ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.042.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 42

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
15 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 042/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2012/C 042/02

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni fuq Ħtiġijiet ta’ Politika għal dejta fuq Delitti li tħassar id-Deċiżjoni 2006/581/KE

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kunsill

2012/C 042/03

Estensjoni tal-perijodu ta' validità tal-listi ta' riserva

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 042/04

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

13

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Frar 2012

2012/C 42/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3169

JPY

Yen Ġappuniż

102,85

DKK

Krona Daniża

7,4333

GBP

Lira Sterlina

0,83765

SEK

Krona Żvediża

8,7814

CHF

Frank Żvizzeru

1,2075

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5350

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,097

HUF

Forint Ungeriż

291,58

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6988

PLN

Zloty Pollakk

4,1910

RON

Leu Rumen

4,3488

TRY

Lira Turka

2,3307

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2298

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3162

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2107

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5822

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6650

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 481,62

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1800

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2900

HRK

Kuna Kroata

7,5821

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 856,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,0073

PHP

Peso Filippin

56,260

RUB

Rouble Russu

39,5780

THB

Baht Tajlandiż

40,613

BRL

Real Brażiljan

2,2633

MXN

Peso Messikan

16,7766

INR

Rupi Indjan

65,0610


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Frar 2012

li tistabbilixxi l-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni fuq Ħtiġijiet ta’ Politika għal dejta fuq Delitti li tħassar id-Deċiżjoni 2006/581/KE

2012/C 42/02

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni se tagħmel sforz biex tiżgura livell għoli ta’ sigurtà permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra delitti, razziżmu u ksenofobija, u permezz ta’ miżuri għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn.

(2)

F’Awwissu tal-2006, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali intitolat “L-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE komprensiva u koerenti sabiex titkejjel il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali: Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2006-2010” (1).

(3)

Fl-istess ħin grupp ta’ esperti fuq il-ħtiġijiet ta’ politika għal dejta dwar kriminalità u ġustizzja kriminali kien stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/581/KE tas-7 ta' Awwissu 2006 (2), biex jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni. Il-mandat ta’ dan il-grupp ma ġiex imġedded.

(4)

Il-Programm ta’ Stokkolma “Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” adottat mill-Kunsill Ewropew (3) jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa għodda ta’ statistika li tkejjel il-kriminalità u attivitajiet ta’ kriminalità u biex jiġu żviluppati aktar l-azzjonijiet msemmija u implimentati parzjalment fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2006-2010.

(5)

L-iskambju ta’ informazzjoni u l-ġbir ta’ statistika f’oqsma partikolari bħat-Traffikar ta’ Bnedmin, Ħasil ta' Flus, Ċiberkriminalità u Korruzzjoni huma skont l-azzjonijiet proposti inkluzi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa iżjed sikura” (4).

(6)

Sabiex jiġi segwit ix-xogħol siewi li twettaq mill-grupp ta’ esperti fuq ħtiġijiet ta’ politika għal dejta fuq kriminalità u ġustizzja kriminali mill-2006 u billi tiġi kkunsidrata ż-żieda fl-interess għal statistika affidabbli ta' reati fuq livell tal-Unjoni, dak il-grupp jeħtieġ li jinbidel.

(7)

Il-produzzjoni ta’ statistika tal-Komunità hija kontrollata minn sett ta’ regoli mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (5) L-azzjonijiet tal-istabbiliment ta’ statistika tal-Komunità huma mwettqa skont id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 fuq il-Programm Statistiku tal-Komunità 2008 sa 2012 (6) u l-Programmi Annwali u r-rispett tal-prinċipji mniżżla fil-Kodiċi ta’ Prattika Ewropew adottat mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi fl-24 ta’ Frar 2005.

(8)

B’hekk huwa meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-Istatistika ta’ Delitti u li jiġu definiti l-ħidmiet u l-istruttura tiegħu.

(9)

Il-grupp għandu jgħin biex jiġu definiti l-ħtiġijiet tal-politika u jagħti parir fuq id-definizzjoni tal-użu effettiv ta' indikaturi u tad-dejta b'mod ġenerali, fil-qasam tal-kriminalità.

(10)

Il-grupp espert għandu jkun kompost minn membri kompetenti sabiex jidentifikaw il-ħtiġijiet fil-politika u sabiex jagħtu pariri dwar l-użu effettiv ta' indikaturi u ta’ dejta fil-qasam tal-kriminalità.

(11)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-grupp, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom, tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli ta' Proċedura interni tagħha (7).

(12)

Id-dejta personali dwar il-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta (8).

(13)

Il-mandat tal-membri tal-grupp għandu jkun ta’ ħames snin li jkopri l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2011-2015 fuq il-Kejl tal-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali fl-Unjoni Ewropea (9).

(14)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/581/KE għandha tiġi revokata.

(15)

Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. l-Kummissjoni dalwaqt se tqis ir-rakkomandabbiltà ta’ estensjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Il-Grupp ta' esperti tal-Kummissjoni fuq Ħtiġijiet ta' Politika għal Dejta dwar Kriminalità, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala “il-Grupp”, huwa hawnhekk stabbilit.

Artikolu 2

Kompitu

Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:

(a)

li jgħin lill-Kummissjoni fit-twaqqif ta' kooperazzjoni bejn Stati Membri u organizzazzjonijiet u korpi oħrajn irrelatati fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2011-2015 dwar il-kejl tal-Kriminalità u tal-Ġustizzja Kriminali;

(b)

li jgħin lill-Kummissjoni sabiex tidentifika l-ħtiġijiet fil-politika għal indikaturi u dejta dwar il-kriminalità fuq il-livell tal-UE;

(c)

jgħin lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi komuni;

(d)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar ħtiġijiet rilevanti għal riċerka u żvilupp jew riżultati li għandhom ikunu kkunsidrati fil-ħidma tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2011-2015;

(e)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kollaborazzjoni mar-rappreżentanti mill-oqsma privati u akkademiċi jew oqsma rilevanti oħrajn sabiex ikun inkluż l-għarfien rilevanti u l-esperjenza rilevanti fil-ħidma għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2011-2015;

(f)

li jġib skambju ta’ esperjenza u prattika tajba fil-qasam tal-Istatistika dwar il-Kriminalità u b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ indikaturi komuni u l-ġbir ta’ dejta komparabbli.

Artikolu 3

Il-Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp fuq kull kwistjoni relatata mal-kejl tal-kriminalità.

Artikolu 4

Sħubija – Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun magħmul minn massimu ta’ 55 membru. Il-membri se jkunu:

(a)

l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fil-qasam tal-Affarijiet Interni, jew awtorità pubblika oħra rilevanti, tal-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

(b)

il-korpi, in-netwerks u l-aġenziji tal-UE li ġejjin: in-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN), iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), il-Eurojust, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), l-Aġenżija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Kooperazzjoni Operazzjonali mal-Fruntieri Esteri tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (il-FRONTEX) u l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (l-FRA);

(c)

l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Organizzazzjonijiet mhux governattivi li ġejjin bl-esperjenza rilevanti u l-għarfien espert li janalizzaw jew jiżviluppaw dejta dwar il-kriminalità għal għanijiet ta’ politika: il-Kunsill tal-Ewropa, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità (UNODC), il-Grupp tas-Sourcebook Ewropew, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD);

(d)

minimu ta’ 6 individwi maħtura f’kapaċità personali b’għarfien espert li jkun ġej preferibbilment minn riċerka akkademika għal universitajiet pubbliċi jew privati jew ċentri ta’ riċerka fi Stati Membri.

2.   Membri li hemm referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, se jinnominaw espert permanenti u espert li jalterna bħala rappreżentanti tagħhom. Il-persuna li talterna għandha awtomatikament tieħdu post l-esperti li huma assenti.

3.   L-individwi li se jiġu maħtura f’kapaċità personali għandhom jiġu maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ tal-Affarijiet Interni minn fost dawk li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-Anness ta' din id-Deċiżjoni).

4.   Fuq il-bażi tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti li ġew meqjusa li huma kandidati adatti għal sħubija fil-grupp li iżda ma ġewx maħtura għandhom jitqiegħdu fuq lista ta’ riserva, bil-kunsens tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tuża din il-lista għall-ħatra ta’ sostituti għall-membri, jekk ikun meħtieġ.

5.   Il-membri kollha għandhom jinħatru għal ħames snin. Għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu jew sal-aħħar tal-mandat tagħhom. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded.

6.   Il-membri li ma jkunux jistgħu jikkontribwixxu aktar b’mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, jew l-Artikolu 339 tat-Trattat, jistgħu jiġu sostitwiti għall-kumplament tal-mandat tagħhom.

7.   Individwi li jinħatru fil-kapaċità personali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

8.   L-ismijiet ta’ individwi maħtura f’kapaċità personali se jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Gruppi Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Simili oħrajn (“ir-Reġistru” (10)). L-ismijiet ta’ membri msemmija fil-punti (b) jew (c) tal-paragrafu 1 se jiġu ppubblikati fir-Reġistru. L-ismijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 se jiġu ppubblikati fir-Reġistru.

9.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (11).

Artikolu 5

Operat

1.   Il-grupp għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni se tikkoordina l-attivitajiet tal-grupp ta’ esperti ma’ dawk tal-grupp ta’ ħidma tal-Eurostat dwar l-Istatistika dwar il-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali. Il-Kummissjoni se jkollha r-responsabbiltà għall-koerenza tax-xogħol taż-żewġ gruppi u se tagħmel ħilitha biex torganizza fejn possibbli, laqgħat konġunti.

3.   Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-grupp jista' jistabbilixxi sottogruppi sa massimu ta’ 15-il membru biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-grupp. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.

4.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp fuq bażi ad hoc. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jagħti status ta' osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif inhu definit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta' esperti (12) u l-pajjiżi kandidati.

5.   Il-membri tal-grupp kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti mit-Trattati u r-regoli tal-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà relatata mal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE, stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

6.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' esperti u sottogruppi għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u s-sottogruppi tiegħu.

7.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

8.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa mill-grupp billi tinkludiha fir-Reġistru jew permezz ta’ link mir-Reġistru għas-sit elettroniku tad-DĠ tal-Affarijiet Interni.

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ma għandhomx jingħataw ħlas għas-servizzi li jipprovdu.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jkunu ġarrbu dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Revoka

Id-Deċiżjoni 2006/581/KE hija rrevokata.

Artikolu 8

Dħul fis-Seħħ u Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tapplika għal 5 snin.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  COM(2006) 437 finali.

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 29.

(3)  GU C 115, 4.5.2010, p. 21.

(4)  COM(2010) 673 finali.

(5)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(6)  ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15.

(7)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(9)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li attwalment għaddej.

(10)  Il-membri li ma jixtiqux li isimhom jiġi żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. Din it-talba biex ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru mill-grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tagħha, jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu jew tagħha.

(11)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 8.

(12)  C(2010) 7649 finali


ANNESS

Sejħa għall-applikazzjonijiet għall-għażla ta’ esperti maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għall-Grupp ta' Esperti fuq Ħtieġa ta’ Politika għal Dejta dwar il-Kriminalità

Permezz tad-Deċiżjoni C(2012) 721 tal-14 ta’ Frar 2012 (1) il-Kummissjoni waqqfet il-Grupp ta’ Esperti fuq Ħtiġijiet ta’ Politika għal Dejta dwar il-Kriminalità. Il-Kummissjoni se tippresjedi l-grupp u tista’ tikkonsulta lill-grupp fuq kull kwistjoni relatata mal-kejl tal-kriminalità.

Il-kompiti tal-grupp tal-esperti huma:

(a)

li jgħin lill-Kummissjoni fit-twaqqif ta' kooperazzjoni bejn Stati Membri u organizzazzjonijiet u korpi oħrajn relatati fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2011-2015 dwar il-kejl tal-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali fl-Unjoni Ewropea (2);

(b)

li jgħin lill-Kummissjoni sabiex tidentifika l-ħtiġijiet fil-politika għal indikaturi u dejta dwar delitti fuq il-livell tal-UE;

(c)

li jgħin lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi komuni;

(d)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar riċerka rilevanti u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp jew riżultati li għandhom ikunu kkunsidrati fil-ħidma tal-implimentazzjoni tal-pjan tal-UE ta' hawn fuq;

(e)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kollaborazzjoni mar-rappreżentanti mill-oqsma privati u akkademiċi jew oqsma rilevanti oħrajn sabiex ikun inkluż l-għarfien rilevanti u l-esperjenza fil-ħidma għall-implimentazzjoni tal-pjan tal-UE ta’ hawn fuq;

(f)

li jġib skambju ta’ esperjenza u prattika tajba fil-qasam tal-Istatistika tal-Kriminalità u b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ indikaturi komuni u l-ġbir ta’ dejta komparabbli.

Il-Grupp ta’ esperti se jkun kompost minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fil-qasam tal-Affarijiet Interni tal-Istati Membri tal-UE, il-kontei tal-pajjiżi Kandidati u tal-EFTA; il-korpi, in-netwerks u l-Aġenziji rilevanti tal-UE; organizzazzjonijiet internazzjonali u nongovernattivi rilevanti; esperti individwali maħtura f’kapaċità personali li jkunu ġejjin preferibbilment mill-qasam tar-riċerka akkademika.

Għall-aħħar kategorija, il-Kummissjoni qiegħda għaldaqstant tagħmel sejħa għall-applikazzjonijiet bil-għan li jintgħażlu membri tal-grupp ta’ esperti.

Il-grupp ta’ esperti għandu jkun jikkonsisti f’55 membru li minnhom minimu ta’ 6 se jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ hawn fuq.

Esperti prospettivi huma mistennija li attwalment għandhon jew kellhom pożizzjoni f’Università pubblika jew privata jew ċentru ta’ riċerka f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Il-Kummissjoni ser tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-applikazzjonijiet:

(a)

Kompetenza ppruvata, u livell għoli ta’ ħila u esperjenza professjonali (mill-inqas 8 snin), fuq livell Ewropew u/jew internazzjonali, f’oqsma relatati mal-kriminoloġija, ġustizzja kriminali u/jew oqsma relatati. Esperjenza f’oqsma speċifiċi ta’ delitti bħal: delitti finanzjarji, traffikar fil-bnedmin, korruzzjoni, ċiberkriminalità u vittimizzazzjoni se jkunu ta’ vantaġġ.

(b)

Parteċipazzjoni preċedenti fi gruppi jew kumitati tal-UE/Internazzjonali se tkun ta’ vantaġġ.

(c)

Abilità murija ta' ħidma bl-Ingliż.

(d)

Il-bżonn li jkun hemm bilanċ fi ħdan il-grupp ta’ esperti f’termini tar-rappreżentanza tal-applikanti, is-sessi u l-oriġini ġeografika (3).

(e)

Il-bżonn li jkun hemm bilanċ ta' għarfien bejn oqsma differenti ta' kriminalità inklużi kriminalità finanzjarja, traffikar fil-bnedmin, korruzzjoni, ċiberkriminalità u vittimizzazzjoni u fuq l-aspetti differenti bħal definizzjonijiet, indikaturi, statistika, analiżi u interpretazzjoni.

(f)

Il-bżonn li tiffavorixxi l-kontinwità tal-ħidma tal-Grupp ta' Esperti mwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f’Awwissu tal-2006.

(g)

Il-membri tal-grupp għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew, jekk xieraq, ta’ pajjiż kandidat jew pajjiż potenzjalment kandidat jew pajjiż tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

Il-ħiliet imsemmija se jiġu eżaminati fuq il-bażi tal-CV mimlija u l-formola tal-applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi biss billi jimtela l-mudell tal-formula tal-applikazzjoni (Appendiċi) u l-mudell tal-CV (4). L-applikanti huma mitluba li jiddikjaraw b’mod ċar fl-applikazzjoni tagħhom il-qasam li fih għandhom ħila partikolari.

L-applikazzjonijiet iffirmati kif suppost għandhom jintbagħtu fi żmien 20 ġurnata mid-data tas-sejħa għal applikazzjonijiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz ta' email inkella bil-posta f'dan l-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni

Segretarjat tal-Unità A2

LX 46 3/131

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

HOME-STATS-GROUP@ec.europa.eu

Meta l-applikazzjonijiet jintbagħtu b'email, id-data tal-email għandha titqies bħala d-data ta’ meta ntbagħtu. Meta l-applikazzjonijiet jintbagħtu bil-posta, il-marka postali għandha titqies bħala d-data ta’ meta ntbagħtu.

Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-membri fil-kapaċità personali tagħhom għal perjodu ta' 5 snin. Dawn għandhom jagħtu lill-Kummissjoni opinjoni indipendenti ħielsa minn kwalunkwe influwenza esterna u għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti. Huma għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza b’rabta mal-attivitajiet tal-grupp ta’ esperti skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni, u l-Membri skont il-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji disponibbli. Il-membri mhux se jirċievu rimunerazzjoni għad-doveri tagħhom.

L-ismijiet tal-esperti maħtura f’kapaċità personali se jiġu ppubblikati fil-gruppi ta’ esperti tar-Reġistru tal-Kummissjoni u Entitajiet Simili (5) oħra u fuq is-sit Elettroniku tad-DĠ tal-Affarijiet Interni.

Id-dejta personali ser tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (6).

Għal kwalunkwe informazzjoni oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sinjura Athina KARVOUNARAKI, telefown +32 22999070, email athina.karvounaraki@ec.europa.eu

L-informazzjoni dwar ir-riżultati tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fis-sit elettroniku tad-DĠ tal-Affarijiet Interni u, jekk xieraq, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 42, 15.2.2012, p. 2.

(2)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li attwalment għaddejja.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/407/KE tad-19 ta’ Ġunju 2000 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi tal-esperti stabbiliti minnha (ĠU L 154, 27.6.2000, p. 34).

(4)  Il-curricula vitae għandhom jiġu sottomessi fil-format Ewropew: http://europass.cedefop.europa.eu/en/documents/curriculum-vitae/templates-instructions

(5)  Il-membri li ma jixtiqux li isimhom jiġi żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. It-talba li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Appendiċi

Image

Image

Image


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kunsill

15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/11


Estensjoni tal-perijodu ta' validità tal-listi ta' riserva

2012/C 42/03

B'deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-validità tal-listi ta’ riserva stabbiliti wara l-kompetizzjonijiet miftuħin ta' hawn taħt, hija estiża:

Artikolu 1: sal-31 ta' Diċembru 2012:

Kunsill/420/AD5

organizzata biex tkun stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ ta' amministraturi aġġunti fil-qasam tas-sigurtà (Uffiċċju Privat/sigurtà: servizz ta' sigurtà esterna/protezzjoni tal-missjoni), li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 316 A tat-13 ta' Diċembru 2005.

Kunsill/421/AD5

organizzata biex tkun stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ ta' amministraturi aġġunti fil-qasam tas-sigurtà (Uffiċċju Privat/sigurtà: servizz ta' sigurtà interna), li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 316 A tat-13 ta' Diċembru 2005.

Kunsill/422/AST3

organizzata biex tkun stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ ta' assistenti fil-qasam tas-sigurtà (Uffiċċju Privat/sigurtà: servizz ta' sigurtà interna), li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 316 A tat-13 ta' Diċembru 2005.

Kunsill/425/AD9

organizzata biex tkun stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ ta' amministraturi anzjani fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni (Direttorat SIC: Unità tas-Soluzzjonijiet ta' Produzzjoni), li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 316 A tat-13 ta' Diċembru 2005.

Kunsill/427/AD8

organizzata għar-reklutaġġ ta' post ta' amministratur fil-qasam tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u Difiża (PESD), li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 108 A tat-12 ta' Mejju 2007.

CONS/AD/430

(żewġ profili)

organizzata biex tiġi stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ ta' amministraturi fil-qasam tal-politika ewropea fir-rigward tas-sigurtà u d-difiża (PESD). Il-kompetizzjoni tikkonċerna żewġ profili fil-grad AD9 (profil 1: uffiċjal anzjan tal-ippjanar strateġiku ta' operazzjonijiet u missjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet; profil 2: uffiċjal anzjan tal-ippjanar għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari/ċivili/spazjali), li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 178 tal-15 ta' Lulju 2008.

CONS/AD/431

organizzata biex tkun stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ fil-funzjoni ta' amministratur bil-grad AD9 (uffiċjal anzjan) fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni, li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 178 tal-15 ta' Lulju 2008.

CONS/AD/432

organizzata biex tkun stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ ta' amministraturi fil-grad AD7 fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni, li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 178 tal-15 ta' Lulju 2008.

CONS-COMM/AD/433

biex tiġi stabbilita lista ta' riserva għar-reklutaġġ ta' kapijiet ta' unità fil-grad AD12 fil-qasam tat-traduzzjoni, bl-Irlandiż bħala l-lingwa prinċipali, li n-notifika tagħha ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 99 tat-30 ta' April 2009.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/13


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2012/C 42/04

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qiegħed b'dan javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-idrokarburi f'segment tal-blokk S3 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 għar-Regolament dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245). Iż-żona inkwistjoni għandha tiġi ddeżinjata bħala s-segment tal-blokk S3a.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u l-Artikolu 15 tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qed b'dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-idrokarburi fis-segment tal-blokk S3a tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Is-segment tal-blokk S3a huwa delimitat fil-veritiċi A u B mill-arka parallela, fil-quċċata B mill-arka meridjana u miċ-ċirku l-kbir bejn il-quċċata A u l-intersezzjoni tal-arka meridjana mal-linja kif deskritt fl-anness għall-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwwet). Din l-intersezzjoni tinsab viċin il-quċċata C.

Il-qċaċet huma definiti kif ġej:

quċċata

°

″ E

°

″ N

A

3

58

27,000

52

0

0

B

4

0

0,000

52

0

0

C

4

0

0,000

51

58

43,622

Il-qċaċet imsemmija hawn fuq huma definiti permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema Ewropea ta' Referenza Terrestri.

Is-segment tal-blokk S3a jkopri żona ta' 2,1 km2.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5.1, 5.2 u 6.2 tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van de heer P. Jongerius, themacoördinator mijnbouw en mijnbouwklimaat directie Energiemarkt

ALP/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Għal aktar tagħrif tista’ ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 703797762.