ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.062.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
1 ta' Marzu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 062/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6445 – Eurochem/BASF Antwerp Assets) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 062/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 062/03

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 062/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6453 – Carlyle/Dr. Paeger/Quadriga Capital IV/AMEOS) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

4

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6445 – Eurochem/BASF Antwerp Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 62/01

Fis-17 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6445. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Frar 2012

2012/C 62/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3443

JPY

Yen Ġappuniż

107,92

DKK

Krona Daniża

7,4356

GBP

Lira Sterlina

0,84390

SEK

Krona Żvediża

8,8088

CHF

Frank Żvizzeru

1,2051

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4405

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,843

HUF

Forint Ungeriż

288,71

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6985

PLN

Zloty Pollakk

4,1212

RON

Leu Rumen

4,3486

TRY

Lira Turka

2,3450

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2414

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3282

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4252

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5902

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6726

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 502,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0080

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4608

HRK

Kuna Kroata

7,5740

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 158,52

MYR

Ringgit Malażjan

4,0275

PHP

Peso Filippin

57,438

RUB

Rouble Russu

39,1354

THB

Baht Tajlandiż

40,665

BRL

Real Brażiljan

2,2872

MXN

Peso Messikan

17,1949

INR

Rupi Indjan

65,8100


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/3


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2012/C 62/03

Għajnuna Nru: SA.34214 (12/XA)

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Veneto

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Piani integrati a supporto delle imprese venete per la creazione di valore in azienda — Linea 3 — III Fase — Valorizzazione del capitale umano.

Bażi legali: LR 10/90 «Ordinamento sistema di formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro», Dgr n. 1566 del 26 maggio 2009«Politiche attive per il contrasto alla crisi occupazionale», Dgr n. 1735 del 26 ottobre 2011 e Ddr n. 933 del 22 dicembre 2011.

La data di applicazione decorre dalla data di pubblicazione del numero di registro della richiesta di esenzione sul sito della direzione generale dell'Agricoltura e dello sviluppo rurale della Commissione.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,16 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-16 ta’ Frar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione del Veneto

Palazzo Balbi

Dorsoduro 3901

30123 Venezia VE

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.veneto.it/Servizi+alla+Persona/Formazione+e+Lavoro/SpazioOperatori.htm

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6453 – Carlyle/Dr. Paeger/Quadriga Capital IV/AMEOS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 62/04

1.

Fis-16 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi mmexxija minn The Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti), Dr. Axel Paeger u l-kumpaniji affiljati ma’ Quadriga Capital Europe IV GP Ltd. (“Quadriga Capital IV”, Jersey), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta AMEOS Holding AG u AMEOS AG kollu (flimkien magħrufa bħala “AMEOS”, l-Isvizzera) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Carlyle: ġestjoni alternattiva ta’ assi, b’mod partikolari l-ġestjoni ta’ assi sponsorjati minn fondi tal-pensjoni,

għal Dr. Axel Paeger: kofundatur u – mill-bidu tal-fondazzjoni – Kap Eżekuttiv ta’ AMEOS Holding AG u AMEOS AG,

għal Quadriga Capital IV: strument ta’ investiment sponsorjat minn fondi tal-pensjoni u investituri istituzzjonali oħra,

għal AMEOS: operaturi fil-Ġermanja u fl-Awstrija ta’ sptarijiet akuti ġenerali u psikjatriċi kif ukoll ta’ faċilitajiet iddedikati għall-kura tal-anzjani u dik mentali fuq medda twila ta’ żmien.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6453 – Carlyle/Dr. Paeger/Quadriga Capital IV/AMEOS, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).