ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.098.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
31 ta' Marzu 2012


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 98/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 89, 24.3.2012

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 98/02

Kawżi magħquda C-191/09 P u C-200/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-191/09 P), Il-Kummissjoni Ewropea (C-200/09 P) vs Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT (Appell — Dazji antidumping — Regolament (KE) Nru 954/2006 — Importazzjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikoli 2(10)(i), 3(2), (3) u (5) sa (7), 18(3) u 19(3) — Iffissar tal-valur normali u tal-ħsara — Kunċett ta’ entità ekonomika waħda — Drittijiet tad-difiża — Nuqqas ta’ motivazzjoni)

2

2012/C 98/03

Kawża C-204/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Flachglas Torgau GmbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Direttiva 2003/4/KE — Aċċess għal tagħrif ambjentali — Korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva — Kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-awtoritajiet pubbliċi — Kundizzjoni li din il-kunfidenzjalità għandha tiġi prevista mil-liġi)

2

2012/C 98/04

Kawża C-17/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Krajský soud v Brně — Ir-Repubblika Ċeka) — Toshiba Corporation et vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže (Kompetizzjoni — Akkordju, fit-territorju ta’ Stat Membru, li beda qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat fl-Unjoni Ewropea — Akkordju ta’ portata internazzjonali li għandu effetti fit-territorju tal-Unjoni u taż-Żona Ekonomika Ewropea — Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE — Prosekuzzjoni u sanzjoni tal-ksur għall-perijodu ta’ qabel id-data tal-adeżjoni u għall-perijodu ta’ wara din id-data — Multi — Delimitazzjoni tal-kompetenzi tal-Kummissjoni u dawk tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Impożizzjoni ta’ multi mill-Kummissjoni u mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni — Prinċipju ne bis in idem — Regolament Nru 1/2003 — Artikoli 3(1) u 11(6) — Konsegwenzi tal-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid fl-Unjoni)

3

2012/C 98/05

Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Marcello Costa (C-72/10), Ugo Cifone (C-77/10) (Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ liċenzja — Konsegwenzi li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti ta’ liċenzji — Għoti ta’ 16300 liċenzja addizzjonali — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tad-detenturi ta’ liċenzji preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn posti ta’ ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà)

4

2012/C 98/06

Kawża C-182/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) — il-Belġju) — Marie-Noëlle Solvay et vs Région wallonne (Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent — Kunċett ta’ att leġiżlattiv — Valur u portata tal-preċiżazzjonijiet ipprovduti mill-Gwida ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus — Awtorizzazzjoni ta’ proġett fin-nuqqas ta’ stima xierqa tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent — Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Portata tad-dritt għal rikors — Direttiva habitat — Pjan jew proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit — Raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza)

5

2012/C 98/07

Kawża C-360/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam) vs Netlog NV (Soċjetà tal-informazzjoni — Drittijiet tal-awtur — Internet — Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting — Ipproċessar ta’ informazzjoni maħżuna fuq pjattaforma ta’ netwerk soċjali li jopera fuq l-internet — Ħolqien ta’ sistema ta’ filtrazzjoni ta’ din l-informazzjoni sabiex jiġi pprojbit it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fajls li jippreġudikaw d-drittijiet tal-awtur — Nuqqas ta’ obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ tal-informazzjoni maħżuna)

6

2012/C 98/08

Kawża C-372/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Pak-Holdco Sp zoo vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu (Tassazzjoni — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Taxxa kapitali fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju — Obbligu ta’ Stat Membru li jieħu inkunsiderazzjoni direttivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat — Esklużjoni mill-bażi taxxabbli tal-ammont tal-assi tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li huma allokati għaż-żieda tal-kapital azzjonarju u li diġà ġew suġġetti għat-taxxa kapitali)

7

2012/C 98/09

Kawża C-488/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Mercantil de Alicante — Spanja) — Celaya Emparanza y Galdos Internacional SA vs Proyectos Integrales de Balizamientos SL (Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikolu 19(1) — Disinni Komunitarji — Vjolazzjoni jew theddida ta’ vjolazzjoni — Kunċett ta’ terzi)

8

2012/C 98/10

Kawża C-594/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — T.G. van Laarhoven vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva tal-VAT — Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Limitazzjoni — Użu ta’ proprjetà mobbli li tifforma parti mill-assi tal-impriża għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli — Trattament fiskali tal-użu privat ta’ oġġett li jifforma parti mill-patrimonju tal-impriża)

8

2012/C 98/11

Kawża C-25/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública (Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Artikolu 17(2) u (5), u Artikolu 19 — Sussidji użati għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi — Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis)

9

2012/C 98/12

Kawża C-118/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Eon Aset Menidjmunt LTD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 168 u 176 — Dritt għal tnaqqis — Kundizzjoni dwar l-użu ta’ merkanzija u ta’ servizzi għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli — Tnissil tad-dritt għal tnaqqis — Kuntratt ta’ kiri ta’ vettura bil-mutur — Kuntratt ta’ leasing — Vettura użata mill-persuna li timpjega għat-trasport mingħajr ħlas ta’ impjegat bejn id-dar tiegħu u l-post tax-xogħol tiegħu)

9

2012/C 98/13

Kawża C-134/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Blödel-Pawlik vs HanseMerkur Reiseversicherung AG (Direttiva 90/314/KEE — Vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż u tours kollox kompriż — Artikolu 7 — Protezzjoni kontra r-riskju ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzatur tal-pakkett — Kamp ta’ applikazzjoni — Insolvenza tal-organizzatur minħabba użu frawdolenti ta’ fondi ddepożitati mill-konsumatur)

10

2012/C 98/14

Kawża C-636/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2011 — Karl Berger vs Freistaat Bayern

10

2012/C 98/15

Kawża C-2/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Jannar 2012 — Trianon Productie BV vs Revillon Chocolatier SAS

10

2012/C 98/16

Kawża C-5/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Lleida (Spanja) fit-3 ta’ Jannar 2012 — Marc Betriu Montull vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

11

2012/C 98/17

Kawża C-11/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Jannar 2012 — Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

12

2012/C 98/18

Kawża C-17/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (Il-Portugall) fis-16 ta’ Jannar 2012 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

12

2012/C 98/19

Kawża C-18/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Město Žamberk vs Finanční ředitelství v Hradci Králové

12

2012/C 98/20

Kawża C-20/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Elodie Giersch, Benjamin Marco Stemper, Julien Taminiaux, Xavier Renaud Hodin, Joëlle Hodin vs l-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

13

2012/C 98/21

Kawża C-21/12 P: Appell ippreżentat fil-16 ta’ Jannar 2012 minn Abbott Laboratories kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-363/10 — Abbott Laboratories vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

13

2012/C 98/22

Kawża C-22/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fis-17 ta’ Jannar 2012 — Katarína Hassová vs Rastislav Petrík, Blanka Holingová

14

2012/C 98/23

Kawża C-24/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (L-Olanda) fit-18 ta’ Jannar 2012 — X B.V. vs Staatssecretaris van Financiën

15

2012/C 98/24

Kawża C-26/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Leeuwarden (il-Pajjizi l-Baxxi) fit-18 ta’ Jannar 2012 — fiscale eenheid PPG Holdings BV cs vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Noord/kantoor Groningen

16

2012/C 98/25

Kawża C-27/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Jannar 2012 — TBG Limited vs Staatssecretaris van Financiën

16

2012/C 98/26

Kawża C-29/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

16

2012/C 98/27

Kawża C-30/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Valéria Marcinová vs Pohotovosť s.r.o.

17

2012/C 98/28

Kawża C-32/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia (Spanja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Soledad Duarte Hueros vs Autociba S.A., Automóviles Citroen España S.A.

17

2012/C 98/29

Kawża C-42/12 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2012 minn Václav Hrbek mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fil-15 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-434/10: Václav Hrbek vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

17

2012/C 98/30

Kawża C-43/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

18

2012/C 98/31

Kawża C-47/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Köln (Il-Ġermanja) fil-31 ta’ Jannar 2012 — Kronos International Inc. vs Finanzamt Leverkusen

19

2012/C 98/32

Kawża C-51/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Xiamie Zhu et

19

2012/C 98/33

Kawża C-52/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Ion Beregovoi

20

2012/C 98/34

Kawża C-53/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Hai Feng Sun

20

2012/C 98/35

Kawża C-54/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Liung Hong Yang

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 98/36

Kawża T-658/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs UASI — Ten ewiv (TEN)

22

2012/C 98/37

Kawża T-23/12: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — MAF vs Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

22

2012/C 98/38

Kawża T-25/12: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — 3M Pumps vs UASI — 3M (3M Pumps)

23

2012/C 98/39

Kawża T-42/12: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2012 — Bateni vs Il-Kunsill

23

2012/C 98/40

Kawża T-45/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2012 — Ir-Renju Unit vs BĊE

24

2012/C 98/41

Kawża T-46/12: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2012 — Chrysamed Vertrieb vs UASI — Chrysal International (Chrysamed)

25

2012/C 98/42

Kawża T-60/12: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2012 — Western Digital and Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

26

2012/C 98/43

Kawża T-61/12: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2012 — ABC-One vs UASI (SLIM BELLY)

26

2012/C 98/44

Kawża T-63/12: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2012 — Oil Turbo Compressor vs Il-Kunsill

27

2012/C 98/45

Kawża T-64/12: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2012 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

28


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/1


(2012/C 98/01)

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 89, 24.3.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 80, 17.3.2012

ĠU C 73, 10.3.2012

ĠU C 65, 3.3.2012

ĠU C 58, 25.2.2012

ĠU C 49, 18.2.2012

ĠU C 39, 11.2.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-191/09 P), Il-Kummissjoni Ewropea (C-200/09 P) vs Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT

(Kawżi magħquda C-191/09 P u C-200/09 P) (1)

(Appell - Dazji antidumping - Regolament (KE) Nru 954/2006 - Importazzjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikoli 2(10)(i), 3(2), (3) u (5) sa (7), 18(3) u 19(3) - Iffissar tal-valur normali u tal-ħsara - Kunċett ta’ “entità ekonomika waħda” - Drittijiet tad-difiża - Nuqqas ta’ motivazzjoni)

(2012/C 98/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, G. Berrisch, Rechtsanwalt), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Clyne, aġenti

Appellati: Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Vander Schueren, avukat, N. Mizulin, solicitor)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Marzu 2009, fil-kawża T-249/06, Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT) u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna, li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000 (ĠU L 175, p. 4)

Dispożittiv

(1)

L-appell prinċipali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa miċħud.

(2)

L-appell prinċipali tal-Kummissjoni Ewropea huwa miċħud.

(3)

L-appell inċidentali ta’ Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT u ta’ Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT huwa miċħud.

(4)

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 193, 15.8.2009


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Flachglas Torgau GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-204/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/4/KE - Aċċess għal tagħrif ambjentali - Korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva - Kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-awtoritajiet pubbliċi - Kundizzjoni li din il-kunfidenzjalità għandha tiġi prevista mil-liġi)

(2012/C 98/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flachglas Torgau GmbH

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta lill-ogħla awtoritajiet federali mill-obbligu ta’ informazzjoni sa fejn dawn jaġixxu fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv u li tipprovdi, b’mod ġenerali, li talba għal informazzjoni għandha tiġi miċħuda fil-każ li l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jippreġudika l-kunfidenzjalità tal-proċedimenti — Limiti fuq il-poteri tal-Istati Membri li jeskludu mill-kunċett ta’ “awtorità pubblika” previst mid-Direttiva 2003/4/KE l-korpi li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deroga marbuta mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti

Dispożittiv

(1)

L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri minn din id-dispożizzjoni sabiex ma jikkunsidrawx bħala awtoritajiet pubbliċi l-“korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità (…) leġiżlattiva” tista’ tapplika għall-ministeri sa fejn huma jipparteċipaw għall-proċess leġiżlattiv, b’mod partikolari, billi jippreżentaw abbozzi ta’ liġi jew jagħtu opinjonijiet u li din id-diskrezzjoni ma hijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva.

(2)

L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 għandha tiġi interpretata fis-sens li d-diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri minn din id-dispożizzjoni sabiex ma jikkunsidrawx bħala awtoritajiet pubbliċi l-korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva ma tistax iktar tiġi eżerċitata meta l-proċess leġiżlattiv inkwistjoni jkun intemm.

(3)

L-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li l-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-awtoritajiet pubbliċi għandha tkun prevista mil-liġi, tista’ tiġi kkunsidrata bħala sodisfatta permezz tal-eżistenza, fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, ta’ regola li tipprovdi, b’mod ġenerali, li l-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-awtoritajiet pubbliċi tikkostitwixxi raġuni għal rifjut ta’ aċċess għat-tagħrif dwar l-ambjent miżmum minn dawn l-awtoritajiet, sakemm id-dritt nazzjonali jiddetermina b’mod ċar il-kunċett ta’ proċeduri, u dan huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tivverifikah.


(1)  ĠU C 193, 15.8.2009.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Krajský soud v Brně — Ir-Repubblika Ċeka) — Toshiba Corporation et vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

(Kawża C-17/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordju, fit-territorju ta’ Stat Membru, li beda qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat fl-Unjoni Ewropea - Akkordju ta’ portata internazzjonali li għandu effetti fit-territorju tal-Unjoni u taż-Żona Ekonomika Ewropea - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Prosekuzzjoni u sanzjoni tal-ksur għall-perijodu ta’ qabel id-data tal-adeżjoni u għall-perijodu ta’ wara din id-data - Multi - Delimitazzjoni tal-kompetenzi tal-Kummissjoni u dawk tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni - Impożizzjoni ta’ multi mill-Kummissjoni u mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni - Prinċipju ne bis in idem - Regolament Nru 1/2003 - Artikoli 3(1) u 11(6) - Konsegwenzi tal-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid fl-Unjoni)

(2012/C 98/04)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Toshiba Corporation, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SAS, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG, Mitsubishi Electric Corp., Alstom, Fuji Electric Holdings Co. Ltd, Fuji Electric Systems Co. Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens AG, Hitachi Ltd, Hitachi Europe Ltd, Japan AE Power Systems Corp., Nuova Magrini Galileo SpA

Konvenut: Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský soud v Brně — Interpretazzjoni tal-Artikolu 81 KE, tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) u b’mod partikolari tal-Artikoli 3(1) u 11(6) tiegħu, kif ukoll tal-punt 51 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-network tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni (ĠU 2004, C 101, p. 43) — Akkordju fuq it-territorju ta’ Stat Membru, mibdi qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat fl-Unjoni Ewropea u li ntemm wara dan l-avveniment — Impożizzjoni ta’ multi mill-Kummissjoni u mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni — Kompetenza tal-awtorità nazzjonali sabiex tissanzjona l-istess aġir għall-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni — Prinċipju non bis in idem

Dispożittiv

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura mibdija wara l-1 ta’ Mejju 2004, dawn ma humiex applikabbli għal akkordju li pproduċa effetti, matul perijodi qabel din id-data, fit-territorju ta’ Stat Membru li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.

(2)

Il-ftuħ mill-Kummissjoni Ewropea ta’ proċedura skont il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward ta’ akkordju ma jċaħħadx, skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) tal-istess regolament, l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat mill-kompetenza tagħha li tissanzjona, skont id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-effetti antikompetittivi li nibtu minn dan l-akkordju fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru matul perijodi qabel l-adeżjoni ta’ dan tal-aħħar fl-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju ne bis in idem ma jostakolax l-impożizzjoni ta’ multi mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat fuq impriżi li jkunu pparteċipaw f’akkordju, bil-għan li jiġu ssanzjonati l-effetti li nibtu minn dan l-akkordju fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru qabel l-adeżjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea, fil-każ fejn il-multi imposti fuq il-membri ta’ dan l-akkordju b’deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea adottata qabel id-deċiżjoni tal-imsemmija awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma kinux intiżi li jissanzjonaw l-imsemmija effetti.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Marcello Costa (C-72/10), Ugo Cifone (C-77/10)

(Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi - Rekwiżit ta’ liċenzja - Konsegwenzi li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti ta’ liċenzji - Għoti ta’ 16 300 liċenzja addizzjonali - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Protezzjoni tad-detenturi ta’ liċenzji preċedenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn posti ta’ ġbir ta’ mħatri - Ammissibbiltà - Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja - Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà)

(2012/C 98/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Marcello Costa (C-72/10), Ugo Cifone (C-77/10)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività tal-ġbir tal-imħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni u ta’ liċenzja tas-sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lil individwi suġġetti tad-dritt li kisbu awtorizzazzjonijiet u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ liċenzji li eskludew illegalment operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu Stat Membru li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jfittex li jirrimedja dan il-ksur billi joffri permezz ta’ kompetizzjoni numru sostanzjali ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprovdi b’mod partikolari għal distanzi minimi bejn il-posti tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti.

(2)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr liċenzja jew mingħajr awtorizzazzjoni tal-pulizija fuq persuni marbuta ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti sussegwenti ta’ liċenzji ġodda ma jirrimedjawx fil-fatt għall-esklużjoni illegali ta’ dan l-operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

(3)

Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza u kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dospiżizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, bħalma huma dawk li jidhru fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u l-awtorità kontraenti tal-liċenzja dwar logħob tal-ażżard marbut mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) — il-Belġju) — Marie-Noëlle Solvay et vs Région wallonne

(Kawża C-182/10) (1)

(Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent - Kunċett ta’ “att leġiżlattiv” - Valur u portata tal-preċiżazzjonijiet ipprovduti mill-Gwida ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus - Awtorizzazzjoni ta’ proġett fin-nuqqas ta’ stima xierqa tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent - Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali - Portata tad-dritt għal rikors - Direttiva “habitat” - Pjan jew proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit - Raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza)

(2012/C 98/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marie-Noëlle Solvay, Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, Alix Walsh, Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l’Aéroport B.S.C.A. (Brussell south Charleroi Airport) ASBL — A.R.A.Ch, Grégoire Stassin, André Gilliard, Paul Fastrez, Henriette Fastrez, Gouvernement flamand, Inter-Environnement Wallonie ASBL, Nicole Laloux, François Gevers, Annabelle Denoël-Gevers, Marc Traversin, Joseph Melard, Chantal Michiels, Thierry Regout, René Canfin, Georges Lahaye, Jeanine Postelmans, Christophe Dehousse, Christine Lahaye, Jean-Marc Lesoinne, Jacques Teheux, Anne-Marie Larock, Bernadette Mestdag, Jean-François Seraffin, Françoise Mahoux, Ferdinand Wallraf, Mariel Jeanne, Agnès Fortemps, Georges Seraffin, Jeannine Melen, Groupement Cerexhe-Heuseux/Beaufays ASBL, Action et Défense de l’Environnement de la vallée de la Senne et de ses affluents ASBL, Réserves naturelles RNOB ASBL, Stéphane Banneux, Zénon Darquenne, Philippe Daras, Bernard Croiselet, Paul Fastrez, Henriette Fastrez, Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l’Aéroport B.S.C.A. (Brussels south Charleroi Airport) ASBL — A.R.A.Ch, Bernard Page, Action et Défense de l’Environnement de la vallée de la Senne et de ses affluents ASBL, Intercommunale du Brabant Wallon SCRL, Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Les amis de la Forêt de Soignes ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, La Hulpe, Notre village ASBL, André Philips, Charleroi South Air Pur ASBL, Pierre Grymonprez, Sartau SA, Philippe Grisard de la Rochette, Antoine Boxus, Pierre Deneye, Jean-Pierre Olivier, Paul Thiry, Willy Roua, Guido Durlet, Agrebois SA, Yves de la Court

Konvenut: Région wallonne

fil-preżenza ta’: Infrabel SA, Codic Belgique SA, Federal Express European Services Inc. (FEDEX), Société wallonne des aéroports (SOWEAR), Société régionale wallonne du transport (SRWT), Société Intercommunale du Brabant wallon (IBW)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2), 3(9), 6(9) u 9(2), (3), u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata, f’isem il Komunità Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 164 M, p. 17) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(5), 9(1) u 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Kunċett ta’ “awtorità pubblika” — Valur u portata tal-preċiżazzjonijiet mogħtija fil-Gwida ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus — Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ atti leġiżlattivi, bħall-permessi urbani jew ambjentali mogħtija abbażi ta’ digriet minn leġiżlatur reġjonali — Kompatibbiltà mal-Konvenzjoni u mad-dritt Komunitarju ta’ proċedura li twassal għall-għoti ta’ permessi li jistgħu jkunu kkontestati biss quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u l-qrati ordinarji — Awtorizzazzjoni ta’ proġett fin-nuqqas ta’ stima xierqa tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent

Dispożittiv

(1)

Għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2) u 9(4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, huwa plawżibbli li l-Gwida ta’ Applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni tittieħed inkunsiderazzjoni, madankollu iżda, din ma għandha l-ebda saħħa obbligatorja u ma għandhiex il-portata normattiva mehmuża mal-istipulazzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni.

(2)

L-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma esklużi mill-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi ta’ dawn it-testi biss dawk il-proġetti adottati fid-dettall b’att leġiżlattiv speċifiku, b’mod li l-għanijiet tal-imsemmija testi jintlaħqu bil-proċedura leġiżlattiva. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ġew osservati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kontenut tal-att leġiżlattiv adottat kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva kollha li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u b’mod partikolari l-atti preparatorji u d-dibattiti Parlamentari. F’dan ir-rigward, att leġiżlattiv li sempliċement “jirratifika” att amministrattiv li jeżisti diġà, billi jillimita ruħu li jesponi biss ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali mingħajr ma jagħti bidu, minn qabel, għal proċedura leġiżlattiva fil-fond li tippermetti li jiġu osservati l-imsemmija kundizzjonijiet, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala att leġiżlattiv speċifiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u għalhekk ma huwiex biżżejjed sabiex jeskludi proġett mill-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi ta’ din il-konvenzjoni u ta’ din id-direttiva, kif emendata.

(3)

L-Artikoli 3(9) u 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

meta proġett li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jiġi adottat b’att leġiżlattiv, il-kwistjoni dwar jekk dan l-att leġiżlattiv jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(5) ta’ din id-direttiva, kif emendata, għandha tkun suġġetta għal stħarriġ, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, minn qorti jew minn korp indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi;

fis-sitwazzjoni fejn ebda rikors tan-natura u tal-portata mfakkra iktar ’il fuq ma jiġi ppreżentat kontra tali att, hija dik il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża li jkollha, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, teżerċita l-istħarriġ deskritt fl-inċiż preċedenti u tislet, jekk ikun il-każ, il-konsegwenzi billi ma tapplikax dan l-att leġiżlattiv.

(4)

L-Artikolu 6(9) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jeżiġux li d-deċiżjoni jkollha, hija stess, ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti ddeċidiet li din kienet neċessarja. Madankollu, fl-ipoteżi fejn persuna interessata tistaqsi għaliha, l-awtorità kompetenti għandha l-obbligu li tikkomunikalha r-raġunijiet li għalihom ittieħdet dik id-deċiżjoni jew l-informazzjoni jew id-dokumenti rilevanti bi tweġiba għat-talba ppreżentata.

(5)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jippermettix li awtorità nazzjonali, li tkun leġiżlattiva, tawtorizza pjan jew proġett mingħajr ma tkun żgurat ruħha li tali pjan jew proġett ma huwiex se jeffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat.

(6)

L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twettiq ta’ infrastruttura ddestinata sabiex tospita ċentru amministrattiv, fil-prinċipju ma tistax titqies bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza, inkluża dik ta’ natura soċjali jew ekonomika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’mod li tiġġustifika t-twettiq ta’ pjan jew ta’ proġett li jeffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam) vs Netlog NV

(Kawża C-360/10) (1)

(Soċjetà tal-informazzjoni - Drittijiet tal-awtur - Internet - Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting - Ipproċessar ta’ informazzjoni maħżuna fuq pjattaforma ta’ netwerk soċjali li jopera fuq l-internet - Ħolqien ta’ sistema ta’ filtrazzjoni ta’ din l-informazzjoni sabiex jiġi pprojbit it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fajls li jippreġudikaw d-drittijiet tal-awtur - Nuqqas ta’ obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ tal-informazzjoni maħżuna)

(2012/C 98/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam)

Konvenuta: Netlog NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — Interpretazzjoni tad-Direttivi: — 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), — 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32), — 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), — 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399), — 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514) — Ipproċessar ta’ data trażmessa permezz tal-internet — Implementazzjoni minn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting fuq l-internet ta’ sistema ta’ filtrazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, in abstracto u bħala prevenzjoni, sabiex jiġu identifikati l-konsumaturi preżunti li jużaw fajls li jippreġudikaw id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati — Applikazzjoni ex officio mill-qorti nazzjonali tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Dritt għal-libertà tal-espressjoni

Dispożittiv

Id-Direttivi:

2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”);

2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni;

2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

moqrija flimkien u interpretati fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali applikabbli, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ordni magħmula minn qorti nazzjonali lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting biex joħloq sistema ta’ filtrazzjoni:

tal-informazzjoni maħżuna fuq is-servers tiegħu mill-utenti tas-servizzi tiegħu;

li tapplika indistintament fir-rigward ta’ dawn l-utenti kollha;

b’mod preventiv;

bi spejjeż tiegħu biss; u

mingħajr limitu ratione temporis,

li hija kapaċi tidentifika fajls elettroniċi li jinkludu xogħlijiet mużikali, ċinematografiċi jew awdjoviżivi li fuqhom il-parti li qed tressaq it-talba tqis li għandha drittijiet ta’ proprjetà intelletwali, bil-ħsieb li jiġi bblokkat it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-imsemmija xogħlijiet li jippreġudikaw id-drittijiet tal-awtur.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Pak-Holdco Sp zoo vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

(Kawża C-372/10) (1)

(Tassazzjoni - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Taxxa kapitali fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju - Obbligu ta’ Stat Membru li jieħu inkunsiderazzjoni direttivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat - Esklużjoni mill-bażi taxxabbli tal-ammont tal-assi tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li huma allokati għaż-żieda tal-kapital azzjonarju u li diġà ġew suġġetti għat-taxxa kapitali)

(2012/C 98/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pak-Holdco Sp zoo

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) kif ukoll tad-Direttivi tal-Kunsill 73/79/KEE, tad-9 ta’ April 1973, (ĠU L 103, p. 13) u 73/80/KEE, tad-9 ta’ April 1973, (ĠU L 103, 18.4.1973, p. 15) li jemendaw id-Direttiva 69/335/KEE — Dazju kapitali impost fuq il-kumpanniji kapitali — Obbligu ta’ Stat Membru li jiħu inkunsiderazzjoni direttivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat

Dispożittiv

(1)

Fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni Ewropea jew f’att ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif emendata, li, fl-1 ta’ Lulju 1984, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mit-taxxa kapitali jew li kienu suġġetti għal din it-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas.

(2)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jeskludi mill-bażi taxxabbli “l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali (b’kapital azzjonarju) li huma allokati għaż-żieda fil-kapital (azzjonarju) u li diġà kienu suġġetti għad-dazju (taxxa) kapitali” għandu jiġi interpretat fis-sens li dan huwa applikabbli indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn humiex beni tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud jew jekk dawn humiex beni, li ġejjin minn kumpannija oħra, li jżidu dan il-kapital.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Mercantil de Alicante — Spanja) — Celaya Emparanza y Galdos Internacional SA vs Proyectos Integrales de Balizamientos SL

(Kawża C-488/10) (1)

(Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 19(1) - Disinni Komunitarji - Vjolazzjoni jew theddida ta’ vjolazzjoni - Kunċett ta’ “terzi”)

(2012/C 98/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Celaya Emparanza y Galdos Internacional SA

Konvenuta: Proyectos Integrales de Balizamientos SL

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil de Alicante — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142) — Kontravenzjoni jew theddida ta’ kontravenzjoni — Kunċett ta’ terzi

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża dwar ksur ta’ dritt esklużiv mogħti minn disinn Komunitarju rreġistrat, id-dritt li terzi jiġu pprojbiti milli jużaw l-imsemmi disinn għandu jinkludi kull terz li juża disinn li ma jipproduċiex fuq utent informat impressjoni globali differenti, inkluż terz detentur ta’ disinn Komunitarju rreġistrat wara.

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda ma tiddependix mill-intenzjoni u mill-aġir ta’ terz.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — T.G. van Laarhoven vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-594/10) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Limitazzjoni - Użu ta’ proprjetà mobbli li tifforma parti mill-assi tal-impriża għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli - Trattament fiskali tal-użu privat ta’ oġġett li jifforma parti mill-patrimonju tal-impriża)

(2012/C 98/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: T.G. van Laarhoven

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(6), tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq in-negozju — Sistema komuni ta’ valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-tnaqqis fiskali għall-vetturi użati minn imprenditur kemm għal finijiet professjonali u kif ukoll privati

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995 moqri flimkien mal-Artikolu 11A(1)(ċ) ta’ din l-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li inizjalment tawtorizza lil persuna taxxabbli li l-vetturi bil-mutur tagħha huma użati għal finijiet kemm professjonali kif ukoll privati, tnaqqas immedjatament u totalment it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, iżda li sussegwentement tipprevedi, fir-rigward tal-użu privat ta’ dawn il-vetturi, taxxa annwali bbażata, għad-determinazzjoni tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta għal sena finanzjarja partikolari, fuq metodu ta’ kalkolu fiss tal-ispejjeż relatati ma’ tali użu, li ma jqisx, b’mod proporzjonali, l-estent reali tiegħu.


(1)  ĠU C 80, 12.3.2011.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-25/11) (1)

(Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Artikolu 17(2) u (5), u Artikolu 19 - “Sussidji” użati għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi - Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis)

(2012/C 98/11)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Limitazzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis

Dispożittiv

L-Artikolu 17(2) u (5) kif ukoll l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru, meta jawtorizza lill-persuni taxxabbli mħallta jwettqu t-tnaqqis previst fl-imsemmija dispożizzjonijiet, fuq il-bażi tal-użu tal-oġġetti u s-servizzi kollha jew parti minnhom, milli jikkalkola l-ammont imnaqqas, għas-setturi li fihom dawn il-persuni taxxabbli jwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli biss, billi jinkludi “sussidji” li ma humiex taxxabbli fid-denominatur tal-frazzjoni użata sabiex tiġi stabbilita l-pro rata tat-tnaqqis.


(1)  ĠU C 103, 2.4.2011.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Eon Aset Menidjmunt LTD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-118/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168 u 176 - Dritt għal tnaqqis - Kundizzjoni dwar l-użu ta’ merkanzija u ta’ servizzi għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli - Tnissil tad-dritt għal tnaqqis - Kuntratt ta’ kiri ta’ vettura bil-mutur - Kuntratt ta’ leasing - Vettura użata mill-persuna li timpjega għat-trasport mingħajr ħlas ta’ impjegat bejn id-dar tiegħu u l-post tax-xogħol tiegħu)

(2012/C 98/12)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eon Aset Menidjmunt LTD

Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikoli 163, 173 u 176 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Limiti għad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi bħala kundizzjoni obbligatorja għar-rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT l-użu ta’ merkanzija u ta’ servizzi għall-finijiet ta’ attività ekonomika indipendenti u ma tipprovdix mekkaniżmu ta’ rettifika għall-każijiet fejn il-merkanzija jew is-servizzi ma humiex inklużi inizjalment fl-imsemmi dħul mill-bejgħ, iżda fejn, fil-perijodu wara l-akkwist tagħhom, huma jintużaw sabiex isiru konsenji taxxabbli

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li:

vettura bil-mutur mikrija hija kkunsidrata użata għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli jekk ikun hemm rabta diretta u immedjata bejn l-użu ta’ din il-vettura u l-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli u huwa fl-iskadenza tal-perijodu relatat ma’ kull wieħed minn dawn il-ħlasijiet li jitnissel id-dritt għal tnaqqis u li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ tali rabta;

vettura bil-mutur mikrija skont kuntratt ta’ leasing u kkwalifikata bħala merkanzija ta’ investiment hija kkunsidrata bħala użata għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli jekk il-persuna taxxabbli li taġixxi f’din il-kwalifika takkwista din il-merkanzija u tinkludiha fl-assi tal-impriża tagħha, peress li t-tnaqqis tat-taxxa tal-valur miżjud tal-input dovuta huwa komplet u immedjat u kwalunkwe użu tal-imsemmija merkanzija għall-ħtiġijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-persunal tagħha jew għal għanijiet li ma humiex parti minn dawk tal-impriża tagħha huwa ekwivalenti għal provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas.

(2)

L-Artikoli 168 u 176 tad-Direttiva 2006/112 ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis ta’ merkanzija u ta’ servizzi ddestinati għal provvisti bla ħlas jew għal attivitajiet li ma humiex parti mill-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna taxxabbli, sakemm il-merkanzija kkwalifikata bħala merkanzija ta’ investiment ma tkunx inkluża mal-assi tal-impriża.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Blödel-Pawlik vs HanseMerkur Reiseversicherung AG

(Kawża C-134/11) (1)

(Direttiva 90/314/KEE - Vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż u tours kollox kompriż - Artikolu 7 - Protezzjoni kontra r-riskju ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzatur tal-pakkett - Kamp ta’ applikazzjoni - Insolvenza tal-organizzatur minħabba użu frawdolenti ta’ fondi ddepożitati mill-konsumatur)

(2012/C 98/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jürgen Blödel-Pawlik

Konvenuta: HanseMerkur Reiseversicherung AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132) — Protezzjoni kontra r-riskju ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzatur — Insolvenza tal-organizzatur minħabba użu frawdolenti ta’ fondi ddepożitati mill-konsumaturi — Applikabbiltà tad-Direttiva 90/314/KEE

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu sitwazzjoni li fiha l-insolvenza tal-organizzatur tal-vjaġġ tkun dovuta għall-imġiba frawdolenti tiegħu.


(1)  ĠU C 179, 18.6.2011


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2011 — Karl Berger vs Freistaat Bayern

(Kawża C-636/11)

(2012/C 98/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karl Berger

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti l-opportunità li, fit-tagħrif indirizzat liċ-ċittadini, jissemma l-isem tal-ikel jew tal-għalf għall-annimali kif ukoll dak tal-impriża li taħt isimha jew taħt l-isem kummerċjali tagħha jkun ġie ffabbrikat jew ittrasformat jew ikun tqiegħed fis-suq l-ikel jew l-għalf, f’sitwazzjoni fejn ikel li ma huwiex ta’ ħsara għas-saħħa iżda ma huwiex tajjeb għall-konsum uman, b’mod partikolari għaliex ikun infettat u jkun tqiegħed jew kien tqiegħed fis-suq fi kwantitajiet li ma humiex negliġibbli jew f’sitwazzjoni fejn, minħabba n-natura partikolari tiegħu, dan l-ikel ikun tqiegħed fis-suq biss fi kwantitajiet żgħar, iżda fuq perjodu relativament twil?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti li kieku l-fatti jkunu seħħew qabel l-1 ta’ Jannar 2007, iżda f’mument meta l-liġi nazzjonali tkun diġà ġiet adattata għar-regolament iċċitat iktar ’il fuq?


(1)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p 463)


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Jannar 2012 — Trianon Productie BV vs Revillon Chocolatier SAS

(Kawża C-2/12)

(2012/C 98/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TRIANON PRODUCTIE BV

Konvenuta: REVILLON CHOCOLATIER SOCIÉTÉ PAR ACTIONS SIMPLIFIÉE

Domandi preliminari

(1)

Ir-raġunijiet tar-rifjut jew ta’ invalidità prevista fl-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 89/104/KEE, hekk kif ġiet ikkodifikata bid-Direttiva 2008/95/KE, jiġifieri li t-trade marks (plastik) ma jistgħux ikunu jikkonsistu biss minn għamla li tagħti valur sostanzjali lill-merkanzija, jirrigwardaw ir-raġuni (jew ir-raġunijiet) għad-deċiżjoni ta’ xiri tal-pubbliku rilevanti?

(2)

L-“għamla li tagħti valur sostanzjali lill-merkanzija”, taqa’ fi ħdan l-imsemmija dispożizzjoni

(a)

fil-każ biss li tali għamla trid tiġi meqjusa bħala l-valur prinċipali jew predominanti meta mqabbla ma’ valuri oħra (abbażi tal-gosti fit-togħma jew sustanza, fil-każ tal-ikel), jew

(b)

anki meta l-merkanzija għandha valuri oħra, li għandhom jiġu meqjusa bħala sostanzjali wkoll, flimkien mal-valur prinċipali jew predominanti?

(3)

Sabiex tingħata risposta għat-tieni domanda, il-kunċett ta’ maġġoranza tal-pubbliku li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni huwa determinanti jew il-Qorti tista’ tikkonkludi li l-kunċett ta’ parti mill-pubbliku huwa biżżejjed sabiex il-valur fil-kawża jiġi kkwalifikat bħala “sostanzjali” skont id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq?

(4)

Jekk ir-risposta mogħtija għat-tielet domanda tkun f’dan l-aħħar sens, kemm għandha tkun kbira din il-parti tal-pubbliku?


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Lleida (Spanja) fit-3 ta’ Jannar 2012 — Marc Betriu Montull vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-5/12)

(2012/C 98/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Lleida (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Betriu Montull

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domandi preliminari

(1)

Għandha tiġi kkunsidrata bħala li tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (1) u d-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE (2), dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 48(4) tal-Estatuto de los Trabajadores, li tistabbilixxi d-dritt għal leave tal-maternità fl-ipotesi ta’ twelid, wara l-perijodu tas-sitt ġimgħat wara t-twelid, u bl-eċċezzjoni tal-każijiet fejn jeżisti periklu għas-saħħa tal-omm, bħala dritt inerenti u awtonomu għall-ommijiet impjegati, u bħala dritt sussidjarju għall-missirijiet impjegati, li jistgħu jgawdu minn dan il-leave ħlief biss jekk l-omm hija wkoll impjegata u tagħżel li ċċedi lill-missier parti speċifika minn dan il-leave?

(2)

Għandha tiġi kkunsidrata bħala li tmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali li jipprojbixxi diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, liġi nazzjonali, b’mod konkret l-Artikolu 48(4) tal-Estatuto de los Trabajadores, li jirrikonoxxi s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol biż-żamma tal-impjieg, li tieħu inkarigu tagħha s-sigurtà soċjali fl-ipotesi ta’ twelid, bħala dritt inerenti tal-omm u mhux tal-missier, anki wara l-perijodu ta’ sitt ġimgħat li jsegwi t-twelid, ħlief fil-każijiet ta’ periklu għas-saħħa tal-omm, b’mod li l-leave jista’ jingħata biss lill-missier ħaddiem fil-każ li omm il-wild ikollha wkoll l-istatus ta’ ħaddiem impjegat?

(3)

Għandha tiġi kkunisdata bħala li tmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni, liġi nazzjonali, b’mod konkret l-Artikolu 48(4) tal-Estatuto de los Trabajadores, li jirrikonoxxi dritt inerenti għas-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol biż-żamma tal-impjieg u li tieħu inkarigu tagħha s-sigurtà soċjali għall-missirijiet ħaddiema impjegati meta huma jadottaw wild, filwaqt li, meta huma jkollhom wild bijoloġiku, din tirrikonoxxilhom biss dritt li huwa sussidjarju għal dak tal-omm u mhux dritt ta’ sospensjoni proprju, awtonomu u indipendenti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5,Vol. 2, p. 285)


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Jannar 2012 — Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

(Kawża C-11/12)

(2012/C 98/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

Domanda preliminari

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi impost tnaqqis jew esklużjoni fuq il-bidwi li ressaq talba għal għajnuna, bħal dak li jiġi impost, għan-nuqqas ta’ konformità kkonstatat, fuq il-veru persuna li wettqet il-ksur, li lilha jew permezz tagħha l-art ġiet ittrasferita, jekk din il-persuna li wettqet il-ksur kienet ressqet hija stess it-talba? Jew id-dispożizzjoni tfisser biss li n-nuqqas ta’ konformità kkonstatat huwa imputat lil dik il-persuna li ressqet it-talba għal għajnuna iżda li l-livell ta’ negliġenza, ta’ tort jew ta’ dolus tal-bidwi stess għadhom iridu jiġu ddeterminati sabiex tittieħed deċiżjoni dwar (ir-rata) tat-tnaqqis jew tal-esklużjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (Il-Portugall) fis-16 ta’ Jannar 2012 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-17/12)

(2012/C 98/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TVI Televisão Independente SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

(1)

It-taxxa fuq ix-xandir, imponuta mir-rikorrenti fuq ix-xandara, fil-kwalità tagħha ta’ sostituzzjoni għat-taxxa, b’mod konformi mal-Artikolu 50(1) tad-Digriet Liġi Nru 227/2006, taqa’ taħt il-valur taxxabbli tal-VAT fis-sens tal-Artikolu 11(A)(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE (1) (li sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2) tat-28 ta’ Novembru 2006), b’mod partikolari peress li tikkostitwixxi l-“ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur” għall-provvisti ta’ oġġetti u ta’ servizzi?

(2)

It-taxxa fuq ix-xandir, imponuta mir-rikorrenti fuq ix-xandara, fil-kwalità tagħha ta’ sostituzzjoni għat-taxxa, u rreġistrata fil-kontabbiltà tagħha f’kont ta’ terzi, għandha taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ammonti riċevuti minn persuna taxxabbli mill-konsumatur, bħala ħlas lura għan-nefqa mħallsa fl-isem u għall-konsumatur, u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f’kont ta’ sospiża” fis-sens tal-Artikolu 11(A)(3)(ċ) tad-Direttiva 77/388/KEE (li sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006)?

(3)

Konsegwentement, dawn l-ammonti imponuti mir-rikorrenti abbażi tat-taxxa fuq ix-xandir għandhom jiġu inklużi fil-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Město Žamberk vs Finanční ředitelství v Hradci Králové

(Kawża C-18/12)

(2012/C 98/19)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Město Žamberk

Konvenut: Finanční ředitelství v Hradci Králové

Domandi preliminari

(1)

L-attivitajiet sportivi mhux organizzati, mhux sistematiċi u ta’ rikreazzjoni li jistgħu jiġu pprattikati b’dan il-mod f’kumplessi fejn ikun hemm pixxina mikxufa (pereżempju, l-għawm rikreattiv jew il-logħob bil-ballun rikreattiv) jistgħu jiġu kkwalifikati bħala prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-għoti, bi ħlas, ta’ aċċess għall-kumplessi fejn tkun tinsab tali pixxina mikxufa, li joffru lill-viżitaturi l-possibbiltà msemmija iktar ’il fuq li jiġu pprattikati attivitajiet sportivi, minbarra evidentement tipi oħra ta’ rikreazzjoni jew ta’ mistrieħ, jista’ jiġi kkwalifikat bħala provvista ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-ipprattikar tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika pprovduti lil persuni li jipprattikaw l-isport jew l-edukazzjoni fiżika fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva 2006/112/KE, u għalhekk bħala servizz eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud bil-kundizzjoni li jiġi pprovdut minn korp mingħajr skop ta’ lukru kif ukoll li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti mill-imsemmija direttiva?


(1)  ĠU L 347, p. 1


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Elodie Giersch, Benjamin Marco Stemper, Julien Taminiaux, Xavier Renaud Hodin, Joëlle Hodin vs l-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-20/12)

(2012/C 98/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elodie Giersch, Benjamin Marco Stemper, Julien Taminiaux, Xavier Renaud Hodin, Joëlle Hodin

Konvenut: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-prinċipju Komunitarju ta’ trattament ugwali mħabbar fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 (1), il-kunsiderazzjonijiet ta’ politika tal-edukazzjoni u ta’ politika baġitarja li saru mill-Istat Lussemburgiż, jiġifieri li tipprova tiġi nkoraġġuta żieda fil-proporzjon ta’ persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla, li attwalment hija insuffiċjenti meta mqabbel ma’ dik internazzjonali għal dak li jirrigwarda l-popolazzjoni residenti fil-Lussemburgu, kunsiderazzjonijiet li jkunu mhedda serjament li kieku l-Istat Lussemburgiż kellu jagħti l-għajnuna finanzjarja għal studji terzjarji lill-istudenti kollha, mingħajr ebda konnessjoni mas-soċjetà tal-Gran Dukat, sabiex iwettqu l-istudji terzjarji tagħhom fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jwassal għal piż li ma huwiex raġonevoli għall-baġit tal-Istat Lussemburgiż, jikkostitwixxu kunsiderazzjonijiet, fis-sens tal-ġurisprudenza Komunitarja iċċitata iktar ’il fuq, li jistgħu jiġġustifikaw it-trattament differenti li jirriżulta mill-obbligu ta’ residenza impost kemm fuq iċ-ċittadini Lussemburgiżi kif ukoll fuq ċittadini li ġejjin minn Stati Membri oħra sabiex jiksbu għajnuna għall-istudji terzjarji?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/13


Appell ippreżentat fil-16 ta’ Jannar 2012 minn Abbott Laboratories kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-363/10 — Abbott Laboratories vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-21/12 P)

(2012/C 98/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Abbott Laboratories (rappreżentanti: R. Niebel u C. Steuer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-363/10;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1560/2009-1 dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 008 448 251, RESTORE;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell mis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tal-Qorti Ġenerali huwa essenzjalment ibbażat fuq dan li ġej:

(1)

Fl-ewwel lok, l-appellanti tinvoka żnaturament tal-fatti jew tal-provi mill-Qorti Ġenerali. Din tal-aħħar telqet, b’mod żbaljat, mill-prinċipju li huwa magħruf sewwa li l-kelma “restore” għandha tifsira medika diretta. Fil-kuntest ta’ din il-kawża, huwa biss paċifiku l-fatt li “restore” għandha tiġi tradotta b’“tistabbilixxi mill-ġdid”. Madankollu, din it-traduzzjoni ma għandha ebda rabta mal-mediċina. Il-fatt li l-Qorti Ġenerali tibbaża l-perspettiva tagħha fuq l-estratti minn dizzjunarji ppreżentati jikkostitwixxi żnaturament tal-provi. Minn dawn l-estratti jirriżulta li, fiha nfisha, “restore” ma għandhiex tifsira medika, iżda tikkostitwixxi kunċett b’diversi aspetti, li jista’ jinftiehem b’modi li jvarjaw ħafna skont il-kuntest. Għalhekk, it-tifsira ta’ dan it-terminu ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li hija magħrufa sewwa u għaldaqstant bħala fatt li, b’mod eċċezzjonali, ma huwiex meħtieġ li jiġi pprovat.

(2)

Fit-tieni lok, l-appellanti tinvoka ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkunsidrat li t-trade mark RESTORE kienet purament deskrittiva. L-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 timplika li s-sinjal li għalih saret applikazzjoni jista’ jservi, fil-kummerċ, sabiex “jindika” x-xorta etc tal-prodott. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kontenut deskrittiv għandu joħroġ b’mod “manifest” mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u t-terminu għandu, fih innifsu, ikollu karattru deskrittiv.

Il-verb “restore” fih innifsu ma jipprovdix indikazzjoni tax-xorta, tal-kwalità jew tal-użu intenzjonat tal-prodotti previsti. Il-verb “restore” jikseb funzjoni deskrittiva biss meta jingħaqad ma’ nom jew diversi nomi oħra (pereżempju: “restore one’s health”). Fil-każ fejn rabta mal-mediċina tirriżulta miċ-ċirkustanzi, din ir-rabta ma tkunx suffiċjenti peress li, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, att ta’ trasferiment min-naħa tal-pubbliku, fis-sens ta’ sforz ta’ interpretazzjoni, ikun neċessarju. Tifsira b’rabta mal-mediċina tista’ tiriżulta biss meta jiżdiedu kliem bħal “health”, li ma huwiex preċiżament il-każ fil-każ ineżami. Minflok ma eżaminaw it-trade mark RESTORE, li għaliha saret applikazzjoni, il-Bord tal-Appell u kif ukoll il-Qorti Ġenerali eżaminaw it-trade mark RESTORE SOMEONE’S HEALTH.

(3)

Fit-tielet lok, l-appellanti tinvoka ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Il-Bord tal-Appell, filwaqt li injora l-kriterju ġuridiku adattat, ikkunsidra t-trade mark RESTORE bħala sinjal nieqes minn karattru distintiv u għalhekk irrifjuta b’mod żbaljat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark. Skont l-appellanti, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali ċaħdu wkoll kwalunkwe karattru distintiv lit-trade mark RESTORE, li għaliha saret applikazzjoni, minħabba l-allegat karattru deskrittiv tagħha. Dan l-approċċ huwa diġà kkontestat fil-kuntest tat-tieni aggravju.

Lanqas l-“analiżi li saret sussidjarjament” fir-rigward tan-nuqqas ta’ kwalunkwe karattru distintiv (punti 52 sa 54 tas-sentenza) ma tiġġustifika s-sentenza. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jikkostitwixxu insistenza tawtoloġika tal-argument li trade mark deskrittiva hija dejjem nieqsa minn karattru distintiv. Il-fatt li l-pubbliku ma jistenniex deskrizzjoni tal-funzjoni fuq prodott mediku, anki taħt il-forma ta’ kelma waħda, imur ukoll kontra l-karattru deskrittiv.

(4)

Fir-raba’ lok, l-appellanti tinvoka ksur tal-aħħar parti tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. Essenzjalment, il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq estratti minn dizzjunarji li għalihom l-appellanti ma kellhiex aċċess u li fir-rigward tagħhom hija għalhekk ma setgħetx tieħu pożizzjoni. Għaldaqstant, dan jikkostitwixxi ksur tad-dritt għal smigħ peress li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, deċiżjoni tista’ tiġi bbażata biss fuq fatti li fir-rigward tagħhom il-partijiet kkonċernati setgħu jieħdu pożizzjoni. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bord tal-Appell huwa madankollu marbut li jikkomunika, għall-finijiet ta’ teħid ta’ pożizzjoni, il-provi li huwa jkun ġabar ex officio u li fuq il-bażi tagħhom huwa jkun jixtieq jibbaża d-deċiżjoni tiegħu. F’dan ir-rigward, il-Bord tal-Appell naqas, fir-rigward ta’ punt essenzjali għall-proċediment, li jippreżenta l-estratti mid-dizzjunarji li huwa kiseb u għalhekk huwa kiser id-dritt għal smigħ tagħha.

(5)

Fil-ħames lok, l-appellanti tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali. B’mod kuntrarju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ reġistrazzjonijiet preċedenti u dan b’mod kuntrarju wkoll għall-prassi tiegħu fil-qasam tar-reġistrazzjoni. F’dan ir-rigward, l-appellanti ma tinjorax il-fatt li dan il-prinċipju huwa suġġett għall-osservanza tal-legalità. Madankollu, is-sempliċi riferiment għal dan il-prinċipju ma huwiex suffiċjenti sabiex jiġi injorat il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Għall-kuntrarju, huwa kellu jesponi b’mod konkret għal xiex huwa kellu jitlaq mill-prinċipju li dawn ir-reġistrazzjonijiet preċedenti kienu, fihom infushom, irregolari.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fis-17 ta’ Jannar 2012 — Katarína Hassová vs Rastislav Petrík, Blanka Holingová

(Kawża C-22/12)

(2012/C 98/22)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Katarína Hassová

Konvenuta: Rastislav Petrík, Blanka Holingová

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (1) u 3(1) tad-Direttiva 72/166 KEE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 4 tal-Liġi Slovakka Nru 381/2001 dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur u l-Artikolu 6 tal-Liġi Ċeka Nru 168/1999 dwar ir-responsabbiltà għad-danni li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur), li permezz tagħha r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur ma tkoprix id-danni mhux patrimonjali, imsarrfin f’forma pekunjarja, ikkawżati lis-superstiti tal-vittmi ta’ inċident li jirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur?

(2)

F’każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tmurx kontra d-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4(1), (2) u (4) tal-Liġi Slovakka Nru 381/2001 dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur u l-Artikolu 6(1) sa (3) tal-Liġi Ċeka Nru 168/1999 dwar ir-responsabbiltà għad-danni li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux qorti nazzjonali, skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 1 tad-Direttiva 90/232 u 3(1) tad-Direttiva 72/166 KEE, milli tirrikonoxxi d-dritt għall-kumpens għad-danni mhux patrimonjali ikkawżati lis-superstiti tal-vittmi ta’ inċident li jirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur bħala persuni li sofrew dannu, ukoll f’forma pekunjarja?


(1)  ĠU L 129, p. 133.

(2)  Direttiva Tal-Kunsill, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (L-Olanda) fit-18 ta’ Jannar 2012 — X B.V. vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-24/12)

(2012/C 98/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X B.V.

Il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

PTEE (Pajjiż u territorju extra-Ewropej) ta’ Stat Membru jista’ jiġi kklassifikat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE), f’liema każ l-Artikolu 56 KE jista’ jiġi invokat għall-movimenti ta’ kapital bejn Stat Membru u l-PTEE tiegħu?

(2a)

Fil-każ li l-ewwel domanda titwieġeb fl-affermattiv, għandha, fil-kawża preżenti fejn, mill-1 ta’ Jannar 2002, it-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi marbuta ma’ sehem iddistribwiti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fl-Antilli Olandiżi żdiedet meta mqabbla mal-1993 minn 7.5 % jew 5 % għal 8.3 %, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx żieda għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 57(1) KE (li sar l-Artikolu 64(1) TFUE) tittieħed inkunsiderazzjoni biss iż-żieda f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi jew għandha tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-kuntest taż-żieda tat-taxxa f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-awtoritajiet tal-Antilli Olandiżi stabbilixxew mill-1 ta’ Jannar 2002 eżenzjoni għad-dividendi marbuta ma’ sehem riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt illi qabel dawn id-dividendi kienu jifformaw parti mid-dħul intaxxat bir-rata ta’ 2.4, 3 jew 5 %?

(2b)

Fil-każ li għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tat-taxxa fl-Antilli Olandiżi mwettaq permezz tal-eżenzjoni tal-ishma, imsemmija iktar ’il fuq fil-punti 2(a), għandhom l-iskemi tal-Antilli Olandiżi intiżi għall-fażi ta’ applikazzjoni, jiġifieri f’din il-kawża r-ruling tal-Antilli Olandiżi, li kienu possibbilment wasslu għall-fatt li qabel l-1 ta’ Jannar 2002, u diġà fl-1993, kien hemm tnaqqis sostanzjali fir-rata ta’ taxxa ta’ 8.3 % effettivament dovuta fuq id-dividendi riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni?


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Leeuwarden (il-Pajjizi l-Baxxi) fit-18 ta’ Jannar 2012 — fiscale eenheid PPG Holdings BV cs vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Noord/kantoor Groningen

(Kawża C-26/12)

(2012/C 98/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Leeuwarden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: fiscale eenheid PPG Holdings BV cs

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Noord/kantoor Groningen

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE (1) (Artikoli 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE (2)) jippermetti lil persuna taxxabbli li, fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-irtirar, tkun ħolqot fond tal-pensjoni separat sabiex tiżgura d-drittijiet tal-irtirar tal-ħaddiema tagħha u tal-ħaddiema preċedenti tagħha bħala persuni affiljati f’dan il-fond, tnaqqas it-taxxa li hija ħallset fuq is-servizzi mogħtija lilha sabiex tiżgura l-implementazzjoni tas-sistema tal-irtirar u l-funzjonament tal-fond tal-pensjoni?

(2)

Jista’ fond tal-pensjoni maħluq bl-għan li tiġi kkostitwita, għall-persuni affiljati fih, pensjoni tal-irtirar bl-inqas spiża possibbli, u li fil-kuntest tiegħu jinġieb u jiġi investit kapital mill-persuni affiljati jew għan-nom tagħhom bi qsim tad-dħul mill-investiment, jitqies bħala fond speċjali ta’ investiment fis-sens tal-Artikolu 13 B(d)(6) tad-Direttiva 77/388/KEE (Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112/KE)?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sitema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Jannar 2012 — TBG Limited vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-27/12)

(2012/C 98/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TBG Limited

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

PTEE ta’ Stat Membru jista’ jiġi kklassifikat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE), f’liema każ l-Artikolu 56 KE jista’ jiġi invokat għall-movimenti ta’ kapital bejn Stat Membru u l-PTEE tiegħu?

(2a)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, għandu, f’dan il-każ fejn, mill-1 ta’ Jannar 2002, it-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi marbuta ma’ sehem iddistribwiti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fl-Antilli Olandiżi żdiedet meta mqabbla mal-1993 minn 7.5 % jew 5 % għal 8.3 %, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx hemm żieda għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 57(1) KE (li sar l-Artikolu 64(1) TFUE) tittieħed inkunsiderazzjoni biss iż-żieda f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi jew għandu jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-kuntest taż-żieda tat-taxxa f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-awtoritajiet Antilli Olandiżi stabilixxew mill-1 ta’ Jannar 2002, eżenzjoni għad-dividendi marbuta ma’ sehem riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt li qabel dawn id-dividendi kienu jifformaw parti mid-dħul intaxxat bir-rata ta’ 2.4, 3 jew 5 %?

(2b)

Fil-każ li għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tat-taxxa fl-Antilli Olandiżi mwettaq permezz tal-eżenzjoni tal-ishma, imsemmija iktar ’il fuq fil-punti 2a, għandhom l-iskemi tal-Antilli Olandiżi intiżi għall-fażi ta’ applikazzjoni, jiġifieri f’din il-kawża r-ruling tal-Antilli Olandiżi, li kienu possibbilment wasslu għall-fatt li qabel l-1 Jannar 2002, u diġà fl-1993, kien hemm tnaqqis sostanzjali fir-rata ta’ taxxa ta’ 8.3 % effettivament dovuta fuq id-dividendi riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni?


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-29/12)

(2012/C 98/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx kompletament il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2009, li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1) jew ma kkomunikathomx kompletament lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/131/KE skada fid-19 ta’ Lulju 2010.


(1)  ĠU L 273, p. 12.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Valéria Marcinová vs Pohotovosť s.r.o.

(Kawża C-30/12)

(2012/C 98/27)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov (is-Slovakkja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valéria Marcinová

Konvenuta: Pohotovosť, s.r.o.

Domanda preliminari

L-Artikoli 38 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 169 TFUE jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fuq il-bażi ta’ ftehim dwar tnaqqis mis-salarju, dan it-tnaqqis isir fil-konfront tal-konsumatur mingħajr ebda kontroll ġudizzjarju ta’ klawżoli abbużivi u li l-konsumatur ma għandu l-ebda possibbiltà diretta li jwaqqaf dan it-tnaqqis?


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia (Spanja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Soledad Duarte Hueros vs Autociba S.A., Automóviles Citroen España S.A.

(Kawża C-32/12)

(2012/C 98/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Badajoz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Soledad Duarte Hueros

Konvenuti: Autociba S.A., Automóviles Citroen España S.A.

Domanda preliminari

(1)

Fl-ipotesi fejn, fin-nuqqas ta’ konformità ta’ beni — peress li, minkejja li kienet intalbet diversi drabi, it-tiswija ma saritx — konsumatur jitlob unikament permezz ta’ azzjoni ġudizzjarja t-tħassir tal-kuntratt, u li dan it-tħassir ma huwiex xieraq, peress li n-nuqqas ta’ konformità huwa żgħir, il-qorti tista’ ex officio tagħti lill-konsumatur tnaqqis xieraq tal-prezz?


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/17


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2012 minn Václav Hrbek mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fil-15 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-434/10: Václav Hrbek vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-42/12 P)

(2012/C 98/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Václav Hrbek (rappreżentant: M. Sabatier, Avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell u għaldaqstant, twarrab fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, fil-kawża T-434/10, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 113 jew ir-Regoli tal-Proċedura;

tagħti sentenza definittiva — jekk l-istadju tal-proċeduri jippermetti — billi tannulla d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, mogħtija fid-29/09/2009, li tat deċiżjoni dwar l-Oppożizzjoni Nru B 1 276 692, u d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R1441/2009-2, u tordna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll dawk tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni tal-UASI, skont l-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura;

sussidjarjament, jekk l-istadju tal-proċeduri ma jippermettix, tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-ġudizzju skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqis li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru, 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (iktar ’il quddiem it-“TMK”) (1) kif emendat (issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar, 2009 (2), li daħal fis-seħħ fit-13 ta’ April, 2009).

 

L-appellant jikkontesta li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx it-trade marks inkwistjoni abbażi tal-kriterju ta’ “evalwazzjoni globali” jew ta’ “impressjoni ġenerali”.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika l-prinċipju msemmi hawn fuq, u bbażat l-evalwazzjoni tagħha esklużivament fuq il-fatt li huma jaqsmu l-element komuni “ALPINE”. Il-Qorti Ġenerali sempliċement qalet li ż-żewġ trade marks ikkomparati jixxiebhu, u jaqsmu l-komponent tal-kelma “ALPINE”, mingħajr ma eżaminat is-sinjali globalment, u mingħajr ma spjegat għaliex il-kelma u l-elementi figurattivi l-oħra, globalment, ma humiex suffiċjenti sabiex jeskludu probabbiltà ta’ konfużjoni.

 

L-appellant jikkontesta li fis-sentenza appellata, minn naħa, il-Qorti Ġenerali naqset li tikkunsidra fatturi importanti u pertinenti ħafna, u min-naħa l-oħra, ma applikatx sewwa ċerti kriterji importanti ħafna, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ karattru distintiv u deskrittiv tal-kelma element “ALPINE”.

Il-Qorti Ġenerali ma laħqitx konklużjoni dwar it-tifsira tal-frażi “alpine” għal-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea. Iktar minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma ħarġitx bil-konklużjonijiet legali mill-istħarriġ tagħha stess rigward it-tifsira ċara tal-kelma “alpine” u ma kkonkludietx b’mod ċar dwar in-nuqqas ta’ karattru distintiv u deskrittiv tal-kelma “alpine”, fid-dawl tal-fatt li l-allegat karattru distintiv dgħajjef, jew il-karattru deskrittiv, tal-element “alpine” ma jipprekludix il-probabbiltà ta’ konfużjoni. Il-Qorti Ġenerali qalet li “ALPINE” hija l-element dominanti fiż-żewġ sinjali, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni tan-nuqqas, jew tal-inqas, tal-livell baxx ħafna ta’ karattru distintiv tat-trade mark preċedenti ALPINE. Ir-raġunament tas-sentenza appellata huwa vvizzjat b’kontradizzjoni li ġiegħlet lill-Qorti Ġenerali tiddeċiedi b’mod żbaljat li dawn it-trade marks kienu kunċettwalment jixxiebhu mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni n-nuqqas, jew tal-inqas, il-livell baxx ħafna tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti ALPINE. Paragun kunċettwali tal-kelma element “ALPINE” huwa irrilevanti, minħabba n-nuqqas ta’ karattru distintiv.

 

L-appellant jikkontesta li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali naqset li tislet konklużjonijiet legali korretti mill-istħarriġ tagħha stess rigward il-grad ta’ attenzjoni tal-pubbliku kkonċernat.

Il-Qorti Ġenerali ma setgħetx, mingħajr ma tikkontradixxi lilha nnifisha, issostni, fir-rigward ta’ ħwejjeġ tal-iski, żraben tal-iski, ilbies għar-ras, kif ukoll basktijiet ta’ wara d-dahar u barżakki, li parti mill-pubbliku konċernat huwa magħmul minn konsumaturi informati tajjeb u partikolarment attenti, u tikkonferma li t-trade marks u l-oġġetti jixxiebhu.

 

L-appellant jikkontesta li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żnaturament tal-fatti, u bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-komparazzjoni tal-oġġetti.

Il-Qorti Ġenerali sostniet li l-appellant ma ressaqx argumenti speċifiċi li kapaċi jwaqqgħu l-konklużjonijiet tal-Bord tal-Appell. F’dak li huwa l-evalwazzjoni tal-grad ta’ xebh tal-oġġetti u tas-servizzi inkwistjoni, dak li ma joħroġx mill-evidenza jew dak li mhux magħruf biżżejjed ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni. L-oneru li jiġi pprovat li l-oġġetti u s-servizzi jixxiebhu jistrieħ fuq l-appellant għall-oppożizzjoni, u mhux fuq is-sid tat-TMK li għaliha saret l-applikazzjoni. Il-Qorti Ġenerali għandha tagħti bażi legali għad-deċiżjoni tagħha u trid tipprovdi raġunijiet għaliha. Il-Qorti Ġenerali ma stabilixxietx li dawn l-oġġetti huma identiċi, jixxiebhu jew komplimentari, fis-suq, iżda mxiet permezz ta’ asserzjoni, mingħajr ma tat raġunijiet jew eżempji għal-preżunzjoni tagħha.


(1)  ĠU L 11, p. 1

(2)  ĠU L 78, p. 1


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/18


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-43/12)

(2012/C 98/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn u R. Troosters, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 25 ta’ Ottubru 2011, li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (1);

tiddikjara li l-effetti tad-Direttiva 2011/82/UE jiġu kkunsidrati li huma definittivi;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż li jippreżenta rikors għall-annullament kontra d-Direttiva 2011/82/UE. Il-Kummissjoni tikkontesta l-bażi legali magħżula. Hija ssostni li l-Artikolu 87(2) TFUE ma huwiex il-bażi legali xierqa, billi d-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi mekkaniżmu għal skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri, li jkopri reati tat-traffiku tat-triq, li huma ta’ natura amministrattiva jew kriminali. Madankollu, l-Artikolu 87 jirreferi biss għall-koperazzjoni tal-pulizija bejn is-servizzi kompetenti fl-oqsma tal-prevenzjoni jew tal-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-bażi legali korretta hija l-Artikolu 91(1) TFUE. Fil-fatt, id-Direttiva għandha l-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, li hija waħda mill-oqsma tal-politika komuni tat-trasport, speċifikament prevista mill-Artikolu 91(1)(ċ).


(1)  ĠU L 288, p. 1.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Köln (Il-Ġermanja) fil-31 ta’ Jannar 2012 — Kronos International Inc. vs Finanzamt Leverkusen

(Kawża C-47/12)

(2012/C 98/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgerichts Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kronos International Inc.

Konvenut: Finanzamt Leverkusen

Domandi preliminari

(1)

L-esklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji minħabba l-eżenzjoni tal-intaxxar ta’ ħlasijiet ta’ dividendi minn kumpanniji b’kapital azzjonarju tal-pajjiż terz lil kumpannji b’kapital azzjonarju Ġermaniżi, li għalihom id-dispożizzjonijiet nazzjonali jeħtieġu biss li l-kumpannija b’kapital azzjonarju li tirċievi d-dividendi żżomm sehem ta’ mhux inqas minn 10 % fil-kumpannija li tħallas id-dividendi, taqa’ unikament taħt il-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tad-dispożizzjonjiet magħquda tal-Artikoli 49 u 54 TFUE jew ukoll taħt il-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikoli 63 sa 65 TFUE, meta s-sehem effettiv tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li tirċievi d-dividendi huwa ta’ 100 %?

(2)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta’ stabbiliment (li issa saru l-Artikolu 49 TFUE) u, skont il-każ, ukoll il-moviment liberu tal-kapital (sas-sena 1993 kienu l-Artikolu 67 KEE/KE, issa saru l-Artikoli 63 sa 65 TFUE) għandhom jinftiehmu fis-sens li jipprekludu regola li, meta d-dividendi ta’ sussidjarji barranin huma eżentati mit-taxxa, teskludi l-imputazzjoni u r-rimbors tat-taxxa fuq il-kumpanniji fuq dawn il-ħlasijiet ta’ dividendi, anki jekk il-kumpannija parent tbati telf, filwaqt li, għall-ħlasijiet ta’ dividendi ta’ sussidjarji Ġermaniżi, huwa previst tnaqqis tat-taxxa permezz ta’ imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji?

(3)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta’ stabbiliment (li issa saru l-Artikolu 49 TFUE) u, skont il-każ, ukoll il-moviment libertu tal-kapital (sas-sena 1993 kienu l-Artikolu 67 KEE/KE, issa saru l-Artikoli 63 sa 65 TFUE) għandhom jinftehmu fis-sens li jipprekludu regola li teskludi l-imputazzjoni u r-rimbors ta’ taxxa fuq il-kumpanniji fuq dividendi ta’ (sotto-)sottosussidjarji eżentati mit-taxxa fil-pajjiż tas-sussidjarja, imħallsa (mill-ġdid) lill-kumpannija parent Ġermaniża u wkoll eżentati mit-taxxa fil-Ġermanja, iżda li, fil-kuntest ta’ kostruzzjonijiet purament Ġermaniżi, tippermetti skont il-każ rimbors abbażi tal-imputazzjoni, tas-sussidjarja, tat-taxxa fuq il-kumpanniji fuq dividendi tas-sottosussidjarja u l-imputazzjoni, fuq il-kumpannija parent, tat-taxxa fuq il-kumpanniji fuq dividendi tas-sussidjarja, jekk il-kumpannija parent tbati telf?

(4)

Fil-każ li d-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-kapital huma applikabbli wkoll, skont ir-risposta mogħtija għat-tieni domanda, domanda supplimentari tqum f’dak li jikkonċerna d-dividendi Kanadiżi:

L-attwali Artikolu 64(1) TFUE għandu jinftiehem fis-sens li jippermetti l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u ta’ konvenzjonijiet ta’ taxxa doppja, li ma ġewx mibdula b’mod sostantiv mill-31 ta’ Diċembru 1993, u għalhekk l-esklużjoni kostanti tal-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji Kanadiżi fuq id-dividendi eżentati mit-taxxa fil-Ġermanja?


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Xiamie Zhu et

(Kawża C-51/12)

(2012/C 98/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Revere

Partijiet fil-kawża prinċipali

Xiamie Zhu, Guo Huo Xia, Xie Fmr Ye, Jian Hui Luo, Ua Zh Th

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 4, 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu l-possibbiltà li, saħansitra qabel in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tkeċċija maħruġa mill-awtorità amministrattiva, ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, b’piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju (“detenzione domiciliare”) minħabba s-sempliċi fatt li dan iċ-ċittadin daħal u baqa’ f’dan l-Istat Membru b’mod illegali?

(2)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE jipprekludu l-possibbiltà li, sussegwentement għall-promulgazzjoni tad-Direttiva, Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tipprovdi li ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru għandu jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, bit-tkeċċija eżegwibbli immedjatament mingħajr osservanza tal-proċedura u tad-drittijiet tal-persuni barranin stabbiliti mid-Direttiva?

(3)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun adottata matul it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva bil-għan li tiġi evitata jew, fi kwalunkwe każ, limitata, l-applikazzjoni tad-Direttiva, u liema miżuri għandha tieħu l-qorti jekk tikkonstata dan l-għan?


(1)  ĠU L 348, p. 98


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Ion Beregovoi

(Kawża C-52/12)

(2012/C 98/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Revere

Parti fil-kawża prinċipali

Ion Beregovoi

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 4, 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu l-possibbiltà li, saħansitra qabel in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tkeċċija maħruġa mill-awtorità amministrattiva, ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, b’piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju (“detenzione domiciliare”) minħabba s-sempliċi fatt li dan iċ-ċittadin daħal u baqa’ f’dan l-Istat Membru b’mod illegali?

(2)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE jipprekludu l-possibbiltà li, sussegwentement għall-promulgazzjoni tad-Direttiva, Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tipprovdi li ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru għandu jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, bit-tkeċċija eżegwibbli immedjatament mingħajr osservanza tal-proċedura u tad-drittijiet tal-persuni barranin stabbiliti mid-Direttiva?

(3)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun adottata matul it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva bil-għan li tiġi evitata jew, fi kwalunkwe każ, limitata, l-applikazzjoni tad-Direttiva, u liema miżuri għandha tieħu l-qorti jekk tikkonstata dan l-għan?


(1)  ĠU L 348, p. 98


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Hai Feng Sun

(Kawża C-53/12)

(2012/C 98/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Revere

Parti fil-kawża prinċipali

Hai Feng Sun

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 4, 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2008/115/CE (1) jipprekludu l-possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fi Stat Membru jiġi ssanzjonat b’multa sostitwibbli bid-detenzjoni fid-dar bħala piena kriminali, biss minħabba l-fatt tad-dħul u tas-soġġorn illegali tiegħu, anki qabel kwalunkwe nuqqas min-naħa tiegħu li jaderixxi għal ordni ta’ tneħħija mogħti mill-awtorità amministrattiva?

(2)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE jipprekludu l-possibbiltà li, wara l-adozzjoni tad-Direttiva, Stat Membru jkun jista’ jadotta regoli li jipprovdu li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fl-istess Stat Membru jiġi ssanzjonat b’multa sostitwibbli bit-tneħħija immedjata bħala piena kriminali, mingħajr l-osservanza tal-proċedura u tad-drittijiet taċ-ċittadin barrani previsti fid-Direttiva?

(3)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jipprekludi regoli nazzjonali adottati matul il-perijodu previst għat-traspożizzjoni ta’ direttiva sabiex tiġi evitata jew, fi kwalunkwe każ, illimitata l-applikazzjoni tad-direttiva, u x’miżuri għandha l-qorti tieħu fil-każ li jirriżulta tali għan?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Liung Hong Yang

(Kawża C-54/12)

(2012/C 98/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Revere

Parti fil-kawża prinċipali

Liung Hong Yang

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 4, 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu l-possibbiltà li, saħansitra qabel in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tkeċċija maħruġa mill-awtorità amministrattiva, ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, b’piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju (“detenzione domiciliare”) minħabba s-sempliċi fatt li dan iċ-ċittadin daħal u baqa’ f’dan l-Istat Membru b’mod illegali?

(2)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE jipprekludu l-possibbiltà li, sussegwentement għall-promulgazzjoni tad-Direttiva, Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tipprovdi li ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru għandu jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, bit-tkeċċija eżegwibbli immedjatament mingħajr osservanza tal-proċedura u tad-drittijiet tal-persuni barranin stabbiliti mid-Direttiva?

(3)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun adottata matul it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva bil-għan li tiġi evitata jew, fi kwalunkwe każ, limitata, l-applikazzjoni tad-Direttiva, u liema miżuri għandha tieħu l-qorti jekk tikkonstata dan l-għan?


(1)  ĠU L 348, p. 98


Il-Qorti Ġenerali

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/22


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs UASI — Ten ewiv (TEN)

(Kawża T-658/11)

(2012/C 98/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Berenboom, A. Joachimowicz u M. Isgour, avukati, J. Samnadda u F. Wilman, aġenti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ten ewiv (Rösrath-Hoffnungstahl, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-11 ta’ Ottubru 2011, fil-Każ R 5/2011-4;

tiddikjara għalhekk l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 6750574 li kienet ġiet irreġistrata fil-5 ta’ Frar 2009 mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-klassijiet 12, 37 u 39; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “TEN” bil-kuluri “blu, isfar, iswed”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 37 u 39 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6750574

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 6b(1) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi sa fejn tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja, għalkemm ir-reġistrazzjoni tagħha taqa’ fl-ambitu tal-projbizzjoni msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 7(1)(g) sa fejn tali reġistrazzjoni tqarraq bil-pubbliku billi ġġiegħlu jaħseb li l-prodotti u s-servizzi li għalihom hija rreġistrata t-trade mark Komunitarja ġew approvati jew awtorizzati mill-Unjoni Ewropea jew minn waħda mill-istituzzjonijiet tagħha.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/22


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — MAF vs Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

(Kawża T-23/12)

(2012/C 98/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mutuelle des Architectes Français assurances (MAF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Autorité européenne des assurances et des pensions professionnelles

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjonijiet li jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-internet tal-Awtorità l-informazzjoni kollha bl-Ingliż biss, inkluż il-konsultazzjonijiet pubbliċi varati fis-7 u fit-8 ta’ Novembru 2011 kif ukoll fil-21 ta’ Diċembru 2011, huma annullati;

sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tas-16 ta’ Jannar 2012, hija annullata;

l-Awtorità hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 8(1)(k) u 73 tar-Regolament Nru 1094/2010 (1) sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet jobbligaw lill-konvenuta biex tippubblika informazzjoni relatata mal-attivitajiet tagħha fuq is-sit tal-internet, u dan fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (UE). Ir-rikorrenti tinvoka żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi sa fejn il-konvenuta tiġġustifika r-rifjut li jiġu ppubblikati l-konsultazzjonijiet pubbliċi kkontestati fil-lingwa tar-rikorrenti b’mod partikolari abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet relatati mal-ispiża, kif ippreċiżat fl-Artikolu 73(3), tar-Regolament Nru 1094/2010 li x-xogħlijiet ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Awtorità jsiru miċ-ċentru tat-traduzzjoni tal-entitajiet tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrenti ssostni li dan l-obbligu japplika wkoll fir-rigward tal-konsultazzjonijiet pubbliċi varati mill-konvenuta u mhux biss fir-rigward tar-rapport annwali, tal-pjan ta’ ħidma u tad-direzzjoni u rakkomandazzjonijiet tal-konvenuta.


(1)  Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, p. 48).


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/23


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — 3M Pumps vs UASI — 3M (3M Pumps)

(Kawża T-25/12)

(2012/C 98/38)

Lingwa tar-rikors: il-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: 3M Pumps (Taglio di Po, l-Italja) (rappreżentant: F. Misuraca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: 3M Company (St. Paul, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2011, fil-Każ R 2406/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “3M Pumps”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 16 u 38

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: 3M Company

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “3M”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 16 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b), u tal-Artikolu 8(5), tar-Regolament Nru 207/2009.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/23


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2012 — Bateni vs Il-Kunsill

(Kawża T-42/12)

(2012/C 98/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Naser Bateni (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle und M. Schlingmann, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-kawża u, b’mod partikolari, dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent

Il-Kunsill kiser id-dritt tar-rikorrent għal rimedju effettiv quddiem qorti u, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ motivazzjoni, inkwantu ma pprovdiex motivazzjoni suffiċjenti għall-inklużjoni tiegħu fl-anness tad-deċiżjoni u tar-regolament ikkontestati.

Il-Kunsill naqas li jsemmi, wara talba espressa tar-rikorrent, ir-raġunijiet jew l-argumenti, u li jipprovdi l-provi korrispondenti xierqa sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tiegħu fl-anness tad-deċiżjoni u tar-regolament ikkontestati.

Il-Kunsill kiser id-dritt għal smigħ tar-rikorrent inkwantu ma taħx il-fakultà li jinvoka l-possibbiltà, prevista fl-Artikolu 24(3) u (4) tad-deċiżjoni kkontestata u fl-Artikolu 36(3) u (4) tar-regolament ikkontestat, li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-entitajiet sanzjonati u, b’dan il-mod, li jobbliga lill-Kunsill jagħmel reviżjoni.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi fir-rigward tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-entitajiet sanzjonati

Ir-raġunijiet addottati mill-Kunsill ma jurux bi preċiżjoni liema hija l-bażi legali li fuqha l-Kunsill ibbaża ruħu sabiex jinkludi lir-rikorrent fil-lista tal-entitajiet sanzjonati.

Attività li r-rikorrent wettaq biss sa Marzu 2008 ma tistax tiġġustifika l-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-entitajiet sanzjonati tax-xahar ta’ Diċembru 2011.

L-attività tar-rikorrent bħala direttur tal-Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH ma tiġġustifikax l-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-entitajiet sanzjonati, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (3) sa fejn kienet tirrigwarda lil HTTS GmbH.

Il-fatt biss li r-rikorrent sar direttur ta’ kumpannija Ingliża, li fil-frattemp ġiet xolta, ma jippermettix li jiġi konkluż li rriżultat waħda mir-raġunijiet indikati fl-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK (4) u/jew fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-entitajiet sanzjonati.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrent għar-rispett tal-proprjetà privata

L-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-entitajiet sanzjonati tikkostitwixxi ksur inġustifikat tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-proprjetà privata tiegħu, inkwantu, minħabba motivazzjoni insuffiċjenti min-naħa tal-Kunsill, ir-rikorrent ma kienx f’pożizzjoni li jifhem għal liema raġunijiet huwa ġie inkluż fil-lista ta’ persuni milquta mill-miżuri ta’ sanzjoni.

L-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-entitajiet sanzjonati bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u r-Regolament Nru 961/2010, hija manifestament inadatta u tikkostitwixxi, barra minn hekk, indħil sproporzjonat fid-dritt tiegħu għall-proprjetà privata.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p 1).

(4)  2010/413/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2012 — Ir-Renju Unit vs BĊE

(Kawża T-45/12)

(2012/C 98/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: K. Beal, Barrister, u E. Jenkinson, aġent)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Qafas ta’ Standards tal-Bank Ċentrali Ewropew ippubblikat fit-18 ta’ Novembru 2011, sa fejn jistabbilixxi l-politika ta’ post ta’ residenza għas-sistemi ċentrali ta’ kumpens b’kontroparti (“CCPs”); u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenut li jippubblika l-att ikkontestat, jew kompletament, jew sussidjarjament mingħajr ma saret promulgazzjoni ta’ att leġiżlattiv bħalma huwa Regolament, adottat jew mill-Kunsill jew inkella mill-Bank Ċentrali Ewrope (BĊE) innifsu.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-att ikkontestat ser jimponi, de jure jew de facto, rekwiżit ta’ residenza fuq is-sistemi ċentrali ta’ kumpens b’kontroparti (“CCPs”) li jixtiequ jwettqu operazzjonijiet ta’ kumpens jew ta’ ħlas fil-munita Euro u li n-negozjar ta’ kuljum tagħhom jeċċedi ċertu volum. L-att ikkontestat jikser, flimkien jew separatament, l-Artikoli 48, 56 u/jew 63 TFUE, sa fejn:

CCPs stabbiliti fi Stati Membri li ma adottawx l-Euro, bħar-Renju Unit, ser ikollhom jittrasferixxu ċ-ċentri ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tagħhom lejn Stati Membri li huma membri taż-Żona Euro. Huma ser ikollhom ukoll jerġgħu jinkorporaw ruħhom mill-ġdid bħala persuni ġuridiċi rrikonoxxuti mid-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor;

fil-każ fejn tali CCPs ma jirrilokawx kif meħtieġ, huma ser ikunu preklużi mill-aċċess għas-swieq finanzjarji tal-Istati Membri fiż-Żona Euro, jew kompletament jew inkella taħt l-istess kundizzjonijiet bħas-CCPs stabbiliti f’dawk it-territorji;

dawn ic-CCPs mhux residenti mhux ser ikunu intitolati jużaw il-faċilitajiet offruti mill-BĊE jew mill-Banek Ċentrali Nazzjonali (“BĊN”) taż-Żona Ewro, jew kompletament jew inkella taħt l-istess kundizzjonjiet; u

b’riżultat ta’ dan, il-possibbiltà li tali CCPs joffru servizzi ta’ kumpens jew ta’ ħlas fil-munita Euro lill-klijenti fl-Unjoni ser tiġi limitata jekk mhux saħansitra pprojbita kompletament.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-att ikkontestat jikser l-Artikoli 101 u/jew 102 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 106 TFUE u l-Artikolu 13 TUE, peress li:

huwa effettivament jeżiġi li kull operazzjoni ta’ kumpens fil-munita Euro li taqbeż ċertu livell għandha ssir minn CCPs stabbiliti fi Stat Membu li huwa membru taż-Żona Euro;

huwa effettivament jagħti istruzzjonijiet lill-BĊN sabiex ma jipprovdux riżervi fil-munita Euro lill-CCPs stabbiliti fi Stati Membri li ma humiex membri taż-Żona Euro jekk huma jaqbżu l-limitu stabbilit fid-deċiżjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rekwiżit li s-CCPs stabbiliti fi Stati Membri li ma humiex fiż-Żona Euro jadottaw personalità ġuridika u residenza differenti jammonta għal diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq iċ-ċittadinanza. Dan jikser ukoll il-prinċipju ġenerali tal-UE ta’ ugwaljanza, peress li CCPs stabbiliti fi Stati Membri differenti huma suġġetti għal trattament mhux ugwali mingħajr ma dan huwa oġġettivament iġġustifikat.

(5)

Il-Ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-att ikkontestat jikser b’mod sħiħ jew parti mill-Artikoli II, XI, XVI u XVII tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS).

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li mingħajr ma jassumi l-oneru li jistabbilixxi li ma teżisti ebda ġustifikazzjoni ta’ interess pubbliku għal tali restrizzjonijiet (peress li huwa l-BĊE li għandu l-oneru li jiġġustifika opinjoni favorevoli għal deroga, jekk huwa jagħżel dan), ir-Renju Unit jallega li kull ġustifikazzjoni ta’ politika pubblika li tista’ tiġi invokata mill-BĊE ma tkunx tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, peress li jeżistu miżuri oħra inqas restrittivi sabiex jiġi żgurat kontroll tal-istituzzjonijiet finanzjarji residenti fl-Unjoni iżda stabbiliti fi Stati Membri barra ż-Żona Euro.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/25


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2012 — Chrysamed Vertrieb vs UASI — Chrysal International (Chrysamed)

(Kawża T-46/12)

(2012/C 98/41)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chrysamed Vertrieb GmbH (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chrysal International BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Novembru 2011, fil-Każ R 46/2011-1 u tiċħad l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni;

tikkkundanna lill-UASI u, skont il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Chrysamed” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 387 071)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Chrysal International BV

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CHRYSAL”, reġistrazzjoni internazzjonali Nru 645 377 għal prodotti fil-klassijiet 1, 5 u 31 u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 144 634 għal prodotti fil-klassi 1, kif ukoll it-trade mark figurattiva “CHRYSAL”, reġistrazzjoni internazzjonali Nru 877 785 għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 5 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, fin-nuqqas ta’ kull probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2012 — Western Digital and Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-60/12)

(2012/C 98/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Western Digital Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) u Western Digital Ireland, Ltd (Grand Cayman, il-Ġżejjer Kajman) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat, R. Patel, Solicitor u P. Stuart, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuta sabiex tippreżenta l-kwestjonarji li hija kienet bagħtet lil terzi matul l-ewwel fażi u t-tieni fażi tal-investigazzjoni tagħha tal-akkwist propost minn Seagate tan-negozju tal-hard disks ta’ Samsung Electronics Co. Ltd;

tordna lill-konvenuta tagħti aċċess għall-fajl ta’ prenotifika u ta’ postnotifika tat-tranżazzjoni, inkluż, b’mod partikolari, l-aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ kull korrispondenza u kitbiet reġistrati ta’ kuntatti bejn Seagate, Samsung u l-Kummissjoni sad-data tan-notifika, u kull komunikazzjoni interna fi ħdan il-Kummissjoni — fil-Kawżi Seagate vs Samsung u Western Digital Ireland vs Viviti Technologies — li jikkonċernaw il-prijorità mogħtija liż-żewġ tranżazzjonijiet;

tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Novembru 2011, fil-Każ COMP/M.6203 — Western Digital Ireland vs Viviti Technologies dwar proċeduri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) u sa fejn ikun neċessarju, l-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bl-adozzjoni u/jew bl-applikazzjoni tal-hekk imsejħa “regola ta’ prijorità” sa fejn:

il-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza sabiex tadotta regola ta’ prijorità bbażata fuq id-data tan-notifika;

il-prinċipju tal-prijorità huwa illegali u jikser il-prinċipju ġenerali ta’ ekwità u ta’ amministrazzjoni tajba;

Il-Kummissjoni kisret l-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti li t-tranżazzjoni ser tiġi eżaminata bħala konċentrazzjoni ta’ “5 sa 4”.

il-Kummissjoni, permezz ta’ talbiet sproporzjonati ta’ prenotifika, bi ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ekwità u ta’ nondiskriminazzjoni, effettivament ċaħdet lir-rikorrenti mill-opportunità li jkunu notifikati l-ewwel bit-tranżazzjoni.

(2)

It-tieni motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata mill-fatt li r-rikorrenti kienu preklużi milli jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom, sa fejn:

ir-rikorrenti ma ngħatawx il-possibbiltà li jikkonfutaw argumenti, assertazzjonijiet u preżunzjonijiet li jifformaw parti md-deċiżjoni kkontestata, iżda ma jifformawx parti mid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet;

ir-rikorrenti ma ngħatawx il-possibbiltà li janalizzaw id-data rilevanti u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

(3)

It-tielet motiv jallega li fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta wettqet żbalji ta’ liġi u bbażat ruħha fuq provi li huma materjalment ineżatti, mhux affidabbli u mhux kapaċi li jsostnu t-talbiet li huma bbażati fuqhom, u li huma bbażati fuq żbalji ta’ liġi.

(4)

Ir-raba’ motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni għaliex hija timponi miżuri korrettivi sproporzjonati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2012 — ABC-One vs UASI (SLIM BELLY)

(Kawża T-61/12)

(2012/C 98/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH (Villach St. Magdalen, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Novembru 2011 fil-Każ R 1077/2011-1 li għandha bħala suġġett applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “SLIM BELLY” bħala trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SLIM BELLY” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 576 811) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 28, 41 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark inkwistjoni kienet distintiva sew u ma kinitx deskrittiva tal-prodotti u servizzi inkwistjoni.


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/27


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2012 — Oil Turbo Compressor vs Il-Kunsill

(Kawża T-63/12)

(2012/C 98/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oil Turbo Compressor Co. (kumpannija privata b’responsabbiltà limitata) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali sabiex tordna lill-konvenut jikkomunika d-dokumenti kollha li huma relatati mad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti; u

tikundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tinvoka l-motivi li ġejjin.

(1)

L-ewwel motiv: evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq punti ta’ fatt żbaljati. Dan huwa partikolarment minnu fir-rigward tal-punt 48 tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata adottata mill-konvenut, li jiddikjara li r-rikorrenti hija fergħa ta’ Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) (magħrufa bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG), kumpannija indikata mill-UE. Ir-rikorrenti ma hijiex involuta, direttament jew indirettament, permezz ta’ kumpannija li għandha sehem fiha, f’attivitajiet nukleari b’riskju ta’ proliferazzjoni u/jew fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil tal-armi nukleari jew sistemi oħra ta’ armi. Għalhekk ma hemm l-ebda fatt li jiġġustifika d-deċiżjoni tal-konvenut u l-anqas il-ħsara li dan jikkawża għad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti li huma ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta tad-Drittijiet Fundamentali”).

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka li l-konvenut ikkawżalha ħsara għal-libertà tagħha ta’ impriża ggarantita fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u tad-dritt li tgawdi u tiddisponi fl-Unjoni Ewropea mill-proprjetà tal-beni tagħha li tkun akkwistat legalment, dritt iggarantit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tad-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 20 u mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni.

(2)

It-tieni motiv: ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-motiv imsemmi fil-punt 48 tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata huwa wisq ġenerali u ma jiġġustifikax fih innifsu l-ħsara enormi lid-drittijiet fundamentali tagħha. Il-konvenut ma jindikax il-punti ta’ fatt u l-provi li allegatament huma fil-pussess tiegħu. Ir-rikorrenti wkoll lanqas ma taf bl-ebda punt ta’ fatt u/jew ta’ prova li jista’ jiġġustifika d-deċiżjoni kkontestata.

(3)

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-inklużjoni tagħha fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK ma hijiex raġonevolment proporzjonata mal-għan tad-deċiżjoni, li jikkonsisti f’li tiġi ostakolata kull attività nukleari b’riskju ta’ proliferazzjoni kif ukoll il-kummerċ u/jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil tal-armi nukleari jew sistemi oħra ta’ armi fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Il-konvenut ma jindikax li l-esklużjoni tar-rikorrenti mill-kummerċ ekonomiku mal-Unjoni Ewropea hija adegwata sabiex jintlaħaq l-għan imfittex. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-konvenut manifestament astjena milli jevalwa l-impatt enormi fuq id-drittijiet fundamentali tagħha meta mqabbel mal-għan allegatament imfittex.

(4)

Ir-raba’ motiv: ksur tad-dritt għal smigħ

F’dan il-kuntest, huwa allegat li l-konvenut naqas milli jagħti raġunijiet suffiċjenti għat-tniżżil tar-rikorrenti fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Għalhekk il-konvenut kiser l-obbligu tiegħu li jispjega lir-rikorrenti r-raġunijiet speċifiċi u konkreti li jiġġustifikaw id-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata ma ġietx innotifikata lilha u li hija lanqas biss instemgħat waqt seduta. Ir-rikorrenti żżid li t-talba tagħha ta’ aċċess għall-fajl inkwistjoni qatt ma ntlaqgħet mill-konvenut.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71).


31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/28


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2012 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/12)

(2012/C 98/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) u Henkel France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: R. Polley, T. Kuhn, F. Brunet u E. Paroche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ “COMP/39.579 — Deterġenti għall-Konsumatur”, li biha l-konvenuta ċaħdet it-talba tar-rikorrenti sabiex tittrasferixxi lill-Autorité de la Concurrence Franċiża d-dokumenti ppreżentati fil-Każ COMP/39.579 f’dak li jirrigwarda l-Każ tagħha 09/0007F, rigward is-settur tad-deterġenti Franċiżi;

tordna lill-konvenuta tħalli lir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq id-dokumenti mitluba fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Appell f’Pariġi, li fiha r-rikorrenti kkontestaw id-deċiżjoni tal-Autorité de la Concurrence Franċiża tat-8 ta’ Diċembru 2011 (jew fil-proċeduri quddiem l-Autorité de la Concurrence, kemm-il darba din tal-aħħar tiddeċiedi li terġa tiftaħ il-każ);

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż legali u spejjeż oħra marbuta ma’ din il-kwistjoni; u

tieħu dawk il-miżuri l-oħra li l-Qorti Ġenerali jidhriha xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, billi jallegaw li, b’mod illegali, il-konvenuta ċaħdet it-talba tar-rikorrenti li jintbagħtu d-dokumenti mitluba jew li tippermetti lir-rikorrenti l-użu tad-dokumenti mitluba fil-proċeduri Franċiżi, u b’hekk kisret id-drittijiet fundamentali tad-difiża tar-rikorrenti, kif ukoll l-obbligi tagħha stess skont l-Artikolu 4(3) TUE.