|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.117.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 117/01 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE li japplika l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat lil assigurazzjoni fuq perjodi qosra ta’ kreditu għall-esportazzjoni ( 1 ) |
|
|
2012/C 117/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6472 – Bollore/CMA CGM/Terminal du grand Ouest) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 117/03 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
2012/C 117/04 |
||
|
2012/C 117/05 |
Stedina għas-Sottoskrizzjoni f’Ishma ta’ Fondi għall-Ħolqien ta’ Impriżi High-Tech (HTGF II) |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 117/06 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 117/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6542 – Eastman Chemical Company/Solutia) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/1 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE li japplika l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat lil assigurazzjoni fuq perjodi qosra ta’ kreditu għall-esportazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 117/01
I. Introduzzjoni
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE li tapplika l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat lil assigurazzjoni fuq perjodi qosra ta’ kreditu għall-esportazzjoni (1) (il-Komunikazzjoni) tistipula li riskji marketable (riskji kummerċjabbli) ma jistgħux ikunu koperti mill-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni bl-appoġġ tal-Istati Membri. Ir-riskji marketable huma riskji kummerċjali u politiċi fuq debituri pubbliċi u mhux pubbliċi stabbiliti fil-pajjiżi mniżżla f’lista fl-Anness ta’ dik il-Komunikazzjoni, b'perjodu massimu ta′ riskju ta' inqas minn sentejn.
Wara li kkunsidrat it-tfixkil ekonomiku eċċezzjonali tal-ekonomija Griega u l-iskarsezza ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni privata għall-esportazzjoni fil-Greċja, il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi lill-Greċja mil-lista ta' pajjiżi ta' riskji marketable.
II. Emenda għall-Komunikazzjoni
Din l-emenda għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE li japplika l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat lil assigurazzjoni fuq perjodi qosra ta’ kreditu għall-esportazzjoni tapplika mill-20 ta’ April 2012:
|
— |
L-Anness qed jinbidel b’dan li ġej: “Lista ta' pajjiżi ta' riskji marketable
|
(1) ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4.
|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6472 – Bollore/CMA CGM/Terminal du grand Ouest)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 117/02
Fis-16 ta’ April 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6472. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta’ April 2012
2012/C 117/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3192 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
107,81 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4387 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,81875 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,8396 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2017 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,5470 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,919 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
296,64 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6985 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1920 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3753 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3620 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2738 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3075 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2391 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6190 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6477 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 502,75 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,3145 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3150 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5170 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 108,96 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0420 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,210 |
|
RUB |
Rouble Russu |
38,8500 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,747 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4779 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,3475 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,7300 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/5 |
Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
2012/C 117/04
Il-Qorti Għolja tal-Irlanda
FIL-KWISTJONI TAL-IRISH LIFE & PERMANENTI PLC (“ILP”) U FIL-KWISTJONI TAL-ATT TAL-2010 DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TAL-KREDITU (STABBILIZZAZZJONI)
Il-High Court (Il-Qorti Għolja) tal-Irlanda fit-28 ta' Marzu 2012 għamlet Ordinanza skont it-Taqsima 9 tal-Att tal-2010 dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu (Stabbilizzazzjoni), kif emendat mill-Att tal-2011 dwar il-Bank Ċentrali u l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu (Riżoluzzjoni), (“l-Att”) fit-termini li ġejjin:
Għoti ta' struzzjonijiet lill-ILP biex fost l-oħrajn tieħu ċerti passi għall-iskop li teffettwa l-bejgħ tal-Irish Life Limited (“Irish Life”), sussidjarja b'sjieda sħiħa tal-ILP, u tas-sussidjarji tagħha, lill-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda (“il-Ministru”) bħala parti mir-rikapitalizzazzjoni tal-ILP; tali passi li jinkludu iżda mhux limitati għal ftehim ta' xiri ta' ishma mal-Ministru fir-rigward tal-ishma kapitali kollha maħruġa tal-Irish Life u passi oħra li jippermettu s-separazzjoni tan-negozju tal-assigurazzjoni u dak bankarju tal-ILP inkluż li jitlesta l-ħolqien ta’ strutturi bħal dawn skont il-ħtieġa biex jiffaċilitaw din is-separazzjoni u d-dħul fi ftehim bħal dan skont il-ħtieġa biex tiġi ffaċilitata din is-separazzjoni.
Il-Qorti ddikjarat fost l-oħrajn li dik l-Ordinanza u kull parti minnha, safejn hija indirizzata u magħmula fir-rigward tal-ILP hija miżura ta' riorganizzazzjoni għall-iskopijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001.
Skont it-Taqsima 11 tal-Att, tista’ ssir applikazzjoni lill-Qorti Għolja tal-Irlanda f’Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, l-Irlanda, biex titwarrab l-Ordinanza skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha, sa mhux iktar tard minn 14-il jum wara t-30 ta' Marzu 2012, li hija d-data tal-pubblikazzjoni tal-Ordinanza skont it-Taqsima 9A(1)(b) tal-Att. Skont it-Taqsima 64(2) tal-Att ma jista’ jsir l-ebda appell bis-saħħa tal-Ordinanza quddiem il-Qorti Suprema mingħajr il-kunsens tal-Qorti Għolja.
Il-kopji sħaħ tal-Ordinanza jinsabu disponibbli fl-Uffiċċju Ċentrali tal-High Court permezz tal-posta elettronika fl-indirizz listroomhighcourt@courts.ie
|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/6 |
Stedina għas-Sottoskrizzjoni f’Ishma ta’ Fondi għall-Ħolqien ta’ Impriżi High-Tech (HTGF II)
2012/C 117/05
Il-Ministeru Federali għall-Ekonomija u t-Teknoloġija, flimkien mal-grupp bankarju KfW, u 12-il impriża industrijali stabbilew il-Fondi għall-Ħolqien ta’ Impriżi High-Tech II (HTGF II). Il-HTGF II huma indirizzati lejn impriżi teknoloġiċi stabbiliti ġodda li jkollhom is-sede tagħhom fil-Ġermanja, bl-iskop li jitneħħa n-nuqqas li jeżisti f’dan il-qasam fejn jidħol l-iffinanzjar.
Impriżi industrijali li huma interessati qegħdin jiġu b’dan mistiedna biex jieħdu sehem fil-Fondi għall-Ħolqien ta’ Impriżi High-Tech II.
Il-livell minimu tal-investiment huwa ta’ EUR 2 500 000.
Wieħed jista’ jikseb Private Placement Memorandum (PPM), b’aktar dettalji, mill-HTGF II Management.
It-talbiet għal-sottoskrizzjoni fil-fond għandhom jaslu għand il-Fond High-Tech sat-30 ta’ April 2012.
Tmiem is-sottoskrizzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2012.
Il-komunikazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni dwar il-Fond huma bil-Ġermaniż.
Għal aktar tagħrif:
|
High-Tech Gründerfonds Management GmbH |
|
Ludwig-Erhard-Allee 2 |
|
53175 Bonn |
|
DEUTSCHLAND |
|
Tel. +49 22882300-100 |
|
Fax +49 22882300-050 |
|
Posta elettronika: info@high-tech-gruenderfonds.de |
|
Internet: http://www.high-tech-gruenderfonds.de |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
irrappreżentata mill-
|
Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie |
|
Villemomblerstr. 76 |
|
53123 Bonn |
|
DEUTSCHLAND |
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/7 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
2012/C 117/06
1. Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex issir reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u d-dannu.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad tingħatalhom l-opportunità li jenfasizzaw, jiċħdu jew jikkummentaw dwar il-materji msemmija fit-talba għar-reviżjoni.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data tal-iskadenza (3) |
|
Rita tal-polietilentereftalat (PET) |
l-Indja, il-Brażil u l-Iżrael |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1) |
7.11.2012 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Fax +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6542 – Eastman Chemical Company/Solutia)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 117/07
|
1. |
Fis-16 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Eastman Chemical Company (“Eastman”, l-Istati Uniti) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Solutia Inc. (“Solutia”, l-Istati Uniti) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6542 – Eastman Chemical Company/Solutia, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).