta’ promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti ta’ uffiċjali fil-grupp ta’ funzjonijiet AST skont il-mixja tal-karriera tagħhom - Obbligu għal istituzzjoni li tħalli mhux applikata dispożizzjoni ta’ implementazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ivvizzjata b’illegalità)

2012/C 126/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vincent Bouillez et (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għal grad ogħla fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011, p. 30.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/26


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — AY vs Il-Kunsill

(Kawża F-23/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Eżami komparattiv tal-merti - Nuqqas milli jittieħed inkunsiderazzjoni t-taħriġ ulterjuri u ċ-ċertifikazzjoni - Żball ta’ liġi)

2012/C 126/49

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AY (Bousval, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn É. Boigelot u S. Woog, sussegwentement minn É. Boigelot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u l-.kumpens għad-dannu morali subit.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil AY għall-grad ta’ AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 hija annullata.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet magħmula sussidjarjament minn AY.

(3)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors ta’ AY huma miċħuda.

(4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha kemm huma.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011, p.31.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/27


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Frar 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Inċident - Talba għall-inklużjoni ta’ dokument fil-fajl tal-inċident - Ċaħda - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 126/50

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fil-15 ta’ Marzu 2010 u l-kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv tad-digriet

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż kollha.

(3)

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 2 000 lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011, p. 22.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/27


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2012 — BI vs Cedefop

(Kawża F-31/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Lingwa taċ-ċaħda tal-ilment)

2012/C 126/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BI (Evosmos, il-Greċja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tas-Cedefop li ttemm l-impjieg tar-rikorrent u talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

BI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 186, 25.06.11, p. 33.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/27


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/11)

2012/C 126/52

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tħallas lir-rikorrent l-ispejjeż tal-vjaġġi annwali mill-post tal-assenjazzjoni tiegħu għall-pajjiż ta’ oriġini għas-snin 2005 sa 2010.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad, irrispettivament mill-forma ta’ din id-deċiżjoni u kemm jekk din iċ-ċaħda hijiex parzjali jew totali, it-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-13 ta’ Awwissu 2010.

jannulla, jekk dan ikun meħtieġ, in-nota tat-22 ta’ Diċembru 2010, rif. PMO.1/NS/AV D(2010)986451;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad, irrispettivament mill-forma tagħha, l-ilment tar-rikorrent tal-25 ta’ Frar 2011;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/28


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Frar 2012 — Zur Oven-Krockhaus vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/11) (1)

2012/C 126/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011, p. 56.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/28


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Jannar 2012 — Kedzierski vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-53/11) (1)

2012/C 126/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 186, 25.06.11, p. 37.


28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/28


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Frar 2012 — Makaronidis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/11) (1)

2012/C 126/55

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  Ma ġietx ippubblikata fil-ĠU