ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.071.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 071/01 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 071/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6507 – Anglo American/De Beers) ( 1 ) |
|
2012/C 071/03 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2012/C 071/04 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 071/05 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop) |
|
2012/C 071/06 |
||
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 071/07 |
||
2012/C 071/08 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 071/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6510 – Remondis/Sortiva/Stam Papier Recycling) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 071/10 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Marzu 2012
dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
2012/C 71/01
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, u hija bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.
Fil-15 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, Dejta Ġenerali b'rabta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2 fi Franza.
Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
(1) |
Id-distanza bejn il-faċilità u l-eqreb punt fi Stat Membru ieħor, f'dan il-każ ir-Renju Unit, hija 170 km. |
(2) |
F’kundizzjonijiet ta' operat normali, it-tnixxijiet ta’ effluwenti radjuattivi likwidi u tal-gass ma jwassalx għal esponiment tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor li jkun sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
(3) |
Skart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament fis-sit qabel ma jiġi ttrasferit għal faċilità awtorizzata tat-trattament jew tar-rimi fi Franza. |
(4) |
Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv fi kwalunkwe forma mill-faċilità SPIRAL-2 fi Franza, kemm f'operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x'aktarx li ma jirriżultax f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor li tkun sinifikanti mill-aspett sanitarju.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6507 – Anglo American/De Beers)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 71/02
Fis-6 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6507. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/3 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 71/03
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
12.10.2011 |
In-numru ta’ referenza tal-għajnuna |
SA.33023 (11/NN) |
Stat Membru |
L-Irlanda |
Reġjun |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Restructuring of Quinn Insurance Ltd through the contribution of the Insurance Compensation Fund |
Il-bażi legali |
Insurance Act 1964 |
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
L-estimi |
Baġit globali: EUR 738 miljun |
L-intensità |
— |
It-tul ta' żmien |
— |
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Insurance Compensation Fund |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
26.1.2012 |
||||
In-numru ta’ referenza tal-għajnuna |
SA.33314 (11/N) |
||||
Stat Membru |
Spanja |
||||
Reġjun |
Cataluña |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Subvenciones para la producción de largometrajes cinematográficos que tengan méritos artísticos y culturales |
||||
Il-bażi legali |
Resolución CLT/876/2011, de 4 de abril, de convocatoria para la concesión de subvenciones, en régimen de concurrencia competitiva, para la producción de largometrajes cinematográficos que tengan méritos artísticos y culturales. |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Kultura |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
|
||||
L-intensità |
20 % |
||||
It-tul ta' żmien |
13.4.2011-31.12.2016 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Il-Midja |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
20.12.2011 |
||||
In-numru ta’ referenza tal-għajnuna |
SA.33422 (11/N) |
||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Przedłużenie programu gwarancji kontraktów eksportowych |
||||
Il-bażi legali |
|
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
L-esportazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
||||
L-estimi |
Se jiġi stabbilit fl-Att dwar il-Baġit annwali. |
||||
L-intensità |
— |
||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2012-31.12.2016 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/6 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 rigward miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire
2012/C 71/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK (2), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 (3), kif implimentata mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 193/2012 (4), li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea iddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/656/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 560/2005.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Unita tal-Koordinazzjoni DG K |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà wkoll li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.
Il-Kummissjoni Ewropea
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Marzu 2012
2012/C 71/05
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3242 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
108,18 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4344 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83865 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,8894 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2050 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4210 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,767 |
HUF |
Forint Ungeriż |
292,90 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6977 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1135 |
RON |
Leu Rumen |
4,3558 |
TRY |
Lira Turka |
2,3514 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2441 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3178 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2720 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6045 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6593 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 477,43 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,9663 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3664 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5575 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 097,94 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9772 |
PHP |
Peso Filippin |
56,430 |
RUB |
Rouble Russu |
39,3346 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,441 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3298 |
MXN |
Peso Messikan |
16,9511 |
INR |
Rupi Indjan |
66,7463 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/8 |
Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/001/12
ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop
2012/C 71/06
1. Objettivi u deskrizzjoni
Bil-għan li jkun stabbilit netwerk Ewropew għall-VET – ReferNet, din is-sejħa għandha l-iskop li tagħżel applikant wieħed mill-Irlanda u Spanja, rispettivament (ara punt 3 hawn taħt, fil-kriterji ta’ eliġibbiltà), u li ma’ dan l-applikant Cedefop ser jikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija għal erba’ snin; u ma’ kull applikant magħżul tiġi miftehma għotja speċifika għal pjan ta’ ħidma ta’ 8 xhur li jrid isir fl-2012.
Stabbilit fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Rikonoxxut bħala sors awtorevoli ta’ informazzjoni u kompetenza dwar il-VET, il-ħiliet u l-kompetenzi, il-missjoni tiegħu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha.
ReferNet huwa n-netwerk Ewropew ta’ Cedefop għall-VET. Il-missjoni ddedikata għal ReferNet hija li dan jappoġġa lil Cedefop billi jirrapporta dwar sistemi nazzjonali tal-VET u dwar żviluppi ta’ politika u billi jgħolli l-viżibbiltà tal-VET u tal-prodotti ta’ Cedefop. Huwa jinkludi 29 membru magħrufin bħala l-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet minn xi Stat Membru tal-UE, mill-Islanda u min-Norveġja. L-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet huma l-istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-VET fil-pajjiż li jirrappreżentaw.
Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija jiġu implimentati permezz ta’ ftehimiet speċifiċi ta’ għotja. Għaldaqstant, l-applikanti mhux biss għandhom jissottomettu proposta għal sħubija qafas ta’ 4 snin (li, jekk tintagħżel, twassal għall-firma tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija għas-snin 2012 sal-2015) iżda wkoll l-applikazzjoni tal-għotja għall-azzjoni tal-2012 (li tista’ twassal għall-firma tal-Ftehim Speċifiku ta’ Għotja għal tmien xhur fis-sena 2012). L-applikant irid juri l-kapaċità li jwettaq l-attivitajiet mistennija matul il-perjodu ta’ erba’ snin u jassigura kofinanzjament xieraq tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.
2. Baġit u tul tal-proġett
Il-baġit stmat li huwa disponibbli għat-tul tal-erba’ snin tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija jammonta għal EUR 4 000 000, jiddependi mid-deċiżjonijiet annwali tal-Awtorità Baġitarja.
Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma annwali tal-2012 (dewmien tal-proġett: 12-il xahar) huwa ta’ EUR 955 000 għas-27 Stat Membru, l-Islanda u n-Norveġja.
L-għotja tvarja skont il-popolazzjoni tal-pajjiż u tingħata għat-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali. Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma tal-2012 sejjer jitqassam fuq bażi ta’ tliet gruppi ta’ pajjiżi skont il-popolazzjoni tal-pajjiż:
— Grupp ta’ pajjiżi 1: Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovenja u l-Islanda. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 23 615.
— Grupp ta’ pajjiżi 2: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, l-Isvezja u n-Norveġja. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 33 625.
— Grupp ta’ pajjiżi 3: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Renju Unit. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 43 620.
Minħabba li l-azzjoni annwali għas-sieħeb ReferNet fl-Irlanda u Spanja se ddum inqas minn 12-il xahar fl-2012, l-għotja relevanti kif mogħtija se tkun inqas mill-massimu msemmi hawn fuq għal kull pajjiż għal dik is-sena.
L-għotja tal-Unjoni hija kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż tal-benefiċjarju (u/jew tal-ko-benefiċjarji) li jridu jiġu ssupplimentati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u /jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Cedefop jirriserva d-dritt li ma jagħtix il-baġit totali disponibbli.
3. Kriterji ta’ eliġibbilità
Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jissodifaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
a) |
ikunu organizzazzjoni pubblika jew privata, bi status legali u b’personalità ġuridika (persuni fiżiċi, jiġifieri individwi, ma humiex eliġibbli). |
b) |
ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
|
4. Data tal-għeluq
L-applikazzjonijiet għall-ftehim qafas ta’ sħubija u l-pjan ta’ ħidma għall-2012 irid jiġi sottomess mhux aktar tard mis-16 ta’ April 2012.
Il-pjan ta’ ħidma għall-2012 wara l-għoti tal-premju għall-ftehim speċifiku ta’ għotja għall-2012 se jibda f’Mejju 2012 u se jdum 8 xhur.
5. Aktar informazzjoni
Aktar informazzjoni ddettaljata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha se jkunu disponibbli fuq is-sit tas-Cedefop minn nhar it-13 ta’ Marzu 2012 ’il quddiem f’dan l-indirizz:
http://www.cedefop.europa.eu/EN/working-with-us/public-procurements/calls-for-proposals.aspx
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ tas-sejħa u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali pprovduti.
L-evalwazzjoni tal-proposti sejra tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.
L-applikazzjonijiet kollha sottomessi sejrin jiġu evalwati minn kumitat ta’ esperti fuq il-kriterji tal-eliġibbilità, tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/10 |
Notifika ta' bidu ta' reviżjoni interim tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
2012/C 71/07
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) iddeċidiet, fuq inizjattiva tagħha stess, li tniedi investigazzjoni ta' reviżjoni interim tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 11(3) u 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Il-Prodott
Il-prodott li huwa s-soġġett ta' din l-investigazzjoni ta' reviżjoni huwa roti u tipi ta' roti oħra (inklużi t-triċikli għall-ġarr tal-prodotti iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati (“il-prodott li qed jiġi rivedut”). Il-prodott li qabel instab li qiegħed ikun oġġett ta' dumping (2) huwa l-prodott li qiegħed jiġi rivedut, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70.
2. Il-miżuri eżistenti
Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (3), il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping ta' 30,6 % fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Wara investigazzjoni dwar ċirkomvenzjoni ta’ miżuri skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, dan id-dazju ġie estiż permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (4) għall-importazzjonijiet ta’ ċertu parts ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Barra minn hekk, ġie deċiż li għandha tinħoloq skema ta' eżenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku (“l-iskema tal-eżenzjoni”). Il-qafas legali għat-tħaddim tal-iskema tal-eżenzjoni kien previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (5). Biex jirċievu eżenzjoni mid-dazju estiż, il-produtturi tar-roti fl-Unjoni jridu jirrispettaw proporzjon ta’ inqas minn 60 % tal-parts tar-roti Ċiniżi fl-operazzjoni tagħhom jew iż-żieda ta’ valur ta’ aktar minn 25 % għall-parts kollha mdaħħla fl-operazzjoni. Bħalissa aktar minn 250 kumpanija qed jibbenefikaw minn eżenzjoni.
Wara t-twettiq ta’ investigazzjoni ta' reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (6), iddeċieda li jżid d-dazju ta' antidumping fis-seħħ għal 48,5 % (“ir-reviżjoni interim li temenda”).
Wara reviżjoni tal-estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ċerti parts tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 171/2008 (7), iddeċieda li jżomm il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni.
Wara investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (8), iddeċieda li l-miżuri hawn fuq imsemmija għandhom jinżammu.
3. Ir-Raġunijiet għar-reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li, safejn huma kkonċernati d-dumping u l-ħsara, iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.
B'mod partikolari, it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jindika li s-sistema tal-kwoti tal-esportazzjoni li tapplika għall-produtturi tar-roti fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li kien ta' ostaklu għall-produtturi esportaturi biex jingħataw trattament ta' ekonomija tas-suq fir-reviżjoni interim li temenda, ġiet abolita f'Jannar 2011.
Barra minn hekk, saru bidliet sinifikanti fl-istruttura tal-industrija tal-Unjoni. B'mod partikolari, bosta produtturi tal-Unjoni għaddew miċ-ċiklu komplut ta' produzzjoni għal operazzjonijiet ta' immuntar (parzjali) bl-użu ta' parts importati.
Barra minn hekk, minħabba t-tkabbir tal-UE tal-2004 u l-2007, numru sinifikanti ta' produtturi ssieħbu fl-industrija tar-roti tal-Unjoni. Barra minn hekk, bosta produtturi li kienu parti mill-industrija tal-UE qabel iż-żewġ rawnds ta' tkabbir ċaqilqu l-faċilitajiet ta' produzzjoni tagħhom jew waqqfu faċilitajiet ġodda fl-Istati Membri l-ġodda. B'riżultat ta' dan, il-livell tal-ispiża tal-industrija tal-Unjoni seta' nbidel.
Fl-aħħar nett, il-livell attwali tal-eliminazzjoni tal-ħsara ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' roti li huma magħmula mill-azzar, filwaqt li jidher li bħalissa l-maġġoranza tar-roti huma magħmula minn ligi tal-aluminju. Dawn l-iżviluppi kollha jidhru li huma ta' natura dejjiema u għalhekk jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġu vvalutati mill-ġdid is-sejbiet dwar il-ħsara.
Barra minn hekk, l-għadd ta' kumpaniji li jibbenefikaw mill-iskema ta' eżenzjoni qed jikber b'mod rapidu, u l-iskema qatt ma ġiet adattata minn meta ddaħħlet fl-1997. B'żieda ma' dan, is-sistema ta' monitoraġġ tal-importazzjonijiet tal-parts li huma eżenti mill-miżuri antidumping saret kumplessa ħafna u ta' piż, u dan jista' jaffettwa ħażin l-effikaċja tagħha.
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, jidher li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livelli eżistenti ma għadhiex xierqa biex tpatti għall-effetti tal-ħsara tad-dumping.
4. Il-proċedura
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, u ġie ddeterminat li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni ta' reviżjoni interim, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tibda investigazzjoni ta' reviżjoni b’konformità mal-Artikoli 11(3) u 13(4) tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni ta' reviżjoni għandha tivvaluta jekk l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura ma għadhiex aktar meħtieġa biex tpatti għad-dumping u jekk il-ħsara x'aktarx ma titkompliex jew ma terġax tiġri li kieku l-miżura kellha titneħħa jew tiġi mibdula, jew jekk il-miżura eżistenti hix, jew għadhiex aktar, biżżejjed sabiex tpatti għad-dumping li jkun qiegħed jikkawża ħsara.
L-investigazzjoni ta' reviżjoni għalhekk se tiddetermina jekk hemmx bżonn li jitkomplew, jitneħħew jew jiġu emendati l-miżuri eżistenti.
Barra minn hekk, l-investigazzjoni ta' reviżjoni se tivvaluta wkoll l-iskema ta' eżenzjoni u t-tħaddim tagħha u se tiddetermina jekk hemmx ħtieġa għal xi tibdil fiha.
4.1. Il-Proċedura fir-rigward tad-dumping (9)
Il-produtturi esportaturi (10) tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.
4.1.1. L-Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
4.1.1.1.
(a) Teħid ta' kampjuni
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f'dan il-proċediment u sabiex titlesta l-investigazzjoni ta’ reviżjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness A ta' dan l-Avviż.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun il-każ, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju se jkollu fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut.
Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma ntgħażlux għall-kampjun għandhom jitqiesu li qed jikkooperaw (“produtturi esportaturi li qed jikkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun”). Bla ħsara għat-taqsima (b) ta' hawn taħt, id-dazju tal-antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun mhux se jkun aktar mill-marġini medju peżat tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (11).
(b) Marġni ta’ dumping individwali għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun
Il-produtturi esportaturi li jkunu kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġni ta’ dumping individwali għandhom jitolbu kwestjonarju u formoli ta' talba applikabbli oħra u jibagħtuhom lura mimlija kif meħtieġ fl-iskadenzi speċifikati fis-sentenza li ġejja u fit-taqsima 4.1.2.2. hawn taħt. Il-kwestjonarju mimli għandu jiġi ppreżentat fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandu jiġi enfasizzat li, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi marġni ta’ dumping individwali għal dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq, għandu jkun hemm provi li dawn jissodisfaw il-kriterji sabiex jingħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew tal-inqas trattament individwali (“TI”) kif speċifikat fit-taqsima 4.1.2.2. hawn taħt.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġini individwali ta’ dumping għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġini ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni ta’ reviżjoni titlesta fil-ħin.
4.1.2. Proċedura addizzjonali dwar il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
4.1.2.1.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 4.1.2.2. hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat il-valur normali għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa. Il-Kummissjoni għażlet il-Messiku b'mod provviżorju, li ntgħażel ukoll fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkumentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4.1.2.2.
B'konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jippredominaw għalihom fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut, jistgħu jressqu talba sostanzjata kif xieraq għal dan l-għan (“talba għal TES”). Jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (12) jkunu ssodisfati. Il-marġini ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u bla ħsara għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.
Produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat jistgħu wkoll, jew bħala alternattiva, jitolbu trattament individwali (“TI”). Biex jingħataw it-TI dawn il-produtturi esportaturi għandhom iġibu provi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (13). Il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tagħhom stess. Il-valur normali għall-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jissejjes fuq il-valuri stabbiliti għall-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq magħżul kif deskritt hawn fuq.
Fit-taqsima 9 ta' dan l-avviż jista' jinsab tagħrif importanti addizzjonali.
(a) Trattament tal-ekonomija tas-suq (TES)
Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta' talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat, magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES għandhom jissottomettu formola mimlija ta’ talba għal TES fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(b) Trattament individwali (TI)
Biex japplikaw għal TI, il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu fil-kampjun, flimkien mal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali, għandhom jissottomettu l-formola ta’ talba għat-TES bit-taqsimiet rilevanti għat-TI mimlija kif xieraq fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
4.1.3. L-investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati (14) (15)
L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rivedut mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni ta' reviżjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness B ta' dan l-Avviż.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi kollha mhux relatati magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut.
4.2. Il-proċedura dwar il-ħsara (16) u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-emenda u ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’din il-proċedura u biex tlesti l-investigazzjoni ta' reviżjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi tal-Unjoni kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, b’dan qed jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitlub fl-Anness C ta' dan l-Avviż.
Sabiex tikseb t-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni.
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu intgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott taħt reviżjoni, l-ispejjeż ta’ produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt reviżjoni.
4.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma, l-emenda jew ir-revoka tal-miżuri tal-antidumping ikunux kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jagħtu d-dettalji tagħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni ta' reviżjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qiegħed jiġi rivedut.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. It-tagħrif irid jingħata f'għamla libera jew inkella billi jimtela kwestjonarju li ħejjiet il-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.
4.4. Il-proċedura dwar l-iskema ta' eżenzjoni
Bla ħsara għall-eżitu ta' din ir-reviżjoni, il-partijiet interessati b'dan qegħdin jiġu mistiedna biex jikkummentaw dwar it-tħaddim attwali u l-mudell possibbli futur tal-iskema ta' eżenzjoni. Tali kummenti għandhom b'mod partikolari jkunu relatati mat-tħaddim u l-ġestjoni tal-iskema ta' eżenzjoni fil-forma attwali tagħha. F'dan ir-rigward, din ir-reviżjoni se tiffoka b'mod partikolari fuq l-isfidi li jiffaċċjaw l-impriżi żgħar u medji.
Il-partijiet interessati jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni kummenti dwar l-iskema ta' eżenzjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
4.5. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha b'dan huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu l-evidenza ta’ sostenn. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4.6. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi investigattivi tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta' smigħ għandha tiġi sottomessa fil-limiti ta' żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
4.7. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'għamla elettronika (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-email, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-email, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kwalunkwe Prokura, ċertifikazzjonijiet iffirmati u aġġornamenti tagħhom li jakkumpanjaw il-formoli tad-dikjarazzjonijiet tat-TES u tat-TI, jew it-tweġibiet tal-kwestjonarju, għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni b'dan minnufih skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Comission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 04/092 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Fax +32 22985353 |
Posta elettronika: TRADE-R546-BICYCLES-A@ec.europa.eu |
(għall-użu mill-esportaturi, l-importaturi relatati, l-assoċjazzjonijiet u r-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-produtturi fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq), u |
TRADE-R546-BICYCLES-B@ec.europa.eu |
(għall-użu mill-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi mhux relatati, l-utenti, il-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet fl-Unjoni) |
5. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jiġi injorat u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
6. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi investigattivi tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi talbiet għal aċċess għall-fajl, tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta' smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.
Talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minn hemm 'il quddiem, talba għal smigħ għandha titressaq sad-dati speċifiċi ta' skadenza stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll l-opportunitajiet biex issir seduta ta' smigħ li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni.
Għal aktar tagħrif u dettalji tal-kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm
7. Skeda tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni
L-investigazzjoni ta’ reviżjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. L-ipproċessar tad-dejta personali
Kull dejta personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (17).
9. Tagħrif importanti għall-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: l-implikazzjonijiet tar-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO EC-Antidumping measures on fasteners (WT/DS397) dwar il-mod li bih il-Kummissjoni se tmexxi din l-investigazzjoni ta' reviżjoni
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-produtturi esportaturi kollha mill-pajjiż ikkonċernat li huwa meqjus bħala pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk huma interessati li jikkooperaw u jiksbu dazju antidumping individwali, anke jekk jaħsbu li ma jikkonformawx mal-kriterji biex jinkiseb TI. Il-Kummissjoni tiġbdilhom l-attenzjoni għal dan li ġej (18)
F’EC-Certain Iron or Steel fasteners from China (WT/DS397), il-Korp tal-Appell tad-WTO sab, inter alia, li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti ma' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Antidumping u mal-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim tad-WTO.
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (19) (“ir-Regolament ta' awtorizzazzjoni”) jistipula li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jista, inter alia, jemenda l-miżuri tal-Unjoni li jittieħdu skont ir-Regolament bażiku sabiex jitqiesu l-interpretazzjonijiet legali li saru f'rapport adottat mill-Korp tad-WTO għas-Soluzzjoni tat-Tilwim fir-rigward ta’ miżura mhux ikkontestata, jekk dan jitqies xieraq.
Għaldaqstant, jekk l-investigazzjoni ta’ reviżjoni li qiegħda titnieda permezz ta' din in-Notifika ta' Bidu tirriżulta fl-emenda tal-miżuri antidumping fis-seħħ, fil-fehma tal-Kummissjoni l-imsemmi Artikolu 2 jikkostitwixxi bażi legali għall-konformità mal-interpretazzjonijiet legali żviluppati mill-Korp tal-Appell fit-tilwima msemmija hawn fuq. Dan jimplika, f'termini aktar prattiċi, li jekk produttur esportatur ippreżenta ruħu fi żmien l-iskadenza stipulata hawn fuq u kkoopera bis-sħiħ billi pprovda t-tagħrif kollu rilevanti iżda ma applikax għal TI, jew applika iżda nstab li ma jissodisfax il-kriterji, l-Artikolu 2 li ssemma qabel tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni jista’ jservi, f’każijiet debitament ġustifikati, bħala bażi legali għad-determinazzjoni ta’ dazju individwali għal dak il-produttur esportatur. Fl-eżaminazzjoni ta' din il-kwistjoni, il-Kummissjoni se tqis ir-raġunament tal-Korp tal-Appell fit-tilwima msemmija hawn fuq, u b'mod partikolari, l-elementi diskussi fil-paragrafi 371-384 tar-rapport tiegħu.
L-operaturi li jiksbu dazju individwali abbażi ta’ din il-parti ta' din in-Notifika ta' Bidu għandhom ikunu konxji mill-fatt li s-sejbiet jistgħu jirriżultaw f'żieda fid-dazju meta mqabbel mad-dazju li japplika kieku ma kien ġie determinat l-ebda dazju individwali.
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Id-dumping huwa l-prattika tal-bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali normalment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li jixbah fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbah ħafna lill-prodott ikkonċernat.
(4) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(5) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(6) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.
(8) ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2.
(9) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.
(10) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi rivedut lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.
(11) Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għandhom jitwarrbu.
(12) Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat; (ii) il-kumpaniji għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabilità u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha; (iii) ma hemmx distorsjoni sinifikanti ttrasferita mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabilità legali u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.
(13) Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) fil-każ ta’ ditti jew impriżi konġunti kompletament jew parzjalment barranin, l-esportaturi huma ħielsa biex jirripatrijaw il-kapital u l-qligħ; (ii) il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament; (iii) il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jiffurmaw parti mill-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat; (iv) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq u (v) l-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.
(14) Importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi biss jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) huma uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala msieħba fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(15) Id-dejta li taw l-importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni tad-dumping.
(16) Il-ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddida ta' ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta' tali industrija.
(18) Jekk ikun meqjus li hu meħtieġ it-teħid ta' kampjun ta' produtturi esportaturi, dazju anti-dumping individwali se jiġi determinat biss għal dawk il-produtturi esportaturi li jew (i) jintgħażlu biex ikunu fil-kampjun inkella (ii) ikun ġie determinat dazju antidumping individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.
(19) ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.
ANNESS A
ANNESS B
ANNESS C
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/23 |
Notifika tal-ftuħ ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
2012/C 71/08
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. It-talba għal reviżjoni
It-talba tressqet fit-12 ta’ Diċembru 2011 minn Eurométaux (“l-applikant”) f’isem produttur tal-Unjoni li jirrappreżenta proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu.
2. Il-prodott rivedut
Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa elettrodi tat-tungstenu tal-iwweldjar, li jinkludi staneg u vireg tat-tungstenu biex jiwweldjaw l-elettrodi, u fih 94 % jew aktar fil-piż ta' tungstenu, barra minn dawk miksuba sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana (sintering), kemm jekk ikunu maqtugħin f'tulijiet kemm jekk mhumiex, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott li qed jiġi rivedut”), attwalment ikklassifikat fil-kodiċi NM ex 8101 99 10 u ex 8515 90 00 (Kodiċijiet TARIC 8101991010 u 8515900010).
3. Miżuri Eżistenti
Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta' anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2007 (3).
4. Raġunijiet għar-reviżjoni ta’ skadenza
L-applikant ta biżżejjed provi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta fi tkomplija ta' dumping u ħsara.
4.1. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija tad-dumping
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant stabbilixxa l-valur normali għall-produtturi esportaturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li ma ngħatawx trattament ta’ ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ f’pajjiż b’ekonomija tas-suq xieraq, li huwa msemmi fil-punt 5.1(d). Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw trattament ta' ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni, il-valur normali ġie stabbilit abbażi ta' valur normali kostrutt fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-allegazzjoni tat-tkomplija tad-dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, kif stabbilit fis-sentenzi ta’ qabel, mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Abbażi ta' dan, il-marġnijiet ta' dumping li ġew ikkalkolati huma sinifikanti.
4.2. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija tad-dumping
Barra minn hekk, huwa allegat ukoll li l-importazzjonijiet tal-prodott fir-reviżjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina baqgħu jidħlu fi kwantitajiet sinifikanti u komplew jikkawżaw ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
Il-provi prima facie li pprovda l-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott impurtat fir-reviżjoni kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, il-livelli tal-prezzijiet mitluba u s-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f'effetti negattivi konsiderevoli fuq il-prestazzjoni ġenerali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
Barra minn hekk, l-applikant jallega li kull żieda ta' importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx li jwasslu għal aktar ħsara għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu. F'dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta provi li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell tal-importazzjoni attwali tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta' kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat ftuħ ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina huwiex probabbli, jew improbabbli, li l-iskadenza tal-miżuri twassal għal tkomplija jew rikkorrenza ta' dumping u ħsara.
5.1. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping
5.1.1.
Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott fir-reviżjoni li huma mill-pajjiż ikkonċernat, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni ta' reviżjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jidentifikaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif mitlub fl-Anness A ma' din in-notifika dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, lill-Kummissjoni.
Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk dan ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Biex jinkiseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju mimli se jkun fih tagħrif dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rivedut.
Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jkunux intgħażlu biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkooperaw (“produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
Importaturi tal-prodott li qed jiġi investigat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li mhumiex relatati, huma mistiedna jieħdu sehem f'din l-investigazzjoni.
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal numru raġonevoli l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjun”). It-teħid tal-kampjun se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta' kampjun, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jagħtu d-dettalji tagħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif dwar il-kumpanija/i tagħhom li hu mitlub fl-Anness B ma' dan l-avviż lill-Kummissjoni:
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi rivedut fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi rivedut u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rivedut.
5.1.3.
Fl-investigazzjoni preċedenti l-Istati Uniti tal-Amerika ntużaw bħala l-pajjiż adekwat b'ekonomija tas-suq għall-finijiet tal-istabbiliment ta' valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa’ tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika għal dan l-għan. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jamgħlu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-adegwatezza ta' dan il-pajjiż. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza tal-ħsara u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott fir-reviżjoni huma mistiedna li jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħrufa jew lil produtturi tal-Unjoni rappreżentanti u lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni kollha u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi tal-Unjoni huma mistiedna li jikkuntattjaw lill-Kummissjoni preferibbilment bl-email, minnufih iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, biex jagħtu d-dettalji tagħhom u jitolbu kwestjonarju.
Il-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott fir-reviżjoni.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata t-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jibagħtu d-dettalji tagħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fl-istess limitu ta' skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott fir-reviżjoni.
Il-partijiet li jibagħtu d-dettalji tagħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu l-evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-provi ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta' smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi tal-bidu tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta ta' smigħ fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. Istruzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’din in-notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (7).
Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jagħtu fehma raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif sottomess b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.
Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, u n-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjoni iffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu ppreżentati f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tikkuntatta lill-Kummissjoni minnufih. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Comission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 04/092 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Fax +32 22985353 |
Posta elettronika: TRADE-R547-Tungsten-el-A@ec.europa.eu |
(biex jintuża minn produtturi esportaturi, importaturi relatati, assoċjazzjonijiet u rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, produtturi fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq), u |
TRADE-R547-Tungsten-el-B@ec.europa.eu |
(biex jintuża minn produtturi tal-Unjoni, importaturi mhux relatati, utenti, konsumaturi, assoċjazzjonijiet fl-Unjoni) |
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każi fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi għal seduta tas-smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.
Talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi tal-bidu tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha tiġi sottomessa talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, it-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara, u l-interess tal-Unjoni.
Għal aktar tagħrif u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Peress li din ir-reviżjoni tal-iskadenza ngħatat bidu skont d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jiġu rrevokati jew miżmuma f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jkunu jixtiequ jitolbu din ir-reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. L-ipproċessar tad-dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (8).
(1) ĠU C 169, 9.6.2011, p. 14.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(4) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi rivedut lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott fir-reviżjoni.
(5) Jistgħu jintgħażlu għall-kampjun biss importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi iridu jimlew l-Anness mal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(6) Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni ħlief għad-determinazzjoni tad-dumping.
(7) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343 22.12.2009 p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ANNESS A
ANNESS B
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/32 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6510 – Remondis/Sortiva/Stam Papier Recycling)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 71/09
1. |
Fil-5 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sortiva B.V. (“Sortiva”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Remondis Nederland B.V. (“Remondis”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jiksbu fi ħdan id-definizzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Sortiva Papier en Kunststoffen B.V. (“Sortiva P&K”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Stam Papier-Recycling B.V. (“Stam”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6510 – Remondis/Sortiva/Stam Papier Recycling, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/33 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 71/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“CARNE MARINHOA”
Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0233-09.01.2006
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott effettwata mill-emenda:
— |
|
Isem il-prodott |
— |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
|
Żona ġeografika |
— |
|
Prova tal-oriġini |
— |
|
Metodu tal-produzzjoni |
— |
|
Rapport |
— |
|
Tikkettar |
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
— |
|
Oħrajn (għandu jiġi speċifikat) |
2. Tip ta' bidla:
— |
|
Emenda fid-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju |
— |
|
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju |
— |
|
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
— |
|
Emenda temporanja fl-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i:
3.1. Deskrizzjoni tal-prodott:
L-għan huwa li jkun żgurat li l-“Carne Marinhoa” jista’ jitqiegħed fis-suq fi klassifikazzjonijiet ta’ età u piż f’konformità mal-leġislazzjoni kurrenti skont il-bażi tal-piż attwali tal-annimali fid-data tat-tbiċċir, fid-dawl tat-titjib ġenetiku immirat biex jipprijoritizza l-“laħam” aktar milli l-aspett ta’ “xogħol”.
In-nomini varji tal-klassijiet tal-prodotti huma konformi mal-leġislazzjoni fis-seħħ, f’termini ta età u piż tal-annimali għat-tbiċċir.
3.2. Żona ġeografika:
Dawk li jrabbu fil-muniċipalitajiet ta’ Coimbra, Figueira da Foz, Montemor-o-Velho u Soure, fil-bordura taż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-“Carne Marinhoa”, talbu lill-Agrupamento de Produtores Gestor da Denominação de Origem sabiex din iż-żona tiġi estiża abbażi tal-fatt li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jinkiseb il-prodott, speċifikament f’termini ta’ għalf, it-trobbija tal-annimali, l-ammont ta’ bhejjem, il-metodu tat-trobbija, ir-razza u t-tradizzjonjiet, jiġu ssodisfati. F’dawn il-muniċipalitajiet, dawn li ġejjin huma simili jekk mhux identiċi: il-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-prattiki ta’ trobbija, l-ammont ta’ bhejjem, il-flora dominanti, ir-razza Marinhoa nfisha, il-prattiki agrikoli u l-metodu tat-trobbija u l-għalf, li kollha jirriżultaw fi prodott bl-istess fatturi fiżiċi, kimiċi u sensorji eżatt bħal dawk tal-“Carne Marinhoa”.
3.3. Prova tal-oriġini:
L-għan huwa li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 fir-rigward tal-provi ta’ oriġini, li jiżguraw li l-proċeduri li min irabbi, il-biċċiera, l-impjanti tat-tqattigħ u l-impjanti tal-ippakkjar għandhom jimplimentaw huma aktar ċari u espliċiti sabiex ikunu żgurati l-garanziji rigward l-oriġini ġeografika tal-prodott.
3.4. Tikkettar:
Id-dispożizzjonijiet hawn fuq qed jiġu rfinuti u ċċarati u dispożizzjonijiet oħra qed ikunu adottati sabiex jipprevjenu partijiet terzi milli jieħdu vantaġġ mill-valur u l-prestiġju tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini, u sabiex jipprojbixxu t-tehmiż ta’ ismijiet u distributuri u aġenti oħra mad-DPO. Madanakollu, ma hemm l-ebda projbizzjoni fuq jekk dawn il-marki għandhomx jidhru fuq it-tikketta tal-prodott.
Saru wkoll xi bidliet editorjali u lingwistiċi fl-Ispeċifikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“CARNE MARINHOA”
Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0233-09.01.2006
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Carne Marinhoa”
2. Stat membru jew pajjiż terz:
Il-Portugall
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.1. |
Laħam frisk (u l-intern) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
Laħam tari ħafna u sukkulenti li ġej mir-razza tal-baqar Marinhoa, li hija kkaratterizzata minn kemm hija mlaħħma u l-geddum twil tagħha. Il-lewn tal-laħam tal-Marinhoa jvarja minn roża ċar fil-vitella għal aħmar skur fil-laħam taċ-ċanga; għandu konsistenza soda, u huwa kemxejn umdu u għalhekk sukkulenti. Il-lewn tax-xaħam ukoll ivarja bejn abjad u safrani, jiddependi fuq l-età tal-annimal. Il-laħam jinbiegħ kif ġej:
— |
Vitella – karkassi jew qatgħat minn annimali mbiċċra sal-età ta’ 8 xhur. Piż tal-karkassa bejn 70 kg u 180 kg. |
— |
Laħam taċ-ċanga – karkassi jew qatgħat minn annimali mbiċċra ta' età bejn 8 u 12-il xahar. Piż tal-karkassa sa 240 kg. |
— |
Annimal bovin maskili jew femminili – karkassi jew qatgħat minn annimali maskili jew femminili mbiċċra ta’ età bejn 12 u 30-il xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 180 kg. |
— |
Baqra – karkassi jew qatgħat minn annimli femminili li jaqbżu l-età ta’ 30 xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 220 kg. |
— |
Barri – karkassa jew biċċiet minn annimali maskili ta' età ta' aktar minn 30 xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 220 kg. |
3.3. Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):
Mhux applikabbli.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
It-trobbija tal-merħla Marinhoa, kif ipprattikat fiż-żona ġeografika inkwistjoni, huwa bbażat fuq l-għalf tradizzjonali bħall-art miksija bil-ħaxix permanenti f’dan ir-reġjun.
Matul iż-żmien fis-sena meta l-merħla tinżamm ġewwa, jingħataw għalf ibbażat fuq is-sikrana, qamħirrum (imżiewed), qamħ u tiben prodotti fuq ir-razzett innifsu jew minn irziezet fir-reġjun.
Hija wkoll prattika komuni li l-annimali jiġu pprovduti b’għalf prodott fir-razzett ibbażat fuq il-qamħirrum, ir-ross jew ċereali oħra u prodotti sekondarji tal-oriġini minn pjanti li wieħed isib f’razzett.
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:
L-annimali li jipproduċu l-“Carne Marinhoa” jridu jkunu twieldu, trabbew u tbiċċru fiż-żona ġeografika definita. L-annimali kollha għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru tat-Twelid, filwaqt li l-friegħ tal-baqar li jiddaħħlu fil-ktieb tal-merħla tar-razza Marinhoa, għandhom ukoll jiddaħħlu f’dan il-ktieb tal-merħla.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Tkun kif tkun il-preżentazzjoni kummerċjali tal-laħam, il-kliem “Carne Marinhoa — Denominação de Origem Protegida” iridu jidhru fuq it-tikketti, flimkien mal-marka għall-konformità indelibbli u għal kontra t-tbagħbis għall-“Carne Marinhoa”.
L-isem tal-kummerċjalizzazzjoni – “Carne Marinhoa DPO” – ma jistax ikollu miegħu xi referenza oħra jew imsemmi mod ieħor, lanqas mill-isem tad-ditta tad-distributuri jew oħrajn, għalkemm dawn jistgħu jidhru fuq it-tikketti.
4. definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika li fiha jitwieldu, jitrabbew u jitbiċċru l-annimali li jipproduċu l-“Carne Marinhoa” tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Águeda, Albergaria-a-Velha, Anadia, Aveiro, Cantanhede, Coimbra, Estarreja, Figueira da Foz, Ílhavo, Mealhada, Mira, Montemor-o-Velho, Murtosa, Oliveira do Bairro, Ovar, Sever do Vouga, Soure u Vagos, u wkoll il-parroċċi ta’ Ul, Loureiro, Pinheiro da Bemposta u Palmaz fil-muniċipalità ta’ Oliveira de Azeméis.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika hija waħda mill-aktar żoni fertili fil-Portugall, u tkopri l-baċiri tax-xmajjar Vouga, Águeda u Antuã. Iż-żona tal-Marinha għandha ħamrija relattivament imtajna u fertili, b’ilma ta’ taħt l-art li mhux fond ħafna, u għandu kapaċità kbir ta’ għalf. It-tkabbir taċ-ċereali, b’mod partikolari l-qamħirrum, huwa predominanti fiż-żoni anqas mistagħdra. Minħabba l-karatteristiċi ta’ din it-tip ta’ ħamrija, il-mekkanizzazzjoni kienet diffiċli, għalhekk kienu meħtieġa baqar kbar li kienu kapaċi jaħdmu fuq ħamrija tqila ħafna. Huma għaldaqstant kienu nġiebu hawnhekk għal żewġ raġunijiet: ix-xogħol u l-laħam.
Minħabba dawn il-kundizzjonijiet, l-annimali jirgħu fil-libertà fuq biċċiet żgħar ta’ art jew jiġu mgħalfa għalf u prodotti taċ-ċereali.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-baqar Marinhoa, li huma adattati sew għar-reġjun, fil-bidu inġiebu hemm għal żewġ raġunijiet – ix-xogħol u l-laħam. Filwaqt li l-għelejjel tradizzjonali u l-għalf baqgħu jitkabbru, il-baqar ma għadhomx jintużaw aktar għax-xogħol. It-titjib tar-razez għalhekk twettaq bil-għan li tittejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni tal-laħam tal-baqar.
Il-baqar Marinhoa għandhom il-konformazzjoni u l-fattizi fiżiċi kompatibbli mat-tip ta’ ħamrija tqila li tinstab fir-reġjun; it-trobbija tal-annimali prattikata hija karatteristika ta' dawn il-kundizzjonijiet.
Il-karkassi miksuba minn din is-sistema ta' produzzjoni huma relattivament kbar. Il-lewn tal-laħam miksub minn dawn il-karkassi jvarja minn roża ċar fil-vitella għal aħmar skur fil-laħam taċ-ċanga; għandu konsistenza soda, u huwa kemxejn umdu. Il-lewn tax-xaħam ukoll ivarja bejn abjad u safrani, jiddependi fuq l-età tal-annimal.
Il-laħam huwa sukkulenti ħafna u b’ħafna togħma.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):
Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi fir-reġjun, il-karatteristiċi tar-razza u t-tip ta’ għalf ipprovdut b’mod naturali jipproduċu annimali kbar jew ta' daqs medju b’karkassi xi drabi tqal ikkumparati mal-età tat-tbiċċir, bi ftit depożiti ta’ xaħam fuq u fil-karkassi u fil-kavitajiet. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-laħam huma s-sukkulenza u l-irtubija, togħma qawwija, sawra soda u konsistenza pjaċevoli fl-immastikar u, fuq kollox, riħa u togħma karatteristiċi li mhumiex intensi ħafna minħabba l-ambjent u l-ħaxix li l-annimali ragħaw fuqu fil-libertà jew l-għalf naturali li ngħataw.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.gpp.pt/Valor/doc/CE_Carne_marinhoa_DOP.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.