ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.088.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 088/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2012/C 088/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL) ( 1 ) |
|
2012/C 088/03 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2012/C 088/04 |
||
2012/C 088/05 |
||
2012/C 088/06 |
||
2012/C 088/07 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 088/08 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2012/C 088/09 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 088/10 |
||
2012/C 088/11 |
MEDIA 2007 – Sejħa għall-Proposti – EACEA/10/12 – Appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
(2) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 88/01
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
16.12.2011 |
||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32603 (11/N) |
||||||
Stat Membru |
L-Italja |
||||||
Reġjun |
— |
||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Misure a sostegno del trasporto combinato e/o trasbordato su ferrovia — c.d. «Ferrobonus» |
||||||
Il-bażi legali |
Decreto del Ministro delle Infrastrutture e dei Trasporti n. 592 del 4 agosto 2010; Decreto del Ministro delle Infrastrutture e dei Trasporti n. 750 del 4 ottobre 2010; Decreto dirigenziale n. 3284 del 15 novembre 2010 |
||||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||
L-għan |
Żvilupp settorjali, Il-ħarsien tal-ambjent |
||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
L-estimi |
|
||||||
L-intensità |
37 % |
||||||
It-tul ta' żmien |
2011-2012 |
||||||
Setturi ekonomiċi |
Il-ferroviji |
||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 88/02
Fis-16 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6452. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/4 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2012/C 88/03
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
5.10.2011 |
||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33053 (11/N) |
||||||
Stat Membru |
L-Ungerija |
||||||
Reġjun |
— |
Artikolu 107(3)(a) |
|||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Pannonia Ethanol Zrt. fejlesztési adókedvezménye |
||||||
Il-bażi legali |
|
||||||
It-tip tal-miżura |
għajnuna individwali |
Pannonia Ethanol Zártkörűen Működő Részvénytársaság |
|||||
L-għan |
Investiment fl-ipproċessar u fis-suq |
||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Benefiċċju fuq it-taxxa |
||||||
L-estimi |
Baġit globali: HUF 9 836,17 (f'miljuni) |
||||||
L-intensità |
37,63 % |
||||||
It-tul ta' żmien |
— |
||||||
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
29.2.2012 |
|||||||||||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33176 (11/N) |
|||||||||||||||||
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||||||||||||
Reġjun |
— |
— |
||||||||||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Misura 223 — Imboschimento di superfici non agricole |
|||||||||||||||||
Il-bażi legali |
|
|||||||||||||||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||||||||||
L-għan |
Forestrija |
|||||||||||||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||||||||||||
L-estimi |
Baġit globali: EUR 40,86 (f'miljuni) |
|||||||||||||||||
L-intensità |
80 % |
|||||||||||||||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
|||||||||||||||||
Setturi ekonomiċi |
Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam |
|||||||||||||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/6 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni 2012/168/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 264/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran
2012/C 88/04
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni 2012/168/PESK (1), u f'Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 264/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 359/2011. Il-fini għan-nomini ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Unità tal-Koordinazzjoni DG K |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/167/PESK, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 263/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
2012/C 88/05
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/167/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 263/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet nominati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilita skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.
Fid-29 ta' Novembru 2011, is-6 ta' Jannar 2012, it-13 ta' Frar 2012, l-1 ta' Marzu u s-16 ta' Marzu 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni nominati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Unità tal-Koordinazzjoni DG K |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/9 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
2012/C 88/06
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Ir-raġunijiet għall-indikazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-enititajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru/i rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, lill-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Unità tal-Koordinazzjoni DG K |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/10 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
2012/C 88/07
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness V għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK (1), u fl-Anness IB għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti tal-Internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Unita tal-Koordinazzjoni – DG K |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/11 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Marzu 2012
2012/C 88/08
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3242 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
109,10 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4355 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83630 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9240 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2054 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,6380 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,725 |
HUF |
Forint Ungeriż |
294,48 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6969 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1682 |
RON |
Leu Rumen |
4,3723 |
TRY |
Lira Turka |
2,3862 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2745 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3263 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2839 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6300 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6748 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 504,36 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,2241 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3450 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5235 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 127,58 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0739 |
PHP |
Peso Filippin |
56,931 |
RUB |
Rouble Russu |
38,9144 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,732 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,4109 |
MXN |
Peso Messikan |
17,0186 |
INR |
Rupi Indjan |
67,8980 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/12 |
Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3)
2012/C 88/09
Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IL-BELĠJU
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006
— |
Carte d’identité diplomatique (carte D) Diplomatieke identiteitskaart (D kaart) Diplomatischer Personalausweis (D Karte) (Diplomat’s Identity Card — D card) Karta tal-identità diplomatika (tat-tip “D”)
|
— |
Carte d’identité consulaire (carte C) Consulaat identiteitskaart (C kaart) Konsularer Personalausweis (C Karte) (Consular Identity Card — C card) Karta tal-Identità Konsulari (tat-tip “C”)
|
— |
Carte d’identité spéciale — couleur bleue (carte P), délivrée avant et après le 1.2.2012 Bijzondere identiteitskaart — blauw (P kaart), uitgereikt vóór en na 1.2.2012 Besonderer Personalausweis — blau (P Karte), ausgestellt vor und nach dem 1.2.2012 (Special Identity Card — blue in colour — P card), issued before and after 1.2.2012 (Karta tal-Identità Speċjali – ta’ lewn ikħal – tat-tip “P”), maħruġa qabel u wara l-1.2.2012.
|
— |
Carte d’identité spéciale – couleur rouge (carte S) Bijzondere identiteitskaart — rood (S kaart) Besonderer Personalausweis — rot (S Karte) (Special Identity Card — red in colour — S card) (Karta tal-identità speċjali – ħamra – tat-tip “S”)
|
— |
Document d’identité E pour les enfants âgés de moins de 5 ans des étrangers privilégiés titulaires d’une carte d’identité diplomatique, d’une carte d’identité consulaire, d’une carte d’identité spéciale — couleur bleue ou d’une carte d’identité spéciale — couleur rouge Identiteitsbewijs E voor kinderen, die de leeftijd van vijf jaar nog niet hebben bereikt, van een bevoorrecht vreemdeling dewelke houder is van een diplomatieke identiteitskaart, consulaire identiteitskaart, bijzondere identiteitskaart, blauw of bijzondere identiteitskaart — rood Identitätsdokument E für Kinder unter fünf Jahren, für privilegierte Ausländer, die Inhaber eines diplomatischen Personalausweises sind, konsalrer Personalausweis, besonderer Personalausweis — rot oder besonderer Personalausweis — blau. (Identity document E for children, under the age of five, of aliens who are holders of diplomatic identity cards, consular identity cards, blue special identity cards or red special identity cards) (Karta tal-Identità tat-tip “E” għat-tfal, taħt l-età ta' ħames snin, ta' stranġieri li huma detenturi tal-karti tal-identità diplomatiċi, karti tal-identità konsulari, karti tal-identità speċjali blu jew karti tal-identità speċjali ħomor)
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/18 |
MEDIA 2007
Sejħa għall-Proposti – EACEA/09/12
Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali
2012/C 88/10
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
Din in-notifika dwar Sejħa għall-Proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata taħt din id-Deċiżjoni hija li jingħata appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali.
L-iskema tal-Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali ssawwar waħda mill-metodi li bih il-programm MEDIA 2007 jassigura li l-iżjed teknoloġiji u xejriet reċenti jkunu inkorporati fil-prattiċi tan-negozju tal-benefiċjarji tal-programm.
L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li tappoġġa l-ħolqien u l-isfruttar ta’ katalgi ta’ xogħlijiet Ewropej li jitqassmu diġitalment madwar il-fruntieri lil udjenza usa’ u/jew fiċ-ċinema permezz ta’ servizzi għad-distribuzzjoni avvanzata, bl-integrazzjoni, fejn ikun meħtieġ, ta’ sistemi ta’ sigurtà diġitali sabiex jiġi protett il-kontenut onlajn.
2. Applikanti eleġibbli
Din in-notifika hija maħsuba għall-kumpaniji Ewropej li bl-attivitajiet tagħhom jagħtu kontribut favur l-objettivi msemmija hawn fuq.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
il-pajjiżi taż-ŻEE |
— |
L-Isvizzera |
— |
Il-Kroazja |
— |
Il-Bożnja u l-Ħerżegovina (skont il-kondizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż fil-programm MEDIA) |
3. Attivitajiet eleġibbli
L-azzjonijiet eliġibbli fl-ambitu ta’ din is-sejħa għall-proposti huma dawn:
(1) |
Video on Demand (VoD): Servizz li jippermetti lil individwi li jagħżlu xogħlijiet awdjoviżivi minn server ċentrali biex jarawhom fuq skrin remot billi jistrimjawhom (streaming) u/jew iniżżluhom |
(2) |
Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali (DCD): Konsenja diġitali (fi standard kummerċjali aċċettabbli) ta' “Kontenut Prinċipali” (“Core Content”), jiġifieri feature films, films televiżivi jew sensiliet televiżivi (finzjoni, animazzjoni u dokumentarji) lil stabbilimenti ċinematografiċi għal użu kummerċjali (permezz ta' ħardisk, satellita, onlajn …) |
Il-perjodu tal-azzjoni għandu jdum tal-inqas 3 snin.
L-attivitajiet il-ġodda għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Lulju 2012 u l-1 ta’ Marzu 2013.
4. Kriterji tal-Għoti
Kull attività eliġibbli li titressaq ser tkun ivvalutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:
— |
il-katalgu u l-linja editorjali (10 %) |
— |
id-dimensjoni Ewropea tal-katalgu (20 %) |
— |
Il-kwalità u l-ispejjeż meħtieġa apparagun mal-effikaċja tal-Mudell ta’ Negozju mressaq (20 %) |
— |
L-istrateġija għat-tqegħid fis-suq (20 %) |
— |
L-aspetti innovattivi tal-attività (10 %) |
— |
Id-dimensjoni tal-Iggruppar u n-Netwerking (10 %) |
— |
L-udjenza fiċ-ċentru tal-proġett u l-impatt potenzjali (10 %) |
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 6 725 000.
Il-kontribuzzjoni massima għal kull attività taħt dawn il-linji gwida hija EUR 1 000 000.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja ser jkollha l-għamla ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2012.
Jiġu aċċettati biss dawk l-applikazzjonijiet li jitressqu fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċċjali, u li jkunu ffirmati b’mod xieraq mill-persuna li tkun awtorizzata tidħol f’impenji legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika. Fuq l-enveloppi huwa importanti li jinkiteb b’mod ċar:
MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografikia Diġitali – EACEA/09/12
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata jew servizz ta’ kurrier (spejjeż għall-applikant) f’dan l-indirizz:
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency |
MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografikia Diġitali – EACEA/09/12 |
Mr Constantin DASKALAKIS |
BOUR 03/30 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bil-posta elettronika.
7. Dettalji sħaħ
Il-linji gwida dettaljati u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/newtech/vod_dcc/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jitressqu fuq il-formoli pprovduti.
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/21 |
MEDIA 2007
Sejħa għall-Proposti – EACEA/10/12
Appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota
2012/C 88/11
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
Din in-notifika dwar Sejħa għall-Proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata skont din id-Deċiżjoni hija l-għoti ta’ appoġġ lill-implimentazzjoni tal-proġetti pilota.
Il-programm jista’ jappoġġja lill-proġetti pilota ħalli jiżgura li dan jadatta ruħu għall-iżviluppi tas-suq, b’emfasi partikulari fuq l-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni.
2. Applikanti eleġibbli
Dan l-avviż huwa maħsub għall-kumpaniji Ewropej li bl-attivitajiet tagħhom jagħtu kontribut favur l-għanijiet imsemmija hawn fuq.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
il-pajjiżi taż-ŻEE |
— |
L-Isvizzera |
— |
Il-Kroazja |
— |
Il-Bożnja u l-Ħerżegovina (skont il-kondizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż fil-programm MEDIA) |
3. Attivitajiet eleġibbli
L-azzjonijiet eliġibbli fl-ambitu ta’ din is-sejħa għall-proposti huma dawn:
(1) |
Distribuzzjoni: metodi ġodda kif jinħoloq u jitqassam kontenut awdjoviżiv Ewropew permezz ta' servizzi mhux lineari |
(2) |
Ambjent Miftuħ għall-Produzzjoni tal-Midja |
(3) |
Distribuzzjoni – Promozzjoni u Marketing: l-użu tal-għodod tekniki tal-internet favur l-iżvilupp ta’ komunità lokali taċ-ċinema |
(4) |
“Audiovisual Junction Portal”: sabiex jitwessa’ u jitjieb l-aċċess u l-isfruttar ta’ informazzjoni strutturata tal-kontenut awdjoviżiv Ewropew |
It-tul taż-żmien massimu tal-attivitajiet jista' jkun 12, 24 u 36 xahar.
L-attivitajiet għandhom jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013.
4. Kriterji tal-Għoti
Kull azzjoni eliġibbli li titressaq ser tkun ivvalutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:
— |
Ir-relevanza tal-attività għall-għanijiet tal-Programm (20 %) |
— |
Id-dimensjoni Ewropea tal-attività (20 %) |
— |
Iċ-ċarezza tal-għanijiet u l-gruppi fiċ-ċentru tal-azzjoni (15 %) |
— |
Iċ-ċarezza u l-konsistenza tat-tfassil ġenerali tal-azzjoni u l-probabilità li din tilħaq l-għan mixtieq fil-perjodu ta’ żmien stipulat tal-azzjoni (15 %) |
— |
L-ispejjeż meħtieġa apparagun mal-effikaċja tal-azzjoni (10 %) |
— |
L-esperjenza tal-organizzazzjonijiet li ser ikunu qed jieħdu sehem u l-kwalità tal-pjan ta’ ġestjoni tal-azzjoni (10 %) |
— |
Il-kwalità u l-effikaċja tal-pjan għat-tferrix tar-riżultati (10 %) |
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 1,5 miljun.
Ma hemm l-ebda ammont massimu.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja ser jkollha l-għamla ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Ġunju 2012.
Jiġu aċċettati biss dawk l-applikazzjonijiet li jitressqu fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċċjali, u li jkunu ffirmati b’mod xieraq mill-persuna li tkun awtorizzata tidħol f’impenji legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika. Fuq l-enveloppi huwa importanti li jinkiteb b’mod ċar:
MEDIA 2007 — Proġetti Pilota — EACEA/10/12
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata jew serizz ta’ kurrier (spejjeż għall-applikant) f’dan l-indirizz:
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency |
MEDIA 2007 – Proġetti Pilota – EACEA/10/12 |
Mr Constantin DASKALAKIS |
BOUR 03/30 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bil-posta elettronika.
7. Dettalji sħaħ
Il-linji gwida dettaljati u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/newtech/pilot/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jitressqu fuq il-formoli pprovduti.