ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.048.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 48

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
18 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2012/C 048/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Frar 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2012/1)

1

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2012/C 048/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI)

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 048/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/97/PESK

13

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 048/04

Rata tal-kambju tal-euro

14

2012/C 048/05

Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2011 rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.605 – CRT Glass – Relatur: Il-Pajjiżi L-Baxxi

15

2012/C 048/06

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi

16

2012/C 048/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7436 finali)  ( 1 )

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 048/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6499 – FCC/Mitsui Renewable Energy/FCC Energia) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2012/C 048/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix) ( 1 )

22

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 048/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

23

2012/C 048/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

28

2012/C 048/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Frar 2012

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece

(BĊE/2012/1)

2012/C 48/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank of Greece jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Il-Bank of Greece għażel lil KPMG Certified Auditors A.E. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li KPMG Certified Auditors A.E. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.

Magħmula fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Frar 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/2


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”)

2012/C 48/02

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2),

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fid-29 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament (“il-Proposta” jew “ir-Regolament propost”) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) (3). Il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess ġurnata.

2.

Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jagħti kummenti informali dwar il-Proposta, u qabel dan, dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Tmexxija aħjar tas-Suq Uniku permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva akbar: Strateġija għall-espansjoni u l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘IMI’)” (“il-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-IMI”) (4) li nħarġet qabel il-Proposta. Ħafna minn dawn il-kummenti ttieħdu f’kunsiderazzjoni fil-Proposta, u – bħala riżultat – issaħħu s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta fil-Proposta.

3.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni kkonsultatu formalment u li ġiet inkluża referenza għal din l-Opinjoni fil-preambolu tal-Proposta.

1.2.   L-għanijiet u l-ambitu tal-Proposta

4.

L-IMI hija għodda ta’ teknoloġija tal-informatika li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni bejniethom meta japplikaw il-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Intern. L-IMI tippermetti lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE jikkomunikaw malajr u faċilment mal-kontropartijiet tagħh om f’pajjiżi Ewropej oħrajn. Dan jinvolvi wkoll l-ipproċessar ta’ dejta personali rilevanti, inkluża dejta sensittiva.

5.

Fil-bidu l-IMI nbniet bħala għodda ta’ komunikazzjoni għal skambji wieħed għal wieħed skont id-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali (5) u d-Direttiva dwar is-Servizzi (6). L-IMI tgħin lill-utenti jsibu l-awtorità xierqa li jridu jikkuntattjaw f’pajjiż ieħor u jikkomunikaw magħha bl-użu ta’ settijiet ta’ mistoqsijiet u tweġibiet standard tradotti minn qabel (7).

6.

Madankollu, l-IMI titqies bħala sistema orizzontali flessibbli li tista’ tappoġġa bosta oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern. Huwa previst li l-użu tagħha sejjer jiżdied gradwalment sabiex tappoġġa oqsma leġiżlattivi addizzjonali fil-ġejjieni.

7.

Huwa ppjanat ukoll li l-funzjonalitajiet tal-IMI jiżdiedu. Minbarra l-iskambji ta’ informazzjoni wieħed għal wieħed, huma previsti wkoll funzjonalitajiet oħrajn, jew saħansitra huma diġà implimentati, bħal “proċeduri ta’ notifika, mekkaniżmi ta’ twissija, arranġamenti ta’ għajnuna reċiproka u soluzzjoni tal-problemi” (8) kif ukoll “repożitorji ta’ informazzjoni għal referenza futura mill-atturi tal-IMI” (9). Ħafna minn dawn il-funzjonalitajiet, iżda mhux kollha, jistgħu jinkludu wkoll l-ipproċessar ta’ dejta personali.

8.

Il-Proposta għandha l-għan li tipprovdi bażi legali ċara u qafas komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI.

1.3.   Sfond tal-Proposta: approċċ pass b’pass biex jiġi stabbilit qafas komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI

9.

Matul ir-rebbiegħa tal-2007, il-Kummissjoni talbet l-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (“WP29”) tanalizza l-implikazzjonijiet tal-IMI fuq il-protezzjoni tad-dejta. Id-WP29 ħareġ l-Opinjoni tiegħu fl-20 ta’ Settembru 2007 (10). L-Opinjoni rrakkomandat lill-Kummissjoni tipprovdi bażi legali aktar ċara u salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-dejta għall-iskambju ta’ dejta fi ħdan l-IMI. Il-KEPD ipparteċipa b’mod attiv fil-ħidma tas-sottogrupp li jittratta l-IMI u appoġġa l-konklużjonijiet tal-Opinjoni tad-WP29.

10.

Sussegwentement, il-KEPD kompla jipprovdi aktar gwida lill-Kummissjoni fuq kif tista’ tiżgura, pass b’pass, qafas aktar komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI (11). Fil-qafas ta’ din il-kooperazzjoni, u minn mindu ħarġet l-Opinjoni tiegħu fit-22 ta’ Frar 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-IMI (12), il-KEPD tkellem konsistentement favur il-ħtieġa ta’ strument legali ġdid skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, sabiex jiġi stabbilit qafas aktar komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI u sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali. Issa tressqet il-Proposta għal strument legali bħal dan (13).

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

2.1.   Il-fehmiet ġenerali tal-KEPD dwar il-Proposta u dwar l-isfidi ewlenin li jirregolaw l-IMI

11.

Il-fehmiet ġenerali tal-KEPD dwar l-IMI huma pożittivi. Il-KEPD jappoġġa l-għanijiet tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema elettronika għall-iskambju tal-informazzjoni u li tirregola l-aspetti tagħha relatati mal-protezzjoni tad-dejta. Tali sistema simplifikata mhux biss ittejjeb l-effikaċja tal-kooperazzjoni, iżda tista’ tgħin ukoll tiżgura konformità konsistenti mal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Hija tista’ tagħmel dan billi tipprovdi qafas ċar fuq liema informazzjoni tista’ tiġi skambjata, ma’ min u taħt liema kundizzjonijiet.

12.

Il-KEPD jilqa’ wkoll il-fatt li l-Kummissjoni tipproponi strument legali orizzontali għall-IMI fil-forma ta’ Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament. Jinsab kuntent li l-Proposta tenfasizza b’mod komprensiv l-aktar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta rilevanti għall-IMI. Il-kummenti tiegħu għandhom jinqraw f’dan l-isfond pożittiv.

13.

Madankollu, il-KEPD iwissi li t-twaqqif ta’ sistema elettronika ċentralizzata waħdanija għal bosta oqsma ta’ kooperazzjoni amministrattiva wkoll joħloq xi riskji. Dawn jinkludu, l-aktar importanti, li tista’ tinqasam aktar dejta, u b’mod aktar wiesa’ milli huwa strettament meħtieġ għall-iskopijiet ta’ kooperazzjoni effikaċi, u li d-dejta, inkluża dejta potenzjalment skaduta u mhux preċiża, tista’ tibqa’ fis-sistema elettronika għal aktar żmien milli meħtieġ. Is-sigurtà tas-sistema ta’ informazzjoni aċċessibbli f’27 Stat Membru hija wkoll kwistjoni sensittiva, minħabba li s-sistema kollha sejra tkun sigura biss daqskemm tippermetti l-aktar ħolqa dgħajfa fil-katina.

Sfidi ewlenin

14.

Fir-rigward tal-qafas legali għall-IMI li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament propost, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għal żewġ sfidi ewlenin:

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza, filwaqt li tiġi rrispettata d-diversità, u

il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ bejn il-flessibbiltà u ċ-ċertezza legali.

15.

Dawn l-isfidi ewlenin iservu bħala punti ta’ referenza importanti u jistabbilixxu, fil-parti l-kbira, l-approċċ li jieħu l-KEPD f’din l-Opinjoni.

Il-konsistenza, filwaqt li tiġi rrispettata d-diversità

16.

L-ewwel nett, l-IMI hija sistema li tintuża f’27 Stat Membru. Fl-istat attwali ta’ armonizzazzjoni tal-liġijiet Ewropej, hemm differenzi konsiderevoli fost il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, kif ukoll il-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-IMI jeħtieġ li titfassal b’tali mod li l-utenti f’kull wieħed minn dawn is-27 Stat Membru jkunu jistgħu jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, inklużi l-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta, meta jiskambjaw dejta personali permezz tal-IMI. Fl-istess ħin, is-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu assigurati wkoll li d-dejta tagħhom tkun imħarsa b’mod konsistenti, irrispettivament mit-trasferiment tad-dejta permezz tal-IMI lil xi Stat Membru ieħor. Il-konsistenza, filwaqt li fl-istess ħin tiġi rrispettata d-diversità, hija sfida ewlenija għat-tfassil tal-infrastruttura teknika kif ukoll legali għall-IMI. Il-kumplessità u l-frammentazzjoni żejda għandhom jiġu evitati. L-operazzjonijiet ta’ ipproċessar tad-dejta fi ħdan l-IMI għandhom ikunu trasparenti, filwaqt li għandhom jiġu allokati b’mod ċar ir-responsabbiltajiet għat-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward id-disinn tas-sistema, il-manutenzjoni u l-użu tagħha ta’ kuljum, kif ukoll is-superviżjoni tagħha.

Il-bilanċ bejn il-flessibbiltà u ċ-ċertezza legali

17.

It-tieni, kuntrarju għal xi sistemi tal-IT oħrajn fuq skala kbira, bħas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, is-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali jew l-EURODAC, li huma kollha ffokati fuq il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi u definiti b’mod ċar, l-IMI hija għodda orizzontali għall-iskambju tal-informazzjoni, u tista’ tintuża sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni f’ħafna oqsma ta’ politika differenti. Huwa previst ukoll li l-ambitu tal-IMI sejjer jespandi b’mod gradwali għal oqsma ta’ politika addizzjonali u l-funzjonalitajiet tagħha jistgħu jinbidlu wkoll sabiex ikunu jinkludu tipi mhux speċifikati ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Dawn il-karatteristiċi distinti tal-IMI jagħmluha aktar diffiċli li jiġu definiti b’mod ċar il-funzjonalitajiet tas-sistema, u l-iskambji ta’ dejta li jistgħu jsiru fis-sistema. Għalhekk, hija wkoll sfida akbar li jiġu definiti b’mod ċar is-salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta.

18.

Il-KEPD jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-flessibbiltà u jieħu nota tax-xewqa tal-Kummissjoni li tagħmel ir-Regolament wieħed li jilqa’ b’sodisfazzjon għall-ġejjieni. Madankollu, dan ma għandux iwassal għal nuqqas ta’ ċarezza jew ċertezza legali f’termini tal-funzjonalitajiet tas-sistema u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta li għandhom jiġu implimentati. Għal din ir-raġuni, kull meta possibbli, il-Proposta għandha tkun aktar speċifika u tmur lil hinn milli sempliċiment ittenni l-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-dejta stipulati fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (14).

2.2.   L-ambitu tal-IMI u l-espansjoni prevista tiegħu (l-Artikoli 3 u 4)

2.2.1.   Introduzzjoni

19.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon id-definizzjoni ċara tal-Proposta tal-ambitu attwali tal-IMI, bl-Anness I jelenka l-atti rilevanti tal-Unjoni li abbażi tagħhom tista’ tiġi skambjata l-informazzjoni. Dawn jinkludu l-kooperazzjoni skont dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali, tad-Direttiva dwar is-Servizzi u tad-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (15).

20.

Billi l-ambitu tal-IMI mistenni jespandi, il-miri potenzjali għall-espansjoni huma elenkati fl-Anness II. Il-punti mill-Anness II jistgħu jiġu ttrasferiti għall-Anness I permezz ta’ att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni wara valutazzjoni tal-impatt (16).

21.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon din it-teknika billi hija (i) tiddelimita b’mod ċar l-ambitu tal-IMI u (ii) tiżgura t-trasparenza, filwaqt li fl-istess ħin (iii) tippermetti l-flessibbiltà f’każi fejn l-IMI tintuża għal skambji ta’ informazzjoni addizzjonali fil-ġejjieni. Hija tiżgura wkoll li ma jsir l-ebda skambju ta’ informazzjoni permezz tal-IMI mingħajr ma (i) jkollu bażi legali xierqa fil-leġiżlazzjoni speċifika dwar is-suq intern li tippermetti jew tagħti mandat għall-iskambju ta’ informazzjoni (17), u (ii) jinkludi referenza għal dik il-bażi legali fl-Anness I għar-Regolament.

22.

Madankollu, xorta waħda għad hemm inċertezzi fir-rigward tal-ambitu tal-IMI, fir-rigward tal-oqsma ta’ politika fejn tista’ tespandi l-IMI u fir-rigward tal-funzjonalitajiet li huma jew jistgħu jiġu inklużi fl-IMI.

23.

L-ewwel nett, ma jistax jiġi eskluż li l-ambitu tal-IMI jista’ jiġi estiż ’lil hinn mill-oqsma ta’ politika elenkati fl-Anness I u fl-Anness II. Dan jista’ jsir jekk l-użu tal-IMI jiġi pprovdut għal ċerti tipi ta’ skambji ta’ informazzjoni mhux f’att iddelegat tal-Kummissjoni iżda f’att adottat mill-Parlament u mill-Kunsill f’każ fejn dan ma kienx previst fl-Anness II (18).

24.

It-tieni, filwaqt li l-estensjoni tal-ambitu għal oqsma ta’ politika ġodda f’xi każi tista’ tkun teħtieġ ftit li xejn tibdil fil-funzjonalitajiet eżistenti tas-sistema (19), estensjonijiet oħrajn jistgħu jkunu jeħtieġu funzjonalitajiet ġodda u differenti, jew bidliet importanti fil-funzjonalitajiet eżistenti:

għalkemm il-Proposta tirreferi għal bosta funzjonalitajiet eżistenti jew ippjanati, dawn ir-referenzi ta’ spiss ma jkunux ċari biżżejjed, jew dettaljati biżżejjed. Dan japplika, fi gradi varji, għar-referenzi għat-twissijiet, għall-atturi esterni, għar-repożitorji, għall-arranġamenti tal-għajnuna reċiproka u għas-soluzzjoni tal-problemi (20). Biex nieħdu eżempju, il-kelma “twissija”, li tirreferi għal funzjonalità eżistenti ewlenija, tissemma darba biss, fil-premessa (10);

skont ir-Regolament propost, huwa possibbli li jiġu adottati tipi ġodda ta’ funzjonalitajiet li ma jissemmew xejn fil-Proposta;

l-IMI ilha tiġi deskritta bħala għodda tal-IT għall-iskambju tal-informazzjoni: fi kliem ieħor, għodda ta’ komunikazzjoni (ara, pereżempju, l-Artikolu 3 tal-Proposta). Madankollu, uħud mill-funzjonalitajiet imsemmija fil-Proposta, inkluża l-funzjoni ta’ “repożitorju tal-informazzjoni”, jidhru li jmorru ’lil hinn minn hekk. L-estensjoni proposta tal-perjodi taż-żamma għal ħames snin tissuġġerixxi wkoll avvanz lejn “database”. Dawn l-iżviluppi għandhom ibiddlu l-karattru tal-IMI b’mod fundamentali (21).

2.2.2.   Rakkomandazzjonijiet

25.

Sabiex jiġu indirizzati dawn l-inċertezzi, il-KEPD jirrakkomanda approċċ fuq żewġ binarji. L-ewwel nett, huwa jipproponi li l-funzjonalitajiet li huma diġà prevedibbli għandhom jiġu kkjarifikati u jiġu indirizzati b’mod aktar speċifiku, u t-tieni, li għandhom jiġu applikati salvagwardji proċedurali adegwati sabiex jiġi żgurat li l-protezzjoni tad-dejta tiġi kkunsidrata wkoll bir-reqqa matul l-iżvilupp tal-IMI fil-ġejjieni.

Kjarifika tal-funzjonalitajiet diġà disponibbli jew prevedibbli (pereżempju, skambji minn wieħed għal wieħed, twissijiet, repożitorji, soluzzjoni tal-problemi u atturi esterni)

26.

Il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jkun aktar speċifiku fir-rigward ta’ funzjonalitajiet fejn dawn ikunu diġà magħrufa, bħal fil-każ tal-iskambji ta’ informazzjoni msemmija fl-Annessi I u II.

27.

Pereżempju, jistgħu jiġu previsti miżuri aktar speċifiċi u ċari għall-integrazzjoni ta’ SOLVIT (22) fl-IMI (dispożizzjonijiet għal “atturi esterni” u “soluzzjoni tal-problemi”) u għad-direttorji ta’ professjonisti u fornituri tas-servizzi (dispożizzjonijiet għal “repożitorji”).

28.

Għandhom isiru wkoll kjarifiki addizzjonali rigward it-“twissijiet”, li diġà qegħdin jintużaw skont id-Direttiva dwar is-Servizzi u li jistgħu jiġu introdotti wkoll għal oqsma ta’ politika addizzjonali. B’mod partikolari, “twissija” bħala funzjonalità għandha tiġi definita b’mod ċar fl-Artikolu 5 (flimkien ma’ funzjonalitajiet oħrajn, bħar-repożitorji u l-iskambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed). Barra dan, għandhom jiġu kkjarifikati wkoll id-drittijiet għall-aċċess u l-perjodi taż-żamma għat-twissijiet (23).

Salvagwardji proċedurali (valutazzjoni tal-impatt għall-protezzjoni tad-dejta u konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta)

29.

Jekk l-intenzjoni hija li r-Regolament ikun jilqa’ b’sodisfazzjon għall-ġejjieni f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonalitajiet addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa fuq perjodu ta’ żmien aktar fit-tul, u għalhekk, li jkunu permessi funzjonalitajiet addizzjonali li sa issa għadhom ma ġewx definiti fir-Regolament, dan għandu jkun akkumpanjat minn salvagwardji proċedurali adegwati bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm dispożizzjonijiet xierqa li jimplimentaw is-salvagwardji meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta qabel l-implimentazzjoni tal-funzjonalità ġdida. L-istess għandu japplika għal espansjonijiet fl-oqsma ta’ politika ġodda fejn dan ikollu impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta.

30.

Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi implimentat mekkaniżmu ċar li jiżgura li qabel kull estensjoni tal-funzjonalitajiet, jew espansjonijiet f’oqsma ta’ politika ġodda, it-tħassib relatat mal-protezzjoni tad-dejta jiġi evalwat bir-reqqa u, jekk ikun meħtieġ, jiġu implimentati miżuri tekniċi jew salvagwardji addizzjonali fl-arkitettura tal-IMI. B’mod partikolari:

il-valutazzjoni tal-impatt imsemmija f’paġna 7 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għandha tkun speċifikament meħtieġa fir-Regolament innifsu, u għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-impatt għall-protezzjoni tad-dejta, li għandha tindirizza speċifikament liema bidliet fid-disinn tal-IMI, jekk hemm, huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li hija tkompli tinkludi salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta li jkopru wkoll l-oqsma ta’ politika u/jew il-funzjonalitajiet ġodda;

ir-Regolament għandu jistabbilixxi speċifikament li l-konsultazzjoni tal-KEPD u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta hija meħtieġa qabel kull espansjoni tal-IMI. Din il-konsultazzjoni tista’ ssir permezz tal-mekkaniżmu previst għas-superviżjoni kkoordinata fl-Artikolu 20.

31.

Dawn is-salvagwardji proċedurali (il-valutazzjoni tal-impatt għall-protezzjoni tad-dejta u l-konsultazzjoni) għandhom japplikaw għall-espansjoni kemm permezz ta’ att iddelegat tal-Kummissjoni (iċ-ċaqliq ta’ punt mill-Anness II għall-Anness I), kif ukoll permezz ta’ Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill, inkluż punt li ma kienx elenkat fl-Anness II.

32.

Fl-aħħar nett, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jikkjarifika jekk l-ambitu tal-atti ddelegati li l-Kummissjoni sejra tingħata s-setgħa li tadotta skont l-Artikolu 23 huwiex sejjer jinkludi materji oħrajn minbarra ċ-ċaqliq ta’ punti mill-Anness II għall-Anness I. Jekk ikun fattibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa fir-Regolament li tadotta atti implimentattivi jew iddelegati speċifiċi sabiex tkompli tiddefinixxi kull funzjonalità addizzjonali tas-sistema, jew sabiex tindirizza kull tħassib relatat mal-protezzjoni tad-dejta li jista’ jkun hemm fil-ġejjieni.

2.3.   Ir-rwoli, il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet (l-Artikoli 7-9)

33.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon id-dedikazzjoni ta’ kapitolu sħiħ (il-Kapitolu II) ħalli jikkjarifika l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti fl-IMI. Id-dispożizzjonijiet jistgħu jkomplu jissaħħu kif ġej.

34.

L-Artikolu 9 jiddeskrivi r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mir-rwol tal-Kummissjoni bħala kontrollur. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li tiġi inkluża dispożizzjoni addizzjonali li tirreferi għar-rwol tal-Kummissjoni li tiżgura li s-sistema titfassal b’tali mod li tapplika l-prinċipji tal-“privatezza skont id-disinn” kif ukoll ir-rwol koordinattiv tagħha fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta.

35.

Il-KEPD jinsab kuntent jara li l-kompiti tal-koordinaturi tal-IMI elenkati fl-Artikolu 7 issa jinkludu speċifikament kompiti ta’ koordinazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-dejta, inkluż li jaġixxu bħala persuna ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Huwa jirrakkomanda li għandu jiġi kkjarifikat ukoll li dawn il-kompiti ta’ koordinazzjoni jkunu jinkludu wkoll kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta.

2.4.   Id-drittijiet għall-aċċess (l-Artikolu 10)

36.

L-Artikolu 10 jipprovdi salvagwardji fir-rigward tad-drittijiet għall-aċċess. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li wara l-kummenti tiegħu, dawn id-dispożizzjonijiet issaħħu b’mod sinifikanti.

37.

Meta wieħed iqis in-natura orizzontali u espansiva tal-IMI, huwa importanti li jiġi żgurat li s-sistema għandha tiggarantixxi l-applikazzjoni ta’ ostakoli għall-informazzjoni (“Chinese walls”) li jillimitaw l-informazzjoni pproċessata f’qasam ta’ politika wieħed għal dak il-qasam ta’ politika biss: l-utenti tal-IMI għandhom (i) jiksbu aċċess għall-informazzjoni fuq il-bażi tal-ħtieġa tal-għarfien biss u (ii) jkunu limitati għal qasam ta’ politika wieħed.

38.

Jekk ikun inevitabbli li utent tal-IMI jkun intitolat jikseb aċċess għall-informazzjoni għal bosta oqsma ta’ politika (li jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’xi uffiċċji tal-gvern lokali), mill-inqas, is-sistema ma għandhiex tippermetti l-kombinazzjoni ta’ informazzjoni li tkun ġejja minn oqsma ta’ politika differenti. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stipulati xi eċċezzjonijiet fil-leġiżlazzjoni implimentattiva jew f’att tal-Unjoni, billi jiġi osservat strettament il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop.

39.

Dawn il-prinċipji huma deskritti fit-test tar-Regolament, iżda jistgħu jkomplu jissaħħu u jiġu operazzjonalizzati.

40.

Fir-rigward tad-drittijiet għall-aċċess mill-Kummissjoni, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Artikoli 9(2), (4) u 10(6) tal-Proposta, meħuda flimkien, jispeċifikaw li l-Kummissjoni mhux ser ikollha aċċess għad-dejta personali skambjata fost l-Istati Membri, għajr f’każi fejn il-Kummissjoni tkun maħtura bħala parteċipanta għal proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

41.

Id-drittijiet għall-aċċess minn atturi esterni, u d-drittijiet għall-aċċess għat-twissijiet għandhom ukoll jiġu speċifikati aktar (24). Fir-rigward tat-twissijiet, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jistabbilixxi li t-twissijiet ma għandhomx, b’kontumaċja, jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha fl-Istati Membri kollha, iżda għandhom jintbagħtu biss lil dawk ikkonċernati, fuq bażi tal-ħtieġa tal-għarfien. Dan ma jeskludix it-trażmissjoni ta’ twissijiet lill-Istati Membri kollha f’każi speċifiċi jew f’oqsma ta’ politika speċifiċi, jekk kollha jkunu kkonċernati. Bl-istess mod, hija meħtieġa analiżi ta’ każ b’każ biex jiġi deċiż jekk il-Kummissjoni għandux ikollha aċċess għat-twissijiet.

2.5.   Iż-żamma ta’ dejta personali (l-Artikoli 13 u 14)

2.5.1.   Introduzzjoni

42.

L-Artikolu 13 tal-Proposta jestendi t-tul tal-ħażna tad-dejta fi ħdan l-IMI mill-perjodu ta’ sitt xhur attwali (li għandhom jibdew jgħoddu minn meta jingħalaq il-każ) għal ħames snin, bid-dejta tiġi “mblokkata” wara 18-il xahar. Matul il-perjodu tal-“imblokkar”, id-dejta tkun aċċessibbli biss wara proċedura speċifika għall-irkupru, li tista’ tinbeda biss fuq it-talba tas-suġġett tad-dejta jew f’każ li d-dejta tkun meħtieġa “għal finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni permezz tal-IMI”.

43.

Għalhekk, fil-fatt, id-dejta tinħażen fl-IMI matul tliet perjodi distinti:

mill-mument li tittella’ d-dejta sal-mument li jingħalaq il-każ;

mill-għeluq tal-każ sa perjodu ta’ 18-il xahar (25);

minn meta jiskadi l-perjodu ta’ 18-il xahar, f’forma mblokkata, sa perjodu ulterjuri ta’ tliet snin u sitt xhur (fi kliem ieħor, sakemm jiskadi l-perjodu ta’ ħames snin minn meta jingħalaq il-każ).

44.

Minbarra dawn ir-regoli ġenerali, l-Artikolu 13(2) jippermetti ż-żamma tad-dejta f’“repożitorju ta’ informazzjoni” sakemm ikun hemm bżonn għal dan il-għan, bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta jew meta “dan ikun neċessarju sabiex tintlaħaq konformità ma’ att tal-Unjoni”. Barra dan, l-Artikolu 14 jipprovdi għal mekkaniżmu simili ta’ mblokkar għaż-żamma ta’ dejta personali tal-utenti tal-IMI, għal ħames snin, minn meta huma ma jibqgħux utenti tal-IMI.

45.

Ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn. Għalhekk, presumibbilment, ir-regoli ġenerali huma intiżi biex japplikaw mhux biss għall-iskambji minn wieħed għal wieħed, iżda wkoll għat-twissijiet, is-soluzzjoni tal-problemi (bħal f’SOLVIT (26)) u għall-funzjonalitajiet l-oħrajn kollha li jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali.

46.

Il-KEPD għandu bosta tħassib rigward il-perjodi taż-żamma, fid-dawl tal-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46/KE u tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li t-tnejn jitolbu li d-dejta personali għandha tinżamm għal mhux aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret jew kompliet tiġi pproċessata d-dejta.

2.5.2.   Mill-mument li tittella’ d-dejta sa meta jingħalaq il-każ: il-ħtieġa għall-għeluq tal-każ f’waqtu

47.

Fir-rigward tal-ewwel perjodu, minn meta tittella’ l-informazzjoni sa meta jingħalaq il-każ, il-KEPD huwa mħasseb dwar ir-riskju li xi każi jistgħu ma jingħalqu qatt, jew jingħalqu biss wara perjodu ta’ żmien sproporzjonalment twil. Dan jista’ jwassal biex xi dejta personali tibqa’ fid-database għal aktar żmien milli jkun meħtieġ, jew saħansitra għal żmien indefinit.

48.

Il-KEPD jifhem li l-Kummissjoni għamlet progress, fil-livell prattiku, sabiex tnaqqas il-backlog fl-IMI u hemm sistema fis-seħħ għal skambji minn wieħed għal wieħed sabiex timmonitorja l-għeluq f’waqtu tal-każi u biex tfakkar perjodikament lil dawk li waqgħu lura. Barra dan, bidla ġdida fil-funzjonalitajiet tas-sistema, wara approċċ ta’ “privatezza skont id-disinn” tippermetti, bl-għafsa ta’ buttuna waħda, li tiġi aċċettata tweġiba, kif ukoll, fl-istess ħin, li jingħalaq il-każ. Preċedentement, din talbet li jittieħdu żewġ passi separati u setgħet twassal sabiex uħud mill-każi inattivi jibqgħu fis-sistema.

49.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon dawn l-isforzi li saru fil-livell prattiku. Madankollu, huwa jirrakkomanda li t-test tar-Regolament innifsu għandu jipprovdi garanziji li l-każi jingħalqu f’waqthom fl-IMI u li l-każi inattivi (każi mingħajr ebda attività riċenti) jitħassru mid-database.

2.5.3.   Mill-għeluq tal-każ sa perjodu ta’ 18-il xahar: l-estensjoni tal-perjodu ta’ sitt xhur hija ġustifikata?

50.

Il-KEPD jistieden biex jiġi kkunsidrat mill-ġdid jekk hemmx ġustifikazzjoni adegwata għall-estensjoni tal-perjodu attwali ta’ sitt xhur sa 18-il xahar wara li jingħalaq il-każ, u jekk iva, jekk din il-ġustifikazzjoni tapplikax għal skambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed biss, jew jekk tapplikax ukoll għal tipi oħrajn ta’ funzjonalitajiet. L-IMI issa ilha teżisti għal bosta snin, u għandu jittieħed vantaġġ mill-esperjenza prattika akkumulata f’dan ir-rigward.

51.

Jekk l-IMI tibqa’ għodda għall-iskambju ta’ informazzjoni (kuntrarju għal sistema ta’ trattament tal-fajls, database jew sistema ta’ arkivjar), u jkun stabbilit ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bil-mezzi biex jirkupraw mis-sistema l-informazzjoni li rċevew (elettronikament jew fuq karta, iżda fi kwalunkwe każ b’tali mod li jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni rkuprata bħala evidenza (27)), jidher li ftit li xejn ikun hemm bżonn li tinżamm id-dejta fl-IMI wara li jingħalaq il-każ.

52.

Fl-iskambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed, il-ħtieġa potenzjali li jsiru mistoqsijiet ta’ segwitu saħansitra wara li tkun ġiet aċċettata tweġiba, u għalhekk, wara li jkun ingħalaq il-każ, tista’ forsi tiġġustifika perjodu (raġonevolment qasir) ta’ żamma wara l-għeluq tal-każ. Il-perjodu attwali ta’ sitt xhur prima facie jidher li huwa ġeneruż biżżejjed għal dan il-għan.

2.5.4.   Minn 18-il xahar sa ħames snin: dejta “mblokkata”

53.

Il-KEPD iqis li l-Kummissjoni naqset ukoll milli tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għan-neċessità u l-proporzjonalità taż-żamma ta’ “dejta mblokkata” sa perjodu ta’ ħames snin.

54.

Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, f’paġna 8, jirreferi għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Rijkeboer  (28). Il-KEPD jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha terġa’ tikkunsidra l-implikazzjonijiet ta’ dan il-każ fuq iż-żamma tad-dejta fl-IMI. Fil-fehma tiegħu, il-kawża Rijkeboer ma tirrikjedix li l-IMI tiġi kkonfigurata sabiex id-dejta tinżamm għal ħames snin wara li jingħalaq il-każ.

55.

Il-KEPD ma jqisx ir-referenza għas-sentenza ta’ Rijkeboer jew għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta li jkollhom aċċess għad-dejta tagħhom bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti u adegwata għaż-żamma tad-dejta fl-IMI għal ħames snin wara li jingħalaq il-każ. Iż-żamma tal-“log data” (strettament definita bħala li teskludi kwalunkwe kontenut, fost l-oħrajn, kull dokument mehmuż jew dejta sensittiva) tista’ tkun għażla inqas intrużiva, li tista’ timmerita ftit aktar kunsiderazzjoni. Madankollu, f’dan l-istadju, il-KEPD mhuwiex konvint li din tista’ tkun saħansitra neċessarja jew proporzjonata.

56.

Barra dan, problema oħra tista’ tkun in-nuqqas ta’ ċarezza dwar min jista’ jkollu aċċess għad-“dejta mblokkata” u għal liema għanijiet. Mhuwiex biżżejjed li sempliċiment issir referenza għall-użu tal-frażi “għal finijiet ta’ evidenza ta’ skambju ta’ informazzjoni” (bħal fl-Artikolu 13(3)). Jekk tinżamm id-dispożizzjoni dwar l-“imblokkar”, fi kwalunkwe każ, għandu jiġi speċifikat aħjar min jista’ jitlob għal evidenza tal-iskambju ta’ informazzjoni u f’liema kuntest. Minbarra s-suġġett tad-dejta, hemm oħrajn li jistgħu jkunu intitolati jitolbu l-aċċess? Jekk iva, dawn ikunu biss l-awtoritajiet kompetenti u sempliċiment biex juru li sar skambju ta’ informazzjoni partikolari b’kontenut partikolari (f’każ li tali skambju jkun ikkontestat mill-awtoritajiet kompetenti li bagħtu jew irċevew il-messaġġ)? Huma previsti xi użijiet possibbli oħrajn “għal finijiet ta’ evidenza ta’ skambju ta’ informazzjoni”? (29)

2.5.5.   Twissijiet

57.

Il-KEPD jirrakkomanda li għandha ssir distinzjoni aktar ċara bejn it-twissijiet u r-repożitorji tal-informazzjoni. Hija ħaġa li twissija tintuża bħala għodda ta’ komunikazzjoni ħalli twissi lill-awtoritajiet kompetenti dwar irregolarità jew suspett partikolari, u pjuttost ħaġa oħra li din it-twissija tinħażen f’database għal perjodu ta’ żmien estiż jew saħansitra mhux definit. Il-ħażna ta’ informazzjoni ta’ twissija tqajjem tħassib addizzjonali u tirrikjedi regoli speċifiċi u salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-dejta.

58.

Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jistabbilixxi, bħala regola awtomatika, li (i) sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f’leġiżlazzjoni vertikali, u soġġett għal salvagwardji addizzjonali adegwati – għandu japplika perjodu ta’ żamma ta’ sitt xhur għat-twissijiet u, importanti, li (ii) dan il-perjodu għandu jibda jgħodd minn meta tintbagħat it-twissija.

59.

Alternattivament, il-KEPD jirrakkomanda li, fir-rigward tat-twissijiet, għandhom jiġu stipulati speċifikament salvagwardji dettaljati fir-Regolament propost. Il-KEPD huwa lest li jgħin lill-Kummissjoni u lil-leġiżlaturi b’aktar pariri f’dan ir-rigward, f’każ li jiġi segwit dan it-tieni approċċ.

2.6.   Kategoriji speċjali ta’ dejta (l-Artikolu 15)

60.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon id-distinzjoni li saret bejn id-dejta personali msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE minn naħa waħda, u d-dejta personali msemmija fl-Artikolu 8(5) min-naħa l-oħra. Huwa jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li r-Regolament jispeċifika b’mod ċar li l-kategoriji speċjali tad-dejta jistgħu jiġu pproċessati biss abbażi ta’ raġuni speċifika msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE.

61.

F’dan ir-rigward, il-KEPD huwa tal-fehma li l-IMI sejra tipproċessa ammont sinifikanti ta’ dejta sensittiva li taqa’ taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/46/KE. Tabilħaqq, l-IMI, mill-bidu nett, meta ġiet imnedija għall-ewwel darba biex tappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva skont id-Direttivi dwar is-Servizzi u dwar il-Kwalifiki Professjonali, tfasslet bil-għan li tipproċessa din id-dejta, b’mod partikolari, dejta relatata mar-rekords ta’ ksur kriminali u amministrattiv li jista’ jkollhom effett fuq id-dritt ta’ professjonist jew ta’ fornitur tas-servizzi li jwettaq xogħol jew jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor.

62.

Barra dan, ammont sinjifikanti ta’ dejta sensittiva skont l-Artikolu 8(1) (l-aktar dejta relatata mas-saħħa) x’aktarx li tiġi pproċessata fl-IMI ladarba l-IMI tespandi ħalli tinkludi modulu għal SOLVIT (30). Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi eskluż li tista’ tinġabar ukoll dejta sensittiva addizzjonali permezz tal-IMI fil-ġejjieni, fuq bażi ad hoc jew sistematika.

2.7.   Is-Sigurtà (l-Artikolu 16 u l-premessa 16)

63.

Il-KEPD jinsab kuntent jara li l-Artikolu 16 jirreferi speċifikament għall-obbligu tal-Kummissjoni li ssegwi r-regoli interni tagħha stess adottati sabiex tikkonforma mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u sabiex tadotta pjan ta’ sigurtà għall-IMI u żżommu aġġornat.

64.

Sabiex dawn id-dispożizzjonijiet ikomplu jissaħħu, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament jitlob li jitwettqu valutazzjoni tar-riskji u analiżi tal-pjan ta’ sigurtà qabel kull espansjoni tal-IMI għal qasam ta’ politika ġdid jew qabel tiżdied funzjonalità ġdida b’impatt fuq id-dejta personali (31).

65.

Barra dan, il-KEPD jinnota wkoll li l-Artikolu 16 u l-premessa 16 jirreferu biss għall-obbligi tal-Kummissjoni u għar-rwol superviżorju tal-KEPD. Din ir-referenza tista’ tkun qarrieqa. Filwaqt li huwa minnu li l-Kummissjoni hija l-operatur tas-sistema, u bħala tali, hija responsabbli minn parti predominanti tal-manutenzjoni tas-sigurtà fl-IMI, l-awtoritajiet kompetenti wkoll għandhom xi obbligi li, min-naħa tagħhom, huma ssorveljati mill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta. Għalhekk, l-Artikolu 16 u l-premessa 16 għandhom jirreferu wkoll għall-obbligi dwar is-sigurtà li huma applikabbli għall-bqija tal-atturi tal-IMI skont id-Direttiva 95/46/KE u għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta.

2.8.   Informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta u t-trasparenza (l-Artikolu 17)

2.8.1.   Informazzjoni pprovduta fl-Istati Membri

66.

Fir-rigward tal-Artikolu 17(1), il-KEPD jirrakkomanda li jkun hemm aktar dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament sabiex jiġi żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu infurmati kompletament dwar l-ipproċessar tad-dejta tagħhom fl-IMI. Meta wieħed iqis li l-IMI tintuża minn bosta awtoritajiet kompetenti, inklużi ħafna uffiċċji żgħar tal-gvern lokali mingħajr riżorsi suffiċjenti, huwa rrakkomandat ħafna li l-għoti tal-avviż jiġi kkoordinat fil-livell nazzjonali.

2.8.2.   Informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni

67.

L-Artikolu 17(2)(a) jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi avviż ta’ privatezza rigward l-attivitajiet ta’ ipproċessar tad-dejta tagħha stess, skont l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Barra dan, l-Artikolu 17(2) (b) jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi wkoll informazzjoni dwar “l-aspetti ta’ protezzjoni tad-dejta tal-proċeduri tal-kooperazzjoni amministrattiva fl-IMI kif imsemmi fl-Artikolu 12”. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 17(2)(ċ) jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar “l-eċċezzjonijiet għal, jew il-limitazzjonijiet tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta kif imsemmi fl-Artikolu 19”.

68.

Il-KEPD jinsab kuntent jara li dawn id-dispożizzjonijiet qegħdin jgħinu sabiex jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta fl-IMI. Kif issemma fit-Taqsima 2.1 hawn fuq, f’każ ta’ sistema tal-IT li tintuża f’27 Stat Membru differenti, huwa kruċjali li tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema, is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta applikati u l-informazzjoni li hija pprovduta lis-suġġetti tad-dejta (32).

69.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) għandhom ikomplu jissaħħu. Il-Kummissjoni, bħala l-operatur tas-sistema, tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu rwol proattiv ħalli tipprovdi l-ewwel parti tal-avviż tal-protezzjoni tad-dejta u informazzjoni rilevanti oħra lis-suġġetti tad-dejta fuq il-websajt multilingwi tagħha, saħansitra 'f’isem l-awtoritajiet kompetenti, jiġifieri, tkopri l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 10 jew 11 tad-Direttiva 95/46/KE. Imbagħad, ġeneralment ikun biżżejjed li l-avviżi pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sempliċiment jirreferu għall-avviż ipprovdut mill-Kummissjoni, fejn jikkumplimentawh biss skont kif ikun meħtieġ biex ikun konformi ma’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali speċifika meħtieġa speċifikament skont il-liġi nazzjonali.

70.

Barra dan, l-Artikolu 17(2)(b) għandu jikkjarifika li l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni għandha tkopri komprensivament l-oqsma ta’ politika kollha, it-tipi kollha ta’ proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva u l-funzjonalitajiet kollha fi ħdan l-IMI u speċifikament għandha tinkludi wkoll il-kategoriji ta’ dejta li tista’ tiġi pproċessata. Dan għandu jinkludi wkoll il-pubblikazzjoni tas-settijiet ta’ mistoqsijiet li jintużaw f’kooperazzjoni minn wieħed għal wieħed fuq il-websajt tal-IMI, kif qiegħed isir fil-prattika bħalissa.

2.9.   Drittijiet ta’ aċċess, rettifika u tħassir (l-Artikolu 18)

71.

Il-KEPD jixtieq jerġa’ jirreferi, kif imsemmi fit-Taqsima 2.1 fuq, għall-fatt li huwa kruċjali li tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta applikati. Għal din ir-raġuni, il-KEPD għandu jkompli jispeċifika d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ aċċess, korrezzjoni u tħassir.

72.

L-Artikolu 18 għandu jispeċifika għand min għandhom jirrikorru s-suġġetti tad-dejta b’talba għall-aċċess. Dan għandu jkun ċar fir-rigward tal-aċċess għad-dejta matul perjodi ta’ żmien differenti:

qabel jingħalaq il-każ,

wara li jingħalaq il-każ iżda qabel jiskadi l-perjodu ta’ 18-il xahar għaż-żamma tad-dejta,

u fl-aħħar nett, matul il-perjodu ta’ żmien waqt li d-dejta tkun “imblokkata”.

73.

Ir-Regolament għandu jitlob ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw fir-rigward tat-talbiet għall-aċċess, skont kif ikun meħtieġ. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom isiru “mill-aktar fis possibbli, iżda sa mhux aktar tard minn 60 ġurnata” minflok “fi żmien 60 ġurnata”. Għandha ssir ukoll referenza għall-possibbiltà li jitfassal modulu għall-protezzjoni tad-dejta u għall-possibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ “privatezza skont id-disinn” għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet rigward id-drittijiet għall-aċċess, kif ukoll “l-għoti tas-setgħa lis-suġġetti tad-dejta”, pereżempju, billi dawn jiġu pprovduti b’aċċess dirett għad-dejta tagħhom, fejn ikun rilevanti u fattibbli.

2.10.   Superviżjoni (l-Artikolu 20)

74.

Matul dawn l-aħħar snin ġie żviluppat il-mudell ta’ “superviżjoni kkoordinata”. Dan il-mudell ta’ superviżjoni, li issa huwa operattiv fl-EURODAC u f’partijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, ġie adottat ukoll għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS-II).

75.

Dan il-mudell għandu tliet saffi:

is-superviżjoni fil-livell nazzjonali hija żgurata mill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta;

is-superviżjoni fil-livell tal-UE hija żgurata mill-KEPD;

il-koordinazzjoni hija żgurata permezz ta’ laqgħat regolari u attivitajiet ikkoordinati oħrajn appoġġati mill-KEPD li jaġixxi bħala s-segretarjat ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni.

76.

Dan il-mudell wera li kien suċċess u effettiv u għandu jkun previst fil-ġejjieni għal sistemi ta’ informazzjoni oħrajn.

77.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 20 tal-Proposta jipprovdi speċifikament għal kooperazzjoni kkoordinata fost l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u l-KEPD li jsegwu - f’termini wiesgħa - il-mudell stabbilit fir-Regolamenti tal-VIS u s-SIS II (33).

78.

Il-KEPD għandu jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni kkoordinata f’ċerti punti u, għal dak il-għan, għandu jappoġġa dispożizzjonijiet simili bħal dawk fis-seħħ, pereżempju, fil-kuntest tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (l-Artikoli 41-43 tar-Regolament tal-VIS), ta’ Schengen II (l-Artikoli 44-46 tar-Regolament tas-SIS-II) u previsti għall-EURODAC (34). B’mod partikolari, ikun utli jekk ir-Regolament:

fl-Artikolu 20(1) u (2) jistabbilixxi u jaqsam b’mod aktar ċar il-kompiti rispettivi ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u tal-KEPD (35);

jispeċifika fl-Artikolu 20(3) li l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u l-KEPD, billi jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom, “għandhom jikkooperaw b’mod attiv” u “għandhom jiżguraw is-superviżjoni kkoordinata tal-IMI” (minflok sempliċiment jirreferu għas-superviżjoni kkoordinata mingħajr ma jsemmu l-kooperazzjoni attiva) (36); u

jispeċifika, f’aktar dettall, x’tista’ tinkludi l-kooperazzjoni, pereżempju, billi jitlob li l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u l-KEPD, “billi jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta’ verifiki u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tar-Regolament tal-IMI, jistudjaw il-problemi bit-twettiq ta’ superviżjoni indipendenti jew bl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu l-għarfien dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-dejta, skont kif ikun meħtieġ”. (37)

79.

Madankollu, il-KEPD huwa konxju dwar id-daqs iżgħar preżenti, in-natura differenti tad-dejta pproċessata, kif ukoll in-natura dejjem tevolvi tal-IMI. Għalhekk, huwa jirrikonoxxi li fir-rigward tal-frekwenza tal-laqgħat u l-verifiki, tista’ tkun irrakkomandata aktar flessibbiltà. Fil-qosor, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jipprovdi r-regoli minimi neċessarji sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva, iżda ma jinħolqux piżijiet amministrattivi bla bżonn.

80.

L-Artikolu 20(3) tal-Proposta ma jitlobx li jsiru laqgħat regolari, iżda sempliċiment jistabbilixxi li l-KEPD jista’ “jistieden lill-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali biex jiltaqgħu ... meta jkun hemm bżonn”. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet iħallu f’idejn il-partijiet inkwistjoni jiddeċiedu dwar il-frekwenza u l-modalitajiet tal-laqgħat, kif ukoll dwar dettalji proċedurali oħrajn rigward il-kooperazzjoni tagħhom. Dawn jistgħu jiġu maqbula fir-regoli tal-proċeduri, li diġà jissemmew fil-Proposta.

81.

Fir-rigward tal-verifiki regolari, jista’ jkun aktar effettiv li jitħalla f’idejn l-awtoritajiet kooperattivi li jistabbilixxu, fir-regoli tal-proċeduri tagħhom, meta u b’liema frekwenza għandhom isiru dawn il-verifiki. Dan jista’ jiddependi fuq għadd ta’ fatturi u jista’ wkoll jinbidel maż-żmien. Għalhekk il-KEPD jappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni, li jippermetti aktar flessibbiltà anki f’dan ir-rigward.

2.11.   L-użu nazzjonali tal-IMI

82.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Proposta tipprovdi bażi legali ċara għall-użu nazzjonali tal-IMI u li dan l-użu huwa soġġett għal bosta kundizzjonijiet, inkluż il-fatt li l-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta għandha tiġi kkonsultata u li l-użu għandu jsir skont il-liġi nazzjonali.

2.12.   Skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi (l-Artikolu 22)

83.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(1) għall-iskambji ta’ informazzjoni, kif ukoll il-fatt li l-Artikolu 22(3) jiżgura t-trasparenza tal-espansjoni permezz tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ lista aġġornata ta’ pajjiżi terzi li jużaw l-IMI (l-Artikolu 22(3)).

84.

Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni għandha tillimita r-referenza li saret għad-derogi skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 95/46/KE sabiex jiġi inkluż biss l-Artikolu 26(2). Fi kliem ieħor: l-awtoritajiet kompetenti jew atturi esterni oħrajn f’pajjiż terz li ma jipprovdux protezzjoni adegwata ma għandux ikollhom aċċess dirett għall-IMI, sakemm ma jkunx hemm klawżoli kuntrattwali xierqa fis-seħħ. Dawn il-klawżoli għandhom jiġu nnegozjati fil-livell tal-UE.

85.

Il-KEPD jenfasizza li derogi oħrajn bħal “it-trasferiment huwa neċessarju jew legalment meħtieġ fuq bażi importanti ta’ interess pubbliku, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali”, ma għandhomx jintużaw sabiex jiġġustifikaw it-trasferimenti ta’ dejta lejn pajjiżi terzi bl-użu ta’ aċċess dirett għall-IMI (38).

2.13.   Responsabbiltà (l-Artikolu 26)

86.

B’konformità mat-tisħiħ mistenni tal-arranġamenti għal aktar responsabbiltà matul ir-reviżjoni tal-qafas tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE (39), il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jistabbilixxi qafas ċar għal mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern li jiżgura l-konformità mal-protezzjoni tad-dejta u jipprovdi evidenza tagħha, billi jkun fih mill-inqas l-elementi msemmija hawn taħt.

87.

F’dan il-kuntest, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament li l-Kummissjoni għandha tirrapporta, kull tliet snin, lill-KEPD dwar aspetti relatati mal-protezzjoni tad-dejta, inkluż dwar is-sigurtà. Huwa rrakkomandat li r-Regolament jikkjarifika li l-KEPD, min-naħa tiegħu, jintalab jaqsam ir-rapport tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta, fil-qafas tas-superviżjoni kkoordinata msemmija fl-Artikolu 20. Ikun utli wkoll jekk jiġi kkjarifikat li r-rapport għandu jiddiskuti, fir-rigward ta’ kull qasam ta’ politika u kull funzjonalità, kif it-tħassib u l-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-dejta (pereżempju, informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta, id-drittijiet għall-aċċess, is-sigurtà) ġew indirizzati fil-prattika.

88.

Barra dan, ir-Regolament għandu jikkjarifika li l-qafas għall-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għandu jinkludi wkoll valutazzjonijiet tal-privatezza (kif ukoll analiżi tar-riskji għas-sigurtà), politika dwar il-protezzjoni tad-dejta (inkluż pjan ta’ sigurtà) adottata abbażi tar-riżultati ta’ dawn, kif ukoll analiżi u verifiki regolari.

2.14.   Privatezza skont id-disinn

89.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza fil-premessa (6) tar-Regolament għal dan il-prinċipju. (40) Huwa jirrakkomanda li minbarra din ir-referenza, ir-Regolament għandu jintroduċi wkoll salvagwardji speċifiċi għall-privatezza skont id-disinn bħal:

modulu tal-protezzjoni tad-dejta li jippermetti lis-suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b’mod aktar effettiv (41);

iżolament ċar tal-oqsma ta’ politika differenti inklużi fl-IMI (“Chinese walls”) (42);

soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi biex jiġu llimitati l-kapaċitajiet tat-tfittxija fid-direttorji, informazzjoni ta’ twissija u fi bnadi oħra, biex tiġi żgurata l-limitazzjoni tal-iskop;

miżuri speċifiċi li jiżguraw li jingħalqu dawk il-każi mingħajr ebda attività (43);

salvagwardji proċedurali adegwati fil-kuntest tal-iżviluppi fil-ġejjieni. (44)

3.   KONKLUŻJONIJIET

90.

Il-fehmiet ġenerali tal-KEPD dwar l-IMI huma pożittivi. Il-KEPD jappoġġa l-għanijiet tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni u li tirregola l-aspetti tagħha relatati mal-protezzjoni tad-dejta. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-Kummissjoni tipproponi strument legali orizzontali għall-IMI fil-forma ta’ Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill. Jinsab kuntent li l-Proposta tenfasizza b’mod komprensiv l-aktar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta rilevanti għall-IMI.

91.

Fir-rigward tal-qafas legali għall-IMI li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament propost, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għal żewġ sfidi ewlenin:

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza, filwaqt li tiġi rrispettata d-diversità, u

il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ bejn il-flessibbiltà u ċ-ċertezza legali.

92.

Il-funzjonalitajiet tal-IMI li huma diġà prevedibbli għandhom jiġu kkjarifikati u jiġu indirizzati b’mod aktar speċifiku.

93.

Għandhom jiġu applikati salvagwardji proċedurali adegwati ħalli jiġi żgurat li l-protezzjoni tad-dejta tiġi kkunsidrata bir-reqqa matul l-iżvilupp tal-IMI fil-ġejjieni. Dan għandu jindika valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni mal-KEPD u mal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta qabel kull espansjoni tal-ambitu tal-IMI għal qasam ta’ politika u/jew għal funzjonalitajiet ġodda.

94.

Id-drittijiet għall-aċċess minn atturi esterni u d-dritt tal-aċċess għat-twissijiet għandhom jiġu speċifikati aktar.

95.

Fir-rigward tal-perjodi taż-żamma:

ir-Regolament għandu jipprovdi garanziji li l-każi jingħalqu f’waqthom fl-IMI u li l-każi inattivi (każi mingħajr ebda attività riċenti) jitħassru mid-database;

għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid jekk hemmx ġustifikazzjoni adegwata għall-estensjoni tal-perjodu attwali ta’ sitt xhur sa 18-il xahar wara li jingħalaq il-każ;

il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għan-neċessità u l-proporzjonalità taż-żamma ta’ “dejta mblokkata” sa perjodu ta’ ħames snin u, għalhekk, din il-proposta għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid;

għandha ssir distinzjoni aktar ċara bejn it-twissijiet u r-repożitorji tal-informazzjoni: Ir-Regolament għandu jistabbilixxi, bħala regola awtomatika, li (i) - sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f’leġiżlazzjoni vertikali, u soġġett għal salvagwardji addizzjonali adegwati - għandu japplika perjodu ta’ żamma ta’ sitt xhur għat-twissijiet u li (ii) dan il-perjodu għandu jibda jgħodd minn meta tintbagħat it-twissija.

96.

Ir-Regolament għandu jitlob li jitwettqu valutazzjoni tar-riskji u analiżi tal-pjan ta’ sigurtà qabel kull espansjoni tal-IMI għal qasam ta’ politika ġdid jew qabel tiżdied funzjonalità ġdida b’impatt fuq id-dejta personali.

97.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta u d-drittijiet għall-aċċess għandhom jissaħħu u għandhom jinkoraġġixxu t-teħid ta’ approċċ aktar konsistenti.

98.

Il-KEPD għandu jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni kkoordinata f’ċerti punti u, għal dak il-għan, għandu jappoġġa dispożizzjonijiet simili bħal dawk fis-seħħ, pereżempju, fil-kuntest tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, Schengen II u dawk previsti għall-Eurodac. Fir-rigward tal-frekwenza tal-laqgħat u l-verifiki, il-KEPD jappoġġa l-Proposta fl-approċċ flessibbli tiegħu sabiex jiżgura li r-Regolament jipprovdi r-regoli minimi neċessarji sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi bla bżonn.

99.

Ir-Regolament għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jew atturi esterni oħrajn f’pajjiż terz li ma jipprovdux protezzjoni adegwata ma għandux ikollhom aċċess dirett għall-IMI, sakemm ma jkunx hemm klawżoli kuntrattwali xierqa fis-seħħ. Dawn il-klawżoli għandhom jiġu nnegozjati fil-livell tal-UE.

100.

Ir-Regolament għandu jistabbilixxi qafas ċar għal mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern li jiżgura l-konformità mal-protezzjoni tad-dejta u jipprovdi evidenza tagħha, inklużi valutazzjonijiet tal-privatezza (kif ukoll analiżi tar-riskji għas-sigurtà), politika dwar il-protezzjoni tad-dejta (inkluż pjan ta’ sigurtà) adottata abbażi tar-riżultati ta’ dawn, kif ukoll analiżi u verifiki regolari.

101.

Ir-Regolament għandu jintroduċi wkoll salvagwardji speċifiċi għall-privatezza skont id-disinn.

Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  COM(2011) 522 finali.

(4)  COM(2011) 75.

(5)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(6)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(7)  Pereżempju, mistoqsija tipika dwar id-dejta sensittiva tkun: “Id-dokument mehmuż jiġġustifika leġittimament in-nuqqas ta’ sospensjoni jew projbizzjoni tat-twettiq tal-attivitajiet professjonali rilevanti għal miskondotta professjonali serja jew reat kriminali fir-rigward tal-(professjonist migrant)?”.

(8)  Ara l-premessa 10.

(9)  Ara l-Artikolu 13(2).

(10)  Opinjoni tad-WP29 Nru 7/2007 dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), WP140. Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2007/wp140_en.pdf

(11)  Id-dokumenti ewlenin li jikkonċernaw din il-kooperazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni ddedikata għall-IMI fuq http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/data_protection_en.html kif ukoll fuq il-websajt tal-KEPD fuq http://www.edps.europa.eu

(12)  Opinjoni tal-KEPD dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 1).

(13)  Id-WP29 qiegħed jippjana wkoll li jikkummenta dwar il-Proposta. Il-KEPD kien qiegħed isegwi dawn l-iżviluppi fis-sottogrupp rilevanti tad-WP29 u kkontribwixxa l-kummenti tiegħu.

(14)  F’dan ir-rigward, ara wkoll il-kummenti tagħna fit-Taqsima 2.2 rigward l-espansjoni prevista tal-IMI.

(15)  Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(16)  L-abbozz tar-Regolament innifsu ma jirreferix għal valutazzjoni tal-impatt. Madankollu, il-paġna 7 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta tispjega li l-Kummissjoni sejra tingħata s-setgħa li ċċaqlaq il-punti mill-Anness II għall-Anness I, billi tadotta att iddelegat u “wara valutazzjoni tal-fattibilità teknika, il-kosteffiċjenza, l-użu faċli mill-utenti u l-impatt ġenerali fuq is-sistema, kif ukoll ir-riżultat ta’ fażi ta’ ttestjar possibbli”.

(17)  Dan huwa bl-eċċezzjoni ta’ SOLVIT (ara l-Anness II, I(1)), fejn hija disponibbli biss liġi mhux vinkolanti (“soft law”) bħala Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, fil-fehma tal-KEPD, fil-każ speċifiku ta’ SOLVIT, il-bażi legali tal-ipproċessar tista’ tkun il-“kunsens” tas-suġġetti tad-dejta.

(18)  Dan jista’ jsir fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, iżda lanqas ma jista’ jiġi eskluż li l-idea li l-IMI tintuża f’qasam ta’ politika speċifiku tista’ tiżviluppa aktar tard fil-proċess leġiżlattiv, u tista’ tiġi proposta mill-Parlament jew mill-Kunsill. Dan diġà sar fil-passat fir-rigward tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Hemm bżonn ta’ aktar ċarezza f’każ bħal dan fir-rigward tal-“proċedura” għall-espansjoni li tidher li kienet qiegħda tiffoka biss fuq il-każ ta’ espansjoni permezz ta’ atti ddelegati (ara d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-impatt, l-atti ddelegati, l-aġġornament tal-Anness I).

(19)  Pereżempju, l-iskambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed skont id-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali u d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali jsegwu essenzjalment l-istess struttura u jistgħu jiġu akkomodati bl-użu ta’ funzjonalitajiet simili soġġetti għal salvagwardji simili għall-protezzjoni tad-dejta.

(20)  Ara l-premessi (2), (10), (12), (13), (15) u l-Artikoli 5(b), 5(i), 10(7) u 13(2).

(21)  Inċidentalment, jekk ikun hemm il-ħsieb li l-IMI tissostitwixxi/tikkumplimenta s-sistemi eżistenti ta’ arkivjar u trattament tal-fajls, u/jew li l-IMI tintuża bħala database, dan għandu jiġi stabbilit b’mod aktar ċar fl-Artikolu 3.

(22)  Ara l-Anness II, I(1)).

(23)  Ara t-Taqsimiet 2.4 u 2.5.5. hawn taħt.

(24)  Ara wkoll it-Taqsima 2.2.2.

(25)  L-Artikolu 13(1) jissuġġerixxi li perjodu ta’ 18-il xahar huwa limitu ta’ żmien “massimu”, għalhekk, jista’ jiġi stabbilit ukoll perjodu iqsar. Madankollu, dan ma jkollu ebda effett fuq it-tul totali taż-żamma, li għandu jdum, f’kull każ, sal-aħħar tal-ħames snin mill-għeluq tal-każ.

(26)  Ara l-Anness II, I(1)).

(27)  Aħna nifhmu li saru sforzi sabiex dan jiġi żgurat fil-livell prattiku.

(28)  C-553/07 Rijkeboer [2009] Ġabra I-3889.

(29)  Għalkemm iż-żamma ta’ dejta personali komparattivament tikkawża inqas riskji għall-privatezza, madankollu, il-KEPD huwa tal-fehma li ż-żamma ta’ dejta personali tal-utenti tal-IMI għal perjodu ta’ ħames snin ladarba ma jkollhomx aktar aċċess għall-IMI ma kinitx ġustifikata biżżejjed.

(30)  Ara l-Anness II, I(1)).

(31)  Jekk jogħġbok, ara wkoll it-Taqsima 12 dwar ir-rakkomandazzjonijiet rigward il-verifiki.

(32)  Dan l-approċċ sabiex tiġi żgurata l-konsistenza għandu, ovvjament, jieħu kont xieraq ta’ kull diverġenza nazzjonali, meta jkun meħtieġ u ġustifikat.

(33)  Ara r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4) u r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament tal-VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1), taħt reviżjoni bħalissa. F’dan il-kuntest, huma kkunsidrati dispożizzjonijiet simili bħal fir-Regolamenti tal-VIS u s-SIS II.

(35)  Ara, pereżempju, l-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament tal-VIS.

(36)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-VIS.

(37)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-VIS.

(38)  Approċċ simili kien segwit fl-Artikolu 22(2) għall-Kummissjoni bħala attur tal-IMI.

(39)  Ara t-Taqsima 2.2.4 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “Approċċ komprensiv dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea”, COM(2010) 609 finali. Ara wkoll it-Taqsima 7 tal-opinjoni tal-KEPD maħruġa dwar din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fl-14 ta’ Jannar 2011.

(40)  Idem.

(41)  Ara t-Taqsima 2.9. fuq.

(42)  Ara t-Taqsima 2.4. fuq.

(43)  Ara t-Taqsima 2.5.2. fuq.

(44)  Ara t-Taqsima 2.2.2. fuq.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/13


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/97/PESK

2012/C 48/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/97/PESK (2).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

DG K Coordination Unit

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qiegħda tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.

(2)  ĠU L 47, 18.2.2012, p. 50.


Il-Kummissjoni Ewropea

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/14


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Frar 2012

2012/C 48/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3159

JPY

Yen Ġappuniż

104,39

DKK

Krona Daniża

7,4334

GBP

Lira Sterlina

0,83110

SEK

Krona Żvediża

8,8316

CHF

Frank Żvizzeru

1,2083

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4975

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,001

HUF

Forint Ungeriż

290,14

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6988

PLN

Zloty Pollakk

4,1816

RON

Leu Rumen

4,3545

TRY

Lira Turka

2,3094

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2230

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3093

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2036

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5730

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6541

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 480,16

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1882

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2864

HRK

Kuna Kroata

7,5780

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 888,19

MYR

Ringgit Malażjan

3,9951

PHP

Peso Filippin

56,143

RUB

Rouble Russu

39,3750

THB

Baht Tajlandiż

40,517

BRL

Real Brażiljan

2,2550

MXN

Peso Messikan

16,8317

INR

Rupi Indjan

64,7950


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/15


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2011 rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.605 – CRT Glass

Relatur: Il-Pajjiżi L-Baxxi

2012/C 48/05

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u dak ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kien li jnaqqas il-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kienet kapaċi taffettwa b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn il-partijiet kontraenti l-oħra tal-Ftehim taż-ŻEE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tul tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-perijodu stabbilit biex jiġu kkalkulati l-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li m’hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti li huma applikabbli f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iċ-ċirkostanzi mitiganti li l-Kummissjoni tidentifika għal tnejn mid-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi bbażati fuq l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward it-tnaqqis tal-multi bbażati fuq in-Notifika ta' Riżolviment ta’ Tilwim tal-2008.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

17.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/16


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi

2012/C 48/06

Din il-proċedura ta’ riżolviment ta' tilwim tikkonċerna każ ta’ kartell bejn l-erba’ produtturi ta’ ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi (“CRT”): Asahi Glass Co., Ltd, Nippon Electric Glass Co., Ltd, Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd. u Schott AG bl-għan li jikkoordinaw il-prezzijiet għas-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi. Il-ksur li sar mill-kartell kien ikopri ż-ŻEE kollha u dam mit-23 ta’ Frar 1999 sas-27 ta’ Diċembru 2004.

SFOND

Waqt li bdiet tiġbor l-informazzjoni dwar is-suq tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni ta’ immunità ta’ Samsung Corning, li kienet mogħtija b’mod kundizzjonali fl-10 ta’ Frar 2009. F’Marzu 2009 il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta’ Schott. F’Ġunju 2009 Nippon Electric Glass applikat għal immunità jew, alternattivament, għal klemenza. F’Marzu 2010 Schott applikat għal klemenza.

Meta bdiet il-proċedura skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) fid-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-erba' kumpaniji sabiex jindikaw l-interess tagħhom għal parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet ta’ riżolviment ta’ tilwim (3). Il-kumpaniji kollha aċċettaw l-istedina.

IL-PROĊEDURA TA’ RIŻOLVIMENT TA’ TILWIM

Id-diskussjonijiet ta’ riżolviment ta’ tilwim ġew organizzati fi tliet fażijiet ewlenin bejn Lulju 2010 u Lulju 2011 u matul dan il-perjodu kien hemm tliet sensiliet ta’ laqgħat bilaterali formali li seħħew bejn il-Kummissjoni u kull waħda mill-partijiet.

Matul dawn il-laqgħat, il-partijiet ġew infurmati bil-fomm bl-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi li tressaq kontrihom kif ukoll bil-provi li kienu jsostnu dawn l-oġġezzjonijiet. Wara l-ewwel laqgħa ta’ Lulju 2010, il-partijiet ingħataw aċċess għall-provi rilevanti, id-dikjarazzjonijiet orali kollha u l-lista tad-dokumenti kollha fil-fajl tal-Kummissjoni li jinsabu fil-bini tad-DĠ għall-Kompetizzjoni kif ukoll kopja tal-provi li kienet diġà ntweriet lilhom qabel. Fuq talbiet introdotti minn Asahi Glass, Nippon Electric Glass u Schott, u safejn kien iġġustifikat għall-partijiet li jiċċaraw il-pożizzjonijiet tagħhom rigward perijodu ta’ żmien jew kwalunkwe aspett ieħor tal-kartell, il-partijiet kollha ġew mogħtija aċċess għal dokumenti addizzjonali elenkati fil-fajl tal-każ. Il-partijiet ġew provduti wkoll bi stima tas-sensiela ta’ multi li probabbilment kienu se jiġu imposti mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tal-proċedura ta’ riżolviment ta’ tilwim.

Fl-aħħar tat-tielet sensiela ta’ laqgħat, Asahi Glass, Nippon Electric Glass, Samsung Corning u Schott talbu li jħallsu (4) u għarfu r-responsabbilità rispettiva tagħhom għal ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, il-partijiet għarfu li huma responsabbli għall-imġiba tas-sussidjarji tagħhom li kienu involuti fil-kartell. Indikaw ukoll l-ammont massimu tal-multa li kienu ġew infurmati dwaru mill-Kummissjoni u li huma jaċċettaw fil-qafas tal-proċedura ta’ riżolviment ta’ tilwim. Fis-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment ta’ tilwim il-partijiet ikkonfermaw (i) li huma kienu ġew infurmati biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi li tressaq kontrihom u li kienu ngħataw opportunità biżżejjed biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom dwarhom, (ii) li ma kinux qed jipprevedu li jitolbu aċċess għall-fajl jew li jinstemgħu matul seduta orali, sakemm id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) u d-Deċiżjoni finali tkun tirrifletti s-sottomissjonijiet ta’ riżolviment ta’ tilwim tagħhom u (iii) li kienu qablu li jirċievu d-DO u d-Deċiżjoni finali bl-Ingliż.

Wara l-adozzjoni tad-DO mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Lulju 2011, il-partijiet kollha kkonfermaw fit-tweġiba tagħhom li d-DO kienet tikkorrispondi għall-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment ta’ tilwim. Il-Kummissjoni setgħat għalhekk tipproċedi direttament għal deċiżjoni skont l-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

L-abbozz ta’ Deċiżjoni jikkonferma l-oġġezzjonijiet imqajma fid-DO. Għaldaqstant jirrigwardja biss l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tagħhom.

Fid-dawl li l-partijiet ma indirizzaw l-ebda kwistjoni dwar l-aċċess għall-fajl jew id-drittijiet tad-difiża tagħhom lili jew lill-membru tal-Uffiċċju għas-Seduti li attenda l-laqgħat ta’ riżolviment ta’ tilwim, jiena nqis li f’dan il-każ id-dritt tal-partijiet kollha fil-proċeduri li jinstemgħu ġie rispettat.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2011.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikolu 15 (Artikoli 15 u 16) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat – ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 622/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 773/2004, fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3, u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli, ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1.

(4)  L-Artikolu 10a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/18


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Ottubru 2011

dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat (1) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7436 finali)

(Il-verżjoni fil-lingwa ingliża biss hi awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 48/07

Fid-19 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (2), il-Kummissjoni b’dan qed tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija marbuta ma' ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi (CRT Glass) u hija indirizzata għal erba’ impriżi: (i) Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd. (ii) Nippon Electric Glass Co., Ltd., (iii) Schott AG u (iv) Asahi Glass Co., Ltd.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Wara l-applikazzjoni għall-immunità min-naħa tal-SCP (3), f’Marzu tal-2009 l-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta’ Schott (4). Il-Kummissjoni bagħtet talbiet għall-informazzjoni lill-produtturi ewlenin tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi. NEG (5) u Schott applikaw għal tnaqqis tal-multi.

(3)

F’dan il-każ il-proċedimenti bdew fid-29 ta' Ġunju 2010. Bejn it-13 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Lulju 2011 saru diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni. Sussegwentement, il-membri tal-kartell ippreżentaw lill-Kummissjoni t-talba formali tagħhom biex tinstab soluzzjoni, skont l-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Fid-29 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u l-partijiet kollha kkonfermaw li l-kontenut tagħha kien jirrifletti s-sottomissjonijiet tagħhom u baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ riżolviment ta’ tilwim. Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-17 ta' Ottubru 2011 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fid-19 ta' Ottubru 2011.

2.2.   Id-destinatarji u kemm dam għaddej il-ksur

(4)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi pparteċipaw, waqt il-perijodi indikati hawn taħt, f’attivitajiet antikompetittivi fir-rigward tal-fornitura tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi fiż-ŻEE:

(a)

Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd. mit-23 ta’ Frar 1999 sas-27 ta’ Diċembru 2004;

(b)

Nippon Electric Glass Co., Ltd. mit-23 ta’ Frar 1999 sas-27 ta’ Diċembru 2004;

(c)

Schott AG mit-23 ta' Frar 1999 sal-10 ta' Mejju 2004;

(d)

Asahi Glass Co., Ltd. mit-2 ta’ Marzu 1999 sal-4 ta’ Ottubru 2004.

2.3.   Sommarju tal-ksur

(5)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE bl-iskop li tiġi limitata l-kompetizzjoni tal-prezzijiet fis-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi fiż-ŻEE.

(6)

Il-partijiet fil-ksur ikkoordinaw l-attivitajiet fis-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi fiż-ŻEE billi ħadu sehem f'attivitajiet antikompetittivi li jikkwalifikaw bħala koordinazzjoni diretta u indiretta tal-prezzijiet. F’laqgħat bilaterali u trilaterali tal-kartell, ikkoordinaw il-prezzijiet għas-settur tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi billi użaw mezzi differenti inkluża l-koordinazzjoni tal-prezzijiet tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi għal konsumaturi speċifiċi u anki billi xi drabi stabbilixxew prezzijiet indikattivi għal ċerti tipi ta’ ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi. Fil-laqgħat bilaterali u trilaterali l-partijiet stabbilixxew grad għoli ta’ trasparenza fir-rigward tas-sitwazzjonijiet tal-imgħoddi, tal-preżent u ta’ dawk futuri tal-pożizzjonijiet tas-suq rispettivi tagħhom f’termini tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet, tad-domanda tal-klijenti ewlenin, tal-proporzjon tal-provvisti rispettivi tagħhom għal klijenti ewlenin, tal-produzzjoni kontinwu u tal-iżviluppi fil-kapaċità. Barra minn hekk, il-partijiet kollha ssupplimentaw l-attivitajiet tagħhom ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet billi permezz tal-impjegati tagħhom fil-kummerċjalizzazzjoni skambjaw fuq bażi ad hoc tagħrif tas-suq kunfidenzjali u sensittiv (bħall-bejgħ fiż-ŻEE, il-livelli tat-titoli, l-iżviluppi tal-konsumaturi, il-prezzijiet tal-materja prima u l-istimi tad-domanda u l-bejgħ).

(7)

B’kollox, il-kartell dam mit-23 ta' Frar 1999 sas-27 ta' Diċembru 2004. Madankollu, minn nofs Lulju 2001 sa Diċembru 2002, il-kartell għadda minn perijodu ta’ attività limitata b’numru sinifikanti inqas ta’ każijiet ta’ kuntatti antikompetittivi, li barra minn hekk fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kienu limitati għal informazzjoni kummerċjali inqas sensittiva. Għalhekk, dan il-perijodu huwa meqjus bħala perijodu ta’ attività limitata tal-kartell.

2.4.   Rimedji

(8)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (6). Bl-eċċezzjoni tal-SCP, id-Deċiżjoni timponi multi fuq il-kumpaniji kollha elenkati taħt il-punt (4) hawn fuq.

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(9)

L-ammont bażiku tal-multa huwa stabbilit għal 16 % tal-bejgħ tal-impriża tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi lil klijenti fiż-ŻEE.

(10)

L-ammont bażiku huwa mmultiplikat bin-numru ta' snin li fih l-impriżi ħadu sehem fil-ksur sabiex jitqies b'mod sħiħ il-perjodu kemm kull waħda mill-impriżi, b'mod individwali, damu jieħdu sehem fil-ksur.

(11)

Iż-żmien tal-involviment tal-impriżi fl-allegat ksur hu ta’ 3 snin u 11-il xahar għal AGC (7), ta’ 4 snin u 5 xhur għal NEG u SCP, u ta’ 3 snin u 10 xhur għal Schott. Il-perijodu ta’ attività limitata (hekk kif spjegat hawn fuq fil-punt (7)) mhux qed jiġi kkunsidrat għal skopijiet ta’ kalkolu tal-multi.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

2.4.2.1.   Ċirkustanzi aggravanti

(12)

M'hemm l-ebda ċirkustanzi aggravanti f'dan il-każ

2.4.2.2.   Ċirkustanzi li jimmitigaw

(13)

Minħabba ċirkustanzi li jimmitigaw, qed jitnaqqsu l-multi għal tnejn mill-impriżi.

(14)

AGC u Schott ibbenefikaw minn tnaqqis tal-multa, minħabba li dawn il-kumpaniji kienu involuti fil-kartell biss għal ċertu perijodu fil-bidu u l-aħħar tal-perijodu tal-kartell rispettivament. Schott ma tikkwalifikax għal tnaqqis tal-multa skont l-Avviż ta’ Klemenza. Madankollu, il-multa imposta fuq Schott ġiet imnaqqsa fid-dawl tal-kooperazzjoni effettiva ta' Schott barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza u lil hinn mill-obbligu legali tagħha li tagħmel dan.

2.4.2.3.   Żieda speċifika bħala deterrenza

(15)

F’dan il-każ, m’hemmx bżonn li tiżdied il-multa sabiex jinkiseb biżżejjed effett ta' deterrenza.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(16)

F'dan il-każ mhux meħtieġ li jiġu aġġustati l-ammonti fid-dawl tal-fatturat tal-impriżi.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006

(17)

SCP qed tingħata immunità mill-multi u NEG qed tingħata tnaqqis ta’ 50 % tal-multa.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment ta’ Tilwim

(18)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment ta’ Tilwim, l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq NEG, Schott u AGC tnaqqas b’10 %.

3.   MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI

(19)

Għall-ksur uniku u kontinwu ttrattat f'din id-Deċiżjoni, ġew imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Fuq Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd.: EUR 0;

(b)

Fuq Nippon Electric Glass Co., Ltd.: EUR 43 200 000;

(c)

Fuq Schott AG: EUR 40 401 000;

(d)

Fuq Asahi Glass Co., Ltd.: EUR 45 135 000.


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza tagħhom. Ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat għandhom fejn xieraq jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82, rispettivament, tat-Trattat tal-KE.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02 p. 205-229. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07 Volum 08 p. 17-18).

(3)  Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd. u s-sussidjarji rilevanti tagħha.

(4)  Schott AG u s-sussidjarji rilevanti tagħha.

(5)  Nippon Electric Glass Co., Ltd. u s-sussidjarji rilevanti tagħha.

(6)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(7)  Asahi Glass Co., Ltd.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6499 – FCC/Mitsui Renewable Energy/FCC Energia)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 48/08

1.

Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Mitsui Renewable Energy Europe Limited (“MRRE”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għal Mitsui group, u Fomento de Construcciones y Contratas, SA (“FCC”, Spanja) indirettament takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwra l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta b'funzjoni sħiħa, FCC Energia, SA (“FCCE”, Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Mitsui group: grupp globali attiv f’firxa wiesgħa ta’ negozji mad-dinja kollha, li jvarjaw minn bejgħ ta’ prodotti, loġistika u finanzjament globali sal-iżvilupp ta’ infrastrutturi internazzjonali maġġuri,

għal MRRE: attiva fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli,

għal FCC: attiva prinċipalment fis-servizzi ambjentali u l-ġestjoni tal-ilma, il-bini ta’ infrastrutturi kbar, il-produzzjoni tas-siment, u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli,

għal FCCE: attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriku għas-suq minn enerġiji rinnovabbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6499 – FCC/Mitsui Renewable Energy/FCC Energia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 48/09

1.

Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Forfarmers Group B.V (“Forfarmers”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju Hendrix (“Hendrix”), attwalment proprjetà ta’ Nutreco Nederland B.V, permezz tax-xiri tal-ishma u tal-assi. Dan in-negozju jħaddan (i) il-kapital azzjonarju maħruġ f’Hendrix UTD B.V (il-Pajjiżi l-Baxxi), Hedimix B.V (il-Pajjiżi l-Baxxi), Hendrix UTD GmbH (il-Ġermanja) u Hendrix Illesch GmbH (il-Ġermanja) u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, (ii) l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ Nutreco Feed Belgium N.V. (il-Belġju) u Hendrix N.V. (il-Belġju) u (iii) ċerti drittijiet ta’ proprjetà intelletwali.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Forfarmers: tipproduċi u tissupplixi għalf kompost, sriedaq għat-tnissil u prodotti agrikoli oħra. Hija wkoll attiva fil-forniment ta’ materja prima u tipprovdi servizzi varji tal-agrikoltura,

għal Hendrix: hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-għalf kompost u s-sriedaq għat-tnissil. Tipprovdi wkoll servizzi varji tal-agrikoltura.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/23


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 48/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“KRANJSKA KLOBASA”

Nru tal-KE: SI-PGI-0005-0764-24.03.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Kranjska klobasa”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.2 –

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ).

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Il-“Kranjska klobasa” huwa tip ta’ zalzett seminiexef pasturizzat prodott mil-laħam tal-majjal tal-kategoriji I u II ikkapuljat f’biċċiet kbar (l-għonq, l-ispalla, il-koxxa), u mix-xaħam tal-majjal (tad-dahar). Il-laħam taz-zalzett “Kranjska klobasa” jiġi mmellaħ b’melħ tan-nitrit, imħawwar bit-tewm u l-bżar u mimli f’rita ta’ msaren tal-majjal li t-truf tagħha jingħalqu permezz ta’ seffud biex jinħoloq par zalzett. Iz-zalzett jiġi iffukimat fis-sħana u ppasturizzat.

Wara li jissaħħan malajr f’ilma jagħli, iz-zalzett jittiekel sħun għaliex huwa b’hekk li jikseb il-karatteristiċi organolettiċi u l-valur gastronomiku għoli tiegħu. Minn barra z-zalzett huwa ta' lewn aħmar kannelli u jerħi riħa pjaċevoli ta’ duħħan. Il-laħam imqatta’ huwa ta’ lewn aħmar fir-roża, b’xaħam mhux maħlul abjad li jagħti f'lewn il-krema. Il-konsistenza tiegħu hija soda, tqarmeċ u mmerqa, u l-aroma tiegħu hija intensa u tipika ta’ laħam tal-majjal affumikat, immellaħ u mħawwar.

L-għamla kimika taz-zalzett mhux imsaħħan hija din li ġejja:

:

kwantità totali ta’ proteini

:

minimu ta’ 17 %

:

kontenut ta’ xaħam

:

massimu ta’ 29 %

3.3.   Materja prima:

Laħam tal-majjal u xaħam.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

L-għażla tal-laħam u tax-xaħam

Il-“Kranjska klobasa” jiġi prodott minn qatgħat ta’ laħam tal-majjal ta’ kwalità għolja tal-kategoriji I u II (l-għonq, l-ispalla, il-koxxa) u minn xaħam tad-dahar tal-majjal. Il-laħam irid ikun frisk u mkessaħ (bejn 0 °C u 7 °C ) jew iffriżat (Temperatura < – 18 °C) u jitħalla jinħall mis-silġ skont regoli preċiżi. Ix-xaħam tad-dahar mingħajr il-ġilda jista’ jiġi mkessaħ (bejn 0 °C u 7 °C) jew iffriżat.

L-ikkapuljar tal-laħam u tax-xaħam

Il-laħam jiġi kkapuljat f’biċċiet b’dijametru ta’ 12-il mm

u x-xaħam jitqatta' f'biċċiet bi ħxuna bejn 8 u 10 mm.

Preparazzjoni tal-laħam taz-zalzett

Il-laħam u x-xaħam ikkapuljati jitħalltu skont dawn il-proporzjonijiet: 75-80 % laħam u massimu ta' 20-25 % xaħam solidu.

Mat-taħlita li tirriżulta jiżdied massimu ta’ 5 % ilma (f’forma ta’ silġ imfarrak).

It-taħlita titlesta biż-żieda ta’ bżar iswed mitħun (massimu ta’ 0,3 %), tewm imfarrak jew mitħun (massimu ta’ 0,3 %) jew kwantità proporzjonali ta’ tewm skont il-kwalità użata u biż-żieda ta’ 1,8 % sa 2,2 % melħ tan-nitrit.

Taħlita tal-laħam taz-zalzett

L-ikkapuljat diġà mħawwar jiġi mħawwad bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi sakemm tirriżulta taħlita mħallta b’mod uniformi u magħquda sew.

Il-mili

L-ikkapuljat jitpoġġa bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi f’rita ta’ msaren tal-majjal b’dijametru ta’ 32-34 mm b’mod li jibqa’ magħqud.

It-truf jiġu ffurmati u magħluqin billi jiddaħħal seffud minn ġol-imsaren (u mhux minn ġol-laħam taz-zalzett) biex b’hekk jirriżultaw pari ta’ zalzett li jiżnu minn 200 sa 250 g.

Is-seffud huwa tal-injam, bi ħxuna bejn 2,5 u 3 mm, tul bejn 3 u 6 cm u jiġi maqsum jew maqtugħ.

Tnixxif taz-zalzett

Qabel it-trattament termali, iz-zalzett irid jitlef l-umdità tiegħu tal-wiċċ sabiex jippermetti affumikazzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed uniformi.

Il-fażi tat-tnixxif isseħħ f’post partikolari jew f’kamra tal-affumikar fejn it-temperatura tvarja bejn 50 u 55 °C.

Il-proċess tat-tmelliħ u l-istabbilizzazzjoni tal-laħam taz-zalzett isiru wkoll waqt it-tnixxif.

Trattament termali bl-affumikazzjoni fis-sħana

Iz-zalzett jiddendel ma’ struttura ta’ appoġġ filwaqt li s-seffud jinżamm ’il fuq. It-trattament termali jdum minn tal-anqas sagħtejn, u matulu t-temperatura tiżdied bil-mod il-mod sakemm tilħaq 70 +/– 2 °C fin-nofs. It-trattament termali jinkludi l-affumikazzjoni li ddum bejn 20-30 minuta. Fl-affumikazzjoni jista' jintuża biss il-fagu. Iz-zalzett irid ikun ta’ lewn aħmar kannelli b'intensità medja u m’għandux ikun ta’ lewn skur ħafna li jkanġi fl-iswed kannelli jew inkella ċar ħafna (“mitfi”) u fil-griż.

Ladarba jintemm it-trattament termali, inkluż l-affumikazzjoni, iz-zalzett jiġi mkessaħ minnufih b’arja kiesħa jew b’ilma kiesaħ.

Kontroll tal-proċess tal-produzzjoni u tat-tikkettar

Wara t-tkessiħ (qabel il-ħażna) iz-zalzett jiġi ċċekkjat u ġġudikat skont l-aspett esterjuri tiegħu (il-lewn, l-aspett esterjuri tal-imsaren, is-seffud).

Konservazzjoni – ħażna taz-zalzett

Iz-zalzett jiġi kkonservat f’temperatura massima ta’ 8 °C.

Jista’ jitqiegħed fis-suq kemm ippakkjat kif ukoll le.

Jekk iz-zalzett (kull biċċa) jitqiegħed fis-suq mingħajr ma jkun ippakkjat, kull par zalzett għandu jkollu tikketta.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Kull “Kranjska klobasa” għandu jkollu tikketta b’mod uniformi:

kull biċċa (par) għandu jkollha strixxa uniformi li teħel waħedha;

kull prodott ippakkjat irid ikollu tikketta.

Il-marka standard “Kranjska klobasa” tinkludi:

il-logo “Kranjska klobasa”,

il-logo tal-produttur,

il-marka korrispondenti ta’ kwalità nazzjonali u tal-UE.

Kull produttur, wara li jkun kiseb iċ-ċertifikat ta’ produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” irid, obbligatorjament, iwaħħal il-logo tal-“Kranjska klobasa” fuq il-prodott, indipendentement mill-fatt jekk ikunx membru jew le tal-assoċjazzjoni kummerċjali tal-produtturi (GIZ) tal-“Kranjska klobasa”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Il-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” ssir fit-territorju Sloven, li huwa mdawwar bl-Alpi u bil-bajjiet tal-baħar Adrijatiku u fil-Punent imiss mal-Italja, fit-Tramuntana mal-Awstrija, fin-Nofsinhar mal-Kroazja u fil-Lvant mal-Ungerija u jgħaddi mill-Pjanura Pannonika.

Qabel, taħt l-imperu Ġermaniż u, iżjed tard, taħt il-monarkija Awstro-Ungeriża, ir-reġjun imsejjaħ “Kranjska” (Karnjola) kien l-uniku reġjun kompletament Sloven. Barra minn hekk, it-terminu “Kranjec” (abitant f'Karnjola) kien xi drabi jintuża bħala sinonimu ta’ “Sloven” u għadu jintuża fil-lingwa tal-lum biex jirreferi għal parti mill-abitanti tas-Slovenja. Fis-Slovenja, l-aġġettiv “kranjski” (ta' Karnjola) għadu jintuża anki llum f'numru kbir ta’ espressjonijiet u denominazzjonijiet oħrajn.

Il-kelma “Kranjska” ġejja mill-kelma Slovena “krajina”, li kienet tfisser reġjun (l-ewwel xhieda bil-miktub tmur lura għas-sena 973 u kienet tintuża fit-taħdit popolari bħala “Creina”, jew aħjar “Karnjola”). Fis-seklu XIII inħolqot il-forma Slovena “Kranjska” (bil-Ġermaniz “Krain” u “Krainburg”). Fl-1002 ir-reġjun ta’ Karnjola sar kontea awtonoma fost kontej ġirien oħrajn. B’mod amministrattiv, din kienet marbuta mal-imperu sakru. Fis-seklu XIV il-parti l-kbira tat-territorju attwali tas-Slovenja waqgħet taħt id-dominju ta’ Habsburg. It-territorju Sloven ġie maqsum f’aktar reġjuni: Kranjska (Karnjola), Trst (Trieste), Istria, Goriška (Gorizja), Koroška (Carinthia) u Štajerska (Styria ta’ taħt). Bil-waqgħa tal-imperu Awstro-Ungeriż fl-1918, il-Kranjska, jew Karnjola, tilfet l-istatus speċjali tagħha. Is-Slovenja hija Stat relattivament ġdid li l-indipendenza tiegħu tmur lura biss għall-1991, wara s-seċessjoni tar-Repubblika federattiva soċjalista tal-Jugoslavja. Ir-Repubblika attwali tas-Slovenja hija “l-eredi territorjali” tar-reġjun antik ta’ Kranjska (Karnjola) li issa sar parti integrali minnu.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Id-definizzjoni taż-żona ġeografika hija marbuta mill-qrib mal-istorja tal-“Kranjska klobasa”.

Il-kundizzjonijiet naturali għall-produzzjoni tal-ikel, anki bħall-klima, kellhom influwenza determinanti fuq l-iżvilupp tal-ispeċifiċità kulinari f’kuntest fejn l-agrikoltura ta' sussistenza hija l-mudell dominanti. F’art imħattba ħafna, b’għoljiet, widien, taħfir naturali u pjanuri, l-abitanti rnexxielhom jippreservaw uċuh ikkultivati għall-produzzjoni tal-għalf iddestinati għall-ikel tal-majjali, u dan it-tkabbir ta bidu għall-ħolqien tal-fabbriki tal-laħam. L-ewwel xhieda b’rabta mal-ħolqien tal-fabbriki tal-laħam u mal-produzzjoni taz-zalzett tmur lura f’epoka antika ħafna, kif juru l-opri tal-arti tal-Medjuevu u r-rappreżentazzjonijiet li jidhru f’dokumenti arkivjati (b’mod partikolari messaġġ tas-seklu XVII miktub bil-lingwa Slovena mill-gwardjan tal-kastell ta' Vrbovec lil sidu). Madankollu, din ix-xhieda kollha tirreferi għal-laħam u għaz-zalzett. Fost il-laħam tipiku kien hemm b’mod partikolari tip ta’ zalzett tal-laħam seminiexef li, minħabba l-kompetenzi u l-għarfien proprju tal-abitanti tar-reġjun fejn inħoloq u minħabba l-ispeċifiċità li tingħaraf mill-bqija (it-togħma), kiseb il-fama tiegħu fil-bidu tas-seklu XIX, fl-epoka tal-imperu Awstro-Ungeriż, bl-isem ta’ “Kranjska klobasa”.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-element essenzjali li permezz tiegħu l-“Kranjska klobasa”, prodott tipiku tat-territorju Sloven, jiddistingwi ruħu miz-zalzett l-ieħor tal-istess tip, jinsab fil-fatt li jiġi prodott skont ir-riċetta tradizzjonali Slovena ta’ Felicita Kalinšek (awtriċi tal-ktieb tar-riċetti “Slovenska kuharica” tal-1912). L-unika bidla li saret kienet l-adattament taz-zalzett għall-ħtiġijiet tekniċi moderni fir-rigward ta' sikurezza tal-prodotti tal-ikel (użu ta' melħ tan-nitrat u pasturizzazzjoni). Il-“Kranjska klobasa” huwa bl-istess mod ikkaratterizzat minn laħmu, magħmul b’mod esklussiv minn biċċiet tal-laħam tal-majjal u ta' xaħam tal-ogħla kwalità immellħin u mqattgħin b'mod ħarx, imħawrin bit-tewm u l-bżar u affumikati f'temperatura baxxa. Jintuża biss melħ tal-baħar. Il-laħam taz-zalzett jiġi mimli fl-imsaren tal-majjal li t-truf tagħhom jingħalqu bi sfiefed li jgħaddu minn ġol-imsaren biex b’hekk it-truf tagħhom jingħaqdu u jinħolqu pari ta’ zalzett. Il-“Kranjska klobasa” huwa kkaratterizzat minn seffud ta’ ħxuna bejn 2.5 u 3 mm, tul ta’ bejn 3 u 6 cm, miksur jew maqtugħ.

Il-“Kranjska klobasa” ma jeħtieġ l-ebda għajnuna ta’ xi mezz tekniku (pereżempju konċentrat tal-laħam) jew sustanzi miżjuda oħrajn (bħall-polifosfati) li jintużaw f'tipi oħrajn ta’ zalzett tal-laħam. L-ikkapuljat jiġi mimli b’mod esklussiv f’rita ta’ msaren tal-majjal li t-truf tagħha jingħalqu b’seffud biex b’hekk tirriżulta f’par zalzett. It-trattament termali f’ambjent umdu u l-affumikazzjoni fis-sħana (iz-zalzett huwa prodott ippasturizzat) jagħtu ’l-wiċċ iz-zalzett il-lewn karatteristiku aħmar kannelli b'intensità medja. Fl-aħħar, il-“Kranjska klobasa” jingħażel minn zalzett ieħor minħabba l-mod kif jiġi kkunsmat u l-ħarsien tal-pariri ta' kif għandu jittiekel, li jippermettu li tinkiseb togħma mill-aqwa. Il-“Kranjska klobasa” ma jisserviex imsajjar iżda msaħħan biss f’ilma sħun ħafna b’mod li jkollu konsistenza partikolari ħafna, kemxejn ħarxa iżda tqarmeċ u b’togħma tajba, u biċċiet maqtugħin ta’ lewn aħmar fir-roża kif ukoll aroma tipika ta’ laħam immellaħ tal-majjal, imħawwar bit-tewm u l-bżar u affumikat.

Fl-affumikazzjoni jista' jintuża biss il-fagu.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):

Il-fama tal-“Kranjska klobasa” tmur lura għall-epoka tal-monarkija Awstro-Ungeriża li kienet tgħaqqad diversi popli. Il-“Kranjska klobasa” huwa bla dubju wieħed mill-ispeċjalitajiet tal-laħam l-aktar oriġinali u l-aktar tipiċi tas-Slovenja, kif wieħed jista’ jara wkoll billi jagħmel riċerka fuq l-internet li fil-biċċa l-kbira tad-drabi tindika li l-“Kranjska klobasa” huwa prodott awtentiku Sloven. Il-“Kranjska klobasa” huwa wkoll preżenti fil-letteratura speċjalizzata l-aktar reċenti (ara “Meat products handbook”, Gerhard Feiner, CRC Press, 2006, http://en.wikipedia.org/wiki/Kransky), li fih huwa ppreżentat bħala zalzett tipiku mhux iffermentat li ġej mis-Slovenja.

Il-karatteristiċi tal-“Kranjska klobasa” huma r-riżultat tal-kompetenzi u tal-għarfien tal-abitanti tat-territorju attwali tas-Slovenja, li fl-epoka Awstro-Ungeriża kien jifforma r-reġjun tal-“Kranjska” (Karnjola). Il-kwalità tal-“Kranjska klobasa” kienet tinsab ukoll fl-użu ta’ qatgħat ta’ laħam prim u fl-użu sistematiku ta’ melħ tal-baħar, li fil-Kransjka l-antika kien kompetitur permanenti, saħansitra strateġiku, tal-melħ tal-ġebla (J, Bogataj, “The Food and Cooking of Slovenia”, Annes Publishing, Londra, 2008).

L-aktar xhieda antiki marbutin mal-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” (b’din id-denominazzjoni) jinsabu f'żewġ kotba tar-riċetti: “Süddeutsche Küche” ta’ Katharina Prato (1896) u s-sitt edizzjoni ta' “Slovenska kuharica” ta' Felicita Kalinšek (1912). Anki jekk fil-ktieb ta’ Katharina Prato fil-verità ma hemmx riċetti għall-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa”, hemm referenza bil-miktub għal din il-varjetà ta' zalzett li aktarx hija waħda mill-aktar referenzi antiki (1896). Min-naħa l-oħra, Felicita Kalinšek, fil-ktieb tagħha “Slovenska kuharica” (1912), diġà kienet qed tagħti spjegazzjoni ta’ kif għandu jsir il-“Kranjska klobasa”.

Fis-Slovenja teżisti bosta xhieda fir-rigward tal-“Kranjska klobasa” jew iz-zalzett tal-Karnjola, li b'mod partikolari ġejja mit-tradizzjoni orali u li tirreferi għall-postijiet ta' produzzjoni u għar-reputazzjoni tiegħu fost il-varjetajiet reġjonali l-oħrajn kollha taz-zalzett. Huma ħafna wkoll il-leġġendi popolari dwar minn fejn ġej eżattament il-“Kranjska klobasa” u għall-post fejn ġie prodott l-ewwel darba, u ħafna drabi jissemma l-villaġġ ta’ Trzin, li jinsab bejn Lubljana u Kamnik. Jidher li, sa mis-seklu XIX, numru kbir ta’ biċċiera f’dan il-villaġġ kienu jfornu s-swieq taz-zalzett tal-Karnjola u kienu jinsabu anki fi Vjenna. Skont xi tradizzjonijiet orali, dan iz-zalzett ħa ismu mill-belt ta’ Kranj, filwaqt li oħrajn jisħqu li kien jiġi prodott fl-ibliet il-kbar kollha u fl-imsieraħ kollha tar-reġjun ta' Karnjola f'dik l-epoka. Barra minn hekk jingħad li l-imperatur Francesco Giuseppe, huwa u sejjer lejn Trieste fil-karozzin minn Vjenna, waqaf fil-villaġġ ta’ Naklo pri Kranju fit-tverna famuża Marinšek li tinsab fit-triq nazzjonali. Billi xtaq jiekol xi ħaġa, staqsa lil-lukandiera x'kellha x'toffrilu. “Ma għandna xejn ħlief sempliċi zalzett li għamilnih aħna” wieġbet il-lukandiera. L-imperatur ordna z-zalzett u x’ħin daqu qal b’entużjażmu: “Dan mhuwiex sempliċi zalzett. Dan huwa z-zalzett ta' Karnjola!”.

Il-karatteristika kulinarja tar-reġjuni kollha tas-Slovenja hija li l-“Kranjska klobasa” jiġi prodott u mibjugħ kullimkien u din hija prova li dan il-prodott jappartjeni lit-territorju Sloven kollu. Il-fama tal-“Kranjska klobasa” hija bl-istess mod riflessa fil-platt tipiku Sloven, jiġifieri kabboċċi mqattgħin u mmarinati biz-zalzett ta’ Karnjola.

Il-fama tal-“Kranjska klobasa” qabżet il-fruntiera, kif jidher mit-traduzzjonijiet ta’ ismu fid-diversi lingwi tal-imperu antik Awstro-Ungeriż (J. de Moor& N. de Rooj/ed., “European Cookery, Tradition & Innovation”, Utrecht 2004).

Mill-2003 fis-Slovenja beda jsir festival tal-“Kranjska klobasa” bħal kompetizzjoni tal-aqwa “Kranjska klobasa”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/Varna_hrana/zascita/KranjskaKlobasa_spec.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/28


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 48/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Image(PINGGU DA TAO)

Nru KE: CN-PDO-0005-0628-16.07.2007

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

Image” (Pinggu Da Tao)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Iċ-Ċina

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6.:

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Din il-ħawħa hija magħrufa bħala frotta mmerrqa li tittiekel li tagħmel parti mill-ispeċi ta’ Prunus, is-subfamilja Prunoideae tal-familja Rosaceae. Din tikber fl-għoljiet baxxi u fil-kampanja madwar il-Muntanji Yanshan fid-distrett ta’ Pinggu f’Beijing, li jgawdu ħafna mid-dawl tax-xemx u s-sħana, u li jinfirxu mal-ħamrija mrammla u għanja li fiha t-tafal. Il-kundizzjonijiet naturali uniċi jagħtu spinta lill-kwalitajiet speċjali tal-“Pinggu Da Tao”, ikkaratterizzati mid-“daqs kbir tal-frotta, il-kulur qawwi, ħafna sugu, it-togħma rikka, zokkor moderat u mill-bilanċ tajjeb ta’ aċidu u ħlewwa” tiegħu. “Pinggu Da Tao” għandu għaxar varjetajiet ta’ kultivazzjoni, kif turi t-tabella li ġejja. Il-Qingfeng huwa l-unika varjetà ta’ daqs medju f’din it-tabella; Qingfeng waħda tiżen ≥ 150 g; frotta waħda tad-disa’ varjetajiet l-oħra tiżen ≥ 275 g.

L-indiċi psikokimiċi tal-10 varjetajiet differenti tal-“Pinggu Da Tao” huma stipulati hawn taħt:

Varjetà

Indiċi

Solidi li jinħallu (20 °C), (%)

Aċidu totali (imkejjel permezz ta’ aċidu maliku), (%)

Dajiubao

≥ 12,00

≤ 0,20

Qingfeng (Peking Nru 26)

≥ 11,50

≤ 0,42

Jingyan (Peking Nru 24)

≥ 12,00

≤ 0,20

Yanhong (Green-making Nru 9)

≥ 12,50

≤ 0,18

August Crispy (Peking Nru 33)

≥ 11,00

≤ 0,20

Yanfeng Nru 1

≥ 12,00

≤ 0,20

Luwangxian

≥ 11,50

≤ 0,28

Huayu

≥ 12,00

≤ 0,20

Big Red Peach

≥ 12,00

≤ 0,20

Century 21st

≥ 12,00

≤ 0,18

3.3.   Materja prima:

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-passi li ġejjin għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata: l-għażla u l-ippjanar tal-ġnien tas-siġar tal-frott, it-tħawwil, il-ħamrija, il-ġestjoni tal-fertilizzant u l-irrigazzjoni, l-iffurmar u ż-żbir, il-ġestjoni tal-fjuri u l-frott, il-ħsad, it-trattament ta’ wara l-ħsad u l-ħżin.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

L-ippakkjar: il-proċess tal-ippakkjar jitwettaq biss minn kumpaniji li huma awtorizzati jużaw it-tikketti tal-IĠ tal-“Pinggu Da Tao”, taħt is-sorveljanza ta’ entitajiet kompetenti għall-ispezzjoni tal-kwalità.

1.   Materjal għall-ippakkjar: l-ippakkjar estern jikkonsisti f’kaxxi tal-kartun immewġin li għandhom ikunu sodi u b’saħħithom biżżejjed għal użu strutturali. Il-kaxxi għandhom iżommu l-kontenut niexef, ħieles mill-moffa, mid-dud, mit-tniġġis u mill-irwejjaħ.

2.   Rekwiżiti għall-ippakkjar: il-frott fil-kaxxa tal-ippakkjar għandu jinħażen bil-galbu. Is-saffi differenti għandhom jiġu separati b’biċċiet tal-kartun fil-kaxxa.

Trasportazzjoni bil-baħar

Matul it-trasportazzjoni, il-ħawħ għandu jasal f’lottijiet u jitqiegħed bil-galbu biex jiġi protett mill-pressjoni; il-kontenituri għandhom jinżammu nodfa bi fluss ta’ arja tajba, u ma għandhomx ikunu esposti għad-dawl tax-xemx jew għax-xita. Għandhom jittieħdu miżuri biex il-frott jiġi protett mill-ġlata jew minn temperaturi għoljin.

Il-ħawħ għandu jinħatt b'attenzjoni kbira; huwa rakkomandat li t-trasportazzjoni ssir b’temperatura kkontrollata (cold-chain). Il-vettura tat-trasport għandha tinżamm nadifa u ħielsa minn materjali u oġġetti tossiċi jew perikolużi.

Ħżin

1.

Qabel ma l-frott jinħażen, dan għandu jiġi ttrattat billi tintuża proċedura ta’ qabel it-tkessiħ, fejn it-temperatura tiġi stabbilita għal 4 °C.

2.

It-temperatura għall-ħżin tkun ta’ bejn iż- 0 °C u t-3 °C.

3.

L-umdità relattiva tal-ambjent tal-ħżin tiġi stabbilita bejn il-85 % u d-90 %.

4.

Jekk il-lok tal-ħżin jippermetti Atmosfera Kontrollata (CA), il-kundizzjonijiet atmosferiċi għandhom jinżammu bejn il-1 % O2 u l-5 % CO2.

5.

Il-kamra fejn jinħażen il-frott ma għandux ikollha riħa. Il-frott għandu jinżamm ’il bogħod minn materjali u oġġetti tossiċi jew perikolużi. L-ebda preservattiv jew materjal tossiku ma huwa permess.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-marki tal-ippakkjar għall-istess kunsinna bil-baħar għandu jkollhom format u kontenut uniformi.

Minbarra l-marka kummerċjali rreġistrata tal-kumpanija, l-isem tal-prodott bl-indikazzjoni ġeografika protetta fiċ-Ċina – “Pinggu Da Tao” – għandu jkun stampat fuq l-ippakkjar tal-frott u f’post li jkun jidher sewwa fuq il-wiċċ ta’ barra tal-kaxxa tal-ippakkjar, flimkien mal-marka speċjali tal-IĠ u l-kodiċi tat-traċċabbiltà tal-kwalità. Barra minn hekk, fuq l-ippakkjar tal-frott għandha tkun stampata wkoll informazzjoni bħall-varjetà, il-grad (l-speċifikazzjoni) u l-piż nett, il-pajjiż tal-oriġini u l-produttur tal-prodott. Il-kliem għandu jkun jinqara u ma jkunx jista’ jitneħħa faċilment. Il-marki tal-ippakkjar estern għandhom jikkonformaw mal-prodott proprju li jkun hemm ġol-kaxxa.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-“Pinggu Da Tao” tikkonsisti f’16-il belt u raħal li attwalment huma taħt l-amministrazzjoni tad-Distrett ta’ Pinggu, f’Beijing: dawn huma Pinggu, Jinhaihu, Yukou, Machangying, Mafang, Donggaocun, Xiagezhuang, Shandongzhuang, Wangxinzhuang, Nandulehe, Zhengluoying, Dahuashan, Liujiadian, Daxingzhuang, Huangsongyu u l-Muniċipalità ta’ Xiong’erzhai.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Id-distrett ta’ Pinggu jinsab f’latitudni ta' 40° 02′-40° 22′ fit-Tamuntana u f’lonġitudni ta' 116° 55′-117° 24′ fil-Lvant. Dan huwa baċir żgħir li fih għoljiet baxxi li jduru fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-Muntanji Yanshan. Huwa mdawwar bil-muntanji fil-Lvant, in-Nofsinhar u naħat tat-Tramuntana, li jħallu wied ċatt fiċ-ċentru. Il-muntanji mħaddra huma mifruxa madwar il-muniċipalità. Ix-xmajjar Ju u Ru jgħaddu tul ir-reġjun.

It-tip tal-ħamrija huwa primarjament ħamrija mrammla u għanja li fiha t-tafal, ratba u b’ventilazzjoni tajba u rikka fil-potassju. Iż-żona għandha sistema indipendenti ta’ ilma li tista’ tipprovdi ilma ta’ kwalità mill-aqwa. Il-klima lokali hija dovuta għall-klima tal-monsun kontinentali b'temperatura sħuna, ikkaratterizzata b'differenzi kbar fit-temperatura ta' kuljum u s-sigħat twal ta’ xemx. Id-differenza fit-temperatura kull xahar hija kbira fir-rebbiegħa, meta tilħaq madwar 6,8 °C sa 8,7 °C, u fil-ħarifa tkun madwar 6,9 °C sa 8,9 °C. Il-medja tal-perjodu annwali mingħajr ġlata hija ta’ 191 jum. Ir-reġjun igawdi minn dawl tax-xemx abbundanti b'medja ta' 2 555,3 siegħa ta’ dawl tax-xemx kull sena, u l-medja tar-rata ta' esponiment tad-dawl tax-xemx kuljum hija ta’ 58 %.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

1.   Id-daqs kbir tal-frotta: id-daqs kbir tal-frotta huwa wieħed mill-aktar karatteristiċi importanti tal-“Pinggu Da Tao”. Il-piż medju ta’ frotta waħda “Pinggu Da Tao” huwa 20 % aktar mill-piż ta’ varjetà korrispondenti, minħabba l-varjetajiet uniċi tas-siġra tal-frott, il-klima u l-ambjent naturali. Frotta waħda tal-varjetà ta’ daqs medju tiżen ≥ 150 g u frotta waħda tal-varjetà ta’ daqs kbir tiżen ≥ 275 g.

2.   Kulur qawwi: Il-kulur huwa wieħed mill-fatturi l-iżjed importanti tal-apparenza u l-valur kummerċjali tal-ħawħ. Il-qoxra tal-frotta “Pinggu Da Tao” hija nadifa, b’kulur qawwi, u grad għoli ta’ tbajja’.

3.   Palat u togħma rikki: Il-“Pinggu Da Tao” għandu riħa rikka, togħma bilanċjata ta’ ħlewwa u qrusa, laħam delikat u ħafna sugu. Il-bilanċ raġonevoli tal-kontenut u l-proporzjon bejn is-solidi li jinħallu u l-aċidu totali jagħtu lill-“Pinggu Da Tao” il-kwalità tas-sensi tiegħu.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott:

Il-kundizzjonijiet naturali uniċi tal-Pinggu, speċjalment il-ħamrija, is-sistema tal-ilma, id-differenza fit-temperatura ta' kuljum, id-dawl tax-xemx, u l-livell għoli ta’ ġestjoni ta’ standardizzazzjoni, jikkontribwixxu għall-karatteristiċi u l-kwalità tal-ħawħa tal-Pinggu. Il-kundizzjonijiet naturali distinti huma spjegati bil-karatteristiċi li ġejjin:

1.   Il-kundizzjonijiet naturali

1.   Il-Fattur klimatiku

Iż-żona kkultivata ta’ “Pinggu Da Tao” tinsab fiż-żona sħuna tan-Nofsinhar ta’ niżla minn dejl ta' muntanja għal medda art ċatta. Iż-żona kkultivata għandha biżżejjed dawl tax-xemx u teżisti differenza kbira bejn it-temperatura ta’ matul il-jum u dik ta’ bil-lejl, li tagħmel tajjeb għal kulur effettiv u l-akkumalazzjoni tal-karboidrati. Ir-reġjun igawdi minn medja ta’ radjazzjoni annwali ta’ 5,103 ġul għal kull metru kwadru, b’medja ta’ temperatura ta’ 58 %.

2.   Il-fattur tal-ħamrija

Iż-żona kkultivata ta’ “Pinggu Da Tao” hija ffurmata mix-xtut alluvjali tax-xmajjar Ju u Ru. L-art hija magħmula minn ħamrija mrammla u lom ħafif. Il-permeabbiltà tajba tal-ħamrija tissodisfa l-konsum għoli tal-ossiġenu tas-sistemi tal-għeruq tas-siġar tal-ħawħ u żżommhom fi stat attiv. Dan jiżgura l-ħlewwa u t-togħma tal-“Pinggu Da Tao”.

3.   Il-fattur tal-ilma

Pinggu jinsab f’baċin idroġeoloġiku muntanjuż, li fih sistema indipendenti ta’ ilma taħt l-art b’ilma ta’ kwalità eċellenti u fi kwantitajiet kbar. Ma jista’ jgħaddi ħadd minn fuq ix-xmara u b’hekk l-ilma huwa ħieles minn kull tniġġis. Is-siġar jissaqqew l-aktar b’ilma li jgħaddi minn taħt l-art ta’ kwalità tajba li jilħaq il-livell tal-ilma tax-xorb tal-ewwel grad, u anke jqarreb lejn l-ilma minerali naturali. Permezz ta’ irrigazzjoni razzjonali, ir-rekwiżiti tal-ilma jiġu ssodisfati sewwa matul il-perjodu ta’ ġerminazzjoni, il-perjodu li fih joħorġu l-fjuri u dak tal-iżvilupp tal-frott, b'hekk jiġi żgurat li l-frotta jkollha daqs, kulur u produzzjoni tajbin.

2.   Oriġini storika

Teżisti storja twila tal-kultivazzjoni tal-ħawħ f’Pinggu. Instabu reġistri li jmorru lura saħansitra sal-Dinastija ta’ Ming. Liu Ai, il-Maġistrat muniċipali ta’ Pinggu matul il-perjodu ta’ Longquin tad-Dinastija ta’ Ming, kiteb poeżija bit-titlu ‘It-Tmien Xenarji Antiki ta’ Pinggu’, li fiha l-fjura tal-frotta tal-ħawħ ta’ Pinggu tingħata tifħir kbir kif ġej: “Nofs triq lejn il-quċċata tal-għolja, matul is-sena kollha, il-borra qatt ma tinħall. Il-ħawħa tiftaħ il-fjuri f’Marzu, madanakollu, il-blanzuni delikati tagħha jkunu għad iridu jiffurmaw. Meta s-sema tkun ċara, ħares bil-kalma kollha lejn l-orizzont, il-qamar jiddi bħal ġada, qed jittajjar taħt is-sħab.” L-Imperatur Qianlong tad-Dinastija ta’ Qin ukoll kiteb poeżija li tiddeskrivi l-blanżuni tal-ħawħa f’Pinggu: “… meta ż-żafżafa xxejjer bħal xena ta’ duħħan ħafif, u l-ħawħa tixxarrab fix-xita …”.

3.   Id-Dimensjoni umana

Teżisti storja twila tal-kultivazzjoni tal-ħawħ f’Pinggu. Instabu reġistri f’xogħlijiet li jmorru lura sad-Dinastija ta’ Ming. Wara prassi ta’ produzzjoni fuq medda twila ta’ snin, ġiet implimentata sensiela sħiħa ta’ tekniki għall-ġestjoni tat-tħawwil tal-“Pinggu Da Tao”, bħall-adozzjoni ta’ formazzjoni bil-forma Y u bil-forma ta’ ċentru naturali miftuħ (tajba għall-ventilazzjoni u biex jippenetra d-dawl). Fir-rigward tal-ġestjoni tal-frott, jiġu adottati tekniki ta’ fjuri artifiċjali u biex jitraqqaq il-frott, kif ukoll tekniki biex jintrafa’ l-frott biex jiġi żgurat li d-daqs, il-produzzjoni u l-kulur tal-frott ikunu stabbli.

Referenza Għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/32


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 48/12

Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“KRAŠKA PANCETA”

Nru KE: SI-PGI-0005-0833-13.10.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Kraška panceta”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.).

3.2.   Deskrizzjoni ta' prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

“Kraška panceta” huwa prodott tradizzjonali tal-laħam imnixxef li bħala karatteristika għandu forma rettangolari. Il-piż minimu tal-prodott finali huwa 2,2 kg.

“Kraška panceta” huwa prodott minn bejken bla xaħam. Huwa mħejji għat-tnixxif bil-ġilda u mingħajr il-kustilji. Il-proċedura ta' tmelliħ fin-niexef bl-użu ta' melħ tal-baħar biss u t-tnixxif u l-maturazzjoni mingħajr trattament bit-tisħin jikkontribwixxu lejn il-karatteristiċi organolettiċi tal-qtajja' rqaq. Il-parti bla xaħam tal-panceta hija niexfa u soda u tibqa' elastika, kif xieraq, taħt pressjoni. Il-partijiet fejn kienu jinsabu l-kustilji huma pjuttost viżibbli. Il-ġilda hija iebsa u lixxa u titneħħa qabel il-konsum. Hekk kif jimmaturaw, il-partijiet bla xaħam tal-panceta jikbsu kulur tipiku roża. Ix-xaħam huwa kremuż u ta' kulur abjad. Qatgħa hija magħmula l-aktar minn laħam mingħajr xaħam bi strata rqiqa ta’ xaħam li tgħaddi minnha. Il-karatteristiċi organolettiċi jinkludu, partikolarment, id-dehra esterna ta' qatgħa maqtugħa b'mod fin, li għandha tkun tarija bħala tessut. Il-laħam bla xaħam u x-xaħam għandhom ikunu konnessi b'mod sod. Il-qatgħa għandu jkollha aroma sħiħa, armonika u togħma ħelwa, mhux mielħa.

Il-kontenut ta' melħ mhuwiex iktar minn 6 %, il-grad ta' tnixxif miksub għandu jkun mill-inqas 33 %, il-valur aw mhux aktar minn 0,92, il-kontenut ta' proteini għandu jkun mill-inqas 23 % u l-kontenut ta' xaħam għandu jkun mill-inqas 36 %.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Għall-produzzjoni tal-“Kraška panceta” jintgħażel bejken li ġej minn razez imlaħħmin tal-majjal. Il-qatgħa tal-bejken tinkludi parti mis-sezzjoni tas-sider b'disa' sa għaxar partijiet apparenti fejn kienu jinsabu l-kustilji. Il-parti mlaħħma tal-ġenb hija inkluża wkoll fil-bejken. Element ewlieni tal-“Kraška panceta” huwa l-qatgħa standard rettangolari tal-bejken twila bejn 45 u 50 ċm u wiesgħa bejn 18 u 20 ċm. Il-piż minimu ta' qatgħa ta' bejken frisk huwa 4 kg. Għat-tnixxif, il-bejken huwa mħejji bil-ġilda u mingħajr il-kustilji, bil-ġnub maqtugħin ċatti, u l-laħam bla xaħam u l-ġilda għandhom ikunu intatti. Jitneħħa x-xaħam artab li jinsab fl-intern.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

It-temperatura tal-bejken frisk għandha tkun bejn + 1 °C u + 4 °C, kif imkejla qabel il-proċess tat-tmelliħ.

Verifika tal-kontenut tal-laħam bla xaħam tal-bejken, il-kwalità tat-tħejjija u d-dimensjonijiet tal-qatgħa (18-20 ċm × 45-50 cm);

Esklużjoni tal-bejken mhux imħejji sew: il-ġilda għandha tkun lixxa u mingħajr lanżit, qsim, tbenġil jew ematomi;

Identifikazzjoni tan-numru tas-serje u d-data tat-tmelliħ (ġurnata, xahar u sena);

Tmelliħ manwali permezz tal-inseriment ta' melħ tal-baħar fil-partijiet fejn kienu jinsabu l-kustilji. Il-kwantità tal-melħ hija adattata skont il-piż tal-bejken individwali. Jiġu miżjuda l-bżar u tewm frisk, jista' jiġi miżjud ukoll iz-zokkor;

Il-ħżin tal-biċċiet tal-bejken immellħin fuq xkafef jew palits;

Tmelliħ f' temperatura ta' bejn 1 u 6 °C għal bejn 5 u sebgħat-ijiem;

Fażi kiesħa: temperatura ta' bejn 1 u 6 °C għal bejn ġimgħa u 3 ġimgħat;

Tmelliħ f' temperatura ta' bejn 14 u 22 °C għal bejn jumejn u sebgħat-ijiem; huwa permess affumikar moderat bil-kesħa;

Tnixxif/maturazzjoni f'temperatura ta' bejn 10 u 18 °C, bi żmien totali ta' produzzjoni ta' 10 ġimgħat, valur aw ta' inqas minn 0,92 %, kontenut tal-melħ ta' inqas minn 6 %, tnixxif ta' mill-inqas 33 %, u piż tal-prodott finali ta' aktar minn 2,2 kg.

Ittestjar organolettiku ta' għażla aleatorja ta' “Kraška panceta”;

Identifikazzjoni permezz ta' mmarkar tal-ġilda tal-prodotti xierqa;

Prodotti mmaturati jinżammu f'postijiet mudlama f'temperatura ta' bejn 8 u 10 °C.

3.6.   Regoli speċifiċi li jikkonċernaw it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

“Kraška panceta” b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) huwa mibjugħ fil-forma ta' biċċiet sħaħ jew nofs biċċiet, immarkat fuq il-ġilda fuq il-parti ta' wara bil-logo “Kraška panceta” Sabiex titjieb id-disponibbiltà għall-akkwirenti (bejgħ ta' delicatessen), il-panceta tista' tiġi maqtugħa f'biċċiet żgħar ta' daqs uniformi. Sabiex jitħarsu l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi, il-kulur aħmar tipiku tal-laħam bla xaħam u l-kulur abjad kremuż tax-xaħam tal-bejken, hija ta' importanza kruċjali li jkun hemm superviżjoni teknoloġika dettaljata tal-proċess ta' tqattigħ u ppakkjar tal-“Kraška panceta”. Il-kuntatt mal-arja, fejn il-laħam ikun soġġett għall-proċessi ta' ossidazzjoni, jista' jnaqqas b'mod sinfikanti l-kwalità tal-bejken. Għal dik ir-raġuni, “Kraška panceta” jista' jiġi maqtugħ u kummerċjalment ippakkjat biss f'faċilitajiet reġistrati għall-produzzjoni tal-“Kraška panceta”. Permezz ta' dawn, il-prodott jista' jiġi ppakkjat immedjatament, tista' tiġi evitata l-ossidazzjoni kkaġunata mill-esponiment għall-arja jew temperaturi mhux adegwati u tista' tkun żgurata s-sikurezza bijoloġika meħtieġa u mixtieqa tal-prodott. Din is-sistema tiżgura superviżjoni kontinwa, traċċabbiltà sħiħa u ħarsien tal-karatteristiċi tipiċi tal-“Kraška panceta” li huma tal-akbar importanza għall-awtentiċità u l-fiduċja tal-konsumatur.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar l-ittikkettar:

Il-produtturi kollha li ġew mogħtija ċertifikati ta' konformità mal-ispeċifikazzjoni ta' produzzjoni huma intitolati li jimmarkaw il-prodotti tagħhom bl-isem u logo “Kraška panceta”. Il-logo jikkonsisti f'immaġni stilizzata ta' bejken bl-iskrizzjoni “Kraška panceta”. In-numru ta' reġistrazzjoni tal-produttur għandu jitqiegħed maġenb il-logo. L-użu tal-logo huwa obbligatorju għall-forom kollha ta' panceta li huma kkummerċjalizzati. Biċċiet sħaħ ta' panceta għandhom ukoll il-marka ta' identifikazzjoni fuq il-ġilda.

“Kraška panceta” għandu jiġi identifikat ukoll bil-kliem “identifikazzjoni ġeografika protetta” u s-simbolu nazzjonali tal-kwalità.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni għall-“Kraška panceta” hija delimitata minn linja li tibda minn Kostanjevica na Krasu sa Opatje selo, minn hemm sal-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Italja u tul il-fruntiera sal-punt tal-qsim tal-fruntiera f'Lipica, minn hemm tul it-triq sal-villaġġ ta' Lokev, imbagħad tul it-triq għal Divača, minn hemm f'linja dritta sal-villaġġ ta' Vrabče u ta' Štjak, Selo, Krtinovica, Kobdilj, u minn hemm f'linja dritta minn Mali Dol għal Skrbina lejn Lipa u Temnica u lura għal Kostanjevica na Krasu. Il-villaġġi kollha msemmija hawn fuq huma parti miż-żona ġeografika.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Karst (Kras) hija waħda mill-ikbar żoni ta' pajsaġġ fis-Slovenja. Iż-żona magħmula minn plateau mmewweġ tal-ġebla tal-ġir b'art tipika tal-Karst (widien, kavitajiet, widien sekondarji, dagħbien u għerien taħt l-art) Il-ħamrija tal-ġir hija karatteristika tal-Karst; fuq dan is-substrat ġiet iffurmata l-famuża ħamrija ħamra tar-reġjun ta' Karst, ta' spiss magħrufa bħala “terra rossa”. Hemm ftit ħamrija fil-wiċċ, li fil-bicca l-kbira hija ġeblija, għalkemm f'xi postijiet jikbru xi ħxejjex, siġar żgħar u foresti rqaq.

Fir-reġjun ta' Karst, il-prossimità tal-baħar hija influwenza predominanti fuq il-klima. Il-klima Mediterranja moderata tiltaqa' ma' arja kiesħa kontinentali. Il-fluttwazzjonijiet fit-temperatura huma komuni fir-reġjun ta' Karst, fejn ikun hemm influss ta' arja kontinentali kiesħa fiż-żona tal-Mediterran fl-għamla tar-riħ bora ta' Karst. Il-prossimità tal-baħar tfisser li, fix-xitwa, ħafna drabi jkun hemm żieda qawwija fit-temperatura wara granet ta' rjieħ bora kesħin ħafna. Kull meta tinżel il-borra, din malajr tinħall. Il-prossimità tal-baħar għandha effett sinifikanti fuq is-sajf meta jippredomina it-temp ċar u sħun. Id-diversità tal-plateau ta' Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar ifissru li dejjem ikun hemm riħ jew żiffa u l-umdità relattiva hija komparattivament baxxa fiż-żona ġeografika.

Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika joffru kundizzjonijiet mikroklimatiċi favorevoli għat-tnixxif tal-laħam li n-nies lokali ilhom jisfruttaw minn dejjem. Huma jibbilanċjaw il-kombinazzjoni ġusta tat-temperatura u l-umdità bl-użu ta' kmamar differenti fid-djar ta’ Karst li għandhom ħitan ħoxnin. Il-bdiewa jitrasferixxu pršut (prieżet), panceta (bejken xaħmi) vratovina (għonq tal-majjal), zalzett u prodotti oħra minn kamra għall-oħra f'tiftixa kostanti għall-aħjar kombinazzjoni ta' umdità u temperatura għall-fażijiet teknoloġiċi individwali tal-proċess ta' maturazzjoni. Għaldaqstant, biż-żmien, il-ħiliet tekniċi u l-għarfien prattiku evolvew bl-esperjenza u saru stabbiliti b'mod permanenti fost in-nies lokali.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-“Kraška panceta” tinsab fil-qatgħa rettangolari li tinkludi parti mis-sezzjoni tas-sider b'disa' sa għaxar partijiet apparenti fejn kienu jinsabu l-kustilji u parti mill-ġenb. Tali qatgħa tipprovdi l-proporzjon ġust bejn laħam bla xaħam u bejken. Il-bejken għandu proporzjon għoli ta' laħam meta mqabbel max-xaħam. Karatteristika speċifika oħra hija li tradizzjonalment intużat biss il-proċedura ta' tmelliħ fin-niexef li tinvoli melħ tal-baħar. Il-proċess ta' tnixxif/maturazzjoni, li ma jinvolvi l-ebda trattament bit-tisħin u li jseħħ f'temparaturi taħt it-18 °C, ifisser li mhemmx deterjorament tal-proteini minħabba s-sħana u li l-fermezza tat-tessut tax-xaħam huwa preservat.

Flimkien mal-monitoraġġ metikoluż tal-proċess ta' tnixxif/maturazzjoni, dawn il-proċeduri jagħtu kwalità tipika, li għaliha l-“Kraška panceta” huwa apprezzat ħafna mill-konsumaturi u li għamlitha prodott ta' suċċess kummerċjali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-indikazzjoni ġeografika “Kraška panceta” hija bbażata fuq it-tradizzjoni tal-produzzjoni u r-reputazzjoni tagħha.

Fir-reġjun ta' Karst, il-klima Mediterranja moderata tiltaqa' ma' arja kiesħa kontinentali. Id-diversità fil-formazzjoni tal-plateau ta' Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar tfisser li dejjem ikun hemm riħ jew żiffa, li jippromwovu livell komparattivament baxx ta' umdità relattiva. Il-kundizzjonijiet favorevoli ta' tnixxif naturali u d-domanda tas-suq xprunaw lin-nies lokali li jissodisfaw din id-domanda meta jipproduċu biċċiet tal-bejken.

Hemm tradizzjoni estremament antika tal-ikkurar tal-bejken, kif kien irreġistrat fl-1689. Biż-żmien, il-ħiliet tekniċi evolvew bl-esperjenza, saru stabbiliti b'mod permanenti fost in-nies lokali u għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra. Grazzi għall-ħidma tagħhom, in-nies tar-reġjun ta' Karst ikkontribwew lejn il-forma rikonoxxibbli standard u l-karatteristiċi organolettiċi tal-“Kraška panceta”.

Għall-kuntrarju ta' reġjuni oħra fis-Slovenja, il-poplu ta' Karst juża esklussivament tmelliħ fin-niexef u kwantità moderata ta' melħ meta jipproduċi “Kraška panceta”. F'żoni oħra tas-Slovenja, tintuża normalment is-salmura jew kombinazzjoni ta' tmelliħ fin-niexef u fl-imxarrab. Il-proċess tat-tmelliħ fin-niexef u l-perjodu relattivament twil ta' maturazzjoni f'temperaturi baxxi għandhom impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-“Kraška panceta”. Grazzi għall-maturità tiegħu u r-riħa u togħma tipiċi tiegħu, il-“Kraška panceta” huwa speċjalità gastronomika li, flimkien mal-prosciutto Karst (Kraški pršut), saret apetajżer standard f'okkażjonijiet ċerimonjali.

Fl-1977 bdiet era ġdida tal-produzzjoni tal-“Kraška panceta” hekk kif il-produtturi bdew iħaddmu unitajiet ta' produzzjoni mgħammra b'teknoloġija speċjali.

Xhieda tar-reputazzjoni tal-“Kraška panceta” tinsab f'xogħlijiet differenti tal-letteratura, kotba żgħar ta' tagħrif, fuljetti, eċċ. Lura fl-1978, il-“Kraška panceta” ġie ippreżentat fil-fuljett ta' wieħed mill-produtturi. Dott.Stanislav Renčelj ippreżenta lil “Kraška panceta” fil-kotba “Suhe mesnine narodne posebnosti” (Prodotti tal-laħam imnixxef – speċjalitajiet nazzjonali) (1991), “Kraška kuhinja” (Il-kċina ta' Karst) (1999), “Suhe mesnine na Slovenskem” (Prodotti Sloveni tal-laħam imnixxef ) (2008) u “Okusi Krasa” (Togħmiet ta' Karst) (2009). “Kraška panceta” ġie ppreżentat bħala speċjalità gastronomika Slovena fil-ktieb “Okusiti Slovenijo” (Duq is-Slovenja) ta' Dott Janez Bogataj (2007). Ġie ippreżentat ukoll f'bosta kotba promozzjonali, bħall-pubblikazzjoni fi tliet lingwi “Do odličnosti za dober okus, Slovenija (1998)” (Il-kisba tal-Eċċellenza għall-Gourmet, Slovenja, Dem Exzellenten Genuß Entgegen, Slowenien), f'“Edamus, Bibamus, Gaudeamus” (Proġett Interreg III, 2006), “Kras in Kraške posebnosti” (Karst u speċjalitajiet ta' Karst) (Programm Phare), “Pomlad Kraških dobrot” (It-tkabbir tal-ispeċjalitajiet tal-ikel ta' Karst) (proġett pilota Karst, 2001), “Dobrote Krasa in Brkinov” (Speċjalitajiet tal-ikel fir-reġjuni ta' Karst u Brkini) (Muniċipalità ta' Sežana, 2010), eċċ

Il-produtturi tal-“Kraška panceta” jieħdu sehem fil-Fiera Internazzjonali Agrikola u tal-Ikel f'Gornja Radgona fejn, matul l-aħħar għaxar snin, il-“Kraška panceta” ġie mogħti għadd ta' rikonoxximenti ta’ livell għoli u premji.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/Varna_hrana/junij2010/Spec_Kraska_panceta.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.