ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.103.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 103/01 |
||
2012/C 103/02 |
||
2012/C 103/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
2012/C 103/04 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 103/05 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 103/06 |
||
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
11.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ April 2012
2012/C 103/01
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3068 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
107,06 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4397 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,8242 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,8134 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2025 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,5692 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,704 |
HUF |
Forint Ungeriż |
295,95 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6995 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1707 |
RON |
Leu Rumen |
4,3728 |
TRY |
Lira Turka |
2,3468 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,271 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3042 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1478 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6026 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6476 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 479,25 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,2687 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2398 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,482 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 945,92 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0106 |
PHP |
Peso Filippin |
55,897 |
RUB |
Rouble Russu |
38,66 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,511 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3942 |
MXN |
Peso Messikan |
16,8244 |
INR |
Rupi Indjan |
66,875 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
11.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-10 ta’ April 2012
2012/C 103/02
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3114 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
106,48 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4395 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,82690 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,8730 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2027 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,5815 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,795 |
HUF |
Forint Ungeriż |
295,75 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6993 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1706 |
RON |
Leu Rumen |
4,3707 |
TRY |
Lira Turka |
2,3624 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2741 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3092 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1834 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6043 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6532 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 495,43 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,4085 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2760 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4738 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 014,32 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0331 |
PHP |
Peso Filippin |
56,187 |
RUB |
Rouble Russu |
38,8980 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,588 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3836 |
MXN |
Peso Messikan |
17,0680 |
INR |
Rupi Indjan |
67,5040 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
11.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2012/C 103/03
Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li laħqu ftehim monetarju mal-Komunità għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro, intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li tintuża biss id-denominazzjoni taż-EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż tal-ħruġ: Franza
Suġġett tal-kommemorazzjoni: il-100 anniversarju mit-twelid tal-Abbé Pierre, magħruf fi Franza bħala l-protettur tal-Fqar.
Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq il-munita hemm xbiha tal-Abbé Pierre, bil-béret tiegħu, u l-logo tal-fondazzjoni tiegħu, b’mikrotest li jsemmi “Et les autres?”, li kien il-motto favorit tiegħu, u li bih kien ifakkar li wieħed qatt ma għandu jinsa' jgħin lill-proxxmu. L-ittri “RF” jidhru f’“République française” flimkien mal-qarn tal-ġid, il-marka taz-zekka ta' Monnaie de Paris fuq in-naħa tax-xellug, u fuq in-naħa tal-lemin il-“fleurette”, l-ogħla kwalità ta’ xogħol tal-inċiżjoni.
Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta' muniti li se jinħarġu: Miljun (1)
Data tal-ħruġ: Lulju 2012
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14 1 2009, p. 52).
11.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/4 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2012/C 103/04
Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn San Marino.
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li laħqu ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni taż-EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż tal-ħruġ: San Marino
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Għaxar snin tal-munita euro
Deskrizzjoni tad-disinn: Is-sinjal tal-euro fiċ-ċentru tal-munita juri li l-Euro sar element ta’ importanza partikolari fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja kollha hekk kif il-munita euro żviluppat u saret attur globali fis-sistema monetarja internazzjonali fl-aħħar għaxar snin. L-elementi ta’ disinn madwar is-simbolu tal-Euro fuq il-munita jesprimu l-importanza tal-Euro għaċ-ċittadini, għad-dinja finanzjarja (it-torri tal-BĊE), għall-kummerċ (bastimenti), għall-industrija (fabbriki), għas-settur tal-enerġija u r-riċerka u l-iżvilupp (power stations li jaħdmu bir-riħ). L-inizjali AH tal-artist jidhru taħt l-imaġini tat-torri tal-BĊE. Fin-naħa ta' fuq jidher l-isem il-pajjiż tal-ħruġ “SAN MARINO”, u l-marka taz-zekka tidher fuq in-naħa tal-lemin filwaqt li l-indikazzjoni 2002-2012 tidher fin-naħa t'isfel tal-munita.
Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li ser jinħarġu:
Data tal-ħruġ: Mejju 2012
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14 1 2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/5 |
MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ
Sejħa Għall-proposti – EACEA/8/12
Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-Films Ewropej – L-“Iskema tal-Aġent tal-Bejgħ” 2012
2012/C 103/05
1. Objettivi u deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).
Wieħed mill-objettivi tal-programm huwa li tiġi inkoraġġita u sostnuta d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ tal-films Ewropej reċenti permezz ta’ fondi lid-distributuri, abbażi tal-prestazzjoni tagħhom fis-suq, għal investiment ulterjuri f’films ġodda Ewropej li mhumiex nazzjonali.
L-iskema timmira wkoll li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn l-oqsma tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni b’hekk jittejjeb is-sehem tas-swieq tal-films Ewropej u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej.
2. Applikanti eliġibbli
Dan l-avvviż huwa intiż għal kwalunkwe kumpanija Ewropea li tagħmilha ta’ aġent intermedjarju għall-produttur, li jispeċjalizza fl-esplojtazzjoni kummerċjali ta’ film permezz tal-markiting u l-liċenzjar ta’ film lil distributuri jew xerrejja oħra minn pajjiżi barranin u li l-attivitajiet tiegħu jikkontribwixxu għall-kisba tal-imsemmija għanijiet tal-programm MEDIA kif imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
il-pajjiżi taż-ŻEE |
— |
L-Isvizzera |
— |
Il-Kroazja |
— |
Il-Bożnja u l-Ħerżegovina (skont il-kondizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż fil-programm MEDIA) |
3. Azzjonijiet eliġibbli
L-iskema ta’ sostenn “Aġent tal-Bejgħ” taħdem f’żewġ fażijiet:
— |
Il-ġenerazzjoni ta’ Fond potenzjali, li jkun ikkalkolat skont il-prestazzjoni tal-kumpanija fis-suq Ewropew matul il-perjodu ta’ referenza (2007-2011). |
— |
Investiment mill-ġdid tal-Fond potenzjali: għaldaqstant, iġġenerat minn kull kumpanija, il-Fond irid jiġi investit mill-ġdid f’2 moduli (2 tipi ta’ azzjoni) sal-1 ta’ Marzu 2014:
|
Sabiex il-film ikun eliġibbli l-ewwel jeddijiet miżmuma ma jkunux iridu ġew imwaqqfa qabel l-2007.
It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa 18-il xahar mid-data tal-firma tal-kuntratt ta’ bejgħ internazzjonali.
L-azzjonijiet ta’ investiment mill-ġdid tal-fond potenzjali ġġenerati b’din is-Sejħa jeħtieġ li jirrispettaw id-dati ta’ skadenza li ġejjin:
Il-kuntratt/ftehim internazzjonali ta’ bejgħ mal-produttur jista’ jiġi ffirmat mhux qabel it-18 ta’ Ġunju 2012.
L-applikazzjonijiet ta’ investiment mill-ġdid iridu jiġu sottomessi lill-Aġenzija fi żmien 6 xhur mill-firma tal-kuntratt/ftehim internazzjonali ta’ bejgħ mal-produttur u mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2014 (it-timbru tal-posta jittieħed bħala prova ta’ meta tkun intbagħtet il-posta).
4. Kriterji għall-għoti
Ser jiġi attribwit Fond potenzjali għall-kumpaniji ta’ Aġenti tal-Bejgħ Ewropej eliġibbli abbażi tal-prestazzjonijiet tagħhom fis-swieq Ewropej (jiġifieri l-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm MEDIA). Is-sostenn ser jieħu l-forma ta’ Fond potenzjali (il-“Fond”) li ser ikun disponibbli għall-Aġenti tal-Bejgħ għal aktar investimenti f’films reċenti Ewropej li mhumiex nazzjonali.
Jekk is-somma ġġenerata taqbeż EUR il-1,5 M f’din is-sejħa, kull fond potenzjali jiġi mnaqqas b’mod proporzjonali.
Il-Fond jista’ jiġi investit mill-ġdid:
(1) |
Fil-laqgħa tal-Garanziji tal-Bejgħ Minimi jew avvanzi mħallsin għad-drittijiet ta’ bejgħ internazzjonali dwar films ġodda Ewropej li mhumiex nazzjonali; |
(2) |
Fil-laqgħa tal-ispejjeż ta’ promozzjoni, it-tqegħid fis-suq u r-reklamar għal films ġodda Ewropej li mhumiex nazzjonali. |
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 1,5 M.
Id-disponibbiltà tal-fondi għall-Proġetti ta’ Investiment mill-Ġdid illi waslu fl-2013 u fl-2014 huma soġġetti għall-adozzjoni mill-baġits tal-Unjoni Ewropea għal dawn is-snin mill-awtorità baġitarja. Dawk il-proġetti li waslu lejn tmiem l-2013 u fl-2014 huma soġġetti ukoll għall-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-proposta tal-Kummissjoni għall-Programm Ewropa Kreattiva (2014-2020) u għall-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2014.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija hija sussidju. Is-sostenn finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax ikun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. M'hemmx ammont massimu.
L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
6. Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
Il-proposti għall-“ġenerazzjoni” ta’ Fond potenzjali jridu jintbagħtu (bid-data tat-timbru) sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Ġunju 2012 f’dan l-indirizz:
Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) |
Constantin DASKALAKIS |
BOUR 3/66 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1140 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmata mill-persuna intitolata li tidħol fi ftehim legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika. L-inviloppi jridu juru biċ-ċar:
MEDIA 2007 – Distribuzzjoni EACEA/8/12 – Skema Għall-aġenti tal-Bejgħ internazzjonali
Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email ser jiġu rifjutati.
7. Dettalji kollha
Il-linji gwida dettaljati flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz Internet li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/distrib/schemes/sales/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha mitlubin.
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/8 |
Notifika ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' etanolamini li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika
2012/C 103/06
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal reviżjoni
It-talba għal reviżjoni tressqet minn The Dow Chemical Company (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Istati Uniti tal-Amerika (“il-pajjiż ikkonċernat”).
Il-kamp ta' applikazzjoni tar-reviżjoni huwa limitat għall-eżami tad-dumping safejn għandu x'jaqsam l-applikant.
2. Prodott li qed jiġi rivedut
Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa etanolamini, li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika, li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM ex 2922 11 00, ex 2922 12 00 u 2922 13 10, (“il-prodott li qed jiġi rivedut”).
3. Miżura eżistenti
Il-miżura li hemm bħalissa fis-seħħ hija dazju definittiv ta' anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010 (2).
Fil-21 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni ppubblikat notifika ta' bidu ta' reviżjoni ta' skadenza tad-dazju anti-dumping li japplika għall-importazzjonijiet ta' etanolamini li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (3). Sakemm ma tkunx għadha lesta l-investigazzjoni dwar ir-reviżjoni ta' skadenza, il-miżura tibqa' fis-seħħ.
4. Raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie, ippreżentata mill-applikant, li turi li, safejn għandu x'jaqsam l-applikant, u, safejn għandu x'jaqsam id-dumping, iċ-ċirkustanzi li fuqhom ġiet imposta l-miżura eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.
L-applikant jallega li ċ-ċirkostanzi nbidlu mill-aħħar perjodu ta' investigazzjoni u li huma ta' natura dejjiema, billi għandhom x'jaqsmu ma' żieda tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu li l-applikant iżomm b'mod konsistenti fuq perjodu twil ta' żmien.
L-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex meħtieġa biex tikkumbatti d-dumping li jikkawża ħsara. B'mod partikolari, l-applikant jallega l-aktar żieda fit-tul tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu. Tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-applikant lejn l-Unjoni ma' valur normali stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu fis-suq domestiku tagħha jindika li l-marġni tad-dumping jidher li huwa aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura.
Għalhekk, l-applikant jallega li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura fil-livell eżistenti, li kienet ibbażata fuq il-livell ta' ħsara stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex tpatti għad-dumping kif stabbilit qabel.
5. Proċedura
Wara li, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, ġie ddeterminat li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tibda reviżjoni b'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tivvaluta l-bżonn għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikant fid-dawl tal-prezzijiet tal-esportazzjoni miżjuda tal-applikant.
5.1. Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant, bħala produttur esportatur. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna juru fehmiethom, iressqu l-informazzjoni u jipprovdu l-evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.3. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minn hemm 'il quddiem, talba għal smigħ għandha titressaq sad-dati speċifiċi ta' skadenza stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-partijiet.
5.4. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha, inkluża l-informazzjoni mitluba f'din in-notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati li għaliha qed jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristretti (4)”.
Il-partijiet interessati li qed jagħtu informazzjoni “Ristretta” għandhom jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, tali informazzjoni kunfidenzjali tista’ jiġi injorata.
Il-partijiet interessati għandhom jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'għamla elettronika (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-email, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-email, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjonijiet iffirmati, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tagħti s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'għamla elettronika, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 04/092 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Fax +32 22998104 |
Posta elettronika: trade-ethanolamine-interim@ec.europa.eu |
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' skadenza stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
7. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn terzi persuni. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta' smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.
Talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minn hemm 'il quddiem, talba għal smigħ għandha titressaq sad-dati speċifiċi ta' skadenza stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll l-opportunitajiet biex issir seduta ta' smigħ li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dumping.
Għal aktar informazzjoni u dettalji tal-kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm
8. Skeda tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni
L-investigazzjoni ta’ reviżjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Ipproċessar tad-dejta personali
Kull dejta personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (5).
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU C 18, 21.1.2012, p. 16.
(4) Dokument “Ristrett” huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).