ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.039.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 39

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
11 ta' Frar 2012


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 39/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 32, 4.2.2012

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 39/02

Kawża C-560/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Proġetti ta’ twessigħ u/jew ta’titjib tat-triq M-501 fi Spanja — ŻPS ES0000056 Encinares del río Alberche y río Cofio — SIK propost ES3110005 Cuenca del río Guadarrama u SIK propost ES3110007 Cuencas de los ríos Alberche y Cofio)

2

2012/C 39/03

Kawża C-119/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Frisdranken Industrie Winters BV vs Red Bull GmbH (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5(1)(b) — Mili ta’ bottijiet li diġà għandhom fuqhom sinjal simili għal dak ta’ trade mark — Provvista ta’ servizz fuq ordni u fuq l-istruzzjonijiet ta’ terz — Azzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark kontra l-fornitur)

3

2012/C 39/04

Kawża C-191/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Société Rastelli Davide e C. Snc vs Jean-Charles Hidoux, bħala likwidatur ġudizzjarju tal-kumpannija Médiasucre international (Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċeduri ta’ falliment — Ġurisdizzjoni internazzjonali — Estensjoni tal-proċeduri ta’ falliment miftuħa kontra kumpannija stabbilita fi Stat Membru għal kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor minħabba konfużjoni ta’ patrimonji taż-żewġ kumpanniji)

3

2012/C 39/05

Kawża C-257/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten) — l-Isveżja) — Försäkringskassan vs Elisabeth Bergström (Ħaddiema migranti — Sigurtà soċjali — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, fuq il-moviment liberu tal-persuni — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita attività professjonali fl-Isvizzera — Ritorn fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu)

4

2012/C 39/06

Kawża C-384/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Jan Voogsgeerd vs Navimer SA (Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Kuntratt ta’ xogħol — Għażla tal-partijiet — Dispożizzjonijiet mandatorji tal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla — Determinazzjoni ta’ din il-liġi — Ħaddiem li jwettaq xogħlu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed)

4

2012/C 39/07

Kawża C-409/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Hamburg-Hafen vs Afasia Knits Deutschland GmbH (Politika kummerċjali komuni — Reġim preferenzjali għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) — Irregolaritajiet żvelati waqt investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi (OLAF) fl-Istat ACP ta’ esportazzjoni — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni)

5

2012/C 39/08

Kawża C-427/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, incorporante la Banca Nazionale dell'Agricoltura spa vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate (VAT — Irkupru tat-taxxa imħallsa indebitament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ azzjoni għall-irkurpu tal-pagament mhux dovut quddiem qrati differenti, b’termini differenti li jvarjaw skont jekk titressaqx minn dak li jirċievi s-servizz jew mill-fornitur tas-servizz — Possibbiltà għal dak li jirċievi s-servizzi li jitlob l-irkupru tat-taxxa lill-fornitur wara l-iskadenza tat-terminu għall-azzjoni ta’ dan tal-aħħar kontra l-awtorità fiskali — Prinċipju ta’ effettività)

6

2012/C 39/09

Kawża C-585/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Niels Møller vs Haderslev Kommune (Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis — Direttiva 96/61/KE — Anness I, punt 6.6(ċ) — Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva tal-ħnieżer li għandhom iktar minn 750 post għal ħnieżer nisa — Inkużjoni jew le ta’ postijiet għal ħnieżer nisa żgħar)

6

2012/C 39/10

Kawża C-624/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali li jaħtar intimat fiskali u li jirreġistra għall-VAT f’dak l-Istat Membru — Leġiżlazzjoni li tippermetti kumpens bejn il-VAT deduċibbli imħallsa mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali u dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu)

7

2012/C 39/11

Kawża C-530/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

7

2012/C 39/12

Kawża C-562/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2011 — Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

8

2012/C 39/13

Kawża C-566/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2011 — Iberdrola, S.A. u Gas Natural SDG, S.A. vs Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.

8

2012/C 39/14

Kawża C-567/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2011 — Gas Natural SDG, S.A. vs Endesa, S.A., Iberdrola, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

8

2012/C 39/15

Kawża C-573/11 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2011 minn ClientEarth mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħti fis-6 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-452/10, ClientEarth, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, mir-Repubblika tal-Finlandja, u mir-Renju tal-Isvezja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

9

2012/C 39/16

Kawża C-576/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

9

2012/C 39/17

Kawża C-580/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Novembru 2011 — Tarragona Power S. L. vs Gas Natural SDG, S.A., Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.

10

2012/C 39/18

Kawża C-591/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Gas Natural SDG, S.A., Bizcaia Energia, SL vs Administración del Estado, Endesa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Iberdrola, S.A.

10

2012/C 39/19

Kawża C-603/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juridiction de Proximité de Chartres (Franza) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale

10

2012/C 39/20

Kawża C-620/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Bahía de Bizcaia Electricidad, S.L. vs Gas Natural SDG, S.A., Endesa S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

10

2012/C 39/21

Kawża C-623/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Société Geodis Calberson GE vs FranceAgriMer

11

2012/C 39/22

Kawża C-626/11 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla Estiża) mogħti fil-21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-1/10, Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, u Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

11

2012/C 39/23

Kawża C-640/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Diċembru 2011 — E.ON Generación, S.L., Iberdrola, S.A., Administración del Estado

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 39/24

Kawża T-365/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Traxdata France vs UASI — Ritrax (TRAXDATA, TEAM TRAXDATA) (Trade mark Komunitarja — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

13

2012/C 39/25

Kawża T-431/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Gebr. Heller Maschinenfabrik vs UASI — Fernández Martinez (HELLER) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

13

2012/C 39/26

Kawża T-138/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Ahouma vs Il-Kunsill (Mewt tar-rikorrent — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

13

2012/C 39/27

Kawża T-255/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Fellah vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Tneħħija minn fuq il-lista ta’ persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

14

2012/C 39/28

Kawża T-274/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — VE (*1) vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal kuntrattwali — Allowance ta’ espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal — Kunċett ta’ residenza abitwali — Żnaturament tal-fatti — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

14

2012/C 39/29

Kawża T-365/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — AO vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Terminu ta’ appell — Dewmien — Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu — Każ fortuwitu — Artkolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Appell manifestament inammissibbli)

14

2012/C 39/30

Kawża T-402/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għal remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ikel — Deċiżjoni li jiġi rritornat fajl lill-awtoritajiet nazzjonali — Talbiet għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ urġenza)

15

2012/C 39/31

Kawża T-579/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Akhras vs Il-Kunsill (Miżuri provviżorji — Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli)

15

2012/C 39/32

Kawża T-597/11 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2011 minn Christos Michail kontra s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2011 tat-Tribunal għas-Servizzi Pubbliku fil-Kawża F-100/09, Michail vs Il-Kummissjoni

15

2012/C 39/33

Kawża T-614/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Garner CAD Technic et vs Il-Kummissjoni Ewropea

16

2012/C 39/34

Kawża T-619/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — CB vs Il-Kummissjoni

17

2012/C 39/35

Kawża T-620/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni

18

2012/C 39/36

Kawża T-621/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — SinnLeffers vs Il-Kummissjoni

19

2012/C 39/37

Kawża T-632/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

19

2012/C 39/38

Kawża T-649/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Cham vs Il-Kunsill

20

2012/C 39/39

Kawża T-651/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011 — Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

20

2012/C 39/40

Kawżi T-528/11, T-69/11 u T-77/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (TRUVO u Truvo)

21

2012/C 39/41

Kawża T-22/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

21

2012/C 39/42

Kawża T-27/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Rheinischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

21


 


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/1


(2012/C 39/01)

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 32, 4.2.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 25, 28.1.2012

ĠU C 13, 14.1.2012

ĠU C 6, 7.1.2012

ĠU C 370, 17.12.2011

ĠU C 362, 10.12.2011

ĠU C 355, 3.12.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-560/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Proġetti ta’ twessigħ u/jew ta’titjib tat-triq M-501 fi Spanja - ŻPS ES0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio” - SIK propost ES3110005 “Cuenca del río Guadarrama” u SIK propost ES3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”)

(2012/C 39/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S..Pardo Quintillán, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: K. Rokicka, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), 5, 6(2), 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istimi tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) u tal-Artikolu 6(3) u (4), moqri flimkien mal-Artikolu 7 u l-Artikolu 12(1)(b) u (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tat-12 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif interpretat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2005, fil-Kawża C-117/03, u tal-14 ta’ Settembru 2006, fil-Kawża C-244/05 — Proġetti ta’ twessigħ u/jew titjib tat-triq M-501 — ZEP ES 0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio” — SIK propost ES 3110005 “Cuenca del río Guadarrama” u SIK propost ES 3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”

Dispożittiv

(1)

Billi ma ssodisfax ir-rekwiżiti previsti:

fl-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), skont il-każ, u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35/KE, tas-26 ta’ Mejju 2003, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tat-triq M-501;

fl-Artikoli 6(2) u 8 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/55, fir-rigward tal-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 2 u 4 ta’ din it-triq;

fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tal-istess triq;

fl-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjonijet 1, 2 u 4 tat-triq M-501, f’dak li jirrigwarda ż-żona ta’ protezzjoni speċjali ES0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio”, u

fl-Artikolu 12(1)(b) u (d) ta’ din l-istess direttiva, f’dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta’ twessigħ u/jew ta’ titjib tas-sezzjoni 1 tat-triq M-501, f’dak li jirrigwarda s-sit ta’ importanza Komunitarja propost ES3110005 “Cuenca del río Guadarrama”, u tas-sezzjonijiet 2 u 4 tal-istess triq, f’dak li jirrigwarda s-sit ta’ importanza Komunitarja propost ES3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-spejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Frisdranken Industrie Winters BV vs Red Bull GmbH

(Kawża C-119/10) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5(1)(b) - Mili ta’ bottijiet li diġà għandhom fuqhom sinjal simili għal dak ta’ trade mark - Provvista ta’ servizz fuq ordni u fuq l-istruzzjonijiet ta’ terz - Azzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark kontra l-fornitur)

(2012/C 39/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Frisdranken Industrie Winters BV

Konvenua: Red Bull GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1 p. 92) — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata li jopponi li t-trade mark tiegħu tintuża b’mod illeċitu — Użu minn sinjal — Mili ta’ bottijiet li diġà għandhom fuqhom sinjal li jitwettaq bħala servizz għal u fuq ordni ta’ terz — Prodotti intiżi biss għall-esportazzjoni barra l-Benelux jew barra l-Unjoni Ewropea — Pubbliku rilevanti

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(b) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal 21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ servizz li, fuq ordni u fuq l-istruzzjonijiet ta’ terz jimla pakketti li ġew provduti lilu minn dan it-terz li qabel ikun waħħal fuqhom sinjal identiku jew simili għal sinjal protett bħala trade mark, ma jagħmilx huwa stess użu minn dan is-sinjal li jista’ jiġi ipprojbit taħt din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Société Rastelli Davide e C. Snc vs Jean-Charles Hidoux, bħala likwidatur ġudizzjarju tal-kumpannija Médiasucre international

(Kawża C-191/10) (1)

(Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċeduri ta’ falliment - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Estensjoni tal-proċeduri ta’ falliment miftuħa kontra kumpannija stabbilita fi Stat Membru għal kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor minħabba konfużjoni ta’ patrimonji taż-żewġ kumpanniji)

(2012/C 39/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franiċż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Rastelli Davide e C. Snc

Konvenut: Jean-Charles Hidoux, bħala likwidatur ġudizzjarju tal-kumpannija Médiasucre international

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Franċiżi sabiex jestendu proċedura ta’ falliment miftuħ fir-rigward ta’ kumpannija stabbilita fit-territorju nazzjonali għal kumpannija li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor, minħabba konfużjoni ta’ patrimonji — Kunċetti ta’ “ftuħ” u ta’ “estenzjoni” ta’ proċedura ta’ falliment — Determinazzjoni taċ-ċentru tal-interessi prinċipali

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru li tkun fetħet proċeduri prinċipali ta’ falliment kontra kumpannija, billi tiddikjara li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha jkun jinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat, tista’ biss, b’applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali tagħha, testendi din il-proċedura għal kumpannija oħra li għandha l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor, bil-kundizzjoni li jiġi pprovat li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ din tal-aħħar jinsab fl-ewwel Stat Membru;

(2)

Ir-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li fejn kumpannija, li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fuq it-territorju ta’ Stat Membru, tkun suġġetta għal azzjoni intiża sabiex testendi fuqha l-effetti ta’ proċedura ta’ falliment miftuħa fi Stat Membru ieħor kontra kumpannija oħra li hija stabbilita fuq it-territorju ta’ dan l-aħħar Stat Membru, il-konstatazzjoni tal-konfużjoni tal-patrimonji ta’ dawn il-kumpanniji waħidha ma hijiex suffiċjenti sabiex tipprova li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tal-kumpannija kkonċernata minn din l-azzjoni jinsab ukoll f’dan l-aħħar Stat. Sabiex tinqaleb il-preżunzjoni li tgħid li dan iċ-ċentru jinsab fil-post tal-uffiċju rreġistrat, huwa meħtieġ li evalwazzjoni globali tat-totalità tal-elementi rilevanti tippermetti li jiġi stabbilit li, b’mod verifikabbli minn terzi, iċ-ċentru effettiv ta’ tmexxija u ta’ kontroll tal-kumpannija suġġetta għall-azzjoni għall-finijiet tal-estensjoni jinsab fl-Istat Membru fejn infetħet il-proċedura ta’ falliment inizjali.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten) — l-Isveżja) — Försäkringskassan vs Elisabeth Bergström

(Kawża C-257/10) (1)

(Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, fuq il-moviment liberu tal-persuni - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita attività professjonali fl-Isvizzera - Ritorn fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu)

(2012/C 39/05)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Försäkringskassan

Konvenuta: Elisabeth Bergström

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta fövaltningsdomstolen (li qabel kienet ir-Regeringsrätten) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat bir-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 3427/89, tat-30 ta’ Ottubru 1989 (ĠU L 331, p. 1) kif ukoll tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU L 114, p. 6) — Dritt għall-benefiċċji tal-ġenituri (föräldrapenning) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal ammont ogħla tal-benefiċċju tal-familja mill-ammont garantit, wara li jintemm perijodu ta’ reġistrazzjoni fi skema ta’ assigurazzjoni tal-mard għal perijodu speċifiku — Ammont tal-benefiċċju tal-familja stabbilit skont id-dħul professjonali riċevut f’dan l-Istat Membru — Persuna residenti fi Stat Membru (l-Isvezja), iżda li għamlet il-perijodu kollu ta’ riferiment użat għall-iffissar ta’ ammont ogħla ta’ benefiċċju tal-familja, irreġistrata ma’ skema ta’ assigurazzjoni tal-mard fi Stat ieħor (l-Isvizzera)

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 8(ċ) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, fuq il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, u l-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tissuġġetta l-benefiċċju tal-familja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għat-twettiq ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ attività self employed, l-istituzzjoni kompetenti ta’ dan l-Istat Membru għall-għoti ta’ dan il-benefiċċju tal-familja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, għal dan il-għan, tali perijodi mwettqa integralment fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera.

(2)

L-Artikolu 8(a) tal-Ftehim imsemmi u l-Artikoli 3(1), 23(1) u (2), 72 kif ukoll il-punt 1 tal-Anness VI(N) tar-Regolament Nru 1408/71 kif emendat bir-Regolament Nru 1386/2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn l-ammont ta’ benefiċċju tal-familja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi ddeterminat skont ir-regoli tal-benefiċċju għall-mard, dan l-ammont favur persuna li wettqet integralment il-perijodi ta’ attività professjonali neċessarji għall-ksib ta’ dan id-dritt fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, għandu jiġi kkalkolat billi jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul ta’ persuna li għandha esperjenza u kwalifiki paragunabbli għal-tagħha u li teżerċita attività paragunabbli fit-territorju tal-Istat Membru fejn intalab dan il-benefiċċju.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Jan Voogsgeerd vs Navimer SA

(Kawża C-384/10) (1)

(Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Kuntratt ta’ xogħol - Għażla tal-partijiet - Dispożizzjonijiet mandatorji tal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla - Determinazzjoni ta’ din il-liġi - Ħaddiem li jwettaq xogħlu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed)

(2012/C 39/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jan Voogsgeerd

Konvenuta: Navimer SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpetazzjoni tal-Artikolu 6(2)(b) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firem f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10) — Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla — Kuntratt ta’ xogħol — Ħaddiem li ma jwettaqx xogħlu abitwalment f’pajjiż wieħed — Inġinier prinċipali tal-vapuri

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firem f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet il-kawża għandha qabelxejn tistabbilixxi jekk fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt il-ħaddiem iwettaqx xogħlu abitwalment fl-istess pajjiż, li huwa dak li fih jew li minnu, fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzaw din l-attività, il-ħaddiem jaqdi l-parti l-kbira mill-obbligi tiegħu lejn min iħaddmu.

(2)

Fl-ipoteżi fejn il-qorti tar-rinviju tqis li hija ma tistax tiddeċiedi dwar il-kawża li tressqet quddiemha dwar l-Artikolu 6(2)(a) ta’ din il-konvenzjoni, l-Artikolu (2)(b) tal-imsemmija konvenzjoni għandu jiġi interpretat kif ġej:

il-kunċett ta’ “post tan-negozju li minnu jkun tqabbad [il-ħaddiem]”, għandu jinftiehem fis-sens li dan jirreferi esklużivament għall-post tan-negozju li ingaġġa l-ħaddiem u mhux dak li miegħu l-ħaddiem huwa marbut permezz tax-xogħol effettiv tiegħu;

il-pussess tal-personalità ġuridika ma jammontax għal rekwiżit li l-post tan-negozju ta’ min iħaddem għandu jissodisfa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni;

il-post tan-negozju ta’ impriża differenti minn dik li tirriżulta b’mod formali bħala min iħaddem, li għandha xi rabtiet magħha, jista’ jiġi kklassifikat bħala “post tan-negozju” fis-sens tal-Artikolu 6(2)(d) tal-imsemmija konvenzjoni jekk l-elementi oġġettivi jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sitwazzjoni reali li hija differenti minn dik li tirriżulta mit-termini tal-kuntratt, u dan minkejja li s-setgħa ta’ direzzjoni ma ġietx ittrasferita b’mod formali lil din l-impriża l-oħra.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Hamburg-Hafen vs Afasia Knits Deutschland GmbH

(Kawża C-409/10) (1)

(Politika kummerċjali komuni - Reġim preferenzjali għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) - Irregolaritajiet żvelati waqt investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi (OLAF) fl-Istat ACP ta’ esportazzjoni - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni)

(2012/C 39/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Konvenuta: Afasia Knits Deutschland GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Protokoll Nru 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinanti” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal -gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 35, p. 3), kif ukoll tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru-2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Esportazzjoni ta’ tessuti magħmula fiċ-Ċina mill -Ġamajka lejn l-Unjoni Ewropea — Kontroll a posteriori tal-prova tal-oriġini li saret mill-OLAF u mhux mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-esportazzjoni kif previst fl-imsemmi Protokoll Nru 1 — Protezzjoni taċ-ċertezza legali possibbli tal importatur

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 32 tal-Protokoll Nru 1 tal-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, u approvat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/159/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riżultati ta’ verifika a posteriori li tirrigwarda l-eżattezza ta’ oriġini ta’ merkanziji indikati fiċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa minn Stat ACP u, kienet, għall-parti l-kbira, tikkonsisti f’investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni, u iktar speċifikament mill-OLAF, f’dan l-Istat u fuq stedina ta’ dan tal-aħħar, jorbtu l-awtoritajiet tal-Istat Membru minn fejn il-merkanziji ġew importati, sakemm, u din hija kwistjoni li hija l-qorti tar-rinviku li għandha tevalwa, dawn l-awtoritajiet irċievew dokument li jirrikonoxxi mingħajr ekwivoku li dan l-Istat ACP japprova l-imsemmija riżultati.

(2)

L-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn iċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa għall-importazzjoni ta’ merkanziji fl-Unjoni huma annullati minħabba li l-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati kien ivvizzjat minn irregolaritajiet u li l-oriġini preferenzjali indikata fuqhom ma setgħatx tiġi kkonfermata waqt verifika a posteriori, l-importatur ma jistax joġġezzjona rkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni billi jsostni li ma jistax jiġi eskluż li, fir-realtà, uħud minn dawn il-merkanziji għandhom l-imsemmija oriġini preferenzjali.


(1)  ĠU C 274, 9.10.2010


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, incorporante la Banca Nazionale dell'Agricoltura spa vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

(Kawża C-427/10) (1)

(VAT - Irkupru tat-taxxa imħallsa indebitament - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ azzjoni għall-irkurpu tal-pagament mhux dovut quddiem qrati differenti, b’termini differenti li jvarjaw skont jekk titressaqx minn dak li jirċievi s-servizz jew mill-fornitur tas-servizz - Possibbiltà għal dak li jirċievi s-servizzi li jitlob l-irkupru tat-taxxa lill-fornitur wara l-iskadenza tat-terminu għall-azzjoni ta’ dan tal-aħħar kontra l-awtorità fiskali - Prinċipju ta’ effettività)

(2012/C 39/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banca Antoniana Popolare Veneta spa, incorporante la Banca Nazionale dell'Agricoltura spa

Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Irkupru tat-taxxa imħallsa indebitament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ azzjoni għall-irkurpu tal-pagament mhux dovut quddiem qrati differenti, b’termini differenti li jvarjaw skont jekk titressaqx minn dak li jirċievi s-servizz tal-ġbir tat-taxxa (terminu ta’ 10 snin) jew mill-fornitur tal-istess servizz (terminu ta’ sentejn) — Possibbiltà għal min jirċievi s-servizz li jitlob ir-rimbors tat-taxxa mill-fornitur tas-servizz wara l-iskadenza tat-terminu li jirregola l-azzjoni ta’ dan tal-aħħar — Prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ nondiskriminazzjoni

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ effettività ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-irkupru ta’ pagament mhux dovut, li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni itwal għall-azzjoni tad-dritt ċivili għall-irkupru ta’ pagament mhux dovut, eżerċitata minn dak li jirċievi s-servizzi kontra l-fornitur ta’ dawk is-servizzi, issuġġettati għat-taxxa fuq il-valur miżjud, mit-terminu ta’ preskrizzjoni speċifiku għall-azzjoni għar-rimbors tad-dritt fiskali, eżerċitata minn dak il-fornitur kontra l-awtorità fiskali, sakemm dik il-persuna taxxabbli tkun tista’ titlob b’mod effettiv ir-rimbors ta’ dik it-taxxa mingħand dik l-awtorità. Din l-aħħar kundizzjoni ma tkunx sodisfatta meta l-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni bħala konsegwenza tkun iċċaħħad b’mod totali l-persuna taxxabbli mid-dritt li tikseb mill-awtorità fiskali l-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament li hija stess kellha tirrimborsa lil min irċieva s-servizzi tagħha.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Niels Møller vs Haderslev Kommune

(Kawża C-585/10) (1)

(Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Direttiva 96/61/KE - Anness I, punt 6.6(ċ) - Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva tal-ħnieżer li għandhom iktar minn 750 post għal ħnieżer nisa - Inkużjoni jew le ta’ postijiet għal ħnieżer nisa żgħar)

(2012/C 39/09)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Niels Møller

Konvenut: Haderslev Kommune

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-punt 6.6. tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80) — Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva ta’ tjur jew ta’ ħnieżer li għandhom iktar minn 750 post għal ħnieżer nisa — Inklużjoni jew le ta’ postijiet għal ħnieżer nisa żgħar (majjali nisa wara l-pubertà li għadhom ma welldux)

Dispożittiv

Il-frażi “post għal qżieqeż nisa [ħnieżer nisa]”, li tinsab fil-punt 6.6(ċ) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi postijiet għal ħnieżer nisa żgħar (majjali nisa li diġà tgħammru, iżda li għadhom ma welldux).


(1)  ĠU C 38, 05.02.2011.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-624/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali li jaħtar intimat fiskali u li jirreġistra għall-VAT f’dak l-Istat Membru - Leġiżlazzjoni li tippermetti kumpens bejn il-VAT deduċibbli imħallsa mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali u dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu)

(2012/C 39/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-obbligu li jinħatar intimat fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali — Obbligu li jirreġistra għall-VAT — Natura u portata tad-dritt għal tnaqqis

Dispożittiv

(1)

Billi tipprovdi fit-Titolu IV tal-Istruzzjoni Amministrattiva 3 A-9-06 Nru 105 tat-23 ta’ Ġunju 2006, konċessjoni amministrattiva li tidderoga mis-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ awtolikwidazzjoni u li tinvolvi l-ħatra ta’ intimat fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra minn Franza, ir-reġistrazzjoni ta’ dan tal-aħħar għat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Franza u l-kumpens bejn it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li huwa ħallas u dik miġbura għan-nom u f’isem il-klijenti tiegħu, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u, b’mod partikolari, l-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tagħha.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/7


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-530/11)

(2012/C 39/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, aġent, L. Armati, aġent)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tikkonstata li, billi naqas milli jittrasponi b’mod sħiħ u japplika korrettament l-Artikoli 3(7) u 4(4) tad-Direttiva 2003/35/KE (1) tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE (2) u 96/61/KE (3) rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikoli 3(4) u 4(4) tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill, il-proċeduri ġudizzjarji li jirrigwardaw kwistjonijiet ambjentali ma għandhomx ikunu jiswew tant li jkunu projbittivi. Dan jimplementa l-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għat-tagħrif, il-parteċipazzjoni pubblika fit-tiswir tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali li ġiet konkluża mill-Unjoni u minn ħafna mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni ssostni li r-Renju Unit naqas milli jittrasponi dawn id-dispożizzjonijiet fit-tliet ġurisdizzjonijiet kollha tiegħu (l-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq).

Wara analiżi tar-regoli u tal-prattiki applikabbli f’dawn il-ġurisdizzjonijiet u eżami tal-kunċett ta’ proċeduri “[li jiswew] tant li [j]kun[u] projbittiv[i]”, il-Kummissjoni ssostni wkoll li r-Renju Unit naqas milli japplika korrettament dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja — Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 7 p. 466)

(2)  Direttiva tal-Kunsill, 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248)

(3)  Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80)


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2011 — Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-562/11)

(2012/C 39/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société d’Exportation de Produits Agricoles SA (SEPA)

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domanda preliminari

Għandha tiġi imposta sanzjoni fuq esportatur li, minkejja li fil-fatt ma jkunx hemm intitolament għal rifużjoni fir-rigward tal-esportazzjoni inkwistjoni, jippreżenta applikazzjoni għal rifużjoni ta’ din l-esportazzjoni fejn jagħti deskrizzjoni korretta tal-fatti rilevanti għall-għoti ta’ din ir-rifużjoni (1)?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifjużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigwad tal-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97, tat-18 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 77, p. 12).


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2011 — Iberdrola, S.A. u Gas Natural SDG, S.A. vs Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.

(Kawża C-566/11)

(2012/C 39/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iberdrola, S.A. u Gas Natural SDG, S.A.

Konvenuti: Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2011 — Gas Natural SDG, S.A. vs Endesa, S.A., Iberdrola, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

(Kawża C-567/11)

(2012/C 39/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gas Natural SDG, S.A.

Konvenuti: Endesa, S.A., Iberdrola, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2003/87/KE (1), tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/9


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2011 minn ClientEarth mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħti fis-6 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-452/10, ClientEarth, sostnuta mir-Renju tad-Danimarka, mir-Repubblika tal-Finlandja, u mir-Renju tal-Isvezja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-573/11 P)

(2012/C 39/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-ordni tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-452/10

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-kunċetti ta’ “indipendenza” u “terzi” fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel, tat-tielet u tar-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/9


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-576/11)

(2012/C 39/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u B. Simon, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma ħax il-miżuri meħtieġa kollha biex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Novembru 2006, fil-kawża C-452/05, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea,

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jħallas lill-Kummissjoni l-pagamenti ta’ penalità proposti ta’ EUR 11 340 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fit-23 ta’ Novembru 2006 fil-kawża C-452/05, li jibda jiddekorri mill-ġurnata tas-sentenza fil-kawża preżenti sal-ġurnata li fiha tiġi eżegwita s-sentenza fil-kawża C-452/05,

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu li jħallas lill-Kummissjoni s-somma f’daqqa għal kull ġurnata ta’ EUR 1 248, li jibda jiddekorri mill-ġurnata tas-sentenza, fit-23 ta’ Novembru 2006, fil-kawża C-452/05, sal-ġurnata tas-sentenza fil-kawża preżenti jew sal-ġurnata li fiha tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-kawża C-452/05, jekk l-implementazzjoni tagħha sseħħ qabel,

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, hekk kif jirriżulta mill-eżami tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, il-Lussemburgu ma kienx, sa dik il-ġurnata, eżegwixxa kompletament is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u dan kważi ħames snin wara li ngħatat din tal-aħħar. Fil-fatt, il-Lussemburgu ma kkonforma ruħu la mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(4) lanqas ma’ dawk tal-artikolu 5(2). Fil-fatt, sitt impjanti ta’ trattament li jservu agglomerazzjonijiet ta’ iktar minn 10 000 ekwivalenti ta’ popolazzjoni fil-Lussemburgu għadhom ma humiex konformi mal-rekwiżiti previsti mid-direttiva 91/271/KEE (1).


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Novembru 2011 — Tarragona Power S. L. vs Gas Natural SDG, S.A., Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.

(Kawża C-580/11)

(2012/C 39/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tarragona Power S.L.

Konvenuti: Gas Natural SDG, S.A., Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2003/87/KE (1), tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Gas Natural SDG, S.A., Bizcaia Energia, SL vs Administración del Estado, Endesa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Iberdrola, S.A.

(Kawża C-591/11)

(2012/C 39/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gas Natural SDG u S.A., Bizcaia Energia, S.L.

Konvenuti: Administración del Estado, Endesa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Iberdrola, S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juridiction de Proximité de Chartres (Franza) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale

(Kawża C-603/11)

(2012/C 39/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juridiction de Proximité de Chartres

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hervé Fontaine

Konvenuta: Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale

Domanda preliminari

L-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iffirmat f'Lisbona fit-13/12/2007, u li daħal fis-seħħ fit-territorju Franċiż fl-1/12/2009, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu L 112-1 tal-Code de la Mutualité Franċiż, sa fejn l-interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni tipprojbixxi lill-kumpanniji mutual ta’ assigurazzjoni li jipprovdu assigurazzjoni addizzjonali tas-saħħa milli jvarjaw il-benefiċċji tagħhom skont il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u ta’ servizzi, filwaqt li din ir-restrizzjoni ma hijiex imposta fuq kumpanniji oħra li wkoll jipprovdu assigurazzjoni addizzjonali tas-saħħa, kemm jekk huma rregolati mill-Code des Assurances jew mill-Code de la Sécurité Sociale?


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Bahía de Bizcaia Electricidad, S.L. vs Gas Natural SDG, S.A., Endesa S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

(Kawża C-620/11)

(2012/C 39/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bahía de Bizcaia Electricidad, SL

Konvenuti: Gas Natural SDG, S.A., Endesa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Société Geodis Calberson GE vs FranceAgriMer

(Kawża C-623/11)

(2012/C 39/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Geodis Calberson GE

Konvenut: FranceAgriMer

Domandi preliminari

Il-Conseil d’État jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni dwar jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999 (1) għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, jattribwixxu ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq kawżi relatati ma’ kundizzjonijiet li fihom l-aġenzija ta’ intervent maħtura sabiex tirċievi l-offerti sottomessi matul proċedura ta’ sejħa għal offerti għas-servizzi ta’ provvista mingħajr ħlas ta’ prodotti agrikoli lir-Russja tagħti l-ħlas dovut lill-kuntrattur u tillibera l-garanzija ta’ provvista li tkun saret minn dan il-kuntrattur favur din l-aġenzija, b’mod partikolari, l-azzjonijiet marbuta mal-kumpens għal dannu subit minħabba żbalji magħmula mill-aġenzija ta’ intervent fl-eżekuzzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999, li jippreskrivi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 dwar programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 296)


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/11


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla Estiża) mogħti fil-21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-1/10, Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, u Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-626/11 P)

(2012/C 39/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS (rappreżentanti: K. Van Maldegem, avukat, R. Cana, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tħassar is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-1/10; u

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-akrilamid bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi skont l-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006; jew

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex taqta’ r-rikors għal annullament tal-appellanti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jissottomettu li, billi ċaħdet it-talba tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-akrilamid bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-fatti u tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Bħala riżultat il-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji ta’ liġi, b’mod partikolari:

Billi qieset li l-identifikazzjoni ta’ sustanza bħala Sustanza ta’ Importanza Għolja Ħafna (“SVHC”) mill-Kumitat tal-Istat Membru ECHA skont l-Artikolu 59(8) tar-Regolament 1907/2006 ma hijiex deċiżjoni maħsuba li tipproduċi effetti legali lejn terzi qabel il-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fl-Elenku tal-Kandidati tas-SVHC, skont l-Artikolu 59(10) tar-Regolament 1907/2006;

Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti jsostnu li d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-1/10 għandu jitħassar u li d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-akrilamid bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 skont l-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006, għandha tiġi annullata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH), li tistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, temenda d-Direttiva 1999/45/KE u tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769 KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE ĠU L 396, p. 1


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Diċembru 2011 — E.ON Generación, S.L., Iberdrola, S.A., Administración del Estado

(Kawża C-640/11)

(2012/C 39/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.ON Generación, S. L., Iberdrola, S.A., Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


Il-Qorti Ġenerali

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Traxdata France vs UASI — Ritrax (TRAXDATA, TEAM TRAXDATA)

(Kawża T-365/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2012/C 39/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Traxdata France SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment F. Valentin, B. Amaudric du Chaffaut u G. Courtois, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ritrax Corporation Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. H. Blair, M. J. Gilbert, S. S. Malynicz u C. A. N. Balme, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2007, (Kawżi magħquda R 1337/2005-1, R 1338/2005-1, R 1339/2005-1 u R 1340/2005-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ritrax Corporation Ltd u Traxdata France SARL.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

(2)

Traxdata France SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Gebr. Heller Maschinenfabrik vs UASI — Fernández Martinez (HELLER)

(Kawża T-431/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2012/C 39/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gebr. Heller Maschinenfabrik GmbH (Nürtingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Keßler u S. Baur, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement R. Pethke, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Manuel Fernández Martinez (Elche, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2007 (Każ R 974/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Manuel Fernández Martinez u Gebr. Heller Maschinenfabrik GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Ahouma vs Il-Kunsill

(Kawża T-138/11) (1)

(Mewt tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2012/C 39/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Brouha Nathanaël Ahouma (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Côte d’Ivoire.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Fellah vs Il-Kunsill

(Kawża T-255/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Tneħħija minn fuq il-lista ta’ persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2012/C 39/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zakaria Fellah (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 20), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjon fuq ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 —  VE (*1) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal - Kunċett ta’ residenza abitwali - Żnaturament tal-fatti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2012/C 39/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: VE (*1) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewopea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011,  VE (*1) vs Il-Kummissjoni (F-28/10, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

 VE (*1) huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 232, 6.8.2011.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — AO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-365/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu ta’ appell - Dewmien - Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu - Każ fortuwitu - Artkolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Appell manifestament inammissibbli)

(2012/C 39/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: AO (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Lewisch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ April 2011, AO vs Il-Kummissjoni (F-45/10, li għadu mhux ippubblikat fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

AO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ikel - Deċiżjoni li jiġi rritornat fajl lill-awtoritajiet nazzjonali - Talbiet għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza)

(2012/C 39/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Preparados Alimenticios del Sur, SL (Murcie, Spanja) (rappreżentant: I. Acero Campos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji, inkluż is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ġunju 2011, li tinforma lir-rikorrenti dwar ir-ritorn, lill-awtoritajiet Spanjoli, tal-fajl li jirrigwarda t-talba tagħha għal remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni, sabiex dawn l-awtoritajiet jippronunċaw ruħhom fuq l-imsemmija talba.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huwa rriżervati.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Akhras vs Il-Kunsill

(Kawża T-579/11 R)

(Miżuri provviżorji - Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli)

(2012/C 39/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tarif Akhras (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: S. Ashley u S. Millar, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għal miżuri provviżorji u għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17) u tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 269, p. 18), sa fejn dawn it-testi jsemmu lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2011 minn Christos Michail kontra s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2011 tat-Tribunal għas-Servizzi Pubbliku fil-Kawża F-100/09, Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/11 P)

(2012/C 39/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: Ch. Meidanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-100/09, Michail vs Il-Kummissjoni;

talloka lill-appellant kumpens għal ammont ta’ EUR 30 000 għad-danni morali li huwa subixxa;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li, fis-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda b’mod żbaljat fuq ir-rikors tiegħu, li permezz tiegħu huwa talab l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għal assistenza li huwa kien ifformula skont l-Artikolu 24 tar-Regolmenti tal-Persunal (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”) u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Settembru 2009, li tiċħad l-ilment imressaq minnu skont l-Artikolu 90(2) ta’ dawn ir-regolamenti.

B’mod partikolari, l-appellant jinvoka ksur tad-drittijiet proċedurali tiegħu kif ukoll ksur tad-dritt tal-Unjoni, l-ewwel nett, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”), meta għamel evalwazzjoni żbaljata tal-provi, b’mod żbaljat naqas kompletament milli jeżamina l-kwistjoni jekk il-provi nkisbux illegalment, fil-każ fejn il-Kummissjoni emendat l-istatus regolamentari tal-appellant mingħajr att aministrattiv minn qabel li jikkonċerna din l-emenda. It-tieni nett, l-appellant isostni li t-TSP ma osservax il-prinċipji relatati mal-kisba tal-provi u mal-oneru tal-prova peress li, minkejja l-fatt li l-appellant ipproduċa d-dokument li juri li t-trasferiment tiegħu kien illegali, it-TSP f’ebda mument tal-proċeduri ma talab lill-Kummissjoni, hekk kif kien mitlub li jagħmel skont l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li tipproduċi provi li jinvalidaw din l-allegazzjoni. It-tielet nett, l-appellant isostni li t-TSP ma eżaminax l-istatus regolamentari reali tiegħu, kif ġie ppreżentat fis-sistemi Sysper u Sysper 2, kif ukoll fuq liema bażi legal kienet fondata r-rappreżentazzjoni li dawn is-sistemi jagħtu dwaru, b’mod li jkun jista’ jiġi evalwat jekk din tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku fir-rigward tiegħu u falsifikazzjoni tal-provi.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/16


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Garner CAD Technic et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-614/11)

(2012/C 39/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Garner CAD Technic GmbH (Weßling, il-Ġermanja), GCT Design Organisation GmbH (Weßling), SG Aerospace GmbH (Weßling) (rappreżentanti: R. Zehetmeier-Müller, M. Schweda, C. Wünschmann, F. Loose, I. Dörr u J. Eggers, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 075, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] (“Sanierungsklausel”) [notifikata bid-dokument numru C(2011) 275] (ĠU L 235, p. 26).

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti essenzjalment jinvokaw il-motivi segwenti:

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE(1): it-trasferiment ta’ telf (iktar ’il quddiem is-Sanierungsklausel”) ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti jsostnu, inter alia li s-Sanierungsklausel taħt l-Artikolu 8c(1a) tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftsteuergesetzes, iktar ’il quddiem il-“KStG”) ma għandhiex l-effett selettiv li huwa meħtieġ mill-Artikolu 107(1) TFUE, peress li ma tiffavorixxix lil impriżi jew produzzjonijiet partikolari. Minbarra dan, is-Sanierungsklausel ma tikkostitwixxix eċċezzjoni għas-sistema ta’ riferiment skont il-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa, tat-trasferiment ta’ telf li bħala prinċipju ma huwiex limitat u tal-kumpens ta’ telf bejn snin fiskali, iżda tikkontribwixxi sabiex tiġi applikata din is-sistema ta’ riferiment.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE(1): nuqqas ta’ selettività, peress li ma ssir ebda distinzjon bejn operaturi ekonomiċi, li mill-perspettiva tal-għanijiet segwiti, jinsabu f’sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi paragunabbli

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jsostnu li s-Sanierungsklausel tiffavorixxi lil kwalunkwe impriża li għandha l-forma ġuridika ta’ korporazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet u mingħajr ebda marġni ta’ diskrezzjoni. Ir-rikorrenti huma tal-fehma li din il-klawżola hija miżura ġenerali ta’ politika fiskali, u għalhekk, għal din ir-raġuni, ma tiġix applikata l-projbizzjoni ta’ għajnuna.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività, peress li s-Sanierungsklausel hija ġġustifikata abbażi tal-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ taxxa Ġermaniża.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li anki jekk l-argument tal-Kummissjoni kellu jiġi aċċettat u li kellha tiġi kkonfermata n-natura selettiva tas-Sanierungsklausel, is-selettività tkun iġġustifikata taħt il-prinċipji Kosituzzjonali ta’ tassazzjoni skont il-kapaċità kontributtiva, li tiġi evitata t-tassazzjoni eċċessiva u l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: ir-rikorrenti ma kisbux sostenn finanzjarju mill-Istat.

Ir-rikorrenti jsostnu li ma kisbux sostenn finanzjarju mill-Istat. F’dan ir-rigward isostnu, inter alia, li s-Sanierungsklausel ma tagħtix vantaġġ finanzjarju ġdid lill-korporazzjoni li sostniet telf, iżda sempliċement iżżomm pożizzjoni finanzjarja diġà eżistenti, li hija standardizzata skont il-prinċipju ta’ trasferiment mingħajr limitu ta’ telf u tal-kumpens ta’ telf bejn snin fiskali.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-iżball manfest ta’ evalwazzjoni minħabba f’analiżi insuffiċjenti tad-dritt fiskali Ġermaniż.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-liġijiet dwar it-taxxa Ġermaniżi fis-seħħ u li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji serji.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/17


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — CB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-619/11)

(2012/C 39/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CB (Il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Hackemann u H. Horstkotte avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel”, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2011) 2608, tal-15 ta’ April 2011;

sussidjarjament, tannulla għall-inqas id-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq sa fejn din ma tipprovdix li impriżi bħar-rikorrenti jistgħu jiġu eżentati milli jagħtu lura l-għajnuna taħt il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-miżura ta’ trasferiment ta’ telf ma hijiex għajnuna mogħtija mir-riżorsi tal-Istat

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, l-Artikolu 8c(1) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”) tikser l-għan tal-prinċipju oġġettiv tan-nett u tal-prinċipju ta’ kapaċità kontributtiva u li l-klawżola dwar it-trasferiment ta’ telf (iktar ’il quddiem is-“Sanierungsklausel”) hija biss intiża sabiex tipprekludi ksur tal-Kostituzzjoni fir-rigward tal-beni tal-persuni taxxabbli fil-każijiet kollha koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-kriterji li jikkostitwixxu għajnuna, kif previsti mid-dritt tal-Unjoni, ma humiex sodisfatti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li s-Sanierungsklausel ma tikkostitwixxix eċċezzjoni għas-sistema ta’ referenza rilevanti

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-regoli ġenerali dwar it-trasferiment ta’ telf ta’ kumpaniji [Artikolu 10d tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul — Einkommensteuergesetz —, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) tal-KStG u l-Artikolu 10a tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kummerċ — Gewerbesteuergesetz] jifformaw is-sistema ta’ referenza rilevanti u li l-Artikolu 8c tal-KStG jikkostitwixxi biss eċċezzjoni għal din is-sistema ta’ referenza, li min-naħa tagħha kienet limitata mis-Sanierungsklausel.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li s-Sanierungsklausel ma tagħmilx distinzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dritt u ta’ fatt simili fir-rigward tal-għan imfittex

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti b’mod partikolari ssostni li s-Sanierungsklausel hija ta’ benefiċċju għall-impriżi kollha taxxabbli u li ma tiffavorixxix ċerti setturi jew jew ċerti oqsma ta’ attività u lanqas impriżi ta’ ċertu daqs.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li l-leġiżalzzjoni inkwistjoni hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura interna tas-sistema fiskali Ġermaniża

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li s-Sanierungsklausel hija ġġustifikata mill-ekonomija tas-sistema fiskali Ġermaniża, billi din hija ispirata minn prinċipji kostituzzjonali bħall-prinċipju ta’ kapaċità kontributtiva, il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll il-prinċipju li jfittex li tiġi evitata kull tassazzjoni sproporzjonata.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: żball manifest ta’ evalwazzjoni minħabba f’analiżi insuffiċjenti tad-dritt fiskali Ġermaniż

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni tinjora l-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża fuq it-tnaqqis tat-telf.

(6)

Invokazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, kif stabbilit mid-dritt tal-Unjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tippreċiża li l-Kummissjoni kkunsidrat għall-ewwel darba f’proċedura formali ta’ investigazzjoni l-privileġġi fiskali li jibbenefikaw minnhom ix-xerrejja ta’ azzjonijiet fil-qasam tat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest tas-Sanierungsklausel ta’ impriża u ssostni li dan l-approċċ huwa wieħed mhux tas-soltu, billi l-eżistenza ta’ għajnuna tista’ tiġi rikonoxxuta għas-sempliċi raġuni li regolament meqjus konformi mad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat (Artikolu 8(4) tal-KStG) ġie ssemplifikat. Skont ir-rikorrenti, la l-leġiżlatur Ġermaniż u lanqas l-impriżi debitament avżati ma jistgħu jistennew li d-dispożizzjonijiet ssemplifikati jiġu kkwalifikati bħala għajnuna.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/18


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-620/11)

(2012/C 39/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GFKL Financial Services AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schweda, S. Schultes-Schnitzlein, J. Eggers u M. Knebelsberger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ġermanja C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] (“Sanierungsklausel”), bir-referenza K(2011) 275, ĠU L 235, p. 26;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tinvoka dan li ġej:

(1)

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: il-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf ma hijiex miżura selettiva

Ir-rikorrenti tqis li l-konvenuta bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji. B’mod partikolari, il-konvenuta tiddetermina b’mod żbaljat is-sistema ta’ riferiment applikabbli. Hija tassumi b’mod żbaljat li l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 8(c)(1) tal-Körperschaftsteuergesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, iktar ’il quddiem il-“KStG”), li jipprovdi li telf trasferibbli bħala tali jintilef f’ċerti każijiet ta’ akkwist ta’ parteċipazzjonijiet, tagħmel parti mis-sistema ta’ riferiment. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tiddevja mis-sistema ta’ riferiment. Is-sistema ta’ riferiment hija kkaratterizzata mill-possibbiltà ġenerali li t-telf jiġi ttrasferit għal perijodi ta’ taxxa sussegwenti. Dan japplika iktar u iktar fid-dawl tal-prinċipju (kostituzzjonali) oġġettiv nett.

Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, il-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf hija miżura ġenerali ta’ politika fiskali li ma tagħtix vantaġġ selettiv sa fejn ma tiffavorixxix ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti u, konsegwentement ma tagħmilx differenza bejn operaturi ekonomiċi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli fir-rigward tal-oġġettiv tas-sistema fiskali.

Fl-aħħar nett, il-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf hija ġġustifikata min-natura u l-istruttura tas-sistema fiskali Ġermaniża, sa fejn tikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-prinċipji fundamentali tad-dritt fiskali Ġermaniż tal-kumpanniji (b’mod partikolari l-prinċipju tat-trasferiment tat-telf bejn perijodi ta’ taxxa differenti), li jirriżulta direttament mil-liġi fundamentali Ġermaniża.

(2)

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ sussidji mir-riżorsi Statali

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqis li t-trasferimenti ta’ telf miżmuma mill-klawżola tat-trasferiment ta’ telf ma jikkostitwixxux sussidju mir-riżorsi Statali fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-klawżola tat-trasferiment ta’ telf ma tikkonsistix fl-għoti ta’ vantaġġ fiskali iżda sempliċement issostni pożizzjoni fiskali diġà fis-seħħ.

(3)

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-forom proċedurali sostanzjali. Ir-rikorrenti tqis li ma hemm ebda raġuni valida sabiex is-sistema ta’ riferiment tintuża bħala bażi mill-konvenuta. Barra minn hekk, in-numru ta’ żbalji li saru mill-konvenuta fl-evalwazzjoni tagħha tad-dritt fiskali tal-kumpanniji sottostanti jimplika, b’mod ġenerali, li l-kundizzjonijiet fundamentali invokati mill-konvenuta ma humiex iktar identifikabbli. Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata ma tagħtix il-possibbiltà li jiġu identifikati l-kunsiderazzjonijiet ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom il-konvenuta tibbaża l-fehma tagħha li l-klawżola tat-trasferiment ta’ telf għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat.

(4)

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll illegali sa fejn tordna l-irkupru immedjat u effettiv tal-(allegata) għajnuna, mingħajr ma tawtorizza lill-Ġermanja tieħu inkunsiderazzjoni l-aspettattivi leġittimi li l-benefiċjarji kellhom tal-eżistenza ta’ vantaġġ. F’dan is-sens, id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju mhux miktub tad-dritt tal-Unjoni tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/19


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — SinnLeffers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-621/11)

(2012/C 39/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SinnLeffers GmbH (Hagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rupp u H. Wunderlich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li l-miżura inkwistjoni ma hijiex selettiva

Żball fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ riferiment applikabbli: f’dan ir-rigward ir-rikorrenti tallega li, fl-evalwazzjoni tan-natura selettiva tal-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf li tinsab fl-Artikolu 8c(1a) tal-Körperschaftsteuergesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, iktar ’il quddiem il-“KStG”), il-Kummissjoni ddeterminat b’mod żbaljat is-sistema ta’ riferiment applikabbli. Skont ir-rikorrenti, meta l-prinċipju oġġettiv nett jittieħed bħala sistema ta’ riferiment, il-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf ma tistax titqies bħala eċċezzjoni għas-sistema ta’ riferiment iżda pjuttost li tistabbilixxiha mill-ġdid.

Żball fir-rigward tal-kunsiderazzjoni li sistema ġenerali hija selettiva: f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tallega li, fir-rigward tal-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf li tinsab fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, ma jistax jingħad li din hija ta’ natura selettiva sa fejn din hija sistema li tapplika b’mod ġenerali.

Żball sa fejn ma tteħditx inkunsiderazzjoni l-ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura interna tas-sistema fiskali Ġermaniża applikabbli għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji: f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li n-natura u l-istruttura interna tas-sistema fiskali Ġermaniża fir-rigward tal-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji jiġġustifikaw il-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf li tinsab fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, tal-inqas meta tittieħed inkunsiderazzjoni s-sistema ta’ riferiment adegwata, jiġifieri dik ibbażata fuq il-prinċipju oġġettiv nett.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur ta’ regoli ġuridiċi superjuri — Ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tallega li, qabel ma fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf li tinsab fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG, il-Kummissjoni f’ebda mument ma kienet indikat li kellha riżervi, mill-perspettiva tad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat, fir-rigward tal-klawżola dwar it-trasferiment tat-telf li tinsab fit-tielet sentenza tal-Artikolu 8(4) tal-KStG fil-verżjoni preċedenti tagħha jew fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni simili ta’ Stati Membri oħra. Minħabba dan l-aġir preċedenti tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti b’ebda mod ma setgħet tipprevedi li l-Kummissjoni kienet ser tadotta d-deċiżjoni kkontestata, lanqas billi tapplika l-ogħla livell ta’ diliġenza mistenni minn operatur ekonomiku prudenti u informat. Għaldaqstant, hija setgħet tibni aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-klawżola l-ġdida dwar it-trasferiment tat-telf li tinsab fl-Artikolu 8c(1a) tal-KStG.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/19


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-632/11)

(2012/C 39/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaϊoannou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors,

tannulla, kompletament jew pazjalment, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), innotifikata bin-numru C(2011) 7105 u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali L 270, p. 33, jew temendaha skont dak li ġie speċifikament espost;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Ellenika titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), innotifikata bin-numru C(2011) 7105 u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali L 270, tal-15.10.11, p. 33, sa fejn tirrigwarda l-korrezzjonijiet finanzjarji sostnuti mir-Repubblika Ellenika, fis-settur tal-iskema ta’ pagament uniku u fis-settur tal-iskemi ta’ ristrutturazzjoni u ta’ konverżjoni mill-ġdid tal-għelieqi għad-dwieli, tad-distillazjoni u tal-għajnuna għal użu speċifiku tal-most.

Fir-rigward tal-korrezzjoni fis-settur tal-iskema ta’ pagament uniku, ir-rikorreenti tenfasizza, fl-ewwel lok, li l-impożizzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa fis-settur tal-iskema ta’ pagament uniku hija illegali inkwantu: a) l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’ rata fissa fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-PAK tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ekwità u kooperazzjoni; b) ma teżistix bażi legali valida għall-applikazzjoni tal-linji gwida l-antiki fid-dokument VI/5530/1997 għall-PAK il-ġdida u għall-iskema ta’ pagament uniku jew l-applikazzjoni tal-linji gwida l-antiki għall-PAK il-ġdida tikser serjament il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi li l-kriterji ta’ tqassim tar-riżerva nazzjonali ma kinux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1782/2003 (1) u tal-Artikolu 21 (2) tar-Regolament Nru 795/2004 tibbaża fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet stess u fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni, fir-rigward tal-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % applikata, li l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-kriterji nazzjonali ta’ tqassim tar-riżerva nazzjonali, fir-rigward tan-nuqqas ta’ inklużjoni tas-superfiċje kollha fejn jirgħu l-annimali fil-kalkolu tas-superfiċje/tal-ammont ta’ riferiment u tal-kalkolu tal-medja reġjonali, ma tikkostitwixxix ksur tar-Regolament Nru 1290/2005 u l-Kummissjoni applikat illegalment korrezzjonijiet finanzjarji skont l-imsemmi regolament. Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (3) u l-linji gwida fid-dokument VI/5530/1997 inkwantu a) l-ilmenti invokati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji ta’ tqassim tar-riżerva nazzjonali, anki jekk jiġu pprovati, ma jwasslux għall-ħlas ta’ ammonti favur dawk li ma humiex eliġibbli u ma joħolqux riskju ta’ dannu għall-FAEŻR; b) l-ilmenti inkwistjoni ma jirrigwardawx in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ kontroll fundamentali u, konsegwentement, ma jiġġustifikawx l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 %.

Fir-rigward tal-korrezzjoni fis-settur tal-inbid, ir-rikorrenti tiddikjara li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat il-fatti fir-rigward tal-punti specifici li ġejjin: reġistru tad-dwieli, distillazjoni u għajnuna għal użu tal-most, distillazjoni obbligatorja tal-prodotti sekondarji u ristrutturazzjoni u konverżjoni mill-ġdid tal-għelieqi għad-dwieli, li manifestament ma jiġġustifikawx korrezzjoni ta’ 10 %, skont il-linji gwida dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji fil-proċedura ta’ likwidazzjoni, korrezjzoni li hija manifestament sproporzjonata fir-rigward tan-nuqqasijiet ikkonstatati fis-sistema ta’ kontroll.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/20


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Cham vs Il-Kunsill

(Kawża T-649/11)

(2012/C 39/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-kawża tar-rikorrent ammissibbli, u konsegwentement:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011. dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti, inkwantu jżiduha fil-lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta’ Mejju 2011 u fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 14.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011 — Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-651/11)

(2012/C 39/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: J. Pujol, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/628/PESK, kif ukoll ir-Regolament Nru 950/2011 (UE) u l-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-Deċiżjoni 2011/628/PESK (1) minħabba t-tħassir tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK (2) permezz tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK (3).

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tar-Regolament Nru 950/2011 (4) minħabba t-tħassir tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri kkontestati jiksru d-drittijiet tad-difiża u, b’mod partikolari, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previsti fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), fl-Artikolu 215 TFUE u fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, billi l-motivazzjoni mogħtija ma tissodisfax l-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 6 tal-KEDB, l-Artikolu 296 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri kkontestati jirrestrinġu b’mod inġustifikat u mhux proporzjonat id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti u, b’mod partikolari, id-drittijiet ta’ proprjetà tagħha, previsti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-KEDB u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt għar-rispett tar-reputazzjoni tagħha, previst fl-Artikoli 8 u 10(2) tal-KEDB.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa fejn il-miżuri adottati jwasslu sabiex il-funzjonament normali tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet fi ħdan l-Unjoni jiġi distort u għaldaqstant jaffetwaw ħażin il-kompetizzjoni bejn l-operaturi Ewropej u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 121, p. 11).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 247, p. 3).


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (TRUVO u Truvo)

(Kawżi T-528/11, T-69/11 u T-77/11) (1)

(2012/C 39/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011, C 89, 19.3.2011 u C 95, 26.3.2011.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/11) (1)

(2012/C 39/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Rheinischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/11) (1)

(2012/C 39/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011