ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.049.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
18 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 049/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 39, 11.2.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 049/02

Kawża C-27/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Ir-Repubblika Franċiża vs People’s Mojahedin Organization of Iran, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Iffriżar ta’ fondi applikabbli għal grupp imniżżel f’lista mfassla, riveduta u emendata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Drittijiet tad-difiża)

2

2012/C 049/03

Kawża C-28/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 28 KE u 29 KE — Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni — Trasport — Direttivi 96/62/KE u 1999/30/KE — Projbizzjoni settorjali ta’ moviment tat-trakkijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija — Kwalità tal-arja — Protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Koerenza)

2

2012/C 049/04

Kawża C-271/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Kamp ta’ applikazzjoni — Fondi miftuħa ta’ pensjonijiet — Limitazzjoni tal-investiment ta’ kapital f’pajjiżi barranin — Proporzjonalità)

3

2012/C 049/05

Kawża C-318/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku — Eżenzjonijiet fiskali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Interess ġuridiku — Artikolu 87 KE — Kunċett ta’ għajnuna — Artikolu 88 KE — Kunċett ta’ għajnuna ġdida — Artikolu 10 KE — Obbligu ta’ kooperazzjoni — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 1 u 14 — Legalità ta’ ordni ta’ rkupru — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Obbligu ta’ motivazzjoni)

3

2012/C 049/06

Kawża C-319/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — ACEA SpA vs Iride Spa, li kienet AEM SpA, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku — Eżenzenjonijiet fiskali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Interess ġuridiku — Artikolu 87 KE — Kunċett ta’ għajnuna — Artikolu 88 KE — Kunċett ta’ għajnuna ġdida — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 1 u 14 — Legalità ta’ ordni ta’ rkupru — Obbligu ta’ motivazzjoni)

4

2012/C 049/07

Kawża C-320/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet AEM SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skemi ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi — Eżenżjonijiet fiskali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Interess ġuridiku — Artikolu 87 KE — Kunċett ta’ għajnuna — Artikolu 88 KE — Kunċett ta’ għajnuna ġdida — Artikolu 10 KE — Obbligu ta’ kooperazzjoni leali — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 1 u 14 — Legalità ta’ ordni għall-irkupru — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Obbligu ta’ motivazzjoni)

4

2012/C 049/08

Kawża C-329/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ servizzi pubbliċi — Eżenzjonijiet fiskali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Interess ġuridiku)

5

2012/C 049/09

Kawża C-242/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — ENEL Produzione SpA vs Autorità per l'energia elettrica e il gas (Direttiva 2003/54/KE — Suq intern tal-elettriku — Stallazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku essenzjali għat-tħaddim tan-netwerk tal-elettriku — Obbligu li jiġu ppreżentati offerti fis-swieq tal-borża nazzjonali tal-elettriku b’mod konformi mal-limiti u mal-kriterji stabbiliti mill-operatur tan-netwerk tat-trasport u tad-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika — Servizz ta’ dispaċċ u ta’ bbilanċjar — Obbligi ta’ servizz pubbliku)

5

2012/C 049/10

Kawża C-250/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf (Direttiva 2003/96/KE — Ttassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Artikolu 14(1)(b) — Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru — Karburant ipprovdut minn noleġġatur ta’ ajruplan użat mill-persuni li ħadu l-ajruplan b’noleġġ għat-titjiriet tagħhom għal skopijiet oħra għajr il-provvista ta’ servizz bl-ajru bi ħlas)

6

2012/C 049/11

Kawża C-316/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE — Regolament (KE) Nru 1/2005 — Protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport — Trasport f’vetturi ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi suwina — Għoli minimu tal-kompartimenti — Spezzjoni matul il-vjaġġ — Densità tat-tagħbija — Dritt tal-Istati Membri li jadottaw regoli dettaljati)

6

2012/C 049/12

Kawża C-366/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc. vs The secretary of State for Energy and Climate Change (Talba għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Direttiva 2008/101/KE — Inklużjoni tal-attivitajiet bl-ajru f’din l-iskema — Validità — Konvenzjoni ta’ Chicago — Protokoll ta’ Kyoto — Ftehim ta’ trasport bl-ajru UE-Stati Uniti — Prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju — Effetti legali — Invokabbiltà — Extraterritorjalità tad-dritt tal-Unjoni — Kunċetti ta’ ħlas u ta’ taxxa)

7

2012/C 049/13

Kawżi magħquda C-411/10 u C-493/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division), High Court of Ireland — ir-Renju Unit, l-Irlanda) — N. S. (C-411/10) vs Secretary of State for the Home Department u M. E. (C-493/10), A. S. M., M. T., K. P., E. H. vs Refugee Applications Commissioner, Minister for Justice, Equality and Law Reform (Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti — Sistema Ewropea komuni tal-ażil — Regolament (KE) Nru 343/2003 — Kunċett ta’ pajjiż bla perikolu — Obbligu li l-persuna li tfittex l-ażil tiġi ttrasferita lejn l-Istat Membru responsabbli — Preżunzjoni konfutabbli li dan l-Istat Membru ser jirrispetta d-drittijiet fundamentali)

8

2012/C 049/14

Kawżi magħquda C-424/10 u C-425/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Tomasz Ziolkowski C-424/10), Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja (C-425/10) vs Land Berlin (Moviment liberu tal-persuni — Direttiva /38/KE — Dritt ta’ residenza permanenti — Artikolu 16 — Residenza legali — Residenza bbażata fuq id-dritt nazzjonali — Residenza mwettqa qabel l-adeżjoni fl-Unjoni tal-Istat ta’ oriġini taċ-ċittadin ikkonċernat)

9

2012/C 049/15

Kawża C-465/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’immigration vs Chambre de commerce et d’industrie de l’Indre (Talba għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Fondi b’finalità strutturali — Regolament (KEE) Nru 2052/88 — Regolament (KEE) Nru 4253/88 — Awtorità kontraenti benefiċjarja ta’ sussidju taħt il-Fondi Strutturali — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi mill-benefiċjajru ta’ sussidju FEŻR — Bażi tal-obbligu ta’ rkupru ta’ sussidju tal-Unjoni fil-każ ta’ irregolarità — Kunċett ta’ irregolarità — Kunċett ta’ irregolarità kontinwa — Metodi ta’ rkupru — Terminu ta’ preskrizzjoni — Termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

10

2012/C 049/16

Kawża C-482/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — L-Italja) — Teresa Cicala vs Regione Siciliana (Proċedura amministrattiva nazzjonali — Atti amministrattivi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Possibbiltà li jimtela n-nuqqas ta’ motivazzjoni matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra att amministrattiv — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

11

2012/C 049/17

Kawża C-495/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Centre hospitalier universitaire de Besançon vs Thomas Dutrueux, Caisse primaire d’assurance maladie du Jura (Direttiva 85/374/KEE — Responsabbiltà għal prodotti difettużi — Kamp ta’ applikazzjoni — Sistema nazzjonali li tipprevedi, fir-rigward tal-istabbilimenti pubbliċi tas-saħħa, l-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni subiti minn pazjent minħabba l-ħsara f’apparat jew f’prodott użat waqt il-kura mogħtija anki fl-assenza ta’ nuqqas imputabbli lil dawn l-istabbilimenti)

11

2012/C 049/18

Kawża C-499/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — il-Belġju) — Vlaamse Oliemaatschappij NV vs FOD Financiën (Sitt Direttiva tal-VAT — Persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa — Terzi responsabbli in solidum — Arranġament ta’ magazzinaġġ li ma huwiex wieħed tad-dwana — Responsabbiltà in solidum tal-magazzinier ta’ beni u tal-persuna taxxabbli proprjetarja ta’ dawn il-beni — Bona fide jew nuqqas ta’ tort jew ta’ negliġenza tal-magazzinier)

12

2012/C 049/19

Kawża C-503/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Evroetil AD vs Direktor na Agentsia Mitnitsi (Direttiva 2003/30/KE — Artikolu 2(2)(a) — Kunċett ta’ bijo-etanol — Prodott miksub mill-bijomasssa, li fih iktar minn 98,5 % alkoħol etiliku u li ma huwiex żnaturat — Rilevanza tal-użu effettiv bħala bijokarburant — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja tal-bijo-etanol għall-finijiet ta’ ġbir ta’ dazji tas-sisa — Direttiva 2003/96/KE — Prodott ta’ enerġija — Direttiva 92/83/KEE — L-ewwel inċiż tal-Artikolu 20 u Artikolu 27(1)(a)(b) — Kunċett ta’ alkoħol etiliku — Eżenzjoni mis-sisa armonizzata — Żnaturament)

12

2012/C 049/20

Kawża C-507/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra X (Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2001/220/JHA — Drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali — Protezzjoni tal-persuni vulnerabbli — Smigħ ta’ minuri fil-kwalità tagħhom ta’ xhud — Proċedura interlokutorja għas-smigħ antiċipat tal-provi — Rifjut tal-prosekutur pubbliku li jressaq talba quddiem il-GIP sabiex isejjaħ seduta)

13

2012/C 049/21

Kawża C-72/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Mohsen Afrasiabi, Behzad Sahabi, Heinz Ulrich Kessel (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Regolament (KE) Nru 423/2007 — Artikolu 7(3) u (4) — Kunsinna u installazzjoni ta’ forn ta’ tibdil fi ħġieġ fl-Iran — Kunċett ta’ jintgħamlu disponibbli (tqegħid għad-dispożizzjoni) ta’ riżorsi ekonomiċi favur persuna, entità jew korp imsemmi fl-Annessi IV u V tal-imsemmi regolament — Kunċett ta’ evażjoni tal-projbizzjoni ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni)

13

2012/C 049/22

Kawża C-519/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bari — l-Italja) — Giovanni Colapietro vs Ispettorato Centrale Repressioni Frodi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 92(1), 103(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta’ Proċedura — Settur tal-inbid — Regolamenti (KEE) Nru 822/87 u (KE) Nru 343/94 — Domanda li r-risposta għaliha ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli — Inammissibbiltà manifesta)

14

2012/C 049/23

Kawża C-67/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — DTL Corporación, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali Solaria u trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti li tinkludi l-element verbali Solartia — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Talba għas-sospensjoni tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali — Nuqqas ta’ tressiq tat-talba fi żmien xieraq)

14

2012/C 049/24

Kawża C-585/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2011 — Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg

15

2012/C 049/25

Kawża C-592/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Anssi Ketelä

15

2012/C 049/26

Kawża C-618/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-1 ta’ Diċembru 2011 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

16

2012/C 049/27

Kawża C-619/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Novembru 2011 — Patricia Dumont de Chassart vs Onafts — Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés

16

2012/C 049/28

Kawża C-629/11 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-298/09, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

2012/C 049/29

Kawża C-637/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-12 ta’ Diċembru 2011 – TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

17

2012/C 049/30

Kawża C-647/11 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Dimos Peramatos kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-312/07, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2012/C 049/31

Kawża C-650/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Ilgvars Brunovskis vs Lauku atbalsta dienests

18

2012/C 049/32

Kawża C-652/11 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Mindo Srl kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-19/06, Mindo Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

19

2012/C 049/33

Kawża C-654/11 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2011 minn Transcatab SpA, fi stralċ, kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-39/06, Transcatab vs Il-Kummissjoni Ewropea

19

2012/C 049/34

Kawża C-656/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewopea

20

2012/C 049/35

Kawża C-659/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-27 ta’ Diċembru 2011 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

21

2012/C 049/36

Kawża C-356/10: Digriet tal-President tat-TieletAwla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

21

2012/C 049/37

Kawża C-535/10 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2011 — 4care AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Laboratorios Diafarm, SA

21

2012/C 049/38

Kawża C-568/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

22

2012/C 049/39

Kawża C-582/10: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 049/40

Kawża T-462/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2012 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ragolizia — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FAVOLIZIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

23

2012/C 049/41

Kawża T-311/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Rimbors ta’ spejjeż mediċi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ir-rimbors totali ta’ ċerti spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent — Żnaturament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ipproċessar — Att li jikkawża preġudizzju — Awtorità ta’ res judicata — Lis pendens — Att konfermatorju)

23

2012/C 049/42

Kawża T-202/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Stitching Woonlinie et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

23

2012/C 049/43

Kawża T-203/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Stitching Woonpunt et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru — Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess individwali — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissbbiltà)

24

2012/C 049/44

Kawża T-285/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Gooré vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Rikors manifestament infondat)

24

2012/C 049/45

Kawża T-593/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2011 — Al-Chihabi vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli)

25

2012/C 049/46

Kawża T-595/11 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2011 minn A kontra s-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-12/09, A vs Il-Kummissjoni

25

2012/C 049/47

Kawża T-626/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Sky Deutschland u Sky Deutschland Fernsehen vs Il-Kummissjoni

26

2012/C 049/48

Kawża T-627/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — ATMvision vs Il-Kummissjoni

26

2012/C 049/49

Kawża T-628/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord vs Il-Kummissjoni

27

2012/C 049/50

Kawża T-629/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni

28

2012/C 049/51

Kawża T-630/11 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Peter Strobl kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-56/05 — Strobl vs Il-Kummissjoni

28

2012/C 049/52

Kawża T-638/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2011 — European Dynamics Belgium et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

29

2012/C 049/53

Kawża T-639/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2011 — Heads! vs UASI (HEADS)

29

2012/C 049/54

Kawża T-641/11: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza mogħtija fid-29 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/05, Mische vs Il-Kummissjoni

30

2012/C 049/55

Kawża T-642/11 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-93/05 — Mische vs Il-Parlament

30

2012/C 049/56

Kawża T-643/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

31

2012/C 049/57

Kawża T-661/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

32

2012/C 049/58

Kawża T-662/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2011 — Müller vs UASI — Loncar (Sunless)

32

2012/C 049/59

Kawża T-6/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2012 — Godrej Industries u V V F vs Il-Kunsill

33

2012/C 049/60

Kawża T-523/11: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Maxima Grupė vs UASI — Bodegas Maximo (MAXIMA PREMIUM)

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/1


2012/C 49/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 39, 11.2.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 32, 4.2.2012

ĠU C 25, 28.1.2012

ĠU C 13, 14.1.2012

ĠU C 6, 7.1.2012

ĠU C 370, 17.12.2011

ĠU C 362, 10.12.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Ir-Repubblika Franċiża vs People’s Mojahedin Organization of Iran, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-27/09 P) (1)

(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Iffriżar ta’ fondi applikabbli għal grupp imniżżel f’lista mfassla, riveduta u emendata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 49/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A. Adam, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: People’s Mojahedin Organization of Iran (rappreżentanti: J.-P. Spitzer, avukat, D. Vaughan QC u M.-E. Demetriou, Barrister), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u P. Aalto, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenża tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2008, People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill (T-284/08), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat, safejn tikkonċerna lill-People’s Mojahedin Organization of Iran, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 188, p. 21)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-28/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 29 KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni - Trasport - Direttivi 96/62/KE u 1999/30/KE - Projbizzjoni settorjali ta’ moviment tat-trakkijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija - Kwalità tal-arja - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Koerenza)

2012/C 49/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, A. Alcover San Pedro u B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl, G. Eberhard u C. Ranacher, aġenti, L. Schmutzhard, J. Thudium)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, sussegwentement minn G. Palmieri, aġenti, assistiti minn G. De Bellis, avvocato dello Stato), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries u M. Noort, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 28 u 29 KE — Projbizzjoni tal-moviment tat-trakkijijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija fuq medda tal-awtostrada A 12 “Inntalautobahn” — Ġustifikazzjoni ta’ din il-projbizzjoni permezz tal-Artikolu 30 KE u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti

Dispożittiv

(1)

Billi imponiet fuq it-trakkijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija, projbizzjoni ta’ moviment fuq medda tal-awtostrada A 12 fil-wied ta’ Inn (l-Awstrija), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 28 KE u 29 KE.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Taljana u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-271/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Kamp ta’ applikazzjoni - Fondi miftuħa ta’ pensjonijiet - Limitazzjoni tal-investiment ta’ kapital f’pajjiżi barranin - Proporzjonalità)

2012/C 49/04

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz, M. Szpunar, M. Jarosz u P. Kucharski, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 KE — Fondi ta’ pensjoni li huma parti minn sistema nazzjonali ta’ affiljazzjoni obbligatorja u bbażata fuq is-sistema ta’ kapitalizzazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita u li tqiegħed fi żvantaġġ l-investiment ta’ kapital barra mill-pajjiż minn dawn il-fondi

Dispożittiv

(1)

Billi żammet fis-seħħ l-Artikoli 143, 136(3) u 136a(2) tal-Liġi dwar il-fondi ta’ pensjonijiet (Ustawa o organizacji i funkcjonowaniu funduszy emerytalnych), tat-28 ta’ Awwissu 1997, kif emendata, sa fejn jillimitaw l-investimenti tal-FMP Pollakki fl-Istati Membri l-oħrajn, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 233, 26.09.2009.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-318/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku - Eżenzjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta’ “għajnuna” - Artikolu 88 KE - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Artikolu 10 KE - Obbligu ta’ kooperazzjoni - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta’ ordni ta’ rkupru - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 49/05

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: A2A SpA, li kienet ASM Brescia SpA (rappreżentanti: A. Santa Maria, A. Giardina, C. Croff u G. Pizzonia, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni (T-189/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).

Dispożittiv

(1)

L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

(2)

A2A SpA hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-appell prinċipali.

(3)

Il-Kummissjoni Europea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — ACEA SpA vs Iride Spa, li kienet AEM SpA, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-319/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku - Eżenzenjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta’ ‘għajnuna’ - Artikolu 88 KE - Kunċett ta’ ‘għajnuna ġdida’ - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta’ ordni ta’ rkupru - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 49/06

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellant: ACEA SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, A. Giardina u T. Ubaldi, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti), Iride SpA, li kienet AEM Spa (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola, T. Ubaldi u A. Santa Maria, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, ACEA vs Il-Kummissjoni (T-297/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU L 77, p. 21).

Dispożittiv

(1)

L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

(2)

ACEA SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.

(4)

Iride SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet AEM SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-320/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skemi ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi - Eżenżjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta’ “għajnuna” - Artikolu 88 KE - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Artikolu 10 KE - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta’ ordni għall-irkupru - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 49/07

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: A2A SpA, li kienet AEM SpA (rappreżentanti: A. Santa Maria, A. Giardina u G. Pizzonia, avutati)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AEM vs Il-Kummissjoni (T-301/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-azzjonarjat tagħhom huwa fil-maġġoranza pubbliku (ĠU L 77, p. 21)

Dispożittiv

(1)

L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

(2)

A2A SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA

(Kawża C-329/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ servizzi pubbliċi - Eżenzjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku)

2012/C 49/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola u T. Ubaldi, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, E. Righini u D. Grespan, aġenti), A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AMGA vs Il-Kummissjoni (T-300/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali awtorizzati mill-Italja favur impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma pubbliċi (ĠU L 77, p. 21).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Iride SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mat-talba tas-sostituzzjoni tal-motivi.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — L-Italja) — ENEL Produzione SpA vs Autorità per l'energia elettrica e il gas

(Kawża C-242/10) (1)

(Direttiva 2003/54/KE - Suq intern tal-elettriku - Stallazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku essenzjali għat-tħaddim tan-netwerk tal-elettriku - Obbligu li jiġu ppreżentati offerti fis-swieq tal-borża nazzjonali tal-elettriku b’mod konformi mal-limiti u mal-kriterji stabbiliti mill-operatur tan-netwerk tat-trasport u tad-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika - Servizz ta’ dispaċċ u ta’ bbilanċjar - Obbligi ta’ servizz pubbliku)

2012/C 49/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ENEL Produzione SpA

Konvenuta: Autorità per l'energia elettrica e il gas

Fil-preżenza ta’: Terna rete elettrica nazionale SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 23, 43, 49 u 56 KE u tal-Artikolu 11(2) u (6) u tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-produtturi tal-enerġija elettrika sabiex josservaw, fil-formulazzjoni tal-offerti ta’ provvista ta’ elettriku, regoli stabbiliti mill-kumpannija li tiġġestixxi n-netwerk tat-trasport u ta’ distribuzzjoni tal-enerġija elettrika

Dispositif

Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2) u 11(2) u (6) ta’ din tal-aħħar, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tat-tnaqqis tal-prezz tal-elettriku fl-interess tal-konsumatur finali u tas-sigurtà tan-netwerk tal-elettriku, timponi fuq l-operaturi li jkollhom stallazzjonijiet jew gruppi ta’ stallazzjonijiet ikkunsidrati, skont kriterji definiti mill-awtorità regolatorja nazzjonali, bħala essenzjali sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet tat-talba tal-elettriku tas-servizzi tad-dispaċċ, l-obbligu li jippreżentaw offerti fuq is-swieq nazzjonali tal-elettriku skont kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel minn dik l-awtorità, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-obbjettiv segwit minnha. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, ġietx sodisfatta dik il-kundizzjoni.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-250/10) (1)

(Direttiva 2003/96/KE - Ttassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Artikolu 14(1)(b) - Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru - Karburant ipprovdut minn noleġġatur ta’ ajruplan użat mill-persuni li ħadu l-ajruplan b’noleġġ għat-titjiriet tagħhom għal skopijiet oħra għajr il-provvista ta’ servizz bl-ajru bi ħlas)

2012/C 49/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Haltergemeinschaft LBL GbR

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Portata tal-eżenzjoni prevista għall-prodotti ta’ enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru — Eżenzjoni tal-karburant ipprovdut mill-kerrej jew min-nolleġġatur ta’ ajruplan, li ma tkunx impriża tat-trasport bl-ajru, u użat mill-persuni li jieħdu l-ajruplan b’kera jew b’noleġġ għat-titjiriet b’għan kummerjċali tagħhom

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa għall-prodotti ta’ enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru għajr safar b’mod privat u għall-divertiment prevista f’din id-dispożizzjoni ma tistax tkun ta’ benefiċċju għal impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta din tagħti b’kiri jew b’noleġġ ajruplan li jappartjeni lilha bil-karburant lill-impriżi li l-operazzjonijiet ta’ navigazzjoni bl-ajru li jwettqu ma humiex direttament użati għall-provvista, minn dawn l-impriżi, ta’ servizz bl-ajru bi ħlas.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet

(Kawża C-316/10) (1)

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport - Trasport f’vetturi ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi suwina - Għoli minimu tal-kompartimenti - Spezzjoni matul il-vjaġġ - Densità tat-tagħbija - Dritt tal-Istati Membri li jadottaw regoli dettaljati)

2012/C 49/11

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danske Svineproducenter

Konvenuta: Justitsministeriet

Fil-preżenza ta’: Union européenne du commerce de bétail et de la viande

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 249 KE (li sar it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, p. 1) — Dritt tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali dettaljati dwar l-għoli minimu tal-kompartimenti, l-għoli ta’ spezzjoni u d-densità tat-tagħbija f’vetturi li jittrasportaw il-ħnieżer.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

dan ir-regolament ma jipprekludix l-adozzjoni, minn Stat Membru, ta’ regoli applikabbli għat-trasport bit-triq ta’ ħnieżer li, sabiex isaħħaħ iċ-ċertezza legali, jippreċiża, fir-rigward tal-għan ta’ protezzjoni tal-benesseri tal-annimali u mingħajr ma jiġu stabbiliti kriterji eċċessivi f’dan ir-rigward, l-eżiġenzi previsti mill-imsemmi regolament f’dak li jikkonċerna l-għoli intern minimu tal-kompartimenti intiżi għall-annimali, sakemm dawn ir-regoli ma jwasslux għal spejjeż żejda jew diffikultajiet tekniċi b’mod li jisfavorixxu jew lill-produtturi tal-Istat Membru li jkunu adottaw dawn ir-regoli, jew il-produtturi tal-Istati Membri l-oħra li jixtiequ jesportaw il-prodotti tagħhom lejn jew permezz l-ewwel Stat Membru, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika;

dan ir-regolament jipprekludi l-adozzjoni, minn Stat Membru, ta’ regoli applikabbli għat-trasport bit-triq ta’ ħnieżer li jippreċiżaw l-eżiġenzi previsti mill-imsemmi regolament dwar l-aċċess għall-annimali sabiex jiġu kkontrollati regolarment il-kundizzjonijiet ta’ benesseri, li jikkonċernaw biss il-vjaġġi ta’ iktar minn tmien siegħat;

dan ir-regolament ma jipprekludix l-adozzjoni minn Stat Membri, ta’ regoli li jipprovdu li, f’każ ta’ trasport ta’ ħnieżer bit-triq, l-annimali għandu jkollhom spazju minimu varjabbli skont il-piż tagħhom, fejn dan l-ispazju jkun, għal kull annimal ta’ 100 kg, ta’ 0.42 m2 meta l-vjaġġ ikun ta’ inqas minn tmien siegħat u ta’ 0.50 m2 għal vjaġġ li jdum iktar.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc. vs The secretary of State for Energy and Climate Change

(Kawża C-366/10) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Direttiva 2008/101/KE - Inklużjoni tal-attivitajiet bl-ajru f’din l-iskema - Validità - Konvenzjoni ta’ Chicago - Protokoll ta’ Kyoto - Ftehim ta’ trasport bl-ajru UE-Stati Uniti - Prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju - Effetti legali - Invokabbiltà - Extraterritorjalità tad-dritt tal-Unjoni - Kunċetti ta’ “ħlas” u ta’ “taxxa”)

2012/C 49/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc.

Konvenut: The secretary of State for Energy and Climate Change

Fil-preżenza ta’: International Air Transport Association (IATA), National Airlines Council of Canada (NACC), Aviation Environment Federation, WWF-UK, European Federation for Transport and Environment, Environmental Defense Fund, Earthjustice

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Validità tad-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, p. 3) — Invokabbiltà ta’ ċerti regoli u/jew dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali

Dispożittiv

(1)

Fost il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali msemmija mill-qorti tar-rinviju, jistgħu jiġu invokati biss, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali u għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-validità tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE:

minn naħa, għal stħarriġ biss tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni imputabbli lill-Unjoni fir-riward tal-kompetenza tagħha, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, sabiex tadotta din id-direttiva:

il-prinċipju li jgħid li kull Stat għandu sovranità sħiħa u esklużiva fuq l-ispazju tal-ajru tiegħu;

il-prinċipju li jgħid li l-ebda Stat ma jista’ leġittimament jippretendi li jissottometti xi parti tal-ibħra internazzjonali għas-sovranità tiegħu, u

il-prinċipju li jiggarantixxi t-titjir liberu fuq l-ibħra internazzjonali,

min-naħa l-oħra;

l-Artikoli 7 u 11(1) u (2)(c) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, konkluż fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tiegħu, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra, emendat bil-Protokoll, kif ukoll

l-Artikolu 15(3) tal-imsemmi ftehim, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3(4) tiegħu.

(2)

L-eżami tad-Direttiva 2008/101 ma wera l-ebda elementi tali li jaffettwaw il-validità tagħha.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division), High Court of Ireland — ir-Renju Unit, l-Irlanda) — N. S. (C-411/10) vs Secretary of State for the Home Department u M. E. (C-493/10), A. S. M., M. T., K. P., E. H. vs Refugee Applications Commissioner, Minister for Justice, Equality and Law Reform

(Kawżi magħquda C-411/10 u C-493/10) (1)

(Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Drittijiet fundamentali - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti - Sistema Ewropea komuni tal-ażil - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Kunċett ta’ pajjiż bla perikolu - Obbligu li l-persuna li tfittex l-ażil tiġi ttrasferita lejn l-Istat Membru responsabbli - Preżunzjoni konfutabbli li dan l-Istat Membru ser jirrispetta d-drittijiet fundamentali)

2012/C 49/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qrati tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division), High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: N. S. (C-411/10), M. E., A. S. M., M. T., K. P., E. H. (C-493/10)

Konvenuti: Secretary of State for the Home Department (C-411/10), Refugee Applications Commissioner, Minister for Justice, Equality and Law Reform (C-493/10)

fil-preżenza ta’:Amnesty International Ltd and the AIRE Centre (Advice on Individual Rights in Europe) (UK) (C-411/10), United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) (UK) (C-411/10), Equality and Human Rights Commission (EHRC) (C-411/10), Amnesty International Ltd and the AIRE Centre (Advice on Individual Rights in Europe) (IRL) (C-493/10), United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) (IRL) (C-493/10)

Suġġett

(C-411/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (ir-Renju Unit) Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2), u tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Interpretazzjoni tal-istandards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6 p. 101), tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat[us] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96), u tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, 29.06.2006, p. 168) — Proċedura sabiex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal ażil mressqa minn ċittadin Afgan — Riskju li jiġu miksura drittijiet fundamentali jekk ir-responsabbiltà tittieħed mill-ġdid mill-Istat Membru li kien preċedentement responsabbli — Natura u ambitu tal-protezzjoni mogħtija lil min ifittex l-ażil mid-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali

(C-493/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(2) u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Proċedura sabiex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal ażil mressqa minn ċittadini ta’ diversi pajjiżi terzi (l-Afganistan, l-Iran u l-Alġerija) — Obbligu, għal Stat Membru, li jieħu r-responsabbiltà għall-eżami ta’ applikazzjoni għal ażil fuq il-bażi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, fil-każ li jkun hemm riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil u/jew tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istandards minimi imposti mid-Direttivi 2003/9/KE, 2004/83/KE u 2005/85/KE mill-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti mir-regolament imsemmi

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni adottata minn Stat Membru fuq il-bażi tal-Artikolu 3(2) tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, dwar jekk jeżaminax jew le applikazzjoni għal ażil li fir-rigward tagħha ma jkunx responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament timplementa d-dritt tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 6 TUE u/jew tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ preżunzjoni inkonfutabbli fis-sens li l-Istat Membru li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 343/2003 jidentifika bħala responsabbli jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri, inklużi l-qrati nazzjonali, huma meħtieġa li ma jittrasferixxux persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil lejn l-“Istat Membru responsabbli” fis-sens tar-Regolament Nru 343/2003 meta ma jistgħux ma jkunux jafu li n-nuqqasijiet sistematiċi fil-proċedura tal-ażil u fil-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil f’dan l-Istat Membru jikkostitwixxu motivi serji u kkonfermati li jwasslu lil dak li jkun sabiex jemmen li l-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil ser tkun affaċċjata b’riskju reali li tkun suġġetta għal trattamenti inumani jew degradanti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

Bla ħsara għall-possibbiltà li jeżamina huwa stess l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 343/2003, l-impossibbiltà li l-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil tiġi ttrasferita lejn Stat Membru ieħor tal-Unjoni, meta dan l-Istat ikun identifikat bħala l-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament, tobbliga lill-Istat Membru li kellu jwettaq dan it-trasferiment sabiex ikompli bl-eżami tal-kriterji ta’ dan il-kapitolu sabiex jivverifika jekk wieħed mill-kriterji sussegwenti jippermettix li jiġi identifikat Stat Membru ieħor bħala dak responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal ażil.

Madankollu, huwa meħtieġ li l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil jiżgura li ma jaggravax sitwazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ din il-persuna permezz ta’ proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li tieħu tul ta’ żmien mhux raġonevoli. Jekk ikun meħtieġ, dan l-Istat Membru għandu jeżamina huwa stess l-applikazzjoni skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 343/2003.

(3)

L-Artikoli 1, 18 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jimplikawx risposta differenti.

(4)

Sa fejn id-domandi preċedenti tqajmu fir-rigward tal-obbligi tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-Protokoll (Nru 30) dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Polonja u għar-Renju Unit ma għandux impatt fuq ir-risposti mogħtija għat-tieni sas-sitt domandi magħmula fil-Kawża C-411/10.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.

ĠU C 13, 15.01.2011.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Tomasz Ziolkowski C-424/10), Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja (C-425/10) vs Land Berlin

(Kawżi magħquda C-424/10 u C-425/10) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Direttiva /38/KE - Dritt ta’ residenza permanenti - Artikolu 16 - Residenza legali - Residenza bbażata fuq id-dritt nazzjonali - Residenza mwettqa qabel l-adeżjoni fl-Unjoni tal-Istat ta’ oriġini taċ-ċittadin ikkonċernat)

2012/C 49/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tomasz Ziolkowski (C-424/10), Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja (C-425/10)

Konvenuta: Land Berli

fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Ċittadin tal-Unjoni li għex legalment, b’mod konformi mad-dritt tal-Istat Membru ospitanti, għal iktar minn ħames snin f’dan l-Istat iżda li qatt ma ssodisfa, matul ir-residenza tiegħu, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE — Kunċett ta’ “residenza legali” — Residenza li t-tul tagħha jammonta għal ħames snin biss jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni perijodi mwettqa qabel id-data tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Istat ta’ oriġini tal-persuna kkonċernata — Determinazzjoni tat-tul tar-residenza meħtieġ sabiex jinkiseb dritt ta’ residenza permanenti

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni li jkun wettaq residenza ta’ iktar minn ħames snin fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti biss abbażi tad-dritt nazzjonali tiegħu ma jistax jitqies li kiseb id-dritt għar-residenza permanenti taħt din id-dispożizzjoni, meta, matul din ir-residenza, huwa ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1) ta’ din l-istess direttiva.

(2)

Il-perijodi ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz fit-territorju ta’ Stat Membru, imwettqa qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat terz fl-Unjoni Ewropea, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fl-Att ta’ Adeżjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38, sakemm ikunu saru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tagħha.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’immigration vs Chambre de commerce et d’industrie de l’Indre

(Kawża C-465/10) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3 - Fondi b’finalità strutturali - Regolament (KEE) Nru 2052/88 - Regolament (KEE) Nru 4253/88 - Awtorità kontraenti benefiċjarja ta’ sussidju taħt il-Fondi Strutturali - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi mill-benefiċjajru ta’ sussidju FEŻR - Bażi tal-obbligu ta’ rkupru ta’ sussidju tal-Unjoni fil-każ ta’ irregolarità - Kunċett ta’ “irregolarità” - Kunċett ta’ “irregolarità kontinwa” - Metodi ta’ rkupru - Terminu ta’ preskrizzjoni - Termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2012/C 49/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’immigration

Konvenuta Chambre de commerce et d’industrie de l’Indre

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88, tal-24 ta’ Ġunju 1988, dwar ix-xogħlijiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji oħrajn li jeżistu (ĠU L 185, p. 9), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 (ĠU L 374, p. 1), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat 18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [tal-Komunitajiet Ewropej] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340) — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi mill-benefiċjarju ta’ sussidji mogħtija taħt il-FEŻR u taħt il-Fonds national d’aménagement et de développement du territoire (FNADT) (Fond Nazzjonali għall-Ippjanar u l-Iżvilupp tal-Art) — Bażi tal-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna Komunitarja fil-każ ta’ irregolarità — Modalitajiet ta’ rkupru ta’ għajnuna mħallsa indebitament — Terminu ta’ preskrizzjoni

Dispożittiv

(1)

F’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tielet inċiż tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88, fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-interventi tad-diversi Fondi Strutturali, min-naħa waħda, u bejniethom u dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-istrumenti finanzjarji oħrajn li jeżistu, min-naħa l-oħra, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/93, tal-20 ta’ Lulju 1993, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88, tal-24 ta’ Ġunju 1988, dwar il-kompiti tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-istrumenti finanzjarji oħrajn li jeżistu, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/93, tal-20 ta’ Lulju 1993, jikkostitwixxi bażi legali li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali, mingħajr ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni taħt id-dritt nazzjonali, jirkupraw mingħand il-benefiċjarju l-intier ta’ sussidju mogħti taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fuq il-bażi li, fil-kwalità tiegħu ta’ “awtorità kontraenti”, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dan il-benefiċjarju ma osservax l-istipulazzjonijiet ta’ din id-direttiva f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li kellu bħala għan l-implementazzjoni tal-operazzjoni li abbażi tagħha dan il-benefiċjarju ngħata dan is-sussidju.

(2)

In-nuqqas ta’ osservanza, minn awtorità kontraenti li tibbenefika minn sussidju FEŻR, tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tad-Direttiva 92/50, kif emendata bid-Direttiva 93/36, fl-għoti tal-kuntratt intiż għall-implementazzjoni tal-azzjoni ssussidjata jikkostitwixxi “irregolarità”, fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [tal-Komunitajiet Ewropej], anki meta l-awtorità nazzjonali kompetenti ma setgħetx ma tkunx taf, meta ngħata dan is-sussidju, li l-benefiċjarju kien diġà ddeċieda l-identità tal-fornitur lil min huwa kien ser jafda l-implementazzjoni tal-azzjoni ssussidjata.

(3)

F’ċirkustanzi bħalma huma dawk fil-kawża prinċipali, fejn, fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità kontraenti, il-benefiċjarju ta’ sussidju FEŻR ma jkunx osserva r-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tad-Direttiva 92/50, kif emendata bid-Direttiva 93/36, fl-għoti tal-kuntratt intiż għall-implementazzjoni tal-azzjoni ssussidjata:

l-irrégularità inkwistjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala “irregolarità kontinwa” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 u, konsegwentement, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin previst minn din id-dispożizzjoni għall-finijiet tal-irkupru tas-sussidju indebitament imħallas lil dan il-benefiċjarju għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih il-kuntratt pubbliku mogħti b’mod illegali jiġi eżegwit;

in-notifika lill-benefiċjarju tas-sussidju ta’ rapport ta’ verifika li jikkonstata n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u li jirrakkomanda lill-awtorità nazzjonali teżiġi konsegwentement ir-rimbors tal-ammonti mħallsa tikkostitwixxi att suffiċjentement speċifiku intiż għall-investigazzjoni jew għall-proċeduri legali fir-rigward tal-“irregolarità”, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.

(4)

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi, fil-kuntest tal-implementazzjoni mill-Istati Membri tal-possibbiltà lilhom mogħtija mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena għall-irkupru ta’ vantaġġ indebitament miksub mill-baġit tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — L-Italja) — Teresa Cicala vs Regione Siciliana

(Kawża C-482/10) (1)

(Proċedura amministrattiva nazzjonali - Atti amministrattivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Possibbiltà li jimtela n-nuqqas ta’ motivazzjoni matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra att amministrattiv - Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2012/C 49/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teresa Cicala

Konvenuta: Regione Siciliana

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — Interpretazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà, għall-amministrazzjoni pubblika, li ma timmotivax l-atti tagħha f’ċerti kundizzjonijiet jew li timla n-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ att amministrattiv matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra l-imsemmi att

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma hijiex kompetenti sabiex tirrispondi d-domandi mressqa mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2010.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Centre hospitalier universitaire de Besançon vs Thomas Dutrueux, Caisse primaire d’assurance maladie du Jura

(Kawża C-495/10) (1)

(Direttiva 85/374/KEE - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Kamp ta’ applikazzjoni - Sistema nazzjonali li tipprevedi, fir-rigward tal-istabbilimenti pubbliċi tas-saħħa, l-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni subiti minn pazjent minħabba l-ħsara f’apparat jew f’prodott użat waqt il-kura mogħtija anki fl-assenza ta’ nuqqas imputabbli lil dawn l-istabbilimenti)

2012/C 49/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Centre hospitalier universitaire de Besançon

Konvenuti: Thomas Dutrueux, Caisse primaire d'assurance maladie du Jura

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal 25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257) — Responsabbiltà ta’ stabbilimenti pubbliċi tas-saħħa fir-rigward tal-pazjenti tagħhom — Ammissibbiltà ta’ sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà li tippermetti lill-vittma jikseb, anki fl-assenza ta’ nuqqas, kumpens għad-danni kkawżati minn ħsara fil-prodotti difettużi — Limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi

Dispożittiv

Ir-responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi li juża, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi bħal dik ta’ kura mogħtija fl-isptar, apparat jew prodotti difettużi li huwa ma huwiex il-produttur tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Mejju 1999, u b’dan il-mod, jikkawża danni lill-benefiċjarju tal-provvista, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant din tal-aħħar ma tipprekludix li Stat Membru jistabbilixxi sistema, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi r-responsabbiltà ta’ tali fornitur fir-rigward tad-danni hekk ikkawżati, anki fl-assenza ta’ kull nuqqas imputabbli lilu, bil-kundizzjoni, madankollu, li tinżamm il-possibbiltà għall-vittma u/jew għal dan il-fornitur li jinvoka r-responsabbiltà tal-produttur abbażi ta’ din id-direttiva meta l-kundizzjonijiet previsti fiha jkunu sodisfatti.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — il-Belġju) — Vlaamse Oliemaatschappij NV vs FOD Financiën

(Kawża C-499/10) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa - Terzi responsabbli in solidum - Arranġament ta’ magazzinaġġ li ma huwiex wieħed tad-dwana - Responsabbiltà in solidum tal-magazzinier ta’ beni u tal-persuna taxxabbli proprjetarja ta’ dawn il-beni - Bona fide jew nuqqas ta’ tort jew ta’ negliġenza tal-magazzinier)

2012/C 49/18

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vlaamse Oliemaatschappij NV

Konvenuta: FOD Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Persuni taxxabbli — Terzi responsabbli in solidum — Leġiżlazzjoni nazzjonali li żżomm lill-magazzinier ta’ beni responsabbli in solidum għall-ħlas tat-taxxa dovuta mill-persuna taxxabbli proprjetarja ta’ dawn il-beni, f’arranġament ta’ magazzinaġġ li ma huwiex wieħed tad-dwana, anki fil-każ ta’ bona fide min-naħa tal-magazzinier jew fin-nuqqas ta’ tort jew ta’ negliġenza li jistgħu jiġu imputati lilu

Dispożittiv

L-Artikolu 21(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lill-Istati Membri li jipprovdu li amministratur ta’ maħżen li ma huwiex wieħed tad-dwana jkun responsabbli in solidum għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta wara kunsinna ta’ merkanzija mwettqa b’titolu oneruż, li nħarġet minn dan il-maħżen, mill-proprjetarju tagħha li huwa suġġett għal din it-taxxa, anki jekk l-amministratur tal-imsemmi maħżen huwa in bona fide jew jekk ma jista’ jiġi imputat lilu ebda tort jew negliġenza.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Evroetil AD vs Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

(Kawża C-503/10) (1)

(Direttiva 2003/30/KE - Artikolu 2(2)(a) - Kunċett ta’ bijo-etanol - Prodott miksub mill-bijomasssa, li fih iktar minn 98,5 % alkoħol etiliku u li ma huwiex żnaturat - Rilevanza tal-użu effettiv bħala bijokarburant - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja tal-bijo-etanol għall-finijiet ta’ ġbir ta’ dazji tas-sisa - Direttiva 2003/96/KE - Prodott ta’ enerġija - Direttiva 92/83/KEE - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 20 u Artikolu 27(1)(a)(b) - Kunċett ta’ alkoħol etiliku - Eżenzjoni mis-sisa armonizzata - Żnaturament)

2012/C 49/19

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Evroetil AD

Konvenut: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven administrativen sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Mejju 2003, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 188) u tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91, tas-26 ta’ Lulju 1991 (ĠU L 259, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) u tal- ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206) — Prodott miksub mill-bijomassa, li fih esters, tipi ta’ alkoħol qawwijin u aldeide, li għandu iktar minn 98 % alkoħol u li ma ġiex żnaturat — Kunċett ta’ bijo-etanol — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 2207 20 00 (Alkoħol etiliku u spirti żnaturati ta’ kull qawwa tal-alkoħol) jew fis-subintestatura 2207 10 00 (Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa tal-alkoħol ta’ 80 % jew iktar), sabiex jiġu imposti d-drittijiet tas-sisa.

Dispożittiv

(1)

Id-definizzjoni tal-bijo-etanol li tinsab fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Mejju 2003, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasporti, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa miksub b’mod partikolari mill-bijomassa u li fih iktar minn 98,5 % alkoħol etiliku, ladarba jiġi offrut għall-bejgħ bħala bijokarburant għat-trasport.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fih iktar minn 98.5 % alkoħol etiliku u li ma ġiex żnaturat permezz ta’ preċedura ta’ żnaturament prevista espressament, għandu japplika għalih id-dazju tas-sisa previst fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, anki jekk huwa miksub mill-bijomassa permezz ta’ teknoloġija differenti minn dik użata għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, fih sustanzi li jrenduh mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem, jissodisfa r-rekwiżiti previsti mill-abbozz ta’ standards Ewropew pr EN 15376 għall-bijo-etanol użat bħala karburant u eventwalment jikkorrispondi għad-definizzjoni tal-bijo-etanol li tinsab fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra X

(Kawża C-507/10) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2001/220/JHA - Drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali - Protezzjoni tal-persuni vulnerabbli - Smigħ ta’ minuri fil-kwalità tagħhom ta’ xhud - Proċedura interlokutorja għas-smigħ antiċipat tal-provi - Rifjut tal-prosekutur pubbliku li jressaq talba quddiem il-GIP sabiex isejjaħ seduta)

2012/C 49/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

X

fil-preżenza ta’: Y

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Firenze — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72) — Smigħ ta’ minuri fil-kwalità tagħhom ta’ xhud — Smigħ ta’ minuri, vittma ta’ abbuż sesswali — Mezzi ta’ protezzjoni li ma humiex reżi obbligatorji mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikoli 2, 3 u 8(4) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220/JHA, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali, bħalma huma dawk tal-Artikoli 392(1a), 398(5a) u 394 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali li, minn naħa, ma jipprovdux għall-obbligu fuq il-prosekutur pubbliku li jitlob lill-qorti li quddiemha titressaq il-kawża sabiex hija tippermetti lil vittma li tkun partikolarment vulnerabbli tinstema’ u tagħmel dikjarazzjoni skont il-modalitajiet tal-ġbir tal-provi matul il-fażi struttorja tal-proċeduri kriminali, u, min-naħa l-oħra, ma jawtorizzawx lill-imsemmija vittma li tappella quddiem qorti mid-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li tiċħad it-talba tagħha sabiex tinstema’ u tagħmel dikjarazzjoni skont l-imsemmija modalitajiet.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Mohsen Afrasiabi, Behzad Sahabi, Heinz Ulrich Kessel

(Kawża C-72/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Regolament (KE) Nru 423/2007 - Artikolu 7(3) u (4) - Kunsinna u installazzjoni ta’ forn ta’ tibdil fi ħġieġ fl-Iran - Kunċett ta’ “jintgħamlu disponibbli (tqegħid għad-dispożizzjoni)” ta’ “riżorsi ekonomiċi” favur persuna, entità jew korp imsemmi fl-Annessi IV u V tal-imsemmi regolament - Kunċett ta’ “evażjoni” tal-projbizzjoni ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni)

2012/C 49/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Mohsen Afrasiabi, Behzad Sahabi, Heinz Ulrich Kessel.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal Artikolu 7(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 335M, p. 969) — Kunsinna ta’ tagħmir iċċitat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 423/2007, fi stat li ma jistax jintuża, lil persuna ġuridika Iranjana li ma hijiex iċċitata fl-Annessi IV u V ta’ dan ir regolament — Tagħmir allegatament intiż għall-produzzjoni sussegwenti favur entità ċċitata f’dawn iż-żewġ annessi — Portata tal-projbizzjoni li jitqiegħdu riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta’ persuni elenkati fl-Annessi IV u V tar-Regolament iċċitat — Kunċett ta’ “tqegħid għad-dispożizzjoni indirett” — Applikabbiltà simultanja tad-dispożizzjonijiet li jipprojbixxu t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ riżorsi ekonomiċi, minn naħa, u l-ksur ta’ din il-projbizzjoni tal-aħħar, min-naħa l-oħra

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni indiretta ta’ riżorsa ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 1(i) ta’ dan ir-regolament, jinkludi fi ħdanu l-atti marbuta mal-kunsinna u mal-installazzjoni fl-Iran ta’ forn ta’ tibdil fi ħġieġ fi stat li jaħdem, iżda li għadu ma huwiex lest għall-użu, favur terz li, peress li jkun qed jaġixxi f’ismu, taħt il-kontroll jew fuq l-istruzzjonijiet ta’ perusna, ta’ entità jew ta’ korp imsemmi fl-Annessi IV u V ta’ dan ir-regolament, jippjana li jisfrutta dan il-forn biex jipproduċi, favur din il-persuna jew entità jew korp, beni li jistgħu jikkontribwixxu għall-proliferazzjoni nukleari f’dan l-Istat.

(2)

L-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 423/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens:

li jkopri l-attivitajiet li, taħt id-dehra formali li twassalhom biex jevitaw l-elementi kostituttivi ta’ ksur tal-Artikolu 7(3) tal-imsemmi regolament, huma xorta waħda jkollhom bħala għan jew bħala effett, dirett jew indirett, li jevadu l-projbizzjoni stabbilita minn din l-aħħar dispożizzjoni;

il-kliem “konxja” u “intenzjonata” jimplikaw elementi kumulattivi ta’ għarfien u ta’ rieda, li jiġu ssodisfatti meta l-persuna li tipparteċipa f’attività li jkollha l-għan jew l-effett tfittex xjentement dan jew, tal-inqas, li tqis li din il-parteċipazzjoni tista’ jkollha dan il-għan jew l-effett u taċċetta din il-possibbiltà.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bari — l-Italja) — Giovanni Colapietro vs Ispettorato Centrale Repressioni Frodi

(Kawża C-519/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 92(1), 103(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta’ Proċedura - Settur tal-inbid - Regolamenti (KEE) Nru 822/87 u (KE) Nru 343/94 - Domanda li r-risposta għaliha ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 49/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giovanni Colapietro

Konvenuta: Ispettorato Centrale Repressioni Frodi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Bari — Settur tal-inbid — Skema ta’ distillazzjoni obbligatorja — Sena 1993/1994 — Kamp ta’ applikazzjoni temporali tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87, tas-16 ta’ Marzu 1987, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (ĠU L 84, p. 1) — Tħassir ta’ dan ir-regolament bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 343/94, tal-15 ta’ Frar 1994, li jiftaħ id-distillazzjoni obbligatorja prevista fl-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 u li jidderoga minn ċerti regoli dettaljati marbuta mas-sena 1993/1994 (ĠU L 44, p. 9) — Sanzjoni amministrattiva prevista mid-dritt nazzjonali fil-każ ta’ ksur tar-Regolament Nru 822/87 — Applikabbiltà fil-każ ta’ ksur tar-Regolament Nru 343/94 — Proporzjonalità tas-sanzjoni amministrattiva imposta

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 343/94, tal-15 ta’ Frar 1994, li jiftaħ id-distillazzjoni obbligatorja prevista fl-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 u li jidderoga minn ċerti regoli dettaljati marbuta mas-sena 1993/1994, jimplementa r-Regolament Nru 822/87 mingħajr ma jabrogah jew jissostitwixxih.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — DTL Corporación, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL

(Kawża C-67/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Solaria” u trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti li tinkludi l-element verbali “Solartia” - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Talba għas-sospensjoni tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ tressiq tat-talba fi żmien xieraq)

2012/C 49/23

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: DTL Corporación, SL (rappreżentant: A. Zuazo Araluze, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL (rappreżentanti: M. Polo Carreño u M. Granado Carpenter, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2010, DTL vs UASI (T-188/10) — Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria) (T-188/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Frar 2010 (Każ R 767/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL u DTL Corporación SL

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 37 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

(2)

L-appell huwa miċħud sa fejn jikkonċerna servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 fis-sens tal-imsemmi Ftehim ta’ Nice.

(3)

DTL Corporación SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2011 — Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg

(Kawża C-585/11)

2012/C 49/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Philipp Seeberger

Konvenut: Studentenwerk Heidelberg

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għoti ta’ għajnuna għal taħriġ għal studji fi Stat Membru ieħor sempliċement minħabba li, meta beda l-istudji tiegħu, l-istudent li eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu, ma kellux residenza permanenti fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu mill-inqas għal tliet snin?


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Anssi Ketelä

(Kawża C-592/11)

2012/C 49/25

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anssi Ketelä

Konvenuta: Etelä-Pohjanmaan elinkeino-, liikenne- ja ympäristökeskus

Domandi preliminari

(1)

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1) (“għall-ewwel darba qegħdin jistabbilixxu [ruħhom f’] azjenda agrikola bħala kapijiet tal-azjenda”) kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(4) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (2) f’sitwazzjoni fejn l-agrikoltura tikkostitwixxi parti mill-attività ta’ kumpannija? Fil-kuntest tal-eżami dwar jekk persuna stabbilietx ruħha għall-ewwel darba f’azjenda bħala kap tal-azjenda, il-kriterju determinanti sabiex tiġi evalwata l-attività preċedenti jinsab fis-setgħa deċiżjonali li l-persuna għandha fil-kumpannija minħabba azzjonijiet li hija l-proprjetarja tagħhom jew fl-ammont ta’ dħul li hija tikseb mill-agrikoltura; jew fil-kwistjoni dwar jekk l-attività tagħha fil-kumpannija tistax titqies bħala li tifforma unità ta’ produzzjoni distinta, funzjonalment u ekonomikament indipedenti? Jew inkella, l-istabbiliment bħala kap tal-azjenda għandu jiġu evalwat globalment billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, flimkien mal-fatturi ċċitati iktar ’il fuq, il-pożizzjoni tal-persuna fil-kumpannija u jekk hija fil-fatt tassumix riskju tal-impriża?

(2)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-importanza tal-attività preċedenti għall-għoti ta’ għajnuna abbażi ta’ attività oħra, il-kunċett ta’ stabbiliment bħala kap tal-azjenda agrikola għandu jiġi interpretat bl-istess mod għal attività li tifforma l-bażi tat-talba għal għajnuna? Sabiex tinċaħad, abbażi ta’ attività preċedenti, talba għal għajnuna għall-installazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ ippreżentata skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill, huwa meħtieġ li din l-attività preċedenti kienet fil-prinċipju, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ, attività eliġibbli għall-għajnuna?

(3)

L-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippreċiża jew li tispeċifika l-kriterji msemmija fl-ewwel domanda, li abbażi tagħhom persuna titqies bħala li bdiet attività ta’ kap tal-azjenda, jew din id-dispożizzjoni tippermettilha biss li tiffissa d-data tal-istabbiliment?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, p. 26).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru°1974/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 322M, p. 305).


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-1 ta’ Diċembru 2011 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-618/11)

2012/C 49/26

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TVI Televisão Independente SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 16(1) taċ-CIVA [Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud)], hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ riklam kummerċjali hija inerenti għall-provvista ta’ servizzi pubbliċitarji u li għalhekk għandha tiġi inkluża fil-valur taxxabbli tal-provvista ta’ servizzi permezz tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KE (1) (li issa sar l-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej […] għal dawn il-provvisti”?

(2)

L-Artikolu 16(6)(c) taċ-CIVA, hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ reklam kummerċjali ma tikkostitwixxix ammont imħallas f’isem id-destinatarju tas-servizzi, minkejja li mill-perspettiva ta’ kontabbiltà huma rreġistrati f’kontijiet sospiżi ta’ terzi u huma intiżi li jiġu sottomessi lil entitajiet pubbliċi, u f’dan ir-rigward ma hijiex eskluża mill-bażi taxxabbli tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(3)(ċ) tad-Direttiva 77/388/KE [li issa sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “ammonti rċevuti minn persuna taxxabbli mix-xerrej jew il-klijent bħala ħlas lura għall-ispejjeż mħallsa fl-isem u għall-akkont ta’ l-aħħar u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f’kont ta’ bilanċ [sospiż]”?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Novembru 2011 — Patricia Dumont de Chassart vs Onafts — Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés

(Kawża C-619/11)

2012/C 49/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patricia Dumont de Chassart

Konvenut: Onafts — Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés

Domanda preliminari

L-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) jikser il-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni sanċiti, inter alia, fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, moqri flimkien, fejn ikun xieraq, mal-Artikoli 17, 39 u/jew 43 tal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, meta dan jiġi interpretat fis-sens li jippermetti biss lill-ġenitur li jkun miet li jibbenefika mir-regoli ta’ assimilazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew xogħol self-employed previsti fl-Artikolu 72 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, b’tali mod li, bħala konsegwenza, l-Artikolu 56 bis(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939 jeskludi, fil-konfront tal-ġenitur superstitu, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu ladarba huwa jkun ċittadin ta’ Stat Membru jew ladarba jkun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, li jkun ħadem f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar previst fl-Artikolu 56 bis(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939, il-possibbilità li jipproduċi l-prova li huwa jissodisfa l-kundizzjoni li fil-kwalità tiegħu ta’ benefiċċjarju fis-sens tal-Artikolu 51(3)(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939, huwa kien eliġibbli għal sitt allowances mensili fil-forma ta’ somma f’daqqa matul it-tnax-il xahar ta’ qabel il-mewt, filwaqt li l-ġenitur superstitu, kemm jekk ikun ta’ nazzjonalità Belġjana jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li jkun ħadem esklużivament fil-Belġju matul il-perijodi ta’ tnax-il xahar previst fl-Artikolu 56 bis(1) tal-liġijiet dwar l-allowances tal-familja stabbiliti fid-19 ta’ Diċembru 1939, fejn ikun applikabbli, peress li dan qatt ma jkun telaq mit-territorju Belġjan, huwa permess li jipproduċi tali prova?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/17


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-298/09, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-629/11 P)

2012/C 49/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenrali

teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u 1) tannulla d-deċiżjoni tad-DG EAC li jingħażlu l-offerti tal-appellanti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EAC/01/2008 għall-provvista ta’ servizzi esterni ta’ programmi edukattivi (ESP-ISEP) (ĠU 2008/S 158-212752) għal-Lott 1 (Żvilupp u manutenzjoni ta’ sistemi informatiċi) u għal-Lott 2 (Studju u ttestjar ta’ sistemi informatiċi u servizzi ta’ taħriġ u ta’ assistenza relatati) bħala t-tieni appaltatur tal-cascade mechanism, ikkomunikati lir-rikorrenti permezz ta’ żewġ ittri separati tat-12 ta’ Mejju 2009; 2) teżamina t-talba għal kumpens imressqa abbażi tal-ex Artikoli 225, 235 u 288 (KE) (li saru l-Artikoli 256, 268 u 340 TFUE) għad-danni subiti mill-appellanti minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni, li jammontaw għal EUR 9 544 480 (EUR 3 945 040 għal-Lot 1 u EUR 5 599 440 għal-Lot 2).

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq aggravju uniku bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament finanzjarju (1) u tal-Artikolu 149(2) tar-Regoli ta’ implementazzjoni.

(2)

L-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-298/09, sa fejn il-Kummissjoni ma osservatx fit-termini previsti d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament finanzjarju u tal-Artikolu 149(2) tar-Regoli ta’ implementazzjoni, li huma rekwiżiti proċedurali fundamentali. Barra minn hekk, l-informazzjoni limitata kkomunikata tard lir-rikorrenti bl-ebda mod ma tista’ titqies bħala li hija suffiċjenti u li tissodifa l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament finanzjarju, peress li din bl-ebda mod ma mmotivat jew ma ġġustifikat l-evalwazzjonijiet rispettivi u peress li din ma tinkludi l-ebda informazzjoni fuq il-karatteristiċi u l-merti rispettivi tal-oferent li kklassifika l-aħjar.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 [2002], tal- 25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-12 ta’ Diċembru 2011 – TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-637/11)

2012/C 49/29

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TVI Televisão Independente SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 16(1) taċ-CIVA [Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud)], hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ riklam kummerċjali hija inerenti għall-provvista ta’ servizzi pubbliċitarji u li għalhekk għandha tiġi inkluża fil-valur taxxabbli tal-provvista ta’ servizzi permezz tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KE (1) (li issa sar l-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej […] għal dawn il-provvisti”?

(2)

L-Artikolu 16(6)(c) taċ-CIVA, hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ riklam kummerċjali ma tikkostitwixxix ammont imħallas f’isem id-destinatarju tas-servizzi, minkejja li mill-perspettiva ta’ kontabbiltà huma rreġistrati f’kontijiet sospiżi ta’ terzi u huma intiżi li jiġu sottomessi lil entitajiet pubbliċi, u f’dan ir-rigward ma hijiex eskluża mill-bażi taxxabbli tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(3)(ċ) tad-Direttiva 77/388/KE [li issa sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “ammonti rċevuti minn persuna taxxabbli mix-xerrej jew il-klijent bħala ħlas lura għall-ispejjeż mħallsa fl-isem u għall-akkont ta’ l-aħħar u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f’kont ta’ bilanċ [sospiż]”?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/18


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Dimos Peramatos kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-312/07, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-647/11 P)

2012/C 49/30

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Dimos Peramatos (rappreżentant: G. Gerapetritis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, sa fejn tiċħad ir-rikors li bih l-appellant ried jikseb il-waqfien ta’ kull obbligu impost fuqu li jirrimborsa l-ammonti mħallsa fil-kuntest tal-programm LIFE97/ENV/GR/000380 jew, sussidjarjament, tirriforma l-att ikkontestat sabiex jiġi obbligat iħallas EUR 93 795,32, li jikkorrispondi għad-determinazzjoni kontabbli tal-ispejjeż mhux eliġibbli, kif il-Kummissjoni rrikonoxxiet;

tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellant u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-avukati.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tiegħu:

(1)

Interpretazzjoni żbaljata tal-ftehim dwar is-sussidju milħuq bejn Dimos Peramatos u l-Kummissjoni Ewropea fis-17 ta’ Lulju 1997 taħt in-Numru C(97)/1997/finali/29, fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ azzjoni li taqa’ taħt il-programm LIFE, u fil-kuntest regolamentari tiegħu (Regolament Nru 1973/1992), sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-obbligu impost b’dan il-ftehim fuq il-muniċipalità biex jinżergħu siġar ma kienx ġie sodisfatt b’mod sodisfaċenti.

(2)

Interpretazzjoni żbaljata u ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata fuq il-punt li jikkonċerna l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ atti amministrattivi li jikkawżaw preġudizzju li ġew adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Ilgvars Brunovskis vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-650/11)

2012/C 49/31

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ilgvars Brunovskis

Konvenut: Lauku atbalsta dienests

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-primjum għall-baqra li tredda’ għandu jiġi stabbilit b’kunsiderazzjoni tal-baqar li jreddgħu kollha mwielda fis-sena kalendarja?

(2)

L-Artikolu 102(2) tar-Regolament Nru 1973/2004 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ sitt xhur għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi t-terminu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-premjums?

(3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija fl-affermattiv, meta Stat Membru ikun naqqas dan it-terminu ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ikun obbligat li jikkumpensa t-telf konsegwentement subit mill-bidwi, jekk dan ma setax jieħu vantaġġ sħiħ mit-terminu tal-applikazzjonijiet stabbilit mir-regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU L 330M, p. 58).


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/19


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Mindo Srl kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-19/06, Mindo Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-652/11 P)

2012/C 49/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mindo Srl (rappreżentanti: C. Osti, A. Prastaro, G. Mastrantonio, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-5 ta’ Ottubru 2011, fil-Kawża T-19/06 Mindo vs Il-Kummissjoni u, għalhekk,

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali u din tal-aħħar għandha tevalwa l-imsemmija kawża fuq il-merti, peress li s-sentenza tagħha ċaħdet lil Mindo mill-dritt tagħha għal stħarriġ ġudizzjarju komplut fl-ewwel istanza,

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

It-talba tal-appellanti hija bbażata fuq l-aggravji segwenti:

 

Il-Qorti Ġenerali ssostni li Mindo ma għandhiex interess li tkompli l-proċedura għaliex la setgħet tiegħu ebda vantaġġ per se mill-annullament tas-sentenza appellata u lanqas fir-rigward tat-talba ta’ Alliance One International Inc. (“Alliance One”) għal rimbors ta’ parti mill-multa mħallsa jew fir-rigward tal-azzjonijiet sussegwenti għad-danni ta’ terzi.

 

L-ewwel nett, l-appellanti ssostni li l-imsemmija konklużjonijiet għandhom jiġu annullati, għaliex jiksru l-liġijiet applikabbli, huma bbażati fuq żnaturament tal-fatti u, fi kwalunkwe każ, huma kkaratterizzati minn motivazzjoni insuffiċjenti u minn motivazzjoni kontradittorja.

 

It-tieni nett, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għaliex din iċċaħħad lil Mindo mid-drittijiet tagħha ta’ aċċess għal qorti (u għalhekk tad-drittijiet tagħha biex il-kawża tagħha tiġi kompletament mistħarrġa) jew, fil-każ li s-sentenza appellata tiġi interpretata fis-sens li Mindo u Alliance One kellhom konġuntament jippreżentaw ir-rikors fl-ewwel istanza, din tikser id-dritt ta’ difiża ta’ Mindo u ta’ Alliance One.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/19


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2011 minn Transcatab SpA, fi stralċ, kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-39/06, Transcatab vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-654/11 P)

2012/C 49/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Transcatab SpA, fi stralċ (rappreżentanti: C. Osti, A. Prastaro u G. Mastrantonio, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-[sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Ottubru 2011, fil-Kawża T-39/06 Transcatab vs Il-Kummissjoni (iktar ’il quddiem is-“sentenza”)], sa fejn hija ddeċidiet li Standard Commercial Corp. (u għaldaqstant Alliance One) għandha titqies responsabbli in solidum għall-ksur imwettaq minn Transcatab;

konsegwentement tnaqqas il-multa imposta fuq Transcatab billi tannulla parzjalment l-Artikolu 2(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) KE, Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — l-Italja (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”) u tiddeċiedi li l-multa għandha tiġi kkalkolata b’riferiment għad-dħul mill-bejgħ ta’ Transcatab, li jikkorrispondi għas-sena finanzjarja li spiċċat f’Marzu 2005 għal EUR 32,338 miljun, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 17/62 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni sa fejn din tapplika fir-rigward ta’ Transcatab il-koeffiċjent ta’ 1.25 għall-ammont bażiku tal-multa.

tannulla s-sentenza, sa fejn din tiċħad l-ilmenti ta’ Transcatab dwar a) in-nuqqas ta’ tnaqqis tal-multa imposta sabiex jiġi rifless in-nuqqas ta’ impatt konkret fuq is-suq, b) it-tnaqqis tal-intensità tal-ksur matul il-perijodu 1999-2002, kif ukoll c) il-fattur attenwanti ta’ “dubju raġonevoli”, applikat minflok fil-każ Spanjol analogu u, konsegwentement tnaqqas il-multa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel nett, is-sentenza tikser l-Artikolu 296 TFUE, l-Artikoli 48 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fi kwalunkwe każ, il-prinċipji li jirregolaw l-oneru tal-prova u d-drittijiet tad-difiża ta’ Transcatab. Matul il-proċeduri fl-ewwel istanza, ġew ipprovduti argumenti u provi sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza deċiżiva fuq l-aġir ta’ Transcatab min-naħa ta’ SCC. Dawn l-argumenti u provi, sa fejn huma rilevanti jew fi kwalunkwe każ, mhux insinjifikattivi abbażi tal-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, kienu jeħtieġu, minn tal-inqas, evalwazzjoni konkreta u, fil-każ ta’ ċaħda, motivazzjoni adegwata. L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali ma pprovdiet l-ebda waħda minnhom. Fi kwalunkwe każ, l-appellanti tqis li s-sentenza, billi kkunsidrat ammissibbli l-użu ta’ provi ġodda fid-deċiżjoni kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali, kisret il-prinċipji li jirregolaw l-oneru tal-prova u, fi kwalunkwe każ, id-drittijiet tad-difiża ta’ Transcatab.

It-tieni nett, l-appellanti tqis li, billi ma laqatx l-ilmenti dwar in-nuqqas ta’ impatt konkret tal-ksur fuq is-suq u t-tnaqqis tal-intensità tal-ksur matul il-perijodu 1999-2002, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ żnaturament tal-fatti u, fi kwalunkwe każ, kisret il-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-interpretazzjoni tal-atti amministrattivi tal-istituzzjonijiet Ewropej, l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, ir-regoli li jirregolaw l-oneru tal-prova, id-dritt tad-difiża ta’ Transcatab u r-regola non ultra petita.

It-tielet nett, skont l-appellanti s-sentenza hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, u bin-nuqqas li tingħata motivazzjoni jew b’motivazzjoni li hija illoġika, sa fejn il-Qorti Ġenerali tiċħad l-ilment imressaq minn Transcata dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-fattur attenwanti tal-eżistenza ta’ “dubju raġonevoli”, li kien madankollu ġie applikat fil-każ Spanjol analogu.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/20


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewopea

(Kawża C-656/11)

2012/C 49/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell, aġent u A. Dashwood QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/863/UE (1), tas-16 ta’ Diċembru 2011, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

Permezz ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 264 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/863/UE, tas-16 ta’ Diċembru 2011, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali.

(2)

L-Artikolu 48 TFUE huwa l-unika bażi legali sostantiva speċifikata fid-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna l-emenda għall-Anness II tal-Ftehim, tal-21 ta’ Ġunju 1999, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. L-għan tal-emendi għall-Anness II li d-deċiżjoni kkontestata tintroduċi huwa li jiġu riflessi t-tibdiliet fil-mekkaniżmu tal-UE fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Wieħed mill-effetti tat-tibdiliet ikkontemplati għall-Anness II huwa li jiġu estiżi għaċ-ċittadini Svizzeri li ma humiex huma stess attivi ekonomikament u lanqas membri tal-familja ta’ persuna li hija attiva f’dan ir-rigward (iktar ’il quddiem “persuni mhux attivi”), drittijiet li huma ma jisiltux mis-sistema attwali tal-Anness II.

(4)

Skont ir-Renju Unit, l-Artikolu 48 TFUE ma jistax iservi bħala l-unika bażi legali sostantiva ta’ miżura intiża li jkollha tali konsegwenzi. Din hija dispożizzjoni intiża sabiex tiffaċilita l-libertà ta’ moviment (a) fi ħdan l-Unjoni, mhux bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi; u (b) minn persuni li huma ekonomikament attivi jew il-familji tagħhom, mhux minn persuni mhux attivi. Il-bażi legali korretta hija l-Artikolu 79(2)(b) TFUE. Dan l-artikolu jagħti l-kompetenza għall-adozzjoni ta’ miżuri fil-qasam tad-“definizzjoni tad-drittijiet ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz residenti legalment fi Stat Membru inklużi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fi Stati Membri oħra”.

(5)

L-Artikolu 79(2)(b) TFUE jinsab taħt it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat. Skont il-Protokoll 21 tat-Trattati, miżuri adottati skont it-Titolu V ma japplikawx għar-Renju Unit (jew l-Irlanda) sakemm huwa ma jesprimix ir-rieda tiegħu li “jipparteċipa fihom”. Bl-għażla żbaljata tiegħu tal-Artikolu 48 TFUE, minflok tal-Artikolu 79(2)(b) TFUE, bħala bażi legali sostantiva tad-Deċiżjoni, il-Kunsill irrifjuta li jirrikonoxxi d-dritt tar-Renju Unit li jagħżel li ma jipparteċipax fid-deċiżjoni u li jkun marbut biha.

(6)

Għaldaqstant l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/863/UE, tas-16 ta’ Diċembru 2011, qed jiġi mitlub fuq il-bażi li din ġiet adottat fuq il-bażi legali żbaljata, bil-konsegwenza li d-drittijiet tar-Renju Unit skont il-Protokoll 21 ma ġewx rikonoxxuti.


(1)  ĠU L 341, p. 1.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-27 ta’ Diċembru 2011 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-659/11)

2012/C 49/35

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TVI Televisão Independente SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 16(1) taċ-CIVA [Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud)], hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ riklam kummerċjali hija inerenti għall-provvista ta’ servizzi pubbliċitarji u li għalhekk għandha tiġi inkluża fil-valur taxxabbli tal-provvista ta’ servizzi permezz tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KE (1) (li issa sar l-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej […] għal dawn il-provvisti”?

(2)

L-Artikolu 16(6)(c) taċ-CIVA, hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ riklam kummerċjali ma tikkostitwixxix ammont imħallas f’isem id-destinatarju tas-servizzi, minkejja li mill-perspettiva ta’ kontabbiltà huma rreġistrati f’kontijiet sospiżi ta’ terzi u huma intiżi li jiġu sottomessi lil entitajiet pubbliċi, u f’dan ir-rigward ma hijiex eskluża mill-bażi taxxabbli tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(3)(ċ) tad-Direttiva 77/388/KE [li issa sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “ammonti rċevuti minn persuna taxxabbli mix-xerrej jew il-klijent bħala ħlas lura għall-ispejjeż mħallsa fl-isem u għall-akkont ta’ l-aħħar u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f’kont ta’ bilanċ [sospiż]”?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/21


Digriet tal-President tat-TieletAwla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-356/10) (1)

2012/C 49/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2011 — 4care AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Laboratorios Diafarm, SA

(Kawża C-535/10 P) (1)

2012/C 49/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-568/10) (1)

2012/C 49/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 19.02.2011


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/22


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-582/10) (1)

2012/C 49/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011


Il-Qorti Ġenerali

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2012 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)

(Kawża T-462/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ragolizia - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FAVOLIZIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 49/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Radiotelevisione italiana SpA (RAI) (Ruma, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1779/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Radiotelevisione italiana SpA (RAI) u August Storck KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.1.2010


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-311/09 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors ta’ spejjeż mediċi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ir-rimbors totali ta’ ċerti spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent - Żnaturament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ipproċessar - Att li jikkawża preġudizzju - Awtorità ta’ res judicata - Lis pendens - Att konfermatorju)

2012/C 49/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-20 ta’ Mejju 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-73/08, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 233, 26.09.2009.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Stitching Woonlinie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2012/C 49/42

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Woonlinie (Woudrichem, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Allee Wonen (Roosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Volksbelang (Wijk bij Duurstede, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting WoonInvest (Leidschendam-Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Woonstede (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Glazener, E. Henny u T. Ottervanger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 — il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna favur proġett speċjali maħsub għal kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ta’ Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni tal-Wallonie, tal-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u tal-Kumitat Ewropew ta’ koordinazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali (Cecodhas).

(3)

Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Vesteda Groep, l-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni tal-Wallonie, l-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u l-Cecodhas, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Stitching Woonpunt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess individwali - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissbbiltà)

2012/C 49/43

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Woonpunt (Beek, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Com.wonen (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Haag Wonen (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P.Glazener, E. Henny u T. Ottervanger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. vanVliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar sistema ta’ għajnuna E 2/2005 u N 642/2009 — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent ta’ Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi.

(3)

Stichting Woonpunt, Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, intervenjenti, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Gooré vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat)

2012/C 49/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Charles Kader Gooré (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: F. Meynot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, G. Étienne u M. Chavrier, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn jikkonċerna r-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire.

(2)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

(4)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2011 — Al-Chihabi vs Il-Kunsill

(Kawża T-593/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli)

2012/C 49/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fares Al-Chihabi (Alep, is-Sirja) (rappreżentanti: L. Ruessmann u W. Berg, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 269, p. 33), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), sa fejn dawn it-testi jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/25


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2011 minn A kontra s-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-12/09, A vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-595/11 P)

2012/C 49/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: A (Port-Vendres, Franza) (rappreżentant: B. Cambier, A. Paternostre u L. Levi, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-12/09;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza u għaldaqstant,

tannulla d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni Ewropea tirrifjuta li tħallas lill-appellant il-kumpens dovut taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Perusnal u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex minnufih tħallas dan il-kumpens lill-appellant, kif ukoll kumpens addizzjonali taħt id-dritt komuni għad-differenza bejn l-ammont tad-dannu reali subit u l-parti ta’ dan id-dannu li ġiet ikkumpensata taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal,

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lill-appellant interessi moratorji kkalkulati mix-xahar ta’ Diċembru 2004, data li fiha oriġina l-mard minn fuq il-post tax-xogħol, fejn l-ammont tad-dannu subit u n-natura stabilizzata tas-sitwazzjoni ta’ saħħa tiegħu kellhom jiġu rikonoxxuti,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lill-appellant kull somma li tidher adegwata għall-Qorti Ġenerali sabiex tikkumpensa d-danni morali subiti mill-appellant minħabba diversi nuqqasijiet u irregolaritajiet imwettqa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni Ewropea fl-investigazzjoni tal-proċeduri mediċi li jikkonċernawh,

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-osservanza tat-terminu raġonevoli, tal-prinċipju ta’ premura u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, kif ukoll ta’ żnaturament tal-fajl.

(2)

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-kumpens sħiħ għad-danni subiti.

(3)

It-tielet aggravju, ibbażat, minn naħa, fuq ksur tal-Artikoli 73 u 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ekonomija tal-ġudizzju, ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ ġerarkija tar-regoli u tal-kunċett ta’ konsolidazzjoni u, min-naħa l-oħra, ta’ żnaturament tal-fatti u tal-argumenti tal-appellant.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Sky Deutschland u Sky Deutschland Fernsehen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-626/11)

2012/C 49/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sky Deutschland AG (Unterföhring, il-Ġermanja) u Sky Deutschland Fernsehen GmbH & Co. KG (Unterföhring) (rappreżentanti: A. Cordewener, F. Kutt u C. Jehke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 [ex CP 250/09 u NN 5/10] implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel”;

sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni, għall-inqas sa fejn din ma tipprovdi, għall-kumpanniji fis-sitwazzjoni tal-ewwel u tat-tieni rikorrent, ebda eċċezzjoni għall-obbligu li titħallas lura l-għajnuna stabbilita fl-Artikoli 4 u 5, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jew, għall-inqas, ebda dispożizzjoni tranżitorja favur tali kumpanniji;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti essenzjalment jinvokaw il-motivi li ġejjin.

Fid-deċiżjoni kkontestata l-konvenuta tasal b’mod żbaljat għall-konklużjoni li l-klawżola dwar it-trasferiment ta’ telf (iktar ’il quddiem is-“Sanierungsklausel”) tal-Artikolu 8c(1a) tal-Körperschaftsteuergesetz (iktar ’il quddiem il-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, iktar ’il quddiem il-“KStG”) hija għajnuna pprojbita skont l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu, b’mod partikolari, li l-konvenuta b’mod żbaljat tassumi li s-sistema stabbilita fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, hija selettiva u tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 8c(1) tal-KStG, li t-telf fiskali ta’ kumpannija fil-każ ta’ bidla fl-azzjonisti tal-kumpannija ma huwiex ikkunsidrat f’ċerti ċirkustanzi. Skont ir-rikorrenti, il-konvenuta indebitament iddeterminat li s-sistema ta’ riferiment applikabbli għall-eżami u għall-għajnuna kien jinsab fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG.

Is-sistema ta’ riferiment applikabbli hija l-possibbiltà, ġeneralment applikabbli fil-liġi Ġermaniża, li t-telf jiġi ttrasferit bejn is-snin fiskali differenti, li jirriżulta mill-prinċipju msejjaħ prinċipju tal-qligħ jew telf nett. Skont ir-rikorrenti, is-Sanierungsklausel tal-Artikolu 8c(1a) tal-KStG sempliċement tikkonferma din is-sistema ta’ riferiment. Ma’ dan għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 8c(1) tal-KStG lanqas ma jista’ jkun is-sistema nazzjonali ta’ riferiment applikabbli minħabba li din id-dispożizzjoni hija antikostituzzjonali skont ir-rekwiżiti tal-liġi fundamentali Ġermaniża.

Barra minn hekk, is-sistema fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG hija miżura ġenerali, li tibbenefika, fil-prinċipju, lil kull kumpannija li tkun sofriet telf u ma hija ta’ benefiċċju għal ebda grupp partikolari ta’ kumpanniji. Għalhekk ir-rikorrenti jikkonkludu li s-Sanierungsklausel hija nieqsa min-natura ta’ selettività.

Is-Sanierungsklausel tal-Artikolu 8c(1a) tal-KStG hija ġġustifikata min-natura u l-konfigurazzjoni interna tas-sistema fiskali, peress li din ir-regola tillimita l-effetti tar-restrizzjonijiet dwar it-tnaqqis tat-telf imposti fl-Artikolu 8c(1) tal-KStG. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jargumentaw li l-Artikolu 8ċ tat-verżjoni oriġinali tal-KStG kienet sistema intiża sabiex tipprevjeni l-abbużi li kienu rriżultaw wisq komuni u li l-preċiżjoni sussegwenti (u retroattiva) ta’ din id-dispożizzjoni permezz tal-Artikolu 8c(1a) tal-KStG tnaqqas il-kontenut eċċessiv tal-Artikolu 8c(1) tal-KStG u b’hekk terġa tistabbilixxi mill-ġdid l-użu tat-trasferiment tat-telf fuq numru ta’ perijodi fiskali, ġeneralment applikabbli, bħala s-sistema ta’ riferiment applikabbli.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jitolbu l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħhom, minħabba li deċiżjoni negattiva min-naħa tal-konvenuta ma kinitx mistennija u minħabba li l-konvenuta ma kinitx oġġezzjonat għad-dispożizzjoni preċedenti tal-Artikolu 8(4) tal-KStG, fil-verżjoni preċedenti tagħha, strutturata b’mod simili, u lanqas fir-rigward ta’ sistemi simili ta’ Stati Membri oħra.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — ATMvision vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/11)

2012/C 49/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ATMvision AG (Salem, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Cordewener, F. Kutt u C. Jehke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 [ex CP 250/09 u NN 5/10] implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel”;

sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni, għall-inqas sa fejn din ma tipprovdi, għall-kumpanniji fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti, ebda eċċezzjoni għall-obbligu li titħallas lura l-għajnuna stabbilita fl-Artikoli 4 u 5, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jew, għall-inqas, ebda dispożizzjoni tranżitorja favur tali kumpanniji;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti essenzjalment tinvoka l-motivi li ġejjin.

Fid-deċiżjoni kkontestata l-konvenuta tasal b’mod żbaljat għall-konklużjoni li l-klawżola dwar it-trasferiment ta’ telf (iktar ’il quddiem is-“Sanierungsklausel”) tal-Artikolu 8c(1a) tal-Körperschaftsteuergesetz (il-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, iktar ’il quddiem il-“KStG”) hija għajnuna pprojbita skont l-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li l-konvenuta b’mod żbaljat tassumi li s-sistema stabbilita fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, hija selettiva u tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 8c(1) tal-KStG, li t-telf fiskali ta’ kumpannija fil-każ ta’ bidla fl-azzjonisti tal-kumpannija ma huwiex ikkunsidrat f’ċerti ċirkustanzi. Skont ir-rikorrenti, il-konvenuta indebitament iddeterminat li s-sistema ta’ riferiment applikabbli għall-eżami u għall-għajnuna kienet tinsab fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG.

Is-sistema ta’ riferiment applikabbli hija l-possibbiltà, ġeneralment applikabbli fil-liġi Ġermaniża, li t-telf jiġi kkumpensat fi snin fiskali differenti, li jirriżulta mill-prinċipju msejjaħ oġġett nett. Skont ir-rikorrenti, is-Sanierungsklausel tal-Artikolu 8c(1a) tal-KStG sempliċement tikkonferma din is-sistema ta’ referenza. Ma’ dan għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 8c(1) tal-KStG lanqas ma jista’ jkun is-sistema nazzjonali ta’ referenza applikabbli minħabba li din id-dispożizzjoni tikser il-kostituzzjoni skont ir-rekwiżiti tal-liġi fundamentali Ġermaniża.

Barra minn hekk, is-sistema fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG hija miżura ġenerali, li tibbenefika, fil-prinċipju, lil kull kumpannija li tkun sofriet telf u ma hija ta’ benefiċċju għal ebda grupp partikolari ta’ kumpanniji. Għalhekk ir-rikorrenti tikkonkludi li s-Sanierungsklausel hija nieqsa min-natura ta’ selettività.

Is-Sanierungsklausel tal-Artikolu 8c(1a) tal-KStG hija ġġustifikata min-natura u l-konfigurazzjoni interna tas-sistema fiskali, peress li din ir-regola tillimita l-effetti tar-restrizzjonijiet dwar it-tnaqqis tat-telf imposti fl-Artikolu 8c(1) tal-KStG. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti targumenta li l-Artikolu 8ċ tat-verżjoni oriġinali tal-KStG kienet sistema intiża sabiex tipprevjeni l-abbużi li kienu rriżultaw wisq komuni u li l-preċiżjoni sussegwenti (u retroattiva) ta’ din id-dispożizzjoni permezz tal-Artikolu 8c(1a) tal-KStG tnaqqas il-kontenut eċċessiv tal-Artikolu 8c(1) tal-KStG u b’hekk terġa tistabbilixxi mill-ġdid l-użu tat-trasferiment tat-telf fuq numru ta’ perijodi fiskali, ġeneralment applikabbli, bħala s-sistema ta’ riferiment applikabbli.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti titlob il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħha, minħabba li deċiżjoni negattiva min-naħa tal-konvenuta ma kinitx mistennija u minħabba li l-konvenuta ma kinitx oġġezzjonat għad-dispożizzjoni preċedenti tal-Artikolu 8(4) tal-KStG, fil-verżjoni preċedenti tagħha, strutturata b’mod simili, u lanqas fir-rigward ta’ sistemi simili ta’ Stati Membri oħra.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/27


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-628/11)

2012/C 49/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biogas Nord AG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Birkemeyer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla skont l-Artikolu 264 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel” [notifikata bid-dokument Nru C(2011) 275];

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-osservanza tal-prinċipju ta’ kreditur privat

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Artikolu 8c(1a) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”) ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li l-impriżi benefiċjarji jipprovdu korrispettiv ekwivalenti li jsostni l-paragaun mal-aġir ta’ kreditur privat li jopera f’ekonomija tas-suq.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ selettività

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 8c(1a) tal-KStG ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li din id-dispożizzjoni ma tipproduċix l-effett li tagħti vantaġġ selettiv.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-aspettattivi leġittimi

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-kumpanniji li ħadu deċiżjonijiet rigward l-assi tagħhom qabel ma saru jafu bil-proċedura mibdija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħhom fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/28


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-629/11)

2012/C 49/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biogas Nord Anlagenbau GmbH (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Birkemeyer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel” [notifikata bid-dokument Nru C(2011) 275];

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-osservanza tal-prinċipju ta’ kreditur privat

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Artikolu 8c(1a) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”) ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li l-impriżi benefiċjarji jipprovdu korrispettiv ekwivalenti li jsostni l-paragaun mal-aġir ta’ kreditur privat li jopera f’ekonomija tas-suq.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ selettività

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 8c(1a) tal-KStG ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li din id-dispożizzjoni ma tipproduċix l-effett li tagħti vantaġġ selettiv.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-aspettattivi leġittimi

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-kumpanniji li ħadu deċiżjonijiet rigward l-assi tagħhom qabel ma saru jafu bil-proċedura mibdija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħhom fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/28


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Peter Strobl kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-56/05 — Strobl vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/11 P)

2012/C 49/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Peter Strobl (Besozzo, l-Italja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża Strobl vs Il-Kummissjoni,

tiddikjara żbaljata u tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta fl-ewwel istanza, tas-7 ta’ Ottubru 2004, dwar il-ħatra u l-klassifikazzjoni fi grad tiegħu,

tordna lill-konvenuta fl-ewwel istanza sabiex twaqqaf id-diskriminazzjoni fir-rigward tiegħu u sabiex tikkumpensa l-iżvantaġġ imġarrab minnu,

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż legali kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti:

(1)

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward tal-esperjenza professjonali meħtieġa għall-pożizzjoni tal-appellant.

(2)

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u ta interpretazzjoni kontradittorja fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-appellant u, għalhekk, naqas milli jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni.

(3)

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward taċ-ċaħda ta’ wħud mill-argumenti tal-appellant.

(4)

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-verifika tal-grad tal-appellant.

(5)

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq l-argument li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma pprovdiex motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tan-natura applikabbli tal-ġurisprudenza rilevanti.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/29


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2011 — European Dynamics Belgium et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(Kawża T-638/11)

2012/C 49/52

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki-Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai TilEMAtikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni Nru EMA/787935/2011 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (iktar ’il quddiem l-“EMA”), innotifikata lir-rikorrenti fit-3 ta’ Ottubru 2011, li permezz tagħha l-EMA irrifjutat l-offerta mressqa minn dawn tal-aħħar fil-kuntest tas-sejħa għal offerti inkwistjoni;

tannulla d-Deċiżjoni Nru EMA/882467/2011 tad-direttur eżekuttiv li jaġixxi f’isem l-EMA, tad-9 ta’ Novembru 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li jiġu informati bil-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni;

tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti jridu jiksbu l-annullament tal-atti segwenti: fl-ewwel lok, id-Deċiżjoni Nru EMA/787935/2011 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, innotifikata lir-rikorrenti fit-3 ta’ Ottubru 2011, li permezz tagħha l-EMA rrifjutat l-offerta mressqa minn dawn tal-aħħar fil-kuntest tas-sejħa għal offerti bil-miftuħ EMA/2011/05/DV u, fit-tieni lok, id-Deċiżjoni Nru EMA/882467/2011 tad-direttur eżekuttiv li jaġixxi f’isem l-EMA, tad-9 ta’ Novembru 2011, li permezz tagħha l-EMA ċaħdet it-talba konfermattiva tar-rikorrenti għall-aċċess għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti relatati mal-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tal-ewwel deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u, b’mod partikolari, minħabba nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni kif ukoll minħabba nuqqas assolut ta’ motivazzjoni peress li a) l-ewwel deċiżjoni kkontestata ma kinitx tinkludi u għadha ma tinkludix motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-motivi għal rifjut tal-offerta tagħhom u, f’kull każ, il-motivazzjoni hija vvizjata. B’mod partikolari, ir-rikorrenti josservaw li l-ewwel deċiżjoni kkontestata ma tikkummentax dwar il-punti li fuqhom l-offerta tagħhom kienet inqas vantaġġuża kif ukoll fuq il-punti li fuqhom l-offerti tal-offerenti l-oħra kienu aħjar; b) l-ewwel deċiżjoni kkontestata ma kinitx tinkludi u għadha ma tinkludix motivazzjoni fir-rigward tal-formola matematika (algorithm) użata sabiex jinkisbu l-marki preċiżi (sat-tieni punt deċimali) attribwiti lir-rikorrenti; ċ) l-ewwel deċiżjoni kkontestata ma kinitx tinkludi u għadha ma tinkludix motivazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn l-offerta finanzjarja mressqa minn wieħed mill-offerenti ma ġietx ikkunsidrata bħala anormalment baxxa.

Ir-rikorrenti jsostnu li t-tieni deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, b’mod konformi mal-Artikolu 263 TFUE, minħabba li din tikser regola tad-dritt tal-Unjoni u b’mod iktar preċiż ir-Regolament Nru 1049/2001, kif ippreċiżat mid-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament lill-EMA, peress li l-EMA ċaħdet it-talba għal aċċess tar-rikorrenti għall-ismijiet u d-dettalji tal-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tas-sejħa għal offerti inkwistjoni.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2011 — Heads! vs UASI (HEADS)

(Kawża T-639/11)

2012/C 49/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heads! GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u T. Bösling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 2348/2010-1, sa fejn tikkonċerna r-rifjut tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Nru 8 327 926“HEADS”, għal servizzi fil-klassijiet 35: “ġestjoni tan-negozju; amministrazzjoni kummerċjali; konsulenza għal kwistjonijiet relatati mal-persunal jew mat-tmexxija; marketing tal-persunal; disponibbiltà ta’ persunal speċjalizzat u ta’ diriġenti, tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal speċjalizzat u ta’ diriġenti għal perijodu determinat (ġestjoni għal perijodu determinat)”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HEADS” għal servizzi fil-klassi 35

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark inkwistjoni għandha karattru distintiv, u peress li l-Bord tal-Appell, fir-rigward tar-rifjut għar-reġistrazzjoni previst fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, li fuqu dan ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, ma adotta ebda pożizzjoni speċifika, ibbaża indebitament l-evalwazzjoni tiegħu stess fuq kombinazzjonijiet ta’ kliem li ma jikkostitwixxux is-suġġett tal-applikazzjoni, adotta l-istess fehma tal-Bundespatentgericht u, il-konklużjonijiet li huwa silet mill-opinjoni tal-pubbliku rilevanti kienu żbaljati.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/30


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza mogħtija fid-29 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/05, Mische vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-641/11)

2012/C 49/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Holland, J. Mische and M. Velardo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża F-70/05 u, sa fejn huwa possibbli, tagħti s-sentenza, abbażati tal-fatti quddiem il-Qorti Ġenerali, u:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2004 sa fejn tiddetermina l-għoti ta’ grad tal-appellant;

tikkundanna lill-Kummissjoni biex tikkumpensa kwalunkwe dannu kkawżat (inklużi danni lill-karriera tiegħu, tagħtih remunerazzjoni ġusta u regolari, danni morali, bl-interessi moratorji, eċċ.);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjes ta’ dawn il-proċeduri u ta’ dawk quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tlett aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b’mod żbaljat naqas li jeżamina l-motiv ta’ ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 41(3) marbuta mad-dritt għall-kumpens għad-danni, jiġifieri l-kundizzjonijiet tagħha ta’ “ġustizzja” u “tempestività” fil-ġestjoni tal-affarijiet tal-appellant fir-rigward ta’ numru ta’ sitwazzjonijiet fattwali, għalkemm tali motiv ta’ ksur ġie espliċitament imqajjem.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bi żball iddikjara bħala inammissibbli l-motiv ta’ ksur tal-Artikolu 5(5) tar-Regolamenti tal-Persunal (1) bil-kundizzjonijiet legali speċifiċi tiegħu li jipprovdi li mhux biss ugwali, iżda, fil-fatt, “[k]ondizzjonijiet identiċi għar-reklutaġġ u s-servizz ta’ karriera għandhom japplikaw għall-uffiċjali kollha ta’ l-istess grupp tal-funzjoni”.

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bi żball naqas milli jikkunsidra l-kontinwità akkwistata legalment tal-karriera ta’ ex membru tal-persunal temporanju, kif iċċarat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza riċenti tagħha (Kawża C-177/10). Barra minn hekk, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b’mod żbaljat iddikjara bħala inammissibbli l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal bl-argument li l-appellant ma kienx ġie mogħti grad taħt din id-dispożizzjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 2, p. 130).


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/30


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-93/05 — Mische vs Il-Parlament

(Kawża T-642/11 P)

2012/C 49/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Holland, J. Mische, u M. Velardo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża F-93/05 Mische vs Il-Parlament u, sa fejn huwa possibbli tiddeċiedi fuq il-bażi tal-fatti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Ottubru 2004 sa fejn tiddetermina l-grad tal-appellant;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u dawk quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

tordna lill-Parlament tikkumpensa kull dannu kkawżat (li jinkludi danni għall-karriera tiegħu, legali u remunerazzjoni regolari, danni morali, bl-interessi moratorji eċċ);

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddikjara r-rikors inammissibbli peress li ġie ppreżentat tardivament.

(2)

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddeċieda li r-rikors huwa inammissibbli peress li permezz tiegħu, l-appellant ma seta’ jieħu ebda vantaġġ, u b’hekk ma kellux interess ġuridiku.

(3)

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta naqas li jiddiċiedi dwar il-motiv ibbażat fuq il-fondatezza tar-rikors, b’mod partikolari l-ksur tal-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Artikolu 5(5) tar-Regolamenti tal-Persunal (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Vol. 02, p. 130)


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/31


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

(Kawża T-643/11)

2012/C 49/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina) u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG (Roding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Neuhaus, H. Freund u B. Ecker, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 (1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt tad-difiża tar-rikorrenti sa fejn il-konvenut espliċitament injora partijiet mis-sottomissjonijiet tar-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 11(2), 3(2), (6) u (7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2) sa fejn il-konvenut ibbaża l-konklużjonijiet tiegħu ta’ dannu u ta’ kawżalità fuq diversi żbalji ta’ fatt. Il-konvenut ibbaża l-konklużjonijiet tiegħu fuq fatti li jmorru kontra dawk stabbiliti fir-regolament ikkontestat:

L-ewwel nett, fir-rigward tal-iżvilupp relattiv tal-produzzjoni tal-indikaturi ta’ dannu u tal-volum tal-bejgħ kontra l-konsum tal-Unjoni;

It-tieni nett, fir-rigward tal-iżvilupp tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni; u

It-tielet nett, fir-rigward tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 11(2), 3(2), (6) u (7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 jew tal-Artikolu 296(2) TFEU sa fejn il-konvenut ibbaża l-konklużjonijiet tiegħu ta’ dannu u ta’ kawżalità fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni jew sa fejn naqas milli jippovdi raġunijiet suffiċjenti. Il-konvenut wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni:

L-ewwel nett, meta evalwa l-indikaturi tad-dannu fl-astratt minflok fir-rigward tal-iżvilupp tad-domanda; u

It-tieni nett, meta impliċitament ibbaża fuq l-azzjonijiet tas-suq bħala l-indikatur essenzjali ta’ rabta kawżali minkejja l-fatt li l-azzjonijiet tas-suq ma juru l-ebda xejra ċara u li żviluppaw kuntrarjament għall-fatturi l-oħra ta’ dannu li l-Kunsill irrefera għalihom bħala importanti.

Fi kwalunkwe każ, il-konvenut wettaq żball proċedurali billi r-regolament ikkontestat ma fihx spjegazzjonijiet dwar l-impatt ovvju tat-tnaqqis fid-domanda minħabba fid-dannu allegatament subit mill-industrija tal-Unjoni.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/32


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-661/11)

2012/C 49/57

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, Avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 7105 tal-14 ta’ ottubru 2011, sa fejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju u timputa lill-baġit tar-Repubblika Taljana l-ħlas ta’ ċertu nfiq sostnut taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata fil-preżenti kawża hija r-riżultat ta’ żewġ investigazzjonijiet mibdija mill-Kummissjoni, għall-kampanji tal-ħalib 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007, u qed tipproponi korrezzjoni finanzjarja globali, f’dan ir-rigward, li għandha titħallas mill-Italja, ta’ EUR 85 625 455.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka:

(a)

ksur u/jew applikazzjoni falza tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) tal-21 ta’ Ġunju 2006 Nru 885/2006 (1), u tal-linji gwida għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-kuntest tal-preparazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ħlas tal-kontijiet tat-taqsima ta’ Garanzija FAEGG Dok. VI/5330/97, adottat fit-23 ta’ Diċembru 1997 kif ukoll ksur tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE minħabba abbuż ta’ poter.

Huwa ddikjarat f’dan ir-rigward li l-applikazzjoni f’dan il-każ tar-rata fissa ta’ korrezzjoni għandha titneħħa għaliex kien possibbli, wara l-verifiki mwettqa, għalkemm f’xi każijiet tardivi, li jiġu stabbiliti s-“sotto-dikjarazzjonijiet” eventwali, u b’hekk jiġu imposti penali fuq l-awturi tad-dikjarazzjonijiet foloz, u b’hekk tinġabar it-taxxa addizzjonali li eventwalment tkun dovuta u b’dan il-mod jiġi evitat li jseħħ telf għall-fondi Komunitarji għad-daqs iżgħar ta’ dħul.

(b)

ksur u/jew applikazzjoni falza tal-Artikoli 21 u 22(1)(b) tar-Regolament (KE) tat-30 ta’ Marzu 2004 Nru 595/2004 (2).

Huwa maħsub f'dan ir-rigward li r-regoli applikabbli, relattivi għall-kontrolli tax-xerrejja, tpoġġi korrelazzjoni mhux fuq in-numru tagħhom, imma fuq il-perċentwali tal-ħalib li għandu jkun suġġett għall-kontroll u li għandu jirrappreżenta mill-anqas 40 % tal-ħalib iddikjarat qabel il-korrezzjoni għall-perijodu inkwistjoni. Huwa fil-fatt evidenti li l-fattur ta’ riskju għas-sistema ta’ finanzjament tal-FAEGG huwa marbut mill-qrib mal-kwantità ta’ ħalib globali prodott minn kull Stat Membru. Huwa proprju fuq dan il-volum li għandu jiġi evalwat ir-riskju ta’ preġudizzju li jista’ jinkiseb mill-fondi komunitarji minn nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa addizzjonali.

(ċ)

ksur u/jew applikazzjoni falza tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) tal-21 ta’ Ġunju 2006 Nru 885/2006, diġà ċċitat, u tal-linji gwida għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ħlas tal-kontijiet tat-taqsima ta’ Garanzija FAEGG Dok. VI/5330/97 adottat fit-23 ta' diċembru 1997, kif ukoll ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità kif ukoll ksur tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE minħabba abbuż ta’ poter.

Għall-Istat rikorrenti, il-Kummissjoni użat il-perċentwali ta’ korrezzjoni finanzjarja biex tistima l-qabża possibbli tal-kwota u t-taxxa konsegwenti, waqt li żidietu mal-qabża tal-kwota ta’ produzzjoni nazzjonali u waqt li sseparatu sabiex tassenjah mill-ġdid lir-reġjuni individwali suġġetti għall-kontrolli biex jingħalqu l-kontijiet. Issa, b’approċċ ta’ dan it-tip, il-kunċett tar-rata fissa ta’ korrezzjoni sar arbitrarju, bil-ksur konsegwenti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(d)

Fl-aħħar nett, qed jiġi sostnut wkoll il-ksur u/jew applikazzjoni falza tal-Artikolu 253 tat-Trattat KE għan-nuqqas, jew insuffiċjenza, ta’ motivazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta' korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 171, p. 90-110)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/32


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2011 — Müller vs UASI — Loncar (Sunless)

(Kawża T-662/11)

2012/C 49/58

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Müller (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Loncar, SL (Sabadell (Barcelona), Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 2508/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “Sunless”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 19, 22 u 24.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Loncar, SL.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “SUNLESS” u “LONCAR-SUNLESS” għal prodotti fil-klassijiet 22, 23 u 24, kif ukoll ħbula, spag, xbiek, tined, tarpolini, qlugħ, basktijiet (sakemm ma jkunux inklużi fi klassijiet oħra); materjal ta’ kkutunnar (minbarra gomma jew materjal plastiku); u materjal ta’ tessut fibruż.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/33


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2012 — Godrej Industries u V V F vs Il-Kunsill

(Kawża T-6/12)

2012/C 49/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Godrej Industries Ltd (Mumbai, l-Indja), V V F Ltd (Mumbai) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(10), b’mod partikolari l-paragrafu (j) tiegħu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), kif interpretat skont l-Artikoli 2.4 u 2.4.1 tal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ tal-1994; sa fejn il-Kunsill ma aċċettax li jsir l-aġġustament mitlub mir-rikorrenti peress li kien hemm konverżjoni tal-muniti, minħabba bejgħ li sar bil-Euro bejn Jannar u Ġunju 2010, fid-dawl tal-fatt li kien hemm apprezzament sostnut tar-Rupee Indjan imqabbel mal-Euro matul parti importanti tal-perijodu ta’ investigazzjoni;

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009 u, b’mod partikolari, tal-paragrafi 2, 6 u 7 ta’ dan l-artikolu, kif ukoll l-Artikolu 9(4) tal-imsemmi regolament, sa fejn il-Kunsill ma eskludiex il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat għall-industrija tal-Unjoni sabiex jikkalkula l-marġni tal-ħsara u janalizza l-ħsara u l-kawżalità;

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, tat-30 Novembru 2009, kif interpretati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ Organizzazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ tal-1994, u b’mod partikolari tal-Artikolu 9(1) tiegħu, kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ raġonevolezza, sa fejn il-Kunsill ma eskludiex il-bejgħ lill-industrija tal-Unjoni sabiex jikkalkola l-marġni tad-dumping.


(1)  ĠU L 343, p. 51


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Maxima Grupė vs UASI — Bodegas Maximo (MAXIMA PREMIUM)

(Kawża T-523/11) (1)

2012/C 49/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti Ġenerali ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.