ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.070.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 070/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2012/C 070/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6509 – GE/KGAL/Extresol-2) ( 1 ) |
|
2012/C 070/03 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2012/C 070/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6475 – AXA REIM/CBRE PFCE Management/Warsaw III) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2012/C 070/05 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 070/06 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2012/C 070/07 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 070/08 |
||
2012/C 070/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV) ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 70/01
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
14.7.2010 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 22/10; N 50/10; N 86/10 |
||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Amendments to the Temporary Framework measure ‘Limited amounts of aid’ N 408/09 |
||||
Il-bażi legali |
Rozporządzenie Ministra Rozwoju Regionalnego w sprawie udzielania pomocy dla przedsiębiorców zagrożonych w ramach Priorytetu II Programu Operacyjnego Kapitał Ludzki (projekt z dnia 8 grudnia 2009 r.); rozporządzenie Ministra Rozwoju Regionalnego w sprawie udzielania przedsiębiorcom ograniczonej kwoty pomocy zgodnej ze wspólnym rynkiem w ramach regionalnych programów operacyjnych (projekt z dnia 5 stycznia 2010 r.); rozporządzenie Ministra Rozwoju Regionalnego w sprawie udzielania ograniczonej kwoty pomocy zgodnej ze wspólnym rynkiem w ramach Programu Operacyjnego Kapitał Ludzki (projekt z dnia 15 stycznia 2010 r.) |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
Baġit globali: PLN 1 905 miljun |
||||
L-intensità |
— |
||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2010 |
||||
Setturi ekonomiċi |
— |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
5.10.2011 |
||||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 414/10 |
||||||||
Stat Membru |
Il-Belġju |
||||||||
Reġjun |
— |
||||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aide au projet de «Flap Support Structures» de la Société anonyme belge de constructions aéronautique (SABCA)/Steun voor het „Flap Support Structures”-project van SABCA (FSS-project) |
||||||||
Il-bażi legali |
Federale steunmaatregel „Luchtvaart 2008-2013” Mesure d'aide fédérale «Aéronautique 2008-2013» |
||||||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||||||
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp |
||||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja rimborsabbli |
||||||||
L-estimi |
Baġit globali: EUR 32,817 miljun |
||||||||
L-intensità |
42 % |
||||||||
It-tul ta' żmien |
sal-30.12.2017 |
||||||||
Setturi ekonomiċi |
L-industrija tal-manifattura |
||||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
29.6.2011 |
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32888 (11/N) |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Reġjun |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Befreiung von der Luftverkehrsteuer hinsichtlich Abflügen von Inselbewohnern und in anderen Fällen |
Il-bażi legali |
§ 5 Nr. 4 des Artikels 1 des Haushaltsbegleitgesetzes 2011 |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Appoġġ lill-konsumaturi individwali |
Il-forma tal-għajnuna |
Tnaqqis tar-rata tat-taxxa |
L-estimi |
Baġit annwali: EUR 0,120 miljun |
L-intensità |
100 % |
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-31.12.2015 |
Setturi ekonomiċi |
Trasport tal-ajru |
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Das jeweils örtlich zuständige Hauptzollamt (http://www.zoll.de) |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
25.1.2012 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32965 (11/N) |
||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||
Reġjun |
Warmińsko-mazurskie |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Pomoc na restrukturyzację dla ZNMR |
||||
Il-bażi legali |
Artykuł 56 ust. 1 pkt 2 ustawy z dnia 30 sierpnia 1996 r. o komercjalizacji i prywatyzacji |
||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||
L-għan |
Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
|
||||
L-intensità |
33 % |
||||
It-tul ta' żmien |
1.2012-12.2015 |
||||
Setturi ekonomiċi |
L-industrija tal-manifattura |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
23.11.2011 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33588 (11/N) |
||||
Stat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
||||
Reġjun |
CZ 08 Moravskoslezsko |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ekologizace území okresů NUTS IV (Greening of NUTS IV districts) – Ostrava-město (Ostrava city) (NUTS CZ 0806), Karviná (NUTS CZ 0803) and Frýdek-Místek (NUTS CZ 0802), I. etapa (first phase) |
||||
Il-bażi legali |
Zákon č. 86/2002 Sb., o ochraně ovzduší a o změně některých dalších zákonů (zákon o ochraně ovzduší) – nařízení vlády č. 597/2006 Sb., o sledování a vyhodnocování kvality ovzduší – vyhláška č. 553/2002 Sb., kterou se stanoví hodnoty zvláštních imisních limitů znečišťujících látek, ústřední regulační řád a způsob jeho provozování včetně seznamu stacionárních zdrojů podléhajících regulaci, zásady pro vypracování a provozování krajských a místních regulačních řádů a způsob a rozsah zpřístupňování informací o úrovni znečištění ovzduší veřejnosti, ve znění pozdějších předpisů (změna vyhláškou č. 42/2005 Sb. a vyhláškou č. 373/2009 Sb.) – nařízení vlády č. 351/2002 Sb., kterým se stanoví závazné emisní stropy pro některé látky znečišťující ovzduší a způsob přípravy a provádění emisních inventur a emisních projekcí, ve znění pozdějších předpisů (změna nařízením vlády č. 417/2003) – nařízení vlády č. 372/2007 Sb., o národním programu snižování emisí ze stávajících zvláště velkých spalovacích zdrojů – nařízení vlády č. 146/2007 Sb., o emisních limitech a dalších podmínkách provozování spalovacích stacionárních zdrojů znečišťování ovzduší, ve znění pozdějších předpisů (změna nařízením vlády č. 476/2009) – nařízení vlády č. 615/2006 Sb., o stanovení emisních limitů a dalších podmínek provozování ostatních stacionárních zdrojů znečišťování ovzduší, ve znění pozdějších předpisů (změna nařízením vlády č. 475/2009) – vyhláška č. 205/2009 Sb., o zjišťování emisí ze stacionárních zdrojů a o provedení některých dalších ustanovení zákona o ochraně ovzduší, ve znění pozdějších předpisů – zákon č. 76/2002 Sb., o integrované prevenci a omezování znečištění, o integrovaném registru znečišťování a o změně některých zákonů (zákon o integrované prevenci) Operační program Životní Prostředí: Programový dokument Operační program Životní prostředí: Implementační dokument Směrnice MŽP pro předkládání žádostí a o poskytování finančních prostředků pro projekty z Operačního programu |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Il-ħarsien tal-ambjent |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
|
||||
L-intensità |
90 % |
||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2014 |
||||
Setturi ekonomiċi |
L-industrija tal-manifattura, Il-provvista ta' dawl, gass u ilma, Azzar |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6509 – GE/KGAL/Extresol-2)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 70/02
Fl-1 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6509. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/7 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 70/03
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
20.9.2011 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32520 (11/N) |
||||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
High-Tech Gründerfonds II |
||||
Il-bażi legali |
Gesellschaftsvertrag der High-Tech Gründerfonds II GmbH & Co. KG; Anlagerichtlinien für den High-Tech Gründerfonds; Geschäftsordnungen für die Investitionskomitees der High-Tech Gründerfonds Komitee GmbH |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Kapital ta' riskju, Ir-riċerka u l-iżvilupp, Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Provvista ta' kapital ta' riskju |
||||
L-estimi |
Baġit globali: EUR 240 miljun |
||||
L-intensità |
— |
||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.7.2018 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6475 – AXA REIM/CBRE PFCE Management/Warsaw III)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 70/04
Fil-5 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6475. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill Il-Kummissjoni Ewropea
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/9 |
Abbozz 2012 Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020)
“L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva”
2012/C 70/05
1. L-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ FIL-KUNTEST TAL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020
Fl-2009, il-Kunsill fassal il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (1). Minn dak iż-żmien 'il hawn, il-kuntest ekonomiku u politiku nbidel, billi ħoloq inċertezzi u limitazzjonijiet ġodda. L-Unjoni Ewropea kellha tieħu aktar azzjoni biex twaqqaf l-agħar kriżi finanzjarja u ekonomika fl-istorja tagħha u, bi tweġiba għal dan, qablet dwar strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv: Ewropa 2020.
L-edukazzjoni u t-taħriġ jilagħbu rwol kruċjali f’din l-istrateġija, b’mod partikolari fi ħdan il-Linji gwida Integrati, il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (RSP) maħruġa biex jiggwidaw ir-riformi tal-Istati Membri. Waħda mill-ħames miri ewlenin tal-Ewropa 2020 tirrigwardja t-tluq kmieni mill-iskola u l-kisba tal-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti.
L-Istħarriġ Annwali 2012 dwar it-Tkabbir (SAT) jenfasizza li: il-fowkus għal Ewropa 2020 jeħtieġ li jkun simultanju dwar: miżuri ta’ riformi li għandhom effett fuq medda qasira ta’ żmien fuq it-tkabbir; u dwar it-twaqqif tal-mudell it-tajjeb ta’ tkabbir għal terminu medju. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ li jiġu modernizzati biex isaħħu l-effiċjenza u l-kwalità tagħhom u biex jattrezzaw lin-nies bil-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu biex jirnexxu fis-suq tax-xogħol. Dan se jagħti spinta lill-fiduċja tan-nies biex ikunu jistgħu jifilħu għall-isfidi attwali u futuri. Dan se jgħin biex itejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u jiġġenera tkabbir u impjiegi. Is-SAT 2012 jitlob ukoll għal fowkus partikolari fuq iż-żgħażagħ, li jinsabu fost il-gruppi li huma l-aktar milquta mill-kriżi.
Strument ewlieni biex jimmodernizza l-edukazzjoni u t-taħriġ, ET 2020 jista’ jagħmel kontribut kbir biex jinkisbu l-miri tal-Ewropa 2020. Iżda biex wieħed jagħmel dan, l-ET 2020 għandu jiġi aġġustat billi jaġġorna l-prijoritajiet, l-għodod u l-istruttura tat-tmexxija tax-xogħol tiegħu.
Dan l-abbozz ta’ Rapport Konġunt, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tal-progress li sar f’oqsma ewlenin tal-politika f’dawn l-aħħar tliet snin, jipproponi prijoritajiet ġodda ta’ xogħol għall-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2014 li huma mmirati biex jimmobilizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jappoġġaw l-Ewropa 2020.
L-abbozz ta’ Rapport Konġunt jistipula wkoll għadd ta’ alternattivi biex wieħed jaġġusta t-tmexxija tal-ET 2020 biex jiżgura li din tikkontribwixxi għall-Ewropa 2020.
L-abbozz ta' Rapport Konġunt huwa akkumpanjat minn żewġ Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (2). Dawk evalwaw is-sitwazzjoni f’pajjiżi individwali u f’oqsma tematiċi ewlenin u bbażaw fuq Rapporti Nazzjonali provduti mill-Istati Membri kif ukoll tagħrif u data oħra.
2. IL-PROGRESS U L-ISFIDI F’OQSMA TA’ PRIJORITÀ
2.1. Investimenti u riformi fl-edukazzjoni u t-taħriġ
Bħalissa l-oqsma kollha tal-baġits pubbliċi jinsabu taħt skrutinju, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ. Ħafna mill-Istati Membri għandhom diffikultajiet biex iżommu l-livelli attwali tan-nefqa, u għaldaqstant tkun iktar diffiċli jekk din tiżdied.
Madankollu, ir-riċerka tissuġġerixxi li titjib fil-kisbiet edukattivi jista’ jiġġenera tkabbir u impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Jekk sal-2020 jintlaħaq il-valur ta' referenza, pereżempju, ta’ inqas minn 15 % ta’ dawk li jiksbu rati baxxi fil-ħiliet bażiċi, dan jista’ jiġġenera kisbiet ekonomiċi aggregati kbar fuq medda twila ta’ żmien għall-Unjoni Ewropea (3).
Dan jikkuntrastja mal-fatt li – anki qabel il-kriżi – in-nefqa f’ċerti Stati Membri kienet kemxejn baxxa, qrib jew taħt l-4 % tal-PDG filwaqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ kważi 5 % tal-PDG – taħt il-livell ta’ 5,3 % tal-Istati Uniti.
Tnaqqis fil-baġits tal-edukazzjoni joħloq riskju biex jimminimizzaw it-tkabbir potenzjali ekonomiku u l-kompetittività. Fis-SAT 2012, il-Kummissjoni kkonfermat il-konvinzjoni tagħha li, meta jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw in-nefqa fuq politiki li jtejbu t-tkabbir, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ.
Ma hemmx mudell ċar fil-mod ta’ kif l-Istati Membri indirizzaw il-baġits tal-edukazzjoni fit-tweġibiet tagħhom għall-kriżi. Huma adottaw firxa wiesgħa ta’ miżuri biex inaqqsu n-nefqa: ħafna eliminaw l-ispejjeż tal-persunal (BE nl, BG, EL, ES, FR, HU, IE, LV, PT, RO, SI) jew dispożizzjonijiet għall-infrastruttura, manutenzjoni u tagħmir (BE nl, BG, IE, RO). Uħud naqsu d-dispożizzjoni edukattiva fil-klassijiet ta’ qabel il-primarja (għal tfal ta’ sentejn fi FR), ipposponew jew naqsu r-ritmu tal-implimentazzjoni tar-riformi (BG), jew ħadu miżuri oħra bħat-tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju għall-istudenti (BE nl, IE, PT).
Dawn ix-xejriet jeħtieġu attenzjoni mill-politika. L-ET 2020 għandu jintuża biex jiddiskuti kif inhu l-aħjar mod biex isir investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b’modi li jikkumbinaw l-effiċjenza u l-effettività ma’ impatt favur it-tkabbir. Investiment intelliġenti jimxi id f’id ma’ riformi intelliġenti tal-politika li jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Tista' tintuża riflessjoni wiesgħa li tinvolvi l-partijiet interessati biex jidentifikaw modi effiċjenti biex jaqsmu l-piż finanzjarju u biex isibu sorsi ġodda ta’ finanzjament.
2.2. Tluq Kmieni mill-Iskola
Il-kriżi qed taffettwa b’mod sever il-prospetti għaż-żgħażagħ. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied minn 15,5 % fl-2008 għal 20,9 % fl-2010, filwaqt li s-sehem ta’ dawk bejn il-15 u l-24 sena la fl-edukazzjoni, ix-xogħol jew it-taħriġ żdied b’żewġ punti ta’ perċentwal. 53 % ta’ dawk li telqu kmieni mill-iskola kienu qiegħda.
Meta mqabbla ma’ dan in-nuqqas, il-mira tal-Ewropa 2020 biex tnaqqas is-sehem ta’ dawk ta’ bejn it-18 u l-24 sena li ħallew l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien għal inqas minn 10 % sal-2020 hija partikolarment kritika. Jekk ix-xejriet attwali jkomplu, din il-mira mhux se tintlaħaq. Fl-2010, minkejja li kien sar xi progress, ir-rata ta’ dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien kienet għadha b’medja ta’ 14,1 % madwar l-Unjoni Ewropea, b’differenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi. L-evidenza turi l-s-subien jinsabu aktar f’riskju (16 %) ta’ tluq milli mill-bniet (12,6 %).
Biex ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola tiġi taħt l-10 % hija sfida diffiċli. Ir-Rakkomandazzjoni tal-2011 (4) tal-Kunsill dwar il-politiki biex inaqqsu l-għadd ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola tappella għall-Istati Membri biex jimplimentaw strateġiji koerenti u komprensivi bbażati fuq l-evidenza, f'dawk l-Istati Membri partikolari li rċevew RSP f’dan il-qasam fl-2011 (AT, DK, ES, MT). Iżda pajjiżi li huma qrib il-mira (DK, IE, HU, NL, FI) għandhom iżidu l-isforzi biex jagħmlu aktar progress u/jew jegħlbu l-istaġnar. L-Istati Membri kollha għandhom jimplementaw miżuri mmirati li jilħqu żgħażagħ li qegħdin f’riskju li jitilqu kmieni mill-iskola.
B’xi eċċezzjonijiet notevoli, il-politiki tal-Istati Membri mhumiex ibbażati biżżejjed fuq data aġġornata u analiżi tal-kawżiet u inċidenzi ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola. Ftit pajjiżi biss jieħdu approċċ sistematiku biex jiġbru, jimmonitorjaw u janalizzaw data dwar dawk li jitilqu kmieni mill-iskola (EE, FR, HU, IT, LU, NL, UK).
Prevenzjoni u intervent bikrija huma s-soluzzjoni biex tiġi ttrattata din il-problema; madankollu, l-Istati Membri jagħtu ftit wisq attenzjoni għall-prevenzjoni. Miżuri parzjali kumpensatorji, bħal opportunità oħra għall-edukazzjoni, għalkemm huma importanti, mhumiex biżżejjed biex jittrattaw il-kawżi bażiċi tal-problema. Għandu jkun hemm aktar fowkus fuq miżuri preventivi u bikrin fil-kuntest tal-għalliema tal-edukazzjoni, il-kontinwità ta’ żvilupp professjonali u edukazzjoni u kura ta’ kwalità fil-bidu tat-tfulija.
Żieda fid-dispożizzjoni ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) inizjali ta’ kwalità għolja li huwa mfassla għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, inkluż tagħlim imħallat li jorbot mal-ETV u edukazzjoni sekondarja ġenerali, jistgħu jgħinu biex inaqsu l-għadd ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola. Dan jipprovdi mogħdija tal-edukazzjoni differenti, u huwa aktar motivanti għal uħud minn dawk li qed jitgħallmu. Madankollu, fl-istess waqt, hemm ħtieġa serja biex jitnaqqas il-livell ta’ tluq kmieni mill-iskola mid-dispożizzjoni tal-ETV.
Ħafna pajjiżi jużaw firxa wiesgħa ta’ miżuri biex jittrattaw aspetti differenti tat-tluq kmieni mill-iskola, iżda dawn mhux bilfors iwasslu għal strateġija komprensiva. Il-partijiet interessati minn setturi differenti tal-edukazzjoni u oqsma tal-politika, bħall-politika dwar iż-żgħażagħ, is-servizzi soċjali u tax-xogħol, għandhom jaħdmu aktar mill-qrib flimkien. Għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mal-ġenituri u l-komunitajiet lokali. Il-kooperazzjoni bejn in-negozju u l-iskola, attivitajiet mhux parti mill-kurrikulu u barra mill-iskola u “garanziji liż-żgħażagħ” huma modi possibbli biex jiġu involuti atturi lokali differenti.
Hekk kif l-Ewropa mhijiex f’postha biex tikseb il-mira ewlenija, hemm ħtieġa urġenti biex jissaħħaħ l-approċċ għall-politika. Fis-snin li ġejjin, ix-xogħol fuq it-tluq kmieni mill-iskola, immexxi mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Ġunju 2011, jeħtieġ li jkun wieħed mill-prijoritajiet ta’ quddiem taħt l-ET 2020.
Tluq Kmieni mill-Iskola: Rati tal-2010 (5) u miri nazzjonali
— Prestazzjoni fl-2010 (%)
— Mira nazzjonali għall-2020 (%)
|
9,5 |
11 |
5,5 |
10 |
10 |
9,5 |
8 |
9,7 |
15 |
9,5 |
15 16 |
10 |
13,4 |
9 |
10 |
10 |
29 |
8 |
9,5 |
4,5 |
10 |
11,3 |
5 |
6 |
8 |
10 |
: |
2.3. Tintlaħaq l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti
Biex toħroġ aktar b’saħħitha mill-kriżi, l-Ewropa teħtieġ tiġġenera tkabbir ekonomiku bbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-edukazzjoni terzjarja jew dik ekwivalenti tista’ tkun mutur b’saħħtu f’dan ir-rigward. Din tipprovdi l-forza tax-xogħol l-aktar kwalifikata li l-Ewropa teħtieġ biex tavvanza fir-riċerka u l-iżvilupp u tagħti lin-nies il-ħiliet u l-kwalifiki li għandhom bżonn fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien.
Ewropa 2020 tistabbilixxi l-Mira Ewlenija biex iżżid is-sehem ta’ dawk bejn it-30 u l-34 sena bi grad terzjarju jew ekwivalenti lil 40 % sal-2020. Fl-2010 l-livell medju ta’ kisba ta’ edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti f’dan il-grupp ta’ età kien ta’ 33,6 %. Ir-rati ta’ lħuq, miri nazzjonali u livelli ta’ ambizzjoni jvarjaw konsiderevolment madwar il-pajjiżi.
Biex tintlaħaq il-mira, l-Istati Membri għandhom ikomplu l-isforzi tagħhom għar-riforma, kif maqbul fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2011 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja (6) u f’konformità mar-RSP dwar din il-kwistjoni lil ħames pajjiżi (BG, CZ, MT, PL, SK).
Ir-riformi għandhom jindirizzaw l-isfida taż-żieda tal-gradwati filwaqt li jżommu u jsaħħu l-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni u r-riċerka.
Flimkien ma’ sforzi biex jottimizzaw il-finanzjament u t-tmexxija, il-parteċipazzjoni ta’ gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed għandha tikber fl-Istati Membri kollha, inkluż nies minn sfond soċjoekonomiku żvantaġġat jew postijiet ġeografiċi, gruppi etniċi u nies b’diżabilità.
Aċċess għal edukazzjoni għolja għal adulti li qed jitgħallmu għandha tkun iffaċilitata. Hemm potenzjal konsiderevoli biex jgħin lil dawk li diġà jinsabu fix-xogħol jidħlu jew jidħlu mill-ġdid għall-edukazzjoni terzjarja, jippromwovu t-tranżizzjoni minn edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għal edukazzjoni għolja u biex itejbu r-rikonoxximent ta’ tagħlim miksub minn qabel f’kuntesti informali.
Wisq studenti jitilqu mill-edukazzjoni għolja. Gwida u pariri fl-edukazzjoni u mogħdijiet dwar il-karrieri li jgħinu biex iżommu l-motivazzjoni biex itemmu l-istudji tagħhom huma kritiċi biex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta’ dawk li jitilqu mill-iskola.
Li wieħed jattira studenti barranin b’talent jista’ jkun mod ieħor kif tiżdied il-parteċipazzjoni u l-ilħuq.
L-immodernizzat ta' edukazzjoni għolja se jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kisba tal-objettivi tal-Ewropa 2020. Għldaqstant jeħtieġ li tkun prijorità ewlenija oħra għal skambji fil-perjodu li jmiss taħt l-ET 2020, inkluż l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni 2011 ta' Edukazzjoni Għolja u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja tal-Ewropa.
Tintlaħaq l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti: il-livelli tal-2010 u l-miri nazzjonali (7)
— Prestazzjoni fl-2010 (%)
— Mira nazzjonali għall-2020 (%)
|
47 |
36 |
32 |
40 |
42 |
40 |
60 |
32 |
44 |
50 |
26 27 |
46 |
34 36 |
40 |
40 |
30,3 |
33 |
45 |
38 |
45 |
40 |
26,7 |
40 |
40 |
42 |
40 45 |
: |
2.4. Strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja
Għall-maġġoranza tal-Ewropej, it-tagħlim tul il-ħajja mhuwiex realtà. Filwaqt li żdiedet il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ fis-snin bikrin tal-ħajja, data reċenti dwar in-numru ta’ adulti li għandhom bejn 25 u 64 sena li jipparteċipaw f’tagħlim tul il-ħajja turi xejra li naqset ftit. Il-livell attwali ta’ 9,1 % (2010) huwa sew inqas mill-punt ta’ riferiment tal-ET 2020 ta’ 15 % li għandu jintlaħaq sal-2020.
Din il-prestazzjoni dgħajfa hija partikolarment serja meta wieħed jikkunsidra l-kriżi. Żgħażagħ qiegħda u adulti bi ftit ħiliet jeħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq edukazzjoni u taħriġ biex jagħtihom possibilità aħjar fis-suq tax-xogħol. Nuqqas ta’ investiment fil-kompetenzi tagħhom idgħajjef il-possibilitajiet tagħhom biex jerġgħu jmorru lura għax-xogħol u jillimita l-potenzjal tal-Ewropa biex toħloq tkabbir u impjiegi. Fl-istess waqt, għandna niffukaw ukoll fuq il-kontribut tal-edukazzjoni għall-iżvilupp ekonomiku tal-Ewropa permezz ta' titjib fil-kompetenzi tal-forza tax-xogħol u l-integrazzjoni tal-pjanijiet tat-tagħlim għall-adulti fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku u l-innovazzjoni.
It-tagħlim tul il-ħajja huwa proċess kontinwu li jista’ jibqa’ għaddej tul il-ħajja kollha ta’ persuna, mill-kwalità tal-edukazzjoni fil-bidu tat-tfulija għall-età ta’ wara x-xogħol. Barra minn hekk, it-tagħlim iseħħ ukoll barra l-kuntesti formali tat-tagħlim, b’mod partikolari fuq il-post tax-xogħol.
Riċentament, sar xi progress dwar il-punti ta’ riferiment Ewropej ta’ tnaqqis tas-sehem ta’ dawk li kisbu ftit fil-ħiliet bażiċi (20 % fl-2009 kontra punt ta’ riferiment ta’ inqas minn 15 % sal-2020) u żieda fil-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni fil-bidu tat-tfulija (92 % fl-2009 kontra punt ta’ riferiment ta’ 95 % sal-2020); madankollu, jeħtieġ li jkomplu l-isforzi dwar iż-żewġ kwistjonijiet.
L-ostakli għat-tagħlim tul il-ħajja jippersistu, bħal opportunitjiet għat-tagħlim li mhumiex imfassla b'mod adegwat għat-tagħlim li mhumiex imfassla sew għall-ħtiġijiet ta’ gruppi differenti fil-mira; nuqqas ta’ aċċessibilità għal tagħrif u sistemi ta’ appoġġ; u mogħdijiet ta’ tagħlim li mhumiex flessibbli biżżejjed (eż. bejn l-ETV u l-edukazzjoni għolja). Il-problemi spiss ma jispiċċaw qatt mill-fatt li dawk li għandhom potenzjal biex jitgħallmu għandhom status soċjoekonomiku baxx u ta’ qabel l-edukazzjoni.
Biex wieħed jegħleb dawn l-ostakli jinħtieġu aktar minn riformi parzjali f’setturi speċifiċi tal-edukazzjoni. Għalkemm l-Istati Membri għarfu din il-ħtieġa deċennju ilu, il-problema ta’ segmentazzjoni tkompli. Illum ftit pajjiżi biss għandhom strateġija komprensiva, li tappoġġa kontinwazzjoni edukattiva tajba, fis-seħħ (AT, CY, DK, SI, UK SC).
Min-naħa pożittiva, l-użu ta’ għodod bħall-oqsfa Ewropej u kwalifiki nazzjonali (BE nl, CZ, DK, EE, FI, FR, IE, LT, LV, LU, MT, NL, PT, UK); mekkaniżmi biex jivvalidaw tagħlim informali u formali (DE, DK, ES, FI, FR, LU, NL, PT, RO, SE, UK) u politiki ta’ gwida tul il-ħajja (AT, DK, DE, EE, ES, FI, FR, HU, IE, LT, LU, LV, NL) juru li l-ostakli għal kooperazzjoni bejn is-setturi tal-edukazzjoni jistgħu jingħelbu.
Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd. L-Istati Membri għandhom jiskrinjaw is-sistemi tagħhom biex isibu l-ostakli għat-tagħlim tul il-ħajja. B’kooperazzjoni mas-sħab soċjali u partijiet interessati ewlenin oħrajn, dawn għandhom jagħmlu fis-seħħ strateġiji komprensivi u jieħdu miżuri li jippromwovu aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, f’konformità mal-impenji Ewropej u jfasslu għodod ta’ trasparenza u oqfsa (il-Qafas Ewropew ta’ Kwalifiki (8), ECVET/ECTS (9), EQAVET, il-Qafas dwar il-Kompetenzi Ewlenin (10)). L-enfasi għandha tkun dwar l-iżgurar ta’ ħiliet bażiċi għal kulħadd u dwar integrazzjoni aħjar tad-dispożizzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari biex tistimula l-parteċipazzjoni ta’ adulti bi ftit ħiliet.
2.5. Mobilità tat-tagħlim
Il-mobilità ssaħħaħ il-bażi tal-Ewropa għal tkabbir futur ibbażat fuq l-għarfien u l-abilità biex tkun innovattiva u tikkompeti fuq livell internazzjonali (11). Din issaħħaħ l-impjegabilità tan-nies u l-iżvilupp personali u hija kkunsidrata bħala valur minn min iħaddem. L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u n-negozju jibbenefikaw bl-istess mod mill-esperjenza ta’ tagħlim, kuntatti personali u netwerks li jirriżultaw mill-mobilità. Il-promozzjoni tal-mobilità transnazzjonali tat-tagħlim hija eżempju eċċellenti ta’ valur miżjud Ewropew.
Madankollu, il-livelli attwali ta’ mobilità ma jirriflettux il-valur tiegħu. Madwar 10 % sa 15 % ta’ gradwati ta’ edukazzjoni għolja jgħaddu proporzjon mill-istudji tagħhom f’pajjiż ieħor fejn il-valur miżjud ta’ mobilità huwa l-aktar rikonoxxut; iżda madwar 3 % biss tal-gradwati mill-ETV inizjali jagħmlu dan. Jeħtieġ isir aktar xogħol biex tiġi promossa l-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Riżorsi finanzjarji limitati u għarfien inadegwat tal-lingwa jwaqqfu l-mobilità tat-tagħlim. Il-mobilità mhijiex dejjem rikonoxxuta jew validata. Spiss hemm nuqqas ta’ tagħrif dwar opportunitajiet disponibbli. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni speċifika ta’ dawk li jitgħallmu bi bżonnijiet speċjali (eż. diżabilitajiet) mhijiex indirizzata biżżejjed.
Ħafna mill-pajjiżi jippromwovu primarjament il-mobilità ta’ dawk li jitgħalmu. Filwaqt li xi pajjiżi (BG, IE, MT, SE, BE nl, DE, EE, EL, ES, FI, NL, RO, LT, FR) jinkludu wkoll gruppi oħra, bħall-għalliema jew apprendisti, hemm kamp ta’ applikazzjoni li jista’ jsir ħafna aktar fih kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll f'dak Ewropew.
Programmi Ewropej ta’ finanzjament għandhom irwol importanti x’jilagħbu. Bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali l-ġdid għas-snin 2014-2020, il-Kummissjoni pproponiet biex kważi tirdoppja n-numru ta’ benefiċjarji fil-futur tal-programm ta' edukazzjoni u taħriġ, minn 400 000 għal kważi 700 000 kull sena.
Madankollu, il-programmi finanzjarji jeħtieġ li jimxu id f’id mar-riformi tal-politika. Il-Kunsill adotta punti ġodda ta’ riferiment dwar il-mobilità tat-tagħlim f’Novembru 2011 (20 % għal edukazzjoni għolja, 6 % għal ETV inizjali sal-2020). Dan l-impenn politiku għandu jimxi 'l quddiem billi tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill “Żgħażagħ f’moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ” u billi jsir użu sħuħ tal-għodod Ewropej ta’ trasparenza, bħall-EQF, ECTS/ECVET u Europass (12).
2.6. Ħiliet u impjiegi ġodda
Il-kriżi tħeġġeġ bidliet fid-domanda għall-ħiliet. Id-domanda għal impjiegi li jirrikjedu ftit kwalifiki qed tonqos, u l-industriji ta’ għada bbażati fuq l-għarfien jeħtieġu livelli li qed jiżdiedu ta’ kwalifiki. Previżjoni reċenti (13) tistenna s-sehem ta’ impjiegi kwalifikati ħafna biex jiżdiedu sa kważi 16-il miljun, minn 29 % (fl-2010) għal 35 % tal-impjiegi kollha kwalifikati fl-2020. Għall-kuntrarju, is-sehem tal-impjiegi li jitolbu livell baxx ta’ ħiliet mistenni li jonqos b’madwar 12-il miljun, minn 20 % għal inqas minn 15 %. Uħud mill-pajjiżi diġà jiffaċċjaw restrizzjonijiet għal impjiegi kwalifikati ħafna. Dan se jkompli jmur għall-agħar bl-impatt tat-tixjiħ demografiku meta l-forza tax-xogħol tibda tonqos wara l-2012. Ir-RSP dwar titjib fil-ħiliet għas-suq tax-xogħol u dwar appoġġ speċifiku għal ħaddiema bi ftit ħiliet kienu ġew indirizzati lil numru ta’ Stati Membri (BG, CY, CZ, EE, PL, SI, SK, UK).
L-Istati Membri kienu għamlu progress fil-metodi ta’ implimentazzjoni, għodod u approċċi biex jantiċipaw u jivvalutaw id-domanda għal ħiliet, nuqqas ta’ taqbil u impjegabilità tal-gradwati. Ħafna jiffukaw fuq setturi ewlenin bħall-ICT jew is-saħħa.
Madankollu, ftit pajjiżi biss (AT, DE, FR, IE, PL, UK) għandhom approċċ ikkoordinat biex jifirxu r-riżultati mal-atturi ewlenin. Il-mekkaniżmi istituzzjonali spiss huma żviluppati f’livelli reġjonali jew settorjali, iżda għandhom tendenza li jirrifletti jew jirripproduċu s-segmentazzjoni tal-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ.
Il-pajjiżi jindirizzaw ir-reazzjoni tal-edukazzjoni u tad-dispożizzjonijiet tat-taħriġ għall-iżviluppi fis-suq tax-xogħol permezz ta’ sħubiji ma’ partijiet interessati ewlenin (EE, FI, SE); mekkaniżmi li jassiguraw il-kwalità; u inizjattivi li jimmiraw lejn il-kompetenzi meħtieġa fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari l-litteriżmu, il-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija (AT, BE nl, DE, FR, PL, LT, IE), il-lingwi, il-kompetenzi diġitali u s-sens ta’ inizjattiva u intraprenditorija (ES, EE, BG, LT, FR).
Jekk wieħed iħeġġeġ lis-subien u lill-bniet biex jagħżlu karrieri fis-setturi fejn mhumiex rappreżentati biżżejjed, inaqqas is-segregazzjoni tas-sessi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u s-suq tax-xogħol u jista' jgħin biex jonqsu n-nuqqasijiet ta' ħiliet fis-suq tax-xogħol.
L-ET 2020 għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva ta' Prominenza “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda”. Il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar “Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-żgħażagħ” (14), li tissottolinja l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-prevenzjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u aktar tard fl-2012 ser tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-ħsieb mill-ġdid dwar il-ħiliet, billi tipproponi azzjoni biex ittejjeb il-kompetenzi ewlenin u biex tippromwovi rabtiet eqreb bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol. Ix-xogħol taħt l-ET 2020 ser ikompli jippromwovi l-kompetenzi ewlenin għaċ-ċittadini kollha, biex itejjeb il-monitoraġġ billi jiġi żviluppat punt ta’ riferiment ġdid Ewropew dwar l-impjegabilità, biex jippromwovi l-aġġornament reġolari ta' ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, u biex jantiċipa d-domanda tas-suq tax-xogħol tal-futur għall-ħiliet, b’mod partikolari permezz tal-Panorama tal-Ħiliet Ewropej.
3. IL-KONTRIBUT TAL-ET 2020 GĦALL-EWROPA 2020
Il-valutazzjoni ta’ hawn fuq taċ-ċiklu tal-2009-2011, li jinkludi l-progress bil-mod lejn mira ewlenija tal-edukazzjoni u l-punti ta’ riferiment tal-ET 2020, tenfasizza l-importanza li jsir investiment effettiv f’edukazzjoni u taħriġ riformulati sabiex tappoġġa t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi, kif ukoll tippromwovi l-inklużjoni soċjali.
Is-SAT 2012 tenfasizza l-ħtieġa għal segwitu bi prova mill-Istati Membri tal-gwida tal-politika fil-livell tal-UE. L-ET 2020 jista’ jintuża biex jappoġġa lill-Istati Membri biex iwieġbu għall-isfidi identifikati fir-RSP differenti: dwar it-tluq kmieni mill-iskola (AT, DK, ES, MT) u l-ilħuq terzjarju (BG, CZ, MT, PL, SK); li jirrigwardjaw tagħlim tul il-ħajja, l-ETV u ħiliet għas-suq tax-xogħol (AT, CY, DK, EE, ES, FI, FR, LU, MT, PL, SI, SK, UK); u dwar edukazzjoni ta’ qabel l-iskola u tal-iskola u kwistjonijiet ta’ ugwaljanza (BG, DE, EE).
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni u l-konsultazzjoni tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-Partijiet interessati, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonfermaw li l-erba’ miri strateġiċi tal-ET 2020 stabbiliti fl-2009 jibqgħu validi. Il-lista ta’ oqsma ta’ prijorità ta’ nofs it-terminu li kienu qablu dwarhom fl-2009 hi sostitwita b’waħda ġdida li hija mmirata biex timmobilizza l-edukazzjoni u t-taħriġ biex tappoġġa tkabbir u impjiegi (ippreżentata fl-anness).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li ssir reviżjoni tal-arranġamenti tax-xogħol skont l-ET 2020 li kienu ppjanati qabel ma kienu qablu dwar l-Ewropa 2020 u s-Simestru Ewropew. L-ET 2020 għandu jkun allinjat aħjar mal-Ewropa 2020; dan għandu jkun il-mekkaniżmu biex jimmobilizza l-partijiet interessati tal-ET 2020, iżid is-sjieda tagħhom u juża l-esperjenza tagħhom b’appoġġ għall-Ewropa 2020, u juża wkoll l-evidenza u d-data mill-aġenziji u netwerks Ewropej rilevanti (15).
Biex jiżdied il-kontribut tal-ET 2020 għall-Ewropa 2020, it-tmexxija tal-ET 2020 u l-għodod tagħha ta’ tħaddim jistgħu jiġu aġġustati kif ġej:
(1) |
Il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EJCS) jista’ jindirizza d-dimensjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Ewropa 2020 kemm matul is-simestru Ewropew kif ukoll dak nazzjonali. Il-Kunsill jista' jikkunsidra s-SAT u jirrapporta lill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu, jista' jeżamina l-kwistjonijiet komuni li ġejjin mill-gwida mogħtija mill-Kunsill Ewropew u l-implimentazzjoni tiegħu permezz tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, kif ukoll jikkunsidra s-segwitu tal-eżiti tas-Semestru Ewropew. |
(2) |
Meta wieħed iqis in-natura integrata tal-Ewropa 2020, hemm kamp ta’ applikazzjoni biex titwaqqaf kooperazzjoni bejn il-Kumitat tal-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Politika Ekonomika, il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Kumitat dwar il-Protezzjoni Soċjali. Il-kooperazzjoni tiżgura li l-ET 2020 jidħol fil-proċess tal-Ewropa 2020, inkluż f’termini tal-użu indikaturi ta’ monitoraġġ. |
(3) |
L-istrument ta’ tagħlim ta’ bejn il-pari jista’ jintuża aħjar u jkun marbut aktar mill-qrib mal-Ewropa 2020. L-ewwel, biex jipprepara u jinforma lid-dibattitu fil-livell tal-Kunsill, reviżjoni annwali ta’ bejn il-pari tista’ ssir kull Settembru/Ottubru u tiġi organizzata b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza tal-Kunsill. Dan l-approċċ multilaterali jista’ jiffoka fuq kwistjonijiet ewlenin tal-politika li joħorġu matul is-Simestru Ewropew preċedenti li jagħti lok għal numru kbir ta’ RSP. It-tieni, l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jistiednu nies fl-istess livell għal diskussjoni profonda dwar kwistjonijiet speċifiċi f’pajjiżhom. Il-Kummissjoni tuża l-istrumenti finanzjarji rilevanti biex tappoġġa din l-attività, inkluż billi tappoġġa l-parteċipazzjoni ta’ esperti magħrufa internazzjonalment. |
(4) |
Biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-Ewropa 2020 u l-ET 2020, il-Kummissjoni kull sena tista’ torganizza skambju ta’ opinjonijiet bejn il-partijiet interessati fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan il-Forum ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ jista’, fil-bidu ta’ Ottubru, jiddiskuti l-progress fl-immodernizzar tal-edukazzjoni u s-sistemi tat-taħriġ li jkompli mid-diskussjoni ta’ kwistjonijiet tal-edukazzjoni fis-Simestru Ewropew. |
(5) |
Il-Kunsill ser jirrevedi l-lista ta’ indikaturi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ (16), biex jiżgura li dawk li intużaw taħt ET 2020 huma konsistenti mal-miri tagħha. Meta tissostitwixxi r-Rapport ta’ Progress eżistenti (17), il-Kummissjoni se tippreżenta kull ħarifa, Moniter ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, li jistabbilixxi, f’dokument qasir, il-progress dwar il-punti ta’ riferiment tal-ET 2020 u l-indikaturi ewlenin, inkluża l-Mira Ewlenija tal-Ewropa 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan id-dokument jista’ jgħin biex jinforma lid-dibattitu fil-livell tal-Kunsill. |
Finalment, l-istrumenti kollha jeħtieġu jiġu mobilizzati biex jinkisbu l-miri stabbiliti fl-Ewropa 2020 u ET 2020, inkluż il-programmi attwali u futuri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-fondi strutturali u Horizon 2020.
(1) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(2) Dok. 18577/11 ADD 1 (SEC(2011) 1607 final) u dok. 18577/11 ADD 2 (SEC(2011) 1608 final).
(3) Netwerk Ewropew ta’ Esperti dwar l-Ekonomija tal-Edukazzjoni (EENEE), EENEE Policy Brief 1/2011: L-ispiża tal-kisba ta' livell baxx ta' edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
(5) Sors għad-data tal-2010: Eurostat (LFS).
(6) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 36.
(7) Sors għad-data tal-2010: Eurostat (LFS) (ISCED levels) 5-6. Għad-DE, il-mira tinkludi wkoll ISCED 4, ta' AT ISCED 4A.
(9) European Credit System for VET, European Credit Transfer and Accumulation System, cf. http://ec.europa.eu/education/lifelong-learning-policy/doc48_en.htm
(10) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(11) COM(2009) 329 finali.
(12) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.
(13) http://www.cedefop.europa.eu/en/Files/3052_en.pdf
(14) Dok. 5166/12 (COM(2011) 933 finali).
(15) B'mod partikolari, Cedefop, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u n-netwerk Euridyce.
(16) ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13.
(17) L-aħħar edizzjoni: SEC(2011) 526.
ANNESS (1)
Oqsma ewlenin għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ fl-2012-2014
Bil-ħsieb li jinkisbu l-erba' objettivi strateġiċi taħt il-qafas “ET 2020”, l-identifikazzjoni ta' oqsma prijoritarji għal ċiklu ta' ħidma speċifiku għandha ttejjeb l-effiċjenza tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll tirrifletti l-ħtiġijiet individwali tal-Istati Membri, speċjalment hekk kif jinħolqu ċirkostanzi u sfidi ġodda.
F'konformità mal-prijoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħżlu dawk l-oqsma ta' ħidma u kooperazzjoni li huma jixtiequ jipparteċipaw fihom f'ħidma ta' segwitu konġunta. Jekk l-Istati Membri jqisuha meħtieġa, il-ħidma dwar oqsma prijoritarji speċifiċi tista' titkompla f'ċikli ta' ħidma sussegwenti.
1. Li jsiru realtà t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità
Strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja
Naħdmu flimkien biex intemmu l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali komprensivi ta’ tagħlim tul il-ħajja, li jkopru l-livelli kollha mill-edukazzjoni fit-tfulija bikrija sat-tagħlim għall-adulti, u niffukaw fuq sħubiji ma’ partijiet interessati, l-iżvilupp tal-kompetenza ta’ adulti bi ftit ħiliet, miżuri biex jestendu l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja u jintegraw servizzi ta’ tagħlim tul il-ħajja (gwida, validazzjoni, eċċ.). B'mod partikolari, nimplimentaw ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti (2).
Punti ta' referenza Ewropej
Naħdmu flimkien biex norbtu l-oqsfa ta’ kwalifiki nazzjonali mal-EQF, nistabbilixxu arranġamenti nazzjonali komprensivi biex nivvalidaw ir-riżultati tat-tagħlim; noħolqu rabtiet bejn oqsfa ta’ kwalifiki, arranġamenti ta’ validazzjoni, assigurazzjoni tal-kwalità u sistemi għall-akkumulazzjoni u t-trasferiment ta’ krediti (EQAVET, ECVET, ECTS); nikkooperaw fit-tbassir tad-domanda għall-ħiliet u tqabbil aħjar ta’ din id-domanda u l-provvediment tal-opportunitajiet tat-tagħlim (Panorama tal-Ħiliet, Klassifikazzjoni Ewropea tal-Ħiliet/Kompetenzi, Kwalifiki u Xogħlijiet- ESCO); intejbu l-viżibilità, it-tixrid u l-użu ta’ punti ta’ referenza Ewropej sabiex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tagħhom.
Mobilità tat-Tagħlim
Nippromwovu l-mobilità tat-tagħlim għal dawk kollha li jitgħallmu, fl-Ewropa u mad-dinja kollha, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, billi jiffukaw fuq tagħrif u gwida, il-kwalità tal-mobilità tat-tagħlim, it-tneħħija ta’ ostakli għall-mobilità u l-promozzjoni tal-mobilità tal-għalliema. B'mod partikolari, tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill “Żgħażagħ f’moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ” (3).
2. Titjib fil-kwalità u fl-effiċjenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ
Ħiliet bażiċi (litteriżmu, matematika, xjenza u teknoloġija), lingwi
Kapitalizzazzjoni fuq evidenza dwar il-litteriżmu tal-qari, inkluż ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Litteriżmu, biex tgħolli l-livelli ta’ litteriżmu fost l-istudenti tal-iskola u l-adulti u biex tnaqqas il-proporzjon ta’ prestazzjoni baxxa fil-qari minn dawk li għandhom 15-il sena. Jiġu indirizzati l-isfidi tal-litteriżmu li jużaw varjetà ta’ midja, inkluża dik diġitali, għal kulħadd. Jiġu sfruttati u żviluppati r-riżultati ta’ kooperazzjoni biex jindirizzaw prestazzjoni baxxa fil-matematika u x-xjenza fl-iskejjel; ikompli x-xogħol biex jitjiebu l-kompetenzi tal-lingwa, b’mod partikolari biex jappoġġaw il-mobilità tat-tagħlim u l-impjegabilità.
Żvilupp professjonali ta’ għalliema, dawk li jħarrġu u kapijiet tal-iskejjel
Titjib il-kwalità ta’ persunal tal-għalliema minħabba li din hija determinant ewlieni ta’ riżultati ta’ kwalità, ikun hemm fowkus fuq il-kwalità tal-għalliema, jattiraw u jingħażlu l-aħjar kandidati biex jgħallmu, kwalità fil-kontinwità tal-iżvilupp professjonali, żvilupp tal-kompetenzi tal-għalliema u infurzar tat-tmexxija tal-iskejjel.
L-immodernizzar ta’ edukazzjoni għolja u żieda fl-ilħuq ta’ livelli terzjarji
Ħidma f’daqqa biex jiżdiedu n-numru ta’ gradwati, inkluża l-estensjoni ta’ mogħdijiet alternattivi u l-iżvilupp tal-ETV terzjarji; it-titjib fil-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni għolja; iż-żieda fl-kwalità ta' edukazzjoni għolja permezz ta' mobilità u kooperazzjoni transkonfinali; it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni biex jippromwovu l-eċċellenza u l-iżvilupp reġjonali; it-titjib fit-tmexxija u l-finanzjament
L-attrattività u r-rilevanza tal-ETV
Issir ħidma f’daqqa, f’konformità mal- Bruges Communiqué dwar Kooperazzjoni Ewropea aħjar fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu ta’ bejn l-2011 u l-2020, b’mod partikolari biex l-ETV inizjali jkun aktar attraenti, jippromwovi l-eċċellenza u rilevanza tal-ETV għas-suq tax-xogħol, jiġu implimentati mekkaniżmi li jassiguraw il-kwalità u jtejbu l-kwalità tal-għalliema, ta’ dawk li jħarrġu u ETV professjonali oħra.
Finanzjament u evalwazzjoni effiċjenti
Isir eżami tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament u sistemi ta’ evalwazzjoni, bil-għan li titjieb il-kwalità, inkluż appoġġ immirat lejn ċittadini żvantaġġati u l-iżvilupp ta’ għodod effiċjenti u ekwi li għandhom l-għan li jimmobilizzaw investiment privat fl-edukazzjoni postsekondarja u t-taħriġ.
3. Promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-cittadinanza attiva
Tluq Kmieni mill-Iskola
Għajnuna lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2011 dwar politiki biex inaqqsu t-tluq kmieni mill-iskola (4), u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar tluq kmieni mill-iskola fl-edukazzjoni ġenerali u l-ETV.
Kura u edukazzjoni ta' tfal ta' età bikrija (ECEC).
Ħidma f’daqqa, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2011 dwar edukazzjoni u l-kura ta’ tfal ta’ età bikrija (5), biex tipprovdi aċċess ekwu u mifrux għall-ECEC filwaqt li tgħolli l-kwalità tal-provvediment; il-promozzjoni ta’ approċċi integrati, l-iżvilupp professjonali tal-persunal tal-ECEC u l-appoġġ għall-ġenituri; żvilupp ta’ kurrikula xierqa u programmi u mudelli ta’ finanzjament.
Ekwità u diversità
Infurzar ta’ tagħlim reċiproku dwar modi effettivi biex ikabbru l-kisba edukattiva f’soċjetà li kull ma jmur issir dejjem aktar differenti, b’mod partikolari billi timplimenta approċċi inklussivi tal-edukazzjoni li jippermettu lil dawk li jitgħallmu minn firxa wiesgħa ta’ sfond u ħtiġijiet edukattivi, inkluż migranti, Roma u studenti bi bżonnijiet speċjali, biex jiksbu l-potenzjal kollu tagħhom; itejbu l-opportunitajiet ta’ tagħlim għal adulti li huma akbar fl-età u tagħlim bejn il-ġenerazzjonijiet.
4. It-tisħiħ tal-kreattività u l-innovazzjoni, inkluża l-intraprenditorija, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ
Sħubiji mas-soċjetà ċivili tan-negozju u r-riċerka
Jiġu żviluppari forom effettivi u innovattivi ta’ netwerking, kooperazzjoni u sħubija bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati inklużi, imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tan-negozju, istituzzjonijiet tar-riċerka u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Networks ta’ appoġġ għall-iskejjel, l-universitajiet u fornituri oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jippromwovu metodi ġodda ta’ kif jiġi organizzat it-tagħlim (inklużi Riżorsi Edukattivi Miftuħa), il-bini u l-iżvilupp ta’ kapaċità bħala organizzazzjonijiet tat-tagħlim.
Kompetenzi trasversali ewlenin, edukazzjoni intraprenditorjali, litteriżmu elettroniku, litteriżmu tal-midja, ambjenti innovattivi tat-tagħlim
Ħidma f’daqqa biex tiġi promossa l-kisba tal-kompetenzi ewlenin identifikati fir-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja, inkluż kompetenzi diġitali dwar kif l-ICT u l-intraprenditorija jistgħu jtejbu l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jippromwovu ambjent kreattiv għat-tagħlim u jkabbru l-kuxjenza kulturali, l-espressjoni u l-litteriżmu tal-midja.
(1) NL: riżerva dwar dak li hi tqis bħala n-numru eċċessiv ta' oqsma prijoritarji għal perijodu ta' tliet snin. Id-delegazzjoni tikkunsidra li għandu jiġi ddedikat aktar ħin għad-diskussjoni dwar il-kontenut tal-Anness.
Il-Kummissjoni Ewropea
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/19 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Marzu 2012
2012/C 70/06
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3120 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
105,95 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4345 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83490 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9240 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2052 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4480 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,871 |
HUF |
Forint Ungeriż |
296,28 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6978 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1644 |
RON |
Leu Rumen |
4,3580 |
TRY |
Lira Turka |
2,3459 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2423 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3140 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1858 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6043 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6554 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 476,91 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,0432 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2855 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5588 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 037,60 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9714 |
PHP |
Peso Filippin |
56,370 |
RUB |
Rouble Russu |
39,0299 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,370 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3209 |
MXN |
Peso Messikan |
17,0308 |
INR |
Rupi Indjan |
66,1310 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/20 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2012/C 70/07
Għajnuna Nru: SA.34153 (11/XA)
Stati Membri: Il-Ġermanja
Reġjun: Baden-Wuerttemberg
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: BW Gewährung von Beihilfen und sonstigen Leistungen durch die Tierseuchenkasse Baden-Württemberg
Bażi legali:
— |
§ 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland |
— |
§§ 8 und 9 Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz des Landes Baden-Württemberg |
— |
Leistungssatzung und Leistungsverzeichnis der Tierseuchenkasse Baden-Württemberg |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 3,80 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-28 ta’ Frar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' annimali
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Tierseuchenkasse Baden-Württemberg |
Anstalt des öffentlichen Rechts |
Hohenzollernstraße 10 |
70178 Stuttgart |
DEUTSCHLAND |
Indirizz tal-Internet:
|
http://www.tsk-bw.de/download/Documents/Leistungssatzung_2012.pdf |
|
http://www.tsk-bw.de/download/Documents/TSG.pdf |
|
http://www.tsk-bw.de/download/Documents/Ausfuehrung.pdf |
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.34241 (12/XA)
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Friuli-Venezia Giulia
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Regolamento per la concessione di indennizzi a favore delle aziende agricole per le perdite causate dal cancro batterico dell'actinidia (pseudomonas syringae pv. actinidiae)
Il-bażi legali: Legge regionale n. 22/2002 «istituzione del fondo regionale per la gestione delle emergenze in agricoltura» — articolo 1, comma 2.
Delibera di Giunta regionale n. 2456 del 12 dicembre 2011«regolamento per la concessione dii indennizzi a favore delle aziende agricole operanti nella regione per le perdite causate dal cancro batterico dell'actinidia (pseudomonas syringae pv. actinidiae) nell'ambito del programma dell'ersa di pervenzione, controllo ed eradicazione della malattia. approvazione»
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv ta' għajnuna ad hoc konċessa lill-impriża: EUR 0,22 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-2 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Mard tal-pjanti – Infestazzjoni tal-pesti (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Regione autonoma Friuli Venezia Giulia |
Direzione centrale risorse rurali, agroalimentari e forestali |
Servizio investimenti aziendali e sviluppo agricolo |
Via Sabbadini 31 |
33100 Udine UD |
ITALIA |
Indirizz tal-Internet: http://www.regione.fvg.it/asp/delibereInternet/asp/internet/layout2008_2.asp?pag=1&num=2456&tx_dataDel=&key=&uf=&btnCerca=vai
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.34336 (12/XA)
Stati Membri: Spanja
Reġjun: Comunidad Valenciana
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Indemnizaciones por destrucción de material vegetal afectado por Erwinia amylovora (Burril) Winslow et al.
Bażi legali: Borrador de Orden de la Conselleria de Agricultura, Pesca, Alimentación y Agua, por la que se aprueban las bases de las ayudas indemnizatorias para la erradicación y el control de la bacteria de cuarentena Erwinia amylovora (Burril) Winslow et al., responsable de la enfermedad conocida como fuego bacteriano de las rosáceas.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,30 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-2 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Mard tal-pjanti – Infestazzjoni tal-pesti (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Conselleria de Agricultura, Pesca, Alimentación y Agua |
Calle Amadeo de Saboya, 2 |
46010 Valencia |
ESPAÑA |
Indirizz tal-Internet: http://www.agricultura.gva.es/web/c/document_library/get_file?uuid=c79e73f6-0500-437a-a559-05c92e90c2d3&groupId=16
Informazzjoni oħra: —
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/22 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi
2012/C 70/08
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala Opmeer.
Iż-żona koperta mill-applikazzjoni tinsab fil-provinċja tal-Olanda ta’ Fuq u hija magħluqa b'linji dritti li jgħaqqdu l-pari vertiċi A-B, B-C, C-D, D-E, E-F, F-G, G-H, H-I, I-J, J-K, K-L, L-M, M-N u A-N;
Il-koordinati tal-vertiċi msemmija hawn fuq huma kif ġej:
Vertiċi |
X |
Y |
A |
118790,00 |
538390,00 |
B |
120800,00 |
535000,00 |
C |
123450,00 |
532000,00 |
D |
126950,00 |
527300,00 |
E |
130100,00 |
525000,00 |
F |
132150,00 |
522600,00 |
G |
134660,00 |
516000,00 |
H |
131559,50 |
516071,20 |
I |
130528,33 |
512343,19 |
J |
126275,00 |
515000,00 |
K |
120000,00 |
518150,00 |
L |
118750,00 |
520000,00 |
M |
117585,00 |
522850,00 |
N |
115000,00 |
525260,00 |
Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema Nazzjonali ta' Trijangulazzjoni (RD, Rijks Driehoeksmeting).
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, l-erja tas-superfiċje hija 229,0 km2.
B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta’ kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi fiż-żona kkonfinata bil-vertiċi u l-koordinati msemmija hawn fuq.
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:
De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie |
ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt |
ALP A/562 |
Bezuidenhoutseweg 30 |
Postbus 20101 |
2500 EC Den Haag |
NEDERLAND |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.
Aktar tagħrif jista' jinkiseb billi ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 703797762.
8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/24 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 70/09
1. |
Fid-29 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi AGRANA Beteiligungs-Aktiengesellschaft (“AGRANA”, l-Awstrija) u RWA Raiffeisen Ware Austria Aktiengesellschaft (“RWA”, l-Awstrija) jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“il-JV”, l-Awstrija) li se tgħaqqad is-sussidjarji rispettivi tagħhom AGRANA Juice and Ybbstaler. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6439 – AGRANA/RWA/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).