ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.058.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 58

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
25 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 058/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 49, 18.2.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 058/02

Kawża C-514/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 minn Liga para a Protecção da Natureza (LPN) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-29/08, Liga para a Protecção da Natureza (LPN) vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2012/C 058/03

Kawża C-583/11 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2011 minn Inuit Tapiriit Kanatami et minn digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) mogħti fis-6 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-18/10: Inuit Tapiriit Kanatami et v Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjizi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea

3

2012/C 058/04

Kawża C-605/11: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 mir-Repubblika tal-Finlandja kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-29/08, Liga para Protecção da Natureza (LPN) vs Il-Kummissjoni

4

2012/C 058/05

Kawża C-635/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

4

2012/C 058/06

Kawża C-641/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

5

2012/C 058/07

Kawża C-649/11 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-421/10, Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u María Constantina Sotelo Ares

5

2012/C 058/08

Kawża C-658/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

6

2012/C 058/09

Kawża C-6/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-3 ta’ Jannar 2012 — P Oy

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 058/10

Kawża T-135/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Spezzjonijiet sanitarji — Influwenza avjarja — Suq Taljan tal-laħam tat-tjur — Talba tal-awtoritajiet Taljani dwar l-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni)

7

2012/C 058/11

Kawża T-422/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Djebel — SGPS vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna intiża sabiex tippromwovi strateġiji tan-negozju moderni u kompetittivi — Għajnuna prevista għal kumpannija kummerċjali fil-forma ta’ self issussidjat fil-kuntest ta’ investiment ta’ din il-kumpannija fil-Brażil — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Trattament ugwali)

7

2012/C 058/12

Kawża T-304/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Tilda Riceland Private vs UASI — Siam Grains (BASMALI) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI — Trade mark preċedenti mhux irreġistrata u sinjal preċedenti BASMATI — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

7

2012/C 058/13

Kawża T-249/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Kitzinger vs UASI — Mitteldeutscher Rundfunk et Zweites Deutsches Fernsehen (KICO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KICO — Trade mark nazzjonali figurattiva u trade mark Komunitarja verbali preċedenti KIKA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2012/C 058/14

Kawża T-513/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium) (Trade mark komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Atrium — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2012/C 058/15

Kawża T-522/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Hell Energy Magyarország vs UASI — Hansa Mineralbrunnen (HELL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HELL — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti HELLA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn il-prodotti u s-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

9

2012/C 058/16

Kawża T-407/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Kuntratti dwar il-bejgħ ta’ proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ proprjetà pubblika fi Neubrandenburg — Ilment — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni)

9

2012/C 058/17

Kawża T-58/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2012 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema Ġermaniża rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom — Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat — Inammissibbiltà)

9

2012/C 058/18

Kawża T-301/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2012 — Ben Ali vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Dewmien — Nuqqas ta’ forza maġġuri — Nuqqas ta’ żball skużabbli — Talba għal riforma tal-att ikkontestat — Talba għal kumpens — Inammissibbiltà manifesta)

10

2012/C 058/19

Kawża T-640/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011 — Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)

10

2012/C 058/20

Kawża T-647/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Asos vs UASI — Maier (ASOS)

11

2012/C 058/21

Kawża T-648/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Smart Technologies vs UASI (SMART NOTEBOOK)

11

2012/C 058/22

Kawża T-652/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2011 — Sabbagh vs Il-Kunsill

12

2012/C 058/23

Kawża T-653/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2011 — Jaber vs Il-Kunsill

12

2012/C 058/24

Kawża T-654/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2011 — Kaddour vs Il-Kunsill

13

2012/C 058/25

Kawża T-655/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 — FSL et vs Il-Kummissjoni

13

2012/C 058/26

Kawża T-656/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

14

2012/C 058/27

Kawża T-659/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs UASI — European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)

14

2012/C 058/28

Kawża T-667/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2011 — Veloss and Attimedia vs Il-Parlament

15

2012/C 058/29

Kawża T-12/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/1


2012/C 58/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 49, 18.2.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 39, 11.2.2012

ĠU C 32, 4.2.2012

ĠU C 25, 28.1.2012

ĠU C 13, 14.1.2012

ĠU C 6, 7.1.2012

ĠU C 370, 17.12.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/2


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 minn Liga para a Protecção da Natureza (LPN) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-29/08, Liga para a Protecção da Natureza (LPN) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-514/11 P)

2012/C 58/02

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Liga para a Protecção da Natureza (LPN) (rappreżentant: P. Vinagre e Silva, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2011, fil-kawża T-29/08, sa fejn l-istess qorti:

(1)

Ċaħdet it-talbiet ta’ LPN, issa appellanti (billi ma annullatx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2007);

(2)

Ikkundannat lil LPN għall-ispejjeż kollha tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni;

ġaladarba, fiż-żewġ każijiet, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ evalwazzjoni b’inċidenza ħażina fuq is-sentenza tagħha.

Tilqa’ t-talbiet tal-appellanti, billi tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Novembru 2007, sa fejn tikkonċerna d-dokumenti u partijiet mid-dokumenti li fir-rigward tagħhom kompla jiġi rrifjutat l-aċċess permezz tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2008.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn LPN kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Novembru 2007, sa fejn tikkonċerna d-dokumenti u l-partijiet mid-dokumenti li fir-rigward tagħhom kompla jiġi rrifjutat l-aċċess permezz tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2008.

Id-deċiżjoni appellata għandha tiġi annullata peress li jeżistu s-segwenti żbalji ta’ liġi:

(i)

Żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali għall-istituzzjonijiet u organi Komunitarji;

(ii)

Żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

(iii)

Żball ta’ evalwazzjoni fit-tqassim tal-ispejjeż tal-kawża.

Konsegwentement, għandhom jintlaqgħu t-talbiet tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, billi tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2007, sa fejn tikkonċerna d-dokumenti u l-partijiet mid-dokumenti li fir-rigward tagħhom kompla jiġi rrifjutat l-aċċess permezz tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2008.


(1)  Regolament (KE) Nru 1376/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali għall-istituzzjonijiet u organi Komunitarji (ĠU L 264, p. 13)

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/3


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2011 minn Inuit Tapiriit Kanatami et minn digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) mogħti fis-6 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-18/10: Inuit Tapiriit Kanatami et v Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjizi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-583/11 P)

2012/C 58/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Inuit Tapiriit Kanatami, Nattivak Hunters’ and Trappers’ Association, Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Association, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products, Inc., Fur Institute of Canada, NuTan Furs, Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Council Greenland (ICC), Johannes Egede, Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) (rappreżentanti: H. Viaene, avukat, J. Bouckaert, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjizi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali u tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-elementi kollha meħtieġa jeżistu, sabiex tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tar-rikors għall-annullament tar-Regolament ikkontestat (1);

sussidjarjament, tannula d-digriet appellat u tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallsu l-ispejjeż tal-appellanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jħallsu l-ispejjeż tagħhom stess.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

L-Appell huwa bbażat fuq tliet aggravji prinċipali: 1) il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”), 2) il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni u, sussidjarjament, kisret l-Artikoli 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem “KEDB”), bħala prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, u 3) il-Qorti Ġenerali ppreżentat b’mod żbaljat u żnaturat il-provi prodotti mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.

(2)

Fl-ewwel aggravju, l-appellanti jallegaw li l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali għat-terminu “att regolatorju”, jiġifieri, att separat u esklużiv minn “att leġislattiv”, hija żbaljata peress li tneħħi kull raison d'être tal-possibbiltà ġdida għall-bidu ta’ proċedura bbażata fuq ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 (l-ewwel parti tal-ewwel aggravju). Fit-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti juru wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li biss erba’ mill-appellanti minn tmintax huma direttament ikkonċernati mir-regolament ikkontestat. Il-Qorti Ġenerali applikat interpretazzjoni wisq restrittiva tal-kunċett ta’ interess dirett. Il-Qorti Ġenerali wkoll wettqet żball ta’ liġi billi applikat interpretazzjoni wisq restrittiva tar-rekwiżit ta’ interess individwali.

(3)

Fit-tieni aggravju, l-appellanti jfakkru li fl-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà, huma kienu sostnew li hija biss interpretazzjoni wiesgħa tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li tkun konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta u mal-Artikoli 6 u 13 KEDB. Minħabba li dan l-eċċezzjoni ta’ rikors kien determinanti għall-eżitu tal-kawża, il-Qorti Ġenerali kellha d-dmir legali biex tagħti tweġiba speċifika u espressa. L-appellanti juru, madankollu, li l-Qorti Ġenerali ma indirizzatx b’mod xieraq dan il-eċċezzjoni ta’ rikors. L-ommissjoni tal-Qorti Ġenerali li tagħmel dan tikkostitwixxi żball ta’ liġi li għandu jirriżulta fl-annullament tad-digriet appellat (l-ewwel parti tat-tieni aggravju). Fit-tieni parti tat-tieni aggravju, u sussidjarjament, l-appellanti bir-rispett jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-digriet appellat għar-raġuni li l-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, u d-deċiżjoni konsegwenti tal-Qorti Ġenerali li tiddikjara r-rikors tal-appellanti inammissibbli, imorru kontra l-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB, bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

(4)

Fil-tielet aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali ppreżentati b’mod żbaljat u żnaturat il-provi li kienu ppreżentati. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali tiċħad l-argument tal-appellanti dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata għat-terminu “att regolatorju” fuq il-bażi ta’ żewġ talbiet li l-appellanti allegatament għamlu, iżda fir-realtà ma għamlux. Jirriżulta li l-fatti tad-digriet appellat huma għalhekk żbaljati u joħolqu distorsjoni tas-sens ċar tal-provi disponibbli għall-Qorti Ġenerali, mingħajr ma huwa neċessarju li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti. Peress li l-Qorti Ġenerali interpretat l-argumenti mressqa b’mod li jmur kontra l-ifformular tagħhom, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 16 ta’ Settembru 2009, dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p. 36)


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/4


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 mir-Repubblika tal-Finlandja kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-29/08, Liga para Protecção da Natureza (LPN) vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-605/11)

2012/C 58/04

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u M. Pere)

Partijiet oħra fil-proċedura: Liga para Protecção da Natureza (LPN), il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza kkonċernata mill-appell sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mil-LPN (l-ewwel punt tad-dispożittiv)

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lill-Finlandja l-ispejjeż sostnuti mill-eżami ta’ dan l-appell

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-Kawża T-29/08, Liga para Protecção da Natureza (LPN) vs Il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali, permezz tas-sentenza tagħha, kisret l-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn hija ma annullatx id-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2007 fir-rigward tad-dokumenti u tal-partijiet tad-dokumenti li l-LPN ġiet rifjutata l-aċċess għalihom permezz ta’ deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2008.

(1)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament ta’ trasparenza”) fis-sens li d-dokumenti kollha relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni huma, bħala kategorija, protetti, b’mod li l-istituzzjoni tista’ tirrifjuta l-aċċess għal kull fajl relatat ma’ proċedura ta’ investigazzjoni billi tinvoka preżunzjoni ġenerali li abbażi tagħha l-iżvelar tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti inkwistjoni jikkomprometti, fil-prinċipju, il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni.

(2)

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-aħħar parti tal-Artikolu 4(2) tar-regolament ta’ trasparenza u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (2), billi evalwat jekk il-Kummissjoni kinitx ħadet inkunsiderazzjoni interess pubbliku superjuri kif hija kien imissha għamlet qabel ma ċaħdet it-talba għal aċċess. Il-Qorti Ġenerali interpretat id-dispożizzjonijiet rilevanti b’mod żbaljat billi ma vverifikatx korrettament jekk il-Kummissjoni kinitx ibbilanċjat l-interess protett fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-regolament ta’ trasparenza u l-interess pubbliku superjuri li l-eventwali żvelar tad-dokumenti kien jirrappreżenta.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/4


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-635/11)

2012/C 58/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

tikkonstata li billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex l-impjegati ta’ stabbilimenti ta’ kumpannija, li tirriżulta minn merger transkonfinali u li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi, li jkunu fi Stati Membri oħra jibbenefikaw minn drittijiet ta’ parteċipazzjoni identiċi għal dawk ta’ ħaddiema impjegati fil-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni parti tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 16(2)(b) tad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (1);

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-Artikolu 16(2)(b) tad-Direttiva 2005/56/KE jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija li tirriżulta mill-merger transkonfinali għandha tippermetti lill-impjegati tal-istabbilimenti tal-kumpannija li tirriżulta mill-merger transkonfinali li jkunu jinsabu fi Stati Membri oħra li jeżerċitaw l-istess drittijiet ta’ parteċipazzjoni fi ħdan il-kumpannija li tirriżulta mill-merger transkonfinali bħal dawk li jibbenefikaw minnhom il-ħaddiema impjegati fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju rreġistrat ta’ dik il-kumpannija l-ġdida.

Għaldaqstant il-leġiżlazzjoni nazzjonali maħsuba sabiex tittrasponi d-Direttiva għandha tipprovdi għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-direttiva.

Dan ma huwiex il-każ fil-Pajjiżi l-Baxxi.


(1)  ĠU L 310, p. 1, rettifika fil-ĠU L 28, 01.02.2008, p. 40.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/5


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-641/11)

2012/C 58/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u L. Pignataro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Taljana, peress li żammet l-introduzzjoni ta’ kriterju ta’ għażla prijoritarja tal-kandidati bbażat fuq ir-residenza fil-provinċja ta’ Bolzano għal tal-inqas sentejn, kif previst fl-Artikolu 12 tad-DPR 752/1976, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1);

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta l-introduzzjoni ta’ kriterju ta’ għażla prijoritarja tal-kandidati bbażat fuq ir-residenza ta’ mhux inqas minn sentejn fil-provinċja ta’ Bolzano (Trentino Alto Adige), kriterju li jmur kontra l-obbligi imposti mill-Artikolu 45 TFUE kif ukoll mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Il-Kummissjoni tfakkar, fil-fatt, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 45 TFUE fil-qasam ta’ trattament ugwali jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjonijiet manifesti bbażati fuq ċittadinanza, iżda kwalunkwe diskriminazzjoni moħbija li, għalkemm fondata fuq kriterji ta’ riferiment oħra, twassal għall-istess riżultat (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-26 ta’ Mejju 1996, O’Flynn, C-237/94, Ġabra p. 2617, punt 17). Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, miżura li tagħmel distinzjoni bbażata fuq ir-residenza.

Fit-tweġiba tagħhom għall-opinjoni motivata tas-6 ta’ Awwissu 2010, l-awtoritajiet Taljani ammettew li “(l)-klawżola ta’ residenza li tinsab fl-Artikolu 12 tad-DPR 752/1976 tista’ tinkludi elementi ta’ diskriminazzjoni indiretta u għalhekk tmur kontra l-Artikolu 45 TFUE” u li “(s)abiex tinstab soluzzjoni għal din il-probema, mingħajr dubju għandu jiġi emendat it-test tal-artikolu”. Madankollu, sal-lum, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda informazzjoni dwar l-emenda inkwistjoni u tqis, għaldaqstant, li l-kundizzjoni ta’ residenza prevista fl-Artikolu 12 tad-DPR 752/1976 għadha fis-seħħ.


(1)  ĠU L 141, p. 1.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/5


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-421/10, Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u María Constantina Sotelo Ares

(Kawża C-649/11 P)

2012/C 58/07

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega (rappreżentant I. Temiño Ceniceros, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u María Constantina Sotelo Ares

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-42/10 fl-intier tagħha.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Ksur min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 36 tal-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 53 tiegħu.

(2)

Ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega u tad-dritt għal smigħ xieraq u, b’mod partikolari tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

(3)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-29 ta’ Frar 2009 (1).


(1)  Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/6


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-658/11)

2012/C 58/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, A. Caiola u M. Allik, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-parti rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jgħoġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2011, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment (1);

tordna li l-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2011, għandhom jinżammu sakemm ma tiġi ssostitwita;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK, tat-12 ta’ Lulju 2011, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment hija invalida għaliex ma tirrelatax esklużivament mal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni, kif ipprovdut espressament fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) TFUE.

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju jirrigwarda wkoll kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja kriminali, kooperazzjoni tal-pulizija, u kooperazzjoni ta’ żvilupp, li jkopru l-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Għalhekk, dan il-Ftehim kellu jiġi konkluż wara l-ksib tal-kunsens tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE.

Għal din ir-raġuni l-Kunsill kiser it-Trattati billi naqas li jagħżel il-bażi legali xierqa għall-konklużjoni tal-Ftehim.

Barra dan, il-Parlament Ewropew ikkunsidra li l-Kunsill kiser l-Artikolu 218(10) TFUE, għaliex ma informax il-Parlament Ewropew kompletament u immedjatament fl-istadji tan-negozjar u tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew madankollu jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita d-diskrezzjoni tagħha biex iżżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, sa dak iż-żmien li tiġi ssostitwita.


(1)  ĠU L 254, p. 1.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-3 ta’ Jannar 2012 — P Oy

(Kawża C-6/12)

2012/C 58/09

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P Oy

Konvenut: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

(1)

Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni bħal dik tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 122 tal-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul, il-kundizzjoni ta’ selettività li tirriżulta mil-Artikolu 107(1) tat-TFUE għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi d-dritt li jitnaqqas it-telf fil-każ ta’ tibdil tal-proprjetarju jekk il-proċedura prevista fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE ma hijiex osservata?

(2)

Fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-kundizzjoni ta’ selettività, b’mod partikolari sabiex jiġi ddeterminat il-grupp ta’ riferiment, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-regola ġenerali tat-tnaqqis tat-telf ikkonstatat li tidher fl-Artikoli 117 u 118 tal-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul jew id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-każijiet ta’ tibdil tal-proprjetarju?

(3)

Jekk il-kundizzjoni ta’ selettività tal-Artikolu 107 TFUE hija kkunsidrata a priori bħala ssodisfatta, is-sistema li tirriżulta mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 122 tal-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul tista’ tiġi kkunsidrata bħala ġustifikata mill-fatt li dan huwa mekkaniżmu inerenti għan-natura tas-sistema fiskali, li huwa neċessarju pereżemju għall-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali?

(4)

Fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni u ta’ mekkaniżmu inerenti għan-natura tas-sistema fiskali, x’importanza għandha tingħata lill-portata tas-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet? Għal dak li jirrigwarda l-mekkaniżmu inerenti għan-natura tas-sistema fiskali, huwa meħtieġ li l-korp li japplika l-liġi ma jkollu l-ebda setgħa diskrezzjonali u li l-leġiżlazzjoni tiddefinixxi b’mod preċiż il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tad-deroga?


Il-Qorti Ġenerali

25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/07) (1)

(Spezzjonijiet sanitarji - Influwenza avjarja - Suq Taljan tal-laħam tat-tjur - Talba tal-awtoritajiet Taljani dwar l-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni)

2012/C 58/10

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello, G. Palmieri, avvocati dello Stato, assistiti minn M. Moretto, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 li tiċħad it-talba tar-Repubblika Taljana li tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq Taljan tal-laħam tat-tjur, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75, tad-29 ta’ Ottubru 1975, dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3,Vol. 2, p. 138).

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 li tiċħad it-talba tar-Repubblika Taljana li tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq Taljan tal-laħam tat-tjur, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75, tad-29 ta’ Ottubru 1975, dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 140, 23.06.2007.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Djebel — SGPS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna intiża sabiex tippromwovi strateġiji tan-negozju moderni u kompetittivi - Għajnuna prevista għal kumpannija kummerċjali fil-forma ta’ self issussidjat fil-kuntest ta’ investiment ta’ din il-kumpannija fil-Brażil - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Trattament ugwali)

2012/C 58/11

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Djebel — SGPS SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Andrade Neves u S. Castro Caldeira, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Martenczuk, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/582/KE, tal-10 ta’ Mejju 2007, dwar għajnuna mill-Istat C 4/2006 (ex N 180/2005) — Il-Portugall — Għajnuna għal Djebel (ĠU L 219, p. 30).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Djebel — SGPS, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Tilda Riceland Private vs UASI — Siam Grains (BASMALI)

(Kawża T-304/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata u sinjal preċedenti BASMATI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2012/C 58/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, N. Urwin u D. Sills, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: C. Thomas-Raquin, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tilda Riceland Private Ltd u Siam Grains Co. Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1) hija annullata.

(2)

L-UASI, minbarra l-ispejjeż tiegħu, huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Tilda Riceland Private Ltd.

(3)

Siam Grains Co. Ltd, minbarra l-ispejjeż tagħha, hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż ta’ Tilda Riceland Private Ltd.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Kitzinger vs UASI — Mitteldeutscher Rundfunk et Zweites Deutsches Fernsehen (KICO)

(Kawża T-249/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KICO - Trade mark nazzjonali figurattiva u trade mark Komunitarja verbali preċedenti KIKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 58/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kitzinger & Co. (GmbH & Co. KG) (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kitzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mitteldeutscher Rundfunk (Leipzig, il-Ġermanja); u Zweites Deutsches Fernsehen (Mayence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Krause u F. Cordt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1388/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Mitteldeutscher Rundfunk Zweites Deutsches Fernsehen u, min naħa l-oħra, Kitzinger & Co (GmbH & Co KG).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kitzinger & Co. (GmbH & Co. KG) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium)

(Kawża T-513/10) (1)

(Trade mark komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Atrium - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 58/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hamberger Industriewerke GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner u R. Manea, wara G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-26 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 291/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Atrium” bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hamberger Industriewerke GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2011


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Hell Energy Magyarország vs UASI — Hansa Mineralbrunnen (HELL)

(Kawża T-522/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HELL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti HELLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn il-prodotti u s-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 58/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hell Energy Magyarország kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: M. Treis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hansa Mineralbrunnen GmbH (Rellingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard, E. Nicolás Gómez u T. Dolde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1517/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hansa Mineralbrunnen GmbH u Hell Energy Magyarország.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hell Energy Magyarország kft hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/9


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/09) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Kuntratti dwar il-bejgħ ta’ proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ proprjetà pubblika fi Neubrandenburg - Ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni)

2012/C 58/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH (Neubrandenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Núñez-Müller u J. Dammann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u K. Gross, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG (Berlin, il-Ġermanja); u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG (Berlin) (rappreżentant: C. von Donat, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tiddikjara li ċerti kuntratti konklużi mill-konvenuta dwar il-bejgħ ta’ proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ proprjetà pubblika fi Neubrandenurg ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, sa fejn din ma ħaditx pożizzjoni fuq dawn il-kuntratti abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu (88 KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikros huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/9


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2012 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema Ġermaniża rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat - Inammissibbiltà)

2012/C 58/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja); u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Gerharz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Martenczuk, aġenti)

Il-parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u B. Klein, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8707 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, li tiddikjara li l-iskema rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom, prevista mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (Għajnuna NN 55/2009) (ĠU C 323, p. 5)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Phoenix-Reisen GmbH u Deutscher Reiseverband eV (DRV) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2012 — Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-301/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Dewmien - Nuqqas ta’ forza maġġuri - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Talba għal riforma tal-att ikkontestat - Talba għal kumpens - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 58/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Vitro u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra talba għall-kundanna tal-Kunsill għall-adozzjoni ta’ ċerti derogi għall-iffriżar ta’ fondi imposti mill-imsemmi regolament kif ukoll talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/10


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011 — Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)

(Kawża T-640/11)

2012/C 58/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u C. Steudtner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 756/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “RELY-ABLE” għal servizzi fil-klassijiet 38, 41 u 42 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 1044333.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal protezzjoni tat-trade mark fl-Unjoni Ewropea għas-servizzi kollha mitluba miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni “ma huwiex partikolarment fantasjuż jew arbitrarju” u li jikkonsisti f’ “ortografija żbaljata tal-kelma reliable” bir-riżultat li jista’ jiġi pperċepit bħala akklamatorju. Huwa wettaq żball ukoll meta ddeduċa li l-iżbalji fl-ortografija huma “karatteristika frekwenti ta’ messaġġi promozzjonali” u li din kienet rilevanti għall-każ ineżami.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/11


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Asos vs UASI — Maier (ASOS)

(Kawża T-647/11)

2012/C 58/20

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asos plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kavanagh, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Roger Maier (San Pietro di Stabio, l-Iżvizzera)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2011, fil-Każ R 2215/2010-4:

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha koperti bl-ispeċifikazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ASOS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4524997

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4580767 tat-trade mark verbali “ASSOS”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 12 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment

Motivi invokati: il-Bord tal-Appell naqas mmilli jikkunsidra b’mod xieraq il-koeżistenza u l-effett tagħha fuq l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, u żbalja meta injora r-rilevanza tal-evidenza tal-koeżistenza. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu tat-tifsira kunċettwali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni t-tifsira kunċettwali korretta tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni meta evalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni bbażata fuq evalwazzjoni globali.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/11


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Smart Technologies vs UASI (SMART NOTEBOOK)

(Kawża T-648/11)

2012/C 58/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smart Technologies ULC (Calgary, il-Kanada) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, T. Elias, Barrister, u R. Harrison, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 942/2011-1;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell, sabiex din tindika li l-applikazzjoni għandha karattru distintiv suffiċjenti b’tali mod li ebda oġġezzjoni abbażi tal-Artikoli 7(1)(b) jew (c) tar-Regolament ma tista’ tiġi invokata kontra r-reġistrazzjoni tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SMART NOTEBOOK” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9049313

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta ddeċieda li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kienet nieqsa minn kull karattru distintiv. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hijiex deskrittiva tal-prodotti tagħha, bil-kontra ta’ dan, din għandha karattru distintiv li jippermettilha taqdi funzjoni ta’ indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali għall-imsemmija prodotti. B’mod partikolari, ir-rikorrenti tallega li l-Bord tal-Appell: a) ma użax kriterji ta’ evalwazzjoni korretti sabiex jiddeċiedi jekk trade mark tiddeskrivix jew le prodotti li għalihom qed tintalab ir-reġistrazzjoni; b) naqas milli jiħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti għandha familja ta’ trade marks “Smart”, u kien żbaljat meta ħawwad din il-kwistjoni mal-kunċett tal-karattru distintiv miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament; u ċ) żbaljatament ċaħad il-motiv dwar l-aspettattivi leġittimi fiċ-ċirkustanza fejn it-trade marks l-oħra li ġew invokati kienu kollha proprjetà tar-rikorrenti, b’kuntrast ma trade marks li huma proprjetà ta’ terzi.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/12


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2011 — Sabbagh vs Il-Kunsill

(Kawża T-652/11)

2012/C 58/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bassam Sabbagh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin u J.-M. Salva, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli fl-intier tiegħu;

tiddikjarah fondat fil-motivi kollha tiegħu;

tiddikjara li l-atti kkontestati jistgħu jiġu parzjalment annullati peress li l-parti tal-atti li għandha tiġi annullata tista’ tiġi sfilzata mill-att sħiħ,

konsegwentement,

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni 2011/782 tal-1 ta’ Diċembru 2011, li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja billi jitneħħa l-isem ta’ Bassam Sabbagh mil-lista ta’ persuni li fir-rigward tagħhom japplikaw is-sanzjonijiet;

fin-nuqqas ta’ dan, tanulla d-Deċiżjoni 2011/782 tal-1 ta’ Diċembru 2011 li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja billi jitneħħa l-isem ta’ Bassam Sabbagh mil-lista ta’ persuni li fir-rigward tagħhom japplikaw is-sanzjonijiet;

fin-nuqqas ta’ dan, tiddikjara dawn id-deċiżjonijiet u regolament bħala mhux applikabbli fir-rigward ta’ Bassam Sabbagh u tordna t-tneħħija ta’ ismu u r-referenzi tiegħu mil-lista ta’ persuni li fir-rigward tagħhom japplikaw is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

tordna lill-Kunsill iħallas USD 500 000 f’danni u interessi fuq bażi provviżorja f’kumpens għal danni morali u materjali subiti bħala riżultat tal-inklużjoni ta’ Bassam Sabbagh fil-lista persuni li fir-rigward tagħhom japplikaw is-sanzjonijiet;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha u b’mod partikolari għall-ispejjeż, il-miżati u l-ħlasijiet kollha li saru mir-rikorrent fid-difiża tiegħu f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi r-rikorrent jikkontesta l-motivazzjoni kontrih fl-atti kkontestati.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq, billi l-atti kkontestati ma ġewx innotifikati lir-rikorrent u lanqas ma ġiet ikkomunikata lilu l-ebda prova jew indizzju serju li jiġġustifika l-inklużjoni tiegħu fil-lista persuni li fir-rigward tagħhom japplikaw is-sanzjonijiet.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni inkwantu l-konvenut kien sodisfatt li juża formulazzjoni affermattiva u mhux motivata fl-atti kkontestati meta ddeċieda l-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv sal-punt li l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni jipprekludi lill-qorti Ewropea li teżerċita stħarriġ tal-legalità tal-atti kkontestati.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tal-proprjetà peress li s-sanzjonijiet adottati jikkostitwixxu preġudizzju sproporzjonat tad-dritt tar-rikorrent li liberament jiddisponi mill-proprjetà tiegħu.

(6)

Sitt motiv huwa bbażat fuq id-dannu li jirriżulta mill-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni li fir-rigward tagħhom japplikaw is-sanzjonijiet, il-pubblikazzjoni tal-atti kkontestati koperti mill-istampa li kellhom impatt fuq l-aspettattivi leġittimi tal-klijenti tar-rikorrent fil-konfront tiegħu.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/12


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2011 — Jaber vs Il-Kunsill

(Kawża T-653/11)

2012/C 58/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aiman Jaber (Lattakia, is-Sirja) (rappreżentant: M. Ponsard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors fil-proċedura mħaffa;

tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent:

id-deċiżjoni 2011/273/PESK kif miżjuda u emendata sa dakinhar, u inklużi d-deċiżjonijiet kollha ċċitati fil-kapitolu 12 tar-rikors;

ir-regolament 442/2011, kif miżjud u emendat sa dakinhar, u inklużi r-regolamenti kollha ċċitati fil-kapitolu 13 tar-rikors;

id-deċiżjoni 2011/782/PESK, kif miżjuda u emendata sa dakihar;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali u garanziji proċedurali, b’mod partikolari tad-dritt għal smiegħ, tad-drittijiet tad-difiża, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sa fejn ir-rikorrent ma kienx irċieva avviż formali tal-iskrizzjoni tiegħu fil-lista tal-persuni ssanzjonati u sa fejn il-konvenut ma kienx irrisponda għall-interpellanzi tar-rikorrent u ma kienx indika fuq il-bażi ta’ liema elementi konkreti l-isem tar-rikorrent kien tniżżel fil-listi kkontestati.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u għal-libertà ekonomika, peress li l-atti kkontestati jippreġudikaw b’mod ċert u gravi l-attivitajiet kummerċjali tar-rikorrent.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/13


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2011 — Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-654/11)

2012/C 58/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: M. Ponsard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors fil-proċedura mħaffa;

tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent:

id-deċiżjoni 2011/273/PESK kif miżjuda u emendata sa dakinhar, inklużi d-deċiżjonijiet kollha ċċitati fil-kapitolu 13 tar-rikors;

ir-regolament 442/2011, kif miżjud u emendat sa dakinhar, inklużi r-regolamenti kollha ċċitati fil-kapitolu 14 tar-rikors;

id-deċiżjoni 2011/782/PESK, kif miżjuda u emendata sa dakinhar;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/13


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 — FSL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-655/11)

2012/C 58/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FSL Holdings (Antwerp, il-Belġju), Firma Léon Van Parys (Antwerp, il-Belġju) u Pacific Fruit Company Italy SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Vlaemminck u C. Verdonck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 adottata fil-Każ COMP/39.482 — Frott eżotiku — Banana;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn timponi fuq ir-rikorrenti multa ta’ EUR 8 919 000, u tnaqqas il-multa skont l-argumenti mressqa mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża, peress li:

ġew użati dokumenti miksuba bil-għan uniku li ssir investigazzjoni fiskali nazzjonali;

ġew użati dokumenti minn fajls oħra; u

l-impriża li talbet għall-immunità ġiet żgwidata b’mod illegali tul il-proċedura.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter mill-konvenuta.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-provi kif ukoll fuq il-fatt li dawn il-provi ma jistgħux jipprovdu sostenn għall-konstatazzjoni ta’ ksur.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) u tal-linji gwida tal-2006 dwar multi (2) minħabba evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-gravità u tad-dewmien tal-ksur, kif ukoll taċ-ċirkustanzi li jimmitigaw, u ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fil-kalkolu tal-multa.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

(2)  Linji gwida dwar il-metodu użat sabiex jitwaqqfu l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2)


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/14


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

(Kawża T-656/11)

2012/C 58/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morison Menon Chartered Accountants (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda); Morison Menon Chartered Accountants — Dubai Office (Dubai); u Morison Menon Chartered Accountants — Sharjah Office (Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: H. Viaene, T. Ruys u D. Gillet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1245/2011 tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) (ĠU L 319, p. 11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) (ĠU L 319, p. 71), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għal ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti kif ukoll tal-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ u għal rimedju ġudizzjarju effettiv;

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq

żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill;

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq

ksur tad-dritt ta’ proprjetà.


(1)  ĠU L319, 2.12.2011, p 11

(2)  ĠU L319, 2.12.2011, p. 71


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/14


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs UASI — European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)

(Kawża T-659/11)

2012/C 58/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Berenboom, A. Joachimowicz, u M. Isgour, avukati, J. Samnadda, u F. Wilman, aġenti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: European Alliance for Solutions and Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 1991/2010-4;

tiddikjara għalhekk bħala invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6112403 irreġistrata fis-17 ta’ Ottubru 2008 mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-klassijiet 36, 37, 44 u 45; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “EASI European Alliance Solutions Innovations” bil-kulur “isfar, blu ċar, blu” għal servizzi fil-klassijiet 36, 37, 44 u 45 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6112403.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq ir-raġunijiet assoluti stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 6b(1) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi sa fejn it-trade mark Komunitarja ġiet irreġistrata, għalkemm ir-reġistrazzjoni tagħha hija pprojbita skont dawn id-dispożizzjonijiet. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 7(1)(g) sa fejn din ir-reġistrazzjoni tqarraq bil-pubbliku peress li twasslu sabiex jemmen li l-prodotti u s-servizzi li għalihom it-trade mark Komunitarja hija rreġistrata huma approvati u promossi mill-Unjoni Ewropea jew minn waħda mill-istituzzjonijiet tagħha.


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/15


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2011 — Veloss and Attimedia vs Il-Parlament

(Kawża T-667/11)

2012/C 58/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Veloss International SA (Brussell, il-Belġju) u Attimedia SA (Brussell) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jagħżel l-offerta tar-rikorrenti sottomessa b’reazzjoni għas-sejħa għal offerti Nru EL/2011/EU “Traduzzjoni għall-Grieg” (1), bħala t-tieni fuq il-lista ta’ offerenti li ntagħżlu, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2011 u d-deċiżjonijiet kollha relatati meħuda sussegwentement mill-konvenut, inkluża dik li jagħti l-kuntratt rispettiv lill-ewwel offerent li ntagħżel;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew jikkumpensa d-danni lir-rikorrenti għat-telf ta’ opportunità u għad-dannu lir-reputazzjoni fl-ammont ta’ EUR 10 000;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew jbati l-ispejjeż legali u oħrajn inkorsi b’konnessjoni ma’ dan ir-rikors, anki jekk jiġi miċħud mill-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq

li l-kumitat ta’ evalwazzjoni sistematikament ħallat il-kriterji ta’ għażla u ta’ għoti u l-fażijiet varji tal-proċedura tas-sejħa għal offerti;

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq

li l-Parlament Ewropew kiser l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (2), billi ma kkomunikax lir-rikorrenti l-proposta finanzjarja tal-offerta li ntagħżlet, minkejja t-talba bil-miktub tagħhom;

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq

diversi nuqqasijiet fil-metodu ta’ evalwazzjoni użat mill-kumitat ta’ evalwazzjoni u barra dan, filwaqt li qed tiġi kkuntestata l-kompożizzjoni ta’ dan tal-aħħar, nuqqas ta’ effettività minn naħa tiegħu;

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq

in-natura vaga u inadegwata tal-kriterji ta’ għażla u ta’ għoti u t-teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterji li ma ġewx innotifikati lill-offerenti;

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq;

li l-kumitat ta’ evalwazzjoni naqas milli jitolbu l-prova tal-profil edukattiv u l-esperjenza fit-traduzzjoni tal-persunal tal-offerenti.


(1)  ĠU 2011/S 56-090374

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 4 p. 74)


25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/15


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-12/12)

2012/C 58/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, Barrister, M. Utges Manley, Solicitor, u M. Barnden, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-konvenuta illegalment naqset milli taġixxi bi ksur tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-5 ta’ Diċembru 2011 li tonqos li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, rigward ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE, ibbażat fuq li r-rifjut li tiġi adottata deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal Orphacol imur kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, li jirrikjedu li għandha tiġi adottata deċiżjoni finali f’terminu speċifiku skont l-eżitu tal-Proċedura tal-Komitoloġija.

It-tieni motiv, rigward ir-rikors għal annullament ippreżentat sussidjarjament skont l-Artikolu 263 TFUE, ibbażat fuq li, bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni li ġiet miċħuda mill-Kumitat Permanenti u mill-Kumitat ta’ Appell taħt il-Proċedura tal-Komitoloġija, il-konvenuta kisret ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (2) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004.

It-tielet motiv, rigward ir-rikors għal annullament ippreżentat sussidjarjament skont l-Artikolu 263 TFUE, sussidjarjament, ibbażat fuq li, fi kwalunkew każ, id-deċiżjoni hija vvizzjata minn żbalji fundamentali ta’ dritt fl-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE (kif emendata) (3), u ma hijiex motivata bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

(2)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13).

(3)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67).