ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2012.108.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 108E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
14 ta' April 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUNSILL

2012/C 108E/01

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 7/2012 fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni
Adottata mill-Kunsill fit-8 ta’ Marzu 2012

1

2012/C 108E/02

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 8/2012 fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea
Adottata mill-Kunsill fit-8 ta’ Marzu 2012
 ( 1 )

8

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


III Atti preparatorji

IL-KUNSILL

14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 108/1


IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2012 FL-EWWEL QARI

bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”

Adottata mill-Kunsill fit-8 ta’ Marzu 2012

2012/C 108 E/01

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fid-dawl tat-twaqqif ta’ Programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni mmirat biex iżid l-impatt tal-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni fil-provvediment ta’ protezzjoni għal refuġjati, u fil-massimizzar tal-impatt strateġiku ta’ risistemazzjoni permezz ta’ indirizzar iktar iffokat ta’ dawk il-persuni li għandhom ħtieġa ikbar għal risistemazzjoni, għandhom jiġu fformulati prijoritajiet komuni fir-rigward tar-risistemazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi, li l-linji ta’ politika tal-Unjoni mniżżlin fil-Kapitolu dwar il-verifiki fuq il-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li, meta hu meħtieġ, l-atti tal-Unjoni skont dan il-Kapitolu iridu jinkludu l-miżuri xierqa biex jagħtu effett lil dan il-prinċipju.

(3)

Għal dan il-għan, il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall- 2013 kif elenkati fl-Anness miżjuda mad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE b'din id-Deċiżjoni huma stabbiliti abbażi ta’ żewġ kategoriji: l-ewwel waħda għandha tinkludi persuni li jappartjenu għal kategorija speċifika li taqa’ fil-kriterji ta’ risistemazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), u t-tieni waħda għandha tinkludi persuni minn pajjiż jew reġjun li jkun ġie identifikat mit-tbassir ta’ risistemazzjoni annwali tal-UNHCR u fejn azzjoni komuni tal-Unjoni jkollha impatt sinifikanti fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni.

(4)

Filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ risistemazzjoni stabbiliti fl-Anness miżjud mad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE minn din id-Deċiżjoni li jelenkaw il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni, huwa wkoll meħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni ta’ persuni fir-rigward tar-reġjuni ġeografiċi speċifiċi u nazzjonalitajiet, kif ukoll għal kategoriji speċifiċi ta’ refuġjati li għandhom jiġu risistemati, fejn ir-risistemazzjoni hija determinata li tkun is-soluzzjoni l-iktar xierqa għall-bżonnijiet speċjali tagħhom.

(5)

Minħabba l-importanza tal-użu strateġiku tar-risistemazzjoni minn pajjiżi jew reġjuni magħżula għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali, jeħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni ta’ persuni mit-Tanzanija, l-Ewropa tal-Lvant (il-Bjelorussja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina), il-Qarn tal-Afrika (iġ-Ġibuti, il-Kenja u l-Jemen) u l-Afrika ta’ Fuq (l-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija), u minn kwalunkwe pajjiż jew reġjun ieħor li jintgħażel fil-futur.

(6)

Sabiex jiġu inkoraġġiti aktar Stati Membri sabiex jimpenjaw ruħhom f'azzjonijiet ta’ risistemazzjoni, huwa ugwalment neċessarju li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali lil dawk l-Istati membri li jiddeċiedu li jirrisistemaw persuni għall-ewwel darba.

(7)

Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ nefqa għall-appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(9)

F'konformità mal-Artikoli 1, u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(10)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE hija b'din emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 13huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 inbidel b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jirċievu ammont stabbilit skont il-paragrafu 3a għal kull persuna risistemata abbażi ta’ waħda jew aktar mill-prijoritajiet li ġejjin:

a)

persuni minn pajjiż jew reġjun magħżul għall-implimentazzjoni ta’ Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali;

b)

persuni minn wieħed jew aktar mill-gruppi vulnerabbli li ġejjin:

tfal u nisa f'riskju,

minorenni mhux akkumpanjati,

superstiti ta’ vjolenza u/jew tortura,

persuni bi ħtiġijiet mediċi serji li jistgħu jiġu indirizzati biss jekk jiġu risistemati,

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali u/jew fiżika.

c)

il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall-2013 elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.”.

(b)

Iddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Istati Membri għandhom jirċievu ammont stabbilit ta’ EUR 4 000 għal kull persuna risistemata abbażi tail-prijoritajiet elenkati fil-paragrafu 3.

Fil-każijiet indikati hawn taħt l-ammont stabbilit għandu jiżdied kif ġej:

EUR 6 000 għal kull persuna risistemata għal dawk l-Istati Membri li ser jirċievu mill-Fond l-ammont stabbilit dwar ir-risistemazzjoni għall-ewwel darba,

EUR 5 000 għal kull persuna risistemata għal dawk l-Istati Membri li diġà rċevew l-ammont stabbilit għar-risistemazzjoni mill-Fond darba matul is-snin preċedenti tal-operat tal-Fond.”;

c)

il-paragrafu 4 inbidel b'dan li ġej:

“4.   Fejn Stat Membru jirrisistema persuna skont aktar minn waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni elenkati fil-paragrafu 3, huwa għandu jirċievi ammont stabbilit għal din il-persuna darba biss.”;

(d)

il-paragrafu 6 inbidel b'dan li ġej:

“6.   Sal-1 ta’ Mejju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni stima tan-numru ta’ persuni li ser jirrisistemaw, abbażi tal-prijoritajiet elenkati fil-paragrafu 3, matul is-sena kalendarja sussegwenti, li tinkludi t-tqassim skont il-kategoriji differenti li jsir riferiment għalihom f'dak il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52.”;

e)

żdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Ir-riżultati u l-impatt tal-inċentiv finanzjarju għall-azzjonijiet ta’ risistemazzjoni abbażi tal-prijoritajiet elenkati fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rrappurtati mill-Istati Membri fir-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 50(2) u mill-Kummissjoni fir-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 50(3).”;

(2)

Fl-Artikolu 35, iddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5.   L-ammont stabbilit għal kull persuna risistemata allokat għall-Istati Membri għandu jingħata bħala somma sħiħa għal kull persuna effettivament risistemata.”;

(3)

it-test imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala Anness għad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmula fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 (ĠU C 161E, 31.5.2011, p. 16) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-8 ta’ Marzu 2012. Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall-2013

(1)

Refuġjati Kongoliżi fir-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar (Burundi, Malawi, Rwanda, Żambja);

(2)

Refuġjati mill-Iraq fit-Turkija, is-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan;

(3)

Refuġjati Afgani fit-Turkija, il-Pakistan u l-Iran;

(4)

Refuġjati Somali fl-Etjopja;

(5)

Refuġjati minn Burma fil-Bangladexx, il-Malażja u t-Tajlandja;

(6)

Refuġjati Eritrej fil-Lvant tas-Sudan.”.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fit-2 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat il-proposta għal Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE.

Fit-18 ta’ Mejju 2010, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari bl-għan tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni. Il-Kunsill ma kienx f'pożizzjoni li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament u adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-8 ta’ Marzu 2012 f'konformità mal-Artikolu 294 tat-Trattat.

II.   GĦAN TAL-PROPOSTA

L-għan tal-proposta hu li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni. Waqt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta’ Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni mit-2 ta’ Settembru 2009 jfisser il-kuntest politiku u l-prinċipji li jiggwidaw lil dan il-programm, il-proposta tissuġġerixxi mekkaniżmu għall-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni fuq bażi annwali. Il-ħolqien ta’ Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni jkollu l-iskop li jtejjeb il-koordinament tal-approċċ tal-UE lejn ir-risistemazzjoni u jħeġġeġ sabiex aktar Stati Membri jibdew attivitajiet ta’ risistemazzjoni.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

Ġenerali

In-negozjati saru f'kuntest ta’ politika msawwar mill-programm tal-Aja li jistabbilixxi l-għanijiet u l-istrumenti fil-kamp tal-ġustizzja u l-affarijiet interni għall-perijodu mill-2005 sal-2010 u sussegwentement mill-programm ta’ Stokkolma li jkopri l-perijodu mill-2010 sal-2014. Fiż-żewġ każijiet, il-Kunsill Ewropew esprima l-impenn tiegħu sabiex jiżviluppa aktar is-Sistema Komuni Ewropea tal-Asil billi jiġi emendat il-qafas leġislattiv u billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prattika. Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll l-importanza tal-iżvilupp tad-dimensjoni esterna tal-asil permezz ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi u r-reġjuni tal-oriġini. Fil-Programm tal-Aja l-Kunsill Ewropew appella għall-iżvilupp ta’ Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali tal-UE li jkunu jinkludu fost oħrajn programm konġunt ta’ risistemazzjoni għall-Istati Membri li lesti jipparteċipaw fih. Fil-Programm ta’ Stokkolma, il-Kunsill Ewropew ħeġġeġ favur il-parteċipazzjoni volontarja tal-Istati Membri fl-iskema konġunta tal-UE dwar ir-risistemazzjoni u sabiex jiżdied l-għadd ta’ refuġjati risistemati.

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, iżda l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

Kwistjonijiet ewlenin

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta’ kodeċiżjoni (1), ir-rappreżentanti tal-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni daħlu f'kuntatti bil-ħsieb li jikkonkludu ftehim fl-istadju tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. Biex tiġi rikonċiljata l-pożizzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet u b'kont meħud tal-ftehim milħuq f'dawk il-kuntatti, il-Kunsill jadotta, dwar il-proposta għal Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE, il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tintroduċi l-modifiki prinċipali li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni:

Stabbiliment tal-prijoritajiet komuni tal-UE (Artikolu 1(1)(a))

B'riżultat tal-kuntatti informali bejn il-Kunsill u l-Parlament, il-Kunsill jemenda l-proposta tal-Kummissjoni billi jelenka l-prijoritajiet tar-risistemazzjoni fid-Deċiżjoni għall-kuntrarju tas-suġġeriment inizjali mill-Kummissjoni li kien jgħid li l-prijoritajiet komuni tal-UE għar-risistemazzjoni jiġu stabbiliti fuq bażi annwali fil-proċedura ta’ komitoloġija. Peress li l-Fond Ewropew għar-Refuġjati jkopri l-perijodu sa tmiem l-2013, effettivament fadal biss sena ta’ programmar waħda taħt il-Fond attwali. Għaldaqstant hu ġġustifikat li f'din id-Deċiżjoni jiġu elenkati l-prijoritajiet għal dik is-sena biss u li jiġi speċifikat mekkaniżmu għall-istabbiliment tal-prijoritajiet komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni fl-istrument li joħloq fond ġdid għall-perijodu mill-2014 sal-2020.

Fid-dawl tas-sena ta’ programmar tal-2013, il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Mejju 2012, stima tal-għadd ta’ persuni li beħsiebhom jirrisistemaw matul l-2013 f'konformità mal-prijoritajiet speċifikati fid-Deċiżjoni. Peress li fil-pożizzjoni tal-Kunsill ma hu previst ebda mekkaniżmu għall-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE dwar ir-risistemazzjoni fuq bażi annwali, id-dispożizzjonijiet kollha fil-proposta tal-Kummissjoni li jirreferu għall-ipprogrammar annwali ma jibqgħux rilevanti.

Prijoritajiet komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni għall-2013 (Artikolu 1(1)(a), Premessi 3, 4 u 5)

Il-prijoritajiet komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni għall-2013 kif speċifikati fil-pożizzjoni tal-Kunsill ikopru persuni minn pajjiż jew reġjun innominat għall-implimentazzjoni ta’ Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali, persuni li jappartjenu għal grupp vulnerabbli speċifiku jew refuġjati minn pajjiż jew reġjun speċifiku. L-ewwel żewġ ġabriet ta’ prijoritajiet huma fformulati bħala prijoritajiet ġenerali u jixbhu ħafna l-kategorijiet stipulati fl-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013. Meta titqabbel mad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE l-pożizzjoni tal-Kunsill iżżid mal-lista l-gruppi vulnerabbli li ġejjin: superstiti ta’ vjolenza u tortura kif ukoll persuni li jeħtieġu risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika. Din iż-żieda hi ġustifikata peress li ż-żewġ kategoriji ta’ persuni jagħmlu parti wkoll mill-prijoritajiet tal-UNHCR dwar ir-risistemazzjoni.

It-tielet ġabra ta’ prijoritajiet hija msemmija bħala prijoritajiet komuni speċifiċi tal-UE għall-2013 u l-lista ta’ dawn il-prijoritajiet tinstab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Kif hemm spjegat fil-Premessa 3, din il-lista ta’ prijoritajiet komuni speċifiċi tal-UE għall-2013 hi stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji tal-UNHCR dwar ir-risistemazzjoni u t-tbassir annwali tal-UNHCR dwar ir-risistemazzjoni b'kont meħud ta’ fejn l-azzjoni komuni tal-UE jkollha impatt sinifikattiv biex tittratta l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill iżżid ukoll Premessa 5 li hija aġġornament tal-Premessa 26 tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013. Fil-Premessa 5, il-pożizzjoni tal-Kunsill taġġorna l-informazzjoni dwar il-pajjiżi u r-reġjuni li attwalment huma nnominati għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ protezzjoni reġjonali.

L-ammont fiss li għandu jiġi rċevut għal kull persuna risistemata (Artikolu 1(1)(b), Premessa 6)

B'riżultat tal-kuntatti informali mal-Parlament, il-pożizzjoni tal-Kunsill temenda l-proposta tal-Kummissjoni billi tipproponi ammont fiss ogħla għal kull persuna risistemata li jirċievu mill-Fond dawk l-Istati Membri li ma użawx il-Fond għal dan l-iskop qabel. Billi l-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 jipprevedi li l-Istati Membri jirċievu ammont fiss ta’ EUR 4 000 għal kull persuna risistemata f'konformità mal-prijoritajiet stipulati fid-Deċiżjoni, il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi ammont ta’ EUR 6 000 għal kull persuna risistemata għal dawk l-Istati Membri li għandhom jirċievu l-ammont fiss mill-Fond għall-ewwel darba u ammont ta’ EUR 5 000 għal dawk l-Istati Membri li rċevew l-ammont fiss mill-Fond darba biss qabel. L-iskop ta’ din l-emenda hu li jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li ma għamlux dan sa issa jniedu programmi ta’ risistemazzjoni.

Żieda ta’ Premessa 2

Il-pożizzjoni tal-Kunsill temenda l-proposta tal-Kummissjoni billi żżid il-Premessa 2. Fl-ittra tiegħu lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-10 ta’ Frar 2012 (dok. 6370/12) fejn indika li kien ser jirrakkomanda lill-membri tal-Kumitat LIBE u lill-Plenarja, fit-tieni qari tagħha, biex jaċċettaw il-ftehim milħuq dwar id-Deċiżjoni mingħajr emendi, il-President tal-Kumitat LIBE talab iż-żieda tal-Artikolu 80 TFUE għall-bażi legali ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu, fil-fehma tal-Kunsill, l-Artikolu 80 ma jistax jikkostitwixxi bażi legali għall-adozzjoni ta’ dan l-att peress li ma jagħtix lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni s-setgħa li jadottaw atti legali. Għaldaqstant, bħala kompromess, il-Kunsill iddeċieda li jżid il-Premessa 2 li tirreferi għall-Artikolu 80 TFUE u l-prinċipji msemmijin fih.

Emendi tal-Parlament Ewropew

Fil-pożizzjoni tiegħu, il-Kunsill aċetta l-emendi 2, 3 u 4 fl-intier tagħhom, parzjalment jew fil-prinċipju. Il-Kunsill ma jaċċettax l-emendi 1, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 peress li dawn huma dwar proċedura għad-definizzjoni ta’ prijoritajiet komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni fuq bażi annwali. Il-pożizzjoni tal-Kunsill tieħu approċċ differenti u tistabbilixxi lista ta’ prijoritajiet komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni għall-2013 li hija l-unika sena ta’ programmar li fadal taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati attwali.

IV.   KONKLUŻJONI

Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tirrifletti l-kompromess milħuq f'negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iffaċilitati mill-Kummissjoni. Il-COREPER approva dan il-kompromess fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Frar 2012. Qabel dan, il-President tal-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew f'ittra lill-President tal-COREPER bid-data tal-10 ta’ Frar 2012 kien indika li jekk it-test ta’ kompromess jintbagħat lill-Parlament bħala l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, huwa ser jirrakkomanda lill-membri tal-LIBE, u sussegwentement lill-plenarja, li l-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi aċċettata mingħajr emendi fit-tieni qari tal-Parlament, soġġett għall-verifika mill-ġuristi lingwisti taż-żewġ istituzzjonijiet.


(1)  ĠU C 145, 30.6.2007, p. 5.


14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 108/8


IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 8/2012 FL-EWWEL QARI

bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Riformulazzjoni)

Adottata mill-Kunsill fit-8 ta’ Marzu 2012

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 108 E/02

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (4), id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji (5) u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji (6) ġew emendati b'mod sostanzjali. Peress li jenħtieġu aktar emendi, dawn id-Direttivi għandhom jiġu riformulati u magħquda f'att wieħed fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-integrazzjoni akbar tas-settur tat-trasport tal-Unjoni hija element essenzjali tal-kompletar tas-suq intern, u l-linji tal-ferrovija huma parti essenzjali tas-settur tat-trasport tal-Unjoni filwaqt li nimxu lejn il-kisba ta’ mobbiltà sostenibbli.

(3)

L-effiċjenza tas-sistema ferrovjarja trid titjieb, sabiex tiddaħħal f'suq kompetittiv,filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tal-linji tal-ferrovija.

(4)

Stati Membri li għandhom sehem importanti mit-traffiku ferrovjarju ma’ pajjiżi terzi li għandhom l-istess sistema ferrovjarja, li hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fi ħdan l-Unjoni, għandhom ikunu jistgħu jkollhom regoli operattivi speċifiċi li jiżguraw sew il-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura tagħhom u dawk tal-pajjiżi terzi kkonċernati u kif ukoll kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji.

(5)

Sabiex it-trasport tal-ferrovija jkun effiċjenti u kompetittiv ma’ mezzi oħra ta’ trasport, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji jkollhom l-istatus ta’ operaturi indipendenti li jaħdmu b'kull manjiera kummerċjali u jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet tas-suq.

(6)

Skont il-liġi dwar il-kumpanniji tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja l-korpi superviżorji ta’ kumpaniji konġunti privati azzjonarji, l-azzjonisti tal-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu jistgħu, jirrekjedu approvazzjoni minn qabel għal deċiżjonijiet amministrattivi ewlenin tan-negozju bħal dwar akkwiżizzjonijiet, investimenti u strateġija. Il-poteri tal-korpi superviżorji skont il-liġi dwar il-kumpanniji ta’ l-Istati Membri bħall-ħatra tal-membri tal-bord, m'għandhomx ikunu affettwati minn din id-direttiva.

(7)

Biex ikun żgurat li l-iżvilupp fil-ġejjieni u t-tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-ferrovija, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-infrastruttura. Minħabba din is-sitwazzjoni, jeħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet ikunu mmmexxija b'mod separat u jkollhom żewġ kontijiet separati. Dment li dawk ir-rekwiżiti ta’ separazzjoni jiġu ssodisfati, ma jinħolqu l-ebda kunflitti ta’ interess u li l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva hija ggarantita, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ikollhom il-possibbiltà li jissottokuntrattaw kompiti amministrattivi speċifiċi, bħall-ġbir ta’ imposti, lil entitajiet oħra għajr dawk attivi fis-swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju.

(8)

Il-prinċipju tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi għandu jiġi applikat għas-settur ferrovjarju, u jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak is-settur.

(9)

Sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fl-immaniġġjar tas-servizz ferrovjarju rigward il-kumdità mtejba u s-servizzi offruti lil min jużaha, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli b'mod ġenerali għall-iżvilupp tal-infrastruttura xierqa tal-ferrovija.

(10)

Fin-nuqqas ta’ regoli komuni dwar l-allokazzjoni ta’ spejjeż tal-infrastruttura, l-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lill-maniġer tal-infrastruttura, għandhom jistabbilixxu regoli li jaħsbu biex l-impriżi ferrovjarji jħallsu għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja. Tali regoli ma għandhomx jiddiskriminaw bejn l-impriżi ferrovjarji.

(11)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi eżistenti tat-trasport ferrovjarju li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati minnu jingħataw struttura finanzjarja b'saħħitha b'rigward xieraq lejn ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuniet Statali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri rigward l-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura.

(12)

L-applikanti għandhom jingħataw l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kontenut tal-pjan kummerċjali fejn dawn jikkonċernaw l-użu, il-forniment u l-iżvilupp tal-infrastruttura. Dan m'għandux neċessarjament ifisser żvelar komplet tal-pjan kummerċjali żviluppat mill-maniġer tal-infrastruttura.

(13)

Peress li branki ta’ linji u binarji żgħar privati, bħal binarji żgħar u linji f'faċilitajiet industrijali privati, ma jiffurmawx parti mill-infrastruttura ferrovjarja kif definita minn din id-Direttiva, il-maniġers ta’ dawk l-infrastrutturi m'għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi imposti fuq maniġers tal-infrastruttura skont din id-Direttiva. Madankollu għandu jiġi ggarantit aċċess nondiskriminatorju għal branki ta’ linji u binarji żgħar, irrispettivament mill-proprjetarju tagħhom, fejn dawn ikunu meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal faċilitajiet ta’ servizzi li huma essenzjali għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasport u fejn jinqeda jew potenzjalment jistgħu jaqdu iktar minn klijent aħħari wieħed.

(14)

Stat Membru għandu jkun jista' jiddeċiedi li jkopri l-infiq għall-infrastruttura permezz ta’ mezzi oħra għajr il-finanzjament Statali dirett, bħal pereżempju Sħubija Pubblika-Privata u l-finanzjament tas-settur privat.

(15)

Il-kontijiet ta’ maniġer ta’ infrastruttura għandhom ikunu bbilanċjati tul perjodu ta’ żmien raġonevoli li, ladarba jiġi stabbilit, jista' jinqabeż taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal deterjorament kbir u f'salt fis-sitwazzjoni ekonomika fi Stat Membru li tolqot b'mod sostanzjali l-livell tat-traffiku fuq l-infrastruttura tiegħu jew il-livell ta’ finanzjament pubbliku disponibbli.

(16)

Settur effiċjenti tal-merkanzija, speċjalment tul il-fruntieri, jeħtieġ azzjoni biex jinfetaħ is-suq.

(17)

Biex ikun żgurat li d-drittijiet ta’ aċċess lil infrastruttura ferrovjarja jkunu applikati fl-Unjoni b'mod uniformi u nondiskriminatorja, huwa xieraq li tiddaħħal liċenzja għall-impriżi ferrovjarji.

(18)

Fil-każ ta’ vjaġġi b’ waqfiet intermedji, għandhom jiġu awtorizzati operaturi ġodda fis-suq biex itellgħu u jniżżlu passiġġieri matul ir-rotta biex ikun żgurat li tali ħidmiet ikunu vijabbli ekonomikament u sabiex jiġi evitat li kompetituri potenzjali jitpoġġew fi żvantaġġ meta mqabbla ma’ operaturi eżistenti.

(19)

L-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda internazzjonali tal-passiġġieri b'aċċess miftuħ u b'waqfiet intermedji ma għandhiex tintuża biex jinfetaħ is-suq għas-servizzi domestiċi tal-passiġġieri, iżda għandha sempliċiment tkun iffukata fuq waqfiet li huma anċillari għar-rotta internazzjonali. L-iskop prinċipali tas-servizzi l-ġodda għandu jkun li jinġarru passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq vjaġġ internazzjonali. Meta ssir il-valutazzjoni dwar jekk dak huwiex l-iskop prinċipali tas-servizz għandhom jitqiesu kriterji bħall-proporzjon ta’ turnover, u ta’ volum, li ġej mit-trasport ta’ passiġġieri domestiċi jew internazzjonali, u t-tul tas-servizz. Il-valutazzjoni tal-iskop ewlieni tas-servizz trid titwettaq mill-korp regolatorju nazzjonali rispettiv fuq talba tal-parti interessata.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (7) jawtorizza lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jagħtu kuntratti ta’ servizz pubbliku li jista' jkun fihom drittijiet esklussivi biex jitħaddmu ċerti servizzi. Hu għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament ikunu konsistenti mal-prinċipju li s-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri jinfetħu għall-kompetizzjoni.

(21)

Il-ftuħ ta’ servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, għal kompetizzjoni jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri provduti taħt kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw id-dritt għall-aċċess għas-suq fejn dan id-dritt ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u fejn tingħata approvazzjoni mill-korpi regolatorji rilevanti abbażi tal-analiżi ekonomika objettiva, wara talba mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratti ta’ servizz pubbliku.

(22)

Il-valutazzjoni ta’ jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku jistax jiġi kompromess għandha tqis kriterji predeterminati bħall-impatt fuq il-profitabbilità ta’ kwalunkwe servizz li hu inkluż fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku, inkluż l-impatti li jirriżultaw fuq l-ispejjeż netti fuq l-awtorità pubblika kompetenti li tkuun tat il-kuntratt, id-domanda tal-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti tal-biljetti, il-lokalità u n-numru ta’ waqfiet fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera u l-iskeda ta’ ħin u l-frekwenza tas-servizz il-ġdid propost. Skont din il-valutazzjoni u d-deċiżjoni tal-korp regolatorju rilevanti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw, jimmodifikaw jew jimpedixxu d-dritt ta’ aċċess għas-servizz mixtieq internazzjonali tal-passiġġieri, inkluż l-impożizzjoni ta’ piżijiet fuq l-operatur ta’ servizz internazzjonali tal-passiġġieri ġdid, f'konformità mal-analiżi ekonomika u skont il-liġi tal-Unjoni u l-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni.

(23)

Sabiex issir kontribuzzjoni għat-tħaddim ta’ servizzi ta’ passiġġieri fuq linji li jissodisfaw obbligu ta’ servizz pubbliku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet responsabbli għal dawk is-servizzi biex jimponu imposta fuq is-servizzi tal-passiġġieri li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet. Dik l-imposta għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti f'kuntratti ta’ servizz pubbliku.

(24)

Il-korp regolatorju għandu jiffunzjona b'tali mod li jevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi u kwalunkwe involviment possibbli fl-għotja tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku taħt kunsiderazzjoni. Il-poteri tal-korp regolatorju għandha tkun estiża biex tippermetti għall-valutazzjoni tal-iskop tas-servizz internazzjonali u, fejn hu xieraq, l-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti.

(25)

Sabiex ikun hemm l-investiment fis-servizzi li jużaw infrastruttura speċjalizzata, bħalma huma linji tal-ferrovija ta’ veloċità għolja, l-applikanti jeħtieġu ċertezza legali meta jitqies l-investiment sostanzjali u fit-tul li jkun involut.

(26)

Il-korpi regolatorji għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u, fejn rilevanti f'każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b'mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom.

(27)

Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji u jiġu garantiti b'mod sħiħ it-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għas-servizzi u l-forniment tagħhom, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-faċilitajiet tas-servizz. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet jiġu mmaniġġjati b'mod indipendenti minn xulxin fejn l-operatur tal-faċilità ta’ servizz jagħmel parti minn korp jew ditta li tkun ukoll attiva u li jkollha pożizzjoni dominanti fil-livell nazzjonali f'mill-inqas wieħed mis-swieq tat-trasport bil-ferrovija għall-ġarr ta’ merkanzija jew tal-passiġġieri li għalih tintuża l-faċilità. Tali indipendenza ma għandhiex tfisser l-istabbiliment ta’ korp jew kumpanija separata għal faċilitajiet tas-servizz.

(28)

Ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandhom jiffaċilitaw il-forniment ta’ aċċess indaqs għas-suq għall-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni u dawk ta’ pajjiżi terzi fuq bażi reċiproka.

(29)

Biex ikunu żgurati servizzi adegwati u li wieħed joqgħod fuqhom, jeħtieġ li jkun żgurat li, f'kull ħin, l-impriżi ferrovjarji josservaw ċerti rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba, qagħda finanzjarja tajba u kompetenza professjonali.

(30)

Għall-protezzjoni tal-konsumaturi u terzi persuni kkonċernati, huwa essenzjali li jkun żgurat li l-impriżi ferrovjarji jkunu assigurati biżżejjed kontra ir-responsabbiltà. Għandu jkun permess ukoll lir-responsabbiltà tagħha tkun koperta fil-każ ta’ aċċidenti permezz ta’ garanziji mogħtija minn banek jew impriżi oħra, dment li kopertura bħal din tkun offruta skont il-kondizzjonijiet tas-suq, ma tirriżultax f'Għajnuna tal-istat u ma tinkludix elementi ta’ diskriminazzjoni kontra impriżi ferrovjarji oħrajn

(31)

Impriża ferrovjarja għandha tkun ukoll meħtieġa tosserva liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-forniment ta’ servizzi ferrovjarji, applikati b'manjiera nondiskriminatorja, li huma intenzjonati biex jiżguraw li tista' tkompli bl-attivitajiet tagħha f'sikurezza kompleta u b'rigward xieraq għas-saħħa, il-kundizzjonijiet soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi fuq witat speċifiċi ta’ binarji.

(32)

Il-proċeduri biex jingħataw, jinżammu u jkunu emendati l-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu trasparenti u skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

(33)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja u għas-servizzi f'faċilitajiet ta’ servizz għall-impriżi kollha ferrovjarji, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintużaw id-drittijiet tal-aċċess għandha tiġi ppubblikata f'dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

(34)

Skemi xierqa għall-allokazzjoni tal-kapaċità għall-infrastruttura ferrovjarja flimkien mal-operaturi kompetitivi għandhom jirriżultaw f' bilanċ aħjar tat-trasport bejn il-modi.

(35)

Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-livell tal-imposti tal-aċċess u l-ispiża għall-provvediment tal-infrastruttura, bħall-bonusijiet għad-diretturi maniġerjali.

(36)

L-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-miri ta’ prestazzjoni u d-dħul għall-perjodu medju sa twil tal-maniġer tal-infrastruttura jiġu implimentati permezz ta’ ftehim kuntrattwali bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri rigward l-ippjanar ta’ u l-finanzjament għall-infrastruttura ferrovjarja.

(37)

L-inkoraġġiment tal-aħjar użu tal-infrastruttura ferrovjarja se jwassal għal tnaqqis fl-ispiża tat-trasport għas-soċjetà.

(38)

Il-metodi għat-tqassim tal-ispejjeż stabbiliti mill-maniġers tal-infrastruttura għandhom jkunu bbażati fuq l-aħjar fehma disponibbli ta’ dak li jikkawża l-ispejjeż u għandhom iqassmu l-ispejjeż skont id-diversi servizzi offruti lill-impriżi ferrovjarji u, fejn rilevanti, skont it-tip ta’ vetturi ferrovjarji.

(39)

Skemi xierqa għat-tqegħid ta’ piżijiet għall-infrastruttura ferrovjarja flimkien ma’ skemi xierqa ta’ piżijiet għal infrastrutturi oħrajn ta’ trasport u ma’ operaturi kompetittivi għandhom jirriżultaw f'bilanċ ottimu tal-mezzi differenti tat-trasport fuq bażi sostenibbli.

(40)

Meta jiġu imposti l-mark ups, għandhom jiġu definiti taqsimiet distinti tas-suq mill-maniġer tal-infrastruttura fejn l-ispejjeż tal-forniment tas-servizzi ta’ trasport, il-prezzijiet tagħhom tas-suq jew ir-rekwiżiti tagħhom għall-kwalità tas-servizz ikunu konsiderevolment differenti.

(41)

Il-piżijiet u l-iskemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jippermettu aċċess ugwali u nondiskriminatorju għall-impriżi kollha u jippruvaw safejn possibbli jissodisfaw il-bżonnijiet tal-utenti kollha u t-tipi ta’ traffiku b'mod ġust u nondiskriminatorju. Skemi bħal dawn għandhom iħallu kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi ferrovjarji.

(42)

Fil-qafas stabbilit mill-Istati Membri, il-piżijiet u l-iskemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jinkoraġġixxu lill-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja biex itejbu kemm jistgħu l-użu tal-infrastruttura tagħhom.

(43)

L-impriżi ferrovjarji għandhom jirċievu sinjali ekonomiċi ċari u konsistenti minn skemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità li jwassluhom biex jagħmlu deċiżjonijiet razzjonali.

(44)

Kull skema għall-impożizzjoni tal-piżijiet tibgħat sinjali ekonomiċi lill-utenti. Huwa importanti li dawk is-sinjali lill-impriżi ferrovjarji jkunu konsistenti u jwassluhom biex jagħmlu deċiżjonijiet razzjonali.

(45)

L-istorbju tal-ferrovija ikkawżat mill-blokok tal-brejkijiet b'teknoloġija ta’ ħadid fondut, użati fuq vaguni tal-merkanzija, huwa wieħed mill-kawżi tal-emissjonijiet ta’ storbju li jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ soluzzjonijiet tekniċi adatti. L-imposti tal-infrastruttura differenzjati skont l-istorbju għandhom jindirizzaw prinċipalment il-vaguni tal-merkanzija li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jikkonċerna l-ispeċifikazzjoijiet tekniċi għall-interoperabilità relatata mas-subsystem rolling stock - storbju tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (8). Meta tali differenzjazzjoni tirriżulta f'telf ta’ dħul għall-maniġer tal-infrastruttura, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-Għajnuna tal-istat.

(46)

Sabiex titħaffef l-installazzjoni tas-Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) abbord il-lokomotivi, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimmodifikaw is-sistema ta’ imposti permezz ta’ differenzjazzjoni temporanja għall-ferroviji mgħammra b'ETCS. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ikunu jistgħu jiżguraw li tali differenzjazzjoni ma tirriżultax f'telf ta’ dħul.

(47)

Sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, jew tal-utenti potenzjali, tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja sabiex jippjanaw in-negozju tagħhom, u l-ħtiġijiet tal-klijenti u tal-fondaturi, huwa importanti li l-maniġers tal-infrastruttura jiżguraw li l-kapaċità tal-infrastruttura tkun allokata b'tali mod li tkun tirrifletti l-ħtieġa li jinżammu u jitjiebu l-livelli ta’ kemm is-servizzi huma ta’ min jorbot fuqhom.

(48)

L-impriżi ferrovjarji u l-maniġer tal-infrastruttura għandhom jingħataw inċentivi biex jiġi minimizzat it-tfixkil fis-servizz u titjieb il-prestazzjoni tan-netwerk.

(49)

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jippermettu li x-xerrejja tas-servizzi ferrovjarji jidħlu fil-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità b'mod dirett.

(50)

Huwa importanti li jitqiesu l-ħtiġijiet tan-negozju ta’ kemm l-applikanti kif ukoll tal-maniġer tal-infrastruttura.

(51)

Huwa importanti li titjieb il-flessibbiltà li għandhom il-maniġers tal-infrastruttura fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura imma dan għandu jkun konsistenti mas-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet raġjonevoli tal-applikant.

(52)

Il-proċess tal-allokazajoni tal-kapaċità għandu jrażżan l-impożizzjoni ta’ rbit mhux xieraq fuq xewqat ta’ impriżi oħrajn li għandhom, jew li beħsiebhom ikollhom, drittijiet li jużaw l-infrastruttura biex jiżviluppaw in-negozju tagħhom.

(53)

L-iskemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità u tal-piżijiet jista' jkollhom iqisu l-fatt li komponenti differenti tan-netwerk tal-infrastruttura ferrovjarja setgħu kienu ddisinjati b'kunsiderazjoni għal utenti prinċipali differenti.

(54)

Peress li utenti u tipi ta’ utenti differenti spiss ikollhom impatt differenti fuq il-kapaċità tal-infrastruttura, l-ħtiġijiet tas-servizzi differenti għandhom jiġu bbilanċjati kif dovut.

(55)

Servizzi mħaddma skont kuntratt mal-awtorità pubblika jistgħu jenħtieġu regoli speċjali biex jissalvagwardjaw l-attrazzjoni tagħhom għall-utenti.

(56)

L-iskemi tal-piżijiet u tal-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom iqisu l-effetti ta’ saturazzjoni dejjem tiżdied tal-kapaċità tal-infrastruttura u fl-aħħar, tal-iskarsezza tal-kapaċità.

(57)

L-oqfsa taż-żmien differenti għall-ippjanar ta’ tipi tat-traffiku għandhom jiżguraw li talbiet għall-kapaċità infrastrutturali li jsiru wara li jitlesta l-proċess għall-istabbiliment tal-iskeda annwali tax-xogħol ikunu jistgħu jiġu ssodisfati.

(58)

Sabiex jiġi żgurat l-aħjar riżultat għall-impriżi ferrovjarji, huwa xieraq li tkun meħtieġa verifika tal-użu tal-kapaċità disponibbli tal-infrastruttura meta l-koordinazzjoni ta’ talbiet għall-kapaċità tkun meħtieġa tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti.

(59)

Minħabba l-pożizzjoni monopolistika tagħhom, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jeżaminaw il-kapaċità disponibbli tal-infrastruttura, u metodi għat-titjib tagħha meta l-proċess tal-allokazzjoni ta’ kapaċità ma jkunx jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti.

(60)

Nuqqas ta’ informazzjoni dwar it-talbiet ta’ impriżi ferrovjarji oħrajn u dwar l-irbit fis-sistema tista' tagħmilha diffiċli għall-impriżi ferrovjarji biex jippruvaw itejbu t-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura tagħhom.

(61)

Huwa importanti li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-iskemi tal-allokazzjoni sabiex tittejjeb l-attrazzjoni tal-ferroviji għat-traffiku li juża' n-netwerk ta’ iktar minn maniġer tal-infrastruttura wieħed, b'mod partikolari għat-traffiku internazzjonali.

(62)

Huwa importanti li jiġi mminimizzat it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni li jista' jinqala' jew bejn l-infrastrutturi ferrovjarji jew bejn il-mezzi tat-trasport, minħabba differenzi sinifikanti fil-prinċipji tat-tqegħid tal-piżijiet.

(63)

Huwa xieraq li jiġu definiti dawk il-komponenti tas-servizz tal-infrastruttura li huma essenzjali biex jippermettu li operatur jipprovdi servizz u li għandhom jingħataw għal piżijiet minimi għall-aċċess.

(64)

Investiment fl-infrastruttura ferrovjarja huwa meħtieġ u l-iskemi għat-tqegħid tal-piżijiet fuq l-infrastruttura għandhom jipprovdu inċentivi għall-maniġers tal-infrastruttura biex iwettqu investimenti ekonomikament ta’ attrazzjoni.

(65)

Sabiex ikun possibbli l-istabbiliment ta’ livelli xierqa u ġusti ta’ piżijiet tal-infrastruttura, il-maniġers tal-infrastruttra jeħtieġu jirreġistraw u jistabbilixxu l-valur tal-assi tagħhom u jiżviluppaw fehim ċar tal-fatturi tal-prezz fit-tħaddim tal-infrastruttura.

(66)

Huwa mixtieq li jigi żgurat li jitqiesu l-ispejjeż esterni fid-deċiżjonijiet tat-trasport u li l-impożizzjoni ta’ piżijiet għall-infrastruttura ferrovjarja jistgħu jikkontribwixxu għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni b'mod koerenti u bbilanċjat fil-modi kollha tat-trasport.

(67)

Huwa importanti li jiġi żgurat li piżijiet għat-traffiku domestiku u internazzjonali jkunu tali li jippermettu li l-ferroviji jissodisfaw il-bżonnijiet tas-suq; konsegwentement il-piżijiet tal-infrastruttura għandhom jiġu stabbiliti bil-prezz li jiġġarrab direttament bħala riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

(68)

Il-livell globali ta’ rkupru tal-prezz permezz ta’ piżijiet infrastrutturali jaffettwa l-livell meħtieġ ta’ kontribuzzjoni tal-gvern; l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu livelli differenti ta’ rkupru globali tal-prezz. Madanakollu kull skema ta’ imposti tal-infrastruttura għandha tippermetti livell ta’ traffiku li jista' tal-inqas iħallas għall-prezz addizzjonali li timponi b'riżultat tal-użu tan-netwerk tal-ferrovija.

(69)

L-infrastruttura ferrovjarja hija monopolju naturali. Għalhekk huwa meħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż u jimmaniġġjaw l-infrastruttura tagħhom b'mod effiċjenti.

(70)

L-iżvilupp ta’ trasport ferrovjarju għandu jinkiseb bl-użu fost oħrajn tal-istrumenti tal-Unjoni disponibbli, mingħajr preġudizzju għal prijoritajiet diġà stabbiliti.

(71)

L-iskonti mogħtija lill-impriżi ferrovjarji għandhom jirrelataw mat-tfaddil fuq l-ispejjeż amministrattivi magħmula, b'mod partikolari mat-tfaddil fuq l-ispejjeż tat-transazzjonijiet. Jistgħu jingħataw skonti wkoll biex jiġi promoss l-użu effiċjenti tal-infrastruttura.

(72)

Huwa mixtieq li l-impriżi ferrovjarji u l-maniġer tal-infrastruttura jingħataw inċentivi biex jiġi mminimizzat it-tfixkil tan-netwerk.

(73)

L-allokazzjoni tal-kapaċità hija assoċjata ma’ spiża għall-maniġer tal-infrastruttura, li għandu jkun meħtieġ ħlas għaliha.

(74)

L-immaniġġjar effiċjenti u ġust u l-użu nondiskriminatorju tal-infrastruttura ferrovjarja jeħtieġu l-istabbiliment ta’ korp regolatorju li jissorvelja l-applikazzjoni tar- regoli stabbiliti f'din id-Direttiva li jaġixxi bħala korp ta’ appell, minkejja l-possibbiltà ta’ analiżi ġudizzjarja. Tali korp regolatorju għandu jkun jista' jinforza t-talbiet tiegħu għal informazzjoni u d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ penali amministrattivi adatti.

(75)

Il-finanzjament tal-korp regolatorju għandu jiggarantixxi l-indipendenza tiegħu u għandu jsir jew mill-baġit tal-Istat jew minn kontribuzzjonijiet tas-settur miġbura b'mod obbligatorju, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji ta’ ekwità, trasparenza, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità.

(76)

Miżuri speċifiċi huma meħtieġa biex titqies is-sitwazzjoni speċifika ġeopolitika u ġeografika ta’ ċerti Stati Membri u l-organizzazzjoni partikolari tas-settur ferrovjarju fi Stati Membri varji waqt li jiżguraw l-integrità tas-suq intern.

(77)

Sabiex tieħu in konsiderazzjoni l-evoluzzjoni tas-suq tal-ferroviji, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ emendi tekniċi għall-informazzjoni provduta mill-impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja, għal-lista ta’ klassijiet ta’ dewmien, għall-iskeda tal-proċedura ta’ allokazzjoni, u għall-informazzjoni ta’ kontabilità fornuta mil-korpi regolatorji. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħdima preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(78)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (9).

(79)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, prinċipalment li jitrawwem l-iżvilupp ferrovjarju tal-Unjoni, li jiġu stabbiliti prinċipji wesgħin għall-għoti ta’ liċenzji għal impriżi ferrovjarji u li jiġu kkoordinati arranġamenti fl-Istati Membri li jirregolaw l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-piżijiet li jiġu ddebitati għall-użu tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, minħabba d-dimensjonijiet manifestament internazzjonali tal-għoti ta’ liċenzji bħal dawn u tat-tħaddim ta’ elementi sinifikanti tan-netwerks ferrovjarji, u minħabba l-bżonn li jkunu żgurati termini ġusti u nondiskriminatorji għall-aċċess għall-infrastruttura, u jistgħu għalhekk, minħabba l-implikazzjonijiet transnazzjonali tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjeta' kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(80)

L-obbligu li tiġi trasposta din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li mhumiex mibdula b'mod sostantiv, kif komparat ma’ Direttivi preċedenti, joħroġ minn dawk id-Direttivi.

(81)

L-Istati Membri li ma għandhomx sistema ta’ linja ferrovjarja, u l-ebda prospett immedjat li jkollhom waħda, ikollhom obbligu sproporzjonat u futili li kieku kellhom jittrasponu u jimplimentaw l-Kapitoli II u IV ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, it-tali Stati Membri għandhom ikunu eżenti minn dik l-obligazzjoni.

(82)

Skont il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar (10), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom li juru sa fejn huwa possibbli l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(83)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien stipulati fil-Parti B tal-Anness IX, li fihom Stati Membri jridu jiġu f'konformità ma’ Direttivi preċedenti,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a)

ir-regoli applikabbli għall-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-attivitajiet tat-trasport ferrovjarju tal-impriżi ferrovjarji stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti f'xi Stat Membru kif stabbiliti fil-Kapitolu II.

(b)

il-kriterji applikabbli għall-ħruġ, it-tiġdid jew l-emendar ta’ liċenzji minn Stat Membru maħsuba għal impriżi ferrovjarji li huma jew li sejrin jiġu stabbiliti fl-Unjoni kif stabbiliti fil-Kapitolu III;

(c)

il-prinċipji u l-proċeduri applikabbli għall-istabbiliment u l-ġbir ta’ piżijiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-allokazzjoni ta’ kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja kif stabbilit fil-Kapitolu IV.

2.   Din id-Direttiva tapplika għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għal servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali.

Artikolu 2

Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Il-Kapitolu II ma għandux japplika għall-impriżi ferrovjarji li jħaddmu biss servizzi urbani, suburbani jew reġjonali fuq netwerks indipendenti lokali u reġjonali għal servizzi tat-trasport fuq infrastruttura ferrovjarja jew fuq netwerks maħsuba biss għat-tħaddim ta’ servizzi ferrovjarji urbani jew suburbani.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, meta tali impriża ferrovjarja tkun taħt kontroll dirett jew indirett ta’ impriża jew entità oħra li twettaq jew tintegra servizzi tat-trasport ferrovjarju għajr servizzi urbani, suburbani jew reġjonali, l-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw. L-Artikolu 6 għandu japplika wkoll għal tali impriża ferrovjarja fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-impriża ferrovjarja u l-impriża jew entità li tikkontrollha, direttament jew indirettament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III:

(a)

impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq infrastruttura indipendenti lokali u reġjonali;

(b)

impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri urbani jew suburbani;

(c)

impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fuq bażi reġjonali;

(d)

impriżi li jħaddmu biss servizzi tat-trasport tal-merkanzija fuq infrastruttura ferrovjarja privata li teżisti biss għall-użu mis-sid tal-infrastruttura għall-ħidmiet tat-trasport tal-merkanzija tiegħu biss.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 8, 13 u l- Kapitolu IV:

(a)

netwerks lokali u reġjonali indipendenti għal servizzi tal-passiġġieri fuq infrastruttura ferrovjarja;

(b)

netwerks maħsuba biss għat-tħaddim ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri urbani u suburbani;

(c)

netwerks reġjonali li jintużaw għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija reġjonali biss minn impriża ferrovjarja li ma taqax taħt il-paragrafu 1 sakemm tintalab kapaċità fuq dak in-netwerk minn applikant ieħor;

(d)

infrastruttura ferrovjarja li hija proprjetà privata u li teżisti biss għall-użu mill-proprjetarju tal-infrastruttra għat-trasport tal-merkanzija tiegħu stess;

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-infrastrutturi ferrovjarji lokali u reġjonali li m'għandhomx importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq ferrovjarju mill-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3) u l-infrastrutturi ferrovjarji lokali li m'għandhomx importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq ferrovjarju mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV. L-Istati membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jeskludu infrastrutturi ferrovjarji bħal dawn. F'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tali infrastruttura ferrovjarja tistax titqies li tkun mingħajr ebda importanza strateġika b'kont meħud tat-tul tal-linji ferrovjarji kkonċernati, il-livell tal-użu tagħhom u l-impatt potenzjali fuq il-volum tat-traffiku.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 31(5), vetturi li jitħaddmu jew li huma maħsuba biex jitħaddmu minn u lejn pajjiżi terzi, li jivvjaġġaw fuq netwerk fejn il-wisgħa bejn il-binarji hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu perijodi ta’ żmien u skadenzi biex tiġi skedata l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 43(2), il-punt 2(b) tal-Anness VI u l-punti 3, 4, u 5 tal-Anness VII għal mogħdijiet tal-ferrovija li għandhom jiġu stabbiliti f'kooperazzjoni mal-maniġers tal-infrastruttura ta’ pajjiżi terzi fuq netwerk fejn il-wisgħa bejn il-binarji hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-qafas tal-imposti u r-regoli tal-imposti applikabbli speċifikament għal servizzi tal-merkanzija internazzjonali minn u lejn pajjiżi terzi operati fuq netwerk li l-wisgħa bejn il-binarji tiegħu hija differenti minn tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni bi strumenti u skadenzi differenti minn dawk previsti taħt l-Artikolu 29(1) fejn dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta.

8.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV l-infrastruttura ferrovjarja fejn il-wisgħa bejn il-binarji hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, u li tgħaqqad stazzjonijiet transkonfinali ta’ Stat Membru mat-territorju ta’ pajjiż terz.

9.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi li l-ħidmiet ferrovjarji tagħhom huma limitati biex jipprovdu biss servizzi shuttle għal vetturi tat-triq minn mini taħt il-baħar u ħidmiet tat-trasport fil-forma ta’ servizzi shuttle għal vetturi tat-triq minn mini bħal dawn għajr għall-Artikoli 6(1), 6(4), 10, 11, 12 u 28.

10.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Kapitolu II, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14, u l-Kapitolu IV ta’ din id-Direttiva, kwalunkwe servizz ferrovjarju mwettaq fi transitu mal-Unjoni kollha.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“impriża ferrovjarja” tfisser impriża pubblika jew privata liċenzjata skont din id-Direttiva, li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipprovdi servizzi għat-trasport ta’ oġġetti u/jew ta’ passiġġieri bil-ferrovija b'kundizzjoni li l-impriża tiżgura trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss;

(2)

“maniġer tal-infrastruttura” tfisser kull korp jew ditta responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar; il-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura f'netwerk jew f'parti minn netwerk jistgħu jiġu allokati għal korpi jew ditti differenti;

(3)

“infrastruttura ferrovjarja” tfisser, l-elementi kollha elenkati fl-Anness I;

(4)

“servizz internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija” tfisser servizz tat-trasport fejn ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta’ Stat Membru; il-ferrovija tista' tkun maqgħuda u/jew maqsuma u s-sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti, jekk kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda;

(5)

“servizz internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri” tfisser servizz għall-passiġġieri li fih il-ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta’ Stat Membru u l-iskop prinċipali tas-servizz hu li jġorr passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti; il-ferrovija tista' tkun magħquda u/jew maqsuma, u s-sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti, jekk kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda;

(6)

“servizzi urbani u suburbani” tfisser servizzi tat-trasport li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta’ ċentru urban jew ta’ żona urbana estiża, inkluża żona transkonfinali estiża, flimkien mal-ħtiġijiet tat-trasport bejn dan iċ-ċentru jew din iż-żona urbana estiża u inħawi tal-madwar;

(7)

“servizzi reġjonali'” tfisser is-servizzi ta’ trasport li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta’ reġjun, inkluż reġjun transkonfinali;

(8)

“tranżitu” tfisser li wieħed jaqsam it-territorju tal-Unjoni mingħajr ma jitgħabbew jew jinħattu prodotti u/jew mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri fit-territorju tal-Unjoni,

(9)

“faċilità ta’ servizz” tfisser l-installazzjoni, inkluż l-art, il-bini u t-tagħmir, li ġiet maħsuba apposta, kompletament jew parzjalment, biex ikunu jistgħu jingħataw servizz wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punti (2) sa (4) tal-Anness II;

(10)

“operatur tal-faċilità ta’ servizz” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata responsabbli għall-immaniġġjar ta’ faċilità waħda jew aktar ta’ servizz jew li tagħti servizz wieħed jew aktar lill-impriżi ferrovjarji msemmija fil-punti 2 sa 4 tal-Anness II;

(11)

“ftehim transkonfinali” tfisser kwalunkwe ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi maħsub biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ servizzi ferrovjarji transkonfinali;

(12)

“liċenzja” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tal-liċenzji lill-impriża, li l-kapaċità tagħha sabiex tipprovdi servizzi ta’ trasport bħala impriża ferrovjarja hija rikonoxxuta; dik il-kapaċità tista' tiġi limitata għall-forniment ta’ tipi ta’ servizzi speċifiċi;

(13)

“awtorità tal-liċenzjar” tfisser il-korp responsabbli għall-ħruġ tal- liċenzji fi Stat Membru;

(14)

“ftehim kuntrattwali” tfisser ftehim jew, mutatis mutandis, arranġament fil-qafas tal-miżuri amministrattivi jew regolatorji;

(15)

“profitt raġonevoli” tfisser rata ta’ ritorn fuq il-kapital proprju li tieħu kont tar-riskju, inkluż dak tad-dħul, jew l-assenza ta’ tali riskju, imġarrab mill-operatur tal-faċilità tas-servizz u hija konformi mar-rata medja għas-settur ikkonċernat fi snin reċenti;

(16)

“allokazzjoni” tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja minn maniġer tal-infrastruttura;

(17)

“applikant” tfisser impriża ferrovjarja jew grupp internazzjonali ta’ impriżi ferrovjarji jew persuni jew entitajiet legali oħrajn, bħal awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u shippers, forwarders tal-merkanzija u operaturi tat-trasport ikkumbinat, b'interess tas-servizz pubbliku jew b'interess kummerċjali fil-prokura tal-kapaċità tal-infrastuttura;

(18)

“infrastruttura konġestjonata” tfisser element tal-infrastruttura li għaliha d-domanda għall-kapaċità tal-infrastruttura ma tistax tiġi ssodisfata kompletament tul ċerti perjodi anke wara l-koordinazzjoni ta’ talbiet differenti għall-kapaċità;

(19)

“pjan ta’ titjib tal-kapaċità” tfisser miżura jew serje ta’ miżuri b'kalendarju għall-implimentazzjoni tagħhom li għandhom l-għan inaqqsu l-irbit tal-kapaċità li jwasslu għad-dikjarazzjoni ta’ element tal-infrastruttura bħala “infrastruttura konġestjonata”;

(20)

“koordinazzjoni” tfisser il-proċess li bih il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti se jippruvaw isolvu s-sitwazzjonijijet li fihom ikun hemm applikazzjonijiet konfliġġenti għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(21)

“ftehim qafas” tfisser ftehim ġenerali li jorbot skont il-liġi pubblika jew privata, li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ applikant u l-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-kapaċità tal-infrastruttura li għandha tiġi allokata u tal-piżijiet li għandhom jiġu ddebitati tul perjodu itwal minn perjodu ta’ skeda tax-xogħol;

(22)

“kapaċità tal-infrastruttura” tfisser il-potenzjal li jiġu skedati l-linji tal-ferroviji mitluba għal element tal-infrastruttura għal ċertu perjodu;

(23)

“netwerk” tfisser l-infrastruttura ferrovjarja sħiħa mmaniġġjata minn maniġer tal-infrastruttura;

(24)

“dikjarazzjoni dwar in-netwerk” tfisser id-dikjarazzjoni li tistabbilixxi fid-dettall ir-regoli ġenerali, it-termini, il-proċeduri u l-kriterji għall-iskemi ta’ tqegħid ta’ piżijiet u tal-allokazzjoni tal-kapaċità inkluża l-informazzjoni l-oħra bħal din li hi meħtieġa biex tippermetti l-applikazzjonijiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(25)

“mogħdija tal-ferrovija” tfisser il-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa sabiex titmexxa ferrovija bejn żewġ postijiet f'perjodu speċifikat;

(26)

“skeda tax-xogħol” tfisser id-data li tiddefinixxi l-movimenti kollha ppjanati tal-ferrovija u tar-rolling-stock li jseħħu fuq l-infrastruttura rilevanti tul il-perjodu li matulu tkun fis-seħħ;

KAPITOLU II

L-IŻVILUPP TAL-FERROVIJI TAL-UNJONI

IT-TAQSIMA 1

L-indipendenza fl-immaniġġjar

Artikolu 4

Indipendenza tal-impriżi ferrovjarji u tal-maniġers tal-infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fir-rigward tal-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern fuq kwistjonijiet amministrattivi, ekonomiċi u ta’ kontabbiltà, l-impriżi ferrovjarji li huma direttament jew indirettament proprjetà tal-Istati Membri jew ikkontrollati minnhom ikollhom status indipendenti li b'konformità miegħu huma jżommu, b'mod partikolari, assi, baġits u kontijiet li huma separati minn dawk tal-Istat.

2.   Waqt li jirrispetta l-qafas u r-regoli speċifiċi dwar it-tqegħid ta’ piżijiet u dwar l-allokazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern tiegħu stess.

Artikolu 5

Immaniġġjar tal-impriżi ferrovjarji skont prinċipji kummerċjali

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu l-impriżi ferrovjarji jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom għas-suq u jimmanniġġjaw dawk l-attivitajiet taħt ir-responsabbiltà tal-korpi tal-immaniġġjar tagħhom, fl-interess li jagħtu servizz effiċjenti u xieraq bl-inqas prezz possibbli għas-servizz meħtieġ.

L-impriżi ferrovjarji ikunu mmaniġġjati b'mod konformi mal-prinċipji li jgħoddu għall-kumpanniji kummerċjali, irrispettivament mill-proprjetà tagħhom. Dan għandu jgħodd ukoll għall-obbligi tas-servizz pubbliku tagħhom imposti fuqhom mill-Istati Membri u għall-kuntratti tas-servizz pubbliku li huma jiffirmaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat.

2.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiddeterminaw il-pjanijiet kummerċjali tagħhom, inklużi l-programmi tal-investiment u dawk finanzjarji tagħhom. Dawn il-pjanijiet iridu jkunu ddisinjati biex jiksbu l-ekwilibriju finanzjarju tal-impriżi u għanijiet oħra tekniċi, kummerċjali u tal-immaniġġjar finanzjarju; dawn għandhom jindikaw wkoll il-metodi li permezz tagħhom se jintlaħqu dawn l-għanijiet.

3.   B'referenza għal-linji gwida tal-politika ġenerali maħruġa minn kull Stat Membru u filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet u l-kuntratti nazzjonali (li jistgħu jkunu multiannwali) inklużi l-pjanijiet ta’ investiment u ta’ finanzjament, l-impriżi ferrovjarji għandhom, b'mod partikolari jkunu ħielsa biex:

(a)

iwaqqfu l-organizzazzjoni interna tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 29 u 39;

(b)

jikkontrollaw il-forniment u l-bejgħ tas-servizzi u jistabbilixxu l-prezz tagħhom;

(c)

jieħdu deċiżjonijiet dwar l-impjegati il-persunal, l-assi u l-ksib tagħhom;

(d)

ikabbru s-sehem tagħhom fis-suq, jiżviluppaw teknoloġiji ġodda u servizzi ġodda u jadottaw kull metodu ta’ mmaniġġjar innovattiv;

(e)

jistabbilixxu attivitajiet ġodda fl-oqsma marbuta mal-kummerċ tal-ferroviji.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

TAQSIMA 2

Separazzjoni tal-immaniġġjar tal-infrastruttura u l-ħidmiet tat-trasport u ta' tipi differenti ta' ħidmiet tat-trasport

Artikolu 6

Separazzjoni tal-kontijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet separati tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċi jinżammu u jkunu ppubblikati, minn naħa għall-kummerċ relatat mal-forniment ta’ servizzi tat-trasport minn impriżi ferrovjarji u, min-naħa l-oħra, għall-kummerċ relatat mal-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja. Fondi pubbliċi mħallsa lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta’ attività ma għandhomx jiġu trasferiti lill-oħra.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizazzjoni ta’ diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura u s-servizzi ta’ trasport għandhom ikunu immaniġġjati minn entitajiet separati.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet separati ta’ profit u telf u l-karti tal-bilanċi jinżammu u jiġu ppubblikati, min-naħa l-waħda għall-kummerċ relatat mal-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u min-naħa l-oħra, għal attivitajiet relatati mal-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Fondi pubbliċi mħallsa għal attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi tat-trasport bħal dħul minn servizz pubbliku għandhom jintwerew separatament b'kont meħud tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fil-kontijiet rilevanti u ma għandhomx jiġu trasferiti għal attivitajiet relatati mal-forniment ta’ servizzi tat-trasport oħra jew xi kummerċ ieħor.

4.   Il-kontijiet għall- oqsma differenti ta’ attività msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jinżammu b'mod lijippermetti l-monitoraġġ tal-projbizzjoni fuq it-trasferiment ta’ fondi pubbliċi mħallsa lil qasam wieħed ta’ attivitajiet lejn qasam oħra.

Artikolu 7

Indipendenza tal-funzjonijiet essenzjali ta’ maniġer tal-infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet essenzjali li jiddeterminaw aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura, jkunu fdati lil korpi jew ditti li ma jkunux jipprovdu huma nfushom servizzi ta’ trasport ferrovjarju. Irrispettivament mill- istrutturi organizzattivi, għandu jintwera li dan l-għan ikun inkiseb.

Il-funzjonijiet essenzjali għandhom ikunu:

(a)

it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ mogħdijiet tal-ferrovija, inklużi kemm id-definizzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni ta’ mogħdijiet tal-ferrovija individwali, u

(b)

it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-piżijiet fuq l-infrastruttura, inkluż id-determinazzjoni u l-ġbir tal-piżijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29(1).

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jassennjaw lill-impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor ir-responsabbiltà li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, per eżempju permezz tal-investiment, il-manutenzjoni u l-iffinanzjar.

2.   Meta l-maniġer tal-infrastruttura, fil-forma legali, fl-organizzazzjoni jew fil-funzjonijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, mhuwiex indipendenti minn kull impriża ferrovjarja, il-funzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom jitwettqu rispettivament minn korp li jimponi l-piżijiet u minn korp li jalloka li huma indipendenti fil-forma legali, fl-organizzazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom minn kull impriża ferrovjarja.

3.   Meta d-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV jirreferu għall-funzjonijiet essenzjali ta’ maniġer tal-infrastruttura, dawn għandhom jiġu miftiehma bħala li japplikaw għall-korp li jimponi l-piżijiet jew għall-korp li jalloka għall-poteri rispettivi tagħhom.

TAQSIMA 3

Titjib tal-qagħda finanzjarja

Artikolu 8

Finanzjament tal-maniġer tal-infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali tagħhom billi jqisu, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Unjoni, inkluż il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ġirien. Għal dan l-iskop, huma għandhom jippubblikaw sa … (11), strateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja bil-ħsieb li jintlaħqu l-ħtiġijiet futuri ta’ mobbiltà f'termini ta’ manutenzjoni, tiġdid u żvilupp tal-infrastruttura abbażi ta’ finanzjament sostenibbli tas-sistema ferrovjarja. Dik l-istrateġija għandha tkopri perjodu ta’ mill-anqas ħames snin u trid tkun tista' tiġġedded.

2.   Waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-maniġer tal-infrastruttura wkoll b'finanzjament konsistenti mal-funzjonijiet tiegħu kif imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 3, mad-daqs tal-infrastruttura u mar-rekwiżiti finanzjarji, b'mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw dawn l-investimenti permezz ta’ mezzi oħra minbarra l-finanzjament dirett tal-Istat.

3.   Fil-qafas ta’ politika ġenerali stabbilita mill-Istat Membru u filwaqt li titqies l-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-finanzjament previst mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jadotta pjan kummerċjali li jinkludi programmi ta’ investiment u dawk finanzjarji. Il-pjan għandu jkun iddisinjat biex,jiżgura l-użu, il-forniment u l-iżvilupp ottimi u effiċjenti tal-infrastruttura waqt li jiżgura bilanċ finanzjarju u jipprovdi l-mezzi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-applikanti magħrufin u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti u jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kontenut tal-pjan kummerċjali rigward il-kondizzjonijiet għall-aċċess u l-użu u n-natura, l-għoti u l-iżvilupp tal-infrastruttura qabel l-approvazzjoni tiegħu mill-maniġer tal-infrastruttura.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'kundizzjonijiet normali tal-kummerċ u f'perjodu raġonevoli ta’ żmien li m'għandux jaqbeż il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-ftehim kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 30(2), il-kontijiet ta’ maniġer tal-infrastruttura għandhom għall-inqas jibbilanċjaw dħul mill-piżijiet tal-infrastruttura, iż-żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn u l-fondi mill-Istat u privat fuq naħa waħda,, inkluzi ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat, meta jkun xieraq. u infiq infrastrutturali, inkluż għal tiġdid tal-assi għall-perijodu fit-tul u t-titjib min-naħa l-oħra.

Mingħajr preġudizzju għall-mira possibbli fit-tul ta’ kopertura min-naħa tal-utent tal-ispejjeż infrastrutturali għall-mezzi kollha tat-trasport abbażi ta’ kompetizzjoni ġusta u nondiskriminatorja bejn il-modi varji, meta t-trasport bil-ferrovija jista' jikkompeti ma’ mezzi oħrajn tat-trasport, fil-qafas tat-tqegħid tal-piżijiet mogħti fl-Artikoli 31 u 32, Stat Membru jista' jeħtieġ lill-maniġer tal-infrastruttura jibbilanċja l-kontijiet tiegħu mingħajr fondi tal-Istat.

Artikolu 9

Ħelsien trasparenti mid-dejn

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-istat u skont l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strutturi xierqa biex inaqqsu d-dejn tal-impriżi ferrovjarji li huma tal-istat jew li huma kkontrollati minnu u jġibuh f'livell li ma jfixkilx l-immaniġġjar finanzjarju tajjeb u li jtejjeb il-qagħda finanzjarja tagħhom.

2.   Għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li titwaqqaf unità separata li bil-mod tmewwet id-dejn fid-dipartimenti tal-kontabbiltà ta’ dawk l-impriżi ferrovjarji.

Il-karta tal-bilanċi tal-unità tista' tkun imġiegħla tħallas kull self li tagħmel l-impriża ferrovjarja kemm biex tiffinanzja l-investiment u biex tkopri l-ispiża eċċessiva biex taħdem li tirriżulta min-negozju tat-trasport ferrovjarju jew mill-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja, sakemm dak is-self jitħallas kollu. Id-djun li jkunu kkawżati minn ħidmiet sussidjarji m' għandhomx jitqiesu.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għad-djun jew interessi fuq dawn id-djun imġarrba mill-impriżi ferrovjarji ta’ proprjetà pubblika jew ikkontrollati pubblikament sad-data tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi kollha ta’ trasport ferrovjarju jew għal parti minnhom fl-Istat Membru kkonċernat u fi kwalunkwe każ sal-15 ta’ Marzu 2001 jew wara d-data tal-adeżjoni mal-Unjoni għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni wara dik id-data.

IT-TAQSIMA 4

Aċċess għall-infrastruttura u għas-servizzi ferrovjarji

Artikolu 10

Kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja

1.   Impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw, fuq kundizzjonijiet ekwi, nondiskrimatorji u trasparenti, id-dritt għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha għall-iskop tat-tħaddim tat-tipi kollha ta’ servizzi ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija. Dak id-dritt għandu jinkludi aċċess għall- infrastruttura li tgħaqqad il-portijiet marittimi u tax-xmajjar u faċilitajiet oħra ta’ servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness II, u l-infrastruttura li taqdi jew li potenzjalment taqdi aktar minn klijent aħħari wieħed.

2.   Impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw id-dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha sabiex jitħaddem is-servizz ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri. L-impriżi ferrovjarji għandhom, meta jkun qed jingħata s-servizz internazzjonali tal-passiġġieri, ikollhom id-dritt li jtellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab tul ir-rotta internazzjonali u jniżżluhom f'ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru. Dak id-dritt għandu jinkludi l-aċċess għall-infrastruttura li tgħaqqad il-faċilitajiet ta’ servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II.

3.   Wara talba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew impriżi ferrovjarji interessati, il-korp jew il-korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jiddeterminaw jekk l-iskop prinċipali tas-servizz hux it-trasport ta’ passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti.

4.   Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l- atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 11

Limitazzjoni tad-dritt ta’ aċċess u tad-dritt li wieħed itella' u jniżżel il-passiġġieri

1.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 10 dwar servizzi bejn post ta’ tluq u ta’ destinazzjoni li huma koperti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew aktar li jkunu skont il-liġi tal-Unjoni. It-tali limitazzjoni ma għandux ikollha l-effett li tnaqqas id-dritt li jittellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab tul ir-rotta ta’ servizz internazzjonali u li jitniżżlu f'ieħor, inklużi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, għajr fejn l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ikun jikkomprometti l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

2.   Jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku jkunx kompromess għandu jkun determinat mill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti msemmija fl-Artikolu 55 abbażi ta’ analiżi ekonomika oġġettiva u abbażi ta’ kriterji determinati minn qabel, wara talba minn kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(b)

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata li jkollha d-dritt tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu;

(c)

il-maniġer tal-infrastruttura;

(d)

l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b'mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha.

3.   Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jispeċifika l-perjodu ta’ żmien u l-kundizzjonijiet li fihom kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin tista' titlob li d-deċiżjoni terġa' titqies,

(a)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b)

il-maniġer tal-infrastruttura;

(c)

l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(d)

l-impriża ferrovjarja li tkun qiegħda tfittex l-aċċess.

4.   Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1) il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġi adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl- Artikolu 62(3).

5.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw id-dritt li jittellgħu u jitniżżlu passiġġieri fi stazzjonijiet fl-istess Stat Membru tul ir-rotta ta’ servizz internazzjonali tal-passiġġieri fejn dritt esklussiv li jitwasslu passiġġieri bejn dawk l-istazzjonijiet ikun ingħata taħt kuntratt ta’ konċessjoni qabel l-4 ta’ Diċembru 2007 abbażi ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti ġusta u kompetittiva u b'mod konformi mal-prinċipji rilevanti tal-liġi tal-Unjoni. Din il-limitazzjoni tista' tkompli tul iż-żmien oriġinali tal-kuntratt, jew għal 15-il sena, skont liema hu l-iqsar.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ikunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja.

Artikolu 12

Imposta fuq l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi għall-passiġġieri

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2), l-Istati Membri jistgħu, taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu, jawtorizzaw lill-awtorità responsabbli għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri sabiex timponi imposta fuq impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi tal-passiġġieri għat-tħaddim ta’ rotot li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta’ dik l-awtorità u li jitħaddmu bejn żewġ stazzjonijiet f'dak l-Istat Membru.

F'dak il-każ, impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizz domestiku jew internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija għandhom ikunu suġġetti għall-istess imposta fit-tħaddim ta’ dawk ir-rotot li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dik l-awtorità.

2.   L-imposta hija maħsuba biex tikkumpensa lill-awtorità għall-obbligi ta’ servizz pubbliku stipulati f'kuntratti ta’ servizz pubbliku mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni. Il-dħul magħmul mit-tali imposta u mħallas bħala kumpens ma għandux jisboq dak li hu meħtieġ biex wieħed ikopri l-ispiża kollha jew parti minnha mġarrba fl-obbligi ta’ servizz pubbliku rilevanti filwaqt li jitqiesu l-iriċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawk l-obbligi.

3.   L-imposta għandha tiġi imposta skont il-liġi tal-Unjoni u għandha tirrispetta b'mod partikolari l-prinċipji tal-ġustizzja, it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità, b'mod partikolari bejn il-prezz medju tas-servizz għall-passiġġier u l-livell tal-imposta. L-imposti totali imposti skont dan il-paragrafu ma għandhomx jipperikolaw il-vijabbiltà ekonomika tas-servizz tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija li fuqu jkunu imposti.

4.   L-awtoritajiet rilevanti għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-oriġini tal-imposti u l-użu tagħhom ikunu jistgħu jiġu traċċati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'din l-informazzjoni.

5.   Abbażi tal-esperjenza ta’ korpi regolatorji, awtoritajiet kompetenti u impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoi ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 13

Kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi

1.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji kollha fuq bażi nondiskriminatorja, il-pakkett minimu ta’ aċċess stipulat fil-punt 1 tal-Anness II.

2.   Operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizz għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji s-servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness II, b'mod nondiskriminatorju

3.   Biex jiggarantixxi trasparenza sħiħa u aċċess non-diskriminatorju għal faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-punt 2 (a), (b), (c) u (f) fl-Anness II, u l-provvista ta’ servizzi f'dawn il-faċilitajiet fejn l-operatur ta’ tali faċilità ta’ servizz huwa taħt il-kontroll dirett jew indirett ta’ korp jew ditta li hija wkoll attiva u li għandha pożizzjoni dominanti fi swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju nazzjonali li għalih qed tintuża' l-faċilità, l-operaturi ta’ dawn il-faċilitajiet ta’ servizz għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jkunu indipendenti minn dan il-korp jew din id-ditta, f'termini organizzattivi u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Tali indipendenza m'għandhiex tfisser r-rekwiżit tal-istabbiliment ta’ korp jew kumpanija separata għall-faċilitajiet ta’ servizz, u tista' tintlaħaq bl-organizzazzjoni ta’ diviżjonijiet distinti fi ħdan impriża waħda.

Għall-faċilitajiet ta’ servizz kollha msemmijin fil-punt 2 tal-Anness II, l-operatur u dan il-korp jew ditta għandu jkollhom kontijiet separati, inklużi karti tal-bilanċ u ta’ kontijiet ta’ qligħ u telf separati.

Meta t-tħaddim tal-faċilità ta’ servizz ikun żgurat minn maniġer tal-infrastruttura jew l-operatur tal-faċilità ta’ servizz ikun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta’ maniġer tal-infrastruttura, il-konformità ma’ r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu għandha titqies bħala ppruvata billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7.

4.   Talbiet li jsiru minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għall-, u l-forniment ta’ servizzi fil- faċilità ta’ servizz jistgħu jiġu miċħuda biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli li jippermettulhom iħaddmu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat fuq l-istess rotta jew rotot alternattivi taħt kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. Dan m'għandux jobbliga lill-operatur tal-faċilità ta’ servizz biex jagħmel investimenti f'riżorsi jew faċilitajiet sabiex jakkomoda t-talbiet kollha minn impriżi ferrovjarji.

Fejn it-talbiet minn impriżi ferrovjarji jikkonċernaw l-aċċess u l-forniment ta’ faċilità tas-servizz amministrata minn operatur ta’ faċilità ta’ servizz imsemmi fil-paragrafu 3, l-operatur tal-faċilità tas-servizz għandu jiġġustifika kwalunkwe deċiżjoni ta’ ċaħda u jindika alternattivi vijabbli f'faċilitajiet oħrajn.

5.   Fejn operatur tal-faċilità tas-servizz imsemmi fil-punt 2 tal-Anness II jiltaqa' ma’ kunflitti bejn talbiet differenti, għandu jipprova jilħaq it-talbiet kollha sakemm ikun possibbli. Jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli disponibbli, u wieħed ma jkunx jista' jakkomoda t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-faċilità rilevanti abbażi tal-ħtiġijiet murija, l-applikant jista' jippreżenta lment lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 li għandu jeżamina l-każ u jieħu azzjoni fejn adatt biex jiżgura li parti xierqa mill-kapaċità tingħata lil dak l-applikant

6.   Fejn faċilità tas-servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II, ma tkunx intużat għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, u ġie espress interess minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għal din il-faċilità lill-operatur ta’ dik il-faċilità tas-servizz abbażi ta’ ħtiġijiet murija, il-proprjetarju tagħha għandu jirriklama t-tħaddim tagħha bħala wieħed li qiegħed għall-kiri bħala faċilità ta’ servizz ferrovjarju, totalment jew parzjalment, sakemm l-operatur ta’ dik il-faċilità ta’ servizz ma jurix li proċess ta’ rinnovament li jkun għaddej jwaqqaf l-użu tagħha minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

7.   Meta l-operatur tal-faċilità ta’ servizz jipproduċi kwalunkwe wieħed mis-servizzi imsemmija fil-punt 3 tal-Anness II bħala servizz addizzjonali, għandu jagħtih fuq talba lil impriżi ferrovjarji b'mod nondiskriminatorju.

8.   L-impriżi ferrovjarji jistgħu jitolbu, bħala servizzi anċillari, servizzi oħra, imsemmija fil-punt 4 tal-Anness II mill-maniġer tal-infrastruttura jew minn operaturi oħrajn tal-faċilità ta’ servizz. L-operatur tal-faċilità ta’ servizz mhuwiex obbligat li jagħti dawn is-servizzi. Fejn l-operatur tal-faċilità ta’ servizz jiddeċiedi li joffri lil oħrajn kwalunkwe wieħed minn dawn is-servizzi, huwa għandu jfornihom fuq talba lill-impriżi ferrovjarji b'mod nondiskriminatorju.

9.   Abbażi tal-esperjenza ta’ korpi regolatorji u operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizzi u abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-aċċess għas-servizzi li għandhom jiġu fornuti fil-faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-punti 2 sa 4 tal-Anness II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

TAQSIMA 5

Ftehimiet transkonfinali

Artikolu 14

Prinċipji ġenerali għal ftehimiet transkonfinali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw lid-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehimiet transkonfinali ma jiddiskriminawx bejn impriżi ferrovjarji, jew jirrestrinġu l-liberta' ta’ impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi transkonfinali.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim transkonfinali sa … (12), għall-ftehimiet konklużi qabel din id-data, u qabel il-konklużjoni tagħhom għal ftehimiet ġodda jew riveduti bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk ftehimiet bħal dawn humiex f' konformità mal-liġi tal-Unjoni fi żmien disa' xhur min-notifika għal ftehimiet konklużi qabel … (13) u fi żmien erba' xhur min-notifika għal ftehimiet ġodda jew riveduti bejn l-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2).

3.   Mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jidħlu f' negozjati dwar u li jikkonkludu ftehimiet transkonfinali ġodda jew riveduti bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

4.   Jekk, fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika ta’ intenzjoni ta’ Stat Membru li jidħol fin-negozjati msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tikkonkludi li n-negozjati x'aktarx ifixklu l-objettivi tan-negozjati tal-Unjoni li jkunu qed isiru mal-pajjiżi terzi kkonċernati u/jew iwasslu għal ftehim li ma jkunx kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tinforma lill-Istat Membru skont il-każ.

L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni regolarment infurmata dwar negozjati bħal dawn u, fejn meħtieġ, jistiednu l-Kummissjoni tipparteċipa bħala osservatur.

5.   L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati japplikaw proviżorjament u/jew jikkonkludu ftehimiet transkonfinali ma’ pajjiżi terzi, dment li dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u ma jkunux ta’ ħsara għall-għan u l-fini tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali deċiżjonijiet awtorizzati. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2).

TAQSIMA 6

Xogħol ta'monitoraġġ tal-kummissjoni

Artikolu 15

Ambitu tal-monitoraġġ tas-suq

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex timmonitorja l-kundizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi u l-iżviluppi tas-suq fit-trasport ferrovjarju tal-Unjoni.

2.   F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi l-utenti, sabiex ikunu kapaċi jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jivvalutaw aħjar l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw aħjar l-impatt tal-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas għas-settur ferrovjarju, partikolarment id-debitar tal-imposti tal-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, is-servizzi tat-trasport ferrovjarju koperti mill-kuntratti ta’ servizz pubbliku, u il-liċenzjar u l-grad ta’ armonizzazzjoni bejn Stati Membri.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a)

l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji;

(b)

il-kundizzjonijiet ta’ qafas, inklużi dawk is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija;

(c)

l-istat tan-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni;

(d)

l-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess;

(e)

l-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi;

(f)

il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura;

(g)

il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni.

5.   Għall-iskopijiet tal-monitoraġġ tas-suq min-naħa tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni, kull sena, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-konduzzjonijet ta’ qafas fis-settur ferrovjarju.

6.   Il-Kummissoni tista' tadotta miżuri biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-obbligi ta’ rappurtar tal-Istati Membri, Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

KAPITOLU III

IL-LIĊENZJAR TAL-IMPRIŻI FERROVJARJI

TAQSIMA 1

Awtorità tal-liċenzjar

Artikolu 16

Awtorità tal-Liċenzjar

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità tal-liċenzjar li tkun responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u għat-twettiq tal-obbligi imposti minn dan il-Kapitolu.

L-Awtorità tal-Liċenzjar maħtura ma għandhiex tipprovdi servizzi tat-trasport bil-ferrovija hi stess u għandha tkun indipendenti minn ditti u entitajiet li jagħmlu dan..

TAQSIMA 2

Il-kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja

Artikolu 17

Rekwiżiti ġenerali

1.   Impriża ferrovjarja għandha tkun intitolata tapplika għal liċenzja fl-Istat Membru fejn hija stabbilità.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx joħroġu liċenzji jew jestendu l-validità tagħhom fejn ma jiġux imħarsa r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Impriża ferrovjarja li tissodisfa r-rekwiżiti imniżżla f'dan il-Kapitolu għandha tiġi awtorizzata tirċievi liċenzja.

4.   L-ebda impriża ferrovjarja ma għandha titħalla tipprovdi servizzi ta’ trasport ferrovjarju kopert minn dan il-Kapitolu kemm-il darba ma tkunx ingħatat il-liċenzja x-xierqa għas-servizzi li ħa jiġu fornuti.

Madankollu, liċenzja bħal din ma tintitolax minnha nnifisha lid-detentur għal aċċess għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji għall-użu ta’ mudell komuni għal-liċenzja u, jekk meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u effiċjenti fis-swieq tat-trasport ferrovjarju, id-dettalji dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl- Artikolu 62(3).

Artikolu 18

Kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja

Impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tkun meħtieġa li jkollha l-ħila turi lill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-Istat Membru kkonċernat qabel il-bidu tal-attivitajiet li se tkun kapaċi tissodisfa, fi kwalunkwe waqt, ir-rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba, qagħda finanzjarja soda, kompetenza professjonali, u r-responsabbiltà ċivili tagħha elenkati fl-Artikoli 19 sa 22.

Għal dawk l-iskopijiet kull impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.

Artikolu 19

Rekwiżiti relatati ma’ reputazzjoni tajba

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kondizzjonijiet li taħthom ir-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba jiġi osservat biex jiġi żgurat li impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja jew il-persuni responsabbli għall-immaniġġjar tagħha:

(a)

ma ġewx ikkundannati b'akkużi kriminali serji, inklużi reati ta’ natura kummerċjali;

(b)

ma ġewx iddikjarati falluti;

(c)

ma ġewx ikkundannati b'reati serji stipulati f'leġiżlazzjoni speċifika applikabbli għat-trasport;

(d)

ma jkunux instabu ħatja ta’ nuqqas serju jew ripetut li jissodisfaw l-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol, li jinkludu obbligi skont il-leġiżlazzjoni ta’ sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, u l-obbligi tal-liġi doganali fil-każ ta’ kumpaniji li jkunu jridu jħaddmu servizzi tat-trasport transkonfinali ta’ merkanzija, u li jkunu suġġetti għall-proċeduri doganali.

Artikolu 20

Rekwiżiti relatati ma’ qagħda finanzjarja tajba

1.   Ir-rekwiżiti relatati ma’ qagħda finanzjarja tajba għandhom jintlaħqu meta impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja tkun tista' turi li se tkun kapaċi tilħaq l-obbligi attwali u potenzjali tagħha, stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal perjodu ta’ tnax-il xahar.

2.   L-awtorità ta’ liċenzjar għandha tivverifika l-qagħda finanzjarja tajba speċjalment permezz tal-kontijiet annwali ta’ impriża ferrovjarja jew, fil-każ ta’ impriżi li jkunu qed japplikaw għal-liċenzja li ma jistgħux jippreżentaw kontijiet annwali, permezz ta’ karta tal-bilanċ. Kull impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tipprovdi mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness III.

3.   L-awtorità ta’ liċenzjar m'għandhiex tqis impriża li tkun qed tapplika għal liċenzja bħala finanzjarjament stabbli jekk arretrati konsiderevoli jew rikorrenti ta’ taxxi jew sigurtà soċjali jkunu dovuti bħala riżultat tal-attività ta’ dik l-impriża.

4.   L-awtorità ta’ liċenzjar tista' teħtieġ l-għoti ta’ rapport ta’ verifika u dokumenti tajba minn bank, bank ta’ kont kurrenti, accountant jew awditur. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu l-informazzjoni elenkata fl-Anness III.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness III. B'hekk, l-Anness III jista' jiġi emendat biex jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriżi li jkunu qed japplikaw għal-liċenzja jew issupplementati fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet ta’ liċenzjar jew l-evoluzzjoni tas-suq tat-trasport ferrovjarju.

Artikolu 21

Rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali

Ir-rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali għandhom ikunu milħuqa meta impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja tkun tista' turi li għandha jew ser ikollha organizzazzjoni tal-immaniġġjar li għandha l-għerf jew l-esperjenza meħtieġa biex teżerċita l-kontroll u s-superviżjoni sikura u affidabbli fuq it-tħaddim tat-tip ta’ ħidmiet speċifikati fil-liċenzja.

Artikolu 22

Rekwiżiti relatati mal-kopertura għar-responsabblità ċivili

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni rigward l-għajnuniet statali u f'konformità mal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b'mod adegwat jew ikollha garanziji skont il-kondizzjonijiet tas-suq biex tkun koperta, skont l-liġi nazzjonali u internazzjonali, għar-responsabbiltajiet tagħha, fil-każ ta’ aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija, il-posta u terzi persuni.

TAQSIMA 3

Validità tal-liċenzja

Artikolu 23

Validità spazjali u temporali

1.   Liċenzja għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni.

2.   Liċenzja għandha tibqa' valida sakemm l-impriża ferrovjarja tissodisfa l-obbligi stipulati f'dan il-Kapitolu. Awtorità tal-liċenzjar tista', iżda, tagħmel dispożizzjoni għal analiżi regolari. Jekk isir dan, l-analiżi għandha ssir mill-inqas kull ħames snin.

3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ liċenzja jistgħu jiġu inkorporati fil-liċenzja nnifisha.

Artikolu 24

Liċenzja temporanja, l-approvazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka

1.   Jekk hemm dubju serju dwar jekk impriża ferrovjarja li tkun illiċenzjata tkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu u b'mod partikolari dawk tal-Artikolu 18, l-awtorità tal-liċenzjar tistà, fi kwalunkwe ħin, tiċċekkja jekk dik l-impriża ferrovjarja tkunx fil-fatt konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Fejn awtorità tal-liċenzjar tkun sodisfatta li impriża ferrovjarja ma tistax aktar tissodisfa r-rekwiżiti, għandha tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja.

2.   Fejn l-awtorità tal-liċenzjar ta’ Stat Membru tkun sodisfatta li hemm dubju serju dwar il-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-Kapitolu min-naħa ta’ impriża ferrovjarja li nħarġitilha liċenzja minn awtorità tal-liċenzjar ta’ Stat ieħor, din għandha tinforma lill-awtorità tal-aħħar bla dewmien.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn liċenzja tiġi sospiża jew revokata għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ qagħda finanzjarja tajba, l-awtorità tal-liċenzjar tista' tagħti liċenzja temporanja sakemm issir ir-riorganizzazzjoni tal-impriża ferrovjarja, sakemm ma tiġix ipperikolata s-sikurezza. Liċenzja temporanja ma għandhiex tkun, iżda, valida għal aktar minn sitt xhur wara d-data tal-ħruġ tagħha.

4.   Fejn impriża ferrovjarja tkun waqfet taħdem għal sitt xhur, jew ma bdietx taħdem fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-liċenzja, l-awtorità tal-liċenzjar tista' tiddeċiedi li l-liċenzja għandha tiġi mitluba tiġi sottomessa mill-ġdid għall-approvazzjoni jew tkun sospiża.

Dwar il-bidu tal-attivitajiet, l-impriża ferrovjarja tista' titlob biex jiġi stabbilit perjodu itwal, u titqies in-natura speċifika tas-servizzi li ħa jiġu pprovduti.

5.   F'każ ta’ bidla li taffettwa s-sitwazzjoni legali tal-impriża u, b'mod partikolari, f'każ ta’ fużjoni jew takeover, l-awtorità tal-liċenzjar tista' tiddeċiedi li terġa' tiġi ppreżentata liċenzja għall-approvazzjoni. L-impriża ferrovjarja kkonċernata tista' tkompli bil-ħidmiet, sakemm l-awtorità tal-liċenzji ma tiddeċidix li hija pperikolata s-sikurezza. F' dak il-każ għandhom jiġu mogħtija r-raġunijiet għal deċiżjoni bħal din.

6.   Fejn impriża ferrovjarja tkun beħsiebha tibdel jew testendi l-attivitajiet tagħha b'mod sinifikanti, il-liċenzja tagħha għandha terġa' tingħata lill-awtorità tal-liċenzjar għall-analiżi.

7.   Awtorità tal-liċenzjar ma għandhiex tħalli lil impriża ferrovjarja li kontriha jkunu bdew proċeduri ta’ falliment jew oħrajn simili żżomm il-liċenzja tagħha jekk dik l-awtorità tkun konvinta li mhemmx prospett realistiku ta’ ristrutturar finanzjarju sodisfaċenti fi żmien raġonevoli.

8.   Fejn awtorità tal-liċenzjar toħroġ, tissospendi, tirrevoka jew temenda liċenzja, għandu jinforma minnufih lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar dan. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet ta’ liċenzjar tal-Istati Membri l-oħra dwar dan.

Artikolu 25

Proċedura għall-għoti ta’ liċenzji

1.   Il-proċeduri għall-għoti ta’ liċenzji għandhom jiġu ppubblikati mill-Istat Membru kkonċernat, li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   L-awtorità tal-liċenzjar għandha tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ingħatat l-informazzjoni rilevanti kollha, speċjalment il-partikolaritajiet imsemmija fl-Anness III. L-awtorità tal-liċenzjar għandha tqis l-informazzjoni disponibbli kollha. Id-deċiżjoni għandha tkun ikkomunikata lill-impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja mingħajr dewmien. F'kull rifjut għandu jkun hemm ir-raġunijiet li fuqhom ikun imsejjes.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-liċenzjar huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.

KAPITOLU IV

ID-DEBITAR TA' IMPOSTI GĦALL-UŻU TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA U TAL-ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

TAQSIMA 1

Prinċipji ġenerali

Artikolu 26

Użu effettiv tal-kapaċità tal-infrastruttura

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi tat-tqegħid ta’ imposti u tal-kapaċità tal-allokazzjoni għall-infrastruttura ferrovjarja jsegwu l-prinċipji stabbiliti f'din id-Direttiva u b'hekk jippermettu lill-maniġer tal-infrastruttura biex iqiegħed fis-suq u jagħmel użu effettiv mill-kapaċità infrastrutturali disponibbli.

Artikolu 27

Dikjarazzjoni dwar in-netwerk

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati, jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk li tista' tiġi akkwistata għal ħlas ta’ tariffa li ma tistax taqbeż l-ispiża tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun ippubblikata f'mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku fuq il-portal tal-internet tal-maniġer tal-infrastruttura u aċċessibbli permezz ta’ portal tal-internet komuni. Dak il-portal tal-internet għandu jiġi stabbilit mill-maniġers tal-infrastruttura fil-qafas tal-kooperazzjoni tagħhom skont l-Artikoli 37 u 40.

2.   Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji, u tiġbor fiha informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandu jkun fiha wkoll informazzjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizzi konnessi man-netwerk tal-maniġer tal-infrastruttura u għall-forniment tas-servizzi f'dawn il-faċilitajiet jew tindika sit tal-internet fejn tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk huwa stipulat fl-Anness IV.

3.   Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tinżamm aġġornata u għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

4.   Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tiġi ppubblikata mhux inqas minn erba' xhur bil-quddiem qabel id-data ta’ skadenza għal talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura.

Artikolu 28

Ftehimiet bejn l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura

Kull impriża impenjata f'servizzi tat-trasport ferrovjarju għandha tikkonkludi l-ftehimiet meħtieġa mal-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja użata skont il-liġi pubblika jew privata. Il-kundizzjonijiet li jiggvernaw ftehimiet bħal dawn għandhom ikunu nondiskriminatorji u trasparenti, skont din id-Direttiva.

TAQSIMA 2

L-imposti tal-infrastruttura u tas-servizzi

Artikolu 29

Stabbiliment, determinazzjoni u ġbir ta’ imposti

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas tal-imposti waqt li jirrispettaw l-indipendenza tal-immaniġġjart stipulata fl-Artikolu 4.

Mingħajr preġudizzju għal dik il-kundizzjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar l-imposti jew jiddelegaw dawn is-setgħat lill-maniġers tal-infrastruttura.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjoni tan-netwerk tkun tinkludi l-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti jew tindika sit elettroniku fejn jiġu ppubblikati l-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddetermina u jiġbor il-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura skont il-qafas ta’ tqegħid tal-imposti u r-regoli tat-tqegħid tal-imposti stabbiliti.

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-maniġment stabbilit fl-Artikolu 4 u dment li d-dritt ikun ingħata direttament mil-liġi kostituzzjonali qabel … (14), il-parlament nazzjonali jista' jkollu d-dritt li jiskrutinizza u, fejn adatt, jirrevedi l-livell tal-imposti determinati mill-maniġer tal-infrastruttura. Kwalunkwe reviżjoni tali għandha tiżgura li l-imposti jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, il-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti.

2.   Għajr għal meta jsiru arranġamenti speċifiċi skont l-Artikolu 32(3), il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-iskema tat-tqegħid tal-imposti li tkun fis-seħħ hija bbażata fuq l-istess prinċipji fin-netwerk kollu tagħhom.

3.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-iskema tat-tqegħid tal-imposti tirriżulta f'imposti ekwivalenti nondiskriminatorji għal impriżi ferrovjarji differenti li jwettqu servizzi ta’ natura ekwivalenti f'parti simili tas-suq u li l-imposti attwalment applikati jikkonformaw mar-regoli stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

4.   Maniġer tal-infrastruttura għandu jirrispetta l-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni pprovduta lilu mill-applikanti.

Artikolu 30

Spiża tal-infrastruttura u tal-kontabbiltà

1.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, b'kunsiderazzjoni xierqa għas-sikurezza u għall-manutenzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-servizz tal-infrastruttura, jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-forniment tal-infrastruttura u l-livell tal-imposti tal-aċċess.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom rigward l-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura ferrovjarja, u għall-prinċipju baġitarju ta’ annwalità, fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehim kuntrattwali li jissodisfa l-prinċipji u l-parametri bażiċi stabbiliti fl-Anness V, jiġi konkluż bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura li jkopri perjodu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn tliet snin.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet kuntrattwali fis-seħħ … (15) jiġu modifikati biex isiru konformi ma’ din id-Direttiva fil-waqt tat-tiġdid tagħhom, jew mhux aktar tard minn … (16).

3.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-ftehim kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 2 jew permezz ta’ miżuri regolatorji jew permezz ta’ kombinazzjoni ta’ inċentivi biex jitnaqqsu l-ispejjeż fil-ftehim kuntrattwali u l-livell tal-piżijiet permezz ta’ miżuri regolatorji.

4.   Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta l-inċentivi imsemmija fil-paragrafu 1 permezz ta’ miżuri regolatorji, dan għandu jkun ibbażat fuq analiżi tat-tnaqqis fl-ispejjeż li jista' jinkiseb. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-korp regolatorju li jirrevedi l-piżijiet imsemmija fl-Artikolu 56.

5.   It-termini tal- ftehim kuntrattwali msemmija fil-paragrafu 2 u l-istruttura tal-pagamenti miftehma biex jiġu pprovduti l-fondi lill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jiġu miftiehma bil-quddiem biex ikopru l-perjodu kuntrattwali kollu.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti u, fuq talba tagħhom, applikanti potenzjali jiġu informati mill-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura u jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kontenut tal-ftehim kuntrattwali qabel ma jiġi ffirmat. Il-ftehim kuntrattwali għandu jiġi ppubblikat fi żmien xahar minn meta jiġi konkluż.

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura l-konsistenza bejn id- dispożizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali u l-pjan kummerċjali.

7.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżviluppaw u jżommu reġistru tal-assi tagħhom u tal-assi li huma responsabbli għall-maniġġar tagħhom li jintuża biex jiġu vvalutati il-finanzjamenti meħtieġa biex dawn jissewwew jew jiġu ssostitwiti. Dan għandu jkun akkumpanjat minn dettalji dwar in-nefqa għat-tiġdid u l-aġġornament tal-infrastruttura.

8.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu metodu għat-tqassim tal-ispejjeż. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel. Dak il-metodu għandu jiġi aġġornat minn żmien għall-ieħor abbażi tal-aħjar prattika internazzjonali.

Artikolu 31

Il-Prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

1.   L-imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jitħallsu lill-maniġer tal-infrastruttura u lill-operatur tal-faċilità tas-servizzi rispettivament u jintużaw biex jipprovdu fondi għan-negozju tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-maniġer tal-infrastruttura li jipprovdi lill-korp regolatorju l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-imposti imponuti sabiex il-korp regolatorju jkun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 56. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilità tas-servizzi għandhom, f'dan ir-rigward, ikunu jistgħu juru li l-imposti tal-infrastruttura u tas-servizz fatturati fir-realtà lill-impriża ferrovjarja skont l-Artikoli 30 sa 37 jikkonformaw mal-metodoloġija, mar-regoli u meta applikabbli, mal-iskali stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 32, l-imposti għall-pakkett minimu tal-aċċess u għal aċċess għal infrastrutturi li jgħaqqdu l-faċilitajiet ta’ servizz għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

Qabel … (17), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż imġarrba direttament bħala riżultat tal-operat tal-ferrovija Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi li jadatta gradwalment għall-metodoloġija imsemmija fil-paragrafu 4 matul perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin wara … (17).

4.   L-imposti tal-infrastruttura imsemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jinkludu imposta li tirrifletti l-iskarsezza tal-kapaċità tat-taqsima identifikabbli tal-infrastruttura fil-perjodi ta’ konġestjoni.

5.   Il-piżijiet infrastrutturali imsemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiġu mmodifikati biex iqisu l-ispejjeż ta’ effetti ambjentali ikkawżati mit-tħaddim tal-ferrovija. Kull emenda bħal din għandha tiġi differenzjata skont id-daqs tal-effett ikkawżat.

Abbażi tal-esperjenza miksuba minn maniġers tal-infrastruttura, impriżi ferrovjarji, korpi regolatorji u awtoritajiet kompetenti, u r-rikonoxximent ta’ skemi eżistenti dwar id-divrenzjar tal-ħoss, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju, inkluż id-durata tal-applikazzjoni tagħhom u tgħin id-divrenzjar tal-imposti fuq l-infrastruttura tieħu kont, fejn adatt, tas-sensittività taż-żona affettwata, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, u l-kompożizzjoni tal-ferrovija b'impatt fuq il-livell tal-emissjonijiet ta’ storbju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

It-tqegħid tal-imposti ta’ spejjeż ambjentali li jirriżulta f'żieda fid-dħul totali li jakkumula għall-maniġer tal-infrastruttura għandu madankollu jitħalla biss jekk dan it-tqegħid tal-imposta jkun applikat għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont il-liġi tal-Unjoni.

Jekk piżijiet ta’ spejjeż ambjentali jiġġeneraw dħul addizzjonali, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinżamm l-informazzjoni meħtieġa u li l-oriġini tat-tqegħid tal-imposti tal-ispejjeż ambjentali u l-applikazzjoni tagħhom jistgħu jiġu traċċati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'din l-informazzjoni fuq talba.

6.   Sabiex jiġu evitati tibdiliet sproporzjonati, l-imposti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 jistgħu jiġu kkalkulati bħala medja fuq firxa raġonevoli ta’ servizzi u ħinijiet tal-ferrovija. Iżda d-daqsijiet relattivi tal-imposta infrastrutturali għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż li jistgħu jkunu attribwiti lis-servizzi.

7.   L-imposti imponuti għal aċċess għal binarji fil-faċilità ta’ servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II u l-forniment ta’ servizzi f'tali faċilitajiet ma għandhomx ikunu aktar mill-ispiża biex jiġu pprovduti, flimkien ma’ profitt raġonevoli.

8.   Meta s-servizzi elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness II, bħala servizzi addizzjonali u anċillari jiġu offerti minn fornitur wieħed biss l-imposta imponuta għal dan is-servizz ma għandhiex tkun akbar mill-ispiża biex jiġi pprovdut, flimkien ma profitt raġonevoli.

9.   L-imposti jistgħujiġu mponuti għall-kapaċità użata għall-manutenzjoni tal-infrastruttura. Dawn l-imposti ma għandhomx ikunu akbar mit-telf nett għall-maniġer tal-infrastruttura kkawżat mill-manutenzjoni.

10.   L-operatur tal-faċilità għall-forniment tas-servizzi msemmija fil-punti 2, 3 u 4 tal-Anness II għandu jagħti lill-maniġer tal-infrastruttura l-informazzjoni dwar l-imposti li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk jew għandu jindika sit elettroniku fejn tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku skont l-Artikolu 27.

Artikolu 32

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

1.   Sabiex ikun hemm irkupru sħiħ tal-ispejjeż magħmula mill-maniġer tal-infrastruttura, Stat Membru jista', jekk is-suq jiflaħ għalihom, jimponi mark-ups fuq bażi ta’ prinċipji effiċjenti, trasparenti u nondiskriminatorji, waqt li jiggarantixxi l-aħjar kompetittività b'mod partikolari tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali. Is-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandha tirrispetta ż-żidiet fil-produttività miksuba mill-impriżi ferrovjarji.

Iżda l-livell tal-imposti ma għandux jeskludi l-użu tal-infrastruttura minn taqsimiet tas-suq li jistgħu jħallsu għall-inqas l-ispejjeż imġarrba direttament b'riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, u rata ta’ redditu li jiflaħ għaliha s-suq.

Qabel ma japprovaw l-impożizzjoni ta’ tali mark-ups, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jivvalutaw ir-rilevanza tagħhom għal taqsimiet speċifiċi tas-suq, filwaqt li jqisu mill-inqas il-pari elenkati fil-punt 1 tal-Anness VI u jżommu dawk rilevanti. Il-lista ta’ taqsimiet tas-suq definita mill-maniġers tal-infrastruttura għandu jkun fiha mill-inqas dawn it-tlett segmenti li ġejjin: is-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija, is-servizzi tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt tas-servizz pubbliku u servizzi oħra għall-passiġġieri.

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddistingwu wkoll it-taqsimiet tas-suq skont il-prodott bażiku jew il-passiġġieri li jkunu qed jiġu trasportati.

It-taqsimiet tas-suq fejn attwalment ma jkunux qed jaħdmu impriżi ferrovjarji iżda li jistgħu jipprovdu servizzi matul il-perjodu ta’ validità tas-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandhom ukoll jiġu definiti. Il-maniġer tal-infrastruttura ma għandux jinkludi mark-up fis-sistema tat-tqegħid tal-imposti għal dawk it-taqsimiet tas-suq.

Il-lista ta’ taqsimiet tas-suq għandha tiġi ppubblikata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk u għandha tiġi riveduta mill-inqas kull ħames snin.

2.   Għall- ġarr ta’ merkanzija minn u lejn pajjiżi terzi operati fuq netwerk li l-wisgħa bejn il-binarji tiegħu huwa differenti minn tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jistabbilixxu imposti ogħla sabiex jakkwistaw irkupru sħiħ tal-ispejjeż imġarrba

3.   Għall-proġetti speċifiċi futuri ta’ investiment jew proġetti speċifiċi ta’ investiment li tlestewwara l-1988, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiffissa jew ikompli jiffissa imposti ogħla abbażi tal-ispejjeż fit-tul ta’ dawn il-proġetti jekk dawn iżidu l-effiċjenza jew il-kosteffettività jew it-tnejn u ma jistgħux jew ma setgħux isiru mod ieħor. Dan l-arranġament tat-tqegħid tal-imposti jista' jinkorpora wkoll il-ftehimiet dwar it-tqassim tar-riskju assoċjat ma’ investimenti ġodda.

4.   L-imposti tal-infrastruttura għandhom ikunu differenzjati biex jingħataw inċentivi għat-tagħmir ta’ ferroviji bis-Sistema Ewropej għall-Kontroll tal-Ferroviji (l-ETCS) konformi mal-verżjoni adottata mill-Kummissjoni Deċiżjoni 2008/386/KE (18) u verżjonijiet suċċessivi.

B'segwitu għal valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tad-divrenzjar tal-imposta tal-infrastruttura, inkluż id-durata tal-applikazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

5.   Biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni, għandu jiġi żgurat li kwalunkwe imposta medja u marġinali ta' maniġer tal-infrastruttura partikolari għall-użu ekwivalenti tal-infrastruttura tiegħu tkun paragunabbli u li servizzi paragunabbli fl-istess taqsima tas-suq ikunu suġġetti għall-istess imposti. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu juri fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk li s-sistema tat-tqegħid tal-imposti tissodisfa dawn ir-rekwiżiti sa fejn dan jista' jsir mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

6.   Jekk maniġer tal-infrastruttura jkun beħsiebu jemenda l-elementi essenzjali tas-sistema tat-tqegħdi tal-imposti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jagħmilhom pubbliċi għall-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ skadenza għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk skont l-Artikolu 27(4).

Artikolu 33

Skonti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101, 102, 106 u 107 tat-Trattat u minkejja l-prinċipju tal-ispiża diretta stipulat fl-Artikolu 31(3) ta’ din id-Direttiva, kull skont fuq l-imposti imponuti fuq impriża ferrovjarja mill-maniġer tal-infrastruttura għal kwalunkwe servizz, għandha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Għajr għall-paragrafu 3, l-iskonti għandhom jkunu limitati għat-tfaddil attwali tal-ispiża amministrattiva għall-maniġer tal-infrastruttura. Fid-determinazzjoni tal-livell tal-iskont, ma għandux jitqies it-tfaddil ta’ spejjeż li jkunu diġà ġew internalizzati fl-imposta imponuta.

3.   Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jintroduċu skemi disponibbli għall-utenti kollha tal-infrastruttura, għal mixjiet speċifiċi i tat-traffiku, li jagħtu skonti limitati fil-ħin biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ferrovjarji, jew skonti li jinkoraġġixxu l-użu ta’ linji konsiderevolment mhux użati biżżejjed.

4.   L-iskonti jistgħu jirrelataw biss għal imposti imponuti għal taqsima speċifika tal-infrastruttura.

5.   Skemi simili ta’ skont għandhom jgħoddu għal servizzi simili. L-iskemi ta’ skont għandhom japplikaw b'mod nondiskriminatorju għal kull impriża ferrovjarja.

Artikolu 34

Skemi ta’ kumpens għal spejjeż ambjentali, aċċidentali u infrastrutturali mhux imħallsa

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema ta’ kumpens limitata biż-żmien għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għall-ispejjeż ambjentali aċċidentali u infrastrutturali mhux imħallsa b'mod dimostrabbli għal mezzi kompetittivi tat-trasport sa fejn dawn l-ispejjeż ikunu jaqbżu l-ispejjeż ekwivalenti tal-ferroviji.

2.   Meta impriża ferrovjarja li tirċievi kumpens ikollha dritt esklussiv, il-kumpens għandu jiġi akkumpanjat minn benefiċċji paragunabbli għall-utenti.

3.   Il-metodoloġija użata u l-kalkoli mwettqa għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Għandu jkun possibbli, b'mod partikolari, li jintwerew l-ispejjeż speċifiċi mhux imposti tal-infrastruttura tat-trasport kompetittriċi li huma evitati u li jiġi żgurat li l-iskema tingħata lill-impriżi b'kundizzjonijiet nondiskriminatorji.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema tkun kompatibbli mal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat.

Artikolu 35

Skema tal-prestazzjoni

1.   L-iskemi tat-tqegħid tal-imposti tal-infrastruttura għandhom jinkoraġġixxu l-impriżi ferrovjarji u lill-maniġer tal-infrastruttura biex jimminimizzaw ix-xkiel u jtejbu l-prestazzjoni tan-netwerk ferrovjarja permezz ta’ skema tal-prestazzjoni. Din tista' tinkludi penali għal azzjonijiet li jfixklu it-tħaddim tan-netwerk, il-kumpens għall-impriżi jsofru xkiel u bonusis li jippremjaw prestazzjoni aħjar minn dik li ġiet ippjanata.

2.   Il-prinċipji bażiċi tal-iskema tal-prestazzjoni kif elenkati fil-punt 2 tal-Anness VI għandhom japplikaw man-netwerk kollu.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward emendi għall-punt 2 (c) tal-Anness VI. B'hekk il-punt 2 (c) tal-Anness VI jista' jiġi emendat fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-suq ferrovjarju u tal-esperjenza miksuba minn korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55, mill-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji. Tali emendi għandhom jadattaw il-klassijiet ta’ dewmien skont l-aħjar prattika żviluppata mill-industrija.

Artikolu 36

Il-Piżijiet ta’ riserva

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimponu piż għall-kapaċità allokata iżda mhux użata. Dik l-imposta għandha tipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità. Il-ħlasijiet għal din l-imposta għandhom isiru jew mill-applikant jew mill-impriża ferrovjarja maħtura skont l-Artikolu 41(1).

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu dejjem ikun jista' jinforma lil kull parti interessata dwar il-kapaċità tal-infrastruttura li tkun diġà ġiet allokata lill-impriżi ferrovjarji tal-utenti.

Artikolu 37

Kooperazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ impożizzjoni ta’ piżijiet f'aktar minn netwerk wieħed

1.   Stati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw biex jippermettu l-applikazzjoni ta’ skemi tat-tqegħid tal-imposti effiċjenti, u jikkoordinaw bejniethom dwar il-piżijiet jew biex jimponu piż għat-tħaddim tas-servizzi ferrovjarji li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom b'mod partikolari jimmiraw li jiggarantixxu l-aħjar kompetittivitàgħas-servizzi tat-trasport internazzjonali bil-ferrovija u jiżguraw l-użu effiċjenti tan-netwerks ferrovjarji. Għal dan il-għan huma għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa soġġetti għar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw biex il-mark-ups imsemmija fl-Artikolu 32, u l-iskemi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35, ikunu jistgħu jiġu applikati b'mod effiċjenti għat-traffiku li jaqsam aktar minn netwerk wieħed tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

TAQSIMA 3

L-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura

Artikolu 38

Drittijiet tal-kapaċità

1.   Il-kapaċità tal-infrastruttura għandha tiġi allokata minn maniġer tal-infrastruttura Ladarba tkun allokata lil applikant, din ma għandhiex tiġi ttrasferita minn min jirċeviha għal impriża jew servizz ieħor.

Kull negozjar fil-kapaċità tal-infrastruttura għandu jiġi pprojbit u għandu jwassal għall-esklużjoni minn aktar allokazzjoni tal-kapaċità.

L-użu tal-kapaċità minn impriża ferrovjarja meta tkun qed twettaq in-negozju ta’ applikant li mhuwiex impriża ferrovjarja ma għandux jitqies bħala trasferiment.

2.   Id-dritt tal-użu ta’ kapaċità speċifika tal-infrastruttura fil-forma ta’ mogħdija tal-ferrovija jista' jingħata lill-applikanti għal terminu massimu ta’ perjodu wieħed ta’ skeda tax-xogħol.

Maniġer tal-infrastruttura u applikant jistgħu jidħlu fi ftehim ta’ qafas kif stipulat fl-Artikolu 42 għall-użu tal-kapaċità fuq l-infrastruttura ferrovjarja rilevanti għal terminu itwal minn perjodu wieħed ta’ skeda tax-xogħol.

3.   Id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti fir-rigward ta’ kull allokazzjoni tal-kapaċità għandha tiġi stipulata fil-kuntratti jew fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.

4.   Fejn applikant ikun beħsiebu jitlob għal kapaċità tal-infrastruttura bil-ħsieb li jħaddem servizz internazzjonali tal-passiġġieri, huwa għandu jinforma lill-maniġers tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati. Sabiex huma jkunu jistgħu jivvalutaw jekk l-iskop tas-servizz internazzjonali huwiex it-trasport ta’ passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti, u x'inhu l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tkun tat servizz ferrovjarju tal-passiġġieri fuq dik ir-rotta ddefinit f'kuntratt ta’ servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata li għandha d-dritt tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku fuq ir-rotta ta’ dak is-servizz internazzjonali tal-passiġġieri tkun infurmata b'dan.

Artikolu 39

Allokazzjoni tal-kapaċità

1.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw qafas għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura suġġetta għall-kundizzjoni ta’ indipendenza tal-immaniġġjar stipulata fl-Artikolu 4. Regoli speċifiċi għall-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jiġu stipulati. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jwettaq il-proċessi tal-allokazzjoni tal-kapaċità. B'mod partikolari, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-kapaċità tal-infrastruttura tiġi allokata b'mod ġust u nondiskriminatorju u skont il-liġi tal-Unjoni.

2.   Il-maniġers tal-infrastrutturagħandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni mogħtija lilhom.

Artikolu 40

Kooperazzjoni fl-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttra fuq aktar minn netwerk wieħed

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw biex jippermettu l-ħolqien u l-allokazzjoni effiċjenti tal-kapaċità tal-infrastruttura li taqsam aktar minn netwerk wieħed tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, inkluż taħt ftehimiet qafas imsemmija fl-Artikolu 42. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu dawk il-proċeduri li huma xierqa, suġġett għar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva u għandhom jorganizzaw mogħdijiet tal-ferrovija li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed kif jixraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq maniġers tal-infrastruttura oħrajn jingħaqdu sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta', jew sabiex tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura kollha rilevanti fuq livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi miġbura fil-liġi tal-Unjoni dwar in-netwerks orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Rappreżentati xierqa ta’ maniġers tal-infrastruttura minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu assoċjati ma’ dawn il-proċeduri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiġi informata u mistiedna tattendi bħala osservatur għal-laqgħat prinċipali li fihom jiġu żviluppati prinċipji u prattiċi komuni għall-allokazzjoni tal-infrastruttura. Il-korpi regolatorji għandhom jirċievu biżżejjed informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ prinċipji u prattiki komuni għall-allokazzjoni ta’ infrastruttura u minn sistemi ta’ allokazzjoni bbażati fuq l-IT, biex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta’ superviżjoni regolatorja skont l-Artikolu 56.

3.   F'kull laqgħa jew attività oħra li ssir biex tippermetti l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura għal servizzi ferrovjarji tat-transnetwerk, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss mir-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura.

4.   Il-parteċipanti fil-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li s-sħubija li fiha il-metodi ta’ tħaddim tagħha u l-kriterji kollha rilevanti użati biex tiġi vvalutata u allokata l-kapaċità tal-infrastruttura jsiru pubblikament disponibbli.

5.   Waqt li jaħdmu b'kooperazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal, u jistgħu meta meħtieġ jipproponu u jorganizzaw mogħdijiet internazzjonali tal-ferrovija biex jiffaċilitaw it-tħaddim ta’ ferroviji tal-merkanzija li huma suġġetti għal talba ad hoc kif imsemmi fl-Artikolu 48.

Dawn il-mogħdijiet internazzjonali tal-ferrovija rranġati minn qabel għandhom ikunu disponibbli għall-applikanti permezz tal-maniġers parteċipanti tal-infrastruttura.

Artikolu 41

Applikanti

1.   It-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura jistgħu jsiru minn applikanti. Sabiex tintuża tali kapaċità tal-infrastruttura, l-applikanti għandhom jaħtru impriża ferrovjarja biex tikkonkludi fethim mal-maniġer tal-infrastruttura skont l-Artikolu 28. Dan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikanti li jikkonkludu ftehimiet mal-maniġers tal-infrastruttura taħt l-Artikolu 44(1).

2.   Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-applikanti sabiex jiżgura li l-aspettattivi leġittimi tiegħu dwar id-dħul futur u l-użu tal-infrastruttura jiġu ssalvagwardjati. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu adegwati, trasparenti u nondiskriminatorji. Huma għandhom jiġu speċifikati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk kif imsemmi fil-punt 3(b) tal-Anness IV. Huma jistgħu jinkludu biss il-forniment ta’ garanzija finanzjarja li ma għandhiex tkun aktar mil-livell xieraq li għandu jkun proporzjonali għal-livell ikkontemplat tal-attività tal-applikant, u l-iżgurar tal-kapaċità li jiġu ppreparati offerti li jkunu konformi mal-kapaċità infrastrutturali.

3.   Qabel … (19), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġi applikat il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 42

Ftehimiet ta’ qafas

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101,102 u 106 tat-Trattat, ftehim ta’ qafas jista' jiġi konkluż bejn maniġer tal-infrastruttura u applikant. Dan il-ftehim ta’ qafas għandu jispeċifika l-karatteristiċi tal-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa minn applikant u offruta lilu tul perjodu ta’ żmien li jaqbeż perjodu wieħed ta’ skeda tax-xogħol.

Il-ftehim ta’ qafas ma għandux jispeċifika mogħdija tal-ferrovija fid-dettall, imma għandu jkun tali li jilħaq il-ħtiġijiet leġittimi kummerċjali tal-applikant. Stat Membru jista' jitlob approvazzjoni minn qabel ta’ dan il-ftehim ta’ qafas mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 ta’ din id-Direttiva.

2.   Ftehim ta’ qafas ma għandux ikun tali li jipprekludi l-użu tal-infrastruttura rilevanti minn applikanti jew servizzi oħrajn.

3.   Ftehim ta’ qafas għandu jippermetti għall-emendar jew għal-limitazzjoni tat-termini tiegħu biex jippermetti li jsir użu aħjar tal-infrastruttura ferrovjarja.

4.   Ftehim ta’ qafas jista' jiġbor fih penali jekk ikun meħtieġ li jiġi emendata jew itterminat.

5.   Il-ftehimiet ta’ qafas għandhom fil-prinċipju jkopru perjodu ta’ ħames snin, li jistgħu jiġġeddu għal perjodi ugwali għat-tul ta’ żmien oriġinali tagħhom. Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jaqbel ma’ perjodi iqsar jew itwal f'każijiet speċifiċi. Kwalunkwe perjodu itwal minn ħames snin għandu jiġi ġġustifikat permezz tal-eżistenza ta’ kuntratti kummerċjali, ta’ investimenti speċjalizzati jew ta’ riskji.

6.   Għal servizzi li jkunu qed jużaw infrastruttura speċjalizzata, imsemmija fl-Artikolu 49, li teħtieġ investiment sostanzjali u fit-tul, iġġustifikat b'mod dovut mill-applikant, il-ftehimiet ta’ qafas jistgħu jkunu ta’ perjodu ta’ 15-il sena. Kwalunkwe perjodu itwal minn 15-il sena għandu jkun permissibbli biss f'każijiet eċċezzjonali, b'mod partikolari fejn ikun hemm investiment kbir u fit-tul, u speċjalment fejn it-tali investiment ikun kopert minn impenji kuntrattwali inkluż pjan multiannwali ta’ ħlas ta’ dejn.

F'każijiet eċċezzjonali bħal dawn, il-ftehim ta’ qafas jista' jistabbilixxi l-karatterstiċi dettaljati tal-kapaċità li għandhom ikunu provduti lill-applikant għat-tul tal-ftehim qafas. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jinkludu l-frekwenza, il-volum u l-kwalità tal-mogħdijiet tal-ferroviji. Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jnaqqas kapaċità riżervata li, fuq perjodu ta’ mill-anqas xahar, tkun intużat anqas mill-kwota ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 52.

Mill-1 ta’ Jannar 2010 ‘il quddiem, ftehim ta’ qafas inizjali jista' jitfassal għal perjodu ta’ ħames snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi tal-karatteristiċi tal-kapaċità użati mill-applikanti li jħaddmu servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 2010, sabiex jitqiesu l-investimenti speċjalizzati jew tal-eżistenza ta’ kuntratti kummerċjali. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jkun responsabbli sabiex jawtorizza d-dħul fis-seħħ tat-tali ftehim.

7.   Filwaqt li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità kummerċjali, in-natura ġenerali ta’ kull ftehim ta’ qafas għandha tkun disponibbli għal kull parti interessata.

8.   Abbażi tal-esperjenza ta’ korpi regolatorji, awtoritajiet u impriżi ferrovjarji kompetenti, u abbażi tal-attivitajiet tal-Grupp ta’ Ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li jridu jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 43

Skeda għall-proċess tal-allokazzjoni

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jżomm mal-iskeda għall-allokazzjoni tal-kapaċità stabbilita fl-Anness VII.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VII. B'hekk, wara li jiġu kkonsultati l-maniġers tal-infrastruttura kollha, l-Anness VII jista' jiġi emendat biex jitqiesu konsiderazzjonijiet operattivi tal-proċess ta’ allokazzjoni. Dawk l-emendi għandhom ikunu bbażati fuq dak li hu meħtieġ fid-dawl tal-esperjenza sabiex ikun żgurat proċess ta’ allokazzjoni effiċjenti u jkunu rifless it-tħassib operattiv tal-maniġers tal-infrastruttura.

3.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jaqblu mal-maniġers l-oħrajn tal-infrastruttura kkonċernati dwar liema mogħdijiet tal-ferroviji għandhom jiġu inklużi fl-iskeda tax-xogħol, qabel ma jibdew il-konsultazzjoni dwar l-abbozz tal-iskeda tax-xogħol. L-aġġustamenti għandhom isiru biss jekk ikunu assolutament meħtieġa.

Artikolu 44

Applikazzjoni

1.   L-applikanti jistgħu japplikaw skont il-liġi pubblika jew privata għand il-maniġer tal-infrastruttura biex jitolbu ftehim li jiggarantixxi d-drittijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-ferrovija permezz tal-ħlas ta’ imposta kif previst fit-Taqsima 2, tal-Kapitolu IV.

2.   Talbiet li jirrelataw mal-iskeda tax-xogħol regolari għandhom ikunu konformi mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Anness VII.

3.   Applikant li huwa firmatarju fi ftehim ta’ qafas għandu japplika skont dak il-ftehim.

4.   Għal mogħdijiet tal-ferrovja li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw illi l-applikanti jkunu jistgħu japplikaw f'punt ta’ waqfa waħda li jkun jew korp konġunt stabbilit mill-maniġers tal-infrastruttura jew maniġer tal-infrastruttura wieħed involut fil-mogħdija tal-ferrovija. Dak il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu l-permess jaġixxi f'isem l-applikant sabiex ifittex il-kapaċità ma' maniġers oħrajn rilevanti tal-infrastruttura. Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (20).

Artikolu 45

Skedar

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, sa fejn possibbli jissodisfa t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-infrastruttura inklużi talbiet għall-mogħdijiet tal-ferroviji li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed, u għandhom, se fejn possibbli jieħdu kont tal-irbit kollu fuq l-applikanti, inkluż l-effett ekonomiku fuq in-negozju tagħhom.

2.   Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jagħti prijorità lil servizzi speċifiċi fil-proċess ta’ skedar u ta’ koordinazzjoni, imma biss kif stabbilit fl-Artikoli 47 u 49.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati dwar l-abbozz tal-iskeda tax-xogħol u jagħtihom għall-inqas xahar żmien biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati għandhom jinkludu lil dawk kollha li jkunu talbu l-kapaċità tal-infrastruttura kif ukoll lill-partijiet l-oħrajn li jixtiequ jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kif l-iskeda tax-xogħol tista' taffettwalhom l-abbiltà li jipprokuraw servizzi ferrovjarji waqt il-perjodu tal-iskeda tax-xogħol.

4.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu miżuri xierqa biex jitratta kull tħassib li jkun espress.

Artikolu 46

Proċess ta’ koordinazzjoni

1.   Matul il-proċess tal-iskedar imsemmi fl-Artikolu 45, fejn l-maniġer tal-infrastruttura jiltaqa' ma’ kunflitti bejn talbiet differenti, għandu jipprova, permezz ta’ koordinazzjoni tat-talbiet, jiżgura li r-rekwiżiti kollha jitqabblu flimkien bl-aħjar mod possibbli.

2.   Fejn tinqala' sitwazzjoni li teħtieġ il-koordinament, il-maniġer tal-infrastruttura għandu d-dritt, f'limiti raġonevoli, li jipproponi kapaċità tal-infrastruttura li tkun differenti minn dik mitluba.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova, permezz ta’ konsultazzjonijiet mal-applikanti x-xierqa jsolvi kull kunflitt. Tali konsultazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-iżvelar tal-informazzjoni li ġejja fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u bil-miktub jew f'forma elettronika:

(a)

il-mogħdijiet tal-ferrovija mitluba mill-applikanti l-oħra kollha fuq l-istess rotot,

(b)

il-mogħdijiet tal-ferrovija allokati fuq bażi preliminari lill-applikanti l-oħra kollha fuq l-istess rotot,

(c)

il-mogħdijiet tal-ferrovija alternattivi proposti fuq ir-rotot rilevanti skont il-paragrafu 2,

(d)

id-dettalji sħaħ tal-kriterji li qed jintużaw fil-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità.

Skont l-Artikolu 39(2), dik l-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ma tiġi żvelata l-identità tal-applikanti l-oħra, sakemm l-applikanti kkonċernati ma jkunux qablu ma’ tali żvelar.

4.   Il-prinċipji li jirregolaw il-proċess tal-koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Dawn għandhom b'mod partikolari jirriflettu d-diffikultà li jiġu rranġati mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji u l-effett li jista' jkollha l-emenda fuq maniġers oħrajn tal-infrastruttura.

5.   Fejn it-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr koordinazzjoni, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova jakkomoda t-talbiet kollha permezz tal-koordinazzjoni.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ appell eżistenti u għall-Artikolu 56, fil-każ ta’ tilwim dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex dan it-tilwim jiġi riżolt minnufih. Din is-sistema għandha tkun stipulata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Jekk din is-sistema tiġi applikata, għandha tintlaħaq deċiżjoni f'terminu ta’ 10 t'ijiem tax-xogħol.

Artikolu 47

Infrastruttura kkonġestjonata

1.   Meta wara l-koordinazzjoni tal-mogħdijiet ferrovjarji mitluba u l-konsultazzjoni mal-applikanti ma jkunx possibbli li jiġu sodisfatti t-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura b'mod adegwat, il-maniġer tal-infrastruttura għandu minnufih jiddikara li dik it-taqsima tal-infrastruttura li seħħ dan fuqha hija kkonġestjonata. Dan għandu jsir ukoll għall-infrastruttura li hija mistennija li ssofri minn nuqqas ta’ kapaċità fil-futur qarib.

2.   Fejn l-infrastruttura tkun ġiet iddikjarata kkonġestjonata, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jwettaq analiżi tal-kapaċità kif previst fl-Artikolu 50, sakemm ma jkunx diġà qed jiġi implimentat pjan għat-titjib tal-kapaċità kif previst fl-Artikolu 51.

3.   Fejn l-imposti skont l-Artikolu 31(6) ma jkunux ġew iddebitati jew ma jkunux laħqu riżultat sodisfaċenti u l-infrastruttura tkun ġiet iddikjarata kkonġestjonata, il-maniġer tal-infrastruttura jista' wkoll juża kriterji ta’ prijorità biex jalloka l-kapaċità tal-infrastruttura.

4.   Il-kriterji ta’ prijorità għandhom iqisu l-importanza ta’ servizz għas-soċjetà, meta mqabbel ma’ kull servizz ieħor li konsegwentement ikun se jiġi eskluż.

Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport adegwati f'dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b'kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.

L-Istati Membri jistgħu, fejn huwa xieraq, jagħtu lill-maniġer tal-infrastruttura kumpens li jikkorrispondi għal kull telf tad-dħul relatat mal-ħtieġa li tiġi allokata kapaċità partikolari għal ċerti servizzi skont it-tieni subparagrafu.

Dawk il-miżuri u dak il-kumpens għandhom jinkludu il-qies tal-effett ta’ din l-esklużjoni fi Stati Membri oħrajn.

5.   L-importanza tas-servizzi tal-merkanzija u b'mod partikolari tas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija għandhom jitqiesu b'mod adegwat fid-determinazzjoni tal-kriterji ta’ prijorità.

6.   Il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji li għandhom jiġu użati meta l-infrastruttura tkun ikkonġestjonata għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

Artikolu 48

Talbiet ad hoc

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jirrispondi għal talbiet ad hoc għal mogħdijiet tal-ferroviji individwali mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. L-informazzjoni mogħtija dwar il-kapaċità żejda disponibbli għandha tkun disponibbli għall-applikanti kollha li jixtiequ jużaw din il-kapaċità.

2.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom fejn meħtieġ iwettqu evalwazzjoni tal-bżonn tal-kapaċità ta’ riserva li tinżamm disponibbli fl-aħħar skeda tax-xogħol biex ikunu jistgħu jirrispondu malajr għal talbiet ad hoc prevedibbli għall-kapaċità. Dan għandu japplika wkoll f'każijiet ta’ infrastruttura konġestjonata.

Artikolu 49

Infrastruttura speċjalizzata

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-kapaċità tal-infrastruttura għandha titqies disponibbli għall-użu tat-tipi kollha ta’ servizzi li jikkonformaw mal-karatteristiċi meħtieġa għat-tħaddim fil-mogħdija tal-ferrovija.

2.   Meta jkun hemm rotot alternattivi adegwati, il-maniġer tal-infrastruttura jista', wara li jikkonsulta lill-partijiet interessati, jindika infrastruttura partikolari għall-użu minn tipi speċifiċi tat-traffiku. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101, 102 u 106 tat-Trattat, fejn isseħħ din it-tip ta’ identifikazzjoni, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jagħti prijorità lil dan it-tip ta’ traffiku fl-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastuttura.

Din l-identifikazzjoni ma għandhiex ma tħallix li jsir użu ta’ din it-tip ta' infrastruttura minn tipi oħrajn tat-traffiku meta l-kapaċità tkundisponibbli.

3.   Fejn l-infrastruttura tkun ġiet indikata hekk kif imsemmi fil-paragrafu 2, dan għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

Artikolu 50

Analiżi tal-kapaċità

1.   L-iskop tal-analiżi tal-kapaċità huwa li jiġi ddeterminat l-irbit fuq il-kapaċità tal-infrastruttura li minħabba fihom it-talbiet għall-kapaċità ma jistgħux jiġu ssodisfati b'mod adegwat, u biex jigu proposti metodi biex talbiet addizzjonali jiġu ssodisfati. Din l-analiżi tal-kapaċità għandha tidentifika r-raġunijiet għall-konġestjoni u liema miżuri jistgħu jittieħdu fit-terminu qasir u medju biex titnaqqas il-konġestjoni.

2.   L-analiżi tal-kapaċità għandha tqis l-infrastruttura, il-proċeduri tat-tħaddim, in-natura tas-servizzi differenti li qed iħaddmu u l-effett ta’ dawn il-fatturi kollha fuq il-kapaċità tal-infrastruttura. Il-miżuri li għandhom jitqiesu għandhom jinkludu b'mod partikolari is-servizzi ta’ tidwir tar-rotot, l-iskedar mill-ġdid tas-servizzi, it-tibdiliet tal-veloċità u t-titjib fl-infrastruttura.

3.   Analiżi tal-kapaċità għandha titlesta fi żmien sitt xhur mill-identifikazzjoni tal-infrastruttura bħala waħda kkonġestjonata.

Artikolu 51

Pjan għat-titjib tal-kapaċità

1.   Fi żmien sitt xhur mit-tlestija ta’ analiżi tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipproduċi pjan għat-titjib tal-kapaċità.

2.   Il-pjan għat-tijib tal-kapaċità għandu jiġi żviluppat wara konsultazzjoni mal-utenti tal-infrastruttura kkonġestjonata rilevanti.

Għandu jidentifika:

(a)

ir-raġunijiet għall-konġestjoni;

(b)

l-iżvilupp tat-traffiku li probabbli jkun hemmfil-futur;

(c)

l-irbit fuq l-iżvilipp tal-infrastruttura;

(d)

l-għażliet u l-ispejjeż għat-titjib tal-kapaċità inklużi t-tibdiliet possibbli għall-imposti tal-aċċess.

Abbażi ta’ analiżi tal-benefiċċji tal-ispejjeż tal-miżuri possibbli identifikati, għandu jiddetermina wkoll l-azzjoni li għandha tittieħed sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-infrastruttura, inkluża skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri.

Il-pjan jista' jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istat Membru.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieqaf milli jimponi kwalunkwe imposta għall-infrastruttura rilevanti skont l-Artikolu 31(4) f'każijiet meta:

(a)

ma jipproduċix il-pjan għat-titjib tal-kapaċità; jew

(b)

ma jagħmilx progress fl-azzjonijiet identifikati fil-pjan għat-titjib tal-kapaċità.

Madanakollu, il-maniġer tal-infrastruttura jista', suġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 jibqa' jimponi dawk l-imposti jekk:

(a)

il-pjan għat-titjib tal-kapaċità ma jistax jiġi realizzat għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħu; jew

(b)

l-għażliet disponibbli mhumiex ekonomikament jew finanzjarjament vijabbli.

Artikolu 52

Użu tal-linji ferrovjarji

1.   Fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom se jqis il-livelli preċedenti tal-użu tal-mogħdijiet tal-ferrovija fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess tal-allokazzjoni.

2.   Għall-infrastruttura kkonġestjonata b'mod partikolari, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jitlob li tiġi ċeduta mogħdija tal-ferrovija li, fi żmien ta’ mill-inqas xahar, tkun intużat inqas minn kwota ta’ limitu li għandha tiġi stipulata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, sakemm dan ma kienx dovut għal raġunijet mhux ekonomiċi lil hinn mill-kontroll tal-applikant.

Artikolu 53

Kapaċità tal-infrastuttura għal xogħol ta’ manutenzjoni

1.   It-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura sabiex ikun jista' jsir xogħol ta’ manutenzjoni għandhom jiġu sottomessi waqt il-perjodu tal-iskedar.

2.   Għandu jitqies b'mod adegwat mill-maniġer tal-infrastruttura l-effett tal-kapaċità tal-infrastruttura rriservata għax-xogħol ta’ manutenzjoni tal-binarji skedati fuq l-applikanti.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma, mill-ikar fis possibbli, lill-partijiet interessati dwar il-kapaċità tal-infrastruttura li ma tkunx disponibbli minħabba xogħol ta’ manutenzjoni mhux skedat.

Artikolu 54

Miżuri speċjali li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ disturb

1.   Fil-każ ta’ disturb għall-movimenti tal-ferroviji kkawżat minn ħsarat tekniċi jew minn inċidenti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex iraġġa' lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak l-iskop, għandu jfassal pjan ta’ kontinġenza li jelenka l-korpi varji li għandhom jiġu informati fil-każ ta’ inċidenti serji jew ta’ disturbi serji għall-movimenti tal-ferroviji.

2.   F'emerġenza u fejn ikun assolutament meħtieġ minħabba ħsara li minħabba fiha l-infrastruttura ma tkunx tista' tintuża b'mod temporanju il-linji ferrovjarji allokati jistgħu jiġu rtirati mingħajr twissija għal kemm ikun meħtieġ biex tissewwa s-sistema.

Il-maniġer tal-infrastruttura jista', jekk iqis li dan huwa meħtieġ, jeħtieġ lill-impriżi ferrovjarji jagħmlulu disponibbli r-riżorsi li huwa jħoss li huma l-aktar xierqa biex is-sitwazzjoni tinġieb għan-normal mill-aktar fis possibbli.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-impriżi ferrovjarji jinvolvu rwieħhom fl-assigurazzjoni tal-infurzar u tal-monitoraġġ tal-konformità tagħhom stess mal-istandards u r-regoli tas-sikurezza.

TAQSIMA 4

Korp regolatorju

Artikolu 55

Korp regolatorju

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi korp regolatorju nazzjonali wieħed għas-settur ferrovjarju. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, dan il-korp,għandu jkun awtorità indipendenti li, f'termini organizzattivi, funzjonali, tal-ġerarkija u ta’ teħid ta’ deċiżjoni, hija legalment distinta u indipendenti minn kull entità pubblika jew privata oħra. Il-korp għandu jkun ukoll indipendenti fl-organizzazzjoni tiegħu, fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-finanzjament, fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet minn kull maniġer, korp tat-tqegħid tal-imposti, korp tal-allokazzjoni jew minn kull applikant. Barra minn hekk, għandu jkun indipendenti funzjonalment minn kwalunkwe awtorità kompetenti involuta fl-għotja ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu korpi regolatorji li jkunu komptetenti għal diversi taqsimiet regolati, jekk dawn l-awtoritajiet regolatorji integrati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ indipendenza stabbiliti fil-paragrafu 1. Il- korp regolatorju għas-settur ferrovjarju jista' wkoll jingħaqad f'termini organizzattivi mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat (21), l-awtorità tas-sigurtà stabbilita skont id-Direttiva 2004/49/KE tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (22) jew l-awtorità tal-liċenzjar imsemmija fil-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva, jekk il-korp konġunt jissodisfa r-rekwiżiti ta’ indipendenza stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu l-persunal u jiġi amministrat b'tali mod li tkun iggarantita l-indipendenza tiegħu. Huma għandhom, b'mod partikolari jiżguraw li l-persuni inkarigati mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-korp regolatorju skont l-Artikolu 56, bħall-membri tal-bord eżekuttiv tiegħu, fejn rilevanti, jaġixxu b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq relatat mas-settur ferrovjarju, u għaldaqstant ma għandu jkollhom l-ebda relazzjoni ta’ interess jew kummerċjali ma’ kwalunkwe impriża jew entità regolata, u ma jfittxux jew jirċievu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata oħra fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-korp regolatorju.

Il-persuni inkarigati mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-korp regolatorju skont l-Artikolu 56 għandu jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju.

Artikolu 56

Funzjonijiet tal-korp regolatorju

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew saritlu offża bi kwalunkwe mod ieħor, u b'mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar:

(a)

id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fil-verżjonijiet proviżorji u finali tagħha;

(b)

il-kriterji stabbiliti fih;

(c)

il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(d)

l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;

(e)

il-livell jew l-istruttura ta’ tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;

(f)

l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10, 11, 12 u 13;

(g)

l-aċċess u t-tqegħid ta’ imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u għandu, b'mod partikolari, jikkontrolla l-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti. Għandu, b'mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji jew jekk toħloqx setgħat diskrezzjonali għall-maniġer tal-infrastruttura li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni kontra l-applikanti.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korp regolatorju jingħata l-kompitu li jadotta opinjonijiet non-vinkolanti dwar il-verżjonijiet proviżorji tal-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3), il-ftehim kuntrattwali u l-pjan għat-titjib tal-kapaċità biex jiġi indikat b'mod partikolari jekk dawn l-istrumenti humiex konsistenti mas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji.

4.   Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu.

5.   Il-korp regolatorju għandu jiżgura li l-imposti stabbiliti mill-maniġer tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u li dawn huma nondiskriminatorji. In-negozjati bejn l-applikanti u l-maniġer tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti infrastrutturali għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervieni jekk in-negozjati x'aktarx jiksru r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

6.   Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata mingħajr dewmien. Il-bord regolatorju għandu jkun jista' jinforzja talbiet bħal dawn bis-sanzjonijiet xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta’ appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta’ statistika u ta’ osservazzjoni tas-suq.

7.   Il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien massimu ta’ xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju l-korp regolatorju għandu fejn adatt jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw żviluppi mhux mixtieqa f'dawn is-swieq, b'mod partikolari b'referenza għall-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1.

Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta’ istanza amminstrattiva oħra. Il-bord regolatorju għandu jkun jista' jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu bis-sanzjonijiet xierqa, inkluż permezz tal-multi.

Fil-każ ta’ appell kontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura, jew kontra t-termini ta’ offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jeħtieġ li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont id-direzzjonijiet speċifikati minnu stess.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jkunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja. L-appell jista' jkollu effett ta’ sospensjoni fuq id-deċiżjoni tal-korp regolatorju biss meta d-dħul fis-seħħ immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista' jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għal min ikun qed jappella. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma' l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali applikabbli.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jiġu ppubblikati.

10.   Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jwettaq verifiki jew li jibda verifiki esterni mal-maniġers tal-infrastruttura, operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz u, fejn rilevanti, mal-impriżi ferrovjarji, biex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6. F'dan ir-rigward, il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jitlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti. B'mod partikolari l-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura, lill-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizz u l-impriżi kollha jew entitajiet oħra li jwettqu jew jintegraw tipi differenti ta’ trasport ferrovjarju jew immaniġġar ta’ infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 13 biex jagħtu informazzjoni ta’ verifika sħiħa jew parti minnha kif elenkat fl-Anness VIII b'livell suffiċjenti ta’ dettall kif meqjus meħtieġ u proporzjonat.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet rigward għajnuna mill-Istat il-korp regolatorju jista' wkoll joħroġ konklużjonijiet minn dawn il-kontijiet dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat li għandu jirrapporta lil dawk l-awtoritajiet.

11.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VIII. B'hekk l-Anness VIII jista' jiġi emendat biex jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-prattiki ta’ kontabbiltà u superviżjoni u/jew biex jiġi supplementat b'elementi addizzjonali meħtieġa biex tiġi verifikata s-separazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 57

Kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji

1.   Il-korpi regolatorji għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar xogħolhom u l-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-prattika u għandhom jikkooperaw xort'oħra għall-iskop tal-koordinazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Unjoni kollha. Għal dan il-għan għandhom jipparteċipaw u jaħdmu flimkien f'grupp ta’ ħidma li jiltaqa' f'intervalli regolari Biex tkun żgurata kooperazzjoni attiva bejn il-korpi regolatorji adatti, il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'din il-ħidma.

2.   Il-korpi regolatorji għandhom jikkooperaw mill-qrib, inkluż permezz ta’ arranġamenti ta’ xogħol, għall-iskopijiet ta’ assistenza reċiproka fl-inkarigi tagħhom ta’ monitoraġġ tas-suq u sabiex jittrattaw l-ilmenti jew l-investigazzjonijiet.

3.   Fil-każ ta’ lment jew investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar kwistjonijiet ta’ aċċess jew ta’ tqegħid ta’ imposti relatat ma’ mogħdija internazzjonali tal-ferrovija, kif ukoll fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-suq relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jikkonsulta l-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li minnhom tgħaddi l-mogħdija ferrovjarja internazzjonali u jitlobhom l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħandhom qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu.

4.   Il-korpi regolatorji kkonsultati skont il-paragrafu 3 għandhom jagħtu l-informazzjoni kollha li huma nnifishom ikollhom id-dritt li jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Din l-informazzjoni tista' tintuża biss biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Il-korp regolatorju li qed jirċievi l-ilment jew li jkun qed imexxi l-investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess għandu jittrasferixxi l-informazzjoni rilevanti lill-korp regolatorju responsabbli biex dak il-korp ikun jista' jieħu l-miżuri fir-rigward il-partijiet konċernati.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rappreżentant assoċjat ieħor tal-maniġers tal-infrastruttura, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) jagħti, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u mitluba mill-korp regolatorju tal-Istat Membru li fih jinsab ir-rappreżentant assoċjat. Dak il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jittrasferixxi informazzjoni bħal din dwar il-mogħdija ferrovjarja internazzjonali kkonċernata lill-korpi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3.

7.   Il-korpi regolatorji għandhom jiżviluppaw prinċipji u prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandhom is-setgħa jieħdu skont din id-Direttiva. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji u tal-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1, u jekk meħtieġ tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti tal-korpi regolatorji, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistipulaw prinċipji u prattiki komuni bħal dawn. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl- Artikolu 62(3).

8.   Il-korpi regolatorji għandhom janalizzaw id-deċiżjonijiet u l-prattiki tal-assoċjazzjonijiet tal-maniġers tal-infrastruttura kif imsemmi fl-Artikoli 37 u 40(1) li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew li jiffaċilitaw it-trasport ferrovjarju nazzjonali b'mod ieħor.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

Regoli dwar l-Akkwist Pubbliku

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva se jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (23).

Artikolu 59

Derogi

1.   Sal-15 ta’ Marzu 2013, l-Irlanda, bħala Stat Membru li jinsab fuq gżira, b'konnessjoni ferrovjarja ma’ Stat Membru ieħor wieħed biss, u r-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, fuq l-istess bażi:

(a)

ma għandhomx għalfejn jafdaw f'idejn korp indipendenti l-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura, kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), sa fejn dak l-Artikolu jobbliga lill-Istati Membri biex jistabbilixxu korpi indipendenti li jwettqu l-ħidmiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7(2);

(b)

ma għandhomx għalfejn japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27, Artikolu 29(2), Artikoli 38, 39 u 42, Artikolu 46(4), Artikolu 46(6), Artikolu 47, Artikolu 49(3), Artikoli 50 sa 53, Artikolu 55 u Artikolu 56 bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura jew dwar it-tqegħid tal-imposti jkunu jistgħu jiġu appellati, jekk dan jintalab bil-miktub minn impriża ferrovjarja, quddiem korp indipendenti li għandu jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha u li d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun suġġetta għal analiżi ġudizzjarja.

2.   Meta aktar minn impriża ferrovjarja waħda jkunu liċenzjati skont l-Artikolu 17 jew, fil-każ tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, kumpanija ferrovjarja hekk liċenzjata band'oħra tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex tħaddem servizzi ferrovjarji kompetituri, għal jew mill-Irlanda jew l-Irlanda ta’ Fuq, l-applikabbiltà kontinwa ta’ din id-deroga għandha tiġi deċiża skont il-proċedura konsultattiva msemmiija fl-Artikolu 62(2).

Id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw fejn impriża ferrovjarja li tħaddem servizzi ferrovjarji fl-Irlanda jew l-Irlanda ta’ Fuq tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex tħaddem servizzi ferrovjarji, fil-, għal jew mit-territorju ta’ Stat Membru ieħorbl-eċċezzjonijiet tal-Irlanda għal impriżi ferrovjarji li jaħdmu fl-Irlanda ta’ fuq u tar-Renju Unit għal impriżi ferrovjarji li jaħdmu fl-Irlanda.

Fi żmien sena minn meta jirċievu jew id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew in-notifika tal-applikazzjoni uffiċjali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) (l-Irlanda jew ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq), għandhom jagħmlu leġiżlazzjoni biex jimplimentaw l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġġedded għal perjodi mhux itwal minn ħames snin. Mhux iktar tard minn 12-il xahar qabel id-data tal-iskadenza tad-deroga, Stat Membru li jagħmel użu minn dik id-deroga jista' jindirizza talba lill-Kummissjoni għal deroga mġedda. Kull talba bħal din għandha tiġi ġustifikata. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba u tadotta deċiżjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2). Dik il-proċedura għandha tapplika għal kull deċiżjoni relatata mat-talba.

Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tqis kull żvilupp fis-sitwazzjoni ġeopolitika u l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju fi, minn u lejn l-Istat Membru li jkun talab id-deroga mġedda.

Artikolu 60

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 20, 35 (3), 43 (2) u 56(11) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … (24). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Il-delega ta’ setgħat imsemmija fl-Artikoli 20, 35 (3), 43 (2) u 56 (11) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 20, 35 (3), 43 (2) u 56 (11) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 61

Miżuri ta’ applikazzjoni

Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina miżuri speċifiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali b'rabta mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, rigward il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, il-liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji, it-tqegħid ta’ imposti għall-infrastruttura u l-allokazzjoni tal-kapaċità fi żmien 12 -il xahar mill-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa' tiġi applikata fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi din it-talba.

Artikolu 62

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 63

Rapport

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kapitolu II.

Dan ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-iżvilupp tas-suq inkluż l-istat ta’ preparazzjoni ta’ ftuħ akbar tas-suq ferrovjarju. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tanalizza wkoll il-mudelli differenti għall-organizzazzjoni ta’ dan is-suq u l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-finanzjament tagħhom. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u d-differenzi intrinsiċi bejn l-Istati Membri (id-densità tan-netwerks, in-numru ta’ passiġġieri, id-distanza medja tal-vjaġġar). Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġislattivi kumplimentari sabiex tiffaċilita kwalunkwe ftuħ bħal dan, u għandha tivvaluta l-impatt ta’ kwalunkwe miżuri bħal dawn.

Artikolu 64

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma din id-Direttiva … inkluż fir-rigward tal-konformità minn impriżi, operaturi, applikanti, awtoritajiet u entitajiet oħra kkonċernati sa … (25). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, it-tali dispożizzjonijiet għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom b'mod uffiċjali. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni għar-referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijeit amministrattivi eżistenti għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha titfassal it-tali dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 55(1) għandu japplika minn … (26).

L-obbligi tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu II u IV ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal Ċipru u għal Malta sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom.

Artikolu 65

Tħassir

Id-Direttivi 91/440/KEE, 95/18/KE u 2001/14/KE, kif emendati mid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness IX huma mħassra b'effett minn (27) …, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IX fil-liġi nazzjonali.

Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness X.

Artikolu 66

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil- jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 67

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C, 132, 3.5.2011, p. 99.

(2)  ĠU C 104, 2.4.2011, p. 53.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill wara l-ewwel qari tat-8 ta’ Marzu 2012. Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill ta’ … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

(5)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70.

(6)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.

(7)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(10)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(11)  Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(12)  Sitt xhur wara dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(13)  Daħħal id-data tad- dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(14)  Sentejn qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(15)  Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(16)  Daħħal data tlett snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(17)  36 xahar wara dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(18)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ April 2008 li timmodifika l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/679/KE tat- 28 ta’ Marzu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea u l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/860/KE tas- 7 ta’ Novembru 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja.(ĠU L 136, 24.5.2008, p. 11)

(19)  36 xahar wara dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(20)  ĠU L 270 20.10.2010 p. 22.

(21)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Nota Editorjali: It-Titlu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1/2003 ġie aġġustat biex jieħu kont ta’ numri mogħtija mil-ġdid tal-artikoli tat-Trattat li jistabilixxi l-Kommunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Lisbona, ir-referenza oriġinali kienet Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

(22)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 29.

(23)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(24)  Daħħal id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(25)  36 xahar wara dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(26)  60 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva

(27)  Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva


ANNESS I

LISTA TA’ ELEMENTI TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

L-infrastruttura ferrovjarja tikkonsisti fl-affarijiet segwenti, sakemm dawn jiffurmaw parti mil-linja permanenti, li tinkludi l-binarji ż-żgħar tal-ġenb, iżda teskludi l-linji li qegħdin fil-postijiet fejn jissewwew il-magni tal-ferrovija, fl-imħażen jew fl-imħażen lokomottivi, u branki ta’ linji u binarji żgħar privati:

Żona terrana;

Il-linja tal-ferrovija u l-istruttura nnifisha, b'mod partikulari, l-imbankamenti, it-taħfir fl-art, il-kanali u fossi tad-drenaġġ, il-kanali ta’ taħt il-ferrovija, il-ħitan li jgħattu dawn l-istrutturi, l-impjant ta’ rampi fil-ġenb għall-protezzjoni eċċ.; pjattaformi għall-passiġġieri u għall-merkanzija inkluż fi stazzjonijiet tal-passiġġieri u terminals tal-merkanzija; mogħdijiet erbgħa tal-mixi u mogħdijiet tal-mixi; il-ħitan li jservu għall-għeluq, sisien, ċnut; strippi ta’ protezzjoni min-nar; l-apparat li jintuża' fil-postijiet ta’ sħana; fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma’ xulxin, eċċ.; paraventi ta’ protezzjoni mill-borra;

Strutturi tal-inġinerija: ponti, kanali li jaqsmu minn taħt il-ferroviji u mogħdijiet li jgħaddu minn fuq, mini, taħfir tal-art mgħotti u mogħdijiet oħra li jgħaddu minn taħt; ħitan li jservu għall-appoġġ, u strutturi għall-protezzjoni kontra l-valangi u l-ġebel li jaqa' eċċ.;

Postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma’ xulxin li jkunu fuq livell wieħed, li jinkludi l-apparat li jiżgura s-sikurezza fit-traffiku tat-triq;

Is-soprastruttura, b'mod partikolari: linji, linji spirali u ta’ kontroll; travi ta’ taħt il-linji u dawk li jżommu l-istruttura lonġitudinali, strutturi żgħar għall-mogħdija permanenti, saborra li tinkludi ż-żrar u r-ramel; punti, postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma’ xulxin, eċċ.; l-istrutturi li jiddirezzjonaw il-linji u li jittraversaw (barra minn dawk li huma riservati esklussivament għal-lokomottivi);

Mezzi ta’ aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess bit-triq;

Stallazzjonijiet ta’ sigurtà, senjalar u telekomunikazzjoni fil-linji tal-ferrovija miftuħa, fl-istazzjonijiet u fil-wesgħa tal-ferroviji tal-merkanzija, inkluż l-impjant għall-ġenerazzjoni, t-trasformazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kurrent tal-elettriku sabiex isiru s-senjalazzjonijiet u t-telekomunikazzjonijiet; bini għal dawn l-istallazzjonijiet u impjanti; brejkijiet fil-linji;

Stallazzjonijiet tad-dwal għal raġunijiet ta’ traffiku u sikurezza;

Impjant għat-trasformazzjoni u t-trasport tal-kurrent tal-elettriku minħabba t-trasport tal-merkanzija permezz tal-ferroviji: stazzjonijiet sussidjarji, provvista ta’ kejbils bejn l-istallazzjonijiet sussidjarji u l-fili tal-kuntatt, katenarji u appoġġ; it-tielet linja bl-appoġġ;

Il-bini użat mid-dipartiment tal-infrastruttura, inkluż proporzjon tal-istallazzjonijiet għall-ġbir ta’ imposti fuq it-trasport.


ANNESS II

SERVIZZI LI GĦANDHOM JINGĦATAW LILL-IMPRIŻI FERROVJARJI

(imsemmija fl-Artikolu 13)

1.

Il-pakkett ta’ aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:

(a)

fl-immaniġġjar ta’ talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(b)

fid-dritt li tintuża l-kapaċità allokata;

(c)

fl-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja, inklużi track points u ġonot;

(d)

fil-kontroll tal-ferrovija inkluż is-senjalar, ir-regolament, id-dispaċċ u l-komunikazzjoni u l-forniment ta’ informazzjoni dwar il-moviment tal-ferrovija;

(e)

l-użu ta’ tagħmir għall-provvista tal-elettriku għall-kurrent tat-trazzjoni, meta disponibbli;

(f)

l-informazzjoni oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni jew għat-tħaddim tas-servizz li għalih ingħatat il-kapaċità.

2.

Għandu jingħata aċċess inkluż aċċess għat-tracks, għall-faċilitajiet tas-servizzi li ġejjin, meta dawn ikunu jeżistu, u għas-servizzi fornuti f' dawn il-faċilitajiet:

(a)

stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-bini tagħhom u faċilitajiet oħrajn, inklużi wiri ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u post għal servizzi relatati mal-biljetti;

(b)

terminali tal-merkanzija;

(c)

marshalling yards u faċilitajiet għall-formazzjoni tal-ferrovija inklużi servizzi ta’ shunting;

(d)

sidings għall-ħażna;

(e)

faċilitajiet ta’ manutenzjoni bl-eċċezzjoni ta’ servizzi ta’ manutenzjoni tqal ipprovduti fil-faċilitajiet ta’ manutenzjoni ddedikati esklussivament għal tipi speċifiċi ta’ materjal ferrovjarju, u faċilitajiet tekniċi oħrajn, inklużi faċilitajiet għat-tindif u l-ħasil;

(f)

faċilitajiet tal-port marittimu u tal-passaġġi tal-ilma interni li huma marbuta mal-attivitajiet ferrovjarji;

(g)

faċilitajiet ta’ għajnuna;

(h)

faċilitajiet għal refuelling u l-provvista ta’ karburant f'dawn il-faċilitajiet, li l-imposti għalihom fuq il-fatturi għandhom jintwerew separatament.

3.

Is-servizzi addizzjonali jistgħu jinkludu:

(a)

kurrent tat-trazzjoni, mill-imposti għall-użu tat-tagħmir għall-provvista tal-elettriku;

(b)

it-tisħin minn qabel tal-ferroviji tal-passiġġieri;

(c)

kuntratti speċifiċi għal:

kontroll tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża,

assistenza fit-tħaddim ta’ ferroviji mhux tas-soltu;

4.

Is-servizzi anċillari jistgħu jinkludu:

(a)

aċċess għan-netwerk tat-telekomunikazzjoni;

(b)

il-forniment ta’ informazzjoni supplementari;

(c)

l-ispezzjoni teknika tar-rolling stock;

(d)

servizzi relatati mal-biljetti f'stazzjonijiet tal-passiġġieri;

(e)

servizzi ta’ manutenzjoni tqila fornuta f'faċilitajiet ta’ manutenzjoni esklussivament iddedikati għal tipi speċifiċi ta’ materjal ferrovjarju.


ANNESS III

QAGĦDA FINANZJARJA TAJBA

(imsemmija fl-Artikolu 20)

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriżi li jkunu qed japplikaw għal-liċenzja f'konformità mal-Artikolu 20 tkopri l-aspetti li ġejjin:

(a)

il-fondi disponibbli, inklużi l-bilanċ bankarju, id-dispożizzjonijiet ta’ pledged overdraft u s-self;

(b)

il-fondi u l-assi disponibbli bħala garanzija;

(c)

il-kapital għax-xogħol;

(d)

l-ispejjeż rilevanti, inklużi l-ispejjeż ta’ ħlasijiet għall-karozzi, l-art, il-bini, l-istallazzjonijiet u r-rolling stock;

(e)

l-imposti fuq l-assi tal-impriża;

(f)

taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali


ANNESS IV

KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NETWERK

(imsemmija fl-Artikolu 27)

Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27 għandu jkollha din l-informazzjoni:

1.

Taqsima li tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-kondizzjonjiet tal-aċċess għaliha. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun konsistenti fuq bażi annwali, mar-reġistri tal-infrastruttura ferrovjarja li għandhom ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE

2.

Taqsima dwar il-prinċipji ta’ imposti u tariffi. Din għandu jkun fiha dettalji xierqa dwar l-iskema tal-imposti kif ukoll informazzjoni suffiċjenti dwar l-imposti kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess li tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness II li jiġu pprovduti minn fornitur wieħed biss. Għandha tagħti dettalji dwar il-metodoloġija, ir-regoli u, meta applikabbli, l-iskali użati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 31sa 36, fir-rigward ta’ kemm il-kostijiet kif ukoll l-imposti. Għandha tiġbor fiha informazzjoni dwar tibdiliet fl-imposti diġà deċiżi jew previsti fil-ħames snin li ġejjin jekk disponibbli.

3.

Taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità. Din għandha tistabbilixxi l-kapaċità ġenerali tal-karatteristiċi tal-infrastruttura li hija disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u kull restrizzjoni relatata mal-użu tagħha, inklużi l-ħtiġijiet ta’ kapaċità x'aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha wkoll tispeċifika l-proċeduri u t-termini li jirrelataw mal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità. Għandu jkun fiha kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, partikolarment:

(a)

il-proċeduri li bihom l-applikanti jistgħu jitolbu l-kapaċità mingħand il-maniġer tal-infrastruttura;

(b)

ir-rekwiżiti li jirregolaw l-applikanti;

(c)

l-iskeda għall-proċessi tal-applikazzjoni u l-allokazzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex tintalab informazzjoni dwar l-iskedar u l-proċeduri għall-iskedar ta’ xogħol ta’ manutenzjoni ppjanat jew mhux previst;

(d)

il-prinċipji li jirregolaw il-proċess ta’ koordinazzjoni u s-sistema tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li hija disponibbli permezz ta’ dan il-proċess;

(e)

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji użati meta l-infrastruttura hija kkonġestjonata;

(f)

id-dettalji dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-infrastruttura;

(g)

kull kondizzjoni li permezz tagħha jitqiesu livelli preċedenti ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess tal-allokazzjoni.

Għandha tagħti dettalji dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat trattament adegwat tas-servizzi tal-merkanzija, servizzi internazzjonali u talbiet suġġetti għall-proċedura ad hoc. Għandu jkun fiha mudell għat-talbiet għall-kapaċità. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika wkoll informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri tal-allokazzjoni għal rotot internazzjonali tal-ferrovija.

4.

Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni għal liċenzja msemmija fl-Artikolu 25 ta’ din id-Direttiva u dwar iċ-ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja maħruġa skont id-Direttiva 2004/49/KE jew l-indikar ta’ sit elettroniku fejn it-tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'forma elettronika.

5.

Taqsima dwar l-informazzjoni dwar proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-appelli relatati ma’ kwistjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferovjarji u mal-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35.

6.

Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-aċċess u l-iddebitar bl-imposti għall-faċilitajiet ta’ servizzi msemmija fl-Anness II. L-operaturi tal-faċilitajiet ta’ servizzi li mhumiex ikkontrollati mill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-imposti għall-kisba tal-aċċess għall-faċilità u għall-forniment tas-servizzi, u informazzjoni dwar kondizzjonijiet għall-aċċess tekniku għall-inklużjoni fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk jew l-indikar ta’ sit elettroniku fejn it-tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'forma elettronika.

7.

Ftehim li jservi ta’ mudell għall-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas bejn maniġer tal-infrastruttura u applikant skont l-Artikolu 42.


ANNESS V

PRINĊIPJI U PARAMETRI BAŻIĊI TA’ FTEHIMIET KUNTRATTWALI BEJN AWTORITAJIET KOMPETENTI U L MANIĠERS TAL-INFRASTRUTTURA

(imsemmija fl-Artikolu 30)

Il-ftehim kuntrattwali għandu jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30, u jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

1.

l-ambitu tal-ftehim fir-rigward tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizz, strutturat skont l-Anness II. Għandu jkopri l-aspetti kollha tal-maniġġar tal-infrastruttura, inklużi l-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura li diġà qed titħaddem;

2.

l-istruttura tal-ħlasijiet jew fondi allokati lis-servizzi tal-infrastruttura mniżżlin fl-Anness II, għall-manutenzjoni, u għat-trattar tax-xogħol pendenti ta’ manutenzjoni;

3.

il-miri ta’ prestazzjoni orjentati lejn l-utent, fil-forma ta’ indikaturi u kriterji ta’ kwalità li jkopru elementi bħal:

(a)

il-prestazzjoni tal-ferrovija, bħal f'termini ta’ veloċità tal-linja u affidabbiltà, u s-sodisfazzjon tal-konsumatur,

(b)

il-kapaċità tan-netwerk,

(c)

l-immaniġjar tal-assi,

(d)

il-volumi tal-attivitajiet,

(e)

il-livelli ta’ sikurezza, u

(f)

il-protezzjoni ambjentali;

4.

l-ammont ta’ xogħol pendenti possibbli ta’ manutenzjoni u l-assi li se jinħarġu gradwalment mill-użu u li għalhekk se jagħtu bidu għal flussi finanzjarji differenti;

5.

l-inċentivi imsemmija fl- Artikolu 30(1), bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-inċentivi implimentati permezz ta’ miżuri regolatorji f'konformità mal-Artikolu 30(3);

6.

l-obbligi minimi ta’ rappurtar għall-maniġer tal-infrastruttura f’termini tal-kontenut u l-frekwenza tar-rappurtar, inkluża informazzjoni li għandha tkun ippubblikata kull sena;

7.

it-tul ta’ żmien miftiehem tal-ftehim, li għandu jkun sinkronizzat u konsistenti mat-tul tal-pjan tan-negozju tal-maniġer tal-infrastruttura u mal-konċessjoni jew mal-liċenzja tiegħu, fejn adatt kif ukoll il-qafas u r-regoli tad-debitu bl-imposti stabbiliti mill-Istat;

8.

ir-regoli biex jiġi ttrattat it-tfixkil kbir tat-tħaddim tas-servizzi u s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza u fil-każ ta’ terminazzjoni bikrija, u l-informazzjoni tal-utenti;

9.

il-miżuri ta’ rimedju li għandhom jittieħdu jekk xi waħda mill-partijiet tikser l-obbligi kuntrattwali tagħha; jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-finanzjament pubbliku; dawn jinkludu l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għan-negozjar mill-ġdid u għat-terminazzjoni bikrija tal-ftehim kuntrattwali.


ANNESS VI

REKWIŻITI GĦALL-ISPEJJEŻ U L-IMPOSTI RELATATI MAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

(imsemmija fl-Artikoli 32(1) u 35)

1.

Il-pari li għandhom jitqiesu mill-maniġers tal-infrastruttura meta huma jiddefinixxu l-lista ta’ segmenti tas-suq bil-għan li jintroduċu mark-ups fis-sistema ta’ ħlas skont l-Artikolu 32(1) jinkludu ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri versus servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(b)

Ferroviji li jġorru oġġetti perikolużi versus ferroviji ta’ merkanzija oħra;

(c)

Servizzi domestiċi versus servizzi internazzjonali;

(d)

Servizzi magħquda ta’ trasport versus ferroviji diretti;

(e)

Servizzi urbani jew reġjonali versus servizzi interurbani tal-passiġġieri;

(f)

Ferroviji b'vaguni li jibqgħu flimkien mit-tluq sad-destinazzjoni (block trains) versus ferroviji b'vaguni li jitgħabbew individwalment;

(g)

Servizzi ferrovjarji regolari versus servizzi ferrovjarji okkażjonali.

2.

L-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji bażiċi li ġejjin:

(a)

Sabiex jintlaħaq il-livell miftiehem ta’ prestazzjoni u sabiex ma tkunx ipperikolata l-vijabbiltà ekonomika tas-servizz, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaqbel mal-applikanti dwar il-parametri prinċipali tal-iskema tal-prestazzjoni, b'mod partikolari dwar il-valur tad-dewmien, il-limiti għall-ħlasijiet li jridu jingħataw taħt l-iskema tal-prestazzjoni, kemm skont il-vjaġġi individwali tal-ferroviji kif ukoll għall-vjaġġi kollha tal-ferroviji ta’ impriża ferrovjarja f'perjodu ta’ żmien partikolari;

(b)

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkomunika l-iskeda ta’ ħidma lill-impriżi ferrovjarji, abbażi ta’ liema skeda jiġi kkalkulat id-dewmien, mill-anqas ħamest ijiem qabel il-vjaġġ tal-ferrovija. Il-maniġer tal-infrastruttura jista' japplika perijodu ta’ notifika iqsar f'każ ta’ force majeure jew alterazzjonijiet tard fl-iskeda ta’ ħidma;

(c)

Id-dewmien kollu għandu jiġi attribwit lil waħda mill-kategoriji jew subkategoriji ta’ dewmien li ġejjin:

1.

L-immaniġġjar tat-tħaddim/tal-ippjanar attribwit lill-maniġer tal-infrastruttura

1.1.

Il-kompilazzjoni tal-iskeda taż-żmien

1.2.

Il-formazzjoni tal-ferrovija

1.3.

L-iżbalji fil-proċedura tal-ħidmiet

1.4.

L-applikazzjoni ħażina tar-regoli ta’ prijorità

1.5.

Il-persunal

1.6.

Kawżi oħra

2.

L-istallazzjonijiet infrastrutturali attribwiti lill-maniġer tal-infrastruttura

2.1.

L-istallazzjonijiet tas-senjalar

2.2.

L-istallazzjonijiet tas-senjalar fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma’ xulxin

2.3.

L-istallazzjonijiet tat-telekomunikazzjonijiet

2.4.

It-tagħmir għall-provvista tal-elettriku

2.5.

Il-binarji

2.6.

L-istrutturi

2.7.

Il-persunal

2.8.

Kawżi oħra

3.

Kawżi marbutin mal-inġinerija ċivili attribwiti lill-maniġer tal-infrastruttura

3.1.

Ix-xogħol ippjanat ta’ kostruzzjoni

3.2.

L-irregolaritajiet fl-eżekuzzjoni ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni

3.3.

Ir-restrizzjonijiet ta’ veloċità minħabba binarju difettuż

3.4.

Kawżi oħra

4.

Kawżi attribwiti lil maniġers tal-infrastruttura oħrajn

4.1.

Ikkawżati mill-maniġer tal-infrastruttura ta’ qabel

4.2.

Ikkawżati mill-maniġer tal-infrastruttura ta’ wara

5.

Kawżi kummerċjali attribwiti lill-impriża ferrovjarja

5.1.

Meta jkun hemm waqfiet għal ħin itwal milli suppost

5.2.

It-talba tal-impriża ferrovjarja

5.3.

Il-ħidmiet ta’ tagħbija

5.4.

L-irregolaritajiet fit-tagħbija

5.5.

Il-preparazzjoni kummerċjali tal-ferrovija

5.6.

Il-persunal

5.7.

Kawżi oħra

6.

Ir-rolling stock attribwit lill-impriża ferrovjarja

6.1.

L-ippjanar tar-roster/it-tfassil tar-roster mill-ġdid

6.2.

Il-formazzjoni tal-ferrovija mill-impriża ferrovjarja

6.3.

Problemi li jaffettwaw il-vaguni tal-passiġġieri (it-trasport tal-passiġġieri)

6.4.

Il-problemi li jaffettwaw il-vaguni (it-trasport tal-merkanzija)

6.5.

Il-problemi li jaffettwaw il-karozzi, il-lokomotivi u l-karozzi ferrovjarji

6.6.

Il-persunal

6.7.

Kawżi oħra

7.

Kawżi attribwiti lil impriżi ferrovjarji oħrajn

7.1.

Ikkawżati mill-impriża ferrovjarja ta’ wara

7.2.

Ikkawżati mill-impriża ferrovjarja ta’ qabel

8.

Kawżi esterni li la huma attribwiti lill-maniġer tal-infrastruttura u lanqas lill-impriża ferrovjarja

8.1.

Strajk

8.2.

Il-formalitajiet amministrattivi

8.3.

L-influwenzi esterni

8.4.

L-effetti tat-temp u ta’ kawżi naturali

8.5.

Id-dewmien fuq in-netwerk ta’ wara minħabba raġunijiet esterni

8.6.

Kawżi oħra

9.

Kawżi sekondarji li la huma attribwiti lill-maniġer tal-infrastruttura u lanqas lill-impriża ferrovjarja

9.1.

L-inċidenti perikolużi, aċċidenti u perikli

9.2.

L-okkupazzjoni tal-binarji kkawżata mid-dewmien tal-istess ferrovija

9.3.

L-okkupazzjoni tal-binarji kkawżata mid-dewmien ta’ ferrovija oħra

9.4.

Iż-żmien meħud bejn il-waqfien fid-destinazzjoni u t-tluq lura tal-ferrovija (“turn-around”)

9.5.

Il-konnessjoni

9.6.

Id-dewmien li jeħtieġ aktar investigazzjoni

(d)

Kull fejn ikun possibbli, id-dewmien għandu jkun attribwit għal organizzazzjoni waħda, filwaqt li jitqiesu kemm ir-responsabbiltà għall-ikkawżar tat-tfixkil fis-servizz kif ukoll l-abbiltà li jerġgħu jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet normali ta’ traffiku.

(e)

Il-kalkolu tal-ħlasijiet għandu jqis id-dewmien medju tas-servizzi ferrovjarji li għandhom rekwiżiti simili ta’ puntwalità.

(f)

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, kemm jista' jkun malajr possibbli, jikkomunika kalkolu ta’ ħlasijiet li jridu jitħallsu lill-iskema tal-prestazzjoni. Dan il-kalkolu għandu jiġbor il-vjaġġi kollha tal-ferrovija li sofrew minn dewmien f'perjodu ta’ mhux aktar minn xahar.

(g)

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ appell eżistenti u għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56, fil-każ ta’ tilwim dwar l-iskema tal-prestazzjoni, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex dan it-tilwim jiġi riżolt minnufih. Din is-sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandha tkun imparzjali lejn il-partijiet involuti. Jekk tiġi applikata din is-sistema, għandha tintlaħaq deċiżjoni fi żmien 10 tijiem tax-xogħol.

(h)

Darba fis-sena, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika l-livell medju annwali tal- prestazzjoni miksuba mill-impriża ferrovjarja abbażi tal-parametri prinċipali miftiehema fl-iskema tal-prestazzjoni.


ANNESS VII

SKEDA GĦALL-PROĊESS TAL-ALLOKAZZJONI

(imsemmija fl-Artikolu 43)

1.

L-iskeda ta’ ħidma għandha tiġi stabbilita darba f'kull sena kalendarja.

2.

Il-bidla tal-iskeda ta’ ħidma għandha sseħħ f'nofs il-lejl fit-tieni Sibt f'Diċembru. Meta bidla jew aġġustament jitwettqu wara x-xitwa, b'mod partikolari sabiex jitqiesu, meta huwa xieraq, il-bidliet fl-iskedi tat-traffiku tal-passiġġieri reġjonali għandhom iseħħu f'nofs il-lejl fit-tieni Sibt f'Ġunju u f'dawk l-intervalli l-oħrajn bejn dawn id-dati kif meħtieġ. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiftehmu fuq dati differenti u f'dan il-każ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk it-traffiku internazzjonali jista' jiġi effettwat.

3.

Id-data finali għall-irċevuta ta’ talbiet għall-kapaċità biex jiġu inkorporati fl-iskeda ta’ ħidma ma għandhiex tkun aktar minn 12-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-iskeda ta’ ħidma.

4.

Mhux aktar tard minn 11-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta’ ħidma, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li t-toroq kull provviżorji tal-ferroviji internazzjonali jkunu ġew stabbiliti b'kooperazzjoni ma’ maniġers tal-infrastrutturarilevanti. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li sa fejn ikun possibbli dawn għandhom jinżammu matul il-proċessi sussegwenti.

5.

Mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti mill-applikanti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprepara abbozz tal-iskeda ta’ ħidma.


ANNESS VIII

INFORMAZZJONI TA’ VERIFIKA LI GĦANDHA TINGĦATA LILL-KORP REGOLATORJU FUQ TALBA

(imsemmija fl-Artikolu 56(10))

1.   Is-separazzjoni fil-kontijiet

(a)

kontijiet ta’ profitt u telf u karti tal-bilanċi separati għall-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-merkanzija, tal-passiġġieri u tal-infrastruttura;

(b)

informazzjoni dettaljata dwar sorsi individwali u dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi u forom oħra ta’ kumpens b'mod trasparenti u dettaljat; inkluża analiżi ddettaljata tal-flussi tal-flus tan-negozji sabiex ikun determinat b'liema mod qed jintefqu dawn il-fondi pubbliċi u l-forom l-oħra ta’ kumpens;

(c)

kategoriji tan-nefqa u l-profitt biex ikun possibbli li jiġi determinat jekk ingħatawx sussidji inkroċati bejn dawn l-attivitajiet differenti, skont ir-rekwiżiti tal-korp regolatorju;

(d)

metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-ispejjeż bejn l-attivitajiet differenti;

(e)

fejn il-kumpanija rregolata hija parti minn struttura ta’ grupp id-dettalji sħaħ tal-ħlasijiet interni bejn il-kumpaniji.

2.   Il-monitoraġġ tal-imposti għall-aċċess għall-binarji

(a)

kategoriji ta’ spiża differenti, u b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar l-ispejjeż marġinali/diretti tas-servizzi jew tal-gruppi ta’ servizzi differenti sabiex l-imposti infrastrutturali jistgħu jiġu mmonitorjati;

(b)

informazzjoni biżżejjed biex jippermettu l-monitoraġġ tal-imposti individwali mħallsa għas-servizzi (jew għall-gruppi ta’ servizzi); jekk il-korp regolatorju jkun jeħtieġ dan, din l-informazzjoni għandu jkun fiha dejta dwar il-volumi tas-servizzi individwali, il-prezzijiet għas-servizzi individwali u d-dħul totali għas-servizzi individwali mħallsa mill-konsumaturi interni u esterni;

(c)

l-ispejjeż u d-dħul tal-Istat marbutin mas-servizzi individwali (jew mal-gruppi ta’ servizzi) billi jużaw il-metodoloġija rilevanti tal-ispiża kif meħtieġ mill-korp regolatorju, biex jiġi identifikat l-iffissar ta’ prezzijiet li potenzjalment imur kontra l-kompetizzjoni (is-sussidji inkroċjati, l-iffissar ta’ prezzijiet predatorji u l-iffissar ta’ prezzijiet eċċessivi).

3.   L-indikazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja

(a)

dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja;

(b)

dikjarazzjoni sommarja tan-nefqa;

(c)

dikjarazzjoni dwar in-nefqa għall-manutenzjoni;

(d)

dikjarazzjoni dwar in-nefqa għat-tħaddim;

(e)

dikjarazzjoni tad-dħul;

(f)

noti ta’ sostenn li jagħtu aktar dettall u jispjegaw id-dikjarazzjonijiet fejn ikun xieraq.


ANNESS IX

Parti A

ID-DIRETTIVI MĦASSRA B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI

(imsemmija fl-Artikolu 65)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE

(ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25)

 

Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 75, 15.3.2001, p. 1)

 

Id-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344)

il-Punt B tal-Anness biss

Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44)

l-Artikolu 1 biss

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE

(ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70)

 

Id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 75, 15.3.2001, p. 26)

 

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44)

l-Artikolu 29 biss

Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/844/KE

(ĠU L 289, 26.10.2002, p. 30)

 

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44)

l-Artikolu 30 biss

Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44)

l-Artikolu 2 biss

Parti B

LISTA TA’ LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 65)

Id-Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

91/440/KEE

l-1 ta’ Jannar 1993

95/18/KE

is-27 ta’ Ġunju 1997

2001/12/KE

il-15 ta’ Marzu 2003

2001/13/KE

il-15 ta’ Marzu 2003

2001/14/KE

il-15 ta’ Marzu 2003

2004/49/KE

it-30 ta’ April 2006

2004/51/KE

il-31 ta’ Diċembru 2005

2006/103/KE

l-1 ta’ Jannar 2007

2007/58/KE

l-4 ta’ Ġunju 2009


ANNESS X

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 91/440/KEE

Id-Direttiva 95/18/KE

Id-Direttiva 2001/14/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1)

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(3)

 

 

 

Artikolu 2(4) sa (9)

Artikolu 2(4)

 

 

Artikolu 2(10)

Artikolu 3

 

 

Artikolu 3, il-punti (1) sa (8)

 

 

 

Artikolu 3, il-punti (9) sa (11)

 

Artikolu 2(b) u (c)

 

Artikolu 3, il-punti (12) u (13)

 

 

 

Artikolu 3, il-punti (14) u (15)

 

 

Artikolu 2

Artikolu 3, il-punti (16) sa (26)

Artikolu 4

 

 

Artikolu 4

Artikolu 5

 

 

Artikolu 5

Artikolu 6(1) u (2)

 

 

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 9(4)

 

 

Artikolu 6(3)

Artikolu 6 (1) it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 6 (4)

Artikolu 6(3)

 

 

Artikolu 7(1)

 

 

Artikolu 4(2) u 14(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(1), (3) u (4)

 

 

Artikolu 8(1), (2) u (3)

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9(1) u (2)

 

 

Artikolu 9 (1) u (2)

Artikolu 10(3) u (3a)

 

 

Artikolu 10 (1) u (2)

Artikolu 10(3b)

 

 

Artikolu 11(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 11(4)

Artikolu 10 (3c) u (3e)

 

 

Artikolu 11(5) u (6)

Artikolu 10(3f)

 

 

Artikolu 12(1) sa (4)

 

 

 

Artikolu 12(5)

 

 

Artikolu 5

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 10b

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 3

 

Artikolu 16

 

Artikolu 4(1) sa (4)

 

Artikolu 17 (1) sa (4)

 

Artikolu 5

 

Artikolu 18

 

Artikolu 6

 

Artikolu 19

 

Artikolu 7(1)

 

Artikolu 20(1)

 

Anness, Parti I, il-punt (1)

 

Artikolu 20(2)

 

 

 

Artikolu 20(3)

 

Artikolu 8

 

Artikolu 21

 

Artikolu 9

 

Artikolu 22

 

Artikolu 4(5)

 

Artikolu 23(1)

 

Artikolu 10

 

Artikolu 23(2) u (3)

 

Artikolu 11

 

Artikolu 24

 

Artikolu 15

 

Artikolu 25

 

 

Artikolu 1(1), it-tienisubparagrafu

Artikolu 26

 

 

Artikolu 3

Artikolu 27

Artikolu 10(5)

 

 

Artikolu 28

 

 

Artikolu 4(1), (3), (4) u (6)

Artikolu 29

 

 

Artikolu 6(2) sa (5)

Artikolu 30

 

 

Artikolu 7

Artikolu 31

 

 

Artikolu 8

Artikolu 32

 

 

Artikolu 9

Artikolu 33

 

 

Artikolu 10

Artikolu 34

 

 

Artikolu 11

Artikolu 35

 

 

Artikolu 12

Artikolu 36

 

 

Artikolu 13

Artikolu 38

 

 

Artikolu 14(1) u (3)

Artikolu 39

 

 

Artikolu 15

Artikolu 40

 

 

Artikolu 16

Artikolu 41

 

 

Artikolu 17

Artikolu 42

 

 

Artikolu 18

Artikolu 43

 

 

Artikolu 19

Artikolu 44

 

 

Artikolu 20 (1), (2) u (3)

Artikolu 45(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 45 (4)

 

 

Artikolu 20 (4)

Artikolu 45 (5)

 

 

Artikolu 21

Artikolu 46

 

 

Artikolu 22

Artikolu 47

 

 

Artikolu 23

Artikolu 48

 

 

Artikolu 24

Artikolu 49

 

 

Artikolu 25

Artikolu 50

 

 

Artikolu 26

Artikolu 51

 

 

Artikolu 27

Artikolu 52

 

 

Artikolu 28

Artikolu 53

 

 

Artikolu 29

Artikolu 54

 

 

Artikolu 30(1)

Artikolu 55

 

 

Artikolu 30(2)

Artikolu 56(1)

 

 

Artikolu 31

Artikolu 57

Artikolu 12

 

 

Artikolu 58

Artikolu 14a

 

Artikolu 33(1), (2) u (3)

Artikolu 59

 

 

 

Artikolu 60

 

 

Artikolu 34(2)

Artikolu 61

Artikolu 11a

 

Artikolu 35(1), (2) u (3)

Artikolu 62

Artikolu 10(9)

 

 

Artikolu 63

 

 

Artikolu 38

Artikolu 64

 

 

 

Artikolu 65

 

Artikolu 17

Artikolu 39

Artikolu 66

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 40

Artikolu 67

 

 

 

Anness I

 

 

Anness II

Anness II

 

Anness

 

Anness III

 

 

Anness I

Anness IV

 

 

 

Anness V

 

 

 

Anness VI

 

 

Anness III

Anness VII

 

 

 

Anness VIII


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fil-21 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta tagħha għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona unika ferrovjarja Ewropea (riformulazzjoni) (1).

Fis-16 ta’ Novembru 2011, il-Parlament Ewropew ivvota l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari (2).

Fit-12 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar l-abbozz ta’ Direttiva. Wara reviżjoni legali/lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-8 ta’ Marzu 2012, f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja stabbilita fl-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Fit-twettiq tal-ħidma tiegħu, il-Kunsill ikkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u dik tal-Kumitat tar-Reġjuni.

II.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI FL-EWWEL QARI

1.   

Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Riformulazzjoni) għandha l-għan li tirriformula l-ewwel pakkett ferrovjarju sabiex jiġi ssimplifikat, iċċarat u mmodernizzat l-ambjent regolatorju fis-settur ferrovjarju Ewropew filwaqt li jsir progress lejn l-istrateġija Ewropa 2020. L-objettiv tal-inizjattiva rriformulata huwa li tiġi pprovduta simplifikazzjoni legali permezz tal-konsolidazzjoni u l-kjarifika tal-leġislazzjoni dwar l-aċċess għas-suq ferrovjarju. Barra minn hekk, l-intenzjoni hija li tiġi aġġornata l-leġislazzjoni billi jiġu eliminati dispożizzjonijiet skaduti u billi jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda li jwieġbu b'mod aktar adatt għat-tħaddim tas-suq ferrovjarju llum.

Il-proposta ta’ riformulazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni tinkludi prinċipalment:

il-finanzjament tal-infrastrutturi ferrovjarji u l-impożizzjoni ta’ tariffi fuqhom;

il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq ferrovjarju u l-kompetizzjoni fir-rigward tiegħu;

is-superviżjoni regolatorja tas-suq ferrovjarju.

Minkejja li l-Kunsill jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-objettiv tal-proposta, l-approċċ tal-Kunsill involva diversi modifiki tal-proposta oriġinali. Għadd ta’ dispożizzjonijiet proposti mhumiex aċċettabbli peress li huma meqjusa li għandhom impatt estensiv wisq, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-aċċess mill-impriżi ferrovjarji għall-faċilitajiet ta’ servizz, fuq il-prinċipji tal-impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-faċilitajiet ta’ servizz kif ukoll fuq il-funzjonijiet tal-korp regolatorju. Oħrajn ġew imfasslin mill-ġdid bil-ħsieb li jissimplifikaw u jiċċaraw it-tliet Direttivi eżistenti.

Bħala riżultat ta’ dan l-approċċ, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari timmodifika, sa ċertu punt, il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni billi tfassalha mill-ġdid u tħassar diversi dispożizzjonijiet tat-test. Dan jimplika li l-emendi introdotti fl-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari relatati ma’ dawn id-dispożizzjonijiet imħassrin ma jistgħux jiġu aċċettati mill-Kunsill.

2.   

i)   Kondizzjonijiet ta’ aċċess mill-impriżi ferrovjarji għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi pprovduti f'dawn il-faċilitajiet (l-Artikolu 13 u l-Anness III)

Sabiex jingħata aċċess adatt għas-suq għall-impriżi ferrovjarji ġodda u b'hekk tiżdied il-kompetizzjoni fis-settur ferrovjarju, il-Kummissjoni tipproponi l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ indipendenza, jiġifieri indipendenza legali, organizzattiva u indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-ġestjoni tal-faċilitajiet ta’ servizz u għall-forniment tat-trasport bil-ferrovija biex jiġi eliminati l-konflitti ta’ interess bejn, minn naħa waħda, il-fornituri ta’ servizzi relatati mas-settur ferrovjarju jew is-sidien tal-faċilitajiet ta’ servizz u, min-naħa l-oħra, l-impriżi ferrovjarji li diġà qegħdin jaħdmu fis-suq.

Il-Kunsill iqis li jeħtieġ li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi mmodifikata f'dan ir-rigward, sabiex ir-referenza għall-“indipendenza legali” tiġi ssostitwita bir-rekwiżit ta’ indipendenza “fis-sens ta’ indipendenza organizzattiva u indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet”. B'mod aktar speċifiku, il-Kunsill jintroduċi distinzjoni bejn il-faċilitajiet ta’ servizz essenzjali li għalihom jeħtieġ li jiġi ggarantit livell ogħla ta’ kompetizzjoni, minn naħa waħda, u l-bqija tal-faċilitajiet ta’ servizz, min-naħa l-oħra. Għal dawn tal-aħħar, il-Kunsill jipprevedi s-separazzjoni tal-kontijiet biss; għall-faċilitajiet ta’ servizz essenzjali fejn jeħtieġ titjib fl-aċċess, il-Kunsill jintroduċi r-rekwiżit ta’ indipendenza fis-sens ta’ indipendenza organizzattiva u indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Madankollu, il-Kunsill iżid li tali indipendenza m'għandhiex timplika l-ħtieġa tal-istabbiliment ta’ korp jew kumpannija separati għall-faċilitajiet ta’ servizzi u tista' tinkiseb bl-organizzazzjoni ta’ diviżjonijiet distinti f'impriża waħda.

Barra minn hekk, fit-test oriġinali tagħha, il-Kummissjoni tipproponi l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kunċett ta’ “użaha-jew-ikriha” (“Use-it-or-lease-it”) għall-ġestjoni tal-faċilitajiet ta’ servizz relatati mas-settur ferrovjarju. Jekk faċilità ta’ servizz tkun ilha ma tintuża għal ċertu perijodu ta’ żmien, is-sid tagħha għandu jqegħedha għad-dispożizzjoni ta’ xi parti interessata oħra (b'kera). Il-miżura proposta għandha l-għan li żżid id-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet fis-suq billi tevita l-problemi tas-saturazzjoni artifiċjali.

Il-Kunsill jaqbel mal-approċċ propost iżda jissuġġerixxi l-istabbiliment ta’ perijodu ta’ żmien ta’ tliet snin minflok is-sentejn fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li l-impriża ferrovjarja ser ikollha tesprimi lill-operatur l-interess li tuża l-faċilità, li għandu jkun ibbażat fuq ħtiġijiet murija. Fl-aħħar nett, il-Kunsill iżid li l-operatur għandu jkollu d-dritt li jevita l-kiri ta’ dik il-faċilità billi juri li għaddej proċess ta’ rinnovament.

Il-Parlament Ewropew jissuġġerixxi l-impożizzjoni ta’ ambitu usa' għar-rekwiżiti ta’ separazzjoni fl-Artikolu 13(2), filwaqt li l-Kunsill ma jaċċettax li faċilitajiet ta’ servizz addizzjonali jiġu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ separazzjoni.

F'dan il-kuntest, l-emenda 62 tal-Parlament Ewropew ma ġietx aċċettata mill-Kunsill.

ii)   Prinċipji ta’ impożizzjoni ta’ tariffi u eċċezzjonijiet għall-prinċipji ta’ impożizzjoni ta’ tariffi (l-Artikoli 31 u 32 u l-Anness VIII)

Spejjeż diretti

Fil-proposta oriġinali, il-Kummissjoni tipprevedi li t-tariffi għall-“pakkett ta’ aċċess minimu” għal servizzi mniżżlin fil-Punt I fl-Anness III għandhom jiġu stabbiliti skont l-ispiża sostnuta direttament bħala riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, skont il-Punt 1 tal-Anness VIII. Dan tal-aħħar jinkludi lista ta’ elementi li għandhom jiġu esklużi fl-ikkalkular tal-ispejjeż diretti tal-pakkett ta’ aċċess minimu. Il-Kummissjoni tipproponi l-għoti tal-possibbiltà li jiġi emendat permezz ta’ atti delegati.

Il-Kunsill jappoġġa l-prinċipju li t-tariffi għall-pakkett ta’ aċċess minimu u għall-aċċess għall-infrastruttura li tikkollega l-faċilitajiet ta’ servizz għandhom jiġu stabbiliti skont l-ispiża sostnuta direttament bħala riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, iżda jqis li l-Punt 1 tal-Anness VIII għandu jitneħħa u li l-metodoloġija għall-ikkalkular tal-ispejjeż diretti sostunti bħala riżultat tat-tħaddim tas-servizzi ferrovjarji tiġi adottata permezz ta’ atti implimentattivi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata ta’ dan l-Artikolu. Fl-aħħar nett, il-Kunsill jintroduċi wkoll il-possibbiltà li l-maniġer tal-infrastruttura jiddeċiedi li jadatta gradwalment għall-metodoloġija għall-ikkalkular tal-ispejjeż diretti matul perijodu ta’ ħames snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tagħti żmien lill-Istati Membri biex iżidu gradwalment il-finanzjament tal-infrastruttura tagħhom biex jikkonformaw ma’ tali metodoloġija komuni.

Impożizzjoni ta’ tariffi għall-istorbju

Il-Kummissjoni tipproponi li, fl-impożizzjoni tal-ispiża tal-effetti tal-istorbju li hi permessa mil-Liġi tal-Unjoni li tapplika għat-trasport tal-merkanzija bit-triq, it-tariffi għall-infrastruttura għandhom jiġu mmodifikati biex jittieħed kont tal-ispiża tal-effetti tal-istorbju kkawżat mit-tħaddim tal-ferroviji. Id-divrenzjar propost tat-tariffi ta’ aċċess għall-binarji skont l-emissjoni tal-istorbju għandu l-għan li joħloq inċentiv ċar biex jiġi mmodernizzat il-materjal fuq ir-roti.

Il-Kunsill iqis li jeħtieġ li l-approċċ tal-Kummissjoni dwar l-impożizzjoni tal-ispiża tal-effetti tal-istorbju jibqa' sistema fakultattiva għall-Istati Membri sabiex jiġu evitati implikazzjonijiet finanzjarji negattivi għall-maniġers tal-infrastruttura. Barra minn hekk, tiġi introdotta l-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta miżuri implimentattiva biex tistipula l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-impożizzjoni ta’ tariffi għall-ispiża tal-effetti tal-istorbju, b'hekk jiġi żgurat li d-divrenzjar tat-tariffi jieħu kont, fejn adatt, tas-sensittività taż-żona affettwata, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata u l-għamla tal-ferrovija b'impatt fuq il-livell tal-emissjonijiet tal-istorbju.

Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji

Il-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni tipprevedi li l-ferroviji mgħammra bis-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis temporanju tat-tariffi għall-infrastruttura. Il-Kunsill jappoġġa approċċ fakultattiv u jopponi kwalunkwe miżura obbligatorja f'dan ir-rigward.

B'mod ġenerali, il-Parlament Ewropew isegwi l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli bażiċi għall-impożizzjoni ta’ tariffi għall-infrastruttura. Huwa jissuġġerixxi saħansitra li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi msaħħa fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ tariffi għall-istorbju, u b'mod partikolari li ssir obbligatorja indipendement mill-miżuri fis-settur tat-toroq. Il-Parlament jinsisti wkoll li t-tnaqqis ta’ tariffi għal ferroviji mgħammra bl-ETCS isir miżura obbligatorja. Barra minn hekk, il-Parlament jipproponi r-restrizzjoni tal-possibbiltà li jiġu imposti tariffi għal spejjeż ambjentali oħrajn biss jekk tali impożizzjoni tiġi applikata bil-leġislazzjoni tal-Unjoni għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u jinsisti li dħul potenzjali jiġi allokat għall-benefiċċju tas-sistemi tat-trasport.

F'dan il-kuntest, il-Kunsill ma setax jikkunsidra l-emendi 78, 79, 80 u 132.

iii)   Finanzjament tal-maniġer tal-infrastruttura u l-ispejjeż u l-kontijiet tal-infrastruttura (l-Artikoli 8 u 30 u l-Anness VII)

Fil-proposta oriġinali tagħha, il-Kummissjoni tistipula li l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-forniment tal-infrastruttura u l-livell tat-tariffi ta’ aċċess. Qiegħed jiġi propost li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-inċentivi tkun tista' ssir biss permezz ta’ ftehim kuntrattwali bejn l-awtorità kompetenti nazzjonali u l-maniġer tal-infrastruttura dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta’ aċċess tal-infrastruttura. Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi wkoll li l-ftehimiet kuntrattwali bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-maniġers tal-infrastruttura jiġu konklużi għal perijodu ta’ mhux inqas minn ħames snin. L-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni hu li jistimola l-introduzzjoni ta’ strateġiji fit-tul għall-iżvilupp tal-ferroviji.

Il-Kunsill jaqbel fil-prinċipju mal-approċċ tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni iżda jippreferi jżomm il-possibbiltà li japplika miżuri regolatorji għall-implimentazzjoni tal-inċentivi msemmijin hawn fuq, bħala alternattiva għall-ftehimiet kuntrattwali msemmijin hawn fuq, kif ukoll li t-tul minimu tal-ftehimiet kuntrattwali jitnaqqas għall-tliet snin. Barra minn hekk, il-Kunsill jipproponi li jiġi ċċarat li hija fir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-livell ta’ finanzjament pubbliku li għandu jingħata għall-finananzjament tal-infrastruttura.

Il-Kunsill jikkondividi l-objettiv tal-Kummissjoni li tiġi stabbilita strateġija ta’ żvilupp għall- maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja dment li l-pubblikazzjoni ta’ din l-istrateġija tibqa' indikattiva. Barra minn hekk, il-Kunsill mhuwiex favur l-introduzzjoni ta’ skadenza fissa biex jiġi ggarantit il-bilanċ tal-kontijiet ta’ maniġers tal-infrastruttura u jippreferi li ssir referenza għal perijodu raġonevoli li ma għandhux jeċċedi l-perijodu tal-ftehim kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 30 (2).

Il-Parlament Ewropew jissuġġerixxi li jiżdied it-tul tal-istrateġiji ta’ żvilupp tal-infrastruttura nazzjonali, li tiġi estiża l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati dwar l-istrateġiji ta’ żvilupp, li jissaħħaħ l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu finanzjament pubbliku u li titnaqqas l-iskadenza proposta mill-Kummissjoni fit-test oriġinali tagħha biex jiġi ggarantit il-bilanċ tal-kontijiet tal-maniġers tal-infrastruttura. F'dan il-kuntest, l-emendi 55 u 78 tal-Parlament Ewropew ma ġewx aċċettati mill-Kunsill.

iv)   Separazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji (l-Artikoli 6 u 7)

Il-Kunsill jikkondividi l-approċċ tal-Kummissjoni li ma tiġix indirizzata s-separazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji fil-kuntest tal-proposta rriformulata għall-istabbiliment ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea.

Madankollu, il-Parlament Ewropew jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tas-servizzi tal-IT u l-linji ta’ politika dwar il-persunal. Barra minn hekk, il-Parlament jimmodifika r-rekwiżiti eżistenti rigward is-separazzjoni tal-kontijiet bejn il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji. Fl-aħħar nett, il-Parlament jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġislattiva ġdida dwar din il-kwistjoni qabel it-tmiem tal-2012 biex tiġi żgurata separazzjoni kompleta tal-ġestjoni tal-infrastruttura mill-operazzjonijiet tat-trasport; il-Parlament jinsisti li l-proposta l-ġdida għandha tipprevedi wkoll il-ftuħ tas-suq domestiku tal-passiġġieri ferrovjarji.

Il-Kunsill ma setax għalhekk jikkunsidra l-emendi 51, 52, 53 u 54.

v)   Funzjonijiet tal-Korp Regolatorju (l-Artikoli 55-57)

Il-proposta tal-Kummissjoni fiha diversi dispożizzjonijiet ġodda, li għandhom l-għan li jiżguraw li l-korpi regolatorji jkunu f'pożizzjoni li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod effettiv, li jibnu fuq indipendenza msaħħa, kompetenzi estiżi u mezzi addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom.

Qiegħed jiġi propost li d-dispożizzjonijiet dwar l-indipendenza tal-korpi regolatorji jiġu mmodernizzati billi jiġi stipulat li huma għandhom ikunu indipendenti minn kull awtorità pubblika jew privata. Il-miżura proposta għandha l-għan li tnaqqas il-potenzjal għal konflitti ta’ interess u b'hekk issaħħaħ il-kapaċità ta’ sorveljanza tal-korpi regolatorji.

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi l-estensjoni tal-kompetenzi tal-korpi regolatorji għall-funzjonijiet li ġejjin: (1) deċiżjonijiet relatati mal-aċċess għas-servizzi relatati mas-settur ferrovjarju u l-impożizzjoni ta’ tariffi f'dan ir-rigward li huma essenzjali biex ikun permess id-dħul fis-suq u biex tkun żġurata l-kompetizzjoni ġusta; (2) il-prevenzjoni ta’ trasferimenti ta’ fondi tal-Istat iddedikati għal attivitajiet mingħajr skop ta’ qligħ biex jiġu ffinanzjati attivitajiet kummerċjali; qiegħed jiġi propost ukoll li l-korpi regolatorji jkollhom is-setgħa li jwettqu verifiki jew li jibdew verifiki esterni mal-impriżi ferrovjarji u mal-maniġers tal-infrastruttura biex jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tas-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6. Fl-aħħar nett, fl-inizjattiva rriformulata tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li d-data dwar il-kontabbiltà tal-ispejjeż għandha tiġi pprovduta mill-maniġers tal-infrastruttura f'format aggregat u standardizzat bħala “kontijiet regolatorji” sabiex il-korpi regolatorji jkunu jistgħu joperaw b'mod aktar effettiv.

Għalkemm b'mod ġenerali l-Kunsill isegwi l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tisħiħ tal-korpi regolatorji, madankollu huwa jqis li hu meħtieġ li d-dispożizzjonijiet proposti jiġu rieżaminati fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ indipendenza għall-persunal tar-regolaturi. Barra minn hekk, il-Kunsill jagħmel fakultattiva l-possibbiltà li r-regolatur jintervjeni rigward kwistjonijiet ta’ finanzjament u l-pubblikazzjoni ta’ kontijiet regolatorji mhijiex aċċettata mill-Kunsill.

Il-Kunsill jiddeċiedi wkoll li jagħti lill-korp regolatorju s-setgħa li jissorvelja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u li jadotta miżuri adatti biex jikkoreġi l-iżviluppi mhux mixtieqa f'dawn is-swieq, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni. Il-Kunsill jaqbel ukoll dwar il-prinċipju li jinħoloq qafas ikkoordinat ta’ kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji nazzjonali.

Il-Parlament Ewropew biħsiebu jagħti setgħa estensiva lill-korpi regolatorji nazzjonali fis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva u jissuġġerixxi li jkomplu jissaħħu l-indipendenza u l-mezzi tar-regolaturi nazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin tiġi limitata s-setgħa eżistenti tagħhom li jikkoreġu l-iżviluppi mhux mixtieqa tas-suq. Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew jappoġġa wkoll il-formalizzazzjoni tal-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali permezz tal-ħolqien ta’ netwerk u jintroduċi talba lill-Kummissjoni biex toħroġ proposta leġislattiva dwar l-istabbiliment ta’ korp regolatorju Ewropew.

F'dan il-kuntest, il-Kunsill ma setax jaċċetta l-emendi 48, 96, 97, 98, 99 u 100.

vi)   Atti ddelegati u atti ta’ implimentazzjoni

Fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni, l-atti delegati huma proposti bħala strument għall-emendar ta’ diversi annessi, inklużi t-taqsimiet tagħhom.

Madankollu, il-Kunsill iqis li l-annessi u t-taqsimiet li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati għandhom jitnaqqsu u jiġu limitati għal ċerti emendi għall-Anness V, il-punt 4c tal-Anness VIII, l-Annessi IX u X. Għaldaqstant, il-Kunsill ineħħi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta emendi għall-Anness I (elementi tal-infrastruttura ferrovjarja), II (funzjonijiet essenzjali ta’ maniġer tal-infrastruttura), III (servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi ferrovjarji), VI (dikjarazzjoni dwar in-netwerk), VII (ftehim kuntrattwali), parti mill-Anness VIII (tariffi) b'atti delegati għar-raġuni li dawn l-annessi fihom elementi essenzjali.

Barra minn hekk, il-Kunsill jintroduċi miżuri implimentattivi għall-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ ċerti elementi fl-annessi u t-taqsimiet, bħall-Artikolu 13 dwar il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għal servizzi relatati mas-settur ferrovjarju, l-Artikolu 31(3) għall-istabbiliment ta’ metodu għall-ikkalkular tal-ispejjeż diretti, l-Artikolu 31(5) għall-istabbiliment ta’ metodu komuni għall-impożizzjoni ta’ tariffi għall-istorbju, l-Artikolu 32 għall-istabbiliment ta’ metodu komuni għall-modulazzjoni tal-ETCS.

B'mod ġenerali, il-Parlament Ewropew jissuġġerixxi li s-setgħat tal-Kummissjoni ta’ adozzjoni ta’ atti delegati jiġu ristretti aktar jew jitneħħew; barra minn hekk, il-Parlament jiċħad l-użu ta’ atti implimentattivi għall-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ ċerti elementi fl-annessi u t-taqsimiet.

F'dan il-kuntest, l-emendi 62, 65, 68, 69, 70, 71, 72, 76, 78, 80, 81-82, 87 ma ġewx aċċettati mill-Kunsill.

3.   

B'mod ġenerali, il-Kunsill jiċħad dawk l-emendi tal-PE li ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għall-atti legali (2002/C 77/01). Fil-punt 8 ta’ dan il-Ftehim Interistituzzjonali, jiġi ddikjarat li “fejn, fil-kors tal-proċedura leġislattiva, ikun meħtieġ li jiddaħħlu emendi sostantivi fl-att tal-kitba mill-ġdid għal dawk id-dispożizzjonijiet li jibqgħu mhux mibdula fil-proposta tal-Kummissjoni, dawn l-emendi għandhom isiru f'dak l-att f'konformità mal-proċedura stabbilita bit-Trattat skont il-bażi legali applikabbli.

Il-Kunsill iqis li l-emendi tal-PE li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet li mhumiex inklużi fil-proposta rriformulata tal-Kummissjoni mhumiex indispensabbli għal raġunijiet ta’ koerenza u ċarezza. Konsegwentement, il-Kunsill ma setax jikkunsidra l-emendi 16, 17, 27, 29-30, 33, 36, 38, 39, 40, 51, 52, 53, 57, 59, 67, 73, 85, 88, 89, 90, 94 u 95.

4.   

Emendi oħrajn tal-PE li mhumiex inklużi fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jikkonċernaw:

l-inklużjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali relatati mal-informazzjoni u t-tikkettjar għall-passiġġieri (l-emenda 57);

dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskadenzi għad-deċiżjonijiet tal-korpi regolatorji nazzjonali (l-emenda 59);

l-estensjoni tal-ambitu tal-monitoraġġ tas-suq għall-impjiegi u l-kondizzjonijiet ta’ xogħol kif ukoll għall-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja (l-emenda 65);

ir-rekwiżit skont liema fil-ħin tal-applikazzjoni l-impriża ferrovjarja applikanti għandha turi wkoll li hija għandha ċertifikat tas-sikurezza (l-emenda 73);

l-obbligu tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-netwerk bl-Ingliż (l-emenda 75);

l-iskadenza restrittiva imposta fuq il-maniġer tal-infrastruttura li jinforma lill-partijiet interessati dwar ħidma ta’ manutenzjoni mhux skedata (l-emenda 93);

it-traspożizzjoni ta’ skadenza ta’ 12-il xahar (l-emenda 112);

dispożizzjonijiet imsaħħa dwar servizzi għad-dispożizzjoni għall-passiġġieri fl-istazzjonijiet (l-emenda 115);

l-inklużjoni ta’ referenza għad-Direttiva 2009/72/KE fir-rigward tal-forniment tal-kurrent tat-trazzjoni (l-emenda 115);

l-estenzjoni tal-informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Suq Ferrovjarju kif imsemmi fil-Punt 1 tal-Anness IV għall-ġbir ta’ data dwar inċidenti, aċċidenti u aċċidenti serji (l-emenda 116);

rekwiżiti addizzjonali relatati mal-kopertura għal responsabbiltà ċivili (l-emenda 140).

III.   KONKLUŻJONI

Fl-istabbiliment tal-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, il-Kunsill ħa kont sħiħ tal-proposta tal-Kummissjoni u tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. Fir-rigward tal-emendi proposti mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill josserva li numru konsiderevoli ta’ emendi diġà ġew inklużi - fl-ispirtu, parzjalment jew kompletament - fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.


(1)  Dok. 13789/10

(2)  TA/2011/503/P7