|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CA2012.076.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2012/C 076A/01 |
Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/230/12 (AD 5) u EPSO/AD/231/12 (AD 7) |
|
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
|
8 |
(DA/EL/HU/IT/MT/PL) |
|
10 |
|
|
17 |
(LT) |
|
20 |
(EN) |
|
22 |
(DE/EN/FR) |
|
27 |
|
|
30 |
(FR) |
|
31 |
(ES) |
|
37 |
|
|
44 |
|
|
46 |
|
|
53 |
|
|
55 |
|
|
59 |
|
|
69 |
(DE/EN/FR) |
|
70 |
(EL) |
|
71 |
(ES) |
|
74 |
(HU) |
|
75 |
(NL) |
|
76 |
|
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 76/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI EPSO/AD/230/12 (AD 5) U EPSO/AD/231/12 (AD 7)
(2012/C 76 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).
EPSO/AD/230/12 (AD 5) U EPSO/AD/231/12 (AD 7)
Amministraturi fl-oqsma li ġejjin:
|
1. |
AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EWROPEA |
|
2. |
LIĠI |
|
3. |
AWDITJAR |
|
4. |
KOMUNIKAZZJONI |
|
5. |
RELAZZJONIJIET ESTERNI |
L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jinħolqu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Qabel ma tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 315 A tat-28 ta' Ottubru 2011 kif ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TAD-DĦUL |
|
V. |
ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI |
|
VI. |
LISTI TA' RIŻERVA |
|
VII. |
KIF TAPPLIKA ? |
I. QAFAS ĠENERALI
|
|
AD 5 |
AD 7 |
||||||||
|
1 = 2 = 3 = 4 = 5 = |
76 51 38 28 26 |
38 13 5 14 7 |
|||||||||
|
Dan l-avviż huwa rigward żewġ kompetizzjonijiet, li t-tnejn li huma jinkludu diversi oqsma. Int tista' tapplika għal kompetizzjoni waħda u qasam wieħed biss. Din l-għażla għandha ssir meta timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku. Madankollu:
F'dan il-każ, ir-riżultati tiegħek jitqabblu ma' dawk tal-kandidati għall-kompetizzjoni tal-livell AD 5 u, jekk tkun fost dawk li jkunu kisbu l-aħjar riżultati fit-testijiet tad-dħul għal din il-kompetizzjoni (fil-qasam magħżul), tiġi mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Dan l-assenjar mill-ġdid iseħħ qabel l-istedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni u fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek fl-applikazzjoni elettronika. Il-kandidati li jkunu taħt il-livell tal-aħjar marki għall-kompetizzjoni tal-grad AD 7 ma jiġux ikkunsidrati għat-trasferiment lejn il-kompetizzjoni AD 5. |
||||||||||
II. DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET
Il-grad AD 5 huwa l-grad li fih il-kandidati magħżula jidħlu f'karriera ta' amministratur fl-Istituzzjonijiet Ewropej. L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu jwettqu, taħt superviżjoni, tliet tipi ewlenin ta' xogħol fl-istituzzjonijiet: tfassil tal-politika, funzjoni operattiva u ġestjoni tar-riżorsi. Aħna qed infittxu, partikolarment, kandidati b'potenzjal ta' żvilupp fil-karriera.
Grad AD 7
L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu, aparti x-xogħol deskritt għall-grad AD 5, ikunu mitluba jwettqu funzjonijiet ta' koordinazzjoni ta' ħidma ma' persuni oħra u ta' superviżjoni tax-xogħol.
Deskrizzjoni dettaljata tal-oqsma differenti tinsab fl-Anness.
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika (2), trid tkun tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha, ġenerali u speċifiċi, li ġejjin:
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
2.1. |
Kwalifiki Ara l-punt 2 tal-Anness. |
||||||||||||
|
2.2. |
Esperjenza professjonali Ara l-punt 3 tal-Anness. |
||||||||||||
|
2.3. |
Għarfien lingwistiku Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: |
||||||||||||
|
BG (il-Bulgaru) CS (iċ-Ċek) DA (id-Daniż) DE (il-Ġermaniż) EL (il-Grieg) EN (l-Ingliż) ES (l-Ispanjol) ET (l-Estonjan) |
FI (il-Finlandiż) FR (il-Franċiż) GA (l-Irlandiż) HU (l-Ungeriż) IT (it-Taljan) LT (il-Litwan) LV (il-Latvjan) MT (il-Malti) |
NL (l-Olandiż) PL (il-Pollakk) PT (il-Portugiż) RO (ir-Rumen) SK (is-Slovakk) SL (is-Sloven) SV (l-Isvediż) |
|||||||||||
|
Lingwa prinċipali:
|
||||||||||||
|
u |
|
||||||||||||
|
It-tieni lingwa (trid tkun bilfors differenti mil-lingwa 1):
|
||||||||||||
IV. TESTIJIET TAD-DĦUL
It-testijiet tad-dħul isiru fuq kompjuter u jiġu organizzati mill-EPSO. Il-bord tal-għażla jiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VII). Attenzjoni:
|
|||||||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-kapaċitajiet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward ta' dawn li ġejjin: |
|||||||
|
Test (a) |
Ir-raġunament verbali |
Marki: minn 0 sa 20 punt. Minimu meħtieġ: 10 punti |
||||||
|
Test (b) |
Ir-raġunament numeriku |
Marki: minn 0 sa 10 punti. |
||||||
|
Test (c) |
Ir-raġunament astratt |
Marki: minn 0 sa 10 punti. |
||||||
|
|
Il-minimu meħtieġ għat-testijiet (b) u (c) flimkien huwa ta' 10 punti. |
|||||||
|
Test (d) |
il-valutazzjoni sitwazzjonali |
Marki: minn 0 sa 40 punt. Minimu meħtieġ: 24 punt |
||||||
|
Lingwa 1: testijiet (a), (b) u (c). Lingwa 2: test (d). |
|||||||
V. ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI
|
Int se tkun mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni:
In-numru tal-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor ma' darbtejn u nofs in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni, u se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu). |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Iċ-ċentru ta' evalwazzjoni huwa maħsub biex jevalwa dawn il-kompetenzi: A. Kompetenzi speċifiċi fil-qasam Il-kompetenzi speċifiċi fil-qasam se jkunu ttestjati biss permezz tal-istudju ta' każ. B. Kompetenzi ġenerali (5):
Dawn il-kompetenzi se jiġu eżaminati permezz tal-elementi (6) li ġejjin:
Int se tkun mistieden tipparteċipa fl-istudju ta' każ (7) fil-qasam magħżul (li huwa parti integrali miċ-ċentru ta' evalwazzjoni) u għall-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju se jsir Brussell jew il-Lussemburgu u li jdum jum jew jum u nofs. Kull kompetenza ġenerali se tiġi ttestjata darbtejn skont din l-iskeda: |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
AD 5/AD 7 |
Studju ta' każ partikolari |
Eżerċizzju fi grupp |
Preżentazzjoni orali |
Intervista strutturata |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
x |
|
x |
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
Tagħlim u żvilupp |
|
x |
|
x |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
x |
x |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
Perseveranza |
|
|
x |
x |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Ħidma f'tim |
|
x |
|
x |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Ħiliet ta' tmexxija |
|
x |
|
x |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Lingwa 2 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam magħżul Minn 0 sa 20 punt. minimu meħtieġ: 10 punti Piż: 25 % tal-marka globali Kompetenzi ġenerali Minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali. Minimu meħtieġ:
Piż: 75 % tal-marka globali |
||||||||||||||||||||||||||||||
VI. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fuq il-lista ta' riżerva:
Il-verifika ssir skont l-ordni dixxendenti, sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni. Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li jkunu ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati. Jekk jirriżulta minn din il-verifika li d-dikjarazzjonijiet (9) li saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom mhumiex ippruvati bid-dokumenti ta' prova rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni. |
||||||
|
Il-listi huma stabbiliti skont il-kompetizzjoni, skont il-qasam, skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4 gruppi) u f'ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu. |
VII. KIF TAPPLIKA
|
Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data tal-għeluq (inkluża l-validazzjoni): is-17 ta' April 2012 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell. |
||
|
Jekk inti tagħmel parti mill-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ta' prova) meta tiġi fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni (10). Kundizzjonijiet: ara l-punt 6.1 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Issir eċċezzjoni għad-diplomi tal-kandidati li jinsabu fl-aħħar sena tal-istudji universitarji (ara l-punt 2 tal-Anness).
(3) Fil-każ fejn fl-aħħar post jiġu diversi kandidati bl-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(4) Din l-informazzjoni tiġi verifikata, abbażi tad-dokumenti ta' prova, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VI.1 u t-Taqsima VII.2).
(5) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
(6) Il-kontenut ta' dawn l-elementi huwa vvalidat mill-bord tal-għażla.
(7) Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, l-istudju ta' każ jista' jsir fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri u/jew fi Brussell, indipendentement mit-testijiet l-oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(8) Fil-każ fejn fl-aħħar post jiġu diversi kandidati bl-istess marka, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.
(9) Dikjarazzjonijiet ivverifikati mill-EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord tal-għażla għall-kundizzjonijiet speċifiċi.
(10) Id-data ta' meta trid tattendi ċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek.
ANNESS
1. AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EWROPEA
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità tagħhom.
Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:
|
— |
it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-programmi u tal-pjanijiet ta' azzjoni, |
|
— |
il-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod speċjali l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir, |
|
— |
l-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontributi miktuba jew orali, |
|
— |
l-abbozzar ta' noti ta' analiżi tal-politiki, |
|
— |
il-komunikazzjoni esterna kif ukoll ir-rappurtar u l-komunikazzjoni interna, |
|
— |
il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi u bejn l-istituzzjonijiet, kif ukoll ir-relazzjonijiet mal-partijiet interessati esterni, |
|
— |
l-abbozzar tal-kuntratti, il-preparazzjoni tas-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti, u l-parteċipazzjoni fil-kumitati tal-evalwazzjoni tas-segwitu tal-proċeduri tal-għażla u tal-allokazzjoni tal-proposti. |
2. Kwalifiki
Grad AD 5
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma.
L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2012.
Grad AD 7
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar, iċċertifikati b'diploma.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena relatata man-natura tal-funzjonijiet.
NB: Din is-sena ma tistax tiġi kkunsidrata bħala parti min-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub fil-punt 3 hawn taħt.
3. Esperjenza professjonali
Grad AD 5
Mhi meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali.
Grad AD 7
Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet. Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
2. LIĠI
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-liġi huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità tagħhom, jipprovdu konsulenza u pariri legali lill-unitajiet ta' ġestjoni u/jew operattivi fi ħdan id-dipartiment tagħhom, filwaqt li jiżguraw konformità mal-liġi Ewropea u ma' dik nazzjonali.
Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:
|
— |
l-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontributi miktuba jew orali, |
|
— |
l-analiżi, ir-riċerka, il-pariri u l-assistenza fil-qasam legali kif ukoll is-superviżjoni ta' kwistjonijiet legali, |
|
— |
l-abbozzar ta' dokumenti legali, |
|
— |
ir-rappurtar u l-komunikazzjoni interna dwar kwistjonijiet legali, |
|
— |
il-koordinazzjoni mad-dipartimenti l-oħra u l-konsultazzjoni magħhom dwar kwistjonijiet legali, |
|
— |
il-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod speċjali l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir, |
|
— |
it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-programmi u tal-pjanijiet ta' azzjoni. |
2. Kwalifiki
Grad AD 5
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma fil-liġi.
L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2012.
Grad AD 7
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar, iċċertifikati b'diploma fil-liġi.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma fil-liġi, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.
NB: Din is-sena ma tistax tiġi kkunsidrata bħala parti min-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitluba fil-punt 3 hawn taħt.
3. Esperjenza professjonali
Grad AD 5
Mhi meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali.
Grad AD 7
Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet. Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
3. AWDITJAR
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-awditjar huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità tagħhom.
Huma jkunu mitluba wkoll jaħdmu f'oqsma bħall-awditjar finanzjarju, tal-prestazzjoni u dak intern. Dawn l-awdituri jipprovdu servizzi ta' assigurazzjoni u ta' konsulenza fl-oqsma operattivi kollha tal-Unjoni Ewropea bl-għan li jtejbu l-governanza u l-ġestjoni. Huma jistgħu jintbagħtu jieħdu sehem f'interventi fis-27 Stati Membri kif ukoll f'pajjiżi terzi.
Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, huma notevolment:
|
— |
l-awditjar estern, l-awditjar finanzjarju kif ukoll l-eżami tal-ġestjoni finanzjarja tajba, inklużi l-implimentazzjoni u r-rappurtar, |
|
— |
il-kontroll u l-ispezzjonijiet esterni, it-titjib tas-sistemi ta' kontroll, |
|
— |
l-awditjar intern, l-appoġġ metodoloġiku, il-konsulenza u t-taħriġ, |
|
— |
il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi dwar il-kwistjonijiet tal-awditjar, |
|
— |
l-informazzjoni u l-konsulenza dwar il-kwistjonijiet tal-awditjar. |
2. Kwalifiki
Grad AD 5
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma b'rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ professjonali/kwalifika professjonali ta' livell ekwivalenti relevanti ma' dawk il-funzjonijiet.
L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2012.
Grad AD 7
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas erba' snin, iċċertifikati b'diploma, b'rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ professjonali/kwalifika professjonali ta' livell ekwivalenti relevanti ma' dawk il-funzjonijiet.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma b'rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ professjonali/kwalifika professjonali ta' livell ekwivalenti relevanti ma' dawk il-funzjonijiet, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.
NB: Din is-sena ma tistax tiġi kkunsidrata bħala parti min-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitluba fil-punt 3 hawn taħt.
Kun af li jista' jkollok bżonn tagħti prova ċara tas-suġġetti studjati sabiex ikun iktar faċli għall-bord tal-għażla li jivvaluta jekk il-kwalifiki humiex rilevanti.
3. Esperjenza professjonali
Grad AD 5
Mhi meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali.
Grad AD 7
Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet. Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. KOMUNIKAZZJONI
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
L-uffiċjali mfittxija se jeżerċitaw l-attività tagħhom f'wieħed jew iktar mis-setturi segwenti:
|
— |
ħidma bħala kelliem u/jew persuna li tħejji diskors, |
|
— |
komunikazzjoni interna u/jew esterna, |
|
— |
komunikazzjoni, informazzjoni bil-miktub u appoġġ awdjoviżwali, |
|
— |
komunikazzjoni, informazzjoni fuq il-web, |
|
— |
komunikazzjoni strateġika u komunikazzjoni f'każ ta' kriżi, |
|
— |
relazzjonijiet mal-istampa, mal-midja, mal-ambjent politiku u mal-pubbliku b'mod ġenerali, |
|
— |
organizzazzjoni ta' avvenimenti marbutin mal-promozzjoni tal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
it-tfassil u l-iddisinjar ta' websajts, ta' bloggs u ta' siti oħra ta' skambju fuq il-web. |
Huma jwettqu ħidma ta' analiżi, ta' tfassil, ta' studju, ta' pariri u ta' abbozzar, fost oħrajn:
|
— |
l-implimentazzjoni ta' diversi aspetti tal-politika ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni, |
|
— |
organizzazzjoni ta' konferenzi stampa u ta' xandiriet awdjoviżwali, |
|
— |
il-ħolqien ta' elementi grafiċi/lowgows, ta' powsters, fuljetti u dokumenti inġenerali, |
|
— |
it-tfassil u t-twettiq ta' grafika u ta' disinji maħsuba għall-web, |
|
— |
appoġġ lill-ogħla livell ta' maniġment b'materjal għall-midja, |
|
— |
it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' strateġiji, pjanijiet, kampanji ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni, permezz ta' diversi mezzi tal-midja, skont il-pubbliku li wieħed ikun irid jolqot, |
|
— |
l-abbozzar ta' stqarrijiet għall-istampa, ta' rapporti politiċi u ta' testi maħsuba għal diversi mezzi (web, awdjoviżwali, radju, pubblikazzjonijiet...), |
|
— |
abbozzar ta' diskorsi u ta' analiżi, |
|
— |
analiżi tal-opinjoni pubblika, tal-midja u tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri, |
|
— |
monitoraġġ/sorveljanza u analiżi tal-impatt tal-midja. |
2. Kwalifiki
Grad AD 5
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma, f'wieħed jew aktar mis-suġġetti li ġejjin: komunikazzjoni, midja, ġurnaliżmu, relazzjonijiet pubbliċi jew xjenzi politiki.
L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2012.
Grad AD 7
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji ta' mill-anqas erba' snin, konklużi u ċċertifikati b'diploma f'wieħed jew aktar mis-suġġetti li ġejjin: komunikazzjoni, midja, ġurnaliżmu, relazzjonijiet pubbliċi jew xjenzi politiki.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji ta' mill-anqas tliet snin, konklużi u ċċertifikati b'diploma f'wieħed jew aktar mis-suġġetti li ġejjin: komunikazzjoni, midja, ġurnaliżmu, relazzjonijiet pubbliċi jew xjenzi politiki, segwit minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.
NB: Din is-sena ma tistax tiġi kkunsidrata bħala parti min-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitluba fil-punt 3 hawn taħt.
3. Esperjenza professjonali
Grad AD 5
Mhi meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali.
Grad AD 7
Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin, b'rabta man-natura tal-funzjonijiet. Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
5. RELAZZJONIJIET ESTERNI
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
B'mod ġenerali, l-amministraturi fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni huma inkarigati bl-implimentazzjoni u l-parteċipazzjoni fid-definizzjoni tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea (l-UE), li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali jew multilaterali ffirmati mill-UE, mill-parti esterna tal-politiki interni tal-UE, kif ukoll tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u tal-politika ta' difiża komuni tal-UE. Il-karriera tal-uffiċjal fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni tista' tinkludi impjieg f'postijiet fi ħdan id-delegazzjonijiet tal-UE.
Id-dmirijiet ewlenin involuti jinkludu:
|
— |
l-implimentazzjoni tal-ftehimiet bilaterali, bireġjonali u multilaterali tal-UE mal-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, |
|
— |
il-kontribut għall-koordinazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni mal-parti esterna tal-politiki interni tal-UE, |
|
— |
il-koordinazzjoni tal-azzjoni esterna tal-UE b'rabta mal-Istati Membri u mad-diversi istituzzjonijiet tal-UE, |
|
— |
iż-żamma tar-relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiżi sħab tal-UE u l-promozzjoni tal-interessi tal-UE, |
|
— |
il-komunikazzjoni esterna u l-komunikazzjoni interna, ir-relazzjonijiet mal-atturi esterni, b'mod partikolari ambaxxati, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet reġjonali u s-soċjetà ċivili, |
|
— |
ir-rappurtar politiku, l-abbozzar ta' noti ta' analiżi politika u ta' briefings għal min jieħu d-deċiżjonijiet, |
|
— |
l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'laqgħat ta' livell għoli li jinvolvu l-protokoll, |
|
— |
il-ħidma f'kollaborazzjoni stretta mad-delegazzjonijiet tal-UE fid-dinja kollha. |
2. Kwalifiki
Grad AD 5
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma.
L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2012.
Grad AD 7
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar, iċċertifikati b'diploma.
Jew
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena relatata man-natura tal-funzjonijiet.
NB: Din is-sena ma tistax tiġi kkunsidrata bħala parti min-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitluba fil-punt 3 hawn taħt.
3. Esperjenza professjonali
Grad AD 5
Mhi meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali.
Grad AD 7
Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin, b'rabta man-natura tal-funzjonijiet. Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.