|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.075.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 075/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6381 – Google/Motorola Mobility) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 075/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2012/C 075/03 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 075/04 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 075/05 |
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/B1/39.736 – Siemens/Areva ( 1 ) |
|
|
2012/C 075/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6532 – Samsung Group/Corning Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 075/07 |
||
|
2012/C 075/08 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6381 – Google/Motorola Mobility)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 75/01
Fit-13 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6381. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Marzu 2012
2012/C 75/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3057 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
108,03 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4348 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83575 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,8889 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2060 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4515 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,585 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
294,37 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6966 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1243 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3623 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3450 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2444 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2953 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1342 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5941 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6482 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 469,15 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,8920 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2663 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5365 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 978,56 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9641 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,828 |
|
RUB |
Rouble Russu |
38,7063 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,033 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,3778 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,5563 |
|
INR |
Rupi Indjan |
65,2520 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/3 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2012/C 75/03
Għajnuna Nru: SA.32565 (11/XA)
Stati Membri: Il-Litwanja
Reġjun: Lithuania
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pagalba kokybiškų žemės ūkio produktų gamybai skatinti (Schemos XA 25/10 pakeitimas)
Bażi legali: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2011 m. vasario 8 d. įsakymas Nr. 3D-94 „Dėl žemės ūkio ministro 2007 m. balandžio 23 d. įsakymo Nr. 3D-184 „Dėl pagalbos kokybiškų žemės ūkio produktų gamybai skatinti teikimo taisyklių patvirtinimo“ pakeitimo“
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: LTL 2 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-1 ta’ Marzu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità (Art. 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija |
|
Gedimino pr. 19 (Lelevelio g. 6) |
|
LT-01103 Vilnius |
|
LIETUVA/LITHUANIA |
Indirizz tal-Internet:
|
|
http://www.zum.lt/lt/teisine-informacija/isakymai/6350/ |
|
|
http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=392547&p_query=&p_tr2= |
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.32937 (11/XA)
Stati Membri: Il-Litwanja
Reġjun: Lithuania
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Nuostolių dėl užkrečiamųjų ligų – galvijų tuberkuliozės, galvijų bruceliozės, enzootinės galvijų leukozės – židinio galvijų bandoje sunaikinimo įvertinimo ir atlyginimo taisyklės
Bażi legali: Lietuvos Respublikos žemės ūkio, maisto ūkio ir kaimo plėtros įstatymas (Žin., 2002, Nr. 72-3009; 2008, Nr. 81-3174), Lietuvos Respublikos veterinarijos įstatymo pakeitimo įstatymas (Žin., Nr. 148-7563), 2005 m. birželio 21 d. Tarybos reglamentas (EB) Nr. 1290/2005 dėl bendrosios žemės ūkio politikos finansavimo (OL L 209, 2005 8 11, p. 1) su paskutiniais pakeitimais, padarytais 2009 m. gegužės 25 d. Tarybos reglamentu (EB) Nr. 473/2009 (OL L 144, 2009 6 9, p. 3), 2006 m. gruodžio 15 d. Komisijos reglamentas (EB) Nr. 1857/2006 dėl Sutarties 87 ir 88 straipsnių taikymo valstybės pagalbai mažoms ir vidutinėms įmonėms, kurios verčiasi žemės ūkio produktų gamyba, iš dalies keičiantis Reglamentą (EB) Nr. 70/2001 (OL L 358, 2006 12 16, p. 3), 1990 m. birželio 26 d. Tarybos sprendimas 90/424/EEB dėl išlaidų veterinarijos srityje (OL 2004 m. specialusis leidimas, 3 skyrius, 10 tomas, p. 128) su paskutiniais pakeitimais, padarytais 2009 m. gegužės 25 d. Tarybos sprendimu 2009/470/EB (OL L 155, 2009 6 18, p. 30)
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: LTL 0,30 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-23 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija |
|
Gedimino pr. 19 (Lelevelio g. 6) |
|
LT-01103 Vilnius |
|
LIETUVA/LITHUANIA |
Indirizz tal-Internet: http://www.lrs.lt/pls/proj/dokpaieska.showdoc_l?p_id=81807&p_query=&p_tr2=&p_org=13&p_fix=y
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33468 (11/XA)
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Sardegna
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aiuti per le perdite di reddito nel periodo 1o giugno-31 dicembre 2010 alle aziende che allevano bovini da latte colpiti da tubercolosi bovina.
Bażi legali: L.r. n. 8/1998 — Articolo 23.
Deliberazione n. 25/47 del 19 maggio 2011.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,12 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-5 ta’ Awwissu 2011 sal-1 ta’ Ġunju 2012
Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Assessorato dell'agricoltura |
|
Via Pessagno 4 |
|
09125 Cagliari CA |
|
ITALIA |
Indirizz tal-Internet:
|
|
http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_106_20110520115600.pdf |
|
|
http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_106_20110520115501.pdf |
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.34443 (12/XA)
Stati Membri: Il-Bulgarija
Reġjun: Bulgaria
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Помощ за съфинансиране на застрахователни премии при застраховане на пчелни кошери с пчелни семейства“
Bażi legali: Чл. 12, ал. 1, т. 1 и ал. 2, т. 1, букви „а“ и „б“ от Закона за подпомагане на земеделските производители (ЗПЗП)
Указания на Държавен фонд „Земеделие“ за прилагане на схема за държавна помощ „Помощ за съфинансиране на застрахователни премии при застраховане на пчелни кошери с пчелни семейства“
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: BGN 1,81 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 80 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-15 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Premiums tal-assigurazzjoni (Art. 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' annimali
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Държавен фонд „Земеделие“ |
|
бул. „Цар Борис III“ № 136 |
|
1618 София/Sofia |
|
БЪЛГАРИЯ/BULGARIA |
Indirizz tal-Internet: http://www.dfz.bg/bg/darzhavni-pomoshti/shemi_durjavni_pomoshti_reglament_1857_2006/
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.34446 (12/XA)
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Italia
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Contributo per la partecipazione del giovane imprenditore agricolo (o di un proprio collaboratore) alla manifestazione fieristica SIAL 2012, che si svolgerà a Parigi (Francia) dal 21 al 25 ottobre 2012.
Bażi legali: Legge 15 dicembre 1998, n. 441, recante «Norme per la diffusione e la valorizzazione dell'imprenditoria in agricoltura».
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,25 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-23 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2012
Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali |
|
Via XX Settembre 20 |
|
00187 Roma RM |
|
ITALIA |
Indirizz tal-Internet: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/4671
Informazzjoni oħra: —
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/6 |
Sejħa għall-proposti – EACEA/06/12
Il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni
Azzjoni 3.2 – Iż-Żgħażagħ fid-Dinja: Kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħrajn għajr il-pajjiżi ġirien tal-Unjoni Ewropea
2012/C 75/04
1. Objettivi
L-għan ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa li tappoġġja proġetti li jippromwovu l-kooperazzjoni fis-settur taż-żgħażagħ bejn il-Pajjiżi li jieħdu sehem fil-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u Pajjiżi Msieħba għajr dawk li huma ġirien tal-Unjoni Ewropea (pajjiżi li ffirmaw ftehim mal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-qasam taż-żgħażagħ). Din is-sejħa tipprovdi għotjiet finanzjarji għall-proġetti.
Din hija maħsuba għal organizzazzjonijiet li jaħdmu fis-settur taż-żgħażagħ li jkunu interessati fit-tmexxija ta’ proġetti li jippromwovu l-kooperazzjoni f’dan il-qasam u li jinvolvu ħaddiema żgħażagħ u mexxejja żgħażagħ, żgħażagħ infushom u atturi oħrajn involuti fi strutturi u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.
L-għanijiet tagħha huma:
|
— |
Li ttejjeb il-mobbiltà taż-żgħażagħ u ta' dawk li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ, kif ukoll l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ; |
|
— |
Li tippromwovi l-għoti ta’ setgħa liż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni attiva; |
|
— |
Li ttejjeb il-kapaċità umana fost l-istrutturi u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ sabiex dawn jagħtu kontribut favur l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; |
|
— |
Li tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza u l-prassi tajba fil-qasam taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni mhux formali; |
|
— |
Li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ politika dwar iż-żgħażagħ, il-ħidma taż-żgħażagħ u s-settur tal-volontarjat; u |
|
— |
Li tiżviluppa sħubiji u netwerks sostenibbli bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. |
Prijoritajiet
Tingħata preferenza lil dawk il-proġetti li jkunu jirriflettu bl-aħjar mod dawn il-prijoritajiet:
|
(i) |
Prijoritajiet permanenti tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni
|
|
(ii) |
Prijoritajiet annwali tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni
|
|
(iii) |
Kooperazzjoni ma’ reġjuni jew pajjiżi msieħba speċifiċi Bħala segwitu għas-Sena taż-Żgħażagħ 2011 UE-Ċina u fil-kuntest tas-Sena tad-Djalogu Interkulturali 2012 UE-Ċina, għandha tingħata attenzjoni lil dawk il-proġetti li jippromwovu d-djalogu, l-iskambju u l-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ bejn l-UE u ċ-Ċina. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk il-proġetti maħsubin biex jiżguraw is-segwitu u s-sostenibbiltà għall-kooperazzjoni mibdija fl-2011 u/jew lil dawk il-proġetti li jiffokaw fuq il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali bejn żgħażagħ mill-UE u miċ-Ċina. |
2. Applikanti eliġibbli
Il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt. Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu:
|
— |
Organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs); |
|
— |
Korpi pubbliċi fil-livell reġjonali jew lokali; jew |
|
— |
Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ. |
L-istess japplika għall-organizzazzjonijiet imsieħba.
L-applikanti għandhom – sad-data tal-iskadenza speċifikata għas-sottomissjoni tal-proposti tagħhom – ikunu ilhom irreġistrati legalment tul mill-inqas sentejn (2) f’wieħed mill-Pajjiżi li jieħdu sehem fil-Programm.
Il-Pajjiżi li jieħdu sehem fil-Programm huma dawn:
|
— |
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit (1); |
|
— |
Dawk il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA): l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera; |
|
— |
Il-pajjiżi kandidati li għalihom ġiet stabbilita strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u mat-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ dawn il-pajjiżi sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fi programmi tal-UE: il-Kroazja u t-Turkija. |
Il-korpi stabbiliti fil-pajjiżi li ġejjin jistgħu jipparteċipaw bħala sħab iżda ma jistgħux jissottomettu proposti skond din is-sejħa. Il-pajjiżi li huma partijiet minn ftehimiet mal-Unjoni Ewropea rigward il-qasam taż-żgħażagħ jitqiesu bħala Pajjiżi Msieħba. Dawn huma li ġejjin:
|
— |
L-Amerika Latina: l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċile, il-Kolumbja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj u l-Venezwela; |
|
— |
L-Afrika: l-Angola, il-Benin, il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Burundi, il-Kamerun, Kap Verde, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, iċ-Ċad, il-Komoros, il-Kongo (Brazzaville), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Ġibuti, il-Ginea Ekwatorjali, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Gabon, il-Gambja, il-Gana, il-Ginea-Bissaw, il-Kenja, il-Kosta tal-Avorju, il-Lesoto, il-Liberja, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Mali, il-Mawritanja, il-Mawrizju, il-Możambik, in-Namibja, in-Niġer, in-Niġerja, ir-Repubblika tal-Ginea, ir-Rwanda, Sao Tome u Prinċipe, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, l-Afrika ta’ Isfel, is-Sudan, is-Sważilandja, it-Tanzanija, it-Togo, l-Uganda, iz-Zambja u ż-Żimbabwe; |
|
— |
Il-Karibew: Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, id-Dominika, ir-Repubblika Dominikana, il-Grenada, il-Gujana, il-Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, is-Surina u Trinidad u Tobago; |
|
— |
Il-Paċifiku: il-Gżejjer Cook, it-Timor tal-Lvant, il-Fiġi, Kiribati, il-Gżejjer Marshall, il-Mikronesja, Nauru, Niue, il-Palau, il-Papwa Ginea Ġdida, Samoa, il-Gżejjer Solomon, Tonga, Tuvalu u l-Vanwatu; |
|
— |
L-Asja: l-Afganistan, il-Bangladexx, il-Kambodja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, il-Kazakastan, il-Kirgiżtan, il-Laos, il-Malasja, in-Nepal, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja, l-Uzbekistan, il-Vjetnam u l-Jemen; |
|
— |
Pajjiżi industrijalizzati (2): l-Awstralja, il-Brunej, il-Kanada, il-Ġappun, in-New Zealand, ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Uniti tal-Amerika. |
Il-proġetti għandhom jinvolvu msieħba minn mill-inqas erba’ pajjiżi differenti (inkluża l-organizzazzjoni applikanta), inkluż mill-inqas żewġ Pajjiżi li jieħdu sehem f'dan il-Programm, li mill-inqas wieħed minnhom irid ikun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u żewġ Pajjiżi Msieħba.
Fir-rigward tas-segwitu għas-Sena taż-Żgħażagħ 2011 UE-Ċina jew is-Sena tad-Djalogu Interkulturali 2012 UE-Ċina, tingħata eċċezzjoni għal dawk il-proġetti li jinvolvu lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bħala Pajjiż Imsieħeb. F’dawn il-każi, l-proġetti jistgħu jinvolvu Pajjiż Imsieħeb wieħed (iċ-Ċina) u Pajjiż wieħed jew aktar li jieħdu sehem fil-Programm, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
3. Attivitajiet eliġibbli
Il-proġett għandu jinkludi attivitajiet li ma jkollhomx l-għan li jagħmlu profitt u li jkunu relatati mal-qasam taż-żgħażagħ u mal-edukazzjoni mhux formali.
Lista indikattiva tal-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati mill-proposti
L-attivitajiet appoġġjati taħt din is-sejħa jistgħu jinkludu, mingħajr ma huma limitati għalihom, dawn li ġejjin:
|
— |
Avvenimenti taż-żgħażagħ fuq skala kbira, seminars, konferenzi; |
|
— |
Attivitajiet li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ sħubiji u netwerks; |
|
— |
Attivitajiet li jinkoraġġixxu d-djalogu politiku fil-qasam taż-żgħażagħ; |
|
— |
Informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni miż-żgħażagħ u favur iż-żgħażagħ; |
|
— |
Taħriġ u bini tal-kapaċità tal-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-multiplikaturi; |
|
— |
Apprentistat u l-mobbiltà fit-tul għall-ħaddiema żgħażagħ. |
Il-proġetti għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Settembru 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012. It-tul minimu huwa 6 xhur u t-tul massimu huwa 12-il xahar.
4. Kriterji tal-għoti
L-applikazzjonijiet eliġibbli sejrin jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
— |
Ir-rilevanza tal-proġett fir-rigward tal-objettivi u l-prijoritajiet tas-sejħa (30 %) |
|
— |
Il-kwalità tal-proġett u tal-metodi ta’ ħidma li jinkludi (50 %) |
|
— |
Il-profil u n-numru ta’ parteċipanti u ta’ promoturi involuti fil-proġett (20 %) |
Għalkemm ser titfittex rappreżentazzjoni ġeografika bilanċjata fil-proġetti magħżula, il-fattur determinanti prinċipali fir-rigward tan-numru ta’ proġetti ffinanzjati għal kull pajjiż ser ikun il-kwalità.
5. Baġit
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa għall-proposti huwa stmat EUR 3 000 000.
L-assistenza finanzjarja mill-Aġenzija ma għandhiex tingħata għal aktar minn 80 % tal-ispejjeż eliġibbli totali ta’ proġett. L-għotja massima ma għandhiex taqbeż l-ammont ta’ EUR 100 000.
L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Is-Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
Ma tistax tiġi sottomessa aktar minn proposta waħda għal proġett mill-istess applikant skond din is-Sejħa għall-Proposti.
Il-formoli jitniżżlu mill-Internet mill-indirizz li ġej:
http://eacea.ec.europa.eu/youth/funding/2012/call_action_3_2_en.php
L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jitħejjew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, u għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2012 fl-indirizz li ġej:
|
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency |
|
Youth in Action Programme — EACEA/06/12 |
|
BOUR 4/029 |
|
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
|
1140 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
— |
bil-posta, bid-data skont it-timbru tal-posta, |
|
— |
permezz ta’ kumpanija b’servizz ta’ kurrier, bid-data tal-irċevuta mill-kumpanija b’servizz ta’ kurrier li tittieħed bħala prova tal-postaġġ (għandha tiġi inkluża kopja tal-irċevuta oriġinali bid-data tad-depożitar fil-formola tal-applikazzjoni). |
L-applikazzjonijiet li jintbagħtu b’fax jew b’e-mail ma jiġux aċċettati.
7. Informazzjoni addizzjonali
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet inklużi fil-Linji Gwida tal-Applikazzjoni – Sejħa għall-proposti EACEA/06/12, jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni pprovduta għal dan il-għan u jinkludu l-annessi rilevanti.
Id-dokumenti msemmija jinstabu fuq l-Internet fl-indirizz li ġej:
http://eacea.ec.europa.eu/youth/funding/2012/call_action_3_2_en.php
(1) Persuni minn pajjiżi u territorji barranin u, jekk applikabbli, istituzzjonijiet pubbliċi jew privati bbażati hemmhekk, huma eliġibbli taħt il-Programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni”, jiddependi mir-regoli tal-programm u dawk li japplikaw fl-Istat Membru li miegħu jkunu konnessi. Lista ta’ dawn il-pajjiżi u territorji barranin hija mogħtija fl-Anness 1A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea (“Overseas Association Decision”) (ĠU L 314, 30.11.2001): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:2001D0822:20011202:MT:PDF
(2) Jekk il-proġetti jinvolvu pajjiżi industrijalizzati, l-għotja finanzjarja mill-UE ma tistax tkopri l-ispejjeż imġarrba mis-sħab jew mill-parteċipanti minn dawk il-pajjiżi.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/10 |
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/B1/39.736 – Siemens/Areva
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 75/05
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jitwaqqaf ksur u fejn il-partijiet ikkonċernati joffru li jieħdu impenji biex jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li tagħmel dawk l-impenji vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi addottata għal perjodu speċifiku u tkun tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom sad-data stabbilita mill-Kummissjoni. |
2. SOMMARJU TAL-KAŻ
|
(2) |
Fl-2001, is-Siemens AG (“Siemens”) u l-Framatome SA (“Framatome”), il-predeċessuri legali tal-Areva SA (“Areva”), ħolqu l-impriża konġunta b'funzjoni sħiħa Areva NP SAS (“Areva NP” jew “l-IK”), li fiha għaqqdu l-attivitajiet rispettivi tagħhom b’rabta mal-impjanti tal-enerġija nukleari. Fl-2009, is-Siemens ħabbret id-deċiżjoni tagħha li ma tibqax involuta fl-IK. Il-Patt tal-Azzjonisti li sar bejn il-kumpaniji possedenti tal-IK jinkludi obbligu li ma ssirx kompetizzjoni, li mhux biss ikopri ż-żmien sakemm iddum għaddejja l-IK iżda, skont kif kien fil-bidu, kellu jibqa' jgħodd għal perjodu ta’ bejn 8 snin u 11-il sena wara li s-Siemens ma jkunx baqgħalha l-kontroll konġunt tal-IK. Aktar tard, f’April 2011, iż-żmien li matulu jkun fis-seħħ l-obbligu li ma ssirx kompetizzjoni wara li s-Siemens ma jkunx baqgħalha l-kontroll konġunt tal-IK tnaqqas permezz ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ biex ġie jagħlaq f’Settembru 2013. Il-Patt tal-Azzjonisti fih ukoll klawżola ta’ kunfidenzjalità, li tgħodd għall-istess tul ta’ żmien bħall-obbligu li ma ssirx kompetizzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni stħarrġet il-każ wara li, fis-16 ta’ Ottubru 2009, is-Siemens ressqet ilment li aktar tard irtiratu. Fil-21 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri tal-antitrust skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004. |
|
(4) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, dwar ksur allegat tal-Artikolu 101 TFUE min-naħa tal-Areva u tas-Siemens, f’għadd ta’ swieq tal-prodotti fil-qasam tat-teknoloġija nukleari ċivili. Fil-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha li jista’ jkun li l-obbligu li ma ssirx kompetizzjoni wara li s-Siemens ma jkunx baqgħalha l-kontroll konġunt tal-IK u l-klawżola ta’ kunfidenzjalità għal wara li tintemm l-IK, li dwarhom intlaħaq qbil bejn l-Areva u s-Siemens, jikkostitwixxu ksur tar-regolamenti dwar il-kompetizzjoni kaġun tal-ambitu wiesa’ ħafna tal-prodotti milqutin u wkoll minħabba li jdumu wisq fis-seħħ. Il-valutazzjoni preliminari kkonkludiet li l-obbligu li ma ssirx kompetizzjoni wara li s-Siemens ma jkunx baqgħalha l-kontroll konġunt tal-IK, kif ukoll il-klawżola ta’ kunfidenzjalità għal wara li tintemm l-IK minħabba li din il-klawżola kellha l-istess effett daqslikieku kienet klawżola biex ma ssirx kompetizzjoni, kienu jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) TFUE, u li ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) TFUE minħabba li:
|
3. IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI
|
(5) |
Il-Partijiet soġġetti għall-proċeduri ma jaqblux mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu, huma offrew li, b'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. |
|
(6) |
L-impenji huma spjegati fil-qosor hawn taħt u ġew ippubblikati kollha kemm huma bl-Ingliż fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni:http://ec.europa.eu/competition/index_en.html |
|
(7) |
Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jwarrbu l-obbligu li ma ssirx kompetizzjoni wara li s-Siemens ma jkunx baqgħalha l-kontroll konġunt tal-IK, skont kif kienu qablu bejniethom fil-Patt tal-Azzjonisti u kif ġie mmodifikat wara d-deċiżjoni tal-arbitraġġ, u li jimplimentaw ir-regoli li ġejjin fir-rigward tal-possibbiltà li s-Siemens tikkompeti mal-Areva NP wara li l-Areva takkwista l-kontroll sħiħ tal-Areva NP. |
|
(8) |
Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippermettu li s-Siemens tikkompeti kontra l-Areva NP, mingħajr l-ebda restrizzjoni, mid-data li fiha s-Siemens tilfet il-kontroll konġunt fuq l-Areva NP (i.e. fis-16 ta’ Ottubru 2009), bl-eċċezzjoni ta’ attivitajiet li jkunu relatati direttament mal-gżira nukleari tal-IEN, jiġifieri l-prodotti u s-servizzi tal-qalba tal-Areva NP. Mal-impenji ġiet annessa lista ta’ prodotti tal-qalba u servizzi tal-qalba. |
|
(9) |
Skont l-impenji, ma jitħalliex li jkun hemm kompetizzjoni min-naħa tas-Siemens kontra l-Areva NP biss fejn jidħlu dawk il-prodotti tal-qalba u s-servizzi tal-qalba għal perjodu ta’ tliet snin wara li l-Areva tikseb il-kontroll sħiħ tal-Areva NP, u b’mod aktar preċiż sas-16 ta’ Ottubru 2012. |
|
(10) |
Fuq il-bażi tal-impenji, sas-16 ta’ Ottubru 2012 is-Siemens ma titħalliex tuża kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali b’rabta mal-prodotti tal-qalba u s-servizzi tal-qalba li seta’ kellha aċċess għaliha kemm damet teżisti l-IK. Madanakollu, is-Siemens se tibqa’ marbuta b’obbligu li ma tiżvelax informazzjoni li għandha x’taqsam mal-istruttura korporattiva tal-Areva NP u dokumenti amministrattivi anki wara dik id-data. Fejn għandha x’taqsam informazzjoni teknika kunfidenzjali bil-miktub tal-Areva, is-Siemens hija marbuta kemm b’obbligu li ma jsirx użu minnha kif ukoll b’obbligu li ma tiġix żvelata, li jibqa’ fis-seħħ saħansitra wara Ottubru 2012. |
4. STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI
|
(11) |
Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji li jinsabu fis-sommarju ta’ hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, huma vinkolanti. |
|
(12) |
B’konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kwalunkwe informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif xieraq b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. |
|
(13) |
It-tweġibiet u l-kummenti għandhom ikunu motivati u għandhom jistabbilixxu l-fatti relevanti. Jekk issib li hemm problema fi kwalunkwe parti tal-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni li jista’ jkun hemm għaliha. |
|
(14) |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta' referenza COMP/B1/39.736 – Siemens/Areva, bl-imejl (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-feks (+32 22950128) jew bil-posta, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU C 115, 9.5.2008, p. 47.
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6532 – Samsung Group/Corning Group)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 75/06
|
1. |
Fil-5 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Samsung Mobile Display Co., Ltd. (“SMD”, il-Korea t’Isfel) li tinkludi Samsung Group, u Corning Holding Japan G.K. (“Corning”, il-Ġappun) li tagħmel parti minn Corning Group, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża ġdida (“l-Impriża Konġunta”) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil comp-merger-registry@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6532 – Samsung Group/Corning Group, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/13 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 75/07
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“COPPIA FERRARESE”
Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0120-30.08.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott effettwata mill-emenda:
|
— |
|
Isem tal-prodott |
|
— |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
|
Żona ġeografika |
|
— |
|
Prova tal-oriġini |
|
— |
|
Metodu tal-produzzjoni |
|
— |
|
Rabta maż-żona ġeografika |
|
— |
|
Tikkettar |
|
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
|
Oħrajn (li għandhom jiġu speċifikati) |
2. Tip ta' emenda:
|
— |
|
Emenda tad-dokument uniku jew tal-iskeda sommarja |
|
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP rreġistrata, li għaliha la ġie ppubblikat id-dokument uniku u lanqas l-iskeda sommarja |
|
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
|
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i:
3.1. Deskrizzjoni tal-prodott:
Fl-Artikolu 7, li jikkonċerna l-karatteristiċi tal-prodott meta jkun lest biex jinħareġ għall-konsum, il-firxa li tirrigwarda l-kontenut tal-ilma tal-biċċiet varji għandha togħla sa massimu ta' 19 %, minħabba l-fatt li fil-biċċiet il-kbar tal-“Coppia Ferrarese” IĠP il-kontenut tal-ilma jirriżulta li huwa iktar minn dak attwalment previst. Finalment, sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli, ġie enfasizzat li l-parti minn fejn għandu jitkejjel il-kontenut tal-ilma huwa l-“crostino” (it-tarf).
3.2. Metodu tal-produzzjoni:
L-emenda mressqa sostanzjalment tippreċiża l-materja prima necessarja għall-produzzjoni tal-IĠP. L-iskeda attwali fil-fatt tipprevedi fl-Artikolu 4 li jintużaw il-ħmira prima u ħmira oħra, mingħajr ma tagħti speċifikazzjoni dwar tal-aħħar. Sabiex jiġu fornuti elementi ċerti, deher xieraq li jiġi speċifikat li din hija ħmira tal-birra, sabiex jiġi evitat li tintuża ħmira “mhux naturali”.
Fl-istess Artikolu 4, fl-aħħar tal-lista tal-ingredjenti, iddaħħlet il-projbizzjoni li ma jintużawx adittivi għall-ħbiż sabiex jiġi evitat li fit-taħlita jiddaħħlu prodotti mhux previsti fl-iskeda tal-produzzjoni, li kieku jbiddlu l-kwalità tal-prodott.
Minbarra dan, fit-taħlita ta’ xaħam/dqiq u żejt taż-żebbuġa extra verġni / dqiq ġiet identifikata firxa ta’ ammonti, minflok ċifri fissi, sabiex jingħataw il-valuri li jikkorrispondu bl-aħjar mod għall-prattika ta’ din il-ħidma artiġjanali, fejn il-piż tal-ingredjenti spiss ma jkunx preċiż sal-aħħar gramma.
Fl-Artikolu 5, ġew speċifikati aħjar il-karatteristiċi tad-dqiq użat biex tinkiseb il-“ħmira prima”, li fl-iskeda attwali mhumiex speċifikati, fejn ġie enfasizzat li d-dqiq ikun “qawwi jew li jkollu livell għoli ta' glutina” u jispeċifikaw il-firxa li fiha huma espressi dawn il-karatteristiċi.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“COPPIA FERRARESE”
Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0120-30.08.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Coppia Ferrarese”
2. Stat membru jew pajjiż terz:
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Klassi 2.4. |
Prodotti magħmulin mill-ħobż, għaġina, ħlewwiet u gallettini. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem mogħti fil-punt 1:
Meta l-prodott “Coppia Ferrarese” ikun lest biex jinħareġ għall-konsum, dan jiġi ppreżentat bħala biċċtejn għaġina magħqudin flimkien forma ta' ċoff fin-nofs, u l-erba' truf imremblin f'forma ta' mrewħa b'erbat iqran, li t-truf tagħhom huma magħrufa bħala “crostini”; il-kulur huwa dehbi, bil-faxex tal-parti mrembla kważi bojod; għandu riħa penetranti, apetituża u b'togħma bnina.
Il-piż tal-biċċiet ivarja minn 80 għal 250 gramma u l-kontenut tal-ilma, li jifforma parti minn dan il-piż, għandu jammonta għal bejn 12 u 19 % skont id-daqs tal-prodott, u jitkejjel mill-parti tal-“crostino”.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-“Coppia Ferrarese” IĠP hija dqiq tat-tip “0”, ilma, xaħam pur tal-ħnieżer (sonża), żejt taż-żebbuġa extra verġni, ħmira “prima” naturali, ħmira naturali “tal-birra”, melħ tat-tisjir, u xgħir, kif inhu jew bħala estratt. Mhux permess li jintużaw adittivi tat-taħlita tal-ħobż.
Il-dqiq tal-grad “0” skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli nazzjonali vinkolanti, hekk kif speċifikat fil-liġi Nru 580/67, għandu jkollu:
|
— |
Kontenut massimu tal-ilma ta' 14,50 %; |
|
— |
Minn perċentwal ta’ sustanza niexfa:
|
3.4. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni ta’ dan il-ħobż, mit-taħlita sal-forma tal-prodott, għall-fażi fejn jogħla sas-sajran fil-forn għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4, għaliex ukoll huwa proprju f'din il-fażi li tirriżulta l-forma karatteristika tiegħu.
L-istess jgħodd għall-preparazzjoni tal-ħmira prima, li minħabba l-fatt li hija organiżmu ħaj, tadatta għall-post tal-produzzjoni, u trid tkun ippreparata fiż-żona ġeografika identifikata.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.:
Il-ħobż irid joħroġ għall-bejgħ fi żmien 24 siegħa minn meta jiġi prodott u ma jistax ikun suġġett għal proċess ta' tkessiħ, iffriżar, ippreservar jew xi proċess ieħor ta' preservazzjoni fi kwalunkwe fażi intermedjarja tal-produzzjoni.
Il-ħobż lest jista' jinbiegħ ukoll wara l-erbgħa u għoxrin siegħa minn meta ġie prodott, sakemm ikun ippakkjat kif suppost b'garanzija li qiegħed fi stat ta’ preservazzjoni perfetta mingħajr l-użu ta’ xi sustanzi ta' preservazzjoni jew adittivi.
L-azjendi tal-produzzjoni għandhom jimmarkaw kull ħobża b’tali mod li tingħażel minn formati oħrajn skont il-logo identifikattiv tal-prodott.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Fil-każ ta’ bejgħ tal-prodott “Coppia Ferrarese” ippakkjat, dan għandu jkollu l-informazzjoni kollha marbuta mal-prodott b’indikazzjoni tal-ingredjenti li jikkaratterizzawh u kif ukoll bil-logo indikattiv stampat fuq il-pakkett.
Il-logo huwa magħmul minn forma ta’ biċċtejn ħobż magħqudin flimkien, sofor ċari u fuq sfond kwadru ċelesti; fil-parti ta’ fuq tal-kwadru, fuq sfond iswed, hemm il-kelma “coppia” f’ittri bojod u fuq il-parti t’isfel, dejjem fuq sfond iswed u miktuba b’ittri bojod, hemm il-kliem “ferrarese I.G.P.”.
Flimkien ma' din l-indikazzjoni ġeografika “Coppia Ferrarese” ma jistax jiġi miżjud l-ebda kliem ieħor jew deskrizzjoni oħra, inkluż aġġettivi bħal “extra”, “fine”, “selezionato”, “superiore” u oħrajn simili.
Jistgħu jintużaw indikazzjonijiet li jagħmlu referenza għal ismijiet, impriżi soċjali jew ditti privati, sakemm dawn ma jkollhomx għan ta’ ftaħir jew ma jkunux intenzjonati li jingannaw il-konsumatur.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona tal-produzzjoni ta’ “Coppia Ferrarese” tinkludi t-territorju kollu tal-provinċja ta' Ferrara.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-“Coppia Ferrarese” tifforma parti integrali mill-kultura u l-istorja tal-belt ta’ Ferrara. Sa mill-1287, fl-istatuti tal-komun li kienu jikkodifikaw in-normi li diġà kienu ilhom jintużaw, il-furnara ngħataw ir-responsabbiltà li jipproduċu l-ħobż iffurmat bl-“orletti” (nokkli) li, evolvew fil-ħobż “ritorto” (immaljat), u li huwa l-antenat tal-Coppia Ferrarese klassika.
Barra minn hekk il-ħobż, li dejjem kellu l-marka tal-furnar fuqu, ma setgħax jonqos fil-piż meta jissajjar u kellu jkun dejjem moħmi sew. Kienu indikati wkoll il-multi li wieħed kien jeħel meta jmur kontra dawn in-normi. Il-furnara li jaħdmu fit-territorju tal-provinċja ta’ Ferrara jammontaw għal madwar 330 u huma impriżi tal-familja. Il-produzzjoni kumplessiva ta’ kuljum tammonta għal madwar 500 q ta' ħobż frisk li madwar 60 % minnu huwa “Coppia Ferrarese”. Huwa magħmul minn artiġjani tas-sengħa li sa miż-żmien li fih kienu apprendisti kibru professjonalment ġewwa l-ifran, fejn ħadu l-għarfien u l-kompetenzi matul perjodu twil ta' formazzjoni; jitgħallmu t-tekniki speċifiċi mgħoddija lilhom tal-ħbiż bil-ħmira prima u huwa proprju bis-saħħa tad-dedikazzjoni tagħhom li l-prodott żamm il-kwalità tul iż-żmien.
L-ilma u l-umdità tal-arja, u bla ebda dubju l-kompetenza u l-professjonaliżmu tal-furnara artiġjanli, kif ukoll l-użu tal-ħmira prima, żammew kwalità tal-produzzjoni tipika bla mittiefsa u konsistenti madwar it-territorju kollu tal-provinċja.
It-tħejjija tal-ħmira prima li tradizzjonalment hija l-iktar waħda użata mill-furnara ta’ Ferrara, u li tista’ ssir b'metodi oħra, tipprevedi l-użu ta' 150 gramma ta' meraq estratt mill-għasir tal-għeneb li, ladarba jinkiseb, jiġi kkonservat f'temperatura ambjentali għal madwar 48 siegħa biex jiffermenta; wara jiżdiedu 500 gramma ta’ dqiq “qawwi” W350, u biex jintlaħaq l-ammont ta’ 50 % ta’ likwidi, jiżdied l-ilma. Wara ssir l-għaġna manwalment sakemm l-għaġina tiġi ppreparata f'ballun żgħir li jitħalla jogħla bil-ħmira għal bejn 36 sa 48 siegħa. Il-fażijiet ta’ wara jinkludu ż-żieda ta’ 500 gramma ta’ dqiq u 250 ml ta’ ilma qabel ma terġa' ssir għaġna mill-ġdid; fl-aħħar tas-36 siegħa tal-ħmira jiżdiedu 1 000 gramma ta’ dqiq u 500 ml ta’ ilma, u għaġna oħra li titħalla togħla għall-24 siegħa. Fażi oħra żżid 1 500 gramma ta’ dqiq u litru (1) ilma, u terġa' ssir l-għaġna li titħalla togħla għal 12-il siegħa.
Iż-żmien għall-preparazzjoni tat-taħlita jvarja bejn 15 u 20 jum; u dan jiddependi mill-istaġun; fix-xitwa l-produzzjoni ddum xi ftit tal-jiem iktar milli ddum fis-sajf.
It-tieni fażi tal-produzzjoni, li taħbat f'nofs il-proċess, tinkludi l-għaġna bil-magni u dan għaliex l-għaġina tkun saret partikolarment konsistenti tant li jkun xogħol ta' tbatija u diffiċli ħafna biex tinħadem bl-idejn.
It-taħlita tkun lesta fi żmien 4/5 sigħat – tkun għoliet bil-ħmira, u għalhekk ikun wasal il-pass biex isir il-ħobż minnha.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-karattru speċifiku tal-“Coppia Ferrarese” joħroġ mill-forma partikolari tal-“erbat iqran” li jirriżultaw mill-biċċtejn għaġina mwaħħlin flimkien, maħdumin qabel separatament, u li wara jingħaqdu flimkien manwalment mill-furnara artiġjanali.
Matul il-preparazjoni tat-taħlita deskritta fil-punt 5.1, tinkiseb l-unika ħmira ħajja li jkun fiha l-aċidu lattiku u aċetiku li jiggarantixxu li l-għaġina jkollha l-karatteristiċi elastiċi u aċidużi rispettivi.
Il-ħobż li jsir mit-taħlita, huwa għalhekk kompletament naturali, u jagħmel il-prodott diġeribbli ħafna.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Il-karatteristiċi attribwiti għall-prodott huma strettament marbutin mal-kundizzjonijiet ambjentali.
Ir-rabta prinċipali maż-żona tal-oriġini hija magħmula mill-ħidma tal-ħmira prima, ippreparata direttament mill-furnara ġewwa l-ifran tagħhom. Teżisti rabta stretta bejn il-karatteristiċi tal-ħobż u l-kundizzjonijiet klimatiċi fil-post tal-produzzjoni.
Minħabba l-użu tal-ħmira prima, tinkiseb ħmira unika ħajja li fiha l-aċidu lattiku u aċetiku li jiggarantixxu li t-taħlita jkollha l-karatteristiċi aċidużi u elastiċi li jippermettu l-għaġna fil-forma karatteristika. Il-forom oriġinali u apprezzati tal-ħobż immaljat jissemmew fil-banketti stravaganti Rinaxximentali tal-qorti ta’ Este u f’biblijografija estensiva li tiddokumenta r-rapport eżistenti bejn il-ħobż “Coppia Ferrarese” u l-belt, matul ħafna avvenimenti, spiss marbutin mal-faqar u f’mumenti storiċi ta’ importanza, li sawru l-istorja ta’ dan it-tip ta’ ħobż partikolari.
Il-kapaċità tal-furnara artiġjanali fil-preparazzjoni tal-“Coppia Ferrarese” bil-forma li saret karatteristika ħarġet proprju mit-tradizzjoni li ġiet ikkonsolidata matul iż-żmien: saħansitra llum il-ġurnata il-“Coppia Ferrarese” tingħaraf immedjatament proprju minħabba l-forma tagħha.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
Din l-Amministrazzjoni varat il-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni għall-proposta ta' emenda tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Coppia Ferrarese” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 75 tat-30 ta’ Marzu 2007.
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew
billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u jiklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
|
14.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/18 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Fazal Rahim li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2012
2012/C 75/08
|
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma” Al-Qaida, jinkludu:
|
|
2. |
Fil-5 ta' Marzu 2012 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jżid lil Fazal Rahim mal-lista relevanti. Huwa jista' meta jrid iressaq talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex id-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Tista' ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml |
|
3. |
Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-2ni paragrafu, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 215/2012 (2), li jemenda l-Anness I ta' mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula b'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Fazal Rahim mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”). Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
|
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċedura ta' reviżjoni fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. Il-persuni miżjuda f'Anness I mir-Regolament (UE) Nru 215/2012 jistgħu jagħmlu talba għar-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
|
|
5. |
L-attenzjoni tal-individwu kkonċernat hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jikkontesta r-Regolament (UE) Nru 215/2012 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(4) L-Artikolu 2a iddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).
(5) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).