ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.080.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
17 ta' Marzu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 080/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 73, 10.3.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 080/02

Kawża C-545/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq (Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-iskejjel Ewropej — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) — Dritt tal-għalliema kkollokati li jkollhom aċċess għall-istess progressjoni fil-karriera u għall-istess żieda fis-salarju bħall-kollegi nazzjonali tagħhom — Esklużjoni ta’ ċerti għalliema kkollokati mir-Renju Unit mal-iskejjel Ewropej mill-aċċess għall-iskali ta’ salarji iktar vantaġġużi u għall-pagamenti addizzjonali mogħtija lill-kollegi nazzjonali — Inkompatibbiltà mal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1))

2

2012/C 080/03

Kawża C-210/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hajdú-Bihar Megyei Bíróság — Ungerija) — Márton Urbán vs Vám- és Pénzügyőrség Észak-alföldi Regionális Parancsnoksága (Trasport bit-triq — Ksur tar-regoli dwar l-użu tal-ispidometru — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet proporzjonati — Multa b’rata fissa — Proporzjonalità tas-sanzjoni)

2

2012/C 080/04

Kawża C-249/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Appell — Dumping — Regolament (KE) Nru 1472/2006 — Importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-(Ċina u l-Vjetnam — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikoli 2(7), 9(5), u 17(3) — L-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq — Trattament individwali — Teħid ta’ kampjuni)

3

2012/C 080/05

Kawża C-277/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien — l-Awstrija) — Martin Luksan vs Petrus van der Let (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttivi 93/83/KEE, 2001/29/KE, 2006/115/KE u 2006/116/KE — Taqsim tad-drittijiet ta’ użu ta’ xogħol ċinematografiku, permezz ta’ kuntratt, bejn id-direttur prinċipali u l-produttur tax-xogħol — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti dawn id-drittijiet, esklużivament u ipso iure, lill-produttur tal-film — Possibbiltà ta’ deroga minn din ir-regola permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet — Drittijiet sussegwenti għal remunerazzjoni)

4

2012/C 080/06

Kawża C-553/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Novembru 2011 — Bernard Rintisch vs Klaus Eder

5

2012/C 080/07

Kawża C-601/11 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 mir-Repubblika Franciża kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-257/07, Franza vs Il-Kummissjoni

5

2012/C 080/08

Kawża C-609/11: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 minn Centrotherm Systemtechnick GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-427/09, centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

6

2012/C 080/09

Kawża C-610/11 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 minn Centrotherm Systemtechnik GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-434/09 — Centrotherm Systemtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

7

2012/C 080/10

Kawża C-614/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-30 ta’ Novembru 2011 — Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer vs Anneliese Kuso

8

2012/C 080/11

Kawża C-628/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Braunschweig (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2011 — Bußgeldsache vs International Jet Management GmbH

9

2012/C 080/12

Kawża C-642/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad — Varna (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Diċembru 2011 — EOOD Stroy Trans vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

9

2012/C 080/13

Kawża C-643/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Diċembru 2011 — LVK — 56 EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

10

2012/C 080/14

Kawża C-645/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2011 — Land Berlin vs Ellen Mirjam Sapir et

11

2012/C 080/15

Kawża C-664/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil de Barcelona (Spanja) fit-30 ta’ Diċembru 2011 — Serveis en Impressio i Retolacio Vargas, S.L. vs Banco Mare Nostrum, S.A.

11

2012/C 080/16

Kawża C-665/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil de Barcelona (Spanja) fit-30 ta’ Diċembru 2011 — Alfonso Carlos Amselem Almor vs NCG Banco, S.A.

12

2012/C 080/17

Kawża C-4/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo per la Sardegna (L-Italja) fit-2 ta’ Jannar 2012 — Danilo Tola vs Ministero della Difesa

12

2012/C 080/18

Kawża C-23/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fis-17 ta’ Jannar 2012 — Mohamad Zakaria

12

2012/C 080/19

Kawża C-48/12: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

13

2012/C 080/20

Kawża C-50/12 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2012 minn Kendrion NV kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-54/06, Kendrion NV vs Il-Kummissjoni

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 080/21

Kawża T-76/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — EI du Pont de Nemours et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Gomma Chloroprene — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet — Tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixi ksur — Impriża komuni — Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni)

15

2012/C 080/22

Kawża T-77/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Dow Chemical vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-lastiku chloroprene — Deċiżjoni li tirrgwarda ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet — Tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Impriża konġunta — Linji gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni)

15

2012/C 080/23

Kawża T-83/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Ftehim — Suq tal-gomma kloropren — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet — Qsim tas-suq — Prova tal-parteċipazzjoni fil-ftehim — Prova tad-distakkar mill-ftehim — Tul tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-multi — Nonretroattività — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta' proporzjonalità — Ċirkustanzi attenwanti)

16

2012/C 080/24

Kawża T-321/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — skytron energy vs UASI (arraybox) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali arraybox — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2012/C 080/25

Kawża T-469/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Setturi tal-ipproċessar tad-tadam u tal-ħażna tar-ross — Kontrolli prinċipali — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarji — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

16

2012/C 080/26

Kawża T-305/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Hartmann-Lamboy vs UASI — Diptyque (DYNIQUE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Kommunitarja verbali DYNIQUE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DIPTYQUE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 207/2009)

17

2012/C 080/27

Kawża T-387/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Goutier vs UASI — Euro Data (ARANTAX) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARANTAX — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ANTAX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użi ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)

17

2012/C 080/28

Kawża T-424/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Dosenbach-Ochsner vs UASI — Sisma (Rappreżentazzjoni ta’ iljunfanti f’rettangolu) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta iljunfanti f’rettangolu — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw iljunfant u trade mark nazzjonali verbali preċedenti elefanten — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru distintiv tat-trade marks preċedenti)

17

2012/C 080/29

Kawża T-596/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-2 ta’ Frar 2012 — Almunia Textil vs UASI — FIBA-Europe (EuroBasket) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trademark Komunitarja verbali EuroBasket — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Basket — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2012/C 080/30

Kawża T-64/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Run2Day Franchise BV vs UASI — Runners Point (Run2) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Run2 — Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti RUN2DAY — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti RUN2DATE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2012/C 080/31

Kawża T-315/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2012 — Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà)

18

2012/C 080/32

Kawża T-607/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2012 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trażmissjoni ta’ dokumenti lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali — Nuqqas ta’ natura provviżorja tal-miżuri mitluba — Inammissibbiltà)

19

2012/C 080/33

Kawża T-637/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2012 — Euris Consult vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratt pubbliku għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Malti — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Modalitajiet ta’ komunikazzjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Telf ta’ opportunità — Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli — Nuqqas ta’ urġenza)

19

2012/C 080/34

Kawża T-674/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2011 — TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni

19

2012/C 080/35

Kawża T-1/12: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni

20

2012/C 080/36

Kawża T-18/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2012 — Interbev vs Il-Kummissjoni

21

2012/C 080/37

Kawża T-22/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2012 — Fomanu vs UASI (Qualität hat Zukunft)

22

2012/C 080/38

Kawża T-26/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — PT Musim Mas vs Il-Kunsill

22

2012/C 080/39

Kawża T-29/12: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — Bauer vs UASI — BenQ Materials (Daxon)

23

2012/C 080/40

Kawża T-33/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2012 — Piotrowski vs UASI (MEDIGYM)

24

2012/C 080/41

Kawża T-34/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2012 — Herbacin cosmetic vs UASI — Laboratoire Garnier (HERBA SHINE)

24

2012/C 080/42

Kawża T-36/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — Athens Resort Casino vs Il-Kummissjoni

25

2012/C 080/43

Kawża T-43/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2012 — Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill

25

2012/C 080/44

Kawża T-337/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2012 — Colegio Oficial de Farmacéuticos de Valencia vs Il-Kummissjoni

26

2012/C 080/45

Kawża T-298/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Ghost Brand vs UASI — Procter & Gamble International Operations (GHOST)

26

2012/C 080/46

Kawża T-300/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Otto vs UASI — Nalsani (TOTTO)

26

2012/C 080/47

Kawża T-362/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

26

2012/C 080/48

Kawża T-397/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2012 — Symfiliosi vs FRA

26

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/1


2012/C 80/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 73, 10.3.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 65, 3.3.2012

ĠU C 58, 25.2.2012

ĠU C 49, 18.2.2012

ĠU C 39, 11.2.2012

ĠU C 32, 4.2.2012

ĠU C 25, 28.1.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-545/09) (1)

(Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-iskejjel Ewropej - Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) - Dritt tal-għalliema kkollokati li jkollhom aċċess għall-istess progressjoni fil-karriera u għall-istess żieda fis-salarju bħall-kollegi nazzjonali tagħhom - Esklużjoni ta’ ċerti għalliema kkollokati mir-Renju Unit mal-iskejjel Ewropej mill-aċċess għall-iskali ta’ salarji iktar vantaġġużi u għall-pagamenti addizzjonali mogħtija lill-kollegi nazzjonali - Inkompatibbiltà mal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1))

2012/C 80/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Gran Brittanja u L-Irlanda ta’ Fuq (rappresentati: H. Walker, aġent, J. Coppel, Barrister)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-iskejjel Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 16) — Remunerazzjponi ta’ għalliema kkollokati mal-iskejjel Ewropej — Esklużjoni, matul il-kollokament tagħhom, maġġustamenti tas-salarji mogħtija lill-għalliema impjegati fl-iskejjel nazzjonali

Dispożittiv

(1)

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-iskejjel Ewropej tal-21 ta’ Ġunju 1994 għandha jiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-Istati Membri partijiet għal din il-konvenzjoni sabiex jiżguraw li l-għalliema kkollokati jew assenjati mal-iskejjel Ewropej igawdu, matul iż-żmien tal-kollokament jew tal-assenjazzjoni tagħhom, l-istess drittijiet għall-progressjoni fil-karriera u għall-irtirar bħal dawk applikabbli għall-kollegi tagħhom nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom.

(2)

Meta jeskludi l-għalliema Ingliżi u Welsh assenjati jew ikkollokati mal-iskejjel Ewropej, matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni jew ta’ kollokament tagħhom, mill-aċċess għall-iskali ta’ salarji iktar vantaġġużi, b’mod partikolari dawk magħrufa bħala “threshold pay”, “excellent teacher system” jew “advanced skills teachers”, u mill-aċċess għall-pagamenti addizzjonali oħra, bħalma huma t-“teaching and learning responsibility payments”, previsti mis-“School Teachers Pay and Conditions Document”, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq applika b’mod żbaljat l-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) ta’ din il-konvenzjoni.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hajdú-Bihar Megyei Bíróság — Ungerija) — Márton Urbán vs Vám- és Pénzügyőrség Észak-alföldi Regionális Parancsnoksága

(Kawża C-210/10) (1)

(Trasport bit-triq - Ksur tar-regoli dwar l-użu tal-ispidometru - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet proporzjonati - Multa b’rata fissa - Proporzjonalità tas-sanzjoni)

2012/C 80/03

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Hajdú-Bihar Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Márton Urbán

Konvenuta: Vám- és Pénzügyőrség Észak-alföldi Regionális Parancsnoksága

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hajdú Bihar Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) u (4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1), kif ukoll tal-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona l-ksur kollu tar-regoli dwar l-użu tal-ispidometru permezz ta’ multa tal-istess ammont, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità tal-ksur inkwistjoni u mingħajr ma tipprevedi ebda possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet proporzjonati

Dispożittiv

(1)

Il-ħtieġa ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik implementata mid-Digriet Governattiv Nru 57/2007, li jistabbilixxi l-ammont tal-multi li jistgħu jiġu imposti f’każ ta’ ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ persuni (a közúti árufuvarozáshoz és személyszállításhoz kapcsolódó egyes rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről szóló 57/2007. Korm. Rendelet), tal-31 ta’ Marzu 2007, li jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ multa b’ammont b’rata fissa għall-ksur kollu, tkun xi tkun il-gravità tiegħu, tar-regoli dwar l-użu tal-formoli ta’ reġistrazzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq, kif emendat bir-Regolament Nru 561/2006.

(2)

Il-ħtieġa ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) tar-Regolament Nru 561/2006 għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik implementata mid-Digriet Governattiv Nru 57/2007, tal-31 ta’ Marzu 2007, li jistabbilixxi l-ammont tal-multi li jistgħu jiġu imposti f’każ ta’ ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ persuni, li tistabbilixxi responsabbiltà oġġettiva. Min-naħa l-oħra, din għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-intensità tas-sanzjoni stabbilita minn din is-sistema.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC)

(Kawża C-249/10 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 1472/2006 - Importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-(Ċina u l-Vjetnam - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikoli 2(7), 9(5), u 17(3) - L-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Teħid ta’ kampjuni)

2012/C 80/04

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd (rappreżentanti: L. Ruessmann, A. Willems, S. De Knop, C. Dackö, avukati)

Appellata: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, R. Szostak, aġenti, G. Berrisch, Rechtsanwalt, N. Chesaites, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u H. van Vliet, aġenti), Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li biha l-Qorti Ġenerali tiċħad rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p 485)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2010, Brosmann Footwear (HK) et vs Il-Kunsill (T-401/06) hija annullata.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, huwa annullat sa fejn jikkonċerna Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċeduri preżenti.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien — l-Awstrija) — Martin Luksan vs Petrus van der Let

(Kawża C-277/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttivi 93/83/KEE, 2001/29/KE, 2006/115/KE u 2006/116/KE - Taqsim tad-drittijiet ta’ użu ta’ xogħol ċinematografiku, permezz ta’ kuntratt, bejn id-direttur prinċipali u l-produttur tax-xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti dawn id-drittijiet, esklużivament u ipso iure, lill-produttur tal-film - Possibbiltà ta’ deroga minn din ir-regola permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet - Drittijiet sussegwenti għal remunerazzjoni)

2012/C 80/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martin Luksan

Konvenut: Petrus van der Let

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Handelsgericht Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2), (5) u (6) kif ukoll tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120), tal-Artikoli 1(5) u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134), tal-Artikoli 2, 3 u 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), kif ukoll tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (ĠU L 372, p. 12) — Taqsim tad-drittijiet ta’ użu ta’ xogħol ċinematografiku, permezz ta’ kuntratt, bejn l-awtur u l-produttur tax-xogħol — Liġi nazzjonali li tagħti dawn id-drittijiet kollha lill-produttur

Dispożittiv

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable, minn naħa, u tal-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, flimkien mal-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-drittijiet ta’ użu ta’ xogħol ċinematografiku bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali (dritt ta’ riproduzzjoni, dritt ta’ xandir permezz tas-satellita u kull dritt ieħor ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku permezz ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni) jappartjenu ipso iure, direttament u primarjament, lid-direttur prinċipali. Konsegwentement, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti, ipso iure u esklużivament, l-imsemmija drittijiet ta’ użu lill-produttur tax-xogħol inkwistjoni.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jistabbilixxu preżunzjoni ta’ ċessjoni, favur il-produttur tax-xogħol ċinematografiku, tad-drittijiet ta’ użu tax-xogħol ċinematografiku bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali (dritt ta’ xandir permezz tas-satellita, dritt ta’ riproduzzjoni u kull dritt ieħor ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku permezz ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni), sakemm din il-preżunzjoni ma jkollhiex natura li ma tistax tiġi kkontestata li teskludi l-possibbiltà għad-direttur prinċipali tal-imsemmi xogħol li jasal għal ftehim differenti.

(3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala awtur tax-xogħol ċinematografiku, id-direttur prinċipali tiegħu għandu jibbenefika, ipso iure, direttament u primarjament mid-dritt għall-kumpens ġust previst fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 bis-saħħa tal-eċċezzjoni ta’ kopja privata.

(4)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jagħtix il-possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu preżunzjoni ta’ ċessjoni, favur il-produttur tax-xogħol ċinematografiku, tad-dritt għal kumpens ġust tad-direttur prinċipali tal-imsemmi xogħol, kemm jekk tali preżunzjoni tiġi fformulata b’mod li ma tistax tiġi kkontestata, u kemm jekk ikun hemm eċċezzjonijiet għaliha.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Novembru 2011 — Bernard Rintisch vs Klaus Eder

(Kawża C-553/11)

2012/C 80/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshofs.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bernard Rintisch

Konvenut: Klaus Eder

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi fi kwalunkwe każ li leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-użu ta’ trade mark (trade mark 1) huwa wkoll preżunt meta hija (trade mark 1) tiġi użata f’forma li hija differenti minn dik li biha ġiet irreġistrata, mingħajr ma d-differenzi jbiddlu l-karattru distintiv tat-trade mark (trade mark 1), u li hija wkoll irreġistrata fil-forma li hija użata (trade mark 2)?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Id-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda hija kompatibbli mad-Direttiva 89/104/KEE, jekk tiġi interpretata b’mod restrittiv bħala ma tapplikax għal trade mark (trade mark 1) li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi l-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata (trade mark 2), li hija fil-forma li hija użata?

(3)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda jew ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda:

(a)

Ma hemmx użu ta’ trade mark irreġistrata (trade mark 1), fis-sens tal-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE,

(aa)

meta l-proprjetarju jagħmel użu minn sinjal f’forma li hija differenti minn dawk li huma rreġistrati t-trade mark (1) u oħra mit-trade marks tiegħu (trade mark 2) fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade marks (trade mark 1 u 2);

(bb)

meta l-proprjetarju jagħmel użu minn sinjali f’żewġ forom, li ebda waħda minnhom ma tikkorrispondi għat-trade mark irreġistrata (trade mark 1), iżda li l-ewwel waħda minnhom (il-forma 1) hija konsistenti ma’ trade mark oħra rreġistrata (trade mark 2) tal-proprjetrju u li t-tieni waħda minnhom (form 2) hija differenti miż-żewġ trade marks irreġistrati (trade mark 1 u trade mark 2) fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade marks, u li din il-forma (il-forma 2) għandha l-ikbar xebh mat-trade mark l-oħra (trade mark 2) tal-proprjetarju?

(b)

Dispożizzjoni nazzjonali [f’dan il-każ, it-tieni sentenza tal-Artikolu 26(3) tal-Liġi dwar it-Trade marks — Markengesetz] li tmur kontra dispożizzjoni ta’ direttiva [f’dan il-każ, l-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE] tista’ tiġi applikata minn qorti ta’ Stat Membru għal sitwazzjonijiet li kienu diġà nqalgħu qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet sentenza li għall-ewwel darba ħarġet indikazzjonijiet tal-inkompatibilità ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali ma’ dik tad-direttiva [f’dan il-każ is-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2007, Il-Ponte Finanziaria vs UASI (BAINBRIDGEainbridge) C-234/06 P, Ġabra p. I-7333], jekk din il-qorti nazzjonali tikkunsidra li l-aspettattivi li għandha parti fi proċedimenti ġudizzjarji dwar il-validità tad-drittijiet tagħha li huma kostituzzjonalment garantiti huma superjuri għal-implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-direttiva?


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 mir-Repubblika Franciża kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-257/07, Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-601/11 P)

2012/C 80/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Talbiet tal-appellanti

Appellanti: Ir-Repubblika Franciża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, C. Candat, S. Menez u R. Loosli-Surrans, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Settembru, fil-Kawża T-257/07, Franza vs Il-Kummissjoni;

tiddeċiedi definittivament il-kawża billi tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Gvern Franċiż jinvoka erba’ aggravji.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l obbligu tagħha ta’ motivazzjoni billi ma ssodisfatx kif legalment meħtieġ, minn naħa, l-oġġezzjonijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, ta’ informazzjoni xjentifika disponibbli, sa fejn il-Qorti Ġenerali sostniet, b’mod żbaljat, li dawn l-oġġezzjonijiet kienu saru bħala kritika lill-Kummissjoni talli ma kellhiex għarfien ta’ dan u, min-naħa l-oħra, l-oġġezzjonijiet tal-Gvern Franċiż ibbażati fuq il ksur tal-Artikolu 24a tar-Regolament Nru 999/2001, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dawn l-oġġezzjonijiet saru sabiex jivverifikaw li l-miżuri kkontestati kienu xierqa sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa umana.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, li huwa maqsum fi tliet partijiet, il-Gvern Franċiż isostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti ppreżentati quddiemha. Għalhekk, l-appellanti ssostni l-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali żnaturat l-opinjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat-8 ta’ Marzu 2007 u tal-24 ta’ Jannar 2008 billi kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tiddeduċi minn dawn l-opinjonijiet mingħajr żball manifest ta’ evalwazzjoni, li r-riskju ta’ trażmissibbiltà lill-bniedem tal-EST minbarra l-ESB kienet ferm baxxa (l-ewwel parti). Permezz tat-tieni parti, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat l-opinjonijiet tal-EFSA tas-17 ta’ Mejju u tas-26 ta’ Settembru 2005 billi kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tqis, mingħajr żball manifest ta’ evalwazzjoni, li l-evalwazzjoni ta’ affidabbiltà tat-testijiet rapidi li jinsabu f’dawn l-opinjonijiet kienet valida għall-użu ta’ dawn it-testijiet fil-kuntest tal-kontroll tar-rilaxx għall-konsum uman ta’ laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Fit-tielet parti, il-Gvern Franċiż fl-aħħar isostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti ppreżentati lilha billi kkunsidrat li kull prova xjentifika invokata mill-Kummissjoni, sabiex tiġġustifika l-adozzjoni tal-miżuri kkontestati tar-Regolament Nru 746/2008 jikkostitwixxu elementi ġodda fir-rigward tal-miżuri preventivi preċedenti

Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, il-Gvern Franċiż isostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti billi kklassifikat l-elementi xjentifiċi invokati mill-Kummissjoni bħala elementi ġodda ta’ natura li jbiddlu l-perċezzjoni tar-riskju jew li juru li dan ir-riskju jista’ jkun limitat b’miżuri inqas vinkolanti minn dawk eżistenti.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, li għandu tliet partijiet, l-appellanti ssostni li l Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. F’dan il-kuntest, l-appellanti ssostni, l-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24a tar-Regolament Nru 999/2001 peress li, skont il-Qorti Ġenerali, hija osservat l obbligu li jinsab fl-Artikolu 152(1) tat-Trattat KE, li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa umana. Permezz tat-tieni parti tal-aggravju tiegħu, il-Gvern Franċiż sussegwentement isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta assumiet li l-prova xjentifika invokata mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika l adozzjoni tar-Regolament Nru 746/2008, għandha neċessarjament twassal għal bidliet fil-livell ta’ riskju meqjus aċċettabbli. Sussidjarjament, il-Gvern Franċiż isostni li l Qorti Ġenerali wetqtet żball ta’ liġi meta naqset li tivverifika jekk, fid-determinazzjoni tal-livell ta’ riskju meqjus aċċettabbli, il-Kummissjoni ħaditx inkunsiderazzjoni l-gravità u l-irriversibilità tal-effetti ħżiena tal-EST għas-saħħa umana. Fit-tielet parti, il-Gvern Franċiż fl-aħħar isostni li l-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ dritt billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Nru 746/2008 ma jissostitwixxix ruħu mal-miżuri preventivi preċedenti, iżda jikkompletahom permezz ta’ miżuri alternattivi inqas restrittivi


(1)  ĠU L 202, p. 11


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 minn Centrotherm Systemtechnick GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-427/09, centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-609/11)

2012/C 80/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-427/09;

tiċħad ir-rikors ippreżentat minn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Awwissu 2009 fil-Kawża R 6/2008-4;

tikkundanna lil centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors tal-appellanti ppreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Awwissu 2009 f’proċedimenti ta’ revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.

L-appellanti tqajjem l-aggravji li ġejjin insostenn tal-appell tagħha:

(1)

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u l-Artikolu 134(2) u (3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-Qorti Ġenerali għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-motivi u l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà kollha invokati mir-rikorrenti.

(2)

Minbarra dan, is-sentenza appellata hija inkompatibbli mal-Artikoli 51(1)(a) u 76 tar-Regolament Nru 207/2009. Din is-sentenza tibda mill-premessa żbaljata li hija r-rikorrenti li għandha ġġarrab l-oneru tal-prova fir-rigward tal-użu xieraq sabiex jiġu kkonservati d-drittijiet marbuta mat-trade mark ikkontestata. Fil-fatt, huwa veru li, minn naħa, fil-proċedimenti ta’ revoka previsti fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, il-prinċipju li l-Uffiċċju jagħmel l-eżami ex officio tal-fatti jipprevali. Min-naħa l-oħra, jirriżulta mid-dispożizzjonijiet u mil-loġika tar-Regolament Nru 207/2009, u b’mod partikolari minn paragun bejn id-dispożizzjonijiet dwar ir-revoka u dawk dwar l-oppożizzjoni u l-invalidità minħabba raġunijiet relattivi għal rifjut, li, fil-proċedimenti ta’ revoka, bħala prinċipju ma huwiex il-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata li għandu jipproduċi l-prova tal-użu.

Isegwi b’mod partikolari, li r-rifjut mill-Uffiċċju li jieħu inkunsiderazzjoni ċerti provi minħabba li dawn allegatament ma ġewx ipprovduti fil-ħin ma huwiex iġġustifikat.

(3)

Billi kkunsidrat b’mod żbaljat, kuntrarjament għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kunċett ta’ użu ġenwin jipprekludi dak tal-użu anki minimu, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.

(4)

Fl-aħħar nett, l-affermazzjoni tal-Uffiċċju, mhux ikkontestata mill-Qorti Ġenerali, li d-dikjarazzjoni solenni magħmula mill-amministratur tar-rikorrenti ma tikkostitwixxix prova skont l-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009, hija inkorretta u tmur kontra l-ġurisprudenza stess tal-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/7


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 minn Centrotherm Systemtechnik GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-434/09 — Centrotherm Systemtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-610/11 P)

2012/C 80/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha,

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-434/09,

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Awwissu 2009 fil-Każ R 6/2008-4, sa fejn din tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 1 301 019 CENTROTHERM,

tikkunndanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lil centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell ġie ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ċaħdet ir-rikors tal-appellanti ppreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Awwissu 2009 dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:

(1)

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), sa fejn din ma tiħux inkunsiderazzjoni l-valur probatorju tad-dikjarazzjoni ġuramentata tar-rappreżentanti tal-appellanti, imressqa quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni. B’mod kuntrarju għall-pożizzjoni tal-Bord tal-Appell u tal-Qorti Ġenerali, din id-dikjarazzjoni ġuramentata hija, anki skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, prova ammissibili fis-sens tal-Artikolu 78(1)(f) tal-istess regolament.

(2)

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009. B’mod kuntrarju għall-interpretazzjoni mogħtija fl-istanzi preċedenti, il-prinċipju ta’ eżami ex officio huwa applikabbli kemm fuq il-bażi tal-kliem ċar tal-istess Artikolu 76(1) u kif ukoll fuq il-bażi tas-sistema stabbilita minn dan ir-regolament, b’mod partikolari fl-Artikolu 51(1)(a) tiegħu, fir-rigward tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ revoka.

(3)

Id-dokumenti ppreżentati mill-appellanti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ma setgħux jiġu miċħuda bħala tardivi. Dan jirriżulta, minn naħa, mis-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari, meta jsir paragun bejn ir-regoli dwar l-użu applikabbli għall-proċedimenti ta’ revoka u dawk dwar il-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-kanċellazzjoni għal raġunijiet assoluti ta’ rifjut u, min-naħa l-oħra, mill-prinċipji ġenerali tal-oneru tal-prova.

F’dan l-ambitu, huwa neċessarju li tingħata interpretazzjoni teleoloġika tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95 (2).

(4)

Kemm-il darba l-Qorti tal-Ġustizzja tirrifjuta li tagħti interpretazzjoni teleoloġika tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95, din tkun inapplikabbli peress li tmur kontra r-regoli u s-sistema taħt ir-Regolament Nru 207/2009 u tikser il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189)


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-30 ta’ Novembru 2011 — Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer vs Anneliese Kuso

(Kawża C-614/11)

2012/C 80/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Niederösterreichische Landes-Landwirtschaftskammer

Konvenuta: Anneliese Kuso

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva 76/207/KEE (1), fil-verżjoni emendata bid-Direttiva 2002/73/KE, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kwistjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fil-kuntest tat-terminazzjoni ta’ relazzjoni ta’ xogħol, li tirriżulta esklużivament mit-tmiem tat-terminu taħt kuntratt ta’ xogħol individwali għal żmien determinat konkluż qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva (jiġifieri f’dan il-każ qabel l-adeżjoni tal-Awstrija fl-Unjoni Ewropea), għandha tiġi eżaminata mhux fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni kuntrattwali li tistipula ż-żmien determinat bħala “kundizzjoni għat-tkeċċija” iżda biss fil-kuntest taċ-ċaħda tat-talba għall-estensjoni tal-kuntratt, ikkunsidrata bħala “kundizzjoni għar-reklutaġġ”?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187), fil-verżjoni emendata bid-Direttiva Tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill 2002/73/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Braunschweig (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2011 — Bußgeldsache vs International Jet Management GmbH

(Kawża C-628/11)

2012/C 80/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Braunschweig

Partijiet fil-kawża prinċipali

International Jet Management GmbH

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 18 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 12 KE) japplika fejn Stat Membru (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) jeħtieġ mingħand kumpannija tal-ajru, li jkollha liċenzja valida maħruġa fi Stat Membru ieħor (ir-Repubblika tal-Awstrija) kif iddefinit fl-Artikoli 3 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità, li tikseb permess sabiex tuża l-ispazju tal-ajru għal titjiriet privati (titjiriet kummerċjali mhux skedati) b’destinazzjoni fit-territorju tiegħu minn pajjiżi terzi?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, huwa fih innifsu inkompatibbli mal-Artikolu 18 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 12 KE) li jkun meħtieġ permess għal dħul fl-ispazju tal-ajru meta tali permess, taħt piena ta’ multa, huwa meħtieġ għat-titjiriet minn pajjiżi terzi fil-każ ta’ kumpanniji tal-ajru li jkollhom liċenzja miksuba fi Stat Membru ieħor, iżda mhux fil-każ ta’ kumpanniji li jkollhom liċenzja miksuba fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja?

(3)

Jekk l-Artikolu 18 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 12 KE) japplika għas-sitwazzjoni msemmija (l-ewwel domanda), iżda li jkun meħtieġ permess ma huwiex fih innifsu diskriminatorju (it-tieni domanda), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’, mingħajr ma tikser l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, tissuġġetta l-għoti ta’ permess għal dħul fl-ispazju tal-ajru tagħha għal titjiriet minn pajjiżi terzi, taħt piena ta’ multa, għall-kundizzjoni li l-kumpannija tal-ajru li toriġina minn Stat Membru ieħor turi lill-awtorità li toħroġ il-permessi li l-kumpanniji li għandhom liċenzja fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma humiex f’pożizzjoni li joperaw dawn it-titjiriet (dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà)?


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad — Varna (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Diċembru 2011 — EOOD Stroy Trans vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

(Kawża C-642/11)

2012/C 80/12

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EOOD Stroy Trans.

Konvenuti: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-VAT imniżżla minn persuna fuq fattura hija dovuta irrispettivament mill-fatt jekk ikunx iġġustifikat li titniżżel fuq il-fattura (nuqqas ta’ kunsinna jew ta’ ħlas), u fis-sens li l-awtoritajiet inkarigati mill-applikazzjoni taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (il-Liġi dwar il-VAT) ma humiex kompetenti sabiex jaġġustaw it-taxxa mniżżla mill-persuna, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li fattura tista’ tiġi aġġustata biss mill-persuna li toħroġha?

(2)

Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettativi leġittimi huma miksura minn prassi amministrattiva u minn ġurisprudenza tikkonsisti f’li parti (id-destinatarju tal-fattura) tiġi mċaħħda, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġustament fiskali, mid-dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input, filwaqt li l-VAT ma hijiex aġġustata, anki f’dan il-każ permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġustament fiskali, għall-parti l-oħra (il-persuna li toħroġ il-fattura) fil-każijiet segwenti:

il-persuna li ħarġet il-fattura ma ppreżentat ebda dokument waqt il-verifika fiskali tagħha;

il-persuna li ħarġet il-fattura ppreżentat dokumenti waqt il-verifika fiskali, iżda il-fornituri tagħha ma produċewx prova jew fid-dawl tal-provi li huma pproduċew ma jirriżultax li l-kunsinna ta’ merkanzija jew il-provvista ta’ servizzi kienet verament twettqet;

fil-kuntest tal-verifika fiskali tal-persuna li ħarġet il-fattura, it-tranżazzjonijiet inkwistjoni ma ġewx ivverfikati tul il-proċess tal-kunsinna?


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Diċembru 2011 — LVK — 56 EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-643/11)

2012/C 80/13

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LVK — 56 EOOD

Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), ikopri l-każijiet kollha ta’ fatturazzjoni żbaljata tal-VAT, inklużi dawk li fihom il-fattura li ssemmi l-VAT tkun inħarġet mingħajr ma jkun seħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT? Fil-każ li r-risposta għad-domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikoli 203 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE jobbligaw lill-Istati Membri jipprevedu b’mod espliċitu l-każijiet li fihom hija dovuta l-VAT imsemmija f’fattura għal kunsinna li ma tkunx saret, jew huwa suffiċjenti li jitrasponu r-regola ġenerali tad-direttiva, li permezz tagħha l-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna li tniżżel il-VAT fuq fattura?

(2)

Fid-dawl tal-premessa 39 fil-preambolu tad-Direttiva 2006/112 u bil-għan li tiġi żgurata l-korrettezza tat-tnaqqis tal-VAT tal-input, l-Artikolu 73, l-Artikolu 179 u l-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112 jeżiġu li, fejn tkun tidher il-VAT f’fattura mingħajr ma jkun seħħ avveniment li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirrettifikaw l-ammont taxxabbli u l-VAT iffatturata?

(3)

Il-miżuri speċifiċi previsti fl-Artikolu 395 tad-Direttiva 2006/112 jistgħu jikkonsistu fi prassi fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, għall-finijiet ta’ kontroll tat-tnaqqis tal-VAT tal-input, l-awtoritajiet tat-taxxa jivverifikaw biss it-tnaqqis tal-VAT tal-input li jkun sar u jikkunsidraw li l-VAT fuq il-kunsinni magħmula hija dovuta xorta waħda sempliċiment għaliex tissemma’ fil-fattura? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112 jippermetti, u f’liema ċirkustanzi, li għall-istess kunsinna waħda, il-VAT għandha tinġabar darba mingħand fornitur, peress li jkun niżżilha fil-fattura, u għat-tieni darba mix-xerrej, billi jinċaħad mid-dritt li jirkupra l-VAT tal-input?

(4)

Prassi fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha d-destinatarju ta’ kunsinna taxxabbli jiċċaħħad mid-dritt għal tnaqqis abbażi tal-fatt li ma hemm “ebda prova li l-kunsinna seħħet”, mingħajr ma titqies il-konstatazzjoni, diġà stabbilita, tal-fatt li t-taxxa saret eżiġibbli u dovuta mingħand il-fornitur, filwaqt li, fl-evalwazzjoni ta-tnaqqis tad-dritt għall-ħlas lura tal-VAT tal-input, dan l-avviż ta’ stima ta’ taxxa ma ġiex aġġustat u ma kienx hemm raġuni li rriżultat jew li ġiet ikkonstatata sabiex jiġi aġġustat bil-mod preskritt mill-Istat, tippreġudika n-natura mhux kumulattiva tal-VAT, u tmur kontra l-prinċipji ta’ ċertezza legali, tat-trattament ugwali u tan-newtralità fiskali?

(5)

L-Artikoli 167 u 168(a) tad-Direttiva 2006/112, għandhom jippermettu li jiġi miċħud id-dritt tat-tnaqqis tal-VAT tal-input lil destinatarju ta’ kunsinna taxxabbli li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 178, minħabba “nuqqas ta’ provi tal-intervent tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa”, filwaqt li fl-avviż rettifikattiv ta’ stima tat-taxxa tal-fornitur, li daħal fis-seħħ, il-VAT iffaturata ma ġietx aġġustata u ġiet rikonoxxuta bħala eżiġibbli u ttieħdet inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-perijodu taxxabbli kkonċernat? Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li, matul il-verifika, il-fornitur ma ppreżentax id-dokumenti ta’ kontabbiltà u li t-taxxa dovuta għal dan il-perijodu fiskali ġiet stabbilita biss fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT u fir-reġistri tax-xiri u l-bejgħ?

(6)

Skont ir-risposti għad-domandi preċedenti, l-Artikoli 167 u 168(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, in-newtralità fiskali teżiġi li l-persuna taxxabbli tkun tista’ tnaqqas il-VAT iffatturata fuq il-kunsinni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2011 — Land Berlin vs Ellen Mirjam Sapir et

(Kawża C-645/11)

2012/C 80/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Berlin

Konvenuta: Ellen Mirjam Sapir, Michael J Busse, Mirjam M Birgansky, Gideon Rumney, Benjamin Ben-Zadok, Hedda Brown

Domandi preliminari

(1)

Talba għall-ħlas lura ta’ ammont imħallas indebitament tikkostitwixxi materja ċivili fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1) fiċ-ċirkustanzi fejn Bundesland ordnat minn awtorità pubblika sabiex iħallas lil vittmi bħala kumpens parti mid-dħul mill-bejgħ ta’ art iħallas minflok, indebitament, il-prezz tax-xiri kollu?

(2)

Jistgħu talbiet jitqiesu marbuta mill-qrib skont kif meħtieġ mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 meta l-konvenuti jibbażaw ruħhom fuq talbiet ta’ kumpens addizzjonali li huma suġġetti biss għal determinazzjoni uniformi?

(3)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplika wkoll għal konvenuti li ma humiex domiċiljati fl-Unjoni Ewropea? Fil-każ li għal din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv, dan japplika wkoll fejn, fl-Istat ta’ domiċilju tal-konvenut, skont konvenzjoni bilaterali mal-Istat li jiddeċiedi t-talba, ir-rikonoxximent tas-sentenza jista’ jiġi rrifjutat minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil de Barcelona (Spanja) fit-30 ta’ Diċembru 2011 — Serveis en Impressio i Retolacio Vargas, S.L. vs Banco Mare Nostrum, S.A.

(Kawża C-664/11)

2012/C 80/15

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Serveis en Impressio i Retolacio Vargas, S.L.

Konvenuta: Banco Mare Nostrum, S.A.

Domandi preliminari

(1)

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tipproponi lil klijent swap ta’ interessi sabiex ikun kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata ta’ interessi ta’ operazzjonijiet finanzjarji preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li dan huwa servizz ta’ pariri dwar l-investiment fis-sens tad-definizzjoni mogħtija fil-punt 4 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE (1)?

(2)

L-ommissjoni tat-test ta’ adegwatezza previst fl-Artikolu 19(4) tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ investitur tax-xiri bl-imnut twassal għan-nullità assoluta tas-swap ta’ interessi li l-investitur ikun issottoskriva mal-istituzzjoni ta’ kreditu li pprovdiet il-parir?

(3)

Jekk is-servizz ipprovdut fil-kundizzjonijiet preċedenti ma huwiex ikkunsidrat bħala pariri dwar l-investiment, is-sempliċi fatt ta’ xiri ta’ strument finanzjarju kumpless bħas-swap ta’ interessi mingħajr ma jitwettaq it-test li jikkonċerna n-natura xierqa previst fl-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 2004/39/KE, minħabba raġuni imputabbli lill-istituzzjoni ta’ investiment jiddetermina n-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ xiri sottoskritt mal-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha?

(4)

Skont l-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39/KE, is-sempliċi fatt li istituzzjoni ta’ kreditu tipproponi strument finanzjarju kumpless marbut ma’ self ipotekarju li ġie ffirmat ma’ din l-istituzzjoni jew ma’ oħra huwa raġuni suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-obbligi li l-istituzzjoni ta’ investiment għandha li twettaq it-testijiet ta adegwatezza u dwar in-natura xierqa previsti f’dan l-Artikolu 19 għal investitur tax-xiri bl-imnut?

(5)

Sabiex tkun tista’ tiġi eżkluża l-applikazzjoni tal-obbligi previsti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE, huwa neċessarju li l-prodott finanzjarju li miegħu huwa marbut l-istrument finanzjarju propost ikun suġġett għal standards legali ta’ protezzjoni tal-investitur simili għal dawk meħtieġa fid-direttiva msemmija iktar ’il fuq?


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjari li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil de Barcelona (Spanja) fit-30 ta’ Diċembru 2011 — Alfonso Carlos Amselem Almor vs NCG Banco, S.A.

(Kawża C-665/11)

2012/C 80/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil de Barcelona.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfonso Carlos Amselem Almor.

Konvenuta: NCG Banco, S.A..

Domandi preliminari

(1)

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tipproponi lil klijent, li miegħu tkun preċedentement ikkonkludiet kuntratt ta’ self ipotekarju, swap ta’ interessi sabiex ikun kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata ta’ interessi ta’ din l-operazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat li dan huwa servizz ta’ pariri dwar l-investiment fis-sens tad-definizzjoni mogħtija fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/38/KE (1)?

(2)

L-ommissjoni tat-test ta’ adegwatezza previst fl-Artikolu 19(4) tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ investitur tax-xiri bl-imnut twassal għan-nullità assoluta tas-swap ta’ interessi li l-investitur ikkonkluda mal-istituzzjoni ta’ kreditu li pprovdiet il-parir?

(3)

Jekk is-servizz ipprovdut fil-kundizzjonijiet preċedenti ma huwiex ikkunsidrat bħala pariri dwar l-investiment, is-sempliċi fatt ta’ xiri ta’ strument finanzjarju kumpess bħas-swap ta’ interessi mingħajr ma jitwettaq it-test li jikkonċerna n-natura xierqa previst fl-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 2004/39/KE minħabba raġuni imputabbli lill-istituzzjoni ta’ investiment jiddetermina n-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ xiri konkluż mal-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha?

(4)

Skont l-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39/KE, is-sempliċi fatt li istituzzjoni ta’ kreditu tipproponi strument finanzjarju kumpless marbut ma’ self ipotekarju huwa raġuni suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-obbligi li l-istituzzjoni ta’ investiment għandha li twettaq it-testijiet ta’ adegwatezza u dwar in-natura xierqa previsti f’dan l-Artikolu 19 għal investitur tax-xiri bl-imnut?

(5)

Sabiex tkun tista’ tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-obbligi previsti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE, huwa neċessarju li l-prodott finanzjarju li miegħu huwa marbut l-istrument finanzjarju propost ikun suġġett għal standards legali ta’ protezzjoni tal-investitur simili għal dawk meħtieġa fid-direttiva msemmija iktar ’il fuq?


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo per la Sardegna (L-Italja) fit-2 ta’ Jannar 2012 — Danilo Tola vs Ministero della Difesa

(Kawża C-4/12)

2012/C 80/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danilo Tola

Konvenut: Ministero della Difesa

Wara li ġiet irtirata t-talba għal deċiżjoni preliminari fil-5 ta’ Jannar 2012, permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Jannar 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ħassret il-kawża mil-lista tal-kawżi.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fis-17 ta’ Jannar 2012 — Mohamad Zakaria

(Kawża C-23/12)

2012/C 80/18

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamad Zakaria

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jipprovdi li persuna għandha d-dritt li tippreżenta rikors mhux biss kontra ċ-ċaħda ta’ dħul, iżda wkoll kontra l-ksur imwettaq matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni li tawtorizza d-dħul?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, id-dispożizzoni ċċitata iktar ’il fuq tipprovdi li, fid-dawl tal-premessa 28 tar-Regolament Nru 526/2006 u tal-Artikolu 6(1) tiegħu, kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru għandu l-obbligu li jiżgura rikors effettiv quddiem qorti?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv u jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 jipprovdi li, fid-dawl tal-premessa 20 tar-Regolament Nru 562/2006 u tal-Artikolu 6(1) tiegħu kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru għandu l-obbligu li jiżgura rikors effettiv quddiem korp amministrattiv li jipprovdi, fil-livell istituzzjonali u funzjonali, l-istess garanziji bħal qorti?


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/13


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-48/12)

2012/C 80/19

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, S. Petrova u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, peress li naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (1) u, fi kwalunkwe każ, naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 33(1) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, b’mod konformi mal-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità bir-rata ta’ EUR 71 521,38 għal kull jum, dekorribbli mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza f’din il-kawża, għan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2008/50/KE (iktar ’il quddiem: id-“Direttiva CAFE”).

Id-Direttiva CAFE tikkostitwixxi l-istrument legali prinċipali fil-livell tal-UE fir-rigward tat-tniġġis tal-arja, u għandha għalhekk l-għan li tipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Hija tipprovdi, inter alia, ir-regoli ta’ valutazzjoni u ta’ kejl, kif ukoll il-miri tat-tnaqqis tal-konċentrazzjoni fl-arja tal-partikuli, li huma s-sustanzi fl-arja l-iktar ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Hija tobbliga lill-Istati Membri jillimitaw il-konċentrazzjoni tal-espożizzjoni għall-PM 2.5 għal 20 mikrogrammi/m3 fis-sena 2015. Barra minn hekk, hija tindika l-mira għall-PM 2.5 ta’ 25 mikrogrammi/m3, li għandha tintlaħaq fl-1 ta’ Jannar 2010. Hija tesiġi wkoll mill-Istati Membri li jilħqu l-valur limitu għall-PM 2.5 ta’ 25 mikrogrammi/m3 fis-sena 2015 (fażi 1), filwaqt li dan għandu jkun fil-livell ta’ 20 mikrogrammi/m3 matul il-fażi 2 (sal-2020). Barra minn hekk, id-Direttiva CAFE tobbliga lill-Istati Membri li jrendu aċċessibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u dwar il-miżuri l-oħra meħuda fuq il-bażi tagħha (Artikolu 26 et seq).

Skont l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva CAFE, ir-Repubblika tal-Polonja kellha tadotta u timplementa l-leġiżlazzjoni nazzjonali neċessarja sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva qabel il-11 ta’ Ġunju 2010.

Ir-Repubblika tal-Polonja ma daħħlitx fl-ordinament ġuridiku Pollakk u ma implementatx id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha. Ir-redazzjoni tal-linji gwida fl-abbozz ta’ liġi li temenda — liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent u atti legali oħra — mill-Ministeru tal-Ambjent ma tippermettix l-adempiment tal-obbligu taħt l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2008/50/KE.

Il-Kummissjoni ġiet informata mill-awtoritajiet Pollakki biss b’implementazzjoni parzjali tal-Artikoli 6(1) u 23 tad-Direttiva CAFE permezz tal-Artikoli 13 u 15 tal-Liġi tas-17 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema ta’ ġestjoni tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra u sustanzi oħra, permezz ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit (SO2) u tal-ossidi tan-nitroġenu (NO) u l-obbligu li jsir pjan nazzonjali ta’ tnaqqis.


(1)  ĠU L 152, p. 1.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/14


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2012 minn Kendrion NV kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-54/06, Kendrion NV vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-50/12 P)

2012/C 80/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Kendrion NV (rappreżentanti: P. Glazener u T. Ottervanger, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla totalment jew parzjalment is-sentenza appellata, skont l-aggravji invokati fl-appell preżenti;

tannulla totalment jew parzjalment id-deċiżjoni, sa fejn din tirrigwarda lill-appellanti;

tannulla jew tnaqqas l-multa imposta fuq l-appellanti;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi mill-ġdid skont il-punti tal-liġi deċiżi fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura preżenti kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Skont l-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u immotivat is-sentenza tagħha b’mod kontradittorju u mimli lakuni meta ddeċidiet li l-Kummissjoni esponiet b’mod suffiċjenti fid-dritt ir-raġunijiet li wassluha sabiex timponi fuq Kendrion multa għola minn dik imposta fuq Fardem.

(2)

Skont it-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali, meta ddeċidiet il-kwistjoni ta’ jekk il-Kummissjoni setgħetx tikkunsidra li Kendrion hija responsabbli in solidum għall-multa li għandha tiġi imposta fuq l-ex-sussidjarja tagħha Fardem, wettqet żball ta’ liġi u ma pproċedietx b’mod korrett għal eżami konkret tal-prova, u għalhekk b’dan il-mod wettqet żbalji proċedurali. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali qassmet b’mod inġusta l-oneru tal-prova, hija manifestament interpretat ħażin il-fatti u kjarament evalwat b’mod żbaljat il-mezzi ta’ prova. Il-Qorti Ġenerali barra minn hekk immotivat b’mod insuffiċjenti l-kunsiderazzjonijiet tagħha u ma eżaminatx b’mod suffiċjenti fid-dritt l-argumenti invokati minn Kendrion.

(3)

Permezz tat-tielet aggravju, Kendrion tikkuntesta l-kunsiderazzjonijiet tas-sentenza appellata li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali eżaminat u ċaħdet it-tieni, ir-raba’ u l-ħames motivi li hija invokat fl-ewwel istanza. Skont Kendrion, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni meta ddeċidiet li l-kumpannija parent, li ma kinitx implikata fil-ksur, setgħet tiġi suġġetta għal multa għola minn dik imposta fuq is-sussidjarja tagħha Fardem, awtriċi tal-ksur. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali, u mmotivat is-sentenza tagħha b’mod kontradittorju u mimli lakuni.

(4)

Permezz tar-raba’ aggravju, Kendrion tinvoka li l-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat bħala “ineffettiv” l-argument imqajjem minn Kendrion, li skontu l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kienet ħadet wisq fit-tul. Il-Qorti Ġenerali għalhekk donnha tqis li hija ma hijiex kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq irregolaritajiet fil-proċedura quddiemha. Anki li kieku kien korrett li jingħad li l-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti hija nnifisha sabiex tnaqqas il-multa minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja hija f‛kull każ obbligata li tiddeċiedi dan il-punt essenzjali għaċ-ċertezza legali u li minnu tislet il-konklużjonijiet indispensabbli.


Il-Qorti Ġenerali

17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — EI du Pont de Nemours et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Gomma Chloroprene - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixi ksur - Impriża komuni - Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

2012/C 80/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); DuPont Performance Elastomers LLC (Wilmington); u DuPont Performance Elastomers SA (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Boyce u A. Lyle-Smythe, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti): inizjalment X. Lewis u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u V. Di Bucci, u fl-aħħar V. Bottka, S. Noë u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Minn naħa talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.629 — Gomma Chloroprene), hekk kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2974 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2008, sa fejn jirrigwardaw lill-EI Du Pont de Nemours and Company, u, min-naħa l-oħra, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

EI du Pont de Nemours and Company, DuPont Performance Elastomers LLC u DuPont Performance Elastomers SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Dow Chemical vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-77/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-lastiku chloroprene - Deċiżjoni li tirrgwarda ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Impriża konġunta - Linji gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

2012/C 80/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Dow Chemical Company (Midland, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Schroeder u T. Graf, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn X. Lewis u V. Bottka, sussegwentement minn V. Bottka u V. Di Bucci, u fl-aħħar minn V. Bottka, P. Van Nuffel u L. Malferrari, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar il-proċedura taħt [skont] l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 — Lastiku Chloroprene), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2974 finali, tat-23 Ġunju 2008, sa fejn din tikkonċerna r-rikorrent, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

The Dow Chemical Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/08) (1)

(Kompetizzjoni - Ftehim - Suq tal-gomma kloropren - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet - Qsim tas-suq - Prova tal-parteċipazzjoni fil-ftehim - Prova tad-distakkar mill-ftehim - Tul tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-multi - Nonretroattività - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti)

2012/C 80/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Denki Kagaku Kogyo Kabushiki Kaisha (Tokjo, il-Ġappun); u Denka Chemicals GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment G. van Gerven, T. Franchoo u D. Fessenko, sussegwentement T. Franchoo, B. Bär-Bouyssière u A. de Beaugrenier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38629 — Gomma Kloropren), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti b’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Denki Kagaku Kogyo Kabushiki Kaisha u Denka Chemicals GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — skytron energy vs UASI (arraybox)

(Kawża T-321/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali arraybox - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 80/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: skytron energy GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.J. Omsels u C. Danziger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1680/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali arraybox bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

skytron energy GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-469/09) (1)

(FAEGG - Taqsima “Garanzija” - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Setturi tal-ipproċessar tad-tadam u tal-ħażna tar-ross - Kontrolli prinċipali - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarji - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2012/C 80/25

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. K. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u A. Markoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Hartmann-Lamboy vs UASI — Diptyque (DYNIQUE)

(Kawża T-305/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Kommunitarja verbali DYNIQUE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DIPTYQUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 207/2009)

2012/C 80/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marlies Hartmann-Lamboy (Westerburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Loos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement minn G. Schneider, aġenti)

Parti oħra quddiem il Bord tal Appel tal-UASI: Diptyque SAS (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1217/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diptyque SAS u Marlies Hartmann-Lamboy.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Marlies Hartmann-Lamboy hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Goutier vs UASI — Euro Data (ARANTAX)

(Kawża T-387/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARANTAX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ANTAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użi ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 80/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Data GmbH & Co. KG, Datenverarbeitungsdienst (Saarbrücken, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Wagner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Lulju 2010 (Każ R 126/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Euro Data GmbH & Co. KG, Datenverarbeitungsdienst u Klaus Goutier.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Klaus Goutier huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Dosenbach-Ochsner vs UASI — Sisma (Rappreżentazzjoni ta’ iljunfanti f’rettangolu)

(Kawża T-424/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta iljunfanti f’rettangolu - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw iljunfant u trade mark nazzjonali verbali preċedenti elefanten - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv tat-trade marks preċedenti)

2012/C 80/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sisma SpA (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1638/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport u Sisma SpA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1638/2008-4) hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Dosenbach Ochsner AG Schuhe und Sport.

(3)

Sisma SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-2 ta’ Frar 2012 — Almunia Textil vs UASI — FIBA-Europe (EuroBasket)

(Kawża T-596/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trademark Komunitarja verbali EuroBasket - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Basket - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 80/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Almunia Textil, SA (La Almunia de Doña Godina, Spanja) (rappreżentant: J.E. Astiz Suárez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FIBA-Europe eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Hogh Holub, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 280/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Almunia Textil, SA u FIBA-Europe eV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Almunia Textil, SA, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn FIBA-Europe eV, inkluż, f’dak li jikkonċerna din tal-aħħar, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Run2Day Franchise BV vs UASI — Runners Point (Run2)

(Kawża T-64/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Run2 - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti RUN2DAY - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti RUN2DATE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 80/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Run2Day Franchise BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: H. Koenraad, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Runners Point Warenhandels GmbH (Recklinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Run2Day Franchise BV u Runners Point Warenhandels GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 349/2010-1) hija annullata.

(2)

L-UASI u Runners Point Warenhandels GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti minn Run2Day Franchise BV.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2012 — Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-315/10) (1)

(Rikors għal annullament - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà)

2012/C 80/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Groupe Partouche (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-J. Sebag, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, F. Ronkes Agerbeek u N. von Lingen, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: La française des jeux (Boulogne-Billancourt, Franza); u Groupe Lucien Barrière (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: D. Théophile u P. Mèle, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 3333, tal-21 ta’ Mejju 2010, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi intiża għall-kisba mill-Française des jeux u l-Groupe Lucien Barrière tal-kontroll komuni tal-impriża Newco (Każ COMP/M.5786 — Française des jeux/Groupe Lucien Barrière/JV).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miħċud.

(2)

Il-Groupe Partouche għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Française des jeux u l-Groupe Lucien Barrière.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2012 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-607/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trażmissjoni ta’ dokumenti lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali - Nuqqas ta’ natura provviżorja tal-miżuri mitluba - Inammissibbiltà)

2012/C 80/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, Il-Ġermanja); u Henkel France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: R. Polley, T. Kuhn, F. Brunet u É. Paroche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u P. J. O. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji relatati mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2011 (Każ COMP/39.579 — Deterġenti domestiċi — u Każ 09/0007 F) li tiċħad it-talba tal-Awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża li tittrasferilha, fil-kuntest tal-Każ 09/0007 F, dwar is-settur Franċiż tad-deterġenti, numru ta’ dokumenti prodotti fil-Każ COMP/39.579.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2012 — Euris Consult vs Il-Parlament

(Kawża T-637/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratt pubbliku għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Malti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Modalitajiet ta’ komunikazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta’ opportunità - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta’ urġenza)

2012/C 80/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euris Consult Ltd (Floriana, Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u F. Poilvache, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Ottubru 2011, meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti (MT/2011/EU) għall-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Malti (ĠU S 56-090372) u li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/19


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2011 — TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/11)

2012/C 80/34

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: TV2/Danmark (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: O. Koktvedgaard)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara:

prinċipalment: l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/03) għal TV2/Danmark, sa fejn hija tikkonstata li l-miżuri investigati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (premessi 101 u 153 u l-ewwel paragrafu tal-konklużjoni tad-deċiżjoni).

sussidjarjament: l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/2003) għal TV2/Danmark sa fejn tikkonkludi li:

l-miżuri investigati jikkostitwixxu għajnuna ġdida li għalhekk kellhom jiġu nnotifikati (premessa 154 u l-ewwel paragrafu tal-konklużjoni tad-deċiżjoni);

li d-drittijiet tal-liċenzji li, fis-snin 1997-2002, ġew trasferiti lir-reġjuni permezz ta’ TV2, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għal TV2 (premessa 194 tad-deċiżjoni), u

li d-dħul mir-reklamar li, fl-1995 u fl-1996 u fil-ħin tal-għeluq tal-Fond TV2 fl-1997 ġie ttrasferit mill-Fond TV2 għal TV2, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għal TV2 (premessi 90, 92, 193 u 195, mat-Tabella 1).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll ta’ Amsterdam. Ir-rikorrenti ssostni:

li r-rikorrenti ma rċevietx għajnuna mill-Istat, peress li l-miżuri investigati ma kinux ta’ benefiċċju għal TV2/Danmark fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, iżda kienu biss kumpens għas-servizzi pubbliċi pprovduti minn TV2/Danmark. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma applikatx il-kundizzjonijiet fis-sentenza Altmark skont l-ispirtu u l-għan tagħhom maħsub u kkonkludiet, b’mod żbaljat, li t-tieni u r-raba’ kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark ma kinux ġew sodisfatti.

li l-allegata għajnuna lil TV2/Danmark fil-forma ta’ drittijiet tal-liċenzji u eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kumpanniji ma kinitx għajnuna ġdida fis-sens tar-Regolament Nru 659/1999 (1), peress li dawn l-arranġamenti kienu saru qabel l-adeżjoni tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea;

li d-drittijiet tal-liċenzji li ġew trasferiti lejn ir-reġjuni permezz ta’ TV2/Danmark mill-1997 sal-2002 ma jistgħux ikunu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat lil TV2/Danmark, peress li TV2/Danmark ma kinitx il-benefiċjarja effettiva ta’ dawn il-fondi, u

li l-fondi li ġew trasferiti minn TV2 Reklame A/S permezz tal-Fond TV2 lil TV2/Danmark li kienu ġejjin mill-bejgħ ta’ reklamar ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, peress li dawk kienu ħlas għax-xandir ta’ TV2/Danmark ta’ reklamar fuq in-netwerk tax-xandir ta’ TV2/Danmark.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-[Artikolu 108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/20


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/12)

2012/C 80/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2011) 7808 finali, tal-24 ta’ Ottubru 2011, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet iddikjarat inkompatibbli mas-suq intern għajnuna għar-ristrutturazzjoni ppjanata mill-awtoritajiet Franċiżi favur SeaFrance SA taħt il-forma ta’ żieda fil-kapital u ta’ self mogħti mis-SNCF lil SeaFrance.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE meta l-Kummissjoni kkunsidrat li n-natura raġonevoli taż-żewġ atti ta’ self ippjanati mis-SNCF kellha tiġi evalwata flimkien mal-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet ibbażati:

minn naħa, fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet interpretat b’mod żbaljat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni (T-11/95, Ġabra p. II-3235), u

min-naħa l-oħra, sussidjarjament, fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet applikat b’mod żbaljat l-imsemmija sentenza tal-Qorti Ġenerali.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE meta l-Kummissjoni kkunsidrat, b’mod abbondanti, li l-awtoritajiet Franċiżi ma wrewx li, evalwati waħedhom, iż-żewġ atti ta’ self previsti mis-SNCF kienu ngħataw b’rata tas-suq. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet ibbażati:

Minn naħa, fuq il-fatt li l-Kummissjoni eskludiet b’mod żbaljat l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Jannar 2008, dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (1), għaż-żewġ atti ta’ self inkwistjoni u

min-naħa l-oħra, fuq il-fatt li l-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li, biex tkun konformi mas-suq, ir-rata tas-self inkwistjoni kellha tkunu madwar 14 %.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt meta l-Kummissjoni kkunsidrat li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni hija inkompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE interpretata fid-dawl tal-linji gwida dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 345 TFUE li jipprovdi li t-Trattati għandhom ikunu bla ebda preġudizzju għas-sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri.


(1)  ĠU C 14, p. 6


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/21


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2012 — Interbev vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-18/12)

2012/C 80/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Association Nationale Interprofessionnelle du Bétail et des Viandes (Interbev) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Morrier u A. Bouviala, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2011) 4923 finali, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.14974 (C 46/2003) — Franza — dwar il-kontribuzzjonijiet favur INTERBEV, li għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat l-azzjonijiet imwettqa minn INTERBEV bejn l-1996 u l-2004 fil-qasam tar-riklami, tal-promozzjoni assistenza teknika, u tar-riċerka u l-żvilupp minn naħa u l-kontribuzzjonijiet volontarji li huma intiżi sabiex jiffinanzjaw dawn l-azzjonijiet, peress li riżorsi tal-Istat jagħmlu parti integrali mill-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat iċċitati iktar ’il fuq, min-naħa l-oħra;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2011) 4923 finali, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.14974 (C 46/2003) — Franza — dwar il-kontribuzzjonijiet favur INTERBEV, li għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tistieden lill-qrati nazzjonali sabiex jipproċedu għar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet volontarji estiżi (deċiżjoni kkontestata, punti 201 u 202);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċċjenti tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-Artikolu 296 TFUE u b’mod partikolari tal-kundizzjonijiet rigward i) vantaġġ ekonomiku selettiv favur operaturi fil-qasam tal-annimali tal-ifrat u tan-nagħaġ, ii) l-oriġini Statali tal-azzjonijiet mwettqa mir-rikorrenti, iii) effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u iv) ir-rabta restrittiva bejn l-azzjonijiet imwettqa mir-rikorrenti u l-kontribuzzjonijiet volontarji estiżi, magħrufa wkoll bħala kontribuzzjonjiet volontarji obbligatorji, miġbura bejn l-1996 u l-2004.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn l-azzjonijiet imressqa mir-rikorrenti bejn l-1996 u l-2004:

ma humiex imputabbli għall-Istat u l-kontribuzzjonijiet volontarji estiżi li iffinanzjawhom ma jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat u bl-ebda mod ma huma imputabbli għall-Istat Franċiż;

ma jikkostitwixxux vantaġġ ekonomiku għal wieħed jew iktar benefiċċjarji;

ma jaffettwawx, lanqas potenzjalment, il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn Stati Membri.

(3)

It-tielet motiv, sussidjarju, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni restrittiva bejn il-kontribuzzjonijiet volontarji estiżi u l-azzjonijiet imwettqa mir-rikorrenti.

(4)

Ir-raba’ motiv, iktar sussidjarju, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-konklużjonijiet li l-qorti nazzjonali għanda tislet min-nuqqas ta’ notifika tal-kontribuzzjonijiet volontarji estiżi. Il-Kummissjoni tħeġġeġ, fil-punt 202 tad-deċiżjoni kkontestata, lill-qrati nazzjonali sabiex jordnaw il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet volontarji estiżi u l-invalidità tal-għajnuna, u lill-persuni interessati jressqu kawża quddiem il-qorti nazzjonali, meta l-qorti nazzjonali ma hijiex obbligata li tordna l-ħlas lura tal-għajnuna u tal-kontribuzzjonijiet volontarji estiżi minħabba li tali ħlas lura jista’ jkun ta’ natura li ma hijiex xierqa u impossibbli fil-prattika.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/22


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2012 — Fomanu vs UASI (Qualität hat Zukunft)

(Kawża T-22/12)

2012/C 80/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fomanu AG (Neustadt an der Waldnaab, il-Ġermanja) (rappreżentanti T. Raible, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 1518/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-appell u ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Qualität hat Zukunft”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 40

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/22


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — PT Musim Mas vs Il-Kunsill

(Kawża T-26/12)

2012/C 80/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) (Medan, l-Indoneżja) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU 2011 L 293, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”, sa fejn japplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv li jsostni

li l-Qorti Ġenerali hija kompetenti sabiex tistħarreġ l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ikkontestat u l-konformità tagħhom mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

(2)

It-tieni motiv isostni

li l-Kunsill kiser l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku peress li:

(a)

wettaq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti u użu ħażin tal-poter billi ċaħad l-eżistenza ta’ “entità ekonomika unika” bejn ir-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha li tieħu ħsieb il-bejgħ f’Singapore. Matul l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni deliberatament injorat il-fatti esposti mir-rikorrenti dwar il-kumpanniji relatati;

(b)

il-Kunsill ma pproduċiex biżżejjed provi li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku huma sodisfatti. Huwa wettaq ukoll użu ħażin tal-poter u żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku billi serraħ fuq fatti żbaljati jew interpretati b’mod żbaljat sabiex jistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku kienu sodisfatti. Il-Kunsill injora l-fatti li r-rikorrenti pprovdiet lill-Kummissjoni, li l-din tal-aħħar ivverifikat mingħajr ma kkontestathom matul l-ebda stadju tal-proċedura ta’ investigazzjoni.

(3)

It-tielet motiv isostni

li l-Kunsill kiser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, peress li:

(a)

ma għamilx paragun ġust bejn il-prezz ta’ esportazzjoni u l-valur normali. Huwa ma weriex biżżejjed id-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet. B’kuntrast mal-ġurisprudenza eżistenti, huwa ma stabbilixxiex nuqqas ta’ simetrija bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, fin-nuqqas ta’ aġġustament għall-kummissjonijiet imħallsa. Il-Kunsill injora l-informazzjoni u l-provi prodotti fir-risposti tar-rikorrenti għall-kwestjonarju u matul iż-żjarat ta’ verifika, li stabbilixxew li ICOF S tkopri wkoll il-bejgħ domestiku. Huwa naqas milli jindika biżżejjed ir-raġunijiet għalfejn ma ħax inkunsiderazzjoni dik l-informazzjoni u dawk il-provi. Billi għamel hekk, il-Kunsill wettaq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti u użu ħażin tal-poter. Huwa ma mmotivax biżżejjed il-bżonn għal aġġustament u dan huwa diskriminatorju kontra r-rikorrenti;

(b)

il-Kunsill ma evitax tnaqqis doppju tal-profitti mill-prezz ta’ esportazzjoni. Il-Kunsill naqqas inizzjalment marġni ipotetiku ta’ 5 % għall-profitti ta’ ICOF E, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku u marġni ipotetiku ieħor ta’ 5 % għall-profitti ta’ ICOF S, u b’dan il-mod naqqas marġni ipotekarju totali mhux raġonevoli ta’ 10 % għal tranżazzjoni ta’ bejgħ fi ħdan il-grupp. Dan huwa evidentement kuntrarju għall-fatti u l-prattika għal dan it-tip ta’ tranżazzjoni ta’ kummerċ. Il-Kummissjoni, bħala awtorità ta’ investigazzjoni, kellha tkun tafu dan. Il-Kunsill għalhekk wettaq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti dwar il-profitti fi ħdan il-grupp u applika b’mod ħażin, diskriminatorju u mhux raġonevoli l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(4)

Ir-raba’ motiv isostni

li l-Kunsill fl-evalwazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Huwa injora informazzjoni, provi u argumenti prodotti lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Minflok, il-Kunsill ibbaża ruħu fuq irċevuti formali, kummissjonijiet imħallsa u kuntratti meħuda barra mill-kuntest tagħhom sabiex il-marġni ta’ dumping tar-rikorrenti jitkabbar b’mod artifiċjali. Il-Kummissjoni u l-Kunsill kellhom jeżerċitaw diliġenza ikbar u kellhom jagħmlu analiżi iktar rigoruża sabiex jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom.

(5)

Il-ħames motiv isostni

li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni. Billi applika aġġustament għall-prezz ta’ esportazzjoni, il-Kunsill ħoloq nuqqas ta’ simetrija bejn il-prezz ta’ esportazzjoni u l-valur normali sempliċement minħabba l-istruttura tal-kumpannija u ta’ taxxa tar-rikorrenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti sofriet minn tnaqqis doppju ta’ marġni ta’ profit ipotetiku minħabba din l-istruttura. Iż-żewġ sitwazzjonijiet huma diskriminatorji kontra r-rikorrenti f’relazzjoni mal-kumpanniji investigati l-oħra, li għandhom l-istess spejjeż li ma ġewx suġġetti għal aġġustamenti.


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 51.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/23


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — Bauer vs UASI — BenQ Materials (Daxon)

(Kawża T-29/12)

2012/C 80/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erika Bauer (Schaufling, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BenQ Materials Corp. (Gueishan Taoyuan, it-Tajwan)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Novembru 2011 fil-Każ R 2191/2010-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: BenQ Materials Corp.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Daxon” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “DALTON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 18, 25, 35, 41 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/24


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2012 — Piotrowski vs UASI (MEDIGYM)

(Kawża T-33/12)

2012/C 80/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Elke Piotrowski (Viernheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Novembru 2011 fil-Każ R 734/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “MEDIGYM” għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell hija bbażata fuq raġunijiet li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità tesprimi l-pożizzjoni tagħha, kif ukoll ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata kienet imċaħħda minn protezzjoni taħt l-Artikolu 154(3) u l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 207/2009 minkejja li t-trade mark ma hijiex ineliġibbli għal reġistrazzjoni la taħt l-Artikolu 7(1)(b) u lanqas taħt l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/24


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2012 — Herbacin cosmetic vs UASI — Laboratoire Garnier (HERBA SHINE)

(Kawża T-34/12)

2012/C 80/41

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herbacin cosmetic GmbH (Wutha-Farnroda, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratoire Garnier et Cie (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Novembru 2011 fil-Każ R 2255/2010-1, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Laboratoire Garnier et Cie.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:“HERBA SHINE” għal prodotti fil-klassi 3.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “HERBACIN”, protetta minn trade mark nazzjonali, trade mark Komunitarja u reġistrazzjoni internazzjonali, għal prodotti fil-klassi 3.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.

Motivi invokati: ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba l-fatt li, fil-mument tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza fuq l-oppożizzjoni, ma kien għad hemm ebda talba, li tipproduċi effett, sabiex jiġu prodotti provi tal-użu min-naħa tal-applikant; ksur tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba l-fatt li l-Bord tal-Appell, b’mod legalment żbaljat, ma ħax inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ fuq l-esportazzjoni sinjifikattiv imwettaq permezz tat-trade mark “HERBACIN”, invokata insostenn tal-oppożizzjoni; kif ukoll ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, mill-fatt li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod inkorrett il-provi ta’ użu ppreżentati f’dak li jikkonċerna x-xerrejja fit-territorju tal-Komunità.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — Athens Resort Casino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/12)

2012/C 80/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Marrousi, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis u K. Spyropoulos, avukati u F. Carlin, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/EU, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar għajnuna mill-Istat lil ċerti każinò Griegi C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) implementata mir-Repubblika Ellenika (ĠU L 285, 01.11.2011, p. 25) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”); jew

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tapplika għar-rikorrenti; jew

iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tordna l-irkupru ta’ ammonti mingħand ir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha u għal dawk tar-rikorrenti sostnuti f’konnessjoni ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv isostni li

il-konvenuta kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkunsidrat li d-deċiżjoni kkontestata kienet tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna billi:

(a)

ikkunsidrat li r-rikorrenti bbenefikat minn vantaġġ ekonomiku fil-forma ta’ “diskriminazzjoni fiskali” fl-ammont ta’ EUR 7.20 għal kull biljett;

(b)

ikkunsidrat li l-miżura kienet tinvolvi telf ta’ riżorsi tal-Istat;

(c)

ikkunsidrat li l-miżura kienet selettiva favur ir-rikorrenti;

(d)

ikkonkludiet li l-miżura ikkawżat distorsjoni tal-kompetizzjoni u kellha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

It-tieni motiv isostni

li l-konvenuta kisret l-Artikolu 296 TFUE billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti li tippermetti lir-rikorrenti tifhem u lill-Qorti Ġenerali tistħarreġ ir-raġunament li abbażi tiegħu sabet li l-applikanti kienet ibbenefikat minn vantaġġ selettiv, li dan il-vantaġġ kien jinvolvi telf ta’ riżorsi tal-Istat u huwa tali li jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollu jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(3)

It-tielet motiv isostni

li fil-każ li l-Qorti Ġenerali tikkonkludi li kienet ingħatat lir-rikorrenti għajnuna inkompatibbli, din għandha tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tordna l-irkupru ta’ ammonti mingħand ir-rikorrenti, peress li dan l-irkupru jikser:

(a)

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1), li jgħid li l-irkupru għandu jkun relatat mal-għajnuna li jkun irċieva l-benefiċjarju, peress li l-konvenuta naqset milli tikkwantifika korrettament fid-deċiżjoni kkontestata l-ammont tal-għajnuna li r-rikorrenti setgħet kienet irċeviet;

(b)

it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999, peress li l-irkupru f’dan il-każ jikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri: il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi; il-prinċipju ta’ ċertezza legali; u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2012 — Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill

(Kawża T-43/12)

2012/C 80/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mohamad Hamcho (Damasku, is-Sirja) u Hamcho International (Damas) (rappreżentant: M. Ponsard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors preżenti fil-proċedura mgħaġġla;

tannulla, sa fejn dawn l-atti jagħmlu referenza għar-rikorrenti:

id-Deċiżjoni 2011/273/PESK kif ikkompletata u emendata sal-ġurnata tal-lum, inklużi d-deċiżjonijiet kollha iċċitati fil-Kapitolu 17 iktar ’il fuq;

ir-Regolament 442/2011 kif ikkompletat u emendat sal-ġurnata tal-lum, inklużi r-regolamenti kollha ċċitati fil-Kapitolu 18 iktar ’il fuq;

id-Deċiżjoni 2011/782/PESK kif ikkompletata u emendata sal-ġurnata tal-lum, b’mod partikolari bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/37/PESK, skont il-Kapitolu 19 iktar ’il fuq;

ir-Regolament 36/2012 kif ikkompletat u emendat sal-ġurnata tal-lum, b’mod partikolari permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 55/2012, skont il-Kapitolu 20 iktar ’il fuq.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill inkluża fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta’ Diċembru 2011 destinata lir-rikorrenti, sa fejn iżżommhom elenkati fil-listi inkwistjoni;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2012 — Colegio Oficial de Farmacéuticos de Valencia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/09) (1)

2012/C 80/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Ghost Brand vs UASI — Procter & Gamble International Operations (GHOST)

(Kawża T-298/11) (1)

2012/C 80/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Otto vs UASI — Nalsani (TOTTO)

(Kawża T-300/11) (1)

2012/C 80/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/11) (1)

2012/C 80/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2012 — Symfiliosi vs FRA

(Kawża T-397/11) (1)

2012/C 80/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.