ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.054.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 54

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
23 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

It-93 sessjoni plenarja fl-14 u t-15 ta’ Diċembru 2011

2012/C 054/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-prijoritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2012 abbażi tal-programm leġiżlattiv u ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

It-93 sessjoni plenarja fl-14 u t-15 ta’ Diċembru 2011

2012/C 054/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli

8

2012/C 054/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma sal-2020

13

2012/C 054/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ir-Reviżjoni tal-politika Ewropea tal-viċinat

18

2012/C 054/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Inqas proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini: Il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi u r-rikonoxximent tal-effetti ta’ atti ta’ stat ċivili

23

2012/C 054/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini

28

2012/C 054/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE għall-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp sostenibbli 2012 (RIO+20)

34

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

It-93 sessjoni plenarja fl-14 u t-15 ta’ Diċembru 2011

2012/C 054/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-qafas finanzjarju multiannwali ġdid għal wara l-2013

40

2012/C 054/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-effiċjenza enerġetika

49

2012/C 054/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (CCCTB)

65

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

It-93 sessjoni plenarja fl-14 u t-15 ta’ Diċembru 2011

23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-prijoritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2012 abbażi tal-programm leġiżlattiv u ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea”

2012/C 54/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

I.    Il-ġejjieni tal-Unjoni

1.

huwa konvint li l-isfida ewlenija tal-Unjoni Ewropea bħalissa hi li terġa' tibni l-fiduċja taċ-ċittadini fil-kapaċità tagħha li tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u l-irkupru tat-tkabbir ekonomiku, kif ukoll li tistabbilixxi l-preċedenza tad-deċiżjonijiet politiċi, li jittieħdu b'mod demokratikament leġittimu, fuq l-influwenzi negattivi tas-swieq finanzjarji;

2.

huwa favur li tiżdied l-integrazzjoni Ewropea fir-rigward tal-governanza ekonomika, bil-kundizzjoni li din iż-żieda tkun demokratikament leġittima u ssir fil-qafas tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, jirrikonoxxi li l-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2011 ma setax japplika l-metodu Komunitarju għall-patt fiskali l-ġdid u l-koordinazzjoni msaħħa tal-politika ekonomika, minkejja li 26 Stat Membru minn 27 riedu jżommu l-metodu Komunitarju, billi kienet tinħtieġ l-unanimità, b'hekk seta' jintuża biss l-approċċ intergovernattiv bil-konsegwenzi legali u politiċi kollha tiegħu. Fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, l-eventwalità ta’ riforma tat-Trattat ta’ Lisbona tista' titqies fil-kuntest ta’ konvenzjoni msejsa fuq l-istess mudell tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa (2002-2003), li tiżgura l-involviment sħiħ tal-istituzzjonijiet Ewropej, fosthom il-Kumitat tar-Reġjuni;

3.

jilqa' l-fatt li, fil-kuntest ekonomiku, baġitarju u istituzzjonali diffiċli, il-Kummissjoni hija determinata li tiddefendi bil-qawwa l-metodu Komunitarju. Fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, bħala assemblea politika tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE, din hi l-unika għażla possibbli biex jiġu garantiti l-leġittimità demokratika tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-valuri ta’ solidarjetà u ta’ koeżjoni kif ukoll ir-rispett tal-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli, tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Jikkonferma l-intenzjoni tiegħu li din is-sinerġija ta’ valuri tkun riflessa fil-ftehim ta’ kooperazzjoni rivedut bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni li qed jiġi negozjat bħalissa;

4.

jifraħ dwar il-prospetti tal-adeżjoni imminenti tal-Kroazja u jikkonferma x-xewqa tiegħu li minn Jannar 2012 jibda jilqa' xi osservaturi Kroati biex jassistu fil-ħidmiet tiegħu;

II.    Nibbenefikaw mill-aspetti speċifiċi u l-valur miżjud tal-baġit tal-Unjoni

5.

jenfasizza l-fatt li l-baġit tal-Unjoni, għalkemm ta’ daqs relattivament limitat, hu essenzjali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi definiti u maqbula fit-Trattat ta’ Lisbona u fl-Istrateġija Ewropa 2020. Jinsisti fuq l-aspetti speċifiċi ta’ dan il-baġit u l-valur miżjud tiegħu meta mqabbel mal-baġits nazzjonali, reġjonali jew lokali fis-sens li dan il-baġit ikun dejjem f'bilanċ. Dan ifisser li l-ebda euro minn dan il-baġit mhu allokat biex jitħallas id-dejn, iżda hu ddedikat essenzjalment (94,5 % minnu) għall-investiment fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Jisħaq fuq l-importanza kruċjali tal-effett ta’ lieva li għandu l-baġit Ewropew għall-istrateġija ta’ rkupru tal-ekonomija Ewropea u għall-finanzjament ta’ investimenti strutturali maħsuba għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi attwali;

6.

jenfasizza l-ħtieġa li l-KtR jesprimi b'mod kostanti l-fehmiet politiċi tiegħu b'rabta mal-miżuri futuri tal-UE favur it-tisħiħ tal-integrazzjoni fiskali u ekonomika u dwar is-sinerġiji bejn il-baġits sottonazzjonali, nazzjonali u tal-UE. Il-KtR għandu jiddefendi l-kompetenzi legali tal-awtoritajiet reġjonali u lokali f'dik li hi l-awtonomija finanzjarja u għandu jirreaġixxi għall-miżuri kollha li jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li jissellfu l-flus bi prezzijiet affordabbli;

7.

jappella liż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit biex sa tmiem l-2012 jilħqu ftehim kemm dwar il-qafas finanzjarju multiannwali (QFM) għall-perjodu 2014-2020 kif ukoll, b'konformità mal-impenn fl-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar ir-riforma tas-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea bil-għan li titneħħa l-loġika tar-“ritorn ġust” u li jitħalla biżżejjed żmien biex jiġu ffinalizzati l-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi li ser ikun hemm wara l-adozzjoni tal-miżuri leġislattivi marbutin mal-QFM;

8.

jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jkun hemm fażi pilota għall-inizjattiva dwar il-bonds tal-proġetti;

III.    Il-ġejjieni tal-politika ta’ koeżjoni u tat-trasport

9.

jemmen li l-politika ta’ koeżjoni hi l-politika prinċipali ta’ allokazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea li tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku bilanċjat u sostenibbli fit-territorji Ewropej kollha, kemm fil-livell ambjentali kif ukoll f'dak soċjali. F'dan ir-rigward, jiddispjaċih li fil-proposta għall-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 tnaqqas il-baġit iddedikat għal din il-politika, b'mod partikolari fil-kuntest attwali ta’ kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali u fid-dawl tal-għanijiet ambizzjużi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

10.

jilqa' l-fatt li tinżamm politika ta’ koeżjoni għat-territorji kollha tal-Unjoni u jilqa' wkoll l-arkitettura semplifikata bbażata fuq żewġ għanijiet u tliet kategoriji ta’ reġjuni, hekk kif ippreżentati fil-pakkett leġislattiv tas-6 ta’ Ottubru 2011. Madankollu, itenni x-xewqa tiegħu li jkun hemm kriterji addizzjonali oħra minbarra l-PDG għal kull ras, b'mod partikolari fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, li hu indikatur li ma jirriflettix biżżejjed il-livelli ta’ żvilupp ekonomiku, ta’ koeżjoni soċjali, ta’ sostenibbiltà ambjentali u ta’ disparitajiet territorjali;

11.

jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li (1) jinħoloq qafas strateġiku komuni biex jitjiebu l-koerenza u s-sinerġiji bejn il-politiki tal-Unjoni u (2) jinħoloq kuntratt ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru, u jilqa' l-involviment dirett tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil ta’ din il-politika;

12.

jirrikonoxxi r-rwol importanti li l-politika ta’ koeżjoni tista' taqdi fit-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020. Iżda jfakkar li, hekk kif inhu stabbilit fit-Trattat, din l-Istrateġija nħolqot biex tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali. Għaldaqstant, jappella li jkun hemm flessibbiltà akbar fl-għażla tal-għanijiet tematiċi u tal-konċentrazzjoni tal-fondi, filwaqt li tingħata importanza reali lill-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli u lis-sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

13.

jaqbel mal-proposti tal-pakkett leġislattiv fir-rigward tat-tisħiħ tad-dimensjoni urbana, l-azzjonijiet għall-iżvilupp lokali u l-investimenti territorjali integrati, u jappella biex il-pjani ta’ azzjoni għall-mobbiltà urbana jiġu implimentati bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li d-dimensjoni tal-iżvilupp rurali tiġi riflessa b'mod adegwat fl-ipprogrammar tal-politika ta’ koeżjoni, bir-rabta adatta mal-PAK;

14.

jirrikonoxxi t-tentattiv li n-nefqa pubblika relatata mal-politika ta’ koeżjoni ssir b'mod aktar effiċjenti bis-saħħa ta’ sistema ta’ kundizzjonalitajiet, iżda jwissi li l-implimentazzjoni tagħha m'għandhiex tkun kumplessa żżejjed. Jappoġġja l-idea ta’ kundizzjonalità ex-ante, sakemm il-lista tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu rispettati tkun qasira. Jaċċetta l-prinċipju ta’ kundizzjonalità ex-post, sakemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti direttament fl-indikaturi tar-riżultati użati. Mill-banda l-oħra, ma jilqax il-proposti rigward il-kundizzjonalità makroekonomika abbażi tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u għandu dubji kbar dwar ir-riserva ta’ prestazzjoni;

15.

jappoġġja t-tisħiħ tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali, b'aktar riżorsi finanzjarji, sabiex imur lil hinn mill-iskambji tal-prattiki t-tajba bejn it-territorji Ewropej;

16.

jilqa' l-fatt li l-proposta għar-reviżjoni tar-Regolament 1082/2006 dwar ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) tinkludi għadd kbir ta’ proposti li għamel il-Kumitat tar-Reġjuni, speċjalment fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-atturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili fir-REKT u s-semplifikazzjoni tal-aċċess ta’ awtoritajiet minn pajjiżi terzi għal dan l-istrument. Jenfasizza l-potenzjal ta’ dan l-istrument li jmur lil hinn mill-fruntieri permezz tal-politiki Komunitarji kollha. Għalhekk, jintrabat li jissokta bl-azzjoni tiegħu biex jippromovi dan l-istrument, speċjalment bis-saħħa tal-pjattaform adatta tiegħu, u beħsiebu jkompli jieħu ħsieb il-ġestjoni tar-reġistru tar-REKT;

17.

jemmen li l-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa”, li għandha EUR 50 biljun, jista' jkollha impatt pożittiv u effett ta’ lieva sinifikanti fuq it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, u biex jinġibdu investimenti oħrajn, b'mod partikolari bl-użu tal-bonds tal-proġetti. Madankollu, din il-Faċilità għandha tkun koerenti mal-governanza u l-baġit tal-politika ta’ koeżjoni. Jemmen li, fi kwalunkwe każ, hu essenzjali li tiġi żgurata koerenza u kompatibbiltà mal-proġetti ffinanzjati mill-fondi strutturali u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fl-għażla tal-proġetti;

18.

ser jesprimi fehmtu fid-dettall dwar il-qafas regolatorju l-ġdid għat-TEN-T li jindirizza lill-atturi kollha tal-politika tat-TEN-T u mhux biss lill-Istati Membri; dan jista' jnaqqas b'mod konsiderevoli l-ostakli regolatorji għall-implimentazzjoni ta’ sistema Ewropea tat-trasport;

19.

jappoġġja l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż Komunitarji, tal-aċċess u dawk ambjentali permezz ta’ tassazzjoni armonizzata għall-modi kollha tat-trasport, li d-dħul minnha ser jiġi allokat għall-istabbiliment ta’ sistema tat-trasport integrat, effiċjenti u sostenibbli. Barra minn hekk, jappoġġja l-promozzjoni ta’ strumenti ġodda ta’ finanzjament, b'mod partikolari l-bonds tal-proġetti Ewropej. Jemmen li ż-żieda fl-użu tas-sħubijiet pubbliċi-privati tista' tgħin ukoll biex jiġi żgurat il-finanzjament għall-proġetti l-ġodda tal-infrastruttura tat-trasport;

20.

jenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea għandha bżonn strateġija komprensiva biex tikkomunika l-impatt u l-benefiċċji tal-politika ta’ koeżjoni fuq il-post, u jfakkar fir-rwol li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet reġjonali u lokali u joffri l-appoġġ tal-KtR f'dan ir-rigward;

IV.    Inwettqu l-Istrateġija Ewropa 2020 fi sħubija

21.

jinsisti li l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha tingħata dimensjoni territorjali sħiħa;

22.

jiddispjaċih li f'ħafna każi ntilfet l-opportunità li t-tħejjija tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma fi ħdan l-Istrateġija Ewropa 2020 tintuża biex din l-istess strateġija tiġi implimentata fi sħubija bejn il-livelli kollha ta’ gvern. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2012 u dak tal-2013, li tħejji l-Kummissjoni Ewropea, għandhom jinsistu fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jindirizzaw il-governanza f'diversi livelli u s-sħubija fir-rapporti ta’ progress tagħhom. Għandu jingħad kif u sa liema punt l-imsieħba, fosthom l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ġew involuti fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020. Jekk ikun hemm bżonn, għandhom isiru rakkomandazzjonijiet speċifiċi sabiex titjieb is-sjieda tal-istrateġija. Il-kredibbiltà tal-Istrateġija Ewropa 2020 tkun fil-periklu jekk jibqa' d-distakk fis-sħubija bejn il-livell tal-UE, dak nazzjonali, reġjonali u lokali u ċ-ċittadini;

23.

ifakkar fil-proposta tiegħu li f'kull Stat Membru jiġu adottati Patti Territorjali sabiex jiġi garantit li l-implimentazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tkun ibbażata fuq is-sħubija u li l-kuntratti ta’ sħubija jitħejjew b'mod konġunt. Jisħaq li l-prinċipju tas-sħubija mressaq mill-Kummissjoni għandu jsir effettiv billi l-ftehim bejn l-awtoritajiet pubbliċi legalment kompetenti biex iqassmu l-fondi tal-UE jkun kundizzjoni preliminari għall-approvazzjoni tal-kuntratti ta’ sħubija u billi tiġi promossa l-possibbiltà ta’ patti territorjali;

24.

jemmen li s-segwitu tal-inizjattivi ewlenin għandu jissaħħaħ u jiġi ssorveljat f'perspettiva ffokata fuq ir-riżultati. Hemm bżonn ta’ sforz kontinwu biex l-azzjonijiet li jsiru fil-kuntest tal-inizjattivi ewlenin kollha jiġu kkomunikati lill-partijiet interessati fuq il-post. Kif juru r-riżultati tal-istħarriġ reċenti tal-KtR dwar l-“Ewropa 2020: x'inhu għaddej fil-prattika?”, aktar kemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jafu dwar l-inizjattivi ewlenin, dawn l-inizjattivi aktar ikunu rilevanti għall-azzjonijiet lokali u reġjonali. Dan jippermetti wkoll li l-inizjattivi lokali u reġjonali jitpoġġew fil-kuntest ta’ għanijiet Ewropej usa', filwaqt li jingħata sens ta’ sjieda u tittieħed azzjoni kkoordinata;

IV A.   Tkabbir intelliġenti

25.

jikkunsidra li l-baġit attwali tal-UE għar-riċerka mhuwiex adegwat u, għaldaqstant, jilqa' l-ispinta sinifikanti għar-riċerka u l-innovazzjoni proposta fil-QFM (żieda minn EUR 53 biljun għal EUR 80 biljun). Dan iressaq lill-Unjoni eqreb tal-objettiv tal-Ewropa 2020 li tinvesti 3 % tal-PDG tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni, b'konformità mal-ħolqien ta’ “Unjoni tal-Innovazzjoni”. Jenfasizza l-bżonn li l-programmi nazzjonali u l-Programm Qafas Ewropew għar-Riċerka jkunu integrati aħjar;

26.

jappoġġja l-ħolqien ta’ qafas strateġiku komuni “Orizzont 2020” għar-riċerka u l-innovazzjoni, peress li għandu l-potenzjal li jissemplifika u jikkonsolida l-programmi differenti ta’ finanzjament f'dan il-qasam, bħas-Seba' Programm Kwadru u l-Programm tal-Kompetittività u tal-Innovazzjoni. Madankollu, il-KtR jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-qafas strateġiku komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jkun ikkoordinat tajjeb u għandu jkun konsistenti mal-qafas strateġiku komuni propost għall-fondi strutturali. F'dan il-kuntest, jilqa' t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali (Regional Innovation Scoreboard) li saret b'konformità mar-rakkomandazzjoni (1) tiegħu li jiġu kkunsidrati t-tfassil u l-pubblikazzjoni ta’ tabella ta’ valutazzjoni tal-innovazzjoni fil-livell reġjonali li tippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-komunità akkademika (universitajiet, kulleġġi u istituti ta’ riċerka) u lin-negozji jevalwaw u jissorveljaw is-suċċess tal-attività reġjonali relatata mal-innovazzjoni;

27.

jappoġġja l-estensjoni u ż-żieda fl-allokazzjoni tal-fondi għall-proġetti edukattivi li jippromovu l-mobbiltà fil-qafas tal-programm “Edukazzjoni Ewropa” għal wara l-2013. Jemmen li l-edukazzjoni li tiffaċilita l-ħsieb, il-kreattività u l-innovazzjoni indipendenti hija l-fattur ewlieni biex jiġu żgurati t-tkabbir u l-kompetittività fil-futur. Il-Kumitat tar-Reġjuni jagħraf ukoll ir-rwol usa' tal-edukazzjoni fl-iżvilupp ta’ persuna b'mod ġenerali u d-dimensjoni soċjali tagħha, kif ukoll fl-iżgurar tal-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-mobbiltà. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea adottat is-sejħa tiegħu li l-isport jiġi inkluż fil-programm integrat għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport;

28.

bi pjaċir kbir jilqa' l-pjani tal-Kummissjoni li toħloq rabta bejn is-sistemi ta’ riċerka nazzjonali u li tiżgura l-kompetizzjoni miftuħa fil-qasam tar-riċerka u l-pożizzjonijiet ewlenin fl-universitajiet;

29.

jappoġġja li jittieħdu azzjonijiet oħra biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-kummerċ elettroniku, il-gvern elettroniku u l-progress ibbażat fuq it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) b'mod ġenerali, filwaqt li jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini li jkollhom informazzjoni affidabbli, sigurtà u privatezza. Il-KtR jagħraf l-implikazzjonijiet enormi tal-Aġenda Diġitali fl-oqsma tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, is-servizzi pubbliċi interoperabbli u l-finanzjament tan-netwerks tal-broadband madwar l-Unjoni Ewropea. F'dan ir-rigward jilqa' l-baġit ta’ EUR 9,2 biljun allokat għan-netwerks diġitali fil-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” u l-“Linji Gwida dwar in-Netwerks Tran-Ewropej tat-Telekomunikazzjoni” relatati ma’ dan;

30.

ifakkar fl-għan stabbilit fl-inizjattiva ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (2) li sal-2013, il-broadband bażiku għandu jkun aċċessibbli għall-Ewropej kollha. Iqis li dan il-għan għandu jiġi komplementat minn approċċ ibbażat fuq id-definizzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini f'dan ir-rigward kif ukoll fuq obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku;

31.

japprova l-enfasi li l-programm futur “Ewropa Kreattiva” għal wara l-2013 ipoġġi fuq it-twettiq tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Filwaqt li jgħaqqad il-kultura u l-mezzi tax-xandir flimkien, il-programm għandu jiffaċilita d-distribuzzjoni tal-prodotti kulturali, joħloq suq uniku onlajn għax-xogħlijiet awdjoviżivi u jgħin fl-użu tal-potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi fis-setturi kulturali u kreattivi, u fl-istess ħin iżomm u jkompli jiżviluppa l-wirt kulturali Ewropew;

IV B.   Tkabbir inklużiv

32.

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffoka fuq l-istabbiltà u t-tkabbir, filwaqt li inkludiet ukoll bosta inizjattivi importanti dwar kwistjonijiet soċjali fil-Programm ta’ Ħidma;

33.

itenni l-appell li għamel lill-Kummissjoni Ewropea fl-opinjoni reċenti tiegħu dwar id-Djar Soċjali (CdR 71/2011) biex mill-iktar fis jinħoloq qafas tal-UE li jippermetti li kulħadd ikollu aċċess għal dar affordabbli u adegwata; josserva li dan il-qafas għandu jkun f'konformità sħiħa mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 rigward il-qerda tal-faqar u t-titjib tas-saħħa għall-popolazzjoni tal-UE; jitlob ukoll li tali qafas ta’ politika jkun allinjat mal-politiki tal-enerġija tal-UE u li r-rinovazzjoni tad-djar relatata mal-enerġija tibqa' eliġibbli taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali bħala element ewlieni tal-koeżjoni soċjali;

34.

jistaqsi x'sar mill-Inizjattiva dwar l-Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ li tħabbret fid-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tal-Unjoni;

35.

jintrabat li jagħti l-kontribut tiegħu għall-pakkett tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-intraprenditorija soċjali, li hu ta’ importanza konsiderevoli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kemm mill-perspettiva ta’ min iħaddem kif ukoll minn dik tal-fornituri tas-servizzi u tal-konsumaturi;

36.

ser jikkontribwixxi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-faqar fost it-tfal b'konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex jiġu indirizzati l-qgħad, l-esklużjoni soċjali u l-faqar;

37.

jilqa' l-fatt li l-Kunsill tal-Biedja u s-Sajd tal-14 ta’ Novembru 2011 wasal għal soluzzjoni tranżitorja li l-programm tal-għajnuna alimentari għall-aktar persuni fil-bżonn jinżamm sal-2013, iżda jiddispjaċih li ma ntlaħaqx ftehim dwar iż-żamma ta’ dan il-programm wara l-2013. Fi kwalunkwe każ, jemmen li jekk ir-responsabbiltà għall-aktar persuni fil-bżonn titneħħa mill-Politika Agrikola Komuni u titpoġġa fil-Fond Soċjali Ewopew, il-fondi għandhom jimxu b'konsegwenza ta’ dan fl-istruttura tal-baġit;

38.

ser jikkontribwixxi b'mod attiv għat-tħejjija tal-programmi multiannwali 2014-2020 dwar is-saħħa u l-politika tal-konsumatur kif ukoll tal-programm dwar is-saħħa elettronika;

39.

jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-użu tal-potenzjal tal-isport bħala fattur ta’ integrazzjoni soċjali u għajxien f'saħħtu;

IV C.   Tkabbir sostenibbli

40.

jintrabat li jikkontribwixxi b'mod attiv għat-tħejjijiet tal-UE għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f'Ġunju 2012 (“Rio+20 Summit dwar id-Dinja”) u li jieħu sehem attiv fiha u fis-segwitu tagħha; f'dan il-kuntest jappella għall-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali għal ekonomija lokali ekoloġika fis-Summit ta’ Rio u għall-valutazzjoni tal-istrutturi ta’ governanza tan-NU sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti b'mod sħiħ bħala msieħba ewlenin fit-triq lejn l-iżvilupp sostenibbli;

41.

itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni Ewropea tressaq kemm jista' jkun malajr fl-2012 proposta għas-Seba' Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali, li jistabbilixxi skeda u miri ċari, u jpoġġi enfasi fuq il-mekkaniżmi li jistgħu jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-acquis ambjentali tal-UE, inkluża l-possibbiltà li l-Patt tas-Sindki jiġi estiż għal aġenda usa' dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'enfasi partikolari fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u tal-iskart;

42.

jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija 2050 u jikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jippromovi s-soluzzjonijiet tal-enerġija sostenibbli fil-livell lokali sabiex jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Il-KtR beħsiebu jindirizza l-bżonn ta’ skemi ta’ appoġġ u politiki tal-enerġija aktar bilanċjati;

43.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex meta timplimenta l-Istrateġija tal-Bijodiversità 2020 tal-Unjoni Ewropea tikkunsidra d-deċiżjoni dwar il-“Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Gvernijiet Sottonazzjonali, il-Bliet u Awtoritajiet Lokali oħra għall-Bijodiversità (2011-2020)” tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 10);

44.

jappoġġja l-isforzi tal-UE biex jintlaħaq ftehim globali vinkolanti taħt ir-responsabbiltà tan-Nazzjonijiet Uniti u jilqa' l-progress li sar f'Durban bħala pass importanti fit-triq it-tajba; jitlob li d-dibattitu internazzjonali dwar il-klima ta’ wara Durban ikompli jibni fuq il-konklużjonijiet tal-konferenza ta’ Cancún fejn ġie rikonoxxut ir-rwol kruċjali li jaqdi l-gvern sottonazzjonali, u ġiet rikonoxxuta u appoġġjata b'mod iktar attiv l-azzjoni importanti dwar l-adattament u l-mitigazzjoni li tittieħed fil-livell lokali u reġjonali, inklużi l-isforzi fit-tul bil-għan li tinbena ekonomija “ekoloġika” b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju;

45.

jitlob li l-prijoritajiet tal-politika ambjentali u tat-tibdil fil-klima jiġu inklużi f'oqsma ta’ politika oħrajn biex jinħolqu l-aħjar sinerġiji possibbli bejniethom;

46.

jilqa' l-ambizzjoni li n-nefqa relatata mal-klima tiżdied għal mill-inqas 20 % fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali tal-UE għal wara l-2013. Madankollu, itenni t-talba tiegħu biex l-awtorità baġitarja tal-UE tiżgura li l-baġit tal-UE u l-qafas finanzjarju multiannwali jkunu mmirati aħjar lejn l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tal-isforzi lokali u reġjonali biex jittaffa t-tibdil fil-klima, u lejn iż-żieda fl-appoġġ għall-investiment f'perjodu medju u twil ta’ żmien fil-proġetti lokali u reġjonali għall-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b'mod partikolari dawk li jsiru fil-kuntest tal-Patt tas-Sindki;

47.

f'dan ir-rigward, itenni wkoll it-talba tiegħu li l-istrument LIFE il-ġdid ikompli jappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala benefiċjarji prinċipali u jservi bħala katalist għalihom biex jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament tal-UE għal proġetti ambizzjużi marbutin mal-ħarsien tal-ambjent;

48.

jilqa' r-reviżjoni mħabbra tar-regolament dwar is-sikurezza nukleari;

V.    L-iżvilupp ta’ governanza f'diversi livelli fit-tfassil tal-politiki tal-UE u t-titjib tar-regolamentazzjoni intelliġenti

49.

jilqa' l-appoġġ globali tal-istituzzjonijiet Ewropej għal politiki tal-Unjoni Ewropea bbażati fuq il-governanza f'diversi livelli, u jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-pakkett leġislattiv dwar il-politika ta’ koeżjoni li jikkonferma l-governanza f'diversi livelli bħala wieħed mill-prinċipji ġenerali ewlenin. Madankollu, jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej biex japplikaw il-governanza f'diversi livelli fil-prattika billi jinkludu kultura ġenwina tal-governanza f'diversi livelli fil-fażijiet preparatorji tal-politiki u jipproponu strumenti u għodod innovattivi konkreti bbażati fuq il-governanza f'diversi livelli u s-sħubija;

50.

jenfasizza li l-approċċ tal-UE tar-regolamentazzjoni intelliġenti għandu jimmira lejn it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u finanzjarji li jaqgħu fuq l-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali u l-entitajiet privati fl-UE. Tali eżerċizzju hu msejjes fuq ċiklu tal-politika fejn il-leġislazzjoni tiġi riveduta u adattata b'mod kostanti għal sfidi u ċirkostanzi ġodda, l-evalwazzjoni fil-fond u l-esperjenza konkreta fil-livelli kollha ta’ gvern, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet ġodda tal-gvern elettroniku;

51.

jintrabat li jkompli jissorvelja l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b'mod partikolari billi jikkoopera ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE u mal-parlamenti nazzjonali u reġjonali;

52.

sabiex jittejjeb l-ambjent regolatorju, huwa jitlob li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt tal-UE li jqisu iktar is-sensibbiltajiet tat-territorji u jipproponi li jikkontribwixxi b'mod aktar strutturat għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea; beħsiebu wkoll jiżviluppa mekkaniżmi bħala kontribut għall-valutazzjoni ex-post tal-leġislazzjoni eżistenti, b'mod partikolari billi tingħata ħarsa lejn il-mod kif il-leġislazzjoni tal-UE tiġi implimentata fil-livell lokali u reġjonali;

53.

jilqa' l-estensjoni taż-żmien għall-konsultazzjonijiet pubbliċi minn tmienja għal 12-il ġimgħa;

VI.    Nilliberaw il-potenzjal tas-suq uniku

54.

jilqa' l-appoġġ tal-Parlament Ewropew, b'EUR 2 miljuni, għall-programm Erasmus tat-taħriġ għall-kunsilliera lokali, iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li jkun hemm użu mgħaġġel u effettiv ta’ dan il-baġit, u jikkonferma l-impenn tiegħu li jaqdi rwol attiv fl-iżvilupp ta’ dan il-programm;

55.

itenni l-ħtieġa li l-leġislazzjoni relatata mas-suq uniku tirrispetta l-klawżola orizzontali soċjali prevista fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

56.

b'rabta mal-ħtieġa li jiġi aġġornat ir-Regolament dwar il-kumpens għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) (Pakkett Almunia), jisħaq fuq it-talba tiegħu biex jiżdied il-limitu minimu tal-eżenzjoni għal EUR 800 000 fis-sena, jitwessa' l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi soċjali eżentati, jitneħħa l-kriterju ta’ eżenzjoni relatat mal-popolazzjoni u tiġi abbandunata l-intenzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tingħata l-mandat li tkejjel l-effiċjenza tat-twettiq tas-SIEĠ;

57.

għadu qed jistenna lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta, kif ħabbret fil-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku (3) f'April 2011, l-“azzjonijiet bil-għan li tiżgura aħjar li s-SIEĠ, inklużi s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSIĠ), jibbenefikaw minn qafas li jippermettilhom iwettqu l-missjoni tagħhom” u teżamina l-“miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li, b'konformità mal-Artikolu 14 u l-Protokoll 26, iċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess affordabbli għas-servizzi essenzjali ta’ kuljum li jkunu jeħtieġu sabiex jipparteċipaw fil-ħajja ekonomika u soċjali”. Jistenna wkoll li l-Kummissjoni tippreżenta l-komunikazzjoni mħabbra dwar qafas ta’ kwalità għas-servizzi ta’ interess ġenerali;

58.

jilqa' l-modernizzazzjoni tal-qafas leġislattiv tal-UE għall-akkwist pubbliku b'konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, u l-possibbiltajiet l-oħra biex fl-akkwist pubbliku jiġu inklużi l-għanijiet bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent, il-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-gvern elettroniku;

59.

jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal abbozz ta’ direttiva u abbozz ta’ regolament dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, preżentata fil-15 ta’ Novembru 2011 u, b'mod partikolari l-għanijiet li titnaqqas id-dipendenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu u li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jsiru iktar responsabbli għall-klassifikazzjonijiet li jipprovdu; madankollu, jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma laqgħetx it-talba tal-Parlament Ewropew (4) li tniedi studju dwar il-fattibbiltà u l-impatt tat-twaqqif ta’ Aġenzija Ewropea ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu li tkun pubblika u indipendenti;

60.

jistenna li l-Kummissjoni tippubblika White Paper dwar il-pensjonijiet, li magħha għandu jkun hemm valutazzjoni adegwata tal-impatt fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali billi dawn jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-impjieg fis-settur pubbliku fl-Ewropa u għandhom f'idejhom il-ġestjoni tal-iskemi tal-pensjoni supplementari tal-persunal tagħhom;

61.

jenfasizza l-importanza tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) (FEG) u l-bżonn tiegħu bħala għodda li tindirizza l-impatt relatat mal-globalizzazzjoni fuq il-qgħad. Madankollu, il-FEG, bħala għodda reattiva, ma jistax jieħu post strateġija preventiva tal-impjieg maħsuba biex tantiċipa l-bidla ekonomika u r-ristrutturar fit-tul. Barra minn hekk, il-FEG ma jistax isir skema ta’ kumpens biex itaffi l-impatt tal-arranġamenti dwar il-kummerċ ħieles. Ma jilqax il-proposta li l-FEG għandu jiġi ffinanzjat minn fondi barra l-qafas finanzjarju multiannwali;

62.

jenfasizza l-importanza tal-Premju tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej li nieda fl-2010 bħala netwerk ta’ skambju transkonfinali bejn reġjuni li jiżviluppaw strateġiji reġjonali speċifiċi biex iżidu l-intraprenditorija u biex jiġi sfruttat il-potenzjal innovattiv tan-negozji;

63.

jappella biex jinħolqu “Sħubijiet għas-Small Business Act” sabiex ikompli jiġi implimentat is-Small Business Act (SBA) fil-livell reġjonali, u jixtieq ikun involut fil-grupp konsultattiv dwar l-SBA li ser jiġi stabbilit;

VII.    It-twettiq tal-aġenda taċ-ċittadini: libertà, sigurtà u ġustizzja

64.

jistenna bil-ħerqa d-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, li ser ittejjeb il-ħajja demokratika tal-UE billi ssaħħaħ l-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili organizzata fit-tfassil tal-politiki tal-UE, u fl-aħħar mill-aħħar ser toħloq sens qawwi ta’ “sjieda” tal-Unjoni u identifikazzjoni magħha. Il-KtR huwa marbut li jaqdi rwol attiv fl-operat tal-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

65.

jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata żona pubblika Ewropea fejn il-kunċetti ta’ identità u ċittadinanza Ewropej f'diversi livelli – li jikkomplementaw iċ-ċittadinanza tal-Istati Membri u l-identitajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali – isaħħu d-demokrazija Ewropea. Għal din ir-raġuni, jilqa' l-fatt li l-2013 ser tkun is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, u jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm riżorsi u programmi adegwati biex jiġu promossi d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew. Għaldaqstant, minbarra l-programmi proposti għall-ġustizzja, id-drittijiet u ċ-ċittadinanza, il-KtR hu ħerqan li jikkontribwixxi għall-aġġustament tal-programm mistenni “Ewropa għaċ-Ċittadini” sabiex jiżgura li l-ġemellaġġi u l-mekkaniżmi li jappoġġjaw il-komunikazzjoni deċentralizzata jkomplu jiġu promossi;

66.

jemmen bis-sħiħ f'Ewropa miftuħa bbażata fuq il-protezzjoni għolja tad-drittijiet fundamentali għal kulħadd u r-rispett sħiħ tagħhom. Dan għandu jkun il-prinċipju li jiggwida kull azzjoni u leġislazzjoni fl-oqsma ta’ attività tal-UE. Jappella biex il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiġi implimentata bis-sħiħ permezz ta’ azzjonijiet u inizjattivi konkreti;

67.

jibqa' impenjat li jikkontribwixxi għat-twettiq sħiħ tal-għanijiet tal-Programm u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Stokkolma, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta’ politiki komprensivi u koordinati dwar il-migrazzjoni u l-asil, il-fruntieri u s-sigurtà. Jagħraf il-bżonn ta’ fruntieri esterni intelliġenti u jenfasizza l-importanza li tinżamm u tittejjeb iż-żona mingħajr fruntieri interni. Għalhekk, jilqa' l-intenzjoni li tissaħħaħ il-governanza tas-sistema ta’ Schengen, filwaqt li titħares in-natura Komunitarja tagħha u jiġi żgurat li r-reazzjonijiet meħtieġa għall-avvenimenti esterni jkunu bbażati fuq regoli Ewropej komuni u trasparenti li ma jirrestrinġux bla bżonn il-kooperazzjoni transkonfinali eżistenti;

68.

fid-dawl tal-isfidi dejjem akbar f'dan il-qasam, jilqa' ż-żieda konsiderevoli proposta fil-baġit għall-affarijiet interni fil-QFM għall-2014-2020, u s-semplifikazzjoni tal-istruttura tal-programmi relatati mal-affarijiet interni billi tnaqqsu minn sitta għal tnejn: il-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. Madankollu, jappella biex jinħoloq bilanċ bejn in-nefqa relatata mas-sigurtà u l-fruntieri u n-nefqa f'oqsma fejn l-azzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdu valur miżjud ċar, bħall-integrazzjoni tal-migranti u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza ta’ persuni li jfittxu asil;

69.

jappella biex isir progress ġenwin rigward il-kapaċità reali taċ-ċittadini li jiċċaqilqu b'mod ħieles madwar l-Unjoni. Dan jinkludi s-semplifikazzjoni tal-proċeduri għaċ-ċittadini li jagħżlu li jiċċaqilqu madwar l-UE f'oqsma bħar-rikonoxximent tal-effetti ta’ atti ta’ stat ċivili, id-drittijiet tas-suċċessjoni u l-arranġamenti tad-divorzju;

70.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu joffru kontribut kredibbli għall-iżvilupp ta’ qafas b'saħħtu għal-liġi ċivili u kriminali kemm fil-livell sostantiv kif ukoll f'dak proċedurali. Għalhekk, jappoġġja l-intenzjoni li jittejbu d-drittijiet proċedurali, li jiġu garantiti s-sikurezza u s-sigurtà madwar l-Ewropa u li tkompli tiġi żviluppata l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija;

VIII.    Biedja u sajd

71.

ser jikkontribwixxi b'mod attiv fit-tfassil tal-leġislazzjoni futura tal-PAK billi jinsisti li ssir enfasi b'mod aktar ċar fuq l-impjieg, l-ekoloġizzazzjoni tal-PAK, it-tisħiħ tad-dimensjoni territorjali u l-ħtieġa li jiġi regolat is-settur agrikolu. Barra minn hekk, jemmen li, fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li l-PAK mhux biss tipprovdi għall-bżonnijiet tal-ikel iżda wkoll li tikseb il-kompiti ewlenin tal-Ewropa, il-PAK għandha tiġi allinjata aktar mal-Istrateġija Ewropa 2020 biex issir enfasi fuq l-impjieg relatat mal-biedja b'mod partikolari f'żoni fraġli u biex il-bdiewa jkunu jistgħu jirċievu pagamenti biex jipprovdu prodotti pubbliċi, bħal approċċ imsaħħaħ għas-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u r-riġenerazzjoni taż-żoni rurali b'mod ġenerali;

72.

jappoġġja li jkun hemm distribuzzjoni aktar ġusta tal-fondi tal-PAK bl-użu ta’ kriterji oġġettivi li jirriflettu r-realtajiet ekonomiċi differenti fost l-Istati Membri u jappella għas-semplifikazzjoni tal-proċedura tal-pagamenti diretti;

73.

jiddispjaċih li l-baġit għall-iżvilupp rurali (EUR 101 biljun) ser jibqa' żgħir u sproporzjonat meta mqabbel mal-fondi allokati għall-pagamenti diretti. Jappella li ssir enfasi akbar fuq l-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomiji rurali u d-diversifikazzjoni, b'mod speċjali fuq it-titjb tas-sinerġiji mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE fejn il-Qafas Strateġiku Komuni joffri qafas legali u politiku tajjeb;

74.

ser jagħti l-kontribut tiegħu fid-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE u dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd billi jinsisti fuq l-importanza li jiġi żviluppat sajd sostennibbli filwaqt li jitqies l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni kostali, għaliex jeħtieġ ikun hemm bilanċ ġust bejn dawn id-dimensjonijiet. B'hekk il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq, b'mod partikolari, li jiġu promossi aktar l-impjiegi sostenibbli fiż-żoni kostali u li l-impjiegi fis-settur marittimu jsiru aktar attraenti għaż-żgħażagħ, waqt li r-riżorsi tal-baħar jintużaw b'mod armonjuż;

IX.    Nagħtu leħen effettiv lill-UE fid-dinja

75.

jilqa' l-isforzi tal-UE biex tappoġġja l-proċessi ta’ tranżizzjoni demokratika madwar id-dinja. Il-KtR itenni l-bżonn li f'dan il-proċess jiġu involuti l-atturi kollha bil-għan li jkunu jistgħu jinbnew il-kapaċitajiet anke fil-livell lokali u reġjonali;

76.

ser ikompli jaħdem mal-istituzzjonijiet l-oħrajn biex jippromovi d-dimensjoni territorjali tal-proċess tat-tkabbir u biex jinkoraġġixxi l-involviment tal-atturi lokali u reġjonali mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali fi żviluppi relatati permezz tal-kummissjoni kompetenti tiegħu (CIVEX) u b'mod speċifiku permezz tal-Gruppi ta’ Ħidma dwar it-Turkija u l-Balkani tal-Punent u l-Kumitat u l-Konsultattiv Konġunt mal-FYROM. Il-KtR iħabbar li fl-2012 ser jinħoloq Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Montenegro u jtenni l-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-pajjiżi kandidati l-oħra, li jipprovdi netwerk adegwat għan-negojzati tal-adeżjoni mill-perspettiva lokali u reġjonali;

77.

ser ikompli juża l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali (FAL) u jikkoorganizza ż-żjarat ta’ studju fi Brussell ta’ politiċi lokali eletti u uffiċjali għolja mill-pajjiżi tal-adeżjoni u ta’ qabel l-adeżjoni bil-għan li jintroduċihom għall-ħidma tal-UE u sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ partijiet mill-acquis communautaire. Qed jippjana li jkompli jiżviluppa l-koorganizzazzjoni tal-avvenimenti tal-FAL fil-pajjiżi rispettivi sabiex jiżdiedu l-udjenza u l-impatt ta’ din il-faċilità ffinanzjata mit-TAIEX għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Barra minn hekk, itenni s-suġġeriment tiegħu li għandhom jiġu żviluppati inizjattivi ekwivalenti għall-pajjiżi ġirien bħala appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet fil-livell lokali u reġjonali;

78.

ifakkar li l-għanijiet tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), fosthom il-konsolidazzjoni tar-riformi demokratiċi u l-progress lejn “demokrazija profonda”, ma jistgħux jinkisbu mingħajr l-appoġġ attiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u ser ikompli jinvesti l-isforzi u r-riżorsi fl-iżvilupp tad-dimensjoni lokali u reġjonali tal-PEV;

79.

jagħti importanza kbira lill-ħidma u l-opportunitajiet li joffru l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) sabiex jinkisbu l-miri tal-PEV. Bi tweġiba għat-talba tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern f'Varsavja, il-KtR ser jaħdem biex jittrasforma l-CORLEAP f'qafas istituzzjonali permanenti għall-kooperazzjoni u ser iżid l-isforzi sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu eqreb tal-UE;

80.

ser ikompli jaħdem biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, il-KtR ser jappoġġja li jiġu kkoordinati aktar l-azzjonijiet fost l-atturi kollha u ser jippromovi l-approċċ f'diversi livelli u ta’ sħubija sabiex jiżgura li l-għajnuna għall-iżvilupp tingħata b'mod effettiv. F'termini prattiċi, ser jissokta wkoll bil-kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari fl-organizzazzjoni tal-Konferenzi tal-Kooperazzjoni Deċentralizzata u l-promozzjoni kemm tal-Atlas għall-Kooperazzjoni Deċentralizzata li juri l-proġetti ta’ kooperazzjoni eżistenti kif ukoll tal-portal tal-internet li jiffaċilita n-netwerking u s-sħubija sabiex jiġu żviluppati l-proġetti u jiġi żgurat li l-għajnuna tkun aktar effettiva;

81.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tal-KtR biex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-President tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE u l-Presidenza futura Daniża u dik Ċiprijotta.

Brussell, 15 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 468/2000.

(2)  COM(2010) 245.

(3)  COM(2011) 206 finali.

(4)  Ara l-punt 60 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta’ nofs il-perjodu).


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

It-93 sessjoni plenarja fl-14 u t-15 ta’ Diċembru 2011

23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/8


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli”

2012/C 54/02

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jagħraf l-ambitu limitat tal-miżuri ta’ promozzjoni li ttieħdu s’issa barra mill-UE, u għalhekk jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra xi tibdil f’dawn il-miżuri, billi jeħtieġ li tinżamm il-pożizzjoni ta’ tmexxija tal-UE fl-esportazzjoni tal-prodotti agroalimentari;

jaqbel mal-Kummissjoni li hemm bżonn li jissaħħu s-swieq lokali;

iqis li l-promozzjoni tal-mudell alimentari Ewropea mhijiex kompatibbli mal-użu ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li jeħtieġ li l-prodotti li ġejjin minn OĠM jiġu esklużi minn kwalunkwe politika ta’ promozzjoni;

huwa favur li tiżdied l-informazzjoni dwar il-benefiċċji għas-saħħa li jġib miegħu l-ikel tajjeb għas-saħħa u bbilanċjat;

jappoġġja inizjattivi intiżi li jestendu t-tikkettar obbligatorju fuq il-prodott dwar il-post tal-produzzjoni;

iqis li huwa kruċjali li jiġu kkunsidrati l-istrumenti ta’ informazzjoni u promozzjoni speċifiċi u iktar effettivi minn dawk attwali biex tiġi kkonfrontata l-kriżi b’risposti fi żmien qasir biex tiġi restawrata l-fiduċja tal-konsumatur, u anke biex din il-fiduċja tiġi trasferita lejn il-produtturi;

jirrakkomanda li l-għażla tal-programmi ma tkunx ibbażata kompletament fuq il-livell Ewropew u jitlob li r-reġjuni jiġu involuti fil-proċessi ta’ għażla u li jkunu jistgħu jagħmlu proposti li jikkonċernaw l-għarfien tagħhom ta’ atturi u swieq lokali, b’mod partikolari l-irziezet iż-żgħar;

iqis li fin-negozjati tal-ftehimiet internazzjonali l-Kummissjoni għandha żżomm quddiemha l-interessi tal-produtturi agroalimentari Ewropej;

jemmen li għandha ssir koordinazzjoni aħjar bejn l-azzjonijiet ta’ promozzjoni introdotti direttament mill-Kummissjoni u l-azzjonijiet żviluppati permezz tal-programmi multiannwali mill-produtturi sabiex ikunu iktar effettivi;

jikkunsidra li, bl-eċċezzjoni tat-tabakk u l-ispirti, xi wħud mill-prodotti manifatturati fl-UE għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fl-iskema ta’ promozzjoni, għalkemm jemmen li għandha tingħata prijorità lill-azzjonijiet marbuta ma’ prodotti li jikkontribwixxu għal dieta tajba għas-saħħa u bbilanċjata, bħall-frott u l-ħxejjex, il-ħalib, iż-żejt taż-żebbuġa, eċċ., u lil dawk il-prodotti l-oħra li jinkludu indikazzjoni ta’ kwalità divrenzjata li torbothom mat-territorju Ewropew.

Relatur

Is-Sur Pedro Sanz ALONSO (ES/PPE), President tal-Gvern ta’ La Rioja

Dokument ta’ referenza

Green Paper dwar il-miżuri ta’ promozzjoni u ta’ informazzjoni għall-prodotti agrikoli: strateġija Ewropea b’valur miżjud għoli għall-promozzjoni tal-palat tal-prodotti tal-Ewropa

COM(2011) 436 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

analizza bir-reqqa l-Green Paper dwar il-miżuri ta’ promozzjoni u ta’ informazzjoni għall-prodotti agrikoli: strateġija Ewropea b’valur miżjud għoli għall-promozzjoni tal-palat tal-prodotti tal-Ewropa, u jilqa’ b’sodisfazzjon u japprezza ħafna din l-inizjattiva;

2.

iqis li s-settur agrikolu Ewropew huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-ekonomiji lokali u reġjonali u jikkontribwixxi b’mod importanti għall-ħolqien tal-impjieg u biex in-nies ikunu jistgħu jibqgħu fit-territorju; u jqis ukoll li din il-politika hija kruċjali għall-konsolidazzjoni tal-attività tas-settur;

3.

jaqbel mal-fehma li l-progress li għamlu l-bdiewa tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-qasam sanitarju, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, kif ukoll tal-prodotti li jidħlu fil-qafas tas-sistemi ta’ kwalità Ewropej (IĠP, DPO, STG, prodotti tal-biedja organika) mhux dejjem ikun magħruf u rikonoxxut mis-suq, u dan jista’ jwassal għal ċerta frustrazzjoni fost il-bdiewa;

4.

huwa tal-fehma li l-mudell ta’ produzzjoni Ewropew huwa ferm differenti minn dak tal-pajjiżi kompetituri u għaldaqstant, dan għandu jiġi promoss biex isir magħruf aħjar;

5.

jagħraf li l-UE għandha patrimonju ta’ klassi dinjija f’termini ta’ diversità ta’ prodotti agroalimentari u dan il-fatt għandu jintuża u jiġi reklamat kemm barra kif ukoll ġewwa l-Unjoni Ewropea;

6.

ifakkar li r-reġjuni u l-awtoritajiet reġjonali huma msieħba essenzjali tal-iżvilupp rurali u l-iżvilupp tas-swieq lokali u jagħtu appoġġ sostanzjali għall-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet kollettivi ta’ promozzjoni tal-irziezet żgħar u tas-swieq fil-viċinanza;

7.

bi pjaċir jinnota li l-politika ta’ promozzjoni li ġiet segwita s’issa setgħet tikkontribwixxi għar-restawr tal-fiduċja tal-konsumaturi f’każijiet ta’ kriżi bħal dik tad-diossina u tal-BSE, għad li huwa maħsub li din il-politika trid tiġi appoġġjata bi strumenti ta’ informazzjoni ħafna iktar aġili u effiċjenti fil-ħin sabiex tkun tista’ tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati mill-iktar fis possibbli l-kriżijiet bħall-E.coli u biex b’hekk il-fiduċja tal-konsumaturi tkun tista’ terġa’ tiġi restawrata fl-inqas ħin possibbli;

8.

jagħraf l-ambitu limitat tal-miżuri ta’ promozzjoni li ttieħdu s’issa barra mill-UE, u għalhekk jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra xi tibdil f’dawn il-miżuri, billi jeħtieġ li tinżamm il-pożizzjoni ta’ tmexxija tal-UE fl-esportazzjoni tal-prodotti agroalimentari;

9.

jikkunsidra li, fil-qafas tal-iżvilupp tal-kunċett tal-istrateġija li jmiss, hemm bżonn li din tkun konformi mal-objettivi tal-politika tal-UE dwar il-kwalità kif ukoll mal-objettivi tal-politika dwar il-kwalità tal-Istati Membri individwali, fid-dawl tal-kundizzjonijiet differenti tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni. B’mod partikolari, l-użu tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE għandu jsir aktar effikaċi u aktar b’saħħtu permezz ta’ flessibbiltà konsiderevoli tar-regoli eżistenti u permezz ta’ applikazzjoni u proċeduri aktar stretti;

10.

jindika li, fid-dawl tal-iżvilupp ulterjuri tal-promozzjoni tal-prodotti fl-UE, il-politika tal-UE dwar il-kwalità u r-riforma tal-PAK kif ukoll il-ħtiġijiet legali tal-UE fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni tal-prodotti tal-Istati Membri, il-linji gwida rigward għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-foresterija 2007-2013, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli għandhom jiġu riveduti skont l-għanijiet u l-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija;

11.

jaqbel li l-ftit inċentivi “pajjiżi multipli” u “prodotti multipli” ma kinux attraenti u jitlob lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-kawżi li wasslu għal dan, kif ukoll li tkompli tappoġġja dan it-tip ta’ programmi, speċjalment il-programmi tal-prodotti multipli;

L-għanijiet li għandha tikseb il-politika tal-informazzjoni u tal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u l-kontribut tagħha.

12.

jikkunsidra li l-promozzjoni tal-produzzjoni agrikola u agroalimentari Ewropea, kemm jekk fis-suq intern kif ukoll jekk f’pajjiżi terzi, għandha tappoġġja l-impjiegi fiż-żoni rurali, fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni u l-ipproċessar huma marbuta mill-qrib mat-territorji u li din id-dimensjoni territorjali għandha tibqa’ element fundamentali bil-għan li jkun hemm ippjanar ibbilanċjat tat-territorju Ewropew;

13.

jaqbel li l-politika ta’ promozzjoni u ta’ informazzjoni għall-prodotti agroalimentari għandha tkun ambizzjuża, għandu jkollha approċċ strateġiku divrenzjat skont il-prodott u s-suq indirizzat, u tiżgura l-komplementarjetà bejn l-istrumenti kollha disponibbli attwalment biex tinkiseb sinerġija ikbar u tiżdied l-effikaċja;

14.

jemmen li fil-futur il-possibbiltà ta’ promozzjoni tal-prodotti għandha tmur lil hinn mill-preżentazzjoni ta’ stampa ġenerika tal-Ewropa u għandhom jiġu semplifikati: ir-referenza għal marki kollettivi, inklużi l-marki territorjali, b’mod partikolari dawk appoġġjati mir-reġjuni, u li jissodisfaw speċifikazzjonijiet preċiżi, ir-referenza għall-oriġni ġeografika u għall-mod kif ikun ġie prodott, kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. Min irid jiġbed lill-konsumaturi tas-suq intern u ta’ pajjiżi terzi lejn “togħma” Ewropea għandu jappoġġja wkoll it-trawwim ta’ sens ta’ lealtà lejn ditta;

15.

jisħaq fuq il-bżonn li fost l-għanijiet tal-politika ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni jkun hemm l-għan tar-restawr tal-fiduċja tal-konsumaturi, kemm barra kif ukoll ġewwa l-UE f’każ ta’ kriżijiet alimentari futuri;

16.

ikun sodisfatt kieku jsir sforz ikbar biex il-konsumaturi jiġu infurmati bis-sinifikat taċ-ċertifikati ta’ kwalità;

L-inizjattivi ta’ informazzjoni u promozzjoni li għandhom jinħolqu biex jiġu żviluppati swieq lokali u reġjonali iktar b’saħħithom

17.

jaqbel mal-Kummissjoni li hemm bżonn li jissaħħu s-swieq lokali permezz ta’ politiki li jiġbdu l-attenzjoni kemm għad-diversità tal-produzzjonijiet lokali, bħar-rabta soċjali, kulturali u storika mal-konsumatur tat-territorju u r-reġjun fejn jiġu prodotti, kif ukoll għall-kontribut tagħhom għal riżultat ambjentali aħjar li jirriżulta mil-limitazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2, u anke fil-fażijiet tat-trasport, bħall-ħżin jew l-imballaġġ;

18.

jaqbel li jintużaw is-sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ appoġġ għas-swieq reġjonali u lokali u l-bqija tal-fondi Ewropej, u jekk ikun possibbli permezz tal-inklużjoni tal-miżuri favur dawn is-swieq fil-programmi differenti tal-iżvilupp rurali, bl-użu ta’ approċċ bħal LEADER. F’dan il-kuntest, jinsisti li l-Kummissjoni, fil-programmi kollha tal-iżvilupp rurali tar-reġjuni Ewropej, iddaħħal miżuri li jiffavorixxu l-istrateġiji assoċjati mal-iżvilupp tas-swieq lokali, li jifirxu l-istrateġiji bħas-slow food, li jħeġġu l-konsum ta’ ikel mill-qrib, it-tisjir b’ikel b’distanzi qosra ta’ trasport, eċċ., u li jippromovu rabta ikbar bejn il-bdiewa u l-konsumaturi;

19.

jenfasizza li hu importanti li jiġu appoġġjati u promossi l-prodotti agrikoli fiż-żoni żvantaġġati tal-Unjoni Ewropea bħal pereżempju ż-żoni muntanjużi, ir-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni periferiċi, il-gżejjer, eċċ., sabiex jingħata appoġġ sostenibbli għall-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti ta’ kwalità, filwaqt li titqies fost affarijiet oħrajn l-idea tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-promozzjoni, li kultant ikunu kompletament ta’ żvantaġġ għalihom u li jeħtieġu appoġġ ekonomiku akbar;

20.

iqis li l-promozzjoni tal-mudell alimentari Ewropea mhijiex kompatibbli mal-użu ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li jeħtieġ li l-prodotti li ġejjin minn OĠM jiġu esklużi minn kwalunkwe politika ta’ promozzjoni;

Il-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tal-informazzjoni u l-promozzjoni ta’ prodotti Ewropej u l-għanijiet tas-suq intern

21.

jaqbel li hemm bżonn isir sforz partikolari biex jiġu rikonoxxuti s-sistemi ta’ kwalità Ewropej (DOP, IGP, ETF u l-agrikoltura ekoloġika) mhux biss bejn il-konsumaturi iżda anke fost il-produtturi b’enfasi fuq il-karatteristiċi differenti fir-rigward tal-prodotti l-oħra, u fil-vantaġġi mill-produzzjoni, l-akkwist u l-konsum tagħhom;

22.

jiddispjaċih li l-abbozzi ta’ regolamenti għall-PAK wara l-2013 li ġew ippreżentati mill-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari r-Regolament dwar il-FAEŻR, ma jipprevedu l-ebda strument ta’ promozzjoni tal-prodotti ta’ kwalità (tneħħija tal-eks miżura 33 mill-ewwel assi) għalkemm il-konsultazzjoni dwar il-Green Paper dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli għadha għaddejja. Jitlob li jitfasslu proposti konkreti li jissostitwixxu l-miżuri attwali u li l-abbozzi ta’ regolamenti dwar il-PAK wara l-2013 ikomplu jipprevedu miżuri ta’ promozzjoni u titjib għall-prodotti agrikoli, u li l-iskedi taż-żewġ riformi jkunu koerenti;

23.

huwa favur li tiżdied l-informazzjoni dwar il-benefiċċji għas-saħħa li jġib miegħu l-ikel tajjeb għas-saħħa u bbilanċjat, u jħeġġeġ li jsiru sforzi addizzjonali fil-gruppi tal-popolazzjoni iktar żagħżugħa. Għal dan il-għan, il-kampanji fl-iskejjel dwar tal-ikel tajjeb għas-saħħa għandhom jiżdiedu u jiġu appoġġjati b’enfasi miżjuda fuq li l-prodotti alimentari bnien u prodotti lokalment ikunu disponibbli għall-istudenti;

24.

jappoġġja inizjattivi intiżi li jestendu t-tikkettar obbligatorju fuq il-prodott dwar il-post tal-produzzjoni, u jappoġġja inizjattivi simili tat-tikkettar immirati għas-servizzi tal-ikel;

25.

iqis li huwa kruċjali li jiġu kkunsidrati l-istrumenti ta’ informazzjoni u promozzjoni speċifiċi u iktar effettivi minn dawk attwali biex tiġi kkonfrontata l-kriżi b’risposti fi żmien qasir biex tiġi restawrata l-fiduċja tal-konsumatur, u anke biex din il-fiduċja tiġi trasferita lejn il-produtturi;

L-inizjattivi li għandhom jiġu żviluppati biex jintlaħqu l-għanijiet u biex b’hekk tiġi ottimizzata l-azzjoni mill-Unjoni Ewropea fis-suq intern

26.

iqis li l-azzjoni għall-iżvilupp fl-UE għandha tuża l-għodod kollha disponibbli tal-marketing u l-mezzi ta’ komunikazzjoni u f’kull każ tagħżel l-iktar waħda effettiva skont il-messaġġ li jrid jiġi trasmess u l-pubbliku destinatarju; iqis ukoll li l-aċċess għal dawn l-għodod għall-bdiewa kollha b’mod individwali jew kollettiv huwa essenzjali;

27.

jirrakkomanda li l-għażla tal-programmi ma tkunx ibbażata kompletament fuq il-livell Ewropew. Involviment dirett tal-Istati Membri fl-għażla tal-programmi, skont esperjenza miksuba fil-passat, iwassal għal livell ogħla ta’ aċċettazzjoni u motivazzjoni fost l-applikanti u l-parteċipanti fil-programm. Fl-istess waqt, dan jikkorrispondi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u jwassal biex tiġi kkunsidrata aħjar is-sitwazzjoni tal-post;

28.

f’dan ir-rigward, jitlob li r-reġjuni jiġu involuti fil-proċessi ta’ għażla u li jkunu jistgħu jagħmlu proposti li jikkonċernaw l-għarfien tagħhom ta’ atturi u swieq lokali, b'mod partikolari l-irziezet iż-żgħar. Ir-reġjuni jipprovdu appoġġ deċiżiv, u saħansitra jniedu l-operazzjonijiet kollettivi ta’ promozzjoni tal-bdiewa ż-żgħar jew tal-irziezet iż-żgħar;

29.

jemmen li hemm bżonn li jsiru kampanji ġeneriċi li jirreklamaw il-vantaġġi meta jiġu kkunsmati l-prodotti tal-Unjoni Ewropea minħabba l-kwalità għolja tagħhom, is-sigurtà u r-rispett għall-ambjent u għall-benesseri tal-annimali skont l-istandards ta’ produzzjoni stretti obbligatorji, biex ma nsemmux standards iktar stretti stabbiliti mill-Istati Membri permezz ta’ speċifikazzjonijiet volontarji tal-prodotti. Huwa jirrakkomanda bil-qawwa li fil-każ tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, għandhom jiġu inklużi referenzi għal kwalunkwe rabta li jista’ jkun hemm bejn il-prodott u l-Istat Membru jew ir-reġjun ta’ oriġini tiegħu;

30.

iqis li sabiex tiġi inkorporata dimensjoni Ewropea, kull azzjoni ta’ promozzjoni finanzjata direttament mill-Kummissjoni Ewropea, kemm dawk ġeneriċi bħall-prodotti jew gruppi ta’ prodotti, għandhom jinkludu slogans, messaġġi komuni jew valuri komuni, definiti mill-Kummissjoni;

31.

bi pjaċir jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex toħloq pjattaforma ta’ skambju tal-aħjar prattiki bħala kontribut għat-titjib fit-tfassil u d-definizzjoni tal-objettivi tal-programmi “pajjiżi multipli”;

Il-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tal-informazzjoni u l-promozzjoni tal-prodotti Ewropej u li għandhom ikunu fost l-objettivi fis-suq estern

32.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li s-settur agroalimentari Ewropew qed jagħmel sforz kbir għall-promozzjoni esterna. Iqis li huwa ferm importanti r-rwol istituzzjonali tal-UE biex jiġu ffaċilitati d-dħul u l-konsolidazzjoni fis-swieq esterni permezz ta’ kampanji istituzzjonali, ta’ promozzjoni u ta’ informazzjoni, u jipproponi li meta jitfasslu dawn il-kampanji jitqiesu r-realtajiet differenti fl-Istati Membri u d-differenzi fis-sitwazzjonijiet bejn l-operaturi tas-settur agroalimentari Ewropew;

33.

iqis li fin-negozjati tal-ftehimiet internazzjonali l-Kummissjoni għandha żżomm quddiemha l-interessi tal-produtturi agroalimentari Ewropej u tipprevedi azzjoni ta’ promozzjoni fil-pajjiżi li magħhom tistabbilixxi ftehimiet biex tinkiseb penetrazzjoni profonda u mifruxa biżżejjed fis-swieq tagħhom;

34.

jemmen li l-futur tal-PAK huwa marbut mal-futur tal-politika kummerċjali tal-UE. Għaldaqstant, sabiex tinkiseb promozzjoni effettiva fis-swieq esterni, il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid l-isforzi tagħha biex tassigura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi fil-kuntest tad-WTO u għandha tinsisti fuq il-bżonn li jissaħħaħ il-ħarsien tad-denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO) u tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fil-kuntest tal-Ftehimiet Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA);

35.

wieħed mill-aħjar modi biex jiġu protetti l-prodotti agroalimentari tal-UE huwa li jiġi assigurat li l-ikel kollu li jinbiegħ fl-UE (inklużi l-importazzjonijiet) ikunu soġġetti għal skemi ta’ iġjene u ta’ sigurtà alimentari identiċi jew ekwivalenti;

L-azzjonijiet li jridu jiġu żviluppati biex jinkisbu l-għanijiet u jiġi ottimizzat l-intervent tal-Unjoni Ewropea fis-suq estern

36.

jemmen li għandha ssir koordinazzjoni aħjar bejn l-azzjonijiet ta’ promozzjoni introdotti direttament mill-Kummissjoni u l-azzjonijiet żviluppati permezz tal-programmi multiannwali mill-produtturi sabiex ikunu iktar effettivi;

37.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid u testendi l-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-produtturi tal-Unjoni Ewropea fis-swieq esterni permezz ta’ katalgu ta’ azzjonijiet varjati u flessibbli, li jkunu adattati għas-suq immirati għalih u għat-tip ta’ prodotti li qed jippromovu;

38.

iqis li huwa kruċjali li jiddaħħlu miżuri li jippermettu u jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-kummerċjalizzazzjoni fis-suq estern b’mod partikolari permezz tal-internet. Il-ħolqien ta’ netwerks jista’ jkun strument li jgħinhom. Tista’ tiġi prevista wkoll prijorità ogħla jew intensità ikbar ta’ għajnuna għall-azzjonijiet promossi għal gruppi ta’ SMEs;

Liema għandhom ikunu l-benefiċjarji u min għandu jingħata prijorità fosthom

39.

huwa konxju tad-diffikultà li tinħoloq meta l-atturi privati jieħdu sehem b’mod finanzjarju fil-kampanji ta’ promozzjoni ġeneriċi li jippromovu jew jinfurmaw dwar il-mudell ta’ produzzjoni Ewropew, jew dwar is-sistemi ta’ kwalità. Għaldaqstant, dawn il-kampanji jridu jitwettqu u jiġu ffinanzjati mill-Kummissjoni;

40.

jenfasizza li promozzjoni effettiva m’għandhiex tkun adatta biss għall-organizzazzjonijiet settorjali u interprofessjonali, kif hemm previst fil-leġislazzjoni fis-seħħ, iżda dawn l-istrumenti ta’ promozzjoni għandhom ikunu aċċessibbli b’mod ugwali wkoll għall-korpi tal-Istati Membri u speċjalment għall-operaturi reġjonali kollettivi li jippromovu prodotti alimentari u agrikoli ta’ kwalità;

41.

iqis li hija pożittiva l-esperjenza li qed tintwera fir-rigward tal-promozzjoni tal-inbid f’pajjiżi terzi u għalhekk iqis li dan il-mudell jista’ jiġi applikat għal prodotti oħra. B’hekk l-atturi privati jingħataw l-aċċess għall-promozzjoni esterna, ħaġa meqjusa bħala neċessarja f’setturi li ftit li xejn huma strutturati jew li bħalissa m’għandhomx organizzazzjonijiet rappreżentattivi;

Liema sinerġiji għandhom jiġu kkunsidrati bejn l-għodod differenti għall-promozzjoni u l-informazzjoni li tuża l-UE

42.

iqis li għandha ssir distinzjoni bejn kull wieħed mill-istrumenti ta’ promozzjoni u informazzjoni, billi dawn jikkorrispondu ma’ prodott jew grupp ta’ prodotti partikolari b’realtà speċifika fir-rigward tad-daqs tas-settur, kif ikun strutturat, is-suq destinatarju, eċċ., u li l-miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni speċifiċi għandhom jinżammu, flimkien mas-sistema orizzontali;

43.

jitlob ukoll lill-Kummissjoni li jkun hemm koerenza bejn il-pakkett ta’ miżuri tal-politika dwar il-kwalità u l-politika tal-promozzjoni;

Liema prodotti agrikoli u alimentari għandhom jiġu promossi u l-kriterji li għandhom jintużaw fid-deċiżjoni

44.

jikkunsidra li, bl-eċċezzjoni tat-tabakk u l-ispirti, xi wħud mill-prodotti manifatturati fl-UE għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fl-iskema ta’ promozzjoni, għalkemm jemmen li għandha tingħata prijorità lill-azzjonijiet marbuta ma’ prodotti li jikkontribwixxu għal dieta tajba għas-saħħa u bbilanċjata, bħall-frott u l-ħxejjex, il-ħalib, iż-żejt taż-żebbuġa, eċċ., u lil dawk il-prodotti l-oħra li jinkludu indikazzjoni ta’ kwalità divrenzjata li torbothom mat-territorju Ewropew;

Liema miżuri ta’ promozzjoni għandhom jintużaw biex jinkiseb impatt ikbar

45.

jaqbel mal-Kummissjoni meta tqis bħala ħaġa pożittiva t-taħlita ta’ messaġġi ewlenin, li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni u li għandom jiffurmaw parti minn kull miżura ta’ promozzjoni, li minn naħa, jenfasizzaw sew kemm is-sistema ta’ produzzjoni Ewropea, kif ukoll il-ġid ta’ dieta tajba għas-saħħa u bbilanċjata, u min-naħa l-oħra, messaġġi speċifiċi għat-tip ta’ prodott, sabiex isir magħruf il-wirt agroalimentari Ewropew, id-diversità tiegħu, it-tradizzjoni tiegħu u l-kwalità tiegħu;

46.

iqis li l-proċessi għandhom ikunu aktar flessibbli f’diversi aspetti, partikolarment biex tkun possibbli reazzjoni għall-iżviluppi fil-perjodu qasir fis-swieq ikkonċernati. Dan jista’ jsir pereżempju billi jiġu aġġustati fil-ħin il-linji gwida, billi jkun hemm aktar possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni mingħajr kuntratti addizzjonali biex il-programmi jiġu aġġustati aħjar skont l-iżviluppi tas-suq, billi jkun hemm bżonn ta’ anqas dettalji fil-programmi kif ukoll billi jitħaffef il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kummissjoni;

47.

iqis li, sakemm ikun possibbli, għandha tiġi enfasizzata r-referenza għall-oriġini tal-prodott mingħajr ma tintilef ir-referenza għall-Unjoni Ewropea;

48.

b’mod partikolari, jemmen li għandhom jintużaw il-marki kollettivi, inklużi l-marki territorjali, b’mod partikolari dawk appoġġjati mir-reġjuni, u li jissodisfaw speċifikazzjonijiet preċiżi. Jista’ jkun utli wkoll li, fil-futur, il-possibbiltajiet ta’ promozzjoni tal-prodotti għandhom imorru lil hinn mill-preżentazzjoni ta’ stampa ġenerika tal-Ewropa u li r-referenza għall-marki u l-manifatturi għandha tiġi ffaċilitata, u b’mod partikolari għall-SMEs, bil-kundizzjoni li:

din ir-referenza tkun inkluża fil-promozzjoni tal-marka kollettiva jew tkun marbuta ma’ din il-promozzjoni; u

li l-marki privati assoċjati mal-operazzjoni ma jkunux jistgħu jibbenefikaw direttament minn fondi Ewropej;

49.

iqis li l-organizzazzjonijiet professjonali fil-livell Ewropew jistgħu u għandhom jiżviluppaw rwol importanti biex jistimolaw il-programmi “pajjiżi multipli”, iżda biex dan isir jeħtieġ li l-proċeduri u l-istrutturi għall-ġestjoni tiegħu jsiru iktar flessibbli;

Il-baġit Ewropew meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħna

50.

jaqbel li l-programmi jkomplu jiġu kofinanzjati, u li f’ċerti każijiet jaqbżu l-limitu attwali ta’ 50 %, l-iktar f’azzjonijiet ta’ promozzjoni esterna. Fir-rigward tal-baġit meħtieġ, il-Kumitat jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tanalizza r-riżorsi li jużaw il-pajjiżi kompetituri tal-UE, bħall-Istati Uniti, u fuq il-bażi ta’ dan tipproponi stima tal-baġit meħtieġ.

Brussell, 14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/13


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma sal-2020”

2012/C 54/03

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI:

jenfasizza l-ħtieġa biex il-gvernijiet nazzjonali jinvolvu b’mod sħiħ l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-politiki nazzjonali ta’ integrazzjoni tar-Roma, fid-dawl tal-fatt li l-integrazzjoni soċjali u ekonomika sseħħ primarjament fil-livell lokali; dan jimplika wkoll li l-gvernijiet nazzjonali għandhom bżonn iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-fondi neċessarji sabiex jimplimentaw politiki għall-integrazzjoni tar-Roma;

jappella biex il-gvernijiet nazzjonali jappoġġjaw l-isforzi li qed jagħmlu l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jintegraw ir-Roma billi jistabbilixxu politiki u leġislazzjoni nazzjonali koerenti f’kooperazzjoni mal-livelli lokali u reġjonali tagħhom fi ħdan qafas Ewropew ċar, fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-livelli differenti ta’ politika jiġu kkoordinati;

jenfasizza li l-iżvantaġġi li tiffaċċja l-popolazzjoni tar-Roma bħad-diskriminazzjoni, il-faqar, l-edukazzjoni mhux adegwata, l-ostakoli fis-suq tax-xogħol, id-djar segregati u l-aċċess ristrett għas-servizz tas-saħħa u dak soċjali jeħtieġ li jiġu indirizzati f’kull livell madwar l-Ewropa kollha; madankollu, itenni li l-terminu “Roma” huwa terminu wiesa’ ħafna li taħtu jaqgħu wkoll gruppi oħra tal-popolazzjoni b’karatteristiċi kulturali simili u bi storja ta’ marġinalità u esklużjoni fis-soċjetà Ewropea (Sinti, Żingari, Travellers, Kalè, Camminanti, Ashkali, eċċ), li ma jistgħux jiġu assimilati f’realtà soċjokulturali unika;

jemmen li sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi hija ta’ importanza strateġika li titqies id-dimensjoni tas-sess u li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni multipla li jbatu minnha n-nisa Roma, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-komunità tagħhom. Hemm bżonn li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa u li huma jassumu responsabbiltajiet soċjali, jingħataw l-opportunitajiet għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg. Dawn il-passi għandu jkollhom riperkussjonijiet pożittivi għall-familji inġenerali u għas-saħħa u l-edukazzjoni tat-tfal.

Relatur

Is-Sur Alvaro ANCISI (IT/PPE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Ravenna

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020

COM(2011) 173 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020” u jiddikjara li huwa pass importanti lejn koordinazzjoni aħjar tal-istrateġiji għall-integrazzjoni tar-Roma madwar l-Ewropa;

2.

jaqbel mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2011, fejn il-Kummissjoni ġiet mistiedna tkompli x-xogħol tat-Task Force tar-Roma, sabiex l-inklużjoni tar-Roma titħaddan bħala prijorità fil-politiki tal-UE u jiġi valutat ir-rwol tal-fondi tal-UE fi sforzi biex titmexxa ’l quddiem l-inklużjoni tar-Roma fl-UE kif ukoll fil-kuntest tal-politika tat-tkabbir;

3.

jilqa’ b’sodisfazzjon u jieħu nota tar-rapport tal-Parlament Ewropew dwar “l-Istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma”, adottata fid-9 ta’ Marzu 2011 (1), li talbet lill-Kummissjoni tadotta oqsma ta’ prijorità għall-istrateġija u tippreżenta pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ standards minimi vinkolanti fil-livell tal-UE għall-oqsma prijoritarji tal-edukazzjoni, l-impjieg, id-djar u l-kura tas-saħħa;

4.

itenni l-offerta tiegħu biex jaħdem mal-Kummissjoni, mal-korpi Ewropej u mal-Istati Membri sabiex tiġi promossa l-koerenza u l-konsistenza, kif ukoll l-iżvilupp ta’ standards ta’ kejl komuni, bil-għan li jiġi miġġieled kull tip ta’ segregazzjoni u diskriminazzjoni fir-rigward tar-Roma u li tiġi promossa l-inklużjoni tagħhom (2);

5.

jenfasizza li l-iżvantaġġi li tiffaċċja l-popolazzjoni tar-Roma bħad-diskriminazzjoni, il-faqar, l-edukazzjoni mhux adegwata, l-ostakoli fis-suq tax-xogħol, id-djar segregati u l-aċċess ristrett għas-servizz tas-saħħa u dak soċjali jeħtieġ li jiġu indirizzati f’kull livell madwar l-Ewropa kollha; madankollu, itenni li l-terminu “Roma” huwa terminu wiesa’ ħafna li taħtu jaqgħu wkoll gruppi oħra tal-popolazzjoni b’karatteristiċi kulturali simili u bi storja ta’ marġinalità u esklużjoni fis-soċjetà Ewropea (Sinti, Żingari, Travellers, Kalè, Camminanti, Ashkali, eċċ), li ma jistgħux jiġu assimilati f’realtà soċjokulturali unika;

6.

jenfasizza l-ħtieġa biex il-gvernijiet nazzjonali jinvolvu b’mod sħiħ l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-politiki nazzjonali ta’ integrazzjoni tar-Roma, fid-dawl tal-fatt li l-integrazzjoni soċjali u ekonomika sseħħ primarjament fil-livell lokali; dan jimplika wkoll li l-gvernijiet nazzjonali għandhom bżonn iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-fondi neċessarji sabiex jimplimentaw politiki għall-integrazzjoni tar-Roma;

7.

jappella biex il-gvernijiet nazzjonali jappoġġjaw l-isforzi li qed jagħmlu l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jintegraw ir-Roma billi jistabbilixxu politiki u leġislazzjoni nazzjonali koerenti f’kooperazzjoni mal-livelli lokali u reġjonali tagħhom fi ħdan qafas Ewropew ċar, fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-livelli differenti ta’ politika jiġu kkoordinati;

8.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li approċċ li huwa mmirat b’mod ċar lejn ir-Roma u l-ħtiġijiet speċifiċi ħafna tagħhom, filwaqt li jkollu pedamenti sodi fi ħdan l-istrateġija usa’ tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni, mhuwiex biss kompatibbli mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, iżda huwa, fil-fatt, l-uniku mod kif tista’ tiġi indirizzata din il-problema speċifika;

9.

jilqa’ b’sodisfazzjoni l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ħtieġa għal politiki li jqisu fatturi territorjali speċifiċi u l-identifikar ta’ mikroreġjuni żvantaġġati li jeħtieġu miżuri speċifiċi;

10.

jaqbel mal-Kummissjoni li, sabiex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali tal-popolazzjoni tar-Roma u titjieb is-sitwazzjoni tagħhom, la hija biżżejjed il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew dik soċjali, l-appartenenza għal minoranza (kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u lanqas il-miżuri soċjoekonomiċi waħedhom;

11.

jaqbel li l-ħtieġa biex jiġu miġġielda l-preġudizzji, ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni (kemm diretta kif ukoll indiretta, b’attenzjoni speċjali għad-diskriminazzjoni multipla) u s-segregazzjoni trid tiġi enfasizzata l-ħin kollu, kif ukoll il-bżonn li tinbidel l-attitudini min-naħa tal-popolazzjoni ġenerali;

12.

jilqa’ l-għan tal-Kummissjoni li jiġu promossi l-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma billi jitwaqqfu objettivi li jkunu jistgħu jintlaħqu, jitkejlu u jitqabblu bejniethom, u jiġu pprovduti perijodi ta’ żmien u strumenti, jingħataw opportunitajiet għal għajnuna teknika sabiex titjieb il-ġestjoni tagħhom, kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, u l-ipprogrammar tal-fondi tal-UE sabiex jissupplimentaw u jappoġġjaw l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri;

13.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex isir pjan dettaljat tal-istrumenti prattiċi kollha meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-qafas tal-UE, bħall-azzjoni konġunta fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa biex jiġu mħarrġa 1 000 medjatur Rom tul sentejn sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni edukattiva tat-tfal tar-Roma u jissaħħu r-rabtiet fi ħdan il-komunità tar-Roma;

L-erba’ objettivi prijoritarji għall-integrazzjoni tar-Roma: aċċess għall-edukazzjoni, l-impjieg, il-kura tas-saħħa u d-djar

14.

jaħseb li f’ħafna Stati Membri l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom biżżejjed setgħat fl-erba’ oqsma prijoritarji sabiex iwettqu l-azzjonijiet identifikati mill-Kummissjoni bħala ta’ importanza strateġika fil-ġlieda kontra s-segregazzjoni u l-esklużjoni soċjali u ekonomika tal-popolazzjoni tar-Roma, u jemmen li l-koeżjoni soċjali tinbena fil-livell lokali;

15.

fir-rigward tal-erba’ objettivi prijoritarji, jaħseb li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu indikaturi prattiċi, li jistgħu jitkejlu u jitqabblu bejniethom bil-għan li titwaqqaf sistema ta’ monitoraġġ b’saħħitha li tkun tista’ tkejjel il-progress li sar fl-integrazzjoni tal-popolazzjoni tar-Roma u biex jingħelbu l-iżvantaġġi tagħhom;

16.

jaqbel mal-objettivi fir-rigward ta’:

—   L-aċċess għall-edukazzjoni: sabiex jiġi żgurat li t-tfal Roma kollha, ma jimpurtax jekk humiex sedentarji jew le, ilestu l-edukazzjoni primarja tagħhom b’aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità ħielsa mid-diskriminazzjoni jew segregazzjoni; sabiex jitjieb l-aċċess għal edukazzjoni tat-tfulija bikrija u għal kura ta’ kwalità għolja li jassiguraw trattament indaqs u l-konformità mal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs, u jitnaqqas l-għadd ta’ dawk li jieqfu mill-iskola sekondarja qabel iż-żmien u b’mod ġenerali tiġi promossa t-tneħħija tal-illitteriżmu fost il-popolazzjoni tar-Roma;

—   L-aċċess għall-impjieg: sabiex titnaqqas id-differenza fl-impjieg bejn ir-Roma u l-bqija tal-popolazzjoni, jiġi ggarantit aċċess sħiħ b’mod mhux diskrimantorju għat-taħriġ vokazzjonali, is-suq tax-xgħol u l-impjieg awtonomu, billi jitħeġġeġ l-użu tal-mikrokreditu u strateġiji ta’ medjazzjoni mogħtija minn servizzi tal-impjieg pubbliku;

—   L-aċċess għall-kura tas-saħħa: sabiex jiġi provdut aċċess normalizzat għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja b’mod speċjali għan-nies u t-tfal, kif ukoll kura preventiva u aċċess garantit għas-servizzi soċjali għar-Roma fuq livell simili għal dak tal-bqija tal-popolazzjoni, u li r-Roma jiġu involuti b’mod attiv fil-programmi tas-saħħa mfassla għalihom; sabiex jiġi mmirat ukoll it-tnaqqis tad-distakk bejn il-medja tal-komunità tar-Roma u dik Ewropea fl-indikaturi speċifiċi tas-saħħa;

—   L-aċċess għad-djar u għal servizzi essenzjali: sabiex jiġi promoss aċċess mhux diskriminatorju għad-djar, inkluż id-djar soċjali, u għal servizzi essenzjali bħall-ilma, l-elettriku u l-gass, kif ukoll li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet partikolari tar-Roma li mhumiex sedentarji;

17.

jemmen li sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi hija ta’ importanza strateġika li titqies id-dimensjoni tas-sess u li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni multipla li jbatu minnha n-nisa Roma, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-komunità tagħhom. Hemm bżonn li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa u li huma jassumu responsabbiltajiet soċjali, jingħataw l-opportunitajiet għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg. Dawn il-passi għandu jkollhom riperkussjonijiet pożittivi għall-familji inġenerali u għas-saħħa u l-edukazzjoni tat-tfal;

18.

jinsab konvint li mhuwiex biss in-nuqqas ta’ opportunitajiet ekonomiċi u ta’ impjieg, iżda wkoll l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-servizzi li jinfluwenzaw il-mobilità tal-popolazzjoni tar-Roma fl-Ewropa. Konsegwentement, l-istrateġiji u l-fondi Ewropej huma meħtieġa biex jindirizzaw din il-mobilità u biex titrawwem kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-oriġini u r-reġjuni ospitanti;

Monitoraġġ tas-sussidjarjetà u proporzjonalità

19.

jevalwa l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità b’dan il-mod, kif definiti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi l-karattru transnazzjonali tal-komunità tar-Roma fl-Ewropa, u l-aspetti maqsuma tal-esklużjoni soċjali li din il-komunità tiffaċċja f’reġjuni differenti tal-Ewropa, huma tali li l-miżuri proposti jistgħu jiġu implimentati l-aħjar fil-livell tal-UE;

il-miżuri adottati ma jintroduċux strumenti legali ġodda minħabba li, minn naħa, jaqgħu fl-ambitu tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, u, min-naħa l-oħra, ħafna minnhom huma msejsa fuq oqfsa leġislattivi li diġà jeżistu, element kompatibbli mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

20.

jieħu nota tar-Rapport dwar il-konsultazzjoni tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà, u japprezza l-kontribut tiegħu:

peress li s-suġġett tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huwa fost dawk li huma sensittivi mil-lat tas-sussidjarjetà, in-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà tal-KtR ta bidu għal konsultazzjoni mal-imsieħba tan-netwerk, li ġiet konkluża fil-5 ta’ Awwissu 2011. Fil-konklużjoni tiegħu, ir-rapport jikkonkludi li l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni hija neċessarja peress li din tagħti valur miżjud, u b’hekk tikkonforma tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

jispeċifika li l-komunità tar-Roma għandha żżomm l-identità tagħha;

jenfasizza wkoll li l-politiki nazzjonali u reġjonali mhumiex effettivi fl-indirizzar tal-esklużjoni u l-faqar filwaqt li l-inizjattivi purament nazzjonali huma nieqsa mill-koerenza, u għalhekk iqisu l-qafas li ħolqu dawn l-inizjattivi bħala wieħed frammentat;

b’mod partikolari, il-kontribuzzjonijiet tal-parteċipanti jindikaw li l-integrazzjoni tar-Roma hija meqjusa bħala kwistjoni ta’ natura transnazzjonali li għandha tiġi indirizzata b’mod koordinat, u li l-integrazzjoni tagħhom tista’ taffettwa bosta Stati Membri fl-istess ħin;

L-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam tista’ ġġib magħha firxa ta’ effetti pożittivi, bħat-titjib tal-koerenza u l-effettività tal-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri jew l-introduzzjoni ta’ approċċ komprensiv u integrat. L-azzjoni tal-UE hija perċeputa wkoll li tista’ ttejjeb il-qsim tal-informazzjoni u l-kuntatti u li tista’ tikkofinanzja proġetti fil-qasam tal-integrazzjoni. L-azzjoni tal-UE tista’ tkun effettiva ħafna biex tqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li titjieb is-sitwazzjoni tar-Roma.

il-konsultazzjoni tenfasizza wkoll li l-Istati Membri, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom ikunu kapaċi jiżviluppaw strateġiji adatti li jqisu ċ-ċirkostanzai lokali u jirriflettu d-daqs u n-natura tal-popolazzjoni tar-Roma. Għaldaqstant, jenfasizza li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-ippjanar ta’ dawn il-miżuri huma essenzjali għas-suċċess tagħhom;

21.

fir-rigward tal-istrumenti ta’ koordinazzjoni li diġà jeżistu, inkluż il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, jaħseb li hija meħtieġa valutazzjoni tal-mod l-iżjed effettiv li permezz tiegħu l-Istati Membri jiġu provduti bl-għodod għal kooperazzjoni iżjed strutturata, u b’mod speċifiku sabiex jiġu inkorporati b’mod sistematiku kwistjonijiet relatati mar-Roma fil-politiki Ewropej u nazzjonali u biex jiġu introdotti standards obbligatorji minimi għall-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali, ekonomika u kulturali tal-minoranza Roma;

22.

jaħseb ukoll li hemm bżonn urġenti għal governanza fuq diversi livelli iktar b’saħħitha li tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex dawn ma jitqisux biss bħala aġenti implimentattivi, iżda jingħataw l-għodod u r-riżorsi finanzjarji biex jindirizzaw l-isfidi tal-integrazzjoni tar-Roma;

Rakkomandazzjonijiet finali

23.

jirrakkomanda li l-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma jew jirrivedu dawk li diġà jeżistu, skont l-iskeda tal-Kummissjoni, u jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta’ implimentazzjoni, u jiggwadanjaw kemm jistgħu mill-aqwa prattiki. Jaħseb li mingħajr l-involviment mill-qrib ta’ dawn l-awtoritajiet, mhux ħa jkun possibbli li jintlaħqu l-objettivi tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji għall-Integrazzjoni tar-Roma sal-2020;

24.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jfasslu, jimplimentaw u jimmonitorjaw l-istrateġiji għall-integrazzjoni tar-Roma tagħhom stess, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili tar-Roma, u jintroduċu mezzi għar-rappreżentazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni fit-tfassil, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proġetti li jikkonċernawhom;

25.

jirrakkomanda li l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jistabbilixxu sistemi ta’ monitoraġġ effettivi, sabiex jevalwaw l-impatt tal-metodi għall-integrazzjoni tar-Roma, sabiex dawn jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet u l-gruppi ta’ interess kollha rilevanti;

26.

jirrakkomanda li jiġu implimentati mingħajr dewmien id-deċiżjonijiet li ttieħdu matul is-Summit tas-Sindki dwar ir-Roma fi Strasburgu fit-22 ta’ Settembru 2011;

27.

jirrakkomanda li l-Istati Membri jippreparaw strateġiji biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-integrazzjoni tal-popolazzjoni tar-Roma mhux biss mil-lat ta’ grupp soċjalment u ekonomikament żvantaġġjat, iżda wkoll minn dak ta’ minoranza nazzjonali bi drittijiet taħt il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali (ETS Nru 157), kif rakkomandat mill-Kunsill tal-Ewropa;

28.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tassigura r-riżorsi finanzjarji u oħrajn neċessarji għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ azzjoni u l-inizjattivi varji;

29.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu inizjattivi biex jixħtu dawl fuq il-kultura u l-identità tar-Roma, għaliex inizjattivi bħal dawn huma kruċjali biex jiġu miġġielda l-isterjotipi, il-ksenofobija u r-razziżmu, u biex tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika mingħajr ma mmorru għall-estrem l-ieħor ta’ assimilazzjoni kulturali;

30.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw strateġiji bil-għan li jiġġieldu l-preġudizzji kontra r-Roma, ir-razziżmu u d-diskriminazjzoni, filwaqt li jibqgħu konxji li miżuri soċjoekonomiċi waħedhom, mingħajr tibdil reali fl-attitudini min-naħa tal-popolazzjoni ġenerali, mhumiex biżżejjed biex tiġi promossa l-integrazzjoni tal-popolazzjoni tar-Roma;

31.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw miżuri prattiċi u speċifiċi biex jegħlbu l-iżvantaġġi u jiggarantixxu lill-popolazzjoni tar-Roma aċċess indaqs għall-edukazzjoni, l-impjieg, is-saħħa u s-servizzi soċjali, id-djar, u s-servizzi essenzjali, billi, barra minn affarijiet oħra, jissaħħu r-rabtiet mal-popolazzjoni tar-Roma permezz ta’ medjaturi kulturali tar-Roma;

32.

jirrakkomanda li lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jippromovu implimentazzjoni tal-istrateġija tal-integrazzjoni tar-Roma li tkun koerenti mal-istrateġiji tal-UE dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u li jiġu evitati l-emarġinazzjoni u l-esklużjoni tat-tfal Roma minn età bikrija, billi jingħataw il-garanzija tas-servizzi tat-tagħlim, l-assistenza u l-kura għat-tfal iżgħar minn tliet snin, biex b’hekk jiġu assigurati l-integrazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tagħhom. Fid-dawl tal-aspetti interġenerazzjonali tal-esklużjoni soċjali u ekonomika, it-tnaqqis tal-faqar u s-segregazzjoni tat-tfal inaqqsu ħafna r-riskju tal-esklużjoni u d-diskriminazzjoni soċjali, ekonomika u fl-impjiegi fil-futur;

33.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jagħqdu flimkien l-aqwa prattiki tagħhom fil-qasam tal-integrazzjoini tar-Roma, peress li huma konxji li netwerks bħal Eurocities, u l-korpi internazzjonali u l-partijiet l-oħra interessati, governattivi u mhux, attivi fl-erba’ setturi ta’ prijorità identifikati, jistgħu jgħinu fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għall-integrazzjoni tar-Roma billi jadotta perspettiva lokali u jinvolvi bliet mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa;

34.

jirrakkomanda li l-Istati Membri jwieġbu għas-sejħa tal-Kummissjoni biex jużaw il-fondi tal-UE pprogrammati biex jappoġġjaw l-isforzi fil-qasam tal-inklużjoni tar-Roma, inklużi l-Fondi Soċjali, il-Fond Agrikolu Ewropew u l-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress, li jinvolvu mhux biss l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili tar-Roma, iżda wkoll il-parteċipazzjoni konsultattiva tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, reliġjużi u NGOs fl-użu tal-assistenza teknika tal-UE sabiex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom fil-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proġetti.

Brussell, 14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  INI/2010/2276.

(2)  Opinjoni tal-KtR: “L-integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-Roma fl-Ewropa”


23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/18


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-Reviżjoni tal-politika Ewropea tal-viċinat”

2012/C 54/04

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iqis li l-parteċipazzjoni msaħħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika tal-viċinat tista' żżid is-sensibilizzazzjoni, l-involviment u l-appoġġ tal-pubbliku fir-rigward tal-politika, u tikkontrobatti l-impressjoni li hija r-responsabbiltà esklużiva tal-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet fi Brussell li jiggvernaw il-kontinent tagħna. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu wkoll biex jingħelbu t-tendenzi perikolużi tal-iżolazzjoniżmu jew ir-rinazzjonalizzazzjoni, li jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà tal-pajjiżi u r-reġjuni kemm fi ħdan l-UE kif ukoll lil hinn minnha;

jagħti importanza kbira lill-ħidma u l-opportunitajiet offruti mill-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-dibattitu politiku Ewro-Mediterranju, u tagħti dimensjoni territorjali lill-proġetti magħżula mis-Segretarjat Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM). Tiżgura wkoll l-iskambju tal-aqwa prattiki u tikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-PEV;

jappoġġja bl-istess mod il-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) bħala n-netwerk ta’ kooperazzjoni multilaterali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-UE u tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, liema netwerk għandu l-għan li jinvolvi iżjed lil dawn l-awtoritajiet fl-implimentazzjoni tal-PEV. Beħsiebu wkoll jaħdem mal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-imsieħba tal-Lvant sabiex jiġi stabbilit qafas istituzzjonali permanenti ta’ kooperazzjoni;

jirrakkomanda li l-politika tal-viċinat tiġi intensifikata fiż-żona kollha tal-Baħar l-Iswed. L-importanza ġeopolitika kontinwa ta’ dan ir-reġjun għall-UE għandha tiġi enfasizzata, l-istess kif għandha tiġi enfasizzata l-importanza tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Il-pajjiżi tal-UE li jaqsmu fruntiera ma’ din iż-żona għandhom jirċievu appoġġ konsiderevoli mill-UE għall-attivitajiet tagħhom tal-politika tal-viċinat.

Relatur

Is-Sur PROTAS (PL/PPE), Marixxall tar-reġjun ta’ Warmińsko-Mazurskie

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Risposti ġodda għal viċinat fi trasformazzjoni

COM(2011) 303 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Daħla

1.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni u l-għan globali tagħha li jenfasizza bil-qawwa l-importanza li jiġu appoġġjati l-isforzi favur demokrazija profonda u riforma politika fil-pajjiżi msieħba. Ma hemm l-ebda dubju li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni għandhom rwol x'jaqdu bħala korpi demokratiċi u politiċi u huma ċentrali għall-bini tad-demokrazija. Għalhekk, huma lesti jikkontribwixxu bil-ħerqa għal dawn l-isforzi marbuta mal-politika tal-viċinat;

2.

bi pjaċir jilqa' l-iżvilupp li sar s'issa tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), li dejjem qed issir iktar diversa u dejjem qed tadatta iżjed għal bżonnijiet u sitwazzjonijiet speċifiċi. Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa' l-fatt li l-proġett oriġinali tal-2004 ta’ “daqs wieħed għal kulħadd” ġie żviluppat fi strumenti dejjem iktar speċjalizzati u “adattati”;

3.

jilqa' l-ispeċjalizzazzjoni li qed tiġi żviluppata tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fis-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) u l-ħolqien tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed;

4.

iqis li l-PEV għandha tiġi speċjalizzata aktar u li l-politika tal-viċinat għandha ssir element ġenwin ta’ politika esterna Ewropea ambizzjuża u koerenti u strument dejjem iktar speċjalizzat ta’ din il-politika;

5.

jenfasizza li l-politika tal-viċinat li ġiet segwita fir-reġjuni u mir-reġjuni tista' tkun strument effettiv għall-promozzjoni tal-valuri li fuqhom issejset l-Unjoni Ewropea – ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi;

6.

jirrakkomanda li l-politika tal-viċinat għandha tistieden lir-reġjuni kollha tal-UE jkunu involuti b'mod li jsir użu mill-għarfien u l-esperjenza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni;

7.

iqis li huwa importanti b'mod partikolari li l-pubbliku jiġu sensibilizzat dwar il-politika tal-viċinat fir-reġjuni;

8.

jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati kemm il-livell tal-gvern kif ukoll il-livell taċ-ċittadini fil-Politika Ewropea tal-Viċinat. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkun partikolarment importanti biex jinbnew kooperazzjonijiet immirati u responsabbli mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili iżda bħala awtoritajiet pubbliċi, dawn għandhom jaqdu wkoll il-parti tagħhom biex jibnu l-kuntatti fil-livell amministrattiv/uffiċjali;

9.

iqis li l-parteċipazzjoni msaħħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika tal-viċinat tista' żżid is-sensibilizzazzjoni, l-involviment u l-appoġġ tal-pubbliku fir-rigward tal-politika, u tikkontrobatti l-impressjoni li hija r-responsabbiltà esklużiva tal-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet fi Brussell li jiggvernaw il-kontinent tagħna. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu wkoll biex jingħelbu t-tendenzi perikolużi tal-iżolazzjoniżmu jew ir-rinazzjonalizzazzjoni, li jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà tal-pajjiżi u r-reġjuni kemm fi ħdan l-UE kif ukoll lil hinn minnha;

10.

jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni li mhumiex ġirien fl-UE u r-reġjuni li mhumiex fl-UE;

11.

jirrakkomanda li jiġi appoġġat mhux biss it-tkabbir ekonomiku fih innifsu, iżda wkoll l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi ġirien, b'attenzjoni partikolari għat-tnaqqis tad-differenzi reġjonali u soċjali;

12.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni li tħeġġeġ u tappoġġja s-sħubijiet. Il-kooperazzjoni fit-tul bejn il-partijiet interessati kollha fi ħdan is-soċjetà tippromovi l-pluraliżmu u l-parteċipazzjoni f'għadd ta’ livelli, li jtejjeb il-prerekwiżiti għal żvilupp ekonomiku, soċjali u demokratiku sostenibbli;

13.

iqis li l-ħidma u l-metodi tar-reġjuni jistgħu jagħmlu kontribut partikolarment utli għall-Politika Ewropea tal-Viċinat, filwaqt li jappoġġjaw l-istrumenti tal-PEV bħal TAIEX, SIGMA, il-ġemellaġġ tar-reġjuni u tal-bliet u l-Pjani ta’ Azzjoni tal-PEV;

14.

japprova s-suġġeriment tal-Kummissjoni li jistgħu jinħolqu sħubijiet reġjonali effettivi f'oqsma ta’ kooperazzjoni bħall-iżvilupp tal-SMEs, l-ambjent, l-edukazzjoni, l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, il-kultura, it-trasport, ir-riċerka, l-iżvilupp rurali u l-impjieg. L-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE għandhom ħafna esperjenza u għarfien prattiku f'dawn l-oqsma u jilqgħu l-opportunità li jkunu involuti fis-sħubijiet;

15.

jappoġġja l-argumenti prinċipali li tressqu fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Politika Ewropea tal-Viċinat b'Saħħitha u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza u r-rilevanza tagħha;

16.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jiġi żgurat li l-pajjiżi msieħba jagħmlu użu effettiv tar-riżorsi disponibbli u jissuġġerixxi li l-enfasi tkun fuq il-kooperazzjoni prattika li tagħti riżultati konkreti;

17.

jenfasizza li l-baġit tal-UE għall-2014-2020 għandu jiżgura fondi adatti għall-implimentazzjoni tal-PEV;

18.

jilqa' b'sodisfazzjon ix-xewqa tal-Kummissjoni li tissemplifika u tikkoordina aħjar għadd ta’ strumenti finanzjarji u jenfasizza l-impatt potenzjali u l-benefiċċju li dan iġib miegħu;

Id-divrenzjar tal-politika tal-viċinat, il-metodi tagħha u r-rwol tar-reġjuni

19.

jinsab konvint li d-divrenzjar meħtieġ tal-politika tal-viċinat m'għandux ikun ta’ natura purament formali, b'diviżjoni ġeografika bejn id-dimensjonijiet tan-naħa t'isfel u n-naħa tal-Lvant;

20.

jirrakkomanda li l-politika tal-viċinat tiġi divrenzjata skont kemm qed tiffunzjona d-demokrazija (jiġifieri l-proċessi demokratiċi), ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u taċ-ċittadini, l-istat tad-dritt, kif ukoll il-progress tal-proċess ta’ trasformazzjoni sistemika/ekonomika (b'enfasi speċjali fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipji tas-suq ħieles) f'pajjiżi individwali. Il-politika tal-viċinat iktar ma tkun immirata tajjeb, iktar tkun effettiva;

21.

iqis li tkun ħaġa xierqa li jinħolqu strumenti politiċi li jagħmluha possibbli li l-azzjoni ċivika, nazzjonali jew tal-gvern reġjonali u lokali tiġi trattata b'mod divrenzjat skont is-sitwazzjonijiet u l-opportunitajiet individwali. L-azzjoni f'dawn l-oqsma differenti għandha tiġi koordinata iżda m'hemmx għalfejn, u sikwit lanqas għandha, issir b'mod parallel;

22.

iqis li, fil-kuntest tal-politika tal-viċinat fil-livell ta’ gvern, il-prinċipju ta’ “iżjed għal iżjed” (more for more) huwa ċar u ġustifikat;

23.

madankollu, iqis li fil-livell tas-soċjetà, il-prinċipju ta’ “iżjed għal iżjed” huwa inqas ċar u wisq formali; l-applikazzjoni tiegħu tista' tkun saħansitra kontroproduttiva u timpedixxi l-kuntatti minn isfel għal fuq li jkunu diġà stabbiliti. Biex il-kuntatti soċjali jkunu effettivi, irid ikun hemm il-kontinwità u jridu jkunu kemm jista' jkun informali;

24.

iqis li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jistax jissostitwixxi l-parteċipazzjoni tal-gruppi soċjali u t-tielet settur;

25.

jenfasizza li l-parteċipazzjoni tat-tielet settur għandha tiġi rikonoxxuta bħala element importanti tal-politika tal-viċinat li teħtieġ strumenti speċjalizzati;

26.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta’ kuntatti kummerċjali iktar mill-qrib u jqis li integrazzjoni ekonomika iktar stretta tista' sservi bħala katalista għat-tibdil soċjali u politiku. Huwa jħeġġeġ ukoll lill-pajjiżi tal-PEV biex jistabbilixxu żoni ta’ kummerċ ħieles;

27.

jagħti importanza kbira lill-ħidma u l-opportunitajiet offruti mill-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-dibattitu politiku Ewro-Mediterranju, u tagħti dimensjoni territorjali lill-proġetti magħżula mis-Segretarjat Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM). Tiżgura wkoll l-iskambju tal-aqwa prattiki u tikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-PEV;

28.

jappoġġja bl-istess mod il-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) bħala n-netwerk ta’ kooperazzjoni multilaterali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-UE u tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, liema netwerk għandu l-għan li jinvolvi iżjed lil dawn l-awtoritajiet fl-implimentazzjoni tal-PEV. Beħsiebu wkoll jaħdem mal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-imsieħba tal-Lvant sabiex jiġi stabbilit qafas istituzzjonali permanenti ta’ kooperazzjoni;

29.

iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea, lill-Unjoni għall-Mediterran, lill-gvernijiet nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati internazzjonali biex ikomplu jaħdmu mal-ARLEM, li tgħaqqad lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex tiġi assigurata azzjoni aktar ikkoordinata u effettiva madwar il-Mediterran;

30.

jirrakkomanda li l-kuntatti soċjali jkunu ta’ natura diretta u bejn in-nies. L-iktar ħaġa importanti hija l-impenn personali tal-parteċipanti u mhux sempliċiment l-involviment fi rwoli u azzjoni istituzzjonali;

31.

iqis li hemm bżonn li l-bliet u r-reġjuni jitħeġġu juru interess fl-iskambju kulturali. Dan huwa qasam fejn it-tielet settur jista' jkun partikolarment effettiv. Madankollu, dan jirrikjedi appoġġ ċar mill-gvernijiet nazzjonali u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

32.

iqis li hemm bżonn li jiġu bbilanċjati d-differenzi fl-interess bejn il-gruppi ta’ reġjuni skont is-siti ġeografiċi differenti tagħhom. Il-koordinazzjoni globali tal-politika esterna tal-UE għandha tassigura li d-divrenzjar ma jwassalx għall-kompetizzjoni bejn in-naħa t'isfel u n-naħa tal-Lvant u li l-ispeċjalizzazzjoni skont ir-reġjuni f'oqsma individwali tal-politika tal-viċinat m'għandhiex twassal jew tenfasizza d-differenzi fl-interess jew il-kompetizzjoni fis-sens negattiv;

33.

iqis li l-istituzzjonalizzazzjoni tal-politika tal-viċinat għandha tiffaċilita u tappoġġja l-involviment u l-azzjoni minn reġjuni “mill-bogħod” (pereżempju l-kooperazzjoni mir-reġjuni tal-Ewropa Ċentrali fiż-żona tal-Mediterran, jew mir-reġjuni tal-Ewropa tal-Punent fl-Ewropa tal-Lvant). Dan isaħħaħ is-sens ta’ responsabbiltà komuni tar-reġjuni għall-PEV kollha kemm hi;

34.

iqis li r-rwol speċjali tar-reġjuni li jinsabu ħdejn fruntieri sensittivi tal-UE fin-naħa tal-Lvant u n-naħa t'isfel għandu jissaħħaħ. Dawn huma konċernati direttament mill-problemi tal-viċinat Ewropew. Il-Politika Ewropea tal-Viċinat bl-ebda mod m'għandha titwettaq mingħajr kunsiderazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni u għandha tqis l-interessi speċifiċi tagħhom;

35.

jirrakkomanda li r-reġjuni tal-fruntieri tal-UE għandhom jirċievu appoġġ speċifiku taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat;

36.

iqis li l-Politika Ewropea tal-Viċinat għandha tqis ir-relazzjonijiet eżistenti mal-pajjiżi terzi, speċjalment mar-Russja, b'mod partikolari fin-naħa tal-Lvant. Ir-reġjuni għandhom jiġu sensibilizzati dwar dan l-aspett tal-PEV u għandhom jiġu appoġġjati l-forom adegwati ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi kollha kkonċernati;

37.

jistqarr li beħsiebu jappoġġja l-proċess tad-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi ġirien individwali tal-UE billi jkompli jikkoorganizza l-missjonijiet tal-monitoraġġ tal-elezzjonijiet flimkien mal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fl-Ewropa tal-Kunsill tal-Ewropa;

Kundizzjonijiet għall-politika tal-viċinat fil-pajjiżi individwali

38.

iqis li hemm bżonn li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet partikolari għas-Sħubija tal-Lvant u l-azzjoni ta’ politika tal-viċinat fil-Kawkasu;

39.

jinnota li l-Ġeorġja teħtieġ appoġġ sistematiku kontinwu taħt is-Sħubija tal-Lvant fid-dawl tal-effetti tal-kunflitt tal-2008;

40.

jirrakkomanda li l-politika tal-viċinat tiġi intensifikata fiż-żona kollha tal-Baħar l-Iswed. L-importanza ġeopolitika kontinwa ta’ dan ir-reġjun għall-UE għandha tiġi enfasizzata, l-istess kif għandha tiġi enfasizzata l-importanza tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Il-pajjiżi tal-UE li jaqsmu fruntiera ma’ din iż-żona għandhom jirċievu appoġġ konsiderevoli mill-UE għall-attivitajiet tagħhom tal-politika tal-viċinat;

41.

iqis lill-Moldova bħala każ speċjali. Fid-dawl tal-progress konsiderevoli li nkiseb mill-politika tal-viċinat u s-Sħubija tal-Lvant hawnhekk, hemm bżonn li jittieħed l-ikbar interess possibbli fl-iżvilupp ta’ dan il-pajjiż. Anke suċċess parzjali hawnhekk jista' jkollu impatt maġġuri fuq il-promozzjoni tal-politika tal-viċinat u l-politika esterna tal-UE;

42.

jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tal-Oblast ta’ Kaliningrad, li minkejja l-post fejn jinstab mhuwiex kopert mill-politika tal-viċinat. Dan mhuwiex biss territorju importanti u sensittiv b'mod mhux tas-soltu li jmiss mal-fruntieri tal-UE, iżda fil-fatt huwa mdawwar mit-territorju tal-UE fuq kull naħa. Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dan ir-reġjun ma jistgħux jiġu injorati meta l-politika tal-viċinat tkun qed titwettaq fil-viċinat dirett tal-UE;

43.

iqis li, minkejja d-diżappunt dwar id-diffikultajiet kontinwi fil-Bjelorussja, jeħtieġ li l-involviment fil-politika tal-viċinat f'dan il-pajjiż jiġi appoġġjat;

44.

jagħraf il-ħtieġa għal appoġġ sistematiku għall-proċess demokratiku, politiku, ekonomiku u soċjali ta’ trasformazzjoni fl-Ukraina;

45.

jirrakkomanda li, fil-kuntest tar-Rebbiegħa Għarbija, il-politika tal-viċinat għandha taqdi rwol importanti biex jiġu żviluppati l-kuntatti bejn is-soċjetajiet. Għandha ssir enfasi partikolari u intensiva fuq dan ir-reġjun fil-futur immedjat. L-involviment f'dan ir-reġjun għandu jitqies bħala test tar-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru tal-UE bħala stat, reġjun u soċjetà;

46.

ifakkar li kull wieħed mill-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran huwa differenti u li l-approċċ tal-UE jrid jitfassal skont kull pajjiż u kull sitwazzjoni. Madankollu, il-bini tad-demokrazija u t-tranżizzjoni demokratika huma universali u jibdew l-ewwel u qabel kollox fil-livell l-iżjed bażiku u ma jistgħux jiġu imposti minn fuq jekk iridu jkunu stabbli u b'għeruq profondi fis-soċjetà;

L-importanza tal-kooperazzjoni territorjali bħala strument tal-politika tal-viċinat

47.

iqis li l-Ewroreġjuni jipprovdu esperjenza importanti għall-politika tal-viċinat. Huma saru strument utli fil-proċess tal-adeżjoni għall-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, u wara li saru Stati Membri tal-UE saru strument utli biex jiġu regolati r-relazzjonijiet mal-ġirien barra l-UE;

48.

għaldaqstant joffri l-appoġġ tiegħu għall-istabbiliment ta’ strutturi politiċi u amministrattivi deċentralizzati u dejjiema, billi l-kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffaċilitaw kooperazzjoni fil-livell sottostatali, itejbu l-effiċjenza u l-governanza tajba, u huma fundamentali għall-proċess ta’ demokratizzazzjoni;

49.

jirrakkomanda li jiġu esplorati l-possibbiltajiet li jissaħħu l-Ewroreġjuni eżistenti billi jintuża l-istrument tar-Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali peress li dan għandu jtejjeb iċ-ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati u t-trasparenza tal-istrutturi li jinħolqu. Jerġa' jtenni t-talba tiegħu li r-REKT mal-pajjiżi terzi għandhom ikunu possibbli fuq bażi bilaterali u jappella lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan sabiex jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-ħolqien u l-implimentazzjoni tar-REKT;

50.

jenfasizza l-utilità prattika tal-programmi tal-bini tal-kapaċità fil-kuntest tat-tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat u – abbażi tal-programm pilota bl-isem Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali bħala eżempju konkret (1) – itenni s-suġġeriment tiegħu li għandhom jiġu żviluppati inizjattivi ekwivalenti għall-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran sabiex jappoġġjaw il-bini tal-kapaċità fil-livell lokali u reġjonali;

51.

jinnota li l-Ewroreġjun jiffaċilita firxa wiesgħa ta’ attivitajiet mill-isfera ekonomika sal-isfera kulturali. Huwa jiffaċilita wkoll il-proċessi ta’ kooperazzjoni spontanji bil-parteċipazzjoni tat-tielet settur. L-Ewroreġjun wera li jista' jkun strument flessibbli u effettiv b'mod mhux tas-soltu għall-azzjoni fil-fruntieri tal-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant, ir-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE;

52.

jirrakkomanda li jingħata l-appoġġ għall-proġetti u t-twaqqif ta’ Ewroreġjuni ġodda (imsejsa fuq l-esperjenza tal-Ewroreġjuni li ilhom li twaqqfu), b'mod partikolari il-ħolqien ta’ rabta bejn ir-reġjuni fl-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu b'żoni adatti fl-Ewropa t'Isfel;

53.

iqis li l-karatteristiċi speċifiċi tal-fruntiera tan-naħa t'isfel tal-Unjoni Ewropea, billi hija fruntiera kostali, m'għandhomx jitqiesu bħala ostaklu għall-ħolqien ta’ Ewroreġjuni. L-importanza ta’ inizjattivi biex jiġu stabbiliti Ewroreġjuni bħall-Anadalusia-Ġibiltà-Marokk, Notio Egeo-Turkija, Vorio Egeo-Turkija u Polis-Trakiakent għandha tiġi enfasizzata, anke jekk għadhom fil-bidu tagħhom;

54.

iqis li hemm bżonn urġenti li jkun hemm Ewroreġjun tal-Baħar l-Iswed li jkun operattiv għalkollox;

55.

iqis li l-Ewroreġjuni jistgħu jagħtu appoġġ effettiv għall-istrumenti tal-PEV (ENPI) bħal TAIEX, SIGMA, il-ġemellaġġ u l-Pjani ta’ Azzjoni tal-PEV;

56.

jenfasizza l-valur miżjud tar-raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) u tal-istrateġija makroreġjonali bħala għodod innovattivi għall-kooperazzjoni territorjali fil-livell interreġjonali u sopranazzjonali, għax dawn jistgħu jsaħħu l-koeżjoni u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet politiċi f'diversi oqsma fir-reġjun usa' tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed, permezz tar-razzjonalizzazzjoni tat-tqassim tar-riżorsi finanzjarji u billi jiġi enfasizzat ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali abbażi tal-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli u bil-parteċipazzjoni mifruxa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

Id-dimensjoni taċ-ċittadini tal-politika tal-viċinat appoġġjata mill-azzjoni tar-reġjuni

57.

jirrakkomanda li l-kuntatti bejn il-gvernijiet nazzjonali jew anke l-awtoritajiet reġjonali ma jissostitwux il-kuntatti usa' u iktar profondi bejn is-soċjetajiet. Il-pajjiżi Mediterranji kollha għandhom joħolqu Ewroreġjuni, li jiffaċilitaw il-kuntatti bejn it-tielet settur u ċ-ċittadini;

58.

jirrakkomanda t-tip ta’ azzjoni li huwa tipiku tal-Ewroreġjuni bħala strumenti effettivi biex jiġu miġġielda ħafna stereotipi u biżgħat li jinħolqu mill-migrazzjoni tul il-fruntieri tal-UE u jemmen li l-esperjenza diretta ta’ kooperazzjoni u skambju tista' tgħin ukoll biex tingħeleb l-istampa stereotipika tal-Ewropa u tal-Punent li huma mifruxa f'ħafna pajjiżi li għandhom il-fruntiera mal-Unjoni;

59.

iqis li politika tal-viċinat attiva tista' tkun mezz biex tiġi limitata l-migrazzjoni bla rażan;

60.

jemmen li politika tal-viċinat li tassisti l-iktar individwi u gruppi attivi fir-reġjuni u l-pajjiżi li għandhom fruntiera mal-Unjoni Ewropea tista' tippromovi l-proċessi ta’ trasformazzjoni politiċi u ekonomiċi;

61.

jisħaq li l-assistenza lill-individwi u l-grupp li jaħdmu b'mod attiv għat-tibdil demokratiku u r-riforma ekonomika tista' ssaħħaħ l-effikaċja tal-attivitajiet kollha;

62.

jenfasizza kemm huwa importanti li, taħt il-patroċinju tal-politika tal-viċinat, jiġu organizzati skambji taż-żgħażagħ u tal-istudenti kif ukoll il-kooperazzjoni xjentifika;

63.

jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f'pajjiżi sħab u għaldaqstant jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-programmi nazzjonali bħaċ-Ċentru Estonjan tas-Sħubija tal-Lvant, iffokat fuq il-kapaċità amministrattiva, u l-Akkademja tas-Sħubija tal-Lvant tal-Amministrazzjoni Pubblika f'Varsavja, u jappella biex dawn jappoġġjaw ir-riforma amministrattiva u l-bini tal-kapaċità anke fil-livell lokali u reġjonali;

Kooperazzjoni interreġjonali fil-politika tal-viċinat

64.

jirrakkomanda li l-Ewroreġjuni tan-naħa t'isfel (l-istess bħar-reġjuni) ikollhom imsieħba f'partijiet oħra tal-kontinent. Għandhom jinħolqu rabtiet ta’ dan it-tip b'mod partikolari bejn l-Ewroreġjuni madwar il-fruntiera tan-naħa t'isfel tal-UE u l-Ewroreġjuni fl-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa ta’ fuq li jmissu mal-Ewropa tal-Lvant. Il-PEV m'għandhiex taqsamhom f'biċċiet iżolati u l-politika reġjonali tal-Unjoni Ewropea għandha taħdem biex dan jiġi evitat. Ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazjoni Territorjali jidher li huwa l-istrument adatt biex jinħolqu r-rabtiet ta’ dan it-tip;

65.

iqis li hemm bżonn analiżi sistematika tal-politika tal-viża tal-UE bil-għan li tiġi ffaċilitata l-kwistjoni tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-PEV biex jiġi promoss id-djalogu bejn is-soċjetajiet;

66.

jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-introduzzjoni tat-traffiku lokali fil-fruntiera f'uħud mill-fruntieri tal-Unjoni.

Brussell, 14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Il-KtR diġà jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea f'li jappoġġja dan il-programm pilota li għalissa huwa ristrett għall-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali.


23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/23


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Inqas proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini: Il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi u r-rikonoxximent tal-effetti ta’ atti ta’ stat ċivili”

2012/C 54/05

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jinnota li atti ta’ stat ċivili bħaċ-ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt, reġistrazzjonijiet ta’ divorzju, bidliet fl-ismijiet, eċċ huma fundamentali għall-identità u l-kapaċità ta’ persuna biex tipparteċipa bis-sħiħ fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika;

jenfasizza l-fatt li d-dokumenti pubbliċi jaqdu funzjoni essenzjali biex jiżguraw li d-drittijiet tal-UE jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b’mod effettiv mill-benefiċjarji tagħhom;

jenfasizza l-fatt li l-leġislazzjoni tal-istat ċivili taqa’ esklużivament taħt il-kompetenza tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kostitwenti tagħhom; jenfasizza wkoll li hemm bżonn li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

għandu l-istess objettiv wiesa’ tal-Kummissjoni li jiġu identifikati u eliminati l-ostakli biex jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-UE b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet transkonfinali u li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jesperjenzaw aktar benefiċċji prattiki u viżibbli b’riżultat tal-integrazzjoni kontinwa tal-UE; iħeġġeġ li l-indirizzar tal-bżonnijiet taċ-ċittadini jkun l-enfasi primarju tal-iżvilupp tal-politika f’dan il-qasam;

jaqbel mal-fehma li l-legalizzazzjoni tad-dokumenti pubbliċi bejn l-Istati Membri m’għandhiex tkun neċessarja; madankollu, fid-dawl tal-fatt li hemm skambju ta’ informazzjoni li ma tistax tafdah u li mhuwiex komplut, jissuġġerixxi li qabel ma tiġi introdotta leġislazzjoni, jista’ jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti faċilitajiet għal kooperazzjoni amministrattiva bejn ir-reġistraturi fl-Istati Membri biex ir-reġistraturi jkunu jistgħu jfittxu li jawtentikaw dokumenti jekk ikollhom bżonn; sadanittant u biex jiġu ffaċilitati n-negozjati ma’ pajjiż barra mill-UE, jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jeżaminaw, bil-għan li jadottaw, l-e-APP għall-ħruġ u l-użu ta’ appostilli elettroniċi;

iqis li l-possibbiltà li jiġi stabbilit Uffiċċju Ewropew tal-Istat Ċivili m’għandhiex tiġi injorata jekk jista’ jintwera li din tkun soluzzjoni aktar effiċjenti u aktar effettiva milli l-istabbiliment ta’ sensiela ta’ uffiċċji ġodda jew miż-żamma ta’ uffiċċji simili fl-Istati Membri;

jipproponi li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ linji gwida dwar l-aħjar prattika għall-Istati Membri biex tiġi faċilitata l-provvista ta’ dokumenti ta’ stat ċivili fuq bażi transkonfinali.

Relatur

Is-Sur Patrick McGOWAN (IE/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Donegal u tal-Awtorità Reġjonali ta’ Border

Dokument ta’ referenza

Green Paper: Inqas proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini: Il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi u r-rikonoxximent tal-effetti ta’ atti ta’ stat ċivili

COM(2010) 747

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea favur il-ksib ta’ Unjoni taċ-ċittadini permezz tat-tnedija tal-Green Paper għal dibattitu madwar l-UE dwar l-opportunitajiet għall-proposti leġislattivi b’żewġ oqsma distinti iżda relatati:

(a)

iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi permezz tal-eliminazzjoni tal-formalitajiet tal-legalizzazzjoni bejn l-Istati Membri u

(b)

r-rikonoxximent tal-effetti ta’ ċerti atti ta’ stat ċivili sabiex statut legali mogħti fi Stat Membru jkun jista’ jiġi rikonoxxut bl-istess konsegwenzi legali fi Stat Membru ieħor;

2.

jinnota li d-dokumenti pubbliċi jinkludu bosta atti u dokumenti amministrattivi, notarili u ġudizzjarji u jinkorporaw atti ta’ stat ċivili li jiddefinixxu u jirrappreżentaw avvenimenti matul il-ħajja; jinnota wkoll li atti ta’ stat ċivili bħaċ-ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt, reġistrazzjonijiet ta’ divorzju, bidliet fl-ismijiet, eċċ huma fundamentali għall-identità u l-kapaċità ta’ persuna biex tipparteċipa bis-sħiħ fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika;

3.

jenfasizza l-fatt li d-dokumenti pubbliċi jaqdu funzjoni essenzjali biex jiżguraw li d-drittijiet tal-UE jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b’mod effettiv mill-benefiċjarji tagħhom. Dawn id-drittijiet jinkludu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa taċ-ċittadini u l-membri tal-familja tagħhom, iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ħaddiema, il-libertà ta’ stabbiliment, is-sigurtà soċjali, iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u s-servizzi u ġustizzja effettiva għaċ-ċittadini fir-rigward ta’ kwistjonijiet ċivili u kummerċjali; tabilħaqq varjetà wiesgħa ħafna ta’ dokumenti pubbliċi huma rilevanti għar-rikonoxximent tad-drittijiet tal-UE;

4.

għandu l-istess objettiv wiesa’ tal-Kummissjoni li jiġu identifikati u eliminati l-ostakli biex jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-UE b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet transkonfinali u li b’mod ġenerali tonqos il-burokrazija biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transkonfinali u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jesperjenzaw aktar benefiċċji prattiki u viżibbli b’riżultat tal-integrazzjoni kontinwa tal-UE; iħeġġeġ li l-indirizzar tal-bżonnijiet taċ-ċittadini jkun l-enfasi primarju tal-iżvilupp tal-politika f’dan il-qasam;

5.

jenfasizza li d-diversità fundamentali tas-sistemi ta’ stat ċivili (ibbażati fuq l-avvenimenti, il-persuni u r-reġistru tal-popolazzjoni) u proċeduri differenti fis-seħħ madwar l-UE jirriflettu l-arranġamenti kostituzzjonali u leġislattivi tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom u jirrappreżentaw il-valuri soċjetali differenti tagħhom; il-fatt li l-atti ta’ stat ċivili għandhom effetti legali differenti fl-Istati Membri differenti huwa eżempju tad-diversità;

6.

jemmen li d-dispożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-istat ċivili hija ġeneralment effiċjenti fi ħdan l-Istati Membri iżda l-problemi jfeġġu l-aktar fir-rigward ta’ kwistjonijiet transkonfinali; madankollu, jinnota li madwar terz tar-reġistrazzjonijiet kollha tal-istat ċivili fl-UE għandhom aspett transkonfinali u b’żieda fil-mobbiltà il-problemi amministrattivi ser ikomplu jiżdiedu; fattur ieħor li jkompli jikkomplika s-sitwazzjoni li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini fir-rigward ta’ kwistjonijiet transkonfinali huwa d-diversità tal-liġi applikabbli fejn kull pajjiż għandu r-regoli tiegħu dwar il-kunflitti fil-liġi;

7.

jenfasizza l-fatt li filwaqt li xi dokumenti pubbliċi (pereżempju kwalifiki professjonali) jistgħu jkunu soġġetti għal-liġi tal-UE, il-leġislazzjoni tal-istat ċivili taqa’ esklużivament taħt il-kompetenza tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kostitwenti tagħhom; jenfasizza wkoll li hemm bżonn li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fl-iżvilupp tal-politika u tal-leġislazzjoni tal-UE f’dan il-qasam;

8.

jenfasizza li l-awtoritajiet kompetenti għal-legalizzazzjoni tad-dokuemnti jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor u fi ħdan l-Istati Membri b’firxa usa’ ta’ awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-atti ta’ stat ċivili li jvarjaw minn responsabbiltajiet ġudizzjarji għal dawk reliġjużi u amministrattivi f’livelli differenti ta’ governanza; minkejja dan jinnota li huwa l-aktar frekwenti fil-livell lokali u reġjonali li ċ-ċittadini jidħlu f’kuntatt ma’ dawn l-awtoritajiet b’madwar 80 000 uffiċju lokali tal-insinwa madwar l-UE;

9.

jemmen li l-kwistjonijiet m’għandhomx jiġu kkunsidrati purament f’iżolazzjoni izda għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fil-kuntest usa’ ta’ politiki tal-Unjoni, bħall-politika ekonomika, l-Aġenda Diġitali, il-politika soċjali u l-politika esterna bil-għan li tissaħħaħ il-koerenza, l-effikaċja u l-konsistenza tal-azzjonijiet tal-Unjoni;

Iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi

10.

jinnota li normalment tintuża l-legalizzazzjoni biex tiġi stabbilita l-preżunzjoni ta’ awtentiċità ta’ dokument pubbliku barrani peress li l-awtoritajiet f’pajjiż partikolari ma jkunux familjari mas-siġilli, it-timbri u l-firem ta’ awtorità li tkun ħarġet id-dokument pubbliku; madankollu jirrikonoxxi li ċerti dokumenti pubbliċi bħall-passaporti, il-liċenzji tas-sewqan u s-sentenzi huma rikonoxxuti mingħajr miżuri addizzjonali ta’ legalizzazzjoni;

11.

jemmen li l-legalizzazzjoni tieħu l-ħin, tiswa l-flus u tirrikjedi impenn u fiha nnifisha mhijiex miżura adatta biex tipprevjeni l-frodi fl-użu transkonfinali ta’ dokumenti pubbliċi; jaqbel mat-termini tal-Programm ta’ Stokkolma li l-UE għandha tuża b’mod attiv il-parteċipazzjoni tagħha fil-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata biex tippromovi konvenzjonijiet rilevanti (li jirreferu wkoll għall-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istat Ċivili), peress li qabel dan l-Istati Membri ma ħadux approċċ kollaborattiv huma u jindirizzaw il-konvenzjonijiet dwar il-legalizzazzjoni tad-dokumenti;

12.

jirrikonoxxi li l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet eżistenti li jindirizzaw il-legalizzazzjoni tad-dokumenti u t-tiżwiq ta’ trattati bilaterali hija frammentata, pereżempju, il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1987 li abolixxiet il-legalizzazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi bejn l-Istati Membri ġiet iffirmata minn anqas minn nofs l-Istati Membri tal-UE, u ftit kienu dawk li rratifikawha u implimentawha provviżorjament;

13.

jaqbel mal-fehma li l-legalizzazzjoni tad-dokumenti pubbliċi bejn l-Istati Membri m’għandhiex tkun neċessarja f’UE msejsa fuq fiduċja reċiproka u jikkunsidra wkoll li formalitajiet amministrattivi oħra li jaġixxu bħala ostakli għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea u d-dritt għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, bħaċ-ċertifikat ta’ nonimpediment u ċ-ċertifikat ta’ liġi, jistgħu ma jibqgħux neċessarji bejn l-Istati Membri;

14.

madankollu, fid-dawl tal-fatt li hemm skambju ta’ informazzjoni li ma tistax tafdah u li mhuwiex komplut bejn l-insinwi tal-Istati Membri (fil-fatt xi Stati Membri la jibgħatu u lanqas jirċievu informazzjoni dwar avvenimenti ta’ stat ċivili barrani), jissuġġerixxi li qabel ma tiġi introdotta leġislazzjoni, jista’ jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti faċilitajiet għal kooperazzjoni amministrattiva bejn ir-reġistraturi fl-Istati Membri biex ir-reġistraturi jkunu jistgħu jfittxu li jawtentikaw dokumenti jekk ikollhom bżonn; bl-istess mod, jista’ jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti mezzi ta’ kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-awtentifikazzjoni ta’ dokumenti uffiċjali oħra, pereżempju kwalifiki edukattivi u atti notarili; inċidentalment dawn il-faċilitijiet għall-kooperazzjoni jistgħu jgħinu wkoll lill-uffiċjali huma u jivverifikaw l-eżatezza tal-kontenut ta’ dokument kif ukoll l-awtentiċità tad-dokument;

15.

barra minn hekk, jemmen li r-raġuni wara l-fatt li xi Stati Membri żammew lura milli jirratifikaw konvenzjonijiet rilevanti eżistenti (bħall-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-987) għandha tiġi eżaminata hekk kif għandhom jiġu eżaminati l-esperjenzi ta’ dawk l-Istati Membri li implimentaw proviżżorjament din il-Konvenzjoni;

16.

sadanittant u biex jiġu ffaċilitati n-negozjati ma’ pajjiż barra mill-UE, jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jeżaminaw, bil-għan li jadottaw, l-e-APP (1) għall-ħruġ u l-użu ta’ appostilli elettroniċi flimkien mar-reġistru elettroniku b’aċċessibbiltà onlajn, li tnediet reċentement fl-Ewopa minn Spanja taħt il-proġett e-App għall-Ewropa, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea;

Kwistjonijiet transkonfinali u r-rikonoxximent tal-effetti ta’ atti ta’ stat ċivili

17.

jenfasizza li t-trażmissjoni transkonfinali ta’ dokumenti dwar l-istat ċivili hija problema sinifikanti għal ħafna ċittadini. F’xi Stati Membri, biex individwu jaċċessa l-atti ta’ stat ċivili tiegħu stess jew biex jikseb apostilli hemm bżonn li jmur fil-post fiżikament; din il-burokrazija mhux meħtieġa tista’ tfisser spiża sinifikanti għall-persuni li jgħixu barra mill-Istat Membru partikolari; filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, jipproponi li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ linji gwida dwar l-aħjar prattika għall-Istati Membri biex tiġi faċilitata l-provista ta’ dokumenti ta’ stat ċivili fuq bażi transkonfinali, b’salvagwardji adegwati biex jonqos ir-riskju tal-frodi;

18.

jenfasizza li kull Stat Membru żviluppa l-acquis tiegħu stess dwar iċ-ċittadinanza u l-istat ċivili abbażi tal-istorja, il-kultura, is-sistema politika u legali tiegħu u li l-introduzzjoni ta’ bidliet ewlenin jista’ jkollha implikazzjonijiet kostituzzjonali, leġislattivi u ekonomiċi sinifikanti għall-awtoritajiet fi ħdan l-Istati Membri u jirrikjedu bidliet legali u amministrattivi kompleti fil-proċessi u l-istrutturi; bl-istess mod dan jista’ jwassal għal bidliet soċjali u kulturali sinifikanti għaċ-ċittadini u s-soċjetà;

19.

jirrikonoxxi madankollu li ċ-ċittadini tal-UE, partikolarment dawk li jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor, ser jistennew li ħajjithom ma ssirx ikkumplikata żżejjed minħabba l-burokrazija huma u jindirizzaw kwistjonijiet transkonfinali ta’ stat ċivili;

20.

jirrikonoxxi li l-loġistika u l-ispejjeż li jiġi provdut taħriġ kontinwu għal madwar 125 000 reġistraturi fl-UE dwar is-sistemi u l-proċessi tal-istat ċivili ta’ Stati Membri oħra mhumiex realistiċi; b’hekk jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati soluzzjonijiet aktar vijabbli biex jiġu indirizzati l-problemi attwali li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini;

21.

jaċċetta l-fatt li l-kuntatti attwali mhux kompleti u ad hoc bejn ir-reġistraturi tal-Istati Membri jistgħu jkunu riżultat ta’ diffikultajiet legali, proċedurali, loġistiċi u fuq kollox lingwistiċi; għalhekk jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea għandha timpenja ruħha biex twaqqaf grupp espert ta’ speċjalisti fil-qasam tar-reġistri minn kull Stat Membru biex il-proposti dwar l-indirizzar ta’ kwistjonijiet transkonfinali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kontribut wiesa’ u biex l-UE tkun tista’ taħdem b’mod aktar kollaborattiv fil-fora internazzjonali;

22.

jikkunsidra li l-bżonn li jiswa l-flus u jieħu l-ħin tat-traduzzjonijiet u ta’ traduzzjonijiet ċertifikati tad-dokumenti pubbliċi għandu jonqos billi jintużaw aktar formoli standardizzati u permezz tal-applikazzjoni ta’ sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u qari; jemmen li dawn l-iżviluppi jistgħu jimxu ’l quddiem fi ħdan fora internazzjonali akbar;

23.

jaċċetta l-fatt li hemm rieda qawwija għal semplifikazzjoni burokratika, billi l-proċessi bbażati fuq il-karti jiġu trasferiti onlajn, u dan, flimkien mal-possibiltajiet offruti mill-ħżin u t-trażmissjoni elettroniċi tad-data, jipprovdi opportunità u spinta għall-modernizzazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni;

24.

iqis li r-reġistrazzjoni tal-avvenimenti kollha ta’ stat ċivili ta’ persuna f’post ċentrali hija objettiv utli għal dawk l-Istati Membri li ma jagħmlux dan; barra minn hekk dan għandu jiffaċilita r-reġistrazzjoni ta’ avveminenti ta’ stat ċivili extra-nazzjonali iżda jagħraf li dan jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinfikanti u jista’ jkun ta’ tħassib fir-rigward tas-sussidjarjetà għall-awtoritajiet responsabbli u f’ħafna każijiet jista’ ma jkunx politikament vijabbli;

25.

madankollu jirrikonoxxi li r-reġistrazzjoni ċentralizzata ma teżistix f’ħafna Stati Membri u punt ta’ kuntatt uniku jista’ jgħin biex jiġu minimizzati l-problemi prattiċi li jiffaċċjaw ir-reġistraturi u ċ-ċittadini; iżda skont il-kwistjonijiet bħad-disponibbiltà tal-informazzjoni, id-daqs tal-pajjiż, il-qsim tar-responsabbiltajiet leġislattivi, il-kwistjonijiet lingwistiċi eċċ. fi ħdan l-Istati Membri, jikkunsidra li tali punti ċentrali ta’ informazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali;

26.

jemmen li hemm bżonn li jintwera li l-iskemi pilota żviluppati għall-iskambju elettroniku ta’ atti ta’ stat ċivili jistgħu jaħdmu b’mod effettiv u effiċjenti u jistgħu jiġu adatti għal użu usa’ u lest jilqa’ reviżjoni tal-għodod elettroniċi eżistenti li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-UE; iqis li hija prijorità li jiġu introdotti salvagwardji għall-prevenzjoni tal-frodi u biex jiġu protetti l-privatezza u d-data personali taċ-ċittadini;

27.

iqis li r-rabtiet jistgħu jissaħħu bejn is-sorsi ta’ informazzjoni tal-UE u l-provvedituri rilevanti ta’ informazzjoni fi ħdan l-Istati Membri fir-rigward tal-provvediment ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom tal-UE b’mod ġenerali u jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jgħinu f’dan ir-rigward;

28.

jirrikonoxxi li l-idea ta’ Ċertifikat Ewropew armonizzat dwar l-Istat Ċivili hija ambizzjuża ħafna peress li l-Istati Membri għandhom kunċetti differenti ħafna tan-natura, il-forma u l-kontenut taċ-ċertifikati tal-istat ċvili; pereżempju apparti d-differenzi tal-valur probattiv tagħhom u kif jistgħu jiġu emendati, iċ-ċertifikati tat-twelid madwar l-UE jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-leġittimità u r-reliġjon tat-tarbija u l-istat maritali u soċjoekonomiku tal-ġenituri;

29.

kif diġà ntqal, jidher li ċ-Ċertifikati Ewropej tal-Istat Ċivili inizjalment jirrikjedu l-operazzjoni simultanja tal-iskemi nazzjonali u tal-UE, dan iwassal għal problemi ta’ interpretazzjoni legali tal-konsistenza u r-rilevnza ta’ sistemi differenti fid-dawl tal-fatt li diġà hemm ħafna kombinazzjonijiet u permutazzjonijiet tal-liġijiet ċivili, reliġjużi u barrnin li jista’ jkollhom bżonn jiġu deċiżi mill-qrati fl-Istati Membri;

30.

fid-dawl tal-istrutturi u l-proċessi legali u amministrattivi rigward ir-reġistrazzjoni ċivili madwar l-UE, il-proposta li ċ-ċertifikati tal-istat ċivili maħruġa minn Stati Membri oħra jiġu rikonoxxuti awtomatikament hija problematika wkoll u ma tistax titħaddem mingħajr bidliet sinifikanti fil-leġislazzjoni domestika fi ħdan l-Istati Membri biex jiġu eliminati l-inkonsistenzi ta’ kif jiġu trattati ċ-ċittadini;

31.

jikkunsidra li fid-dawl tal-differenzi bejn l-Istati Membri dwar dawn il-kwistjonijiet, jemmen li l-Kummissjoni Ewropea tista’ tipproċedi, anke fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni msaħħa, billi tistandardizza l-kunflitt tal-liġi u kwistjonijiet ġurisdizzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra ta’ stat ċivili biex ikun hemm aktar ċarezza għaċ-ċittadini;

32.

madankollu jemmen li jekk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli ta’ Stat Membru u mhux ta’ ieħor b’rabta mal-avvenimenti ta’ stat ċivili jista’ jwassal għal diffikultajiet, pereżempju koppja tista’ ma taqbilx dwar il-ġurisdizzjoni u dan jista’ jwassal għal “xiri ta’ stat ċivili” fejn individwu jfittex prattiki li jaqblu għaċ-ċirkostanzi tiegħu;

33.

iqis li l-possibbiltà li jiġi stabbilit Uffiċċju Ewropew tal-Istat Ċivili m’għandhiex tiġi injorata jekk jista’ jintwera li din tkun soluzzjoni aktar effiċjenti u aktar effettiva milli l-istabbiliment ta’ sensiela ta’ uffiċċji ġodda jew miż-żamma ta’ uffiċċji simili fl-Istati Membri; jemmen ukoll li dan jista’ (a) jgħin fl-iżvilupp ta’ approċċ tal-UE aktar kolleġġjali fir-rigward ta’ konvenzjonijiet internazzjonali; (b) itejjeb il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tal-ġbir u l-iskambju ta’ prattiki u esperjenzi tajba pereżempju għal-kompatibbiltà f’oqsma relatati mal-IT kif ukoll jipprovdi linji gwida lill-awtoritajiet nazzjonali dwar kwistjonijiet internazzjonali; (c) jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt ċentrali għall-mistoqsijiet dwar l-istat ċivili b’dimensjoni transkonfinali li jista’ jkun ta’ benefiċċju għar-reġistraturi u ovvjament jgħin biex jiġu indirizzati l-problemi persistenti li ċ-ċittadini jesperjenzaw fl-aspettattivi leġittimi tagħhom huma u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fi ħdan l-UE u (d) potenzjalment jaġixxi bħala back-up ċentralizzat tal-UE jew bħala reġistru ta’ referenza għad-dokumentazzjoni tal-istat ċivili;

34.

iħeġġeġ it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni fil-ħin ta’ leġislazzjoni eżistenti li tolqot id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE u jħeġġeġ ukoll aktar kollaborazzjoni min-naħa tal-Istati Membri billi jipparteċipaw f’organizzazzjonijiet intergovernattivi biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni internazzjonali fi kwistjonijiet ta’ stat ċivili u r-ratifikazzjoni usa’ ta’ konvenzjonijiet eżistenti;

35.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni fi ħdan l-Istati Membri biex jipprovdu kampjuni (u traduzzjonijiet) tad-dokumenti tal-istat ċivili onlajn biex ir-reġistraturi barranin ikunu ftit jew wisq midħla tagħhom; il-Kummissjoni Ewropea tista’ tgħin fil-koordinazzjoni jew l-iffaċilitar ta’ din l-inizjattiva;

36.

jippromovi l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ reġistraturi/ esperti mill-Istati Membri kollha mill-Kummissjoni Ewropea biex jiġi analizzat jekk jistax ikun hemm biżżejjed kooperazzjoni amministrattiva fil-ħidma lejn l-eliminazzjoni ta’ formalitajiet ta’ leġislazzjonijiet u jappoġġja l-ħidma favur it-tfassil ta’ proposti dwar l-armonizzazzjoni ta’ kwistjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġi. Madankollu jemmen li l-kwistjonijiet ta’ rikonoxximent reċiproku u ċ-Ċertifikati Ewropej ta’ Stat Ċivili jista’ jkollhom bżonn jiġu analizzati aktar bir-reqqa;

37.

iqis li filwaqt li l-Green Paper tindirizza b’mod neċessarju kwistjonijiet minn perspettiva tal-UE 27 u fuq perjodu fit-tul, il-KtR jenfasizza li għandhom jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet aktar lokalizzati fl-indirizzar ta’ problemi li ċ-ċittadini jiffaċċjaw fuq bażi regolari, partikolarment dawk li jgħixu f’żoni li jinsabu fil-fruntieri u li jistgħu jaħdmu u jgħixu f’ġurisdizzjonijiet differenti. F’dan ir-rigward, iħeġġeġ aktar ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi oħra kif ukoll inizjattivi fil-livell sottonazzjonali simili għall-proġetti tar-REKT dwar il-kooperazzjoni territorjali;

38.

jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ kwalunkwe leġislazzjoni proposta għandha titwettaq b’mod partikolari b’referenza għall-implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u leġislattivi fi ħdan l-Istati Membri;

39.

fid-dawl tar-responsabbiltajiet rilevanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-KtR jixtieq jipparteċipa bis-sħiħ fid-dibattitu hekk kif jiżvolġi u jixtieq iqiegħed in-netwerks konsultattivi (2) tiegħu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward.

Brussell, 14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Taħt il-Program Pilota tal-Apostilli elettroniku (e-APP), il-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata (HCCH) u l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tan-Nutara tal-Istati Uniti (NNA), flimkien ma’ Stat interessat (jew kwalunkwe mill-ġurisdizzjonijiet interni), qed jiżviluppaw, jippromovu u jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ teknoloġija tas-software bi prezzijiet baxxi, operattiva u sigura għall-ħruġ u l-użu ta’ Apostilli elettroniċi (e-Apostilli) u l-ħolqien u t-tħaddim ta’ reġistri elettoniċi ta’ apostilli (e-Reġistri).

(2)  Ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT), il-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ tal-Ewropa 2020 u n-Netwerk ta’ Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà (li wettaqt konsultazzjoni dwar il-Green Paper mit-13 ta’ Lulju sat-2 ta’ Settemrbu 2011).


23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/28


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini”

2012/C 54/06

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu kontribut konsiderevoli fl-iżvilupp tat-teknoloġiji spazjali billi joħolqu clusters u żoni ta’ kompetizzjoni li jġibu flimkien lill-manifatturi (anki lill-SMEs), l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka xjentifika. Għalhekk huma jaqdu rwol deċiżiv fil-proċessi tal-innovazzjoni u tat-trasferiment tat-teknoloġija;

jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol deċiżiv ukoll bħala utenti;

jistenna li issa li l-Unjoni għandha iktar kompetenzi fil-qasam, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti b’mod sostenibbli u komprensiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika spazjali Ewropea;

jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar kif jista’ jiġi ggarantit il-finanzjament sostenibbli tal-operat tal-infrastruttura tal-GMES fil-baġit tal-UE fil-futur. Huwa jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li dan jiġi finanzjat barra mill-baġit tal-UE għaliex il-GMES, bħall-Galileo, huwa proġett Ewropew u għalhekk postu huwa fil-baġit tal-UE sabiex jiġu żgurati kemm is-sostenibbiltà finanzjarja kif ukoll it-trasparenza u l-kontroll demokratiku tal-finanzjament;

jirrakkomanda għalhekk li jiġi promoss bis-sħiħ l-istabbiliment ta’ ċentri reġjonali għall-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-GMES u li jiġu appoġġjati u żviluppati netwerks Ewropej, bħal pereżempju n-NEREUS.

Relatur

Is-Sur KUHN (DE/PSE) Membru tal-Parlament ta’ Bremen

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini

COM(2011) 152 finali

I.   KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-fatt li permezz tal-Komunikazzjoni “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini”, il-Kummissjoni ħadet l-ewwel pass sinifikanti lejn il-formulazzjoni ta’ politika spazjali Ewropea futura fuq il-bażi ġdida tat-Trattat ta’ Lisbona (Artikolu 189 TFUE);

2.

jinsab konvint li politika spazjali Ewropea komuni ssaħħaħ l-indipendenza ekonomika u politika u l-kapaċità ta’ azzjoni tal-Ewropa, tista’ tagħti kontribut kbir għall-kapaċità tal-innovazzjoni u l-kompetittività tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Ewropa, u ser tagħti kontributi mifruxa u diversifikati fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà pubblika, il-protezzjoni ċivili, l-għajnuna umanitarja u t-tixrid tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni għaċ-ċittadini kollha;

3.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-livell reġjonali, l-għanijiet tal-politika spazjali Ewropea jiltaqgħu ma’ kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi, ekoloġiċi u territorjali mill-aktar differenti u li huma l-ewwel u qabel kollox l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jagħmlu possibbli l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konkreti tal-biċċa l-kbira tal-politika spazjali Ewropea;

4.

ifakkar li fir-reġjuni diġà hemm żviluppaturi innovattivi u utenti aħħarija mill-aktar differenti li huma attivi fil-qasam tat-teknoloġiji spazjali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma determinanti għaliex joħolqu l-clusters u żoni ta’ kompetizzjoni li jġibu flimkien lill-manifatturi (anki lill-SMEs), l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka xjentifika. Għalhekk huma jaqdu rwol deċiżiv fil-proċessi tal-innovazzjoni u tat-trasferiment tat-teknoloġija. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jieħdu ħsieb l-installazzjoni, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura spazjali fejn jidħlu launch pads, integrazzjoni tas-satelliti, tagħmir u software kif ukoll infrastruttura installata fuq l-art għall-komunikazzjoni bis-satellita (ground segment);

5.

jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol deċiżiv ukoll bħala utenti. Huma jaġixxu pereżempju ta’ korpi tal-ippjanar spazjali, awtoritajiet responsabbli mill-ambjent u l-protezzjoni ċivili u jwettqu kompiti oħrajn li jinvolvu l-ġbir u l-ipproċessar ta’ data bbażata fuq is-satelliti. Barra minn hekk, ir-reġjuni u ċ-ċittadini tagħhom huma s-suq veru għall-applikazzjoni u l-użu tat-teknoloġiji spazjali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom bżonn varjetà ta’ teknoloġiji u servizzi spazjali sabiex jamministraw it-territorji tagħhom, jiżguraw is-servizzi pubbliċi u sabiex ikunu jistgħu jappoġġjaw l-iżviluppi reġjonali;

6.

għalhekk segwa b’attenzjoni l-kwistjonijiet tal-politika spazjali u fl-opinjonijiet tiegħu rrefera kemm-il darba għall-importanza prattika tal-programmi spazjali Ewropej;

7.

jistenna li issa li l-Unjoni għandha iktar kompetenzi fil-qasam, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti b’mod sostenibbli u komprensiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika spazjali Ewropea;

8.

għalhekk iktar u iktar jiddispjaċih li fil-Komunikazzjoni tagħha l-Kummissjoni tinjora kompletament ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-politika spazjali Ewropea minkejja li l-iżvilupp tagħha jiddependi ħafna mill-kontribut tagħhom;

9.

jinnota li l-prinċipji tas-sussidjarjetà huma ggarantiti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, madankollu l-importanza u r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-politika spazjali għandhom jiġu kkunsidrati iktar;

II.   L-AZZJONIJIET TA’ PRIJORITÀ GĦAL POLITIKA TAL-ISPAZJU TAL-UNJONI

10.

jappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm spazjali Ewropew komprensiv u ambizzjuż li jibni fuq il-kisbiet ta’ qabel u li jippromovi u jkompli jiżviluppa l-oqsma ta’ prijorità tal-monitoraġġ tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà, il-kompetittività u l-esplorazzjoni tal-ispazju;

11.

jinsab konvint li dan il-programm ser ikun ta’ benefiċċju ekonomiku u soċjali għar-reġjuni. Apparti milli jagħti lill-Ewropa pożizzjoni għolja fejn jidħlu kwistjonijiet ambjentali, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, is-sigurtà u r-riċerka bażika u applikata, nistgħu nistennew ukoll li huwa ser issaħħaħ il-kompetittività Ewropea fil-qasam tal-aktar teknoloġiji ġodda, fil-promozzjoni tal-intrapriżi innovattivi u fil-ħolqien ta’ impjiegi li jirrikjedu kwalifiki għolja;

12.

jirrakkomanda li t-tħaddim operattiv tal-programmi Galileo u GMES jinġieb ’il quddiem sabiex jiġi realizzat il-potenzjal ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħhom malajr kemm jista’ jkun;

13.

jissuġġerixxi li l-programmi li jiżguraw l-aċċess awtonomu tal-Ewropa għall-ispazju u r-riċerka spazjali għandhom isibu posthom fost il-prijoritajiet addizzjonali tal-programm spazjali Ewropew;

Programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo u EGNOS)

14.

jappoġġja l-isforzi kollha sabiex possibbilment sal-2014 tkun żdiedet b’mod realistiku l-kapaċità tal-programm Galileo bil-għan li jkunu jistgħu jiġu realizzati l-vantaġġi ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi li dan il-proġett jista’ joffri lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

15.

jinsab inkwetat li sa issa qatt ma saret proposta għal appoġġ addizzjonali għall-programmi EGNOS u Galileo permezz tal-adattament tal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. Madankollu, dan hu element importanti sabiex ikunu jistgħu jiġu evitati iktar dewmien u spejjeż addizzjonali;

16.

jemmen li hemm bżonn ta’ finanzjament min-naħa tal-UE għall-fażi operattiva ta’ Galileo (inklużi l-manutenzjoni u t-tiġdid tas-satelliti, l-iżgurar tal-integrità tas-sistema, l-operazzjonijiet fuq l-art u l-aċċess għad-data) anki għal wara l-2014. B’hekk biss jistgħu jintlaħqu b’mod sostenibbli l-effetti xjentifiċi mistennija;

17.

jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja u tippromovi aktar l-iżvilupp u t-tħejjija ta’ “servizzi bbażati fuq il-post” operattivi u l-prodotti marbutin magħhom, b’mod partikolari l-proġetti ta’ dimostrazzjoni;

18.

jenfasizza li l-istruttura fuq perjodu twil tat-tmexxija u l-ġestjoni tas-sistema tan-navigazzjoni globali għandha tkun demokratika, kompletament trasparenti, finanzjarjament solida u soċjalment responsabbli. Li dan jiġi żgurat huwa kompitu tal-Kummissjoni Ewropea b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati prinċipali, inklużi l-atturi fil-livell lokali u reġjonali;

Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja (GMES)

19.

jaħseb li l-programm GMES huwa strument Ewropew indispensabbli sabiex tinġabar id-data li tant hemm bżonn l-iktar għall-monitoraġġ tal-ambjent u għas-sigurtà ċivili u għalhekk huwa ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

20.

jilqa’ l-miżuri maħsuba biex isaħħu s-servizz tal-GMES rigward it-“tibdil fil-klima”, u jenfasizza l-importanza tiegħu għar-reġjuni Ewropej fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima (pereżempju l-kwistjonijiet tal-ikel fid-dinja);

21.

jinsisti li minn issa sal-2014 jitwaqqfu malajr l-infrastrutturi meħtieġa għal dan il-għan, li tiżdied il-ħidma ta’ żvilupp u tħejjija ta’ servizzi operattivi – anke bl-inklużjoni tal-programm Galileo u tas-sistemi ġodda tat-telekomunikazzjoni bħas-satelliti Ewropej tar-ritrasmissjoni tad-data (EDRS) li huma ppjanati – u li tiġi ggarantita s-sostenibbiltà tas-servizzi ppjanati. Ma’ dan għandhom jiġu inklużi s-servizzi nazzjonali eżistenti u s-servizz Ewropew tas-satelliti meteoroloġiċi EUMETSAT;

22.

jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar kif jista’ jiġi ggarantit il-finanzjament sostenibbli tal-operat tal-infrastruttura tal-GMES fil-baġit tal-UE fil-futur. Huwa jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li dan jiġi finanzjat barra mill-baġit tal-UE għaliex il-GMES, bħall-Galileo, huwa proġett Ewropew u għalhekk postu huwa fil-baġit tal-UE sabiex jiġu żgurati kemm is-sostenibbiltà finanzjarja kif ukoll it-trasparenza u l-kontroll demokratiku tal-finanzjament;

23.

jerġa’ jenfasizza, b’rabta ma’ dan, l-importanza deċiżiva tar-reġjuni Ewropej fl-iżvilupp tas-servizzi ambjentali u dawk relatati mas-sigurtà pubblika, it-tixrid tal-użu tat-teknoloġiji spazjali fil-livell lokali u l-iskambju tal-esperjenzi u l-aqwa prattiki;

24.

jirrakkomanda għalhekk li jiġi promoss bis-sħiħ l-istabbiliment ta’ ċentri reġjonali għall-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-GMES u li jiġu appoġġjati u żviluppati netwerks Ewropej, bħal pereżempju n-NEREUS;

25.

jikkritika l-fatt li s-servizzi li joffru diġà l-programmi GMES kif ukoll Galileo mhux dejjem faċli jiġu adattati mingħajr problemi għall-bżonnijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

26.

ifakkar li l-aċċess ħieles u mingħajr ħlas għad-data miġbura bis-satelliti huwa stabbilit fir-Regolament dwar il-Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013), u jitlob li dan l-aċċess ħieles u mingħajr ħlas ikompli jiġi ggarantit anki fil-fażi operattiva mill-2014 ’il quddiem. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu solvuti l-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tal-applikazzjonijiet;

Sigurtà u Difiża

27.

jenfasizza li l-GMES huwa proġett ċivili u għalhekk il-parti ewlenija tal-użu tal-GMES tinsab fil-qasam ċivili;

28.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-aspetti tas-sigurtà u rabtiet possibbli mad-difiża għandhom sinifikat politiku kbir. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, madankollu, hija vaga wisq rigward dan il-punt ċentrali. Għalhekk, il-KtR jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn li dawn jiġu eżaminati fid-dettall;

29.

jaqbel mal-kunsiderazzjoni tal-komponent tas-“sigurtà” fil-programm GMES, iżda jemmen li hemm bżonn definizzjoni aktar ċara tal-aspett ċivili ta’ dan il-qasam u għandha ssir distinzjoni mill-applikazzjonijiet militari;

30.

jemmen li għandu jiġi ċċarat bir-reqqa jekk il-kapaċitajiet ta’ osservazzjoni nazzjonali ċivili u dawk militari għandhomx jiġu inklużi fit-tisħiħ tal-komponent tas-“sigurtà” fil-programm GMES u b’liema mod, sabiex jitjiebu r-riżultati u jiġi evitat il-bini ta’ strutturi doppji mhux meħtieġa;

31.

jemmen li hemm bżonn jiġi ċċarat fil-fond fuq liema bażi legali u f’liema qafas politiku jistgħu jintużaw id-data u s-servizzi tal-infrastruttura tal-GMES biex jappoġġjaw il-politika Ewropea tad-difiża;

L-esplorazzjoni tal-ispazju

32.

jaqbel mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ispazju tal-2008 li “l-Ewropa għandha tiżviluppa viżjoni komuni u ppjanar strateġiku fit-tul għall-esplorazzjoni, waqt li jiġu żgurati pożizzjonijiet ewlenin għall-Ewropa, għalhekk ibbażati fuq l-oqsma ta’ eċċellenza tagħha”. Ir-riċerka xjentifika tal-ispazju għamlet mill-Ewropa msieħeb affidabbli fil-qasam tal-ispazju f’livell dinji. Il-programmi tal-esplorazzjoni spazjali joħolqu għarfien ġdid, jistimulaw l-innovazzjoni u t-teknoloġija, jagħtu kontribut kbir għall-kompetittività tal-indistrija spazjali Ewropea u jiġġeneraw spirtu ta’ pijuniera fost iż-żgħażagħ;

33.

għalhekk jinsisti fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni rapidi ta’ strateġija bħal din u l-miżuri relatati, bil-għan li tiġi enfasizzata l-esplorazzjoni tal-ispazju bħala sfida globali u paċifika tal-umanità u li din tiġi ankrata bħala parti individwali mill-politika spazjali Ewropea;

34.

jitlob li l-UE u l-ESA jadottaw, bil-kollaborazzjoni tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, pjan direzzjonali komuni li jistabbilixxi l-prinċipji ta’ esplorazzjoni spazjali tal-Ewropa fil-ġejjieni (pereżempju, il-qamar, Mars);

35.

iqis li ż-żamma u l-finanzjament tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali sal-2020 huma parti integrali minn strateġija spazjali Ewropea. Flimkien mas-sistemi preparatorji bħall-kliniki speċjalizzati, rokits ta’ riċerka, drop tubes u titjiriet paraboliċi, l-użu tal-ISS kemm għar-riċerka bażika kif ukoll applikata (inklużi materjali ġodda, bijoloġija u mediċina) għandu jkun element ċentrali tal-istrateġija spazjali Ewropea;

36.

għalhekk jitlob definizzjoni ċara tar-rwol tal-UE hija u tiġi identifikata r-riċerka meħtieġa b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka tal-Istati Membri, sabiex anki l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jifformulaw il-bżonnijiet, l-istennijiet u l-kontributi tagħhom;

Aċċess għall-ispazju

37.

jemmen li huwa importanti ħafna li jiġi żgurat l-aċċess awtonomu tal-Ewropa għall-ispazju għaliex dan iżid jew saħansitra joħloq potenzjal kummerċjali konsiderevoli tal-ekonomija Ewropea;

38.

b’rabta ma’ dan, jappoġġja l-iżgurar ta’ finanzjament fit-tul tal-bażi spazjali Ewropea ta’ Kourou u l-inklużjoni ta’ strateġija Ewropea fit-tul dwar il-lanċaturi (il-familja Ariane) fil-programm spazjali Ewropew;

III.   IL-KOMPETITTIVITÀ U L-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020

39.

jaqbel mal-fehma li l-inizjattivi Ewropej għall-appoġġ tat-teknoloġiji spazjali jistgħu u għandhom ikunu fatturi prinċipali għall-ksib tal-għanijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Għalhekk, il-programm GMES u l-applikazzjonijiet li ġejjin minnu ser ikunu, l-ewwel u qabel kollox, ta’ benefiċċju għall-politika ambjentali u tas-sigurtà, iżda ser jagħtu kontribut sinifikanti wkoll għat-tkabbir, il-kapaċità tal-innovazzjoni u l-kapaċità tal-kompetittività tal-Ewropa kollha kemm hi. Oqsma oħra wkoll ser jibbenefikaw mill-innovazzjonijiet relatati mal-ispazju, bħal pereżempju l-edukazzjoni, il-kultura, il-komunikazzjoni u l-industrija tal-enerġija. It-teknoloġiji spazjali u l-applikazzjonijiet tagħhom saru iktar importanti fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies;

40.

jenfasizza, għalhekk, li s-sostenibbiltà tal-politika spazjali Ewropea hija element prinċipali tal-istrateġija komprensiva Ewropa 2020 peress li hija marbuta mal-aħħar teknoloġiji, mal-intrapriżi innovattivi u ma’ impjiegi li jirrikjedu livell għoli ta’ kwalifiki. Il-bini ta’ infrastruttura bażika fir-reġjuni Ewropej huwa partikolarment importanti billi jiġġenera t-tkabbir sostenibbli u l-impjieg;

41.

jappoġġja l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni li tfassal politika speċifika għas-settur tal-industrija tal-ispazju li għandha tindirizza, fost aspetti oħra, l-indipendenza tal-Ewropa, l-appoġġ tal-SMEs kif ukoll il-koordinazzjoni tal-programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali;

Stimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni

42.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, fil-proposta għal strateġija komuni għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, enfasizzat il-qasam spazjali bħala teknoloġija ewlenija. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ materjali avvanzati, in-nanoteknoloġija u l-awtomazzjoni (robots, sistemi intelliġenti), li huma oqsma essenzjali fiż-żamma tal-kompetittività Ewropea;

43.

jistenna li jkunu disponibbli strumenti finanzjarji effettivi ta’ appoġġ biex, fost affarijiet oħra, jippromovu t-tnedija ta’ applikazzjonijiet innovattivi u t-tixrid tagħhom fir-reġjuni;

Telekomunikazzjoni bbażata fuq is-satelliti

44.

iqis li t-telekomunikazzjoni bbażata fuq is-satelliti hija element prinċipali tal-industrija spazjali Ewropea;

45.

jenfasizza l-importanza tal-effetti ekonomiċi tat-telekomunikazzjoni bbażata fuq is-satelliti, b’mod partikolari għar-reġjuni Ewropej. Hija tagħti kontribut indispensabbli għall-koeżjoni territorjali permezz tal-aċċess għad-dinja diġitali liċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet u l-intrapriżi;

46.

jistenna, għalhekk, li t-telekomunikazzjoni bbażata fuq is-satelliti tkompli tiġi żviluppata bħala miżura tal-politika spazjali Ewropea. Jeħtieġ ukoll li, apparti li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-frekwenzi adatti, jiġi ggarantit b’mod sostenibbli wkoll l-appoġġ tas-servizzi ġodda bbażati fuq il-komunikazzjoni, anki b’rabta mal-programmi Galileo u GMES, u fejn ikun hemm bżonn jiġu introdotti sistemi ġodda (pereżempju, sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) ibbażata fuq is-satelliti għall-monitoraġġ globali tat-traffiku tal-bastimenti);

IV.   ID-DIMENSJONI INTERNAZZJONALI TAL-POLITIKA SPAZJALI TAL-UE

47.

jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-kooperazzjoni internazzjonali għandha tkun element essenzjali u indispensabbli tal-politika spazjali tal-UE;

48.

jassumi li l-programm spazjali Ewropew jippermetti din il-kooperazzjoni internazzjonali fuq l-istess livell u jżid il-possibbiltà li l-prodotti, s-sistemi u s-servizzi Ewropej jirnexxu f’kuntest ta’ kompetizzjoni internazzjonali;

49.

jaqbel li jingħataw l-għarfien espert u l-infrastruttura meħtieġa, b’mod partikolari fl-Afrika, sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-post (pereżempju l-użu tal-art, ir-riżorsi tal-ikel, il-ġestjoni tal-ilma, eċċ.);

V.   LEJN TMEXXIJA MTEJBA

50.

jistenna li l-kompetenzi ġodda fil-politika spazjali li l-UE ngħatat bit-Trattat ta’ Lisbona ser iwasslu wkoll għal bidliet fil-governanza. L-Unjoni issa għandha l-kompitu li tfassal b’mod strateġiku l-poltika spazjali tal-Ewropa kollha u li tħejji l-implimentazzjoni tagħha. F’dan il-kuntest, hu importanti ħafna li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri;

51.

jenfasizza li s-suċċess tal-politika spazjali tal-UE jiddependi ħafna minn kemm l-Unjoni tipprovdi appoġġ politiku u ekonomiku fil-qafas ta’ regolamenti ammnistrattivi ġusti u effiċjenti u struttura effettiva tat-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi tar-rikonoxximent tal-kompetenzi fil-livelli kollha;

52.

jenfasizza l-importanza tal-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju (ESA) kif ukoll tal-aġenziji spazjali nazzjonali li avvanzaw b’suċċess l-istrateġiji spazjali nazzjonali u Ewropej preċedenti u li permezz tal-oqsfa regolatorji tagħhom setgħu jiġu żviluppati industrija u riċerka b’saħħithom u kompetittivi. L-istrutturi u l-kapaċitajiet tal-ESA għandhom jingħataw l-attenzjoni li jistħoqqilhom, b’mod partikolari fid-definizzjoni futura tal-amministrazzjoni u r-regoli tagħha;

53.

jitlob li fil-“governanza spazjali” Ewropea tal-futur, l-UE tkun responsabbli mit-tfassil tal-politika spazjali Ewropea, ta’ viżjonijiet strateġiċi u l-miżuri meħtieġa. L-ESA, bħala “awtorità eżekuttiva”, tista’ tingħata l-kompitu tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-elementi fil-livell Ewropew;

54.

jenfasizza mill-ġdid li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol prinċipali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni fost il-pubbliku tal-politika spazjali Ewropea. Għalhekk huwa importanti li dawn jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika spazjali tal-UE tal-futur;

55.

huwa jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw b’mod adegwat fl-istrutturi governattivi tal-programmi spazjali tal-UE li ser jinħolqu fil-futur u li r-rappreżentanti tagħhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-korpi tal-programmi flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu jistgħu jużaw l-iżvilupp li jsir fil-qasam tat-teknoloġiji spazjali u fl-istess waqt jikkontribwixxu f’dan l-iżvilupp;

Finanzjament

56.

ifakkar li r-reġjuni diġà pparteċipaw b’investimenti sinifikanti fil-bini tal-kompetenza spazjali Ewropea u hekk ser ikomplu jagħmlu fil-futur. Fl-istess waqt, huwa indispensabbli li jkun hemm finanzjament tal-programmi spazjali min-naħa tal-UE. B’hekk biss jista’ jiġi żgurat li dawn l-attivitajiet jitfasslu b’mod transkonfinali u kompetittiva;

57.

jara b’mod partikolari l-bżonn ta’ finanzjament iktar sostanzjali, immirat u sostenibbli għar-riċerka spazjali u jsejjaħ għal koordinazzjoni iktar effettiva sabiex jiġu żgurati sinerġiji bejn ir-riċerka spazjali u linji ta’ riċerka u żvilupp innovattivi oħra;

58.

huwa tal-fehma li l-politika spazjali tal-UE għandha tiġi koordinata ma’ politiki oħra u l-istrumenti ta’ finanzjament tagħhom (fost oħrajn ir-riċerka, l-innovazzjoni, il-koeżjoni, il-kooperazzjoni reġjonali) sabiex ikun iktar faċli għar-reġjuni li jipparteċipaw fl-iżvilupp u l-użu;

59.

jitlob lill-Kummissjoni li, b’rabta mal-ippjanar finanzjarju fuq perjodu medju mill-2014 ’il quddiem, tippreżenta proposta dwar kif il-kontributi tal-UE, tal-ESA u tal-Istati Membri individwali (“programmi nazzjonali” u investimenti “reġjonali”) jistgħu jitqiesu lkoll flimkien sabiex jinħolqu l-aqwa sinerġiji possibbli u jiġi evitat ix-xogħol doppju;

VI.   KONKLUŻJONIJIET

60.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta kemm jista’ jkun malajr proposta komprensiva għal programm spazjali Ewropej abbażi tal-istrateġija spazjali tal-UE, liema programm ikun ikopri kemm il-potenzjal ta’ applikazzjoni orjentata fuq l-utent kif ukoll il-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni spazjali u li jkun integrat b’mod sħiħ, speċjalment fir-rigward tal-programm Galilieo u GMES, fl-ippjanar finanzjarju fuq perjodu medju mill-2014 ’il quddiem;

61.

jafferma r-rwol ċentrali li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-użu tat-teknoloġiji spazjali;

62.

għalhekk jitlob li l-Kummissjoni Ewropea twettaq konsultazzjoni f’waqtha mal-atturi istituzzjonali involuti u l-iktar gruppi ta’ interess importanti sabiex tfassal l-istrateġija spazjali tal-UE u l-pjan ta’ implimentazzjoni neċessarju tagħha. Huwa jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jipparteċipaw fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija spazjali tal-UE skont l-importanza u l-kompetenza tagħhom;

63.

huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tixrid tal-informazzjoni fost iċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-amministrazzjonijiet dwar ir-riżultati u l-possibbiltajiet tal-programmi spazjali Ewropej fir-reġjuni.

Brussell, 15 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/34


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE għall-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp sostenibbli 2012 (RIO+20)”

2012/C 54/07

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappella biex is-Summit Rio+20 jirrikonoxxi b’mod espliċitu l-urbanizzazzjoni bħala sfida ewlenija emerġenti li d-dinja trid tindirizza, u jsejjaħ ukoll għal appoġġ akbar biex isir skambju ta’ esperjenza u trasferiment tal-għarfien bejn il-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali fuq skala globali;

jappella biex is-Summit Rio+20 jadotta pjan direzzjonali tal-ekonomija ekoloġika, li madankollu għandu jinkludi sezzjoni speċifika dwar l-ekonomija ekoloġika lokali li tirrikonoxxi r-rwol prinċipali li jaqdu l-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali, u b’mod partikolari tippromovi Patt tas-Sindki u tar-Reġjuni internazzjonali u tappoġġja kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp; skema possibbli ta’ żvilupp ta’ kapaċità għandha tobbliga lill-pajjiżi benefiċjarji biex jinvolvu mill-qrib il-livelli sottonazzjonali ta’ governanza tagħhom fil-proċess;

jitlob li l-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali jkollhom post fil-qafas istituzzjonali għall-iżvilupp sostenibbli flimkien mal-gvernijiet nazzjonali u l-entitajiet tan-NU bħala atturi governattivi importanti u rikonoxxuti bis-sħiħ. Is-Summit Rio+20 għandu jieħu l-opportunità biex jadatta l-istrutturi eżistenti tal-hekk imsejħa “Gruppi Ewlenin”, pereżempju billi joħloq kategorija ġdida u inklużiva ta’ “atturi governattivi”, u jinkariga lill-UNEP (jew l-Organizzazzjoni Ambjentali Dinjija futura) jew il-Kunsill tal-Iżvilupp Sostenibbli biex joħolqu kumitat permanenti għall-gvernijiet sottonazzjonali u lokali;

jitlob li Rio+20 jiddefinixxi l-oqfsa governattivi futuri meħtieġa biex tiġi żviluppata aktar l-Aġenda 21 Lokali u jappoġġja l-promozzjoni tad-demokrazija ambjentali globalment, pereżempju billi tiġi appoġġjata l-introduzzjoni ta’ konvenzjonijiet reġjonali oħra bħal dik ta’ Aarhus, jew billi jitnedew negozjati dwar Patt globali dwar il-Prinċipju Nru 10 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio.

Relatur

Is-Sur REEPALU (SE/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Malmö

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar

COM(2011) 363 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li tlaqqa’ Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-ogħla livell possibbli f’Ġunju 2012 f’Rio de Janeiro (UNCSD jew Summit “Rio+20”), bl-objettiv li jiġi żgurat impenn politiku mġedded għall-iżvilupp sostenibbli, u jiġi vvalutat il-progress li sar sal-lum u n-nuqqasijiet li fadal fl-implimentazzjoni tar-riżultati ta’ summits ewlenin preċedenti dwar l-iżvilupp sostenibbli, u jiġu indirizzati sfidi ġodda u emerġenti. Se tagħmel dan fil-kuntest ta’ żewġ temi speċifiċi: “ekonomija ekoloġika fil-kuntest tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli” u “il-qafas istituzzjonali għall-iżvilupp sostenibbli”;

2.

jappella lill-parteċipanti kollha fil-konferenza Rio+20 u s-segwitu tagħha biex jiżguraw is-suċċess tal-konferenza u jaslu għal/jiksbu progress ġenwin favur l-iżvilupp sostenibbli;

3.

enfasizza f’diversi okkażjonijiet l-importanza ta’ miżuri u bidliet biex tiġi appoġġjata u żviluppata l-ħidma fuq l-iżvilupp sostenibbli. Il-KtR huwa tal-fehma li l-atturi kollha – globali, dawk fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali, sottonazzjonali u l-gvernijiet lokali – għandhom responsabbiltà kondiviża biex joħolqu soċjetà sostenibbli, li tirrispetta r-riżorsi naturali disponibbli. Il-membri tal-KtR, il-bliet u l-gvernijiet sottonazzjonali għandhom rwol importanti x’jaqdu f’dan ir-rigward u fil-biċċa l-kbira tagħhom huma l-ixpruni fil-ħidma favur żvilupp sostenibbli, fost l-oħrajn minħabba l-prossimità tagħhom maċ-ċittadini tal-UE;

4.

għaldaqstant jappella biex issir referenza espliċita għall-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali  (1) u li jkollhom is-setgħa fid-deliberazzjonijiet kollha ta’ Rio+20. Il-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali jridu jkunu involuti b’mod attiv kemm fil-preparazzjoni tas-Summit kif ukoll fis-segwitu u l-implimentazzjoni tiegħu. L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu forums mal-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali bħala preparazzjoni għal Rio+20;

5.

jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea biex iħejju pożizzjoni tal-UE għall-konferenza tan-NU li tkun ċara u magħquda, u biex jiżguraw li l-ftehimiet politiċi li jintlaħqu f’Rio de Janeiro jiġu segwiti b’azzjoni konkreta; f’dan ir-rigward huwa jenfasizza wkoll li l-involviment, il-kompetenza u s-setgħa tal-pubbliku fil-livell sottonazzjonali u lokali huma prekundizzjoni bażika għal soċjetà sostenibbli. Bil-għan li dan jiġi appoġġjat, il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità għandhom jiġu rrispettati u żviluppati fil-livelli kollha ta’ governanza, mil-livell globali, permezz tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u tal-ippjanar tal-Unjoni Ewropea, sal-livelli nazzjonali u sottonazzjonali. Il-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala msieħba kompletament ugwali u fl-aktar livell ta’ governanza adegwat fl-isforzi favur żvilupp sostenibbli, kemm fit-tħejjija għall-konferenza tan-NU kif ukoll fl-implimentazzjoni tar-riżultati tagħha;

6.

jappella biex is-Summit Rio+20 jirrikonoxxi b’mod espliċitu l-urbanizzazzjoni bħala sfida ewlenija emerġenti li d-dinja trid tindirizza. L-urbanizzazzjoni hija ta’ rilevanza partikolari għall-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali, billi huma minn ta’ quddiem fl-indirizzar tal-isfidi u l-opportunitajiet li ġġib magħha. Mill-bidu ta’ dan is-seklu ’l hawn il-maġġoranza tas-7 biljun individwu tad-dinja jgħixu fil-bliet. Il-popolazzjoni tad-dinja tista’ tiżdied minn 7 għal 9 biljun ruħ sal-2050 u xi xenarji jbassru li 60 % ta’ din il-popolazzjoni ser jgħixu fil-bliet sal-2030. Din it-tendenza hija partikolarment evidenti fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jew fil-pajjiżi li għaddejjin minn tranżizzjoni rapida. L-iżvilupp urban sostenibbli jirrikjedi approċċ olistiku u integrat għall-ġestjoni tad-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjokulturali tal-iżvilupp fi ħdan qafas spazjali u fiżiku. Il-KtR jirrakkomanda sforzi aktar b’saħħithom biex jiġi żviluppat u appoġġjat l-iżvilupp urban sostenibbli;

7.

jenfasizza li “l-iżvilupp sostenibbli” jiddependi mill-armonija bejn il-fatturi soċjali, ekoloġiċi u ekonomiċi u b’hekk anke l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandha tkun it-tema prinċipali tas-Summit Rio+20, l-istess bħall-protezzjoni tar-riżorsi, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għanijiet ta’ politika ambjentali oħra;

8.

jixtieq jara aktar sforzi biex jinħolqu, jiġu valutati, jiġu preżentati u jixxerdu eżempji tajbin ta’ żvilupp urban sostenibbli. Hemm domanda sostanzjali għall-iskambju ta’ esperjenza u għal trasferiment tal-għarfien, fir-rigward kemm ta’ fatturi istituzzjonali kif ukoll ta’ approċċ sistematiku olisitiku u integrat fil-proċessi tal-ippjanar u t-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-governanza urbana tajba, il-ġestjoni tat-territorju, is-sistemi għall-ġestjoni tal-art, il-leġislazzjoni u l-politiki, il-finanzjament, il-kooperazzjoni pubblika u privata, il-parteċipazzjoni pubblika, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-informazzjoni lkoll huma oqsma fejn hemm bżonn kbir ta’ skambju ta’ esperjenza u trasferiment tal-għarfien bejn il-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali fuq skala globali;

9.

jixtieq jenfasizza kemm huwa importanti li ssir enfasi fuq il-forom diversi ta’ sħubijiet u l-interazzjonijiet bejn il-bliet u l-inħawi tagħhom u li dawn jiġu żviluppati. Popolazzjoni li qed tikber fil-bliet tista’ tirriżulta f’domanda qawwija fuq il-produzzjoni u l-provvista tal-prodotti, pereżempju l-prodotti tal-ikel, kif ukoll il-ġestjoni tal-prodotti tal-iskart u l-iskart. Eżempju konkret tal-bżonn ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-bliet u l-inħawi tagħhom huwa l-ġestjoni tal-iskart bijoloġiku, fejn hemm bżonn ta’ sistemi operattivi biex in-nutrijenti tal-pjanti jerġgħu lura fl-art agrikola biex l-ekoċiklu bijoloġiku jaħdem f’ċirkwit magħluq (closed loop);

10.

jemmen li l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni huma ta’ importanza kruċjali biex ikun hemm aktar sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. L-iżvilupp ta’ programmi tat-tagħlim huwa partikolarment importanti għat-tranżizzjoni li hija meħtieġa, mhux biss dwar l-għarfien tekniku dwar aspetti speċifiċi iżda wkoll dwar approċċ sistematiku olisitiku u integrat;

11.

jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna mill-isfidi u miżuri konkreti li qed tiffaċċja l-komunità internazzjonali fil-ħidma tagħha favur l-iżvilupp sostenibbli ma jistgħux jiġu solvuti biss permezz ta’ teknoloġija ġdida u żieda fl-investiment finanzjarju. Hemm bżonn ukoll ta’ miżuri biex jiġi żviluppat l-għarfien bil-għan li jiġu adatti u jinbidlu l-imġiba tan-nies, ix-xejriet tal-konsum, eċċ.;

12.

jenfasizza li kemm il-midja soċjali kif ukoll dik tradizzjonali huma partikolarment importanti f’dan ir-rigward. Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ dawn il-midja bħala għodod għall-iskambju tal-informazzjoni, għall-mobilizzazzjoni tan-nies, għall-ħolqien ta’ rabta bejn l-inizjattivi u ta’ opinjoni pubblika kritika u b’hekk tiġi promossa soċjetà sostenibbli;

13.

jenfasizza li waħda mill-għodod li jintużaw fl-isforzi biex tinkiseb soċjetà sostenibbli hija l-ġemellaġġi tal-irħula. Ħafna proġetti ta’ ġemellaġġ diġà qed jiġu implimentati jew qed jiġu stabbiliti fuq bażi tematika bilaterali jew multilaterali fil-livelli lokali u sottonazzjonali. Għadd ta’ atturi huma involuti f’dan il-proċess kemm fuq skala nazzjonali, sottonazzjonali u lokali, fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll internazzjonalment. Il-ġemellaġġi huma għodda partikolarment effettiva meta jkollhom kontenut tematiku ffokat, ikunu diretti lejn objettivi sostenibbli u jinvolvu mhux biss lill-gvernijiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali iżda wkoll – u dan huwa iktar importanti għal riżultat ta’ suċċess – lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

14.

il-KtR jenfasizza li l-assoċjazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali tal-livelli ta’ governanza sottonazzjonali għandhom ukoll rwol importanti biex jiffaċilitaw l-iskambji u jagħtu lill-gvernijiet sottonazzjonali u lill-awtoritajiet lokali leħen fil-livell internazzjonali. Il-KtR innifsu jaġixxi bħala attur istituzzjonali importanti fil-kuntest tal-UE f’dan ir-rigward u jemmen li hemm bżonn aktar impenji biex jiġu kkoordinati l-istrutturi u n-netwerks eżistenti u biex jitjiebu l-valutazzjoni tal-proġetti innovattivi u t-tixrid tal-aħjar prattika;

B.   Nagħmlu possibbli t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika

15.

jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżvilupp sostenibbli, flimkien mat-tliet dimensjonijiet ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali jikkostitwixxi l-bażi għat-tkabbir, aktar opportunitajiet ta’ impjieg, ekonomija ekoloġika, prosperità akbar u ambjent aktar nadif u b’saħħtu;

16.

jinnota li s-sistema ekonomika attwali teċċedi l-kapaċitajiet tal-pjaneta mil-lat tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u li, barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea qed timporta aktar u aktar karburanti fossili u materja prima, li wħud minnhom, li huma strateġiċi għall-preżent u l-futur tal-Unjoni, jistgħu jsiru skarsi fis-snin li ġejjin. Dan kollu jesiġi tranżizzjoni ekonomika b’mod imperattiv lejn mod ta’ żvilupp aktar sostenibbli li jirrispetta aktar dawn ir-riżorsi;

17.

jenfasizza bil-qawwa li t-tranżizzjoni lejn tendenza aktar sostenibbli tal-iżvilupp mhijiex biss problema iżda għall-kuntrarju fiha nnifisha tippreżenta sensiela ta’ opportunitajiet, b’mod partikolari meta t-titjib tal-ambjent u l-ħolqien tal-valur miżjud ekonomiku u soċjali huma meqjusa mil-lat ta’ sinerġija potenzjali. L-opportunitajiet għandhom isiru disponibbli permezz ta’ miżuri adegwati fl-oqsma tal-politika ekonomika, tal-edukazzjoni u tal-bidliet soċjali;

18.

jikkonkludi li fid-dawl tal-kundizzjonijiet finanzjarji attwali fl-Unjoni Ewropea u fil-livell internazzjonali, għandna naħdmu għall-kisba ta’ ekonomija sostenibbli u għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet iktar sostenibbli tal-impjiegi;

19.

itenni l-importanza tal-impjieg ekoloġiku u l-isforz fil-promozzjoni ta’ dan it-tip ta’ impjieg, definit bħala impjieg deċenti fis-setturi ekonomiċi kollha li jinvolvu s-sostenibbiltà (kemm dawk emerġenti kif ukoll dawk tradizzjonali) minħabba l-possibbiltà li joffri biex isir progress fil-koeżjoni soċjali. Għaldaqstant, l-edukazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-qasam tas-sostenibbiltà fil-livelli kollha għandhom jitqiesu bħala aspetti ċentrali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp sħiħ ta’ dawn is-setturi essenzjali;

20.

jirrakkomanda li s-Summit Rio+20 jipprovdi mudell alternattiv ġdid għall-kejl tat-tkabbir u l-benesseri lil hinn mill-PDG. Dan huwa neċessarju bil-għan li d-dibattiti jiffokaw mill-ġdid fuq il-politiki u biex ikun hemm bidla fundamentali fil-mod kif jiġi mifhum il-“progress”. Hemm bżonn ta’ indikaturi li jqisu t-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-inklużjoni soċjali;

21.

jinsab konvint li l-UE b’mod partikolari tista’ taqdi rwol importanti fil-konferenza tan-NU, jekk tkun tista’ tagħti hija stess eżempju tajjeb: il-pożizzjoni tagħha fin-negozjati tissaħħaħ jekk tistabbilixxi għanijiet ambizzjużi fit-triq lejn “ekonomija ekoloġika”, pereżempju fl-oqsma koperti mill-Inizjattiva Ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 “Ewropa b’użu effiċjenti ta’ riżorsi”;

22.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li s-Summit Rio+20 għandu jadotta pjan direzzjonali tal-ekonomija ekoloġika li jistabbilixxi miri u indikaturi adatti, ifassal kemm azzjoni internazzjonali diretta kif ukoll qafas għal inizjattivi globali, reġjonali (inkluż fil-livell tal-UE), nazzjonali u sottonazzjonali u jinkludi skeda għall-implimentazzjoni;

23.

f’dan il-kuntest jappoġġja t-talba tal-UE biex is-Summit Rio+20 jistabbilixxi skema ta’ żvilupp ta’ kapaċità maħsuba biex tagħti parir speċifiku skont il-pajjiż lill-pajjiżi kollha interessati dwar it-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u dwar kif jistgħu jaċċessaw il-fondi disponibbli. Il-KtR jisħaq li t-tali skema għandha tobbliga lill-pajjiżi biex jinvolvu mill-qrib il-livelli sottonazzjonali ta’ governanza tagħhom fil-proċess;

24.

jemmen li l-pjan direzzjonali għandu jinkludi sezzjoni speċifika dwar l-ekonomija ekoloġika lokali, li tirrikonoxxi r-rwol prinċipali li jaqdu l-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. Din is-sezzjoni għandha tindirizza b’mod partikolari l-isfidi maġġuri tal-urbanizzazzjoni u tal-ekonomija ekoloġika urbana, tippromovi Patt tas-Sindki u tar-Reġjuni internazzjonali u tappoġġja kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp mill-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali;

25.

jitlob li l-ħafna każijiet ta’ suċċess ta’ gvernijiet sottonazzjonali u gvernijiet lokali li jippromovu ekonomija ekoloġika jiġu inklużi fis-sett ta’ għodod tal-ekonomija ekoloġika ta’ Rio+20 li ġiet proposta mill-Kummissjoni Ewropea;

26.

ifakkar fir-rwol importanti u l-ħafna attivitajiet tal-livelli lokali u sottonazzjonali fil-qasam tal-għajnuna għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni deċentralizzata b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-KtR, il-membri tiegħu u l-Kummissjoni Ewropea, pereżemju l-“Atlas” tal-KtR, il-portal tal-internet u l-hekk imsejħa “Konferenza tal-Kooperazzjoni Deċentralizzata”;

27.

jixtieq jara miżuri fil-livell globali biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ settur kummerċjali mmexxi mill-ambjent, li jista’ jinkiseb billi:

jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ teknoloġija ekoloġika u ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi, fost l-oħrajn permezz ta’ żieda fl-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż investiment li, filwaqt li jibbaża fuq l-approċċ tas-servizzi tal-ekosistemi, ikollu l-għan li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-bijodiversità u għall-iżvilupp (mill-ġdid) tal-ekosistemi, u fl-istess waqt joħloq opportunitajiet ekonomiċi ġodda,

jiġu implimentati miżuri biex jiffaċilitaw l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ prodotti u servizzi ekoloġiċi fuq livell globali u l-promozzjoni tax-xogħol intelliġenti,

jiġu imposti talbiet ambjentali, klimatiċi u etiċi b’rabta mal-akkwist pubbliku u tipi oħra ta’ akkwist,

jtħeġġeġ l-iżvilupp tal-ekoloġija industrijali u l-ekonomija ċirkolari (minn nieqa sa nieqa), maħsuba biex jagħlqu ċ-ċikli ta’ produzzjoni u ta’ konsum, b’mod li jiġu inklużi l-materjali neċessarji għal dawn il-proċessi f’ċirkwit magħluq (closed loop), sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun l-estrazzjoni tar-riżorsi naturali mhux rinnovabbli,

jiġu żviluppati u implimentati metodi għall-akkwist funzjonali,

jiġu kkoordinati u żviluppati mudelli għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-prodotti u s-servizzi mill-kumpaniji, permezz ta’ analiżi komparattiva taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u s-servizzi, eċċ.,

jiġu kkoordinati u żviluppati mudelli għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet, pereżempju permezz ta’ kompatibbiltà ambjentali, u

jinħolqu mudelli għall-finanzjament ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi u kumpaniji ekoloġiċi;

28.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li jsir progress fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi u strumenti ġodda għall-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat (atturi soċjali u ekonomiċi) bil-għan li jiġu żviluppati u implimentati politiki tal-ekonomija ekoloġika, filwaqt li ssir enfasi fuq il-promozzjoni u l-konsolidazzjoni tas-sħubijiet bejn diversi atturi interessati;

29.

itenni mill-ġdid li waħda mill-isfidi ewlenin illum hija li nnaqqsu b’mod radikali l-impatt tagħna fuq il-klima, kemm fil-livell globali kif ukoll lokali, filwaqt li niżguraw provvisti tal-enerġija u prosperità. Il-muniċipalitajiet u l-gvernijiet sottonazzjonali għandhom rwol kbir x’jaqdu f’dan il-proċess. Fi ħdan l-Unjoni Ewropea, huma qed jassumu responsabbiltà għal firxa wiesgħa ta’ inizjattivi intiżi biex inaqqsu l-impatt fuq il-klima, jiżguraw il-provvisti tal-enerġija u jadattaw għat-tibdil fil-klima. Il-ftehimiet ta’ Cancun, adottati f’Diċembru 2010, jirrikonoxxu l-gvernijiet lokali bħala atturi governattivi u jagħtu aċċess lill-bliet għall-mekkaniżmi internazzjonali ta’ finanzjament. Il-gvernijiet sottonazzjonali u lokali għandhom jiġu involuti b’mod aktar attiv fil-pjani ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-klima u għandu jkollhom aċċess għal appoġġ finanzjarju;

30.

jenfasizza li għandhom jittieħdu miżuri biex jipproteġu, jiżguraw u jiżviluppaw mill-ġdid riżorsi, materjali u kapital naturali ewlenin. B’mod partikolari, il-KtR jixtieq li s-Summit Rio+20 jagħti attenzjoni partikolari lill-ilma. L-aċċess għall-ilma huwa problema li qed tikber b’rata mgħaġġla u sfida prinċipali, speċjalment għall-bliet il-kbar. Għaldaqstant, il-KtR jappoġġja l-istabbiliment ta’ sħubija internazzjonali dwar l-ilma biex tiġi indirizzata din il-problema u b’rabta ma’ dan jirreferi għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar ir-rwol tal-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma (CdR 5/2011 fin);

31.

jenfasizza l-bżonn li jitjiebu l-governanza u l-protezzjoni tal-ambjent marittimu u tal-oċeani u li jiġi kkunsidrat li jsiru wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Qafas ta’ Rio, barra mill-klima u l-bijodiversità;

32.

jenfasizza l-kumment tal-Kummissjoni li “l-użu sostenibbli tal-art u l-agrikoltura huwa pedament tal-ekonomija ekoloġika”, u għalhekk, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-iżvilupp urban u l-ġestjoni tat-territorju sostenibbli jfissru li titnaqqas il-frekwenza li biha l-art agrikola produttiva tintuża għall-bini tant li ma tkunx tista’ tiġi kkultivata fil-ġejjieni;

33.

jemmen li biex it-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika globali tkun possibbli, għandhom jiġu mobilizzati riżorsi finanzjarji fuq skala kbira. It-tassazzjoni u l-prezzijiet għandhom jirriflettu aħjar l-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali. Il-KtR itenni t-talbiet tiegħu biex jiġu integrati l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u r-responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ rkupru tal-ispiża għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali. Il-pjan direzzjonali tal-ekonomija ekoloġika għandu jniedi inizjattivi ta’ finanzjament u sħubijiet pubbliċi u privati ġodda;

34.

jipproponi li l-pjan direzzjonalijipprevedi wkoll sensiela ta’ miżuri konkreti u limitati mil-lat ta’ żmien biex, sal-2020, jitneħħew is-sussidji kollha li jikkontribwixxu għall-ħsara ambjentali. Dan ifisser li r-riżorsi finanzjari jkunu jistgħu jintużaw għal attivitajiet oħra. Barra minn hekk, l-għanijiet tal-iffrankar u l-istandards tal-effiċjenza, bħal dawk li l-UE żviluppat għal sensiela ta’ prodotti u proċessi, għandhom jiġu applikati fil-livell internazzjonali;

C.   Il-qafas istituzzjonali – lejn governanza aħjar

35.

jirrakkomanda trasformazzjoni tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) f’Organizzazzjoni Ambjentali Dinjija. It-trasformazzjoni tal-UNEP f’Aġenzija Speċjalizzata tan-Nazzjonijet Uniti toħloq organizzazzjoni ambjentali globali multilaterali bħala l-aħjar mod biex titjieb il-governanza ambjentali internazzjonali. Għandu jkollha mandat rivedut u msaħħaħ u topera b’mod ugwali ma’ aġenziji speċjalizzati oħra tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, għandha tinkludi fergħa ta’ implimentazzjoni, deċentralizzata fil-livell reġjonali u nazzjonali, bil-għan li tipprovdi lill-pajjiżi, lill-gvernijiet sottonazzjonali u lill-awtoritajiet lokali b’appoġġ aktar dirett fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, bħal dwar it-tibdil fil-klima jew il-bijodiversità;

36.

jirrakkomanda wkoll il-ħolqien ta’ Kunsill tal-Iżvilupp Sostenibbli minflok il-Kummissjoni eżistenti għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-għan ta’ din il-proposta huwa li tinkiseb governanza aħjar, fehma komuni u koordinazzjoni fil-ħidma dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha;

37.

jappoġġja l-iżvilupp tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod speċjali dawk b’perspettiva fit-tul, fuq l-eżempju tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Imbagħad impenn politiku wiesa’ bbażat fuq għanijiet komuni għandu jinqasam f’sensiela ta’ miri speċifiċi u konkreti u mezzi kif jiġu kkalkolati;

38.

jinsisti li s-Summit Rio+20 jirrikonoxxi l-fatt li l-governanza għandha tinkludi l-livelli kollha tal-gvern, mil-lokal sas-sottonazzjonali, in-nazzjonali u r-reġjonali sal-globali. Rio+20 għandu jissieħeb f’approċċ ta’ governanza f’diversi livelli, abbażi ta’ interazzjoni, sinerġija u komplementarjetajiet bejn il-livelli kollha ta’ governanza;

39.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-Konvenzjonijiet ta’ Rio, il-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali reċentement ingħataw iktar rikonoxximent tal-istatus speċjali tagħhom bħala istituzzjonijiet governattivi, inkluż pereżempju r-rikonoxximent tagħhom bħala “atturi governattivi” fil-Ftehim ta’ Cancun, u d-Deċiżjoni X/22 tal-COP 10 CBD “Pjan ta’ Azzjoni għall-Gvernijiet Sottonazzjonali, il-Bliet u Awtoritajiet Lokali Oħrajn”. Il-KtR ta l-appoġġ attiv tiegħu għal dawn l-iżviluppi;

40.

jitlob li l-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali jkollhom post fil-qafas istituzzjonali għall-iżvilupp sostenibbli flimkien mal-gvernijiet nazzjonali u l-entitajiet tan-NU bħala atturi governattivi importanti u rikonoxxuti bis-sħiħ. Is-Summit Rio+20 għandu jieħu l-opportunità biex jadatta l-istrutturi eżistenti tal-hekk imsejħa “Gruppi Ewlenin” sabiex jirrifletti l-evoluzzjonijiet li saru mill-1992 ’l hawn, l-iktar fir-rwol tal-governanza lokali u sottonazzjonali, pereżempju billi joħloq kategorija ġdida u inklużiva ta’ “atturi governattivi”. Il-KtR jikkundanna l-fatt li fl-istruttura attwali ta’ governanza internazzjonali, minkejja r-rwol speċifiku u dejjem jikber tagħhom fil-governanza, ir-rappreżentazzjoni tal-livelli sottonazzjonali ta’ governanza fil-korpi tan-NU tqegħidhom fuq l-istess livell mas-soċjetà ċivili, in-negozju jew gruppi oħrajn li huma definiti skont kriterji soċjoekonomiċi u mhux skont ir-rwol tagħhom fis-sistema tal-governanza;

41.

jissuġġerixxi f’dan ir-rigward li s-Summit Rio+20 jinkariga lill-UNEP (jew l-Organizzazzjoni Ambjentali Dinjija futura) jew il-Kunsill tal-Iżvilupp Sostenibbli biex joħolqu kumitat permanenti għall-gvernijiet sottonazzjonali u lokali bħala struttura ġdida li tirrifletti b’mod adegwat il-governanza f’diversi livelli u toffri mekkaniżmu permanenti ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni mal-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali madwar id-dinja. Il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ jservi ta’ mudell f’dan ir-rigward;

42.

jirrikonoxxi l-fatt li r-responsabbiltajiet u r-rwoli tal-livelli sottonazzjonali u lokali jvarjaw ħafna kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll globalment u l-awtonomija sottonazzjonali u lokali qed tiżviluppa kontinwament. Għalhekk, jeħtieġ li dawn id-differenzi jiġu kkunsidrati meta jkunu qed isiru tentattivi biex il-gvernijiet sottonazzjonali u lokali jiġu involuti kemm jista’ jkun mill-qrib fil-proċessi tal-iżvilupp ta’ soċjetajiet sostenibbli;

43.

jixtieq jenfasizza l-importanza ta’ fehmiet komuni u ta’ koordinazzjoni li għandhom jiġu żviluppati fil-ħidma għall-iżvilupp sostenibbli fil-livell globali. F’dan il-proċess, il-bliet u l-gvernijiet sottonazzjonali huma atturi prinċipali. Il-Patt tas-Sindki, l-Aġenda 21 u l-Istrateġiji għal Żvilupp Sostenibbli huma pjattaformi importanti għall-koordinazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza;

44.

jenfasizza li l-enfasi tal-Kummissjoni Ewropea fuq is-settur privat m’għandhiex tnaqqas l-attenzjoni mill-ħtieġa li s-Summit Rio+20, l-UE u l-Istati Membri jippromovu governanza għall-iżvilupp sostenibbli fil-livell tal-awtoritajiet sottonazzjonali u dawk pubbliċi lokali, inkluża l-awtonomija taċ-ċittadini;

45.

jixtieq jenfasizza l-importanza li ċ-ċittadini jsiru l-punt fokali fil-ħidma lejn soċjetà sostenibbli. Għaldaqstant, l-għanijiet u l-miżuri ta’ dan il-proċess għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet lokali differenti. Id-djalogu dwar il-miżuri fiżiċi u finanzjarji kif ukoll bidliet fil-konsum u l-imġiba għandhom ikunu bbażati fuq kundizzjonijiet eżistenti fil-livell sottonazzjonali u lokali. Hemm bżonn ta’ azzjoni biex tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini fil-ħidma lejn soċjetà sostenibbli, pereżempju billi:

jiġi żviluppat proċess konsultattiv u jinħolqu postijiet tal-laqgħat għad-djalogu u l-iskambju tal-esperjenza;

jiġu appoġġjati l-proġetti ta’ żvilupp sottonazzjonali u lokali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali; u

jiżdied il-livell tal-għarfien u titwessa’ l-perspettiva dwar il-bżonn ta’ sforzi konġunti biex tinkiseb soċjetà sostenibbli;

46.

jixtieq li s-Summit Rio+20 jappoġġja l-promozzjoni tad-demokrazija ambjentali globalment. Dan jista’ jsir billi, f’Rio+20, il-partijiet ta’ Aarhus itennu mill-ġdid ir-rieda tagħhom li jiftħu l-Konvenzjoni għad-dinja kollha, iżda jista’ jsir ukoll b’modi oħra – pereżempju billi tiġi appoġġjata l-introduzzjoni ta’ konvenzjonijiet reġjonali oħra bħal dik ta’ Aarhus, jew billi jitnedew negozjati dwar Patt globali dwar il-Prinċipju Nru 10 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio (2);

47.

jixtieq li tiġi żviluppata u tingħata spinta mill-ġdid lill-ħidma fuq l-Aġenda 21. Rio+20 għandu jiddefinixxi l-oqfsa governattivi futuri meħtieġa għal aktar żvilupp tal-Aġenda 21 Lokali f’dan ir-rigward. L-Aġenda 21 Lokali, li tnediet wara s-Summit ta’ Rio fl-1992, hija eżempju tajjeb ta’ proċess fil-livell lokali li ta riżultati tajbin u dejjiema f’forma kemm ta’ miżuri konkreti kif ukoll ta’ perspettiva usa’, u aktar involviment, fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà fost l-atturi tas-soċjetà. Il-perspettiva u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini huma l-bażi tal-Aġenda 21 Lokali. F’ħafna każijiet, il-ħidma tal-Aġenda 21 Lokali wasslet għal impjiegi ekoloġiċi ġodda;

48.

jixtieq b’mod partikolari li l-għarfien jiġi appoġġjat b’mod aħjar fil-livelli sottonazzjonali u lokali. Sabiex il-ħidma għal soċjetà sostenibbli tkun effettiva, l-atturi kollha għandhom bżonn bażi aċċessibbli għall-ippjanar u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Dan huwa importanti wkoll b’rabta mas-segwitu, il-valutazzjoni u l-għoti ta’ feedback dwar ir-riżultati u l-esperjenza miksuba mill-ħidma favur soċjetà sostenibbli;

49.

jistenna li l-Kummissjoni, fil-ħidma kontinwa tagħha għat-tħejjija tas-Summit Rio+20, tiżviluppa u ssaħħaħ id-djalogu mal-KtR u l-membri tiegħu. Il-KtR jittama li d-delegazzjoni tal-UE għas-Summit Rio+20 tinkludi għadd adegwat ta’ delegati mill-KtR.

Brussell, 15 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Fl-opinjoni jintuża t-terminu “gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali” hekk kif jintuża fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti (fejn ir-reġjuni huma pjuttost reġjuni dinjija). Fil-kuntest tal-UE, dan it-terminu jfisser “awtoritajiet lokali u reġjonali”.

(2)  Prinċipju Nru 10 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp 1992 - ara http://www.un.org/documents/ga/conf151/aconf15126-1annex1.htm


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

It-93 sessjoni plenarja fl-14 u t-15 ta’ Diċembru 2011

23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/40


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-qafas finanzjarju multiannwali ġdid għal wara l-2013”

2012/C 54/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jemmen li l-livell ta’ finanzjament propost għalhekk għandu jiġi kkunsidrat bħala l-minimu assolut meħtieġ biex jinkisbu l-ambizzjonijiet li l-Istati Membri qablu dwarhom għall-Unjoni fit-Trattat u fl-Istrateġija Ewropa 2020;

itenni l-oppożizzjoni b'saħħitha tal-KtR għal kwalunkwe forma ta’ kundizzjonalità;

jappoġġja l-introduzzjoni ta’ dawk il-kundizzjonalitajiet ex ante biss li jservu bħala strument sabiex titjieb l-effiċjenza tal-programmi u jappella li l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ sħubija formali bejn kull Stat Membru u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom tkun kondizzjonalità speċifika ex ante;

itenni l-oppożizzjoni tal-KtR fir-rigward tar-riserva proposta tal-prestazzjoni filwaqt li jenfasizza li l-kundizzjonalitajiet ex post u s-sospensjoni tal-fondi għandhom jiġu applikati biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar jekk ir-riżultati mistennija jkunu 'l bogħod ħafna milli jinkisbu;

jappoġġja l-proposta tal-qafas finanzjarju mutliannwali dwar il-ħolqien ta’ kategorija ġdida ta’ “tranżizzjoni” għar-reġjuni;

jenfasizza li l-limitu ta’ assorbiment propost m'għandux iwassal għal livell ta’ obbligi inqas mil-livell tan-nefqa reali fi kwalunkwe Stat Membru matul il-perjodu 2007-2013

jappella għal involviment sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-superviżjoni u l-ġestjoni tal-proġetti tal-infrastruttura ffinanzjati taħt il-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa;

jilqa' b'sodisfazzjon l-ispinta sinifikanti għar-riċerka u l-innovazzjoni proposta fil-qafas finanzjarju multiannwali;

jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn li l-PAK issir iżjed ekoloġika, kif ukoll il-proposti relatati mal-konverġenza tal-pagamenti u l-limitu tal-livell tal-pagamenti diretti;

jiddispjaċih li l-baġit għall-iżvilupp rurali) ser jibqa' sproporzjonalment żgħir meta mqabbel mal-fondi allokati għall-pagamenti diretti;

ma jemminx li l-oqsma ewlenin ta’ nfiq tal-UE, bħalma huma l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-programm ta’ Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà għandhom jiġu ffinanzjati barra l-ambitu tal-qafas finanzjarju multiannwali;

huwa konvint li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji tal-UE għandha tissostitwixxi l-kontribuzzjonijiet nazzjonali u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposti tal-Kummissjoni dwar il-VAT u Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji.

Relatur

is-Sinjura CLUCAS (UK/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Liverpool

Dokumenti ta’ referenza

 

Kummissjoni Ewropea, (2011), Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Baġit għall-Ewropa 2020,

COM(2011) 500 finali.

 

Kummissjoni Ewropea, (2011), Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020,

COM(2011) 398 finali – 2011/0177 (APP).

 

Kummissjoni Ewropea, (2011), Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea,

COM(2011) 510 finali – 2011/0183 (CNS).

 

Kummissjoni Ewropea, (2011), Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea,

COM(2011) 511 finali – 2011/0184 (APP).

 

Kummissjoni Ewropea, (2011), Proposta ghal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti,

COM (2011) 512 finali – 2011/0185 (CNS).

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Approċċ baġitarju ġenerali

1.

jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar il-qafas finanzjarju mutliannwali 2014-2020, l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jimplimenta l-qafas finanzjarju multiannwali, il-ftehim interistituzzjonali dwar kwistjonijiet baġitarji u l-pakkett relatat mar-riżorsi proprji tal-UE. Il-KtR jikkunsidra li, flimkien, dawn il-proposti jipprovdu qafas kredibbli għall-finanzjament ta’ prijoritajiet futuri tal-UE u bażi solida li fuqha għandhom jitniedu aktar diskussjonijiet;

2.

jemmen li l-baġit tal-UE, għalkemm ta’ daqs limitat, huwa essenzjali fl-indirizzar tal-isfidi tal-Unjoni. Fir-rigward tal-baġits nazzjonali, l-ispeċifiċità tal-baġit tal-UE tikkonċerna l-valur miżjud Ewropew tiegħu, l-effett ta’ lieva li jġib miegħu u l-fatt li l-baġit tal-UE jikkonsisti sa 94,5 % f'nefqa kapitali u 5,5 % biss f'nefqa amministrattiva. Għaldaqstant, il-KtR jikkunsidra li hemm bżonn bidla fil-perċezzjoni, partikolarment fost it-Teżori nazzjonali, biex il-kompiti ewlenin tal-UE jiġu kkunsidrati bħala investiment minflok bħala spiża. Il-qafas finanzjarju multiannwali m'għandux ikun biss mudell ta’ effiċjenza u effikaċja finanzjarja iżda wkoll mudell għall-governanza demokratika u t-trasparenza;

3.

jinnota b'mod partikolari n-natura serja tad-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali li qed jiffaċċjaw bħalissa l-Istati Membri u jenfasizza li l-baġit tal-UE, l-Istrateġija Ewropa 2020, u l-governanza ekonomika Ewropea għandhom jaġixxu flimkien b'mod ikkoordinat biex jippromovu l-istabbiltà, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-protezzjoni ambjentali, il-benesseri soċjali u l-koeżjoni territorjali u biex jerġa' jkun hemm fiduċja fl-integrazzjoni Ewropea;

4.

jappoġġja l-prinċipji ewlenin li fuqhom huwa bbażat il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 inkluż attenzjoni għar-riżultati, żieda fl-investiment minn sorsi oħra, u qabel kollox, is-semplifikazzjoni tat-twettiq, fost l-oħrajn billi jinġabru flimkien għadd ta’ programmi differenti ta’ finanzjament. Għandha ssir enfasi fuq dawk il-gruppi li għandhom diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-finanzjament tal-UE. Il-KtR għalhekk jappella għal żieda fl-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza disponibbli fil-livell tal-UE, relatati mal-fondi;

5.

jinnota li d-disinn u l-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali jistgħu jibbenefikaw b'mod sinifikanti mill-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Ir-responsabbiltajiet għall-investiment pubbliku jinsabu kemm f'idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll f'idejn il-gvernijiet ċentrali. Dawn jaqdu rwol partikolarment importanti mhux biss biex jamministraw proġetti ffinanzjati mill-UE iżda wkoll biex jippromovu aċċess għall-fondi u jiżguraw infiq ikkoordinat bejn il-fondi differenti;

6.

għalhekk iqis li hemm potenzjal sinifikanti għall-promozzjoni tal-governanza f'diversi livelli fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali. Għal dan il-għan, jitlob li jinstabu mezzi ġodda ta’ ħidma u forom ġodda ta’ sħubijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni bħala parti fundamentali tal-forom kollha ta’ governanza u finanzjament assoċjati mal-qafas finanzjarju multiannwali;

7.

jiddispjaċih li l-ugwaljanza u l-ugwaljanza bejn is-sessi m'għandhomx rwol prominenti fil-proposta tal-Kummissjoni, u jitlob lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew iħabirku biex il-baġit tal-UE jħaddan id-dimensjoni ta’ ugwaljanza bejn is-sessi (budget gendering);

Livell, struttura u dewmien tal-baġit

8.

itenni li l-UE għandu jkollha baġit kredibbli ta’ mill-anqas 1 % (1) tal-ING biex tkun tista' tikseb objettivi ewlenin Ewropej b'konformità mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u l-bżonnijiet taż-żoni lokali u reġjonali. Il-KtR iqis li, b'EUR 1 025 biljun jew 1,05 % tal-ING tal-UE, il-proposti attwali bilkemm jilħqu dan l-għan;

9.

jemmen li l-livell ta’ finanzjament propost għalhekk għandu jiġi kkunsidrat bħala l-minimu assolut meħtieġ biex jinkisbu l-ambizzjonijiet li l-Istati Membri qablu dwarhom għall-Unjoni fit-Trattat u fl-Istrateġija Ewropa 2020. Fid-dawl tal-fatt li pproponew qafas finanzjarju multiannwali modest, li huwa kostanti f'termini reali mas-sitwazzjoni attwali, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament, bl-appoġġ sħiħ tal-Kumitat tar-Reġjuni, issa għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiddefendu l-livell propost kontra t-tnaqqis matul in-negozjati;

10.

jilqa' l-fatt li l-intestaturi baġitarji ngħataw isem ġdid biex jirriflettu aktar mill-qrib il-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, iżda jiddispjaċih li ma ttiħditx l-opportunità biex il-fondi kollha tal-UE li jippromovu l-iżvilupp territorjali jitqiegħdu taħt intestatura waħda;

11.

barra minn hekk jinnota li l-Kummissjoni ma ħaditx l-opportunità biex tersaq lejn perjodu baġitarju ta’ għaxar snin iżda jilqa' l-possibbiltà li jiġi adottat tali ċiklu mill-2020 'il quddiem, biex jiġu żgurati finanzjament fit-tul u stabbli u perspettiva demokratika mtejba;

Flessibbitlà baġitarja, reviżjoni f'nofs it-term u kundizzjonalitajiet

12.

jiddispjaċih li m'hemmx flessibbiltà fil-baġit attwali u jenfasizza l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà għaċ-ċaqliq tal-approprjazzjonijiet fi ħdan l-intestaturi baġitarji fil-futur;

13.

jiddispjaċih li ma saret l-ebda referenza għal possibbiltà li jiġu trasferiti approprjazzjonijiet baġitarji jew marġni mhux użati lejn riżerva ta’ flessibbilità tal-UE, minflok ma jingħataw lura lill-Istati Membri;

14.

jinnota l-proposta li tiġi preżentata ‘valutazzjoni’ fl-2016 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali, iżda jenfasizza li din għandha tkun pjuttost reviżjoni sħiħa f'nofs it-term (li tinkorpora l-valutazzjoni proposta) fl-2017, bil-possibbiltà li l-infiq jiġi aġġustat abbażi ta’ prijoritajiet emerġenti, soġġett għal ċerti limiti;

15.

itenni l-oppożizzjoni b'saħħitha tal-KtR għal kwalunkwe forma ta’ kundizzjonalità makroekonomika li twassal biex jieqaf il-finanzjament tal-awtoritajiet lokali u reġjonali minħabba deċiżjonijiet ekonomiċi li jittieħdu mill-gvernijiet nazzjonali;

16.

madankollu jappoġġja l-introduzzjoni ta’ dawk il-kundizzjonalitajiet ex ante biss fil-ġestjoni tal-programmi tal-UE li jservu bħala strument sabiex titjieb l-effiċjenza tal-programmi u tiġi vvalutata l-kapaċità teknika u amministrattiva reali minflok l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE; l-esiġenza li jitfasslu strateġiji, pjani jew miżuri bħala kundizzjonalità ex ante m'għandhiex timplika li l-fondi jiddependu mit-twettiq sussegwenti ta’ dawn kollha, inklużi dawk li mhumiex kofinanzjati mill-fondi tal-UE, billi dan jista' jikser il-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà;

17.

jappella li l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ sħubija formali bejn kull Stat Membru u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom tkun kondizzjonalità speċifika ex ante li għandha tiġi vverifikata mill-Kummissjoni;

18.

jenfasizza li l-kundizzjonalitajiet ex post u s-sospensjoni tal-fondi għandhom jiġu applikati biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar jekk ir-riżultati mistennija jkunu 'l bogħod ħafna milli jinkisbu, u jitlob biex jiġu kkunsidrati l-kundizjonijiet nazzjonali għall-irkupru ta’ fondi li jkunu diġà ġew allokati. Għandu jkun hemm ukoll kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jiġu stabbiliti dawn il-kundizzjonalitajiet ex post, u jiġi evitat ir-riskju li l-finanzjament jitwaqqaf abbażi ta’ kriterji li ma jkunux strettament oġġettivi u ma jkunux jistgħu jitkejlu;

19.

jenfasizza li r-riżultati u l-objettivi għandhom jiġu miftiehma b'mod konġunt mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u kwalunkwe piż amministrattiv ġdid għandu jkun minimu. Il-mixja lejn il-kejl tar-riżultati għandha twassal għat-tneħħija tas-sistema attwali tal-kejl iddettaljat tal-inputs u l-outputs. L-approċċ tal-kundizzjonalitajiet u l-mod kif ser jopera fil-prattika jeħtieġ li jiġi spjegat aħjar u b'mod aktar ċar lill-partijiet interessati;

20.

jenfasizza li l-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid tal-UE għandu jkun kompletament konformi mal-użu sostenibbli tar-riżorsi u jappella sabiex ikun hemm analiżi mtejba tal-marka tal-karbonju tal-investimenti li jsiru b'appoġġ mill-baġit tal-UE;

Intestatura tal-baġit 1 –   Tkabbir intelliġenti u inklużiv

Proposti relatati mal-politika ta' koeżjoni

21.

jaqbel man-natura pan-UE proposta tal-politika ta’ koeżjoni, li tkopri r-reġjuni kollha b'maġġoranza tal-fondi għall-ifqar reġjuni filwaqt li l-aktar reġjuni għonja jkunu jistgħu jkomplu jindirizzaw l-isfidi tagħhom. Il-KtR jilqa' r-referenza espliċita għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bħala s-sottolimitu tal-intestatura tal-baġit 1, iżda jiddispjaċih li ma ġiex previst marġni. Dan jista' jwassal għal żieda fil-fondi taħt is-sottolimitu f'każ li jkun hemm fondi li ma jkunux intużaw bnadi oħra;

22.

jinnota wkoll li l-ammonti proposti għall-Fondi Strutturali (EUR 336 biljun għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni, iżda eskluża l-faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa) huma 3 % anqas mil-livell attwali fejn hemm allokati EUR 347 biljun. L-għan għandu jkun li jiġi provdut finanzjament għall-programmi tal-Fondi Strutturali li tal-anqas ikun kostanti f'termini reali mal-livelli attwali;

23.

jirrifjuta l-proposta li r-reġjuni għonja għandhom primarjament jallokaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom tal-Fondi Strutturali, ħlief il-FSE, għall-kwistjonijiet tal-enerġija, l-iżvilupp tal-SMEs u l-innovazzjoni. Għalkemm livell ta’ enfasi huwa essenzjali fi ħdan kull programm operattiv, limitazzjoni bħal din fil-livell tal-UE mhux ser tiżgura valur miżjud fid-dawl tan-natura diversa tar-reġjuni tal-Ewropa u l-isfidi varjati li jffaċċjaw. Għandha tkun possibbli għażla aktar libera minn menu usa' tal-objettivi tematiċi tal-Ewropa 2020;

24.

itenni l-oppożizzjoni tal-KtR fir-rigward tar-riserva proposta tal-prestazzjoni ta’ 5 % tal-baġit għall-politika ta’ koeżjoni. Hemm il-possibbiltà li dan iwassal għal xenarju fejn kulħadd joħroġ tellief minħabba li r-riserva tiġi allokata fuq il-bażi ta’ pakketti nazzjonali definiti minn qabel. F'każ li l-kriterji ta’ prestazzjoni ma jintlaħqux (għal liema jista' jkun hemm raġunijiet oġġettivi u esterni), l-ammonti miżmuma għar-riserva tal-prestazzjoni sempliċement jintilfu. It-twettiq b'suċċess ta’ programm ser ikun premju suffiċjenti fih innifsu, u l-infiq ikun allokat aħjar għall-miżuri ta’ prevenzjoni bħall-għajnuna teknika għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali;

25.

jappoġġja l-proposta tal-qafas finanzjarju mutliannwali dwar il-ħolqien ta’ kategorija ġdida ta’ “tranżizzjoni” għar-reġjuni bejn 75 % u 90 % tal-PDG tal-UE u jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li jkun hemm netwerk tas-sigurtà għar-reġjuni li ma jibqgħux eliġibbli għall-appoġġ tal-konverġenza. Madankollu jenfasizza li l-kredibbiltà tal-politika ta’ koeżjoni tintlaqat mill-użu tad-data dwar il-PDG li għadha lura b'bosta snin fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekonomiċi;

26.

Il-Kummissjoni għandha tqis il-bosta reġjuni li l-PDG tagħhom naqas mill-perjodu ta’ referenza 2006-2008 'l hawn billi jiġu sfruttati l-flessibbiltajiet fi ħdan il-qafas finanzjarju propost, billi jintuża l-proċess ta’ aġġustament propost skont l-Artikolu 5 tal-abbozz għar-Regolament tal-Kunsill dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali u permezz ta’ reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Qafas Finanzjarju Multinannwali fl-2017. Fid-dokumenti ta’ programmar iridu jitqiesu d-diversi effetti reġjonali fit-tnaqqis ekonomiku;

27.

itenni li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għandu jibqa' stabbilit sew fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Il-FSE tabilħaqq l-aħjar li jiġi implimentat fil-livell territorjali permezz ta’ programmi integrati bbażati fuq il-post aktar milli permezz ta’ programmi tematiċi jew settorjali separati fil-livell nazzjonali;

28.

jenfasizza l-importanza li tiġi promossa l-ugwaljanza u l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE u f'pajjiżi terzi permezz ta’ biżżejjed riżorsi ddedikati lill-FSE, lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u programmi soċjali oħra;

29.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li l-allokazzjonijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni jibqgħu terz tal-fondi totali tal-koeżjoni fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri eliġibbli (dawk b'anqas minn 90 % tal-ING tal-UE);

30.

jappoġġja ż-żieda fil-baġit għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea minn EUR 9 biljun għal EUR 13-il biljun u jinnota l-valur miżjud sinifikanti Ewropew tal-INTERREG u ta’ programmi oħra li jħeġġu lir-reġjuni tal-Ewropa biex jaħdmu flimkien biex jindirizzaw sfidi komuni;

31.

jappoġġja bis-sħiħ il-proposta biex jiġi stabbilit Qafas Strateġiku Komuni li jwassal għal sensiela unika ta’ linji gwida strateġiċi għall-fondi ewlenin tal-UE b'dimensjoni territorjali. Il-Qafas Strateġiku Komuni madankollu għandu jmur lil hinn mill-allinjament tal-fondi fil-livell strateġiku biex jiżgura prattiki u proċeduri komuni ta’ implimentazzjoni bejn il-fondi fil-fażi tal-implimentazzjoni;

32.

jaqbel mal-approċċ li l-ogħla rata possibbli għall-allokazzjonijiet tal-koeżjoni għandha tiġi stabbilita f'livell li jirrifletti r-rati reali ta’ eżekuzzjoni u l-kapaċitajiet reali ta’ assorbiment fi ħdan kull Stat Membru, iżda jenfasizza li l-limitu l-ġdid għandu jiġi stabbilit f'livell li jippermetti lill-Istati Membri kollha jimplimentaw politika effettiva ta’ koeżjoni. B'mod partikolari, il-limitu ta’ assorbiment propost m'għandux iwassal għal livell ta’ obbligi inqas mil-livell tan-nefqa reali (aġġustat għall-inflazzjoni) fi kwalunkwe Stat Membru matul il-perjodu 2007-2013;

33.

jinsisti li l-prinċipju tas-sħubija għandu jsir realtà, jiġi promoss b'mod attiv u jiġi infurzat b'mod strett. Il-KtR jilqa' b'sodisfazzjon il-kuntratti ta’ sħubija bħala possibbiltà ta’ pjanar strateġiku tal-programmi, iżda jinsisti li t-twettiq konkret ta’ dawn il-kuntratti għandu jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif ukoll it-tqassim tal-kompetenzi fi ħdan l-Istati Membri. Għaldaqstant il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti għandu jibqa' limitat għall-miżuri tal-politika ta’ koeżjoni u fondi oħra tal-Qafas Strateġiku Komuni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti għandhom jiġu trattati bħala msieħba ugwali fejn l-awtoritajiet nazzjonali jippreparaw, iwettqu, jimmonitorjaw u jevalwaw il-programmi tal-Fond Strutturali u l-kuntratti assoċjati ta’ sħubija. Il-Patti Territorjali bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom ikunu wkoll għażla disponibbli biex jiġu formalizzati l-arranġamenti ta’ sħubija flimkien mal-gvernijiet nazzjonali;

34.

itenni s-sejħa tiegħu għall-introduzzjoni u l-promozzjoni ta’ “bonds taċ-ċittadini” għat-trawwim tal-iżvilupp lokali. Il-bonds taċ-ċittadini jistgħu jwasslu biex il-proġetti appoġġjati mill-UE jibbenefikaw minn finanzjament addizzjonali minn ċittadini individwali jew fondi pubbliċi oħra li jinvestu bil-għan li jkollhom ritorn garantit u ġust;

35.

barra minn hekk,jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati soluzzjonijiet lokali tal-enerġija permezz tas-“Smart Cities”, li jippromovu provvista tal-enerġija nadifa u effiċjenti u jappella għal aktar appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jingħataw, b'mod partikolari, l-għarfien tekniku espert meħtieġ sabiex jitfasslu pjani ta’ azzjoni lokali u reġjonali biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u biex jitħeġġeġ l-iskambju ta’ ideat. F'dan ir-rigward jindika r-rwol prinċipali tal-Patt tas-Sindki, li l-baġit tiegħu għandu jiżdied sabiex ikun jista' jiġi estiż l-ambitu ta’ azzjoni fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu pprovduti l-għarfien tekniku sabiex jabbozzaw pjani ta’ azzjoni għat-tibdil fil-klima u fejn jiġu indirizzati sfidi aktar speċifiċi relatati mal-enerġija u r-riżorsi, bħall-politika dwar l-ilma;

Il-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa

36.

jinnota l-proposta għal Faċilità ġdida għall-Konnessjoni tal-Ewropa ta’ EUR 40 biljun bil-għan li jiġi appoġġjat l-investiment fit-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura tal-ICT (teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni) ta’ importanza Ewropea u jikkunsidra li t-tneħħija tal-ostakli f'dawn in-netwerks tkun ta’ valur miżjud sinifikanti għas-soċjetà. Madankollu, hemm bżonn ta’ involviment sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-superviżjoni u l-ġestjoni ta’ proġetti tal-infrastruttura bħal dawn, liema involviment mhux previst fl-arranġamenti ta’ ġestjoni ċentralizzata li huma proposti bħalissa;

37.

ifakkar fl-appoġġ tal-KtR fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bonds tal-proġetti tal-UE biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura u jfakkar li tali bonds jista' jkollhom effett ta’ lieva ta’ beneffiċċju kbir fuq il-baġit tal-UE. Madankollu, tali strumenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala addizzjoni ta’ valur, pjuttost milli sostituti, għall-finanzjament kif mogħti mill-Fondi Strutturali;

Riċerka u finanzjament għall-innovazzjoni: “Orizzont 2020”

38.

jikkunsidra li l-baġit attwali għar-riċerka tal-Komunità mhuwiex adegwat u għaldaqstant jilqa' b'sodisfazzjon l-ispinta sinifikanti għar-riċerka u l-innovazzjoni proposta fil-qafas finanzjarju multiannwali (żieda minn EUR 53 biljun għal EUR 80 biljun). Dan iressaq lill-Unjoni eqreb l-objettiv tal-Ewropa 2020 li tinvesti 3 % tal-PDG tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni, b'konformità mal-ħolqien ta’ “Unjoni tal-Innovazzjoni”. B'mod partikolari, il-KtR jitlob li jissaħħaħ il-programm tar-Reġjuni tal-Għarfien, iżda jikkunsidra li huwa vitali li titħaffef l-applikazzjoni tar-riċerka fis-suq. Il-KtR jappoġġja l-idea li jiżdied l-appoġġ għall-inizjattivi f'raggruppament u sħubijiet lokali oħra li jgħinu biex tingħata spinta lill-potenzjal ta’ innovazzjoni;

39.

jappoġġja l-ħolqien ta’ qafas strateġiku komuni “Orizzont 2020” għar-riċerka u l-innovazzjoni, peress li għandu l-potenzjal li jissemplifika u jikkonsolida l-programmi differenti ta’ finanzjament f'dan il-qasam bħas-Seba' Programm Kwadru u l-Programm tal-Kompetittività u tal-Innovazzjoni. Madankollu, il-KtR jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-qafas strateġiku komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jkun ikkoordinat tajjeb u għandu jkun konsistenti mal-qafas strateġiku komuni propost fil-fondi territorjali;

Edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ

40.

jilqa' l-ispinta għall-finanzjament proposta għall-programmi speċifiċi tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (inkluż l-isport) b'żieda fil-baġit għal EUR 15-il biljun. Dawn il-programmi għandhom jiġu kkumplimentati b'infiq fil-Fond Soċjali Ewropew. Il-KtR partikolarment jilqa' l-enfasi fuq ir-razzjonalizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tas-sensiela attwali ta’ programmi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ fi ħdan programm integrat uniku, flimkien ma’ proċessi semplifikati. Madankollu, il-programm ‘Edukazzjoni Ewropa’ m'għandux ikun immirat biss għall-istudenti tal-edukazzjoni għolja iżda għandu jindirizza wkoll il-fenomenu kumpless tal-istudenti li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu. Barra minn hekk, il-KtR jenfasizza l-importanza ekonomika u soċjali tas-setturi kulturali u kreattivi u l-bżonn li jingħata biżżejjed appoġġ lil dawn is-setturi, taħt il-FEŻR u l-FSE;

41.

jemmen li huwa importanti ħafna li, meta jiġu ristrutturati l-programmi ta’ appoġġ, iż-żgħażagħ jitkomplew jingħataw appoġġ imfassal għall-bżonnijiet speċifiċi taż-żgħażagħ. Dan il-programm integrat ġdid għandu jissejjes fuq is-sisien pożittivi tal-programm attwali “Żgħażagħ fl-Azzjoni”. B'konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, dan għandu jippromovi mhux biss l-iżvilupp tal-iskambji taż-żgħażagħ u tal-impjegati kkwalifikati iżda wkoll iż-żieda tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa;

Intestatura tal-baġit 2 –   Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

42.

jinnota, bħal fil-każ tal-Fondi Strutturali, it-tnaqqis propost fil-fondi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) minn EUR 396 biljun għal EUR 372 biljun. Madankollu, jinnota li l-PAK, li tkopri kemm il-pilastru I u II, għadha wieħed mill-akbar punti tal-infiq tal-baġit meta mqabbel mat-EUR 336 biljun propost għall-Fondi Strutturali;

43.

jemmen li, fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li l-PAK mhux biss tipprovdi għall-bżonnijiet tal-ikel iżda wkoll li tikseb il-kompiti ewlenin tal-Ewropa, il-PAK għandha tiġi allinjata aktar mal-Istrateġija Ewropa 2020 biex il-bdiewa jkunu jistgħu jirċievu pagamenti fuq bażi ekwa biex jipprovdu prodotti pubbliċi bħal approċċ imsaħħaħ għas-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, u r-riġenerazzjoni taż-żoni rurali b'mod ġenerali;

44.

jilqa' b'sodisfazzjon partikolari l-fatt li l-Kummissjoni m'għażlitx li tkompli tifframmenta l-ambjent ta’ finanzjament tal-UE b'fond settorjali separat għat-tibdil fil-klima u li minflok għażlet approċċ aktar integrat u li jarmonizza bil-għan li 30 % tal-infiq taħt l-ewwel pilastru jkun ekoloġiku; madankollu jenfasizza li l-“approċċ aktar ekoloġiku” m'għandux iwassal biex jiġu mittiefsa l-programmi agroambjentali tal-Istati Membri;

45.

jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn li l-PAK issir iżjed ekoloġika u jitlob li l-azzjoni biex il-PAK issir iżjed ekoloġika tinkludi kriterji ċari, obbligatorji u espliċiti għall-benefiċjarji fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħamrija u l-użu effiċjenti tal-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll passi għat-tneħħija tas-sussidji kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent;

46.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta relatata mal-konverġenza tal-pagamenti u l-limitu tal-livell tal-pagamenti diretti. Dan għandu jwassal għal sistema aktar ġusta tal-allokazzjoni madwar l-Istati Membri. Il-KtR jappoġġja bis-sħiħ ukoll il-proposta li jkun hemm aktar flessibbiltà bejn iż-żewġ pilastri tal-PAK: il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali;

47.

jinsab imħasseb li r-riserva proposta ta’ EUR 3,5 biljun għall-kriżijiet fis-settur agrikolu u l-proposta li jitwessa' l-ambitu tal-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jirriflettu l-preferenza tal-Kummissjoni għal miżuri ta’ reazzjoni pjuttost milli ta’ prevenzjoni u jemmen li għandu jkun hemm flessibbiltà baġitajra akbar biex jiġu indirizzati l-kriżijiet minflok tinħoloq sensiela dejjem akbar ta’ riservi, fondi, u strumenti ta’ emerġenza differenti barra l-qafas finanzjarju multiannwali; iqis f'dan ir-rigward li l-vijabbiltà tal-Politika Agrikola Komuni hija marbuta mill-qrib maż-żamma ta’ mekkaniżmi pubbliċi ta’ regolazzjoni tas-suq sabiex tiġi miġġielda l-volatilità tal-prezzijiet u jiġu ggarantiti prezzijiet stabbli kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi;

48.

jiddispjaċih li l-baġit għall-iżvilupp rurali (EUR 90 biljun) ser jibqa' sproporzjonalment żgħir meta mqabbel mal-fondi allokati għall-pagamenti diretti, iżda jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-FAEŻR ser ikun marbut b'mod aktar mal-fondi territorjali l-oħra fi ħdan il-Qafas Strateġiku Komuni. Il-PAK u l-politika ta’ koeżjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati waħedhom u għandhom ikunu kkoordinati aktar mill-qrib mas-sitwazzjoni attwali. Fir-rigward tat-tneħħija tal-approċċ tal-assi, il-KtR jenfasizza li proġetti oħra mhux agrikoli, bħal dawk li jippromovu l-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku f'żoni rurali (prijorità ġdida 6) m'għandhomx jirċievu inqas attenzjoni fil-futur;

49.

isejjaħ biex jitkompla l-programm Ewropew ta’ għajnuna fil-forma ta’ ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn (most deprived persons – MDP) f'livell mhux inqas minn dak tal-perjodu attwali. F'każ li l-programm ikun fil-kompetenza tal-Fond Soċjali Ewropew, minflok il-Politika Agrikola Komuni, il-fondi għandhom jiċċaqilqu wkoll fi ħdan l-istruttura tal-baġit;

50.

jinsab imħasseb li l-inklużjoni tal-politika tas-sajd fi ħdan politika marittima integrata taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd tista' timplika tnaqqis fil-livelli ta’ fondi allokati għas-sajd. Tali tnaqqis mhuwiex adatt fid-dawl tal-isfidi li qed jiffaċċjaw il-komunitajiet tas-sajd;

51.

jenfasizza l-valur tal-programm LIFE+ u jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fil-fondi tiegħu għal EUR 3,2 biljun;

Intestatura tal-baġit 3 –   Sigurtà u ċittadinanza

52.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti baġitarji taħt din l-intestatura u jenfasizza l-importanza ta’ baġit mogħni bir-riżorsi kollha għall-immigrazzjoni, l-asil u s-sigurtà. Il-KtR jenfasizza speċjalment il-ħtieġa ta’ approċċ ikkoordinat fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, u jilqa' b'sodisfazzjon il-passi favur l-iżvilupp ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil: żona ċara fejn il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE hija l-unika soluzzjoni. Madankollu, għandu jinstab bilanċ preċiżbejn, minn naħa, il-parti tan-nefqa li għandha x'taqsam mas-sigurtà (inkluża s-sigurtà interna) u l-fruntieri u, min-naħa l-oħra, in-nefqa f'oqsma bħall-integrazzjoni tal-migranti u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għal dawk il-persuni li qed jitolbu asil, fejn azzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jġibu magħhom valur miżjud ċar;

53.

jenfasizza l-importanza tal-provvediment ta’ riżorsi adegwati għat-trawwim tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-isforz li tinbena ċittadinanza Ewropea, u għaldaqstant iqis li l-enfasi li saret fil-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini fir-rigward tas-sħubijiet għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE hija tal-akbar importanza;

54.

jemmen li s-sigurtà tal-UE hija marbuta mill-qrib mal-iżvilupp tad-demokrazija, il-governanza tajba u l-istat ta’ dritt kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi u li hija r-responsabbiltà tal-Unjoni li tippromovi dawn il-valuri globalment;

55.

jenfasizza l-importanza tat-EUR 396 miljun proposti għall-programm tas-saħħa pubblika tal-UE u jenfasizza li għandu jkun hemm biżżejjed fondi għall-innovazzjoni soċjali, bijoloġika u teknoloġika fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa. Il-KtR jinnota l-importanza tal-kura tas-saħħa u dik soċjali bħala l-ixprun sinifikanti għall-impjieg fil-futur u b'hekk jenfasizza li l-indirizzar tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa għandu jiġi kkunsidrat bħala prijorità baġitarja;

56.

jenfasizza l-importanza tal-EUR 1,6 biljun proposti għall-programm Ewropa Kreattiva u jenfasizza li għandu jkun hemm biżżejjed fondi għall-partijiet kollha interessati fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi li jagħtu kontribut importanti għall-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

Intestatura tal-baġit 4 –   Ewropa globali

57.

jirrikonoxxi li l-UE għandha piż sinifikanti fil-livell internazzjonali, akbar minn dak tal-Istati Membri individwali tagħha, u li l-isfidi li qed tiffaċċja l-UE jeħtieġu soluzzjoni globali. Il-KtR għaldaqstant jilqa' ż-żieda fil-baġit li għandha tiġi allokata għall-Politika tal-Viċinat u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (EUR 36 biljun);

58.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għar-razzjonalizzazzjoni tal-istrumenti fil-kuntest tat-tkabbir permezz tal-ħolqien ta’ strument waħdieni integrat ta’ qabel l-adeżjoni;

59.

itenni t-talba tiegħu sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) ikunu jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju għall-parteċipazzjoni tagħhom f'korpi rilevanti;

60.

jenfasizza l-impenn tiegħu fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar u speċjalment fir-rigward tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju li għandhom jinkisbu sal-2015 u jappoġġja l-għan li jiġi allokat 0,7 % tal-PNG tal-Istati Membri għall-iżvilupp f'pajjiżi terzi. B'mod partikolari jenfasizza r-rwol importanti li taqdi l-UE biex tiżgura approċċ ikkoordinat għall-provvediment ta’ għajnuna umanitarja u jitlob lill-Istati Membri kollha biex jieħdu azzjoni biex jiżguraw li qed jilħqu l-wegħdiet tagħhom fir-rigward tal-iżvilupp;

Intestatura tal-baġit 5 –   Amministrazzjoni

61.

jenfasizza l-bżonn li jinsabu u jiġu introdotti miżuri ta’ frankar f'termini ta’ effiċjenza amministrattiva fuq bażi kontinwa fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-korpi konsultattivi filwaqt li ma jiddgħajjifx ir-rwol vitali li jaqdu fit-twettiq tal-għanijiet Ewropej;

62.

jenfasizza li jista' jinkiseb frankar sinifikanti permezz ta’ ristrutturar u kooperazzjoni interistituzzjonali kif ukoll bis-saħħa ta’ organizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet istituzzjonali permezz tal-applikazzjoni integrata tas-soluzzjonijiet diġitali;

Fondi barra l-qafas finanzjarju multiannwali u mekkaniżmi korrettivi

63.

bħala prinċipju ma jemminx li l-oqsma ewlenin ta’ nfiq tal-UE – bħalma huma l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-programm ta’ Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà, flimkien ma’ strumenti oħra li jammontaw għal EUR 58 biljun tal-infiq tal-Unjoni – għandhom jiġu ffinanzjati barra l-ambitu tal-qafas finanzjarju multiannwali. Dan jillimita l-involviment tad-demokrazija parlamentari u jagħmel ħsara lit-trasparenza. Bħala prinċipju, il-punti kollha tal-infiq tal-UE, anke dawk li huma ppjanati għall-perjodu fit-tul, jew dawk li jistgħu ma jintużawx, għandhom ikunu soġetti għal dibattitu fuq termini ekwivalenti għal dawk tal-qafas finanzjarju multiannwali;

64.

jappoġġja s-semplifikazzjoni mħabbra ta’ sistema kumplessa ħafna ta’ ribassi (rebates) u korrezzjonijiet u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-korrezzjonijiet ġodda f'forma ta’ somom sħaħ ikunu limitati fiż-żmien; jilqa' wkoll b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li s-sistemi ta’ ribassi eżistenti jiġu sostitwiti b'mekkaniżmu ta’ korrezzjoni ġenerali. Fi kwalunkwe każ, mekkaniżmu ta’ korrezzjoni ta’ dan it-tip għandu jiggarantixxi li fil-prinċipju ċ-ċifri rispettivi ma jiżdidux u li fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm bilanċ ġust bejn l-Istati Membri. Għadd ta’ mekkaniżmi ta’ korrezzjoni ser jintemmu awtomatikament fl-2013, iżda l-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit u r-roħs relatat ma’ din il-korrezzjoni mogħti lill-Ġermanja, lill-Pajjiżi l-Baxxi, lill-Awstrija u lill-Isvezja s'issa m'għandhomx skadenza. Il-KtR madankollu jikkunsidra li reviżjoni tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni tista' titwettaq biss jekk ir-raġunijiet fundamentali u leġittimi għal dawk il-mekkaniżmi korrettivi jiġu indirizzati wkoll;

Riżorsi proprji tal-UE

65.

huwa konvint li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji tal-UE għandha tissostitwixxi l-kontribuzzjonijiet nazzjonali u jfakkar li l-Istati Membri kollha u l-parlamenti nazzjonali ffirmaw l-Artikolu 311 tat-TFUE li huwa impenjat biex il-baġit kollu tal-UE jkun iffinanzjat mir-riżorsi proprji tal-UE. Il-KtR għaldaqstant jappoġġja l-inizjattivi li jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet diretti tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE filwaqt li jżidu r-riżorsi proprji tal-UE disponibbli biex jiġu indirizzati sfidi futuri;

66.

għaldaqstant jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposti tal-Kummissjoni li tistabbilixxi riżorsa ġdida tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT). Dawn il-proposti huma ambizzjużi iżda meħtieġa ħafna;

67.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li tiġi introdotta Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji kkoordinata madwar l-Ewropa kollha. It-tassazzjoni tas-settur finanzjarju tkun kontribut importanti sabiex ikun hemm livell ogħla ta’ ekwità u twassal biex jiġi limitat l-għadd ta’ attivitajiet finanzjarji, speċjalment l-ispekulazzjoni;

68.

jemmen li kwalunkwe sistema ġdida għall-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni għandha tiggarantixxi l-prinċipji tal-ekwità, l-istabbiltà ekonomika, is-solidarjetà, it-trasparenza u s-sempliċità u għandha tapplika għall-Istati Membri kollha. Għal dan il-għan, jeħtieġ li titwettaq valutazzjoni ddettaljata tal-impatt u tal-fattibbiltà qabel ma jintlaħaq ftehim dwar kwalunkwe riżorsi ġodda proprji. B'mod aktar importanti, għandu jitnieda dibattitu fi ħdan l-Istati Membri li jinkludi l-involviment mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Proċess u perjodi ta’ żmien

69.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-qafas finanzjarju multiannwali jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi f'każ li ma jiġix adottat sal-aħħar tal-2012, għalkemm jirrikonoxxi li dan fil-fatt jista' jkun ta’ diżinċentiv għall-ksib ta’ ftehim f'waqtu. Il-KtR għalhekk iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaslu għal ftehim dwar il-proposti fil-perjodu ta’ żmien previst;

70.

jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew ser jingħata biss poter ta’ kunsens dwar il-qafas finanzjarju multiannwali minflok kodeċiżjoni sħiħa: dan ifisser li ma jistax jemenda formalment il-proposti, u għaldaqstant jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw impenn massimu mal-Kumitat tar-Reġjuni u l-Parlament Ewropew permezz ta’ mekkaniżmi msaħħa ta’ kooperazzjoni;

71.

jista' jirrevedi din l-opinjoni tul l-2012 hekk kif jiżvolġu n-negozjati dwar il-qafas finanzjarju multiannwali;

II.   RAKKOMONDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Meta titqies il-ħtieġa ta’ livell adegwat ta’ prevedibbiltà għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ investimenti fuq perjodu ta’ tul medju, it-tul tal-qafas finanzjarju għandu jiġi stabbilit għal seba' snin li jibdew mill-1 ' Jannar 2014, b'valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju f'nofs dan il-perjodu. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni għandhom jitqiesu matul l-aħħar tliet snin tal-ħajja tal-qafas finanzjarju.

Meta titqies il-ħtieġa ta’ livell adegwat ta’ prevedibbiltà għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ investimenti fuq perjodu ta’ tul medju, it-tul tal-qafas finanzjarju għandu jiġi stabbilit għal seba' snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2014, b' tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju f'nofs dan il-perjodu. Ir-riżultati ta’ din għandhom jitqiesu matul l-aħħar tliet snin tal-ħajja tal-qafas finanzjarju.

Raġuni

Ara punt 13 tal-abbozz ta’ opinjoni.

Fl-24 ta’ Ottubru 2011, il-Kumitat tar-Reġjuni rċieva ittra ta’ konsultazzjoni mis-segretarjat tal-Kunsill dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (COM(2011) 398 finali). Dan l-abbozz ta’ opinjoni jindirizza din l-ittra ta’ konsultazzjoni.

Emenda 2

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-pakketti nazzjonali għall-Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi huma stabbiliti fuq il-bażi tal-previżjoni għall-Prodott Domestiku Gross (minn hawn 'il quddiem il-“PDG”) tar-rebbiegħa 2011. Fid-dawl tal-inċertezzi fit-tbassir u l-impatt għall-Istati Membri b'limitu massimu, għandha ssir valutazzjoni f'nofs it-terminu sabiex tqabbel il-PDG imbassar u dak reali u l-impatt tiegħu fuq il-pakketti. Fil-każ li l-PDG għall-2014-2016 jitbiegħed b'aktar minn +/– 5 % mill-previżjoni użata fl-2011, il-pakketti għall-2018-2020 għall-Istati Membri kkonċernati jkun jenħtieġ li jiġu aġġustati. Huwa meħtieġ li jiġu stipulati r-regoli għal dan l-aġġustament.

Il-pakketti nazzjonali għall-Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi huma stabbiliti fuq il-bażi tal-previżjoni għall-Prodott Domestiku Gross (minn hawn 'il quddiem il-“PDG”) tar-rebbiegħa 2011. Fid-dawl tal-inċertezzi fit-tbassir u l-impatt għall-Istati Membri b'limitu massimu, għandha ssir f'nofs it-terminu sabiex tqabbel il-PDG imbassar u dak reali u l-impatt tiegħu fuq il-pakketti. Fil-każ li l-PDG għall-2014-2016 jitbiegħed b'aktar minn +/– 5 % mill-previżjoni użata fl-2011, il-pakketti għall-2018-2020 għall-Istati Membri kkonċernati jkun jenħtieġ li jiġu aġġustati. Huwa meħtieġ li jiġu stipulati r-regoli għal dan l-aġġustament.

Raġuni

Ara punt 20 ta’ dan l-abbozz ta’ opinjoni.

Fl-24 ta’ Ottubru 2011, il-Kumitat tar-Reġjuni rċieva ittra ta’ konsultazzjoni mis-segretarjat tal-Kunsill dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (COM(2011) 398 finali). Dan l-abbozz ta’ opinjoni jindirizza din l-ittra ta’ konsultazzjoni.

Emenda 3

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fl-aġġustament tekniku tiegħu għas-sena 2018, jekk jiġi stabbilit li l-Prodott Domestiku Gross (“PDG”) kumulattiv ta’ xi Stat Membru għas-snin 2014-2016 ikun tbiegħed b'aktar minn +/– 5 % mill-PDG kumulattiv stmat fl-2011 għall-istabbiliment tal-pakketti tal-politika ta’ koeżjoni għall-Istati Membri għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-ammonti allokati mill-fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni għall-Istat Membru kkonċernat għal dak il-perjodu.

Fl-aġġustament tekniku tiegħu għas-sena 2018, jekk jiġi stabbilit li l-Prodott Domestiku Gross (“PDG”) kumulattiv ta’ xi Stat Membru għas-snin 2014-2016 ikun tbiegħed b'aktar minn +/– 5 % mill-PDG kumulattiv stmat fl-2011 għall-istabbiliment tal-pakketti tal-politika ta’ koeżjoni għall-Istati Membri għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-ammonti allokati mill-fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni għall-Istat Membru kkonċernat għal dak il-perjodu.

Raġuni

Ara punt 20 ta’ dan l-abbozz ta’ opinjoni.

Fl-24 ta’ Ottubru 2011, il-Kumitat tar-Reġjuni rċieva ittra ta’ konsultazzjoni mis-segretarjat tal-Kunsill dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (COM(2011) 398 finali). Dan l-abbozz ta’ opinjoni jindirizza din l-ittra ta’ konsultazzjoni.

Emenda 4

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fl-2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju, bi proposti relevanti fejn ikun neċessarju.

Fl-, il-Kummissjoni għandha tippreżenta tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju, bi proposti relevanti fejn ikun neċessarju.

Raġuni

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara li ser ikun hemm element ta’ valutazzjoni bħala parti mir-reviżjoni ta’ nofs it-term proposta u mhux żewġ proċeduri separati.

Brussell, 14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Iċ-ċifri baġitarji kollha jirriferu għal obbligi u mhux pagamenti.


23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/49


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-effiċjenza enerġetika”

2012/C 54/09

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

ifakkar fl-importanza li jiġu rispettati l-kompetenzi tad-diversi livelli ta’ governanza u l-prinċipju tas-sussidjarjetà huma u jiġu implimentati l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika;

bi pjaċir jilqa' din il-proposta għal Direttiva u l-miżuri tagħha relatati mal-effiċjenza enerġetika proposti mill-Kummissjoni biex jinkiseb l-għan ta’ 20 % ta’ ffrankar tal-enerġija primarja sal-2020;

iqis li fil-proposta għal Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika għad hemm xi lakuni jew nuqqasijiet, b'mod partikolari:

ir-restrizzjoni tas-setturi ta’ applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti;

it-tnaqqis tar-rwol tal-atturi reġjonali u lokali;

in-nuqqas ta’ miżuri ta’ sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, minbarra dawk li ttieħdu għall-promozzjoni tal-informazzjoni f'ħin reali tal-konsumaturi dwar il-konsum tagħhom tal-enerġija;

jirrifjuta l-proposta tad-Direttiva biex fis-settur pubbliku tiġi imposta rata annwali ta’ 3 % għar-rinnovazzjoni tal-bini u l-akkwist ta’ prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni enerġetika għolja.

Relatur

Is-Sur JOSEPH (FR/PSE), Sindku ta’ Bastidonne

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Direttiva UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE

COM(2011) 370 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kummenti ġenerali

1.

jenfasizza l-valur miżjud tal-miżuri meħuda fil-livell Ewropew fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, li huma meħtieġa sabiex fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-iffrankar jiġu żgurati l-koerenza u l-effikaċja tad-diversi miżuri adottati u sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Fl-istess waqt, il-Kumitat jenfasizza li dawn il-miżuri għandhom naturalment jiġu implimentati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Għalhekk, il-Kumitat ifakkar fl-importanza li jiġu rispettati l-kompetenzi tad-diversi livelli ta’ governanza u l-prinċipju tas-sussidjarjetà huma u jiġu implimentati l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika;

2.

huwa tal-fehma li l-isfidi relatati mal-effiċjenza enerġetika huma kruċjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-kontroll tal-konsum tagħna tal-enerġija u jagħmlu parti mill-qafas għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, responsabbli u inklużiv fejn l-għanijiet jinkludu kemm it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra kif ukoll is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

3.

josserva li l-Unjoni Ewropea tinsab f'qagħda fejn tiddependi dejjem iktar mill-importazzjoni tal-enerġija u fi żmien meta l-prezzijiet qed jiżdiedu, jaħseb li l-aċċess għal sorsi tal-enerġija siguri u sostenibbli ser isir dejjem iktar importanti u ser ikollu influwenza deċiżiva fuq it-tkabbir ekonomiku futur u fuq kif ser tiżviluppa l-ugwaljanza fil-qasam tal-enerġija;

4.

ifakkar li l-Kumitat tar-Reġjuni, f'bosta opinjonijiet, enfasizza li t-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża r-riżorsi, l-iktar dawk tal-enerġija, b'effiċjenza ser twassal biex jinħolqu opportunitajiet enormi għat-tkabbir ekonomiku, għall-ħolqien ta’ impjiegi li ma jkunux soġġetti għad-delokalizzazzjoni, u għall-iżviluppi teknoloġiċi li jiżguraw il-kompetittività tal-Unjoni;

5.

jisħaq fuq l-importanza tal-mudell tat-trias energetica li jistabbilixxi l-għan “3×20” għall-oqsma rispettivi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra, tal-effiċjenza enerġetika u tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, sal-2020. L-effiċjenza enerġetika tibqa' l-qofol tal-politika Ewropea għat-tnaqqis tal-impatt tal-klima fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, tal-produzzjoni u tal-konsum tal-enerġija;

6.

bi pjaċir jilqa' din il-proposta għal Direttiva u l-miżuri tagħha relatati mal-effiċjenza enerġetika proposti mill-Kummissjoni biex jinkiseb l-għan ta’ 20 % ta’ ffrankar tal-enerġija primarja sal-2020;

7.

iżda josserva li, kif issemma fil-Pjan 2011 għall-Effiċjenza Enerġetika (1), l-istudji reċenti li saru mill-Kummissjoni juru li l-Unjoni Ewropea mhux ser jirnexxilha twettaq iktar minn nofs l-impenji tagħha fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika sal-2020. F'dan il-kuntest, il-proposta għal Direttiva tirrappreżenta sfida partikolarment importanti;

8.

jiddispjaċih li l-proposta għal Direttiva ma tmurx lil hinn mill-iskadenza tal-2020, l-iktar rigward l-objettiv kruċjali tal-2050 (it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra minn 80 għal 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-1990) li jiġu limitati l-effetti tat-tibdil fil-klima;

9.

iqis li fil-proposta għal Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika għad hemm xi lakuni jew nuqqasijiet, b'mod partikolari:

in-nuqqas ta’ għanijiet nazzjonali vinkolanti (stabbiliti kemm jista' jkun) qabel l-2014;

ir-restrizzjoni tas-setturi ta’ applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti;

it-tnaqqis tar-rwol tal-atturi reġjonali u lokali;

il-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħorġu mill-obbligi relatati mal-implimentazzjoni ta’ miżuri vinkolanti, u, b'mod iktar speċifiku, il-miżuri relatati mal-iskemi ta’ obbligu għall-effiċjenza enerġetika u l-pjani ta’ żvilupp tal-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

in-nuqqas ta’ miżuri ta’ sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, minbarra dawk li ttieħdu għall-promozzjoni tal-informazzjoni f'ħin reali tal-konsumaturi dwar il-konsum tagħhom tal-enerġija;

in-nuqqas ta’ miżuri maħsuba għall-iżvilupp u l-appoġġ għat-taħriġ tal-atturi tas-suq, l-iktar l-esperti u l-artiġjani tal-professjonijiet differenti marbuta mal-effiċjenza enerġetika.

B.    Qafas ġdid għall-proposta għal Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika

10.

jenfasizza li d-Direttiva tistabbilixxi li l-Istati Membri jridu jwaqqfu mira nazzjonali ta’ effiċjenza enerġetika, indikattiva, fil-forma ta’ livell assolut ta’ konsum tal-enerġija primarja fl-2020. Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-Unjoni Ewropea hijiex ser tkun tista' tikseb l-objettiv tagħha ta’ 20 % ta’ ffrankar tal-enerġija primarja sal-2020, b'kunsiderazzjoni tal-miri nazzjonali kollha. F'dan il-kuntest, il-Kumitat:

a.

jiddispjaċih li d-Direttiva ma ssemmi l-ebda għan nazzjonali vinkolanti, u jiddispjaċih ukoll għan-natura kontinġenti tad-deċiżjoni diferita għall-2014. Huwa jipproponi li fid-Direttiva jiddaħħlu objettivi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika għal kull Stat Membru, skont is-sitwazzjoni partikolari tiegħu, li jintużaw bħala referenza biex jiġu stabbiliti l-pjani nazzjonali ta’ effiċjenza enerġetika u li għandhom isiru vinkolanti fl-2014;

b.

jixtieq ħafna li l-Kummissjoni tipproponi metodoloġija komuni għad-definizzjoni tal-miri nazzjonali vinkolanti. Din il-metodoloġija għandha tqis is-sitwazzjonijiet partikolari ta’ kull Stat Membru, l-iktar il-prestazzjoni ekonomika tiegħu u l-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika li jkunu ttieħdu fi stadju bikri;

c.

huwa tal-fehma li l-premessa (13) (2), li tistabbilixxi miżuri fakultattivi biss u objettivi inizjalment indikattivi, mhijiex biżżejjed. Dan il-proċess jixħet dubju fuq kemm se jitwettqu l-għanijiet stabbiliti għall-2020. Il-Kumitat jemmen li dan il-proċess ma jixħet l-ebda dubju fuq l-effikaċja tal-miżuri previsti f'din il-proposta għal Direttiva;

11.

jirrifjuta l-objettivi kwantifikati stabbiliti għas-settur pubbliku u s-settur tad-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija, iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ tali objettivi għas-setturi tat-trasport tal-persuni u tal-merkanzija, għas-setturi kummerċjali u dawk industrijali li mhumiex koperti mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet. B'mod partikolari, il-Kumitat:

a.

jirrifjuta l-proposta tad-Direttiva biex fis-settur pubbliku tiġi imposta rata annwali ta’ 3 % għar-rinnovazzjoni tal-bini u l-akkwist ta’ prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni enerġetika għolja. Il-Kumitat:

jinsisti li għandu jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

għaldaqstant, jitlob li jkun possibbli li jiġu implimentati approċċi alternattivi oħra għall-ksib tal-objettivi għall-iffrankar tal-enerġija, bil-kundizzjoni li jintlaħaq l-istess livell ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija;

iqis li għandhom jiġu implimentati inċentivi bil-għan li jiġi evitat li l-kera tad-djar soċjali togħla meta tkun qed issir ħidma biex tiġi ffrankata l-enerġija;

jenfasizza li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ma tistax tiżdied mingħajr il-mezzi finanzjarji implimentati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, u bi strumenti bħall-kuntratti ta’ prestazzjoni enerġetika u s-sħubijiet pubbliċi-privati. Huwa jenfasizza kemm hu importanti li jinħolqu miżuri li jħeġġu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jużaw ir-riżorsi provduti mill-Fondi Strutturali sabiex jitħeġġu l-investimenti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u jenfasizza b'mod ċar l-appoġġ tiegħu għal-linji gwida f'dan ir-rigward inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-qafas finanzjarju multiannwali;

ifakkar li għandhom jiġu definiti regolamenti bilanċjati fil-livell tal-Istati Membri sabiex l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija jkunu jistgħu jinqasmu b'mod trasparenti bejn sid il-kera u l-kerrej; sakemm regolamenti bħal dawn ma jiġux adottati, ser ikun diffiċli li jiġi mobilizzat l-investiment meħtieġ;

b.

jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi jipprevedu li jiddaħħlu għanijiet kumplementari li jinkludu b'mod partikolari s-setturi tal-elettriku pubbliku u tat-trasport pubbliku, bil-kundizzjoni li jiġu allokati l-mezzi finanzjarji suffiċjenti;

c.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti miri vinkolanti għas-settur tat-trasport u għas-setturi terzjarji, kummerċjali u industrijali, b'attenzjoni iżjed partikolari għal dawk l-impjanti li mhumiex koperti mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet;

12.

bi pjaċir jilqa' t-twaqqif ta’ skemi ta’ obbligu għall-effiċjenza enerġetika, u b'mod partikolari l-miżuri li jesiġu li d-distributuri tal-enerġija jiffrankaw 1,5 % tal-volum annwali tal-bejgħ tal-enerġija (3); u jfakkar fl-importanza li jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà meta jiġu stabbiliti l-iskemi ta’ obbligu għall-effiċjenza enerġetika;

Jiddispjaċih dwar:

a.

il-possibbiltà offruta lill-Istati Membri li jipproponu miżuri ta’ sostituzzjoni alternattiva, li jista' jkollha impatt fuq it-trasferiment tal-obbligu mis-settur privat għas-settur pubbliku u li twassal għal żieda fil-pressjoni fiskali għall-kontribwenti;

b.

il-fatt li d-Direttiva tonqos milli tindirizza l-problema ċentrali dwar kif għandu jingħata inċentiv lid-distributuri tal-enerġija u lill-kumpaniji tal-bejgħ lill-konsumatur biex inaqqsu l-bejgħ tal-enerġija tagħhom b'1,5 % mis-sena ta’ qabel; il-Kumitat jiddispjaċih ukoll li d-dispożizzjoni li l-Istati Membri jistgħu “jinkludu rekwiżiti b'għan soċjali fl-obbligi ta’ ffrankar li jimponu huma” (Direttiva, Artikolu 6(5a)) mhijiex ħa tkun biżżejjed biex tipproteġi l-ifqar ċittadini minn aktar żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija;

c.

il-proposta ta’ miżuri ta’ sostituzzjoni fost il-mekkaniżmi tal-obbligu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013, miżuri li jippermettu l-iffrankar tal-enerġija mill-klijenti aħħarin. Id-definizzjoni qed tinkwieta lill-Kumitat dwar il-fatt li dawn il-miżuri jippermettu li l-objettiv propost jiġi sostitwit mill-iskemi ta’ obbligu;

13.

jenfasizza r-rwol kruċjali tal-atturi reġjonali u lokali fil-proċessi tat-tħejjija u tal-ħolqien tal-programmi tal-effiċjenza enerġetika. Inkarigati mill-politiki lokali tad-djar, tax-xogħol, tat-trasport u tat-taħriġ, l-awtoritajiet reġjonali huma f'kuntatt maċ-ċittadini u mal-atturi kollha lokali fit-tħejjija ta’ politiki adatti għat-tħassib taċ-ċittadini u għall-isfidi ta’ effiċjenza enerġetika reġjonali: barra minn hekk, jinsabu fl-aħjar qagħda biex iwasslu għal tibdil fil-mod kif iċ-ċittadini jużaw l-enerġija fi żmien ġdid ta’ mikroġenerazzjoni, teknoloġiji tan-netwerks intelliġenti u prezzijiet varjabbli. F'dan ir-rigward, il-Kumitat jipproponi li jissaħħaħ il-livell ta’ involviment tal-atturi reġjonali u lokali bis-saħħa ta’ miżuri li jħeġġu:

a.

l-Istati Membri joħolqu proċessi ta’ konsultazzjoni li jinvolvu lill-atturi reġjonali u lokali meta jitħejjew il-pjani nazzjonali (approċċ minn isfel 'il fuq), biex b'hekk jaslu għat-twaqqif ta’ pjani nazzjonali b'koerenza mal-objettivi u l-mezzi nazzjonali, reġjonali u lokali;

b.

l-awtoritajiet reġjonali u lokali joħolqu pjani tal-effiċjenza enerġetika reġjonali u lokali li jiffavorixxu, pereżempju, il-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija, il-programmi ta’ rinnovazzjoni tal-bini pubbliku jew il-pjani ta’ mobbiltà fil-qrib u tat-trasport sostenibbli. Barra minn hekk, ifakkar fl-importanza tal-inizjattiva Ewropea tal-Patt tas-Sindki u dik tal-Patt tal-Gżejjer u jipproponi li fid-Direttiva jiddaħħlu miżuri ta’ appoġġ u ta’ promozzjoni għal dawn l-inizjattivi mill-Istati Membri;

c.

l-awtoritajiet reġjonali jappoġġjaw l-atturi lokali għall-għarfien tagħhom u l-analiżi tal-opportunitajiet u l-ostakli għall-ħolqien tal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika, kif ukoll għall-isforzi tagħhom biex jissensibbilizzaw liċ-ċittadini u biex jappoġġjaw il-ħolqien ta’ programmi u proġetti lokali u t-taħriġ tal-atturi;

d.

l-awtoritajiet reġjonali u lokali joħolqu, fejn għad m'hemmx, mekkaniżmi ta’ osservazzjoni u ta’ inventarju tal-enerġija u tal-gassijiet b'effett ta’ serra sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tad-deċiżjonijiet politiċi;

e.

l-awtoritajiet reġjonali jappoġġjaw jew isaħħu l-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali favur it-trasferiment tal-għarfien fl-effiċjenza enerġetika bejn ir-reġjuni;

14.

ifakkar fl-importanza tas-sensibilizzazzjoni u l-infurmar taċ-ċittadini. L-azzjoni individwali hija element fundamentali tar-rispett għall-ambjent u ta’ applikazzjoni tajba tal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika li jolqtu liċ-ċittadini. Huwa indispensabbli li dawn jiġu sensibilizzati u infurmati. F'dan ir-rigward, il-Kumitat:

a.

jappoġġja l-miżuri li ttieħdu biex tittejjeb l-informazzjoni f'ħin reali lill-konsumaturi rigward il-konsum tagħhom u l-fatturar tagħhom tal-enerġija (elettriku, gass, sħana);

b.

jenfasizza kemm hija fundamentali l-protezzjoni tad-data personali, l-iktar fir-rigward tal-provvedituri, tal-provvista b'xejn u tal-faċilità tal-aċċess għal din id-data mill-klijent aħħari u jinsisti li din id-data tkun tista' tinfiehem u tintuża faċilment mill-klijenti aħħarin;

c.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti sistemi ta’ inventarju li jinkludu l-funzjonalitajiet li jippermettu lill-utent aħħari jiġġestixxi l-kapaċità tiegħu u li jnaqqas il-konsum skont l-għażliet tariffarji proposti mid-distributur tal-enerġija;

d.

għaldaqstant, jiddispjaċih li d-Direttiva ma tiddefinixxix miżuri kumplementari għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija;

15.

bi pjaċir jilqa' l-progress li sar fil-verifiki tal-enerġija għall-intrapriżi u l-programmi ta’ verifika bi prezzijiet li l-klijenti aħħarija u l-SMEs jistgħu jlaħħqu magħhom. Madankollu, sabiex tiġi ottimizzata l-kwalità tal-verifiki, jirrakkomanda:

a.

li jiġi propost tħarriġ tal-esperti li jwassal għal kwalifika uffiċjali u rikonoxximent uffiċjali tal-kompetenzi tagħhom;

b.

li ssir referenza ċara għall-istandards tekniċi Ewropej (EN 16001) rigward is-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija, u li b'hekk isir titjib fl-implimentazjoni taċ-ċertifikazzjoni li jipprevedu dawn l-istandards;

c.

li s-servizz pubbliku jiġi inkluż f'din il-miżura;

d.

l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fil-verifiki;

16.

bi pjaċir jilqa' l-miżuri proposti għall-iżvilupp tas-servizzi tal-enerġija. Madankollu, il-Kumitat:

a.

jirrakkomanda li dawn ma jiġux limitati biss għall-kuntratti ta’ prestazzjoni enerġetika, u li jittejbu s-servizzi tal-enerġija kollha, bħar-reviżjoni perjodika obbligatorja tas-sistemi tat-tisħin/tkessiħ jew l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ regolazzjoni termali;

b.

jiddispjaċih li m'hemmx miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi u legali meta jinħolqu l-kuntratti ta’ prestazzjoni enerġetika, bħalma jsir għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika;

17.

ifakkar fl-importanza tal-aspett tat-taħriġ. F'dan ir-rigward, jenfasizza kemm huwa importanti li l-Istati Membri u l-atturi reġjonali u lokali jipprovdu taħriġ għall-esperti u l-professjonisti tas-settur biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ din id-Direttiva.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika fi ħdan l-Unjoni sabiex ikun żgurat li sal-2020 tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għal iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 20 % u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza enerġetika lil hinn minn dik id-data.

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika fi ħdan l-Unjoni sabiex ikun żgurat li sal-2020 tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għal iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 20 % u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza enerġetika lil hinn minn dik id-data.

Raġuni

Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (4), fejn identifikat il-ħtieġa li ssir iktar enfasi fuq l-effiċjenza enerġetika. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika previsti fil-proposta għal Direttiva ma jwittux it-triq għal wara l-2020 u lanqas għall-perspettiva tal-2050 adottata mill-Kummissjoni stess.

Emenda 2

Artikolu 2(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.

“distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li hija responsabbli għall-kunsinna tal-enerġija, bil-għan li titwassal lil konsumaturi aħħarin jew lil stazzjonijiet ta’ distribuzzjoni li jbigħu l-enerġija lil konsumaturi aħħarin.

7.

“distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li l-kunsinna tal-enerġija, bil-għan li titwassal lil konsumaturi aħħarin jew lil stazzjonijiet ta’ distribuzzjoni li jbigħu l-enerġija lil konsumaturi aħħarin.

Raġuni

Din l-emenda u waħda oħra relatata mal-Artikolu 2(9) jgħinuna niddefinixxu aħjar “distributur tal-enerġija” u “kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” biex jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa.

Pereżempju, il-kerrejja jistgħu jirċievu kont għall-enerġija b'diversi modi. F'bosta postijiet, il-fattura tintbagħat direttament lill-kerrej mill-kumpanija tal-provvista tal-enerġija, iżda f'xi postijiet oħra, huwa sid il-kera li jibgħat il-fattura, jew għall-enerġija biss jew bħala parti mill-imposta tas-servizz globali li tinkludi ħafna elementi li jistgħu jiġu separati jew ippreżentati punt punt.

L-għan tal-emenda huwa li tipprovdi iktar ċertezza legali sabiex il-persuni li jibagħtu l-kontijiet lill-kerrejja għall-enerġija provduta fil-bini ma jinqabdux fl-obbligi imposti mid-Direttiva li ma kinux diretti lejhom. L-eżenzjoni għad-distributuri ż-żgħar tal-enerġija u l-kumpaniji ż-żgħar tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum (Artikolu 6(8)) ma tipprovdix protezzjoni suffiċjenti.

Emenda 3

Artikolu 2(9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.

“kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti aħħarin;

9.

“kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti aħħarin;

Raġuni

Din l-emenda u waħda oħra relatata mal-Artikolu 2(9) jgħinuna niddefinixxu aħjar “distributur tal-enerġija” u “kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” biex jiġu evitati konsegwenzi mhux maħsuba.

Pereżempju, il-kerrejja jistgħu jirċievu kont għall-enerġija b'diversi modi. F'bosta postijiet, il-fattura tintbagħat direttament lill-kerrej mill-kumpanija tal-provvista tal-enerġija, iżda f'xi postijiet oħra, huwa sid il-kera li jibgħat il-fattura, jew għall-enerġija biss jew bħala parti mill-imposta tas-servizz globali li tinkludi ħafna elementi li jistgħu jiġu separati jew ippreżentati punt punt.

L-għan tal-emenda huwa li tipprovdi iktar ċertezza legali li l-persuni li jibagħtu l-kontijiet lill-kerrejja għall-enerġija provduta fil-bini ma jinqabdux fl-obbligi imposti mid-Direttiva li ma kinux diretti lejhom. L-eżenzjoni għad-distributuri ż-żgħar tal-enerġija u l-kumpaniji ż-żgħar tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum (Artikolu 6(8)) ma tipprovdix protezzjoni suffiċjenti.

Emenda 4

Artikolu 3 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jiffissaw mira nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika espressa bħala livell assolut ta’ konsum tal-enerġija primarja fl-2020.

Meta jistabbilixxu dawn il-miri, huma għandhom jikkunsidraw il-mira tal-Unjoni għal iffrankar tal-enerġija ta’ 20 %, il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva, il-miżuri adottati sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija li ġew adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE u miżuri oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza enerġetika fi ħdan l-Istati Membri u fuq il-livell tal-Unjoni.

   

   

Raġuni

Fis-sitwazzjoni attwali, l-Unjoni Ewropea mhux ser jirnexxilha twettaq iktar minn nofs l-impenji tagħha tal-effiċjenza enerġetika sal-2020. Il-Kumitat jipproponi li d-Direttiva tinkludi miri nazzjonali li għandhom ikunu vinkolanti mill-2014 'l hemm. Barra minn hekk, jixtieq li s-settur tat-trasport tal-persuni u l-merkanzija, is-setturi kummerċjali u dawk industrijali li mhumiex koperti mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet jiddaħħlu fil-pjani implimentati mill-Istati Membri u li jkunu soġġetti għall-miri nazzjonali l-istess bħas-setturi l-oħra.

Fil-prinċipju għandu jiġi appoġġjat l-objettiv tal-Kummissjoni Ewropea li sal-2020 ikun hemm frankar ta’ 20 % fil-qasam tal-enerġija. Il-perjodu sal-2020 huwa relattivament qasir u jeħtieġ li jiġu implimentati mill-aktar fis miżuri fil-perjodu qasir u dak medju. Għalhekk nipproponu metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-progress ta’ kull Stat Membru fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika. Fid-Direttiva 2009/28 dwar l-enerġiji rinnovabbli, il-Kummissjoni Ewropea setgħet tistabbilixxi objettiv globali ta’ 20 % adattat mill-Istati Membri skont il-kapaċità tagħhom li jilħqu dan l-objettiv. Għaldaqstant, nissuġġerixxu l-istess approċċ fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika, approċċ li jqis il-livell ta’ progress ta’ kull pajjiż.

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li s-settur primarju (l-agrikoltura, it-tkabbir tal-annimali, is-sajd) jikkonsma enerġija li ġejja minn sorsi fossili, il-biċċa l-kbira minnhom importati. L-impatt ekonomiku u ambjentali ta’ din is-sitwazzjoni huwa raġjuni biżżejjed biex is-settur primarju jiġi inkluż b'mod speċifiku f'dan l-Artikolu.

Emenda 5

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art li tkun il-proprjetà tal-korpi pubbliċi tagħhom sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Ir-rata ta’ 3 % għandha tkun ikkalkolata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta’ iktar minn 250 m2 ta’ art utilizzabbli li tkun il-proprjetà tal-korpi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi pubbliċi tagħhom biex jgħoddu mar-rata annwali tar-rinnovazzjoni tagħhom l-eċċess tal-erja tal-art tal-bini rrinovat f'sena speċifika bħal li kieku minflok kienet rinnovata f'waħda mis-sentejn preċedenti jew fis-snin ta’ qabel.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju tal-bini li jkun proprjetà tal-korpi pubbliċi tagħhom fejn jindikaw:

(a)

l-erja tal-art f' m2; u

(b)

il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ kull bini.

4.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi sabiex:

(a)

jadottaw pjan għall-effiċjenza enerġetika, awtonomu jew bħala parti minn pjan klimatiku jew ambjentali iktar ġenerali, li jinkludi għanijiet speċifiċi għall-iffrankar tal-enerġija, sabiex l-effiċjenza enerġetika tal-korp tittejjeb kontinwament;

(b)

jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom.

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2014, tiġi rrinovata l-art li tkun il-proprjetà tal-korpi pubbliċi tagħhom sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. -art tal-bini li jkollu erja totali ta’ iktar minn 250 m2 ta’ art utilizzabbli li tkun il-proprjetà tal-korpi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat li ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

   

   

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju tal-bini li jkun proprjetà tal-korpi pubbliċi tagħhom fejn jindikaw:

(a)

l-erja tal-art f' m2; u

(b)

il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ kull bini.

4.   L-Istati Membri għandhom lill-korpi pubbliċi sabiex:

(a)

jadottaw pjan għall-effiċjenza enerġetika, awtonomu jew bħala parti minn pjan klimatiku jew ambjentali iktar ġenerali, li jinkludi għanijiet speċifiċi għall-iffrankar tal-enerġija, sabiex l-effiċjenza enerġetika tal-korp tittejjeb kontinwament;

(b)

jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;

Raġuni

Fis-sitwazzjoni attwali, l-Unjoni Ewropea mhux ser jirnexxilha tikseb nofs l-objettivi tagħha fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika. Jeħtieġ li jissaħħu l-azzjonijiet tagħha, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti objettivi vinkolanti. Fin-nuqqas ta’ objettivi nazzjonali vinkolanti, huwa importanti li jiġu promossi objettivi settorjali, b'mod partikolari fil-qasam tal-bini li jirrappreżenta l-akbar oppportunità għall-effiċjenza enerġetika.

Aħna nappoġġjaw id-Direttiva fid-dawl tal-punti li ġejjin:

1.

L-Unjoni Ewropea implimentat mekkaniżmi finanzjarji (ELENA, JESSICA…) u fondi ddedikati għall-effiċjenza enerġetika (EEE-F…), il-Qafas Finanzjarju 2014-2020, li sal-lum il-ġurnata jipprevedi persentaġġ għoli ta’ fondi strutturali ddedikati għall-effiċjenza enerġetika. Jeżistu għodod finanzjarji oħra, bħall-kuntratti ta’ prestazzjoni enerġetika, is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-fondi għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali u reġjonali li jippromovu ħidma favur l-effiċjenza enerġetika f'perjodu fejn il-fondi pubbliċi qed jonqsu.

2.

Jeżistu soluzzjonijiet anqas b'inqas spejjeż b'redditu fuq l-investiment fil-perjodu qasir, bħat-titjib tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ, is-sistemi ta’ regolazzjoni termali tal-bini, li jippermettu investiment gradwali.

3.

Id-Direttiva dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-bini tqis id-diversità tal-bini u teżenta xi binjiet (bini storiku, temporanju jew ħangars). Tqis ukoll id-diversità klimatika bejn il-pajjiżi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar.

4.

L-effiċjenza enerġetika fil-bini toħloq impjieg lokali fil-post: ir-rinnovazzjoni enerġetika ta’ erba' binjiet twassal għall-ħolqien ta’ impjieg wieħed.

5.

L-Istati Membri għadhom kif ingħataw pjan direzzjonali dwar it-taħriġ ta’ nies tas-sengħa għall-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-bini.

Madankollu, il-proposta għal direttiva tista' tittejjeb billi jiġu kkunsidrati l-punti li ġejjin:

1.

Għandu jitfakkar li d-direttiva dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija 2010/31 tħalli l-għażla f'idejn l-Istati Membri li jipproponu, jew le, ir-rinnovazzjoni ta’ bini protett u li jagħmel parti minn ambjent ikklassifikat.

2.

Jeħtieġ li nibbażaw fuq standards Ewropej ta’ ġestjoni u ta’ kontabilità tal-enerġija.

3.

Jeħtieġ li jiġi ffaċilitat u li jissaħħaħ l-aċċess għall-kuntratti ta’ prestazzjoni enerġetika.

4.

L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw ir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali billi jipproponu għajnuna finanzjarja jew ta’ tip ieħor.

5.

Fl-aħħar, jidher xieraq li l-awtoritajiet pubbliċi jitħeġġu jimplimentaw għodod għat-taħriġ u għas-sensibilizzazzjoni bil-għan li jkun hemm ġestjoni tajba u manutenzjoni tal-bini, kif ukoll użu xieraq tal-enerġija mill-utenti.

Dawn il-punti huma importanti biex jinkiseb l-objettiv 2020 tal-effiċjenza enerġetika.

Emenda 6

Artikolu 5

Test tal-Kummissjoni

Emenda

Ix-xiri mill-korpi pubbliċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja fl-effiċjenza enerġetika, kif imsemmi fl-Anness III.

Ix-xiri mill-korpi pubbliċi

, -Istati Membri għandhom l-korpi pubbliċi jixtru biss prodotti, servizzi u bini prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika, kif imsemmi fl-Anness III.

Raġuni

L-obbligu li l-awtoritajiet pubbliċi jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja fl-effiċjenza enerġetika jqajjem ċertu tħassib li l-UE qed tagħmel tentattiv li tuża l-akkwist pubbliku biex tindirizza għanijiet ta’ strateġija ta’ politika. Id-deċiżjoni dwar l-għażla tal-inklużjoni tal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika fl-akkwist pubbliku għandha titħalla f'idejn l-awtorità lokali jew reġjonali nnifisha u kwalunkwe ħtieġa relatata mal-UE għandha tibqa' kompletament volontarja.

Fl-interess tas-sigurtà legali u tal-integrità tas-suq uniku, huwa essenzjali li din id-Direttiva tkun koerenti mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE fir-rigward tas-swieq pubbliċi. F'dan il-kuntest, ta’ min jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri huma direttament responsabbli għall-orjentazzjoni tal-akkwist pubbliku fir-rigward tal-ksib tal-objettivi tal-effiċjenza enerġetika li ma jistgħux jinkisbu mod ieħor. Qed jiġi rrakkomandat, hekk kif isir fl-abbozz ta’ rapport tal-Parlament Ewropew, li jkun hemm mhux biss standards għoljin fir-rigward tal-enerġija iżda wkoll l-ogħla standards possibbli fir-rigward tal-enerġija.

Il-proposta għal diretiva tindirizza l-kwistjoni ta’ servizzi effiċjenti fir-rigward tal-enerġija fil-kuntest tal-ispejjeż pubbliċi, però tirreferi biss għas-servizzi li jużaw prodotti bi prestazzjoni għolja fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika. Jeħtieġ pjuttost li din tirreferi għas-servizzi f'sens usa', inklużi s-servizzi bi prestazzjoni enerġetika tajba, bħal dawk definiti fl-Artikolu 2.

Emenda 7

Artikolu 6 (9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

9.   Bħala alternattiva għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri oħra biex jiksbu l-iffrankar fl-enerġija fost il-konsumaturi aħħarija. L-ammont annwali milħuq f'iffrankar ta’ enerġija permezz ta’ dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għall-ammont ta’ ffrankar ta’ enerġija meħtieġ fil-paragrafu 1. Stati Membri li jagħżlu din l-alternattiva għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013, dwar il-miżuri alternattivi li qed jippjanaw li jadottaw, fosthom ir-regoli tal-penalitajiet imsemmija fl-Artikolu 9, u juru kif ser jilħqu l-ammonti meħtieġa ta’ ffrankar. Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta dawn il-miżuri jew tissuġġerixxi modifiki fit-3 xhur wara n-notifika. F'dawn il-każijiet, l-approċċi alternattivi ma għandhomx jiġu japplikati mill-Istati Membri konċernati sakemm il-Kummissjoni ma taċċettax b'mod espliċitu l-abbozz tal-miżuri mressaq mill-ġdid jew immodifikat.

   

Raġuni

Qed jiġi propost lill-Istati Membri li jadottaw miżuri oħra biex jiffrankaw l-enerġija. Hemm il-biża' li jekk l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jinvolvu lis-settur privat, dawn il-miżuri jiġu implimentati bil-fondi pubbliċi biss, u b'hekk il-piż ta’ dawn il-miżuri jaqa' fuq iċ-ċittadini. Sabiex ma jkun hemm l-ebda ambigwità, huwa rakkomandat bil-qawwa li dan il-paragrafu jitneħħa.

Barra minn hekk, huwa possibbli li tiġi prevista miżura alternattiva bħal dik proposta fl-abbozz ta’ rapport dwar id-Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika tal-Parlament Ewropew u li twassal għal għodod finanzjarji mmirati lejn miżuri ta’ effiċjenza enerġetika.

Emenda 8

Artikolu 6 (10)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 18, sistema ta’ rikonoxximent reċiproku tal-iffrankar tal-enerġija miksub skont l-iskemi nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika. Din is-sistema għandha tippermetti li l-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jkunu għamlu u li jkun iċċertifikat fi Stat Membru partikolari mal-obbligi tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Raġuni

Is-sistema ta’ rikonoxximent reċiproku tal-iffrankar tal-enerġija tippermetti li jsir inventarju tal-iffrankar li jkun sar fl-enerġija, mill-partijiet involuti, fi Stat Membru għall-finijiet tal-obbligi tiegħu lejn Stat Membru ieħor, u b'hekk hemm possibbiltà kbira li jiġi żvantaġġat l-impjieg lokali fl-Istati Membri konċernati. Sabiex tiġi evitata kull konsegwenza ta’ dan it-tip, huwa rakkomandat bil-qawwa li dan il-paragrafu jitneħħa.

Emenda 9

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin tal-elettriku, tal-gass naturali, tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali u tal-ilma sħun domestiku fornut mid-distrett ikunu pprovduti b'miters individwali li jkejlu b'mod preċiż u li jippermettu li l-konsum tal-enerġija effettiv tagħom ikun disponibbli filwaqt li jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin effettiv tal-użu, skont l-Anness VI.

Meta l-Istati Membri jintroduċu l-miters intelliġenti kif previst mid-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE dwar is-swieq tal-elettriku u tal-gass, huma għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-effiċjenza enerġetika u tal-benefiċċji tal-klijenti aħħarin ikunu kkunsidrati b'mod sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-miters u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti tas-swieq.

Fil-każ tal-elettriku u wara li ssir talba mill-klijent aħħari, l-operaturi tal-miters għandhom jiżguraw li l-miter ikun jista' jagħti rendikont tal-elettriku li ġie prodott fil-bini tal-klijent aħħari u li ġie esportat lejn il-grilja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk il-klijenti aħħarin jagħmlu talba, id-data tal-miters dwar il-produzzjoni u/jew il-konsum tagħhom f'ħin reali titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ parti terza li tkun qed taġixxi f'isem il-klijent aħħari.

Fil-każ tat-tisħin u tat-tkessiħ, fejn bini jkun fornut minn netwerk ta’ tisħin distrettwali, il-miter tas-sħana għandu jkun installat fl-entratura tal-bini. F'bini b'għadd ta’ appartamenti, għandhom jiġu installati wkoll miters għall-konsum individwali tas-sħana sabiex ikejlu l-konsum tas-sħana jew tat-tkessiħ ta’ kull appartament. Fejn l-użu tal-miters għall-konsum individwali tas-sħana ma jkunx teknikament fattibbli, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-kost għas-sħana għall-kejl tal-konsum tas-sħana f'kull radjatur skont l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fl-Anness VI (1.2).

L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-konsum tas-sħana f'bini b'għadd ta’ appartamenti fornut bi sħana ċentralizzata jew bi tkessiħ ċentralizzat. Tali regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-fatturi ta’ korrezzjoni sabiex ikunu riflessi karatteristiċi tal-bini bħat-trasferimenti tas-sħana bejn l-appartamenti.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li , l-klijenti aħħarin tal-elettriku , , tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali u tal-ilma sħun domestiku fornut mid-distrett ikunu pprovduti b'miters individwali li jkejlu b'mod preċiż u li jippermettu li l-konsum tal-enerġija effettiv tagħom ikun disponibbli filwaqt li jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin effettiv tal-użu, skont l-Anness VI.

Meta l-Istati Membri jintroduċu l-miters intelliġenti kif previst mid-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE dwar is-swieq tal-elettriku u tal-gass, huma għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-effiċjenza enerġetika u tal-benefiċċji tal-klijenti aħħarin ikunu kkunsidrati b'mod sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-miters u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti tas-swieq.

Fil-każ tal-elettriku u wara li ssir talba mill-klijent aħħari, l-operaturi tal-miters għandhom jiżguraw li l-miter ikun jista' jagħti rendikont tal-elettriku li ġie prodott fil-bini tal-klijent aħħari u li ġie esportat lejn il-grilja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk il-klijenti aħħarin jagħmlu talba, id-data tal-miters dwar il-produzzjoni u/jew il-konsum tagħhom f'ħin reali titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ parti terza li tkun qed taġixxi f'isem il-klijent aħħari.

Fil-każ tat-tisħin u tat-tkessiħ, fejn bini jkun fornut minn netwerk ta’ tisħin distrettwali, il-miter tas-sħana għandu jkun installat fl-entratura tal-bini. F'bini b'għadd ta’ appartamenti, għandhom jiġu installati wkoll miters għall-konsum individwali tas-sħana sabiex ikejlu l-konsum tas-sħana jew tat-tkessiħ ta’ kull appartament. Fejn l-użu tal-miters għall-konsum individwali tas-sħana ma jkunx teknikament fattibbli, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-kost għas-sħana għall-kejl tal-konsum tas-sħana f'kull radjatur skont l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fl-Anness VI (1.2).

L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-konsum tas-sħana f'bini b'għadd ta’ appartamenti fornut bi sħana ċentralizzata jew bi tkessiħ ċentralizzat. Tali regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-fatturi ta’ korrezzjoni sabiex ikunu riflessi karatteristiċi tal-bini bħat-trasferimenti tas-sħana bejn l-appartamenti.

Raġuni

Billi l-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa enfasizzat mir-relatur fl-abbozz ta’ opinjoni, l-Istati Membri jridu jżommu ċerta flessibbiltà biex jimplimentaw il-proposta billi d-differenzi fil-kostruzzjoni tal-bini jistgħu jolqtu l-użu tas-sħana mill-utenti aħħarin.

Bl-istess mod, l-ispejjeż ekonomiċi u ambjentali globali tal-proposta għandhom jiġu kkunsidrati biex tiġi żgurata l-effikaċja ġenerali tagħha. Dan jinkludi l-manutenzjoni, il-ġestjoni u l-ispejjeż tas-sostituzzjoni.

Minn naħa, ġie propost li l-miters intelliġenti jkopru l-firxa kollha ta’ karburanti. Min-naħa l-oħra, b'koerenza mal-kummenti ġenerali, ta’ min isemmi li l-utenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jiġġestixxi l-piż tagħhom u b'hekk inaqqsu l-konsum tagħhom tal-enerġija. Huwa importanti li jiġi speċifikat li l-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi m'għandhiex tkun ta’ piż għall-utenti aħħarin.

Emenda 10

Artikolu 8 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   L-informazzjoni mill-kejl bil-miters u mill-kontijiet tal-konsum individwali tal-enerġija kif ukoll informazzjoni oħra msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u fl-Anness VI, għandha tkun ipprovduta lill-klijenti aħħarin mingħajr ħlas.

3.   L-informazzjoni mill-kejl bil-miters u mill-kontijiet tal-konsum individwali tal-enerġija kif ukoll informazzjoni oħra msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u fl-Anness VI, għandha tkun ipprovduta lill-klijenti aħħarin mingħajr ħlas.rigward il-

Raġuni

Sabiex niżguraw li niftiehmu tajjeb, jidher opportun li jiġi speċifikat hawnhekk li huma biss il-persuni li jaġixxu f'isem il-klijent aħħari li jista' jkollhom aċċess għad-data personali. Il-bidla fil-kejl tal-fatturazzjoni lejn sistema ta’ inventarju intelliġenti tiġġenera data personali diġitali. Din l-informazzjoni għandha tiġi protetta f'isem il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-klijent aħħari.

Emenda 11

Artikolu 8 (4) – Punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

Raġuni

Id-Direttiva ma tidħolx fid-dettall dwar il-benefiċċji mistennija mill-azzjonijiet individwali ta’ kull ċittadin. Il-livell tal-individwu m'għandux jiġi injorat fl-applikazzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini hija vantaġġ li m'għandux jintesa biex jinkiseb l-għan tal-2020.

Emenda 12

Artikolu 10 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sal-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan nazzjonali għat-tisħin u għat-tkessiħ u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwaru sabiex ikun żviluppat il-potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII. Il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati u nnotifikati lill-Kummissjoni kull ħames snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz tal-qafas regolatorju tagħhom li l-pjanijiet nazzjonali għat-tisħin u t-tkessiħ ikunu kkunsidrati fil-pjanijiet ta’ żvilupp lokali u reġjonali, inklużi l-pjanijiet għall-ispazju urban u rurali, u jkunu jissodisfaw il-kriterji ta’ disinn fl-Anness VII.

Sal-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan nazzjonali għat-tisħin u għat-tkessiħ u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwaru, sabiex ikun żviluppat il-potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII. Il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati u nnotifikati lill-Kummissjoni kull ħames snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz tal-qafas regolatorju tagħhom li l-pjanijiet nazzjonali għat-tisħin u t-tkessiħ ikunu kkunsidrati fil-pjanijiet ta’ żvilupp lokali u reġjonali, inklużi l-pjanijiet għall-ispazju urban u rurali, u jkunu jissodisfaw il-kriterji ta’ disinn fl-Anness VII.

Raġuni

Huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu kkonsultati matul il-fażi ta’ tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani fir-rigward tat-tisħin u t-tkessiħ.

Emenda 13

Artikolu 10 (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 meta:

a)

il-kundizzjonijiet ta’ limitu relatati mad-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness VIII ma jiġux sodisfatti;

b)

ir-rekwiżit fil-punt (b) tal-paragrafu 3 relatat mal-post fejn tkun tinsab l-installazzjoni ma jkunx jista' jiġi sodisfatt minħabba l-ħtieġa li installazzjoni tiġi lokalizzata qrib sit ta’ ħżin li għandu permess ġeoloġiku skont id-Direttiva 2009/31/KE; jew

c)

analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji turi li l-ispejjeż huma ikbar mill-benefiċċji meta pparagunati mal-ispejjeż kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż l-investiment fl-infrastruttura, biex jiġi pprovdut l-istess ammont ta’ elettriku u ta’ sħana b'tisħin jew bi tkessiħ separat.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali kundizzjonijiet għal eżenzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta dawk il-kundizzjonijiet jew tagħmel suġġerimenti għal modifiki fis-sitt (6) xhur ta’ wara n-notifika. F'dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ma għandhomx ikunu applikati mill-Istat Membru kkonċernat sakemm il-Kummissjoni espressament taċċetta l-kundizzjonijiet li jkunu reġgħu tressqu jew immodifikati

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 meta:

a)

il-kundizzjonijiet ta’ limitu relatati mad-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness VIII ma jiġux sodisfatti;

b)

ir-rekwiżit fil-punt (b) tal-paragrafu 3 relatat mal-post fejn tkun tinsab l-installazzjoni ma jkunx jista' jiġi sodisfatt minħabba l-ħtieġa li installazzjoni tiġi lokalizzata qrib sit ta’ ħżin li għandu permess ġeoloġiku skont id-Direttiva 2009/31/KE; jew

c)

analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji turi li l-ispejjeż huma ikbar mill-benefiċċji meta pparagunati mal-ispejjeż kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż l-investiment fl-infrastruttura, biex jiġi pprovdut l-istess ammont ta’ elettriku u ta’ sħana b'tisħin jew bi tkessiħ separat;

Raġuni

Apparti l-koġenerazzjoni b'rendiment għoli, impjanti tal-elettriku ġodda li jaħdmu bil-gass jew bil-faħam u li jkollhom rendiment għoli jistgħu jiġu awtorizzati b'mod simili mill-Istati Membri għal raġunijiet ekonomiċi u ta’ stabbilità tan-netwerk. L-eżenzjonijiet previsti mill-proposta għal Direttiva, li għandhom jiġu analizzati minn qabel mill-Kummissjoni, mhumiex biżżejjed f'dan ir-rigward. Il-valutazzjoni tal-utilità ekonomika ta’ impjant u tal-kontribut tiegħu għall-istabbilità tan-netwerks għandha tibqa' r-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Emenda 14

Artikolu 19(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rapporti annwali u r-rapporti supplimentari u għandha tivvaluta kemm għamlu progress l-Istati Membri sabiex jilħqu l-miri nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika mitluba mill-Artikolu 3(1) u sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti, il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rapporti annwali u r-rapporti supplimentari u għandha tivvaluta kemm għamlu progress l-Istati Membri sabiex jilħqu l-miri nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika mitluba mill-Artikolu 3(1) u sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti, il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

Raġuni

F'punt 13 tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tiegħu, il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza r-rwol kruċjali tal-atturi reġjonali u lokali fil-proċess tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ effiċjenza enerġetika. F'dan il-kuntest, qed jiġi propost li jiżdied il-livell ta’ parteċipazzjoni permezz ta’ għadd ta’ miżuri, b'mod partikolari dawk imsemmija hawn fuq fil-punt 13d) ta’ din l-opinjoni li jħeġġu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jimplimentaw mekkaniżmi ta’ osservazzjoni u ta’ kontabbiltà tal-enerġija u tal-gassijiet b'effett ta’ serra bil-għan li jitjiebu d-deċiżjonijiet politiċi. Biex jitwaqqfu dawn il-mekkaniżmi li ser iservu ta’ bażi għat-tfassil ta’ rapporti annwali u addizzjonali flimkien mal-Istati Membri, li fl-aħħar ser jiġu evalwati mill-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġu provduti l-mezzi li jagħtu aċċess għal informazzjoni aktar kompluta minn dik provduta mill-operaturi fil-qasam tal-enerġija.

Emenda 15

Artikolu 19(8-9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6. Dak ir-rapport għandu jkun segwit, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva għal fini wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

a)

sabiex tinbidel ir-rata tal-iffrankar stabbilita fl-Artikolu 6(1);

b)

sabiex ikunu stabbiliti rekwiżiti komuni addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni msemmija fl-Artikolu 6(5);

9.   Sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li għamlu l-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji msemmija fl-Artikolu 15(1); din il-valutazzjoni għandha tkun segwita, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Sat-30 ta’ Ġunju , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6. Dak ir-rapport għandu jkun segwit, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva għal fini wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

a)

sabiex tinbidel ir-rata tal-iffrankar stabbilita fl-Artikolu 6(1);

b)

sabiex ikunu stabbiliti rekwiżiti komuni addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni msemmija fl-Artikolu 6(5);

9.   Sat-30 ta’ Ġunju , il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li għamlu l-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji msemmija fl-Artikolu 15(1); din il-valutazzjoni għandha tkun segwita, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Raġuni

Id-dati intermedji msemmija jidhru li mhumiex adatti. L-iskadenzi tal-2018 jidhru wisq viċin l-iskadenza tal-2020 biex tittieħed azzjoni ta’ importanza. Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li jitnaqqsu dawn l-iskadenzi, għall-2016 biex jintbagħat ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-obbligu għall-effiċjenza enerġetika, u għall-2014 għall-valutazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri fit-tneħħija tal-ostakli regolatorji u ta’ dawk mhux regolatorji.

Emenda 16

Artikolu ġdid - Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   

   

Raġuni

It-taħriġ tal-esperti u l-professjonisti tas-settur marbuta mal-effiċjenza enerġetika huwa neċessarju biex jinkisbu l-objettivi tat-twettiq tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll biex jiġu żgurati l-kwalità u l-effikaċja tal-operazzjonijiet involuti. L-awtoritajiet reġjonali u lokali huma kruċjali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dan it-taħriġ.

Emenda 17

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għax-xiri ta’ prodotti, servizzi u bini minn korpi pubbliċi

Il-korpi pubbliċi li jixtru prodotti, servizzi jew bini għandhom:

a)

fejn prodott ikun kopert minn att iddelegat li ġie adottat skont id-Direttiva 2010/30/UE jew id-Direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE, jixtru biss prodotti li jkunu konformi mal-kriterju li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika filwaqt li jqisu l-kosteffikaċja, il-fattibbiltà ekonomika u adegwatezza teknika, kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti;

b)

fejn prodott li ma jkunx kopert taħt il-punt a) ikun kopert b'miżura ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE adottata wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-parametri tal-effikaċja enerġetika speċifikati f'dik il-miżura ta’ implimentazzjoni;

c)

jixtru prodotti ta’ tagħmir tal-uffiċċji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill [2006/1005/KE] li jkunu konformi ma’ rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika mhux inqas stretti minn dawk elenkati fl-Anness C għall-Ftehim mehmuż ma’ dik id-Deċiżjoni;

d)

jixtru biss tajers li jkunu konformi mal-kriterju li jkollhom l-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika fl-użu tal-fjuwil, kif ġie ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009. Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers bl-ogħla klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tad-tidwir, fejn dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ saħħa pubblika;

e)

jeżiġu fis-sejħiet għall-offerti għal kuntratti ta’ servizzi li l-fornituri tas-servizzi jużaw, għall-għanijiet tal-forniment tas-servizzi involuti, biss prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (d), meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni;

f)

jixtru jew jikru biss bini li jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 4(1). Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tkun ivverifikata permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għax-xiri ta’ prodotti, servizzi u bini minn korpi pubbliċi

Il-korpi pubbliċi li jixtru prodotti, servizzi jew bini għandhom:

a)

fejn prodott ikun kopert minn att iddelegat li ġie adottat skont id-Direttiva 2010/30/UE jew id-Direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE, jixtru biss prodotti li jkunu konformi mal-kriterju li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika filwaqt li jqisu l-kosteffikaċja, il-fattibbiltà ekonomika u adegwatezza teknika, kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti;

b)

fejn prodott li ma jkunx kopert taħt il-punt a) ikun kopert b'miżura ta'implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE adottata wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-parametri tal-effikaċja enerġetika speċifikati f'dik il-miżura ta’ implimentazzjoni;

c)

jixtru prodotti ta’ tagħmir tal-uffiċċji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill [2006/1005/KE] li jkunu konformi ma’ rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika mhux inqas stretti minn dawk elenkati fl-Anness C għall-Ftehim mehmuż ma’ dik id-Deċiżjoni;

d)

jixtru biss tajers li jkunu konformi mal-kriterju li jkollhom l-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika fl-użu tal-fjuwil, kif ġie ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009. Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers bl-ogħla klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tad-tidwir, fejn dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ saħħa pubblika;

f)

jixtru jew jikru biss bini li jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 4(1). Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tkun ivverifikata permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Raġuni

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-għan ta’ dan l-inċiż huwa li l-korpi pubbliċi jwessgħu l-ambitu tad-Direttiva għall-provvedituri tas-servizzi, u b'hekk jinħoloq effett ta’ multiplikatur, l-analiżi fid-dettall tar-rispett mill-partijiet kontraenti tal-eżiġenzi stabbiliti minn din il-miżura timponi piż amministrattiv u finanzjarju konsiderevoli u tmur lil hinn mill-kontroll prudenzjali tal-provvediment ta’ servizz, li tippermetti li tiġi stabbilita l-konformità tas-sejħa għall-offerti mal-ispeċifikazzjonijiet.

Brussell, 14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  COM(2011) 0109 finali – Pjan Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika 2011.

(2)  Il-premessa (13) tiddeskrivi t-twaqqif ta’ miżuri nazzjonali biex jinkiseb l-objettiv ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika. Jekk it-tisħiħ tal-qafas politiku jirriżulta neċessarju biex jinkiseb dan il-għan, il-proċess f'żewġ fażijiet għal sistema ta’ objettivi vinkolanti jiġi stabbilit premezz ta': 1. id-definizzjoni mill-Istati Membri tal-objettivi fakultattivi jew vinkolanti, tas-sistemi u tal-programmi nazzjonali fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika; u 2. il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-possibbiltà li l-objettiv jinkiseb bis-saħħa tal-objettivi stabbiliti minn qabel. Jekk il-valutazzjoni tirriżulta negattiva, il-Kummissjoni jkollha tiddefinixxi l-objettivi nazzjonali għall-2020, b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni minn fejn ikun beda kull Stat Membri, il-prestazzjoni ekonomika tiegħu u l-miżuri li jkunu ttieħdu fí stadju bikri.

(3)  L-iskemi ta’ obbligu għall-iffrankar tal-enerġija, bħal dawk definiti fl-Artikolu 6(1) tal-proposta għal Direttiva, huma dawk il-miżuri kollha stabbiliti biex jiżguraw li jew id-distributuri tal-enerġija kollha jew il-kumpaniji kollha tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur li joperaw fit-territorju ta’ Stat Membru kull sena jiffrankaw enerġija ekwivalenti għal 1,5 % tal-bejgħ tal-enerġija tagħhom, bil-volum, fis-sena preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat minbarra l-enerġija użata għat-trasport.

(4)  COM(2011) 112 finali


23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/65


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (CCCTB)”

2012/C 54/10

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI:

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, mill-ħolqien tal-Unjoni Ewropea ’l hawn, il-kwistjoni tat-tassazzjoni tal-intrapriżi rċeviet attenzjoni partikolari bħala element importanti għall-istabbiliment tas-suq intern;

huwa tal-opinjoni li l-fatt li, għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa, persuna tikkuntattja amministrazzjoni fiskali unika li tkun kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet jew l-ilmenti kollha b’rabta ma’ din il-bażi tat-taxxa, jikkostitwixxi semplifikazzjoni u sors ta’ ffrankar f’termini ta’ spejjeż amministrattivi għall-kumpaniji li jkollhom interlokutur wieħed, u mhux 27, biex jistabbilixxu l-bażi tat-taxxa tagħhom;

jixtieq li l-Kummissjoni tindirizza l-impatt tal-fatt li t-telf tat-taxxa jista’ jiġi trasferit indefinittivament, u li tikkunsidra liema miżuri jistgħu jiġu previsti kontra l-abbuż;

mingħajr ma jixħet dubju direttament fuq il-prinċipju tad-Direttiva, jemmen li l-Proposta għandha tiġi riveduta filwaqt li titqies il-ħtieġa għal (a) indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi suffiċjenti li jippermettu valutazzjoni sħiħa tal-implikazzjonijiet relatati mas-sussidjarjetà ta’ proposta transkonfinali ta’ dan it-tip; (b) aktar data dwar l-implikazzjonijiet kollha tas-CCCTB; u (c) analiżi tal-impatt tal-proposta fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Relatur

is-Sur Gusty GRAAS (LU/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Bettembourg

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (CCCTB)

COM(2011) 121 finali

I.   INTRODUZZJONI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, mill-ħolqien tal-Unjoni Ewropea ’l hawn, il-kwistjoni tat-tassazzjoni tal-intrapriżi rċeviet attenzjoni partikolari bħala element importanti għall-istabbiliment tas-suq intern;

2.

jemmen li sikwit ikun hemm xkiel għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi transkonfinali minħabba għadd kbir ta’ regoli differenti, b’mod partikolari fir-rigward tat-taxxa, u dan jikkostitwixxi żvantaġġ prinċipali qabel kollox għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ostaklu għall-iżvilupp tas-suq intern;

3.

jirreferi wkoll għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fiskalità tal-intrapriżi tal-1990 (SEC(90) 601) li tat bidu għal bosta miżuri importanti fil-qasam tat-tassazzjoni diretta bħad-Direttiva dwar il-merġers 90/434/KEE, id-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji 90/435/KEE u l-konvenzjoni tal-arbitraġġ 90/436/KEE. Għaxar snin wara, id-Direttiva dwar il-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties 2003/49/KE kkompletat il-lista ta’ miżuri fiskali Ewropej;

4.

bi pjaċir jinnota li mill-2000 ’il hawn, il-Kummissjoni reġgħet lura għal politika fiskali aktar ambizzjuża, billi għamlet l-almu tagħha biex tkopri l-attivitajiet kollha tal-intrapriżi fil-livell tal-UE permezz ta’ bażi unika u konsolidata tat-taxxa korporattiva. Din l-ambizzjoni “ġdida” tal-Kummissjoni ġiet affermata mill-ġdid fil-Komunikazzjonijiet tal-2003 (COM(2003) 726) u tal-2005 (COM(2005) 702);

5.

jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni ħadu xeħta konkreta f’Novembru 2004 permezz tal-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma bil-għan li jistudja l-istabbiliment ta’ bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (il-grupp ta’ ħidma CCCTB);

6.

jinnota l-ħidma tal-grupp ta’ ħidma CCCTB u, b’mod partikolari, id-dokument ta’ ħidma intitolat “CCCTB: abbozz ta’ qafas tekniku” (CCCTB/WP/57) li, b’mod ġenerali, jistabbilixxi l-bażijiet tekniċi tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar bażi għat-taxxa korporattiva konsolidata komuni (CCCTB) tas-16 ta’ Marzu 2011 (COM(2011) 121 finali), li hija s-suġġett ta’ din l-opinjoni;

II.   AMBITU TAL-PROPOSTA

7.

huwa tal-opinjoni li l-fatt li, għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa, persuna tikkuntattja amministrazzjoni fiskali unika li tkun kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet jew l-ilmenti kollha b’rabta ma’ din il-bażi tat-taxxa, jikkostitwixxi semplifikazzjoni u sors ta’ ffrankar f’termini ta’ spejjeż amministrattivi għall-kumpaniji li jkollhom interlokutur wieħed, u mhux 27, biex jistabbilixxu l-bażi tat-taxxa tagħhom;

8.

jinnota li l-kunċett ta’ one-stop-shop (awtorità fiskali prinċipali) m’għandux iwassal biex il-gruppi ta’ intrapriżi jkunu jistgħu jagħżlu s-sede fiskali tagħhom fl-Ewropa b’mod ħieles, kif fil-fatt hu l-każ għall-gruppi ta’ intrapriżi li l-kumpanija holding tagħhom tinsab f’pajjiż terz;

9.

jinnota li skont il-Kummissjoni, il-konsolidazzjoni tar-riżultati taxxabbli tindirizza l-problema tal-prezz tat-trasferiment u tirrappreżenta wkoll frankar sostanzjali f’termini ta’ spejjeż amministrattivi għall-intrapriżi, peress li t-tranżazzjonijiet “pan-Ewropej” m’għandhomx jibqgħu jkunu s-suġġetti ta’ rapporti dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment. Il-konsolidazzjoni tista’ tindirizza wkoll il-problema tal-kumpens transkonfinali tad-defiċits;

10.

jistqarr li l-proposta tindika wkoll b’mod ċar li “mhix maħsuba sabiex tinfluwenza d-dħul tat-taxxa u […] l-impatt fuq id-distribuzzjoni tal-bażijiet tat-taxxa bejn l-Istati Membri tal-UE”, madankollu l-konklużjoni naturali u loġika għal CCCTB hija li r-rati tat-taxxa korporattiva jkunu allinjati;

11.

ifakkar li l-għan tal-proposta huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni biex tiġi determinata l-bażi tat-taxxa tal-kumpaniji li joperaw skont is-sistema tas-CCCTB. Jekk il-kumpaniji jagħmlu parti minn grupp, il-bażi tat-taxxa komuni tiġi determinata fuq bażi kkonsolidata;

12.

jenfasizza li l-proposta attwali ma tkoprix l-armonizzazzjoni tar-rati fiskali, u li l-Istati Membri ser japplikaw ir-rati tat-taxxa tagħhom stess għas-sehem individwali tagħhom mill-bażi fiskali tal-kontribwenti. Però għandha tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ rata tat-taxxa minima li tkun tant moderata li tħalli marġni biżżejjed għal kompetizzjoni fiskali sana bejn l-Istati Membri;

13.

jinnota li d-Direttiva tapplika għall-kumpaniji li jkunu kostitwiti b’konformità mal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru u li: (i) ikollhom waħda mill-forom imniżżla fl-Anness I tad-Direttiva u (ii) ikunu soġġetti għal waħda mit-taxxi fuq il-kumpaniji mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva jew għal taxxa simili introdotta sussegwentement (il-“kumpaniji residenti”). Id-direttiva tapplika wkoll għall-kumpaniji li jkunu kostitwiti b’konformità mal-leġislazzjoni ta’ pajjiż terz jekk: (i) ikunu ta’ forma simili għal waħda mill-forom imniżżla fl-Anness I (1) u (ii) ikunu soġġetti għal waħda mit-taxxi korporattivi mniżżla fl-Anness II (il-“kumpaniji mhux residenti”);

14.

jistaqsi jekk is-sħubijiet għandhomx ikunu soġġetti wkoll għas-sistema tas-CCCTB;

15.

jinnota li l-kumpaniji residenti u dawk mhux residenti mhux ser ikunu soġġetti għar-regoli previsti mill-proposta sakemm ma jagħżlux li japplikawhom;

16.

jinsisti fuq il-fatt li, ladarba kumpanija topera skont is-sistema stabbilita minn din id-Direttiva, sakemm ma jkunx hemm indikazzjoni kontrarja, ma tibqax soġġetta għad-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mat-taxxa fuq il-kumpaniji għall-oqsma kollha regolati mid-Direttiva;

17.

jinnota bi pjaċir li l-ispejjeż deduċibbli jinkludu wkoll l-ispejjeż ta’ riċerka u żvilupp u l-ispejjeż marbuta mal-ħruġ ta’ fondi proprja jew mal-ksib ta’ self għall-bżonnijiet tal-intrapriżi; huwa kontra t-tnaqqis immedjat tal-ispejjeż relatati ma’ assi ekonomiċi sostenibbli;

18.

jipproponi li l-ispejjeż rikorrenti relatati mal-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra jiġu kkunsidrati wkoll bħala spejjeż deduċibbli;

19.

jixtieq li l-Kummissjoni tindirizza l-impatt tal-fatt li t-telf tat-taxxa jista’ jiġi trasferit indefinittivament, u li tikkunsidra liema miżuri jistgħu jiġu previsti kontra l-abbuż;

20.

jinsisti fuq il-fatt li s-sistema tas-CCCTB tintroduċi biss regoli differenti għall-kalkolu tal-bażi taxxabbli tal-kumpaniji u ma tintroduċix regoli dwar il-kontabbiltà. Il-proposta ma tolqotx ir-regoli nazzjonali dwar il-kontabbiltà finanzjarja;

21.

jemmen li biex jinkiseb bis-sħiħ l-għan tas-semplifikazzjoni amministrattiva, l-implimentazzjoni ta’ bażi taxxabbli komuni għandha tmur id f’id mal-implimentazzjoni ta’ regoli komuni u kkonsolidati dwar il-kontabbiltà;

22.

jinnota li l-element ewlieni tat-tqassim attwali ser iwassal għal tnaqqis fid-dħul mit-taxxa ta’ 11-il Stat Membru fuq il-bażi ta’ CCCTB volontarja. Jinnota wkoll li CCCTB volontarja twassal għal tnaqqis fil-prodott domestiku gross u fl-impjiegi f’21 Stat Membru;

III.   APPROĊĊI DIFFERENTI

23.

ifakkar li l-leġislazzjoni fir-rigward tat-tassazzjoni diretta hija relatata mal-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi li l-Kunsill jaġixxi b’mod unanimu skont proċedura leġislattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

24.

jinnota li xi wħud mill-kmamar parlamentari nazzjonali ressqu quddiem il-presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni opinjonijiet raġunati, li jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

IV.   IMPATT FUQ L-AWTORITAJIET LOKALI U REĠJONALI

25.

jiddikjara li l-Proposta mhijiex immirata lejn it-taxxi lokali u reġjonali peress li hija mmirata biss lejn “it-taxxi fuq il-kumpaniji elenkati fl-Anness II”, liema Anness jinkludi, fil-biċċa l-kbira tiegħu, it-taxxi prinċipali diretti nazzjonali tal-Istati Membri;

26.

madankollu, jaħseb li l-proposta hija ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li parti mid-dħul tagħhom jiġi (i) mit-taxxi lokali jew reġjonali fuq il-bażi taxxabbli nazzjonali, jew aktar sikwit (ii) minn parti minn kwota tat-taxxa nazzjonali fuq il-kumpaniji (2);

27.

jikkonkludi li anke jekk it-taxxi lokali u reġjonali ma jintlaqtux direttament mill-proposta, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ser jintlaqtu direttament mit-twaqqif tas-sistema CCCTB. Fil-fatt, anke jekk il-proposta ma timponihx, huwa ċar li l-Istati Membri li ser joffru l-possibbiltà lill-kontribwenti tagħhom li jużaw is-CCCTB ser jużawh ukoll biex jiddeterminaw it-taxxi lokali u reġjonali tagħhom. Jekk tittieħed deċiżjoni mod ieħor, ifisser li l-bażi taxxabbli fil-livell lokali u reġjonali jibqgħu jiġu determinati skont ir-regoli nazzjonali antiki u naturalment dan inaqqas bil-kbir il-vantaġġi tas-sistema tas-CCCTB;

28.

jemmen li hemm bżonn li janalizza b’mod prijoritarju dan l-aspett tal-Proposta għal Direttiva, peress li l-Annessi II u III jistgħu jagħtu lok għal interpretazzjonijiet differenti. Fil-fatt, l-Anness III jinkludi t-taxxi mhux deduċibbli li xi kultant ikunu taxxi ta’ natura purament lokali jew reġjonali. Jekk il-bażi tat-taxxa tiġi deċiża fil-livell nazzjonali, jagħmel sens li t-taxxi lokali/reġjonali jiġu inklużi fl-ambitu tal-applikazzjoni biex il-bażi tat-taxxa tagħhom tibqa’ simili għal dik li tiġi deċiża fil-livell Ewropew u li tapplika għal-livell nazzjonali. Min-naħa l-oħra, jekk intrapriża tagħżel dikjarazzjoni fiskali waħda fil-livell Ewropew u d-dħul fiskali mbagħad jitqassam mill-ġdid, jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali/reġjonali jirkupraw dak li jkun dovut lilhom;

29.

huwa tal-fehma li għaldaqstant jeħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar is-sitwazzjonijiet fejn is-CCCTB tolqot it-tassazzjoni korporattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

30.

peress li kwalunkwe tibdil fit-taxxa tal-kumpaniji tista’ tolqot lir-reġjuni u lil lokalitajiet oħra, jiddispjaċih li hemm nuqqas ta’ informazzjoni preċiża dwar l-impatt fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta’ tali direttiva;

V.   KONKLUŻJONIJIET

31.

bil-ħsieb li jiddefendi l-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jemmen li hemm bżonn ta’ analiżi fil-fond tal-impatt fuq il-baġits tal-muniċipalitajiet u r-reġjuni qabel ma tidħol fis-seħħ il-Proposta għal Direttiva dwar is-CCCTB;

32.

jesprimi l-qbil tiegħu favur il-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc magħmul minn membri tal-KtR u tal-Kummissjoni u tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-livell lokali/reġjonali bil-għan li jwettqu din l-analiżi;

33.

jemmen li l-Istati Membri kollha għandhom janalizzaw f’aktar dettall il-konsegwenzi tal-Proposta għal Direttiva u mill-aktar fis possibbli jressqu quddiem il-Kummissjoni l-kummenti u l-osservazzjonijiet tagħhom, ibbażati fuq studji professjonali u indipendenti;

34.

jemmen li armonizzazzjoni fiskali akbar tista’ biss tkun effettiva jekk is-CCCTB tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri kollha;

35.

jistaqsi jekk is-sistema fakultattiva prevista fid-Direttiva tistax twassal għal żieda fix-xogħol amministrattiv kemm għall-intrapriżi kif ukoll għall-amministrazzjonijiet fiskali u għaldaqstant jistaqsi jekk hemmx lok li jiġi previst biss perjodu ta’ tranżizzjoni għal dawk li jagħżlu s-CCCTB. Barra minn hekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jistaqsi jekk is-CCCTB, wara li t-test jiġi rivedut, kellhiex tkun obbligatorja fi tmiem dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, għall-inqas għall-intrapriżi ta’ ċertu daqs;

36.

iħeġġeġ li l-introduzzjoni tas-CCCTB issir f’pass wieħed, għaliex b’hekk biss jistgħu jinkisbu bis-sħiħ l-effetti tas-semplifikazzjoni marbutin mal-armonizzazzjoni;

37.

huwa favur reviżjoni tal-iskala tat-tqassim b’mod li titqies aħjar is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri differenti;

38.

jistaqsi jekk, fid-dawl tal-problemi finanzjarji li qed jolqtu lill-Ewropa bħalissa, kif ukoll l-impatt negattiv fuq id-dħul mit-taxxi u fuq l-impjiegi, kif enfasizzat mill-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni u studji oħra, huwiex il-mument propizju biex jitnieda pass daqshekk importanti tal-armonizzazzjoni fiskali;

39.

jemmen li l-Proposta għal Direttiva għandha tirreferi aktar għar-regoli tal-ġurisdizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri legali;

40.

jinnota r-rieda tal-intrapriżi Ewropej li jissemplifikaw il-metodi fiskali tagħhom, li jikkumpensaw it-telf fost il-gruppi u li jeliminaw it-taxxa doppja u t-taxxa eċċessiva li huma ta’ żvantaġġ għalihom fis-sistema attwali;

41.

jinsab imħasseb dwar ir-riperkussjonijiet tad-Direttiva, li, filwaqt li jvarjaw skont il-pajjiż, fil-biċċa l-kbira ser ikunu negattivi, kemm f’termini ta’ dħul fiskali kif ukoll ta’ tkabbir u impjiegi;

42.

jistaqsi jekk is-sistema CCCTB hux ser twassal għal semplifikazzjoni għall-intrapriżi jew, għall-kuntrarju, sors ta’ pjanar fiskali u b’hekk kumplessitajiet addizzjonali. Minħabba n-natura fakultattiva tas-sistema, l-intrapriżi fil-fatt ser ikollhom jistudjawha fid-dettall flimkien mas-27 sistema eżistenti u jerġgħu jivvalutaw mill-ġdid b’mod regolari d-deċiżjoni tagħhom biex jimplimentaw din is-sistema jew le (3);

43.

jistaqsi jekk hemmx alternattivi anqas kumplessi b’mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju għas-sistema CCCTB fir-rigward tal-kumpens transkonfinali tat-telf. F’dan ir-rigward jirreferi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2006) 824;

44.

fl-aħħar nett, jistaqsi dwar il-proporzjonalità tal-miżura fir-rigward tal-għadd ta’ gruppi Ewropej li ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minnha;

45.

fi kwalunkwe każ, jemmen li l-Proposta għal Direttiva mhijiex kompluta peress li ma tinkludix it-taxxi lokali u reġjonali. Minħabba f’hekk jista’ jkun li l-problema tiċċaqlaq mil-livell nazzjonali għal-livell lokali jew reġjonali peress li, fil-forma attwali tal-proposta, xorta jiba’ jkun hemm differenzi tas-sistemi u l-bżonn li tiġi determinata bażi tat-taxxa distinta għat-taxxi lokali u reġjonali; għaldaqstant huwa favur klawżola ta’ ftuħ dwar it-taxxi lokali u reġjonali bil-għan li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji;

46.

mingħajr ma jixħet dubju direttament fuq il-prinċipju tad-Direttiva, jemmen li l-Proposta għandha tiġi riveduta filwaqt li titqies il-ħtieġa għal (a) indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi suffiċjenti li jippermettu valutazzjoni sħiħa tal-implikazzjonijiet relatati mas-sussidjarjetà ta’ proposta transkonfinali ta’ dan it-tip; (b) aktar data dwar l-implikazzjonijiet kollha tas-CCCTB; u (c) analiżi tal-impatt tal-proposta fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

VI.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2011) 121 finali

Artikolu 12

Spejjeż deduċibbli

Żid it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-ispejjeż deduċibbli għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha tal-bejgħ u l-ispejjeż wara li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li jkun għamel il-kontribwent biex jikseb jew jassigura d-dħul, inklużi l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp u l-ispejjeż magħmula fil-kisba tal-ekwità jew id-dejn għall-finijiet tan-negozju.

L-ispejjeż deduċibbli għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha tal-bejgħ u l-ispejjeż wara li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li jkun għamel il-kontribwent biex jikseb jew jassigura d-dħul, inklużi l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp u l-ispejjeż magħmula fil-kisba tal-ekwità jew id-dejn għall-finijiet tan-negozju.

Raġuni

Bil-għan li niġġieldu b’mod effettiv kontra l-qerda tal-ambjent naturali u t-tibdil fil-klima, huwa rrakkomandat li fit-taxxa korporattiva jiġu previsti elementi li jħeġġu lill-kontribwenti jinvestu aktar fil-protezzjoni tal-ambjent.

Emenda 2

COM(2011) 121 finali

Artikolu 133

Reviżjoni

Żid it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu, b’mod partikolari jinkludi analiżi tal-impatt tal-mekkaniżmu mwaqqaf fil-Kapitolu XVI ta’ din id-Direttiva dwar id-distribuzzjoni tal-bażijiet tat-taxxa bejn l-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu, b’mod partikolari jinkludi analiżi tal-impatt tal-mekkaniżmu mwaqqaf fil-Kapitolu XVI ta’ din id-Direttiva dwar id-distribuzzjoni tal-bażijiet tat-taxxa bejn l-Istati Membri.

Raġuni

Fid-dawl tal-fatt li ma jistax jiġi eskluż li din id-direttiva ser ikollha effetti sinifikanti fuq ir-reġjuni u l-komunitajiet lokali, huwa indispensabbli li, ħames snin wara l-implimentazzjoni tad-direttiva, il-Kummissjoni tevalwa l-impatt fuq il-baġits reġjonali u lokali.

Brussell, 14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Kull sena l-Kummissjoni tadotta lista li telenka l-forom tal-kumpaniji ta’ pajjiżi terzi li huma kkunsidrati li għandhom forma simili (Artikolu 3 tal-Proposta).

(2)  Ara l-istudju tas-Center for Strategy & Evaluation Services, “Local and Regional Corporate Taxes across the EU”, Dokument ta’ Informazzjoni, Lulju 2011.

(3)  Ara: Leon Bettendorf Michael, P. Devereux, S. Loretz u Albert van der Horst, Corporate tax reform in the EU: Weighing the pros and cons, Vox, 20 ta’ Marzu 2011.