ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.091.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 91

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
28 ta' Marzu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 091/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6489 – Saint-Gobain/Trakya/Sisecam/JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 091/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2012/C 091/03

Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2012 L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

3

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 091/04

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

4

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6489 – Saint-Gobain/Trakya/Sisecam/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 91/01

Fil-21 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6489. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Marzu 2012

2012/C 91/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3333

JPY

Yen Ġappuniż

110,57

DKK

Krona Daniża

7,4357

GBP

Lira Sterlina

0,83590

SEK

Krona Żvediża

8,8935

CHF

Frank Żvizzeru

1,2056

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5710

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,603

HUF

Forint Ungeriż

291,80

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6984

PLN

Zloty Pollakk

4,1367

RON

Leu Rumen

4,3725

TRY

Lira Turka

2,3809

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2681

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3233

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3525

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6203

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6744

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 511,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1035

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3974

HRK

Kuna Kroata

7,5125

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 208,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,0746

PHP

Peso Filippin

57,260

RUB

Rouble Russu

38,6650

THB

Baht Tajlandiż

40,946

BRL

Real Brażiljan

2,4271

MXN

Peso Messikan

16,8782

INR

Rupi Indjan

67,6980


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

28.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/3


Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2012 “L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”

2012/C 91/03

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 2/2012 “L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

28.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/4


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 91/04

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PÂTÉ DE CAMPAGNE BRETON”

KE Nru: FR-PGI-0005-0879-23.05.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Pâté de Campagne Breton”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Il-kategorija 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” huwa patè tal-laħam tal-majjal biss, li jsir mil-laħam tal-majjal u mill-ġewwieni tiegħu. Huwa jrid ikun fih ukoll l-ingredjenti tal-laħam li ġejjin: grieżem bla qoxra (25 % jew iktar), fwied (20 % jew iktar) u ġlud imsajrin (5 % jew iktar), kif ukoll il-basal frisk (5 % jew iktar). L-ingredjenti tal-laħam kif ukoll il-basal iridu jkunu friski.

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” hu magħmul minn għadd ta’ biċċiet kbar, imqattgħin b’mod raff, li huma mqassmin b’mod uniformi f’kull biċċa. Dan il-prodott għandu lewn skur, konsistenza soda u togħma qawwija ta’ laħam, fwied u basal.

Minbarra dawn l-ingredjenti li jridu bil-fors jintużaw fil-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”, l-ingredjenti li mhumiex magħmulin mil-laħam – minbarra l-basal – jirrappreżentaw mhux iktar minn 15 % tal-massa totali użata biex jiġi prodott. Dawn huma l-ilma (fil-forom kollha tiegħu), il-brodu (5 % jew inqas), iz-zokkor (sukrożju, destrożju, lattożju) (1 % jew inqas), il-bajd sħiħ frisk, l-abjad tal-bajd frisk (2 % jew inqas tal-piż tal-materja niexfa jew tal-mili), id-dqiq, il-lamti (3 % jew inqas), l-aċidu assorbiku u l-askorbat tas-sodju (massimu ta’ 0,03 % tal-massa totali użata biex jiġi prodott), il-ġeli u l-ġelatina “G” tal-majjali, il-melħ (2 % jew inqas), il-bżar (0,3 % jew inqas), ħwawar oħrajn (noċemuskata, tewm, basal, tursin, sagħtar, rand), sajders u spirti magħmulin mit-tuffieħ (spirtu, “lambig”, eċċ.), l-ispirtu tat-tip “Chouchen”, in-nitrit tas-sodju jew tal-potassju u l-karamella ordinarja għall-kulur.

L-ingredjenti li ġejjin meħudin flimkien m’għandhomx jiffurmaw iktar minn 1,7 % tal-massa totali użata biex jiġi prodott: il-ġeli u l-ġelatina “G” tal-majjali, in-noċemuskata, it-tewm, il-basal, it-tursin, is-sagħtar, ir-rand, is-sajders u l-ispirti magħmulin mit-tuffieħ (spirtu, “lambig”, eċċ.), l-ispirtu tat-tip “Chouchen” u n-nitrit tas-sodju jew tal-potassju.

Meta jkun qed jiġi prodott dan il-patè, id-dijametru tal-biċċiet imqattgħin jiġi adattat għad-daqs tal-patè, sabiex tinkiseb dehra sodisfaċenti, ikun x’ikun id-daqs ta’ kull biċċa patè:

għall-patè mibjugħ f’pakketti ta’ 200 gramma jew iktar, il-biċċiet imqattgħin ikollhom dijametru ta’ 8 millimetri jew iktar;

għall-patè mibjugħ f’pakketti ta’ 200 gramma jew inqas, il-biċċiet imqattgħin ikollhom dijametru ta’ 6 millimetri jew iktar.

Wara l-biċċiet imqattgħin jitħalltu mal-mili fin li jirriżulta mill-ikkapuljar tal-ingredjenti tal-laħam u ta’ dawk li mhumiex magħmulin mil-laħam. Ix-xaħmijiet jistgħu jissaħħnu sa ma jiftħu jagħlu u mbagħad jiżdiedu mal-mili kif ikun għadhom sħan. Wara, il-mili jiġi ppakkjat u jinħema fil-forn jew jiddaħħal fil-laned b’mod mhux settiku (jiġi ppakkjat f’laned tal-metall, fi bwieqi tal-ħġieġ jew f’vażetti tal-ħġieġ).

Għall-prodotti li jinbiegħu friski, it-taħlita titgħatta b’borqom frisk tal-majjal u tinħema fil-forn u b’hekk tikseb il-qoxra tipika tagħha. Il-patès li jinbiegħu fil-bottijiet jinħmew fil-forn sa ma jieħdu qoxra kannellija u mbagħad jitħallew joqogħdu u jiġu sterilizzati.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Għall-materja prima li ġejja mil-laħam: Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton IGP” huwa magħmul minn laħam tal-majjal li jkun ġej minn razez li huma mniżżlin fir-reġistri tal-bhejjem jew fir-reġistri tat-tnissil tal-bhejjem tal-Korpi għall-għażla tal-majjali approvati mill-Ministru Franċiż għall-Agrikoltura. Jistgħu jintużaw ukoll annimali tal-istess razez li jitnisslu permezz ta’ skemi tal-għażla jew ta’ skemi ta’ taħlit tar-razez li jkollhom għanijiet li jkunu kompatibbli ma’ dawk tar-reġistru Franċiż tal-bhejjem.

Dan il-kriterju ta’ tniżżil fir-reġistri jippermetti li jiġu kkontrollati s-sorsi tal-forniment u jitneħħew l-annimali tat-tgħammir li jkollhom karatteristiki li ma jkunux favorevoli mil-lat ġenetiku (li jkunu sensittivi għall-istress) u li jinżammu biss dawk li jissodisfaw għadd partikulari ta’ kriterji kwalitattivi ddefiniti mill-Korpi għall-għażla tal-majjali bħal, pereżempju, il-kriterji dwar il-kontenut tal-ilma u tax-xaħam. Ir-razez imniżżlin fir-reġistru b’dan il-mod jikkostitwixxu l-bażi kwalitattiva tal-laħmijiet (dgħif, xaħam iebes, ġilda, biċċiet tar-ras li jistgħu jittieklu, il-qalb), li jintużaw biex jiġi prodott il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”.

Il-laħmijiet użati biex jiġi prodott il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” iridu jkunu ġejjin minn karkassi tal-majjali ta’ iktar minn 80 kilogramma. Il-karkassi ħfief wisq, b’karatteristiki nutrittivi u teknoloġiċi dgħajfa, huma esklużi.

Sabiex jiġi llimitat l-istress li jista’ jbaxxi l-kwalità tal-laħam u tax-xaħam, għandu jkun hemm perjodu ta’ stennija ta’ mhux inqas minn sagħtejn bejn il-ħatt tal-annimal fil-biċċerija u l-qtil tiegħu.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma ssemmi l-ebda rekwiżiti speċifiċi b’rabta ma’ dan.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” jiġi prodott fiż-żona ġeografika.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” jinbiegħ:

jew frisk u ppakkjat f’reċipjent tal-fuħħar, imgeżwer f’film tal-plastika jew f’atmosfera mmodifikata jew f’vakwu,

jew frisk u maqtugħ fil-post tal-produzzjoni stess,

jew frisk maqtugħ biċċa biċċa u mgeżwer f’film tal-plastika jew f’atmosfera mmodifikata jew f’vakwu għall-bejgħ fejn ix-xerrej jieħu li jrid hu stess;

jew imdaħħal fil-laned b’mod mhux settiku u ppakkjat f’bieqja tal-ħġieġ, f’landa tal-metall jew f’vażett tal-ħġieġ.

Il-piż tiegħu jvarja minn 40 gramma sa 10 kilogrammi.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

It-tikketta tal-prodott għandha tinkludi dan li ġej: l-isem tal-IĠP, jiġifieri “Pâté de Campagne Breton”, l-isem u l-indirizz tal-korp ta’ ċertifikazzjoni u, jekk ikun il-każ, il-marka kollettiva ċċertifikata tiegħu, skont ir-regoli tal-użu tagħha, kif ukoll il-lowgo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika hija ż-żona tal-produzzjoni tradizzjonali ta’ dan il-prodott. Din tinkludi ż-żona kollha tad-dipartimenti li ġejjin: Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Loire-Atlantique u Morbihan.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Ir-reġjun storiku tal-Brittanja jikkorrispondi għaż-żona tradizzjonali tal-produzzjoni tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”. F’dan ir-reġjun, it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam (“charcuterie”) tmur lura għal sekli sħaħ. Fi żmien il-Brittanja Dukali, fis-seklu sittax, il-familji ta’ dan ir-reġjun kienu joqtlu l-majjali tagħhom u jipproduċu l-prodotti tal-laħam ippriservat tagħhom stess.

In-nies ta’ dan ir-reġjun użaw dan il-fattur speċifiku billi bdew jipproduċu diversi tipi ta’ prodotti tal-laħam, u b’mod partikulari l-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”. Il-produzzjoni ta’ dan il-patè kienet tippermetti ’l dak li jkun ma jaħlix il-ġewwieni u l-fdalijiet tal-laħam li jibqgħu wara li l-majjal jitqatta’.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” hija bbażata fuq kwalità speċifika u għarfien speċifiku, kif ukoll fuq il-fama tiegħu.

A.   Il-kwalità speċifika

Il-fwied, il-gerżuma, il-ġilda u xi kultant ukoll il-biċċiet tar-ras li jistgħu jittieklu jew il-qalb, kienu fost l-ingredjenti tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”. Il-fwied, li kien jitqies bħala parti mill-annimal li fih valur kbir, jagħti lill-patè t-togħma, il-lewn u l-kwalità żejtnija tiegħu, u jagħtih togħma partikulari. Il-grieżem, il-ġlud imsajrin u l-basal huma tliet ingredjenti tradizzjonali essenzjali oħrajn tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”, li wkoll jgħinu biex jagħtuh il-karatteristiki organolettiċi partikulari tiegħu. Il-basal, li jintuża fil-biċċa l-kbira tar-riċetti tradizzjonali ta’ dan ir-reġjun, iservi biex iħawwar l-ikel.

Il-fwied, id-dgħif u x-xaħam li jintuża fil-prodott għandu jitqatta’ b’mod raff. Il-preżenza ta’ biċċiet kbar tal-laħam f’dan il-prodott hija marbuta mal-metodi tal-produzzjoni li kienu jintużaw qabel. Illum il-ġurnata, sabiex tinżamm din il-karatteristika tal-prodott, il-produtturi tal-prodotti tal-laħam iridu jsiru esperti fit-teknika tat-tqattigħ, sabiex jinkisbu biċċiet b’dijametru kbir.

Il-preżenza ta’ borqom fuq barra tal-patè, li qabel kien jintuża sabiex il-mili jingħata sura u sabiex il-prodott jiġi protett, illum il-ġurnata għadha ħaġa obbligatorja għall-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” li jinbiegħ frisk sabiex dan iżomm id-dehra tradizzjonali tiegħu.

Dan jippermetti li l-prodott jikseb il-karatteristiki organolettiċi speċifiċi tiegħu: konsistenza soda u li tqarmeċ u togħma qawwija ta’ laħam, majjal imsajjar, fwied u basal.

B.   Karatteristika oħra: l-għarfien speċifiku

Fl-antik, kien hemm l-użanza li l-laħam jintuża mill-ewwel malli jitqatta’ l-majjal. Dak iż-żmien, l-għodod li kienu jintużaw għat-tqattigħ tal-majjali u tal-laħam (l-imnanar għat-tqattigħ tal-laħam, is-skieken) kienu jwasslu għal biċċiet tal-laħam li kienu kbar u għalhekk il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” kien jiġi prodott b’biċċiet imqattgħin b’mod raff.

Qabel, il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” kien jinħema fil-forn tal-ħobż għand tal-ħobż jew fil-forn tal-ħobż tar-raħal, f’dixxijiet mhux mgħottijin imsejħin “plats sabots” jew “casse à pâté” jewinkella f’reċipjenti apposta. Il-ħami f’forn niexef f’dixxijiet mhux mgħottijin iwassal biex iz-zokkor isir qisu karamella u jwassal għal proċessi li jagħtu lewn kannella lill-qoxra tal-prodott. Qabel jinħema, il-patè wkoll kien jitgħatta b’borqom tal-majjal sabiex it-taħlita tiġi llixxata, tingħata sura u tiġi protetta. B’hekk il-mili kien jibqa’ f’postu u l-prodott ma kienx jiġi xott. Il-karatteristiki speċifiċi tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” ġejjin mill-metodu ta’ produzzjoni tiegħu, li ngħadda minn ġenerazzjoni ta’ produtturi tal-industrija tal-prodotti tal-laħam għall-oħra, u huma rrikonoxxuti b’mod uffiċjali. Fil-fatt, hemm definizzjoni speċifika ta’ dan it-tip ta’ patè fil-Kodiċi msejjaħ “Code des usages de la Charcuterie, de la Salaison et des Conserves de Viandes”, fil-kategorija msejħa “Pâté de campagne supérieur”.

C.   Il-fama

F’konformità mat-tradizzjoni tal-produzzjoni tiegħu fid-djar individwali, il-produzzjoni tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” fid-djar inżammet matul is-snin. Qabel, dan il-platt magħmul fid-djar kien jitħejja wara l-festa msejħa “Fest an oc'h” li kienet issir b’rabta mas-sagrifiċċju tal-majjali.

Huwa u jżomm mal-fama tajba tiegħu, il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” għandu post importanti fil-wirt kulinari Franċiż.

Għal iktar minn 30 sena, is-setturi industrijali tar-reġjun tal-Brittanja ħadmu flimkien biex ikomplu jinżammu l-fama u l-ispeċifiċità tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”. Dan il-patè huwa prodott tal-laħam li huwa apprezzat kemm mid-distributuri kif ukoll mill-konsumaturi.

Fl-aħħar tas-seklu dsatax, l-industrija tar-reġjun tal-Brittanja tal-ippreservar tal-ħut fil-laned żviluppat sewwa. Dawn il-kumpaniji malajr bdew jippreservaw ukoll prodotti tal-ikel oħrajn fil-laned b’mod mhux settiku. B’hekk, il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” tqiegħed fil-laned b’mod mhux settiku għall-ewwel darba diversi deċennji ilu. Illum il-ġurnata, il-konsumaturi japprezzaw dan il-prodott kemm frisk kif ukoll imdaħħal fil-laned b’mod mhux settiku.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiki tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiki l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” ġej mit-tradizzjoni twila ta’ tkabbir tal-majjali u tal-ipproċessar tagħhom fil-post tat-tkabbir. Is-sistemi agrikoli fir-reġjun tal-Brittanja malajr iffukaw fuq it-tkabbir, u b’mod partikulari fuq it-tkabbir tal-majjali, f’kull azjenda agrikola.

B’hekk il-produtturi tgħallmu jipproċessaw il-biċċiet kollha tal-laħam li kien ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-fatt li l-produzzjoni kienet tibda eżatt malli jitqatta’ l-laħam kien jiżgura li l-prodott ikun frisk – ħaġa importanti minħabba li, dak iż-żmien, il-metodi għall-ippreservar tal-laħam kienu limitati.

Tradizzjonalment, kienu jintużaw il-partijiet kollha tal-majjal li setgħu jittieklu. B’hekk il-prodott kien ikollu konsistenza u togħma partikulari. L-użu tal-fwied, li fil-bidu tas-seklu għoxrin kien meqjus bħala parti mill-majjal li fih valur kbir, malajr sar waħda mill-karatteristiki ewlenin tal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”, u jagħti lill-prodott lewn li jagħti fir-roża u togħma partikulari ħafna.

Il-produtturi użaw il-firxa wiesgħa ta’ ħaxix imkabbar fir-reġjun sabiex idaħħlu l-basal mal-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”. L-użu tal-basal ukoll jagħti togħma partikulari lill-prodott minħabba li, meta jkun qed isir, toħroġ it-togħma tal-frott tal-basal, li tikkumplimenta tajjeb it-togħma tal-laħam.

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” ġej mill-għarfien tal-produtturi li għarfu jagħtu lil dan il-prodott karatteristiki partikulari. Minbarra l-ingredjenti, il-biċċiet tal-laħam imqattgħin b’mod raff jgħinu biex wieħed jidentifika dan il-prodott b’mod faċli meta jkun imqatta’ biċċa biċċa. Il-qoxra kannella hija marbuta bis-sħiħ mal-prodott minħabba l-ħami tradizzjonali tiegħu fil-fran pubbliċi.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-fama tiegħu, diversi xogħlijiet jikklassifikaw il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” bħala wieħed mill-prodotti tradizzjonali tar-reġjun tal-Brittanja jew jagħtu r-riċetta tiegħu. Diversi gwidi dwar ir-reġjun tal-Brittanja, fosthom dak imsejjaħ “Le Finistère gourmand 1997/1998”, jirreferu għad-diversi speċjalitajiet tar-reġjun u jfaħħru b’mod partikulari l-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton”. Bl-istess mod, il-gwida msejjaħ “Terroir de Bretagne” ifaħħar it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam fir-reġjun tal-Brittanja u jgħid hekk: “(…) Erbgħin, jew saħansitra ħamsin, kilogramma ta’ patè tat-tip ‘Pâté de Campagne Breton’ jiġu prodotti kull ġimgħa minn produttur tal-prodotti tal-laħam fil-kampanja. Kull wieħed minn dawn il-produtturi jħares b’attenzjoni r-riċetta tiegħu stess, imma kollha jħarsu l-proporzjonijiet bażiċi li ġejjin: terz ġewwieni u żewġ terzi grieżem (…)”. Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” jissemma f’diversi kotba tat-tisjir, kemm qodma, kif ukoll moderni, fosthom f’dawn li ġejjin:

“Gastronomie bretonne d’hier et d’aujourd’hui” (S. Morand, 1965);

“Les cuisines de France — Bretagne” (M. Raffael u D. Lozambard, 1990);

“Tout est bon dans le cochon” (J. C. Frentz u C. Vence, 1988);

“L’inventaire du patrimoine culinaire de la France, Bretagne — Produits du terroir et recettes traditionnelles” (CNAC, 1994);

“Le bottin gourmand 1996”;

“La France des saveurs”, Gallimard, 1997; u

“Vivre ici, hors Bretagne 1994”.

Għalhekk, il-fama ta’ dan il-prodott hija marbuta sewwa ma’ ismu u ġejja miż-żona ġeografika.

Dawn il-fatturi kollha jippermettu ’l dak li jkun jiddistingwi l-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” b’mod faċli mill-patès l-oħra u jiżguraw produzzjoni tipika li hija stabbilita sewwa fir-reġjun tal-oriġini tal-prodott.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPPatedecampagnebretonQCE12102011.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.