ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.033.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 33

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
7 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 033/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2012 dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjoattiv li ġej miż-żewġ reatturi EPR fl-impjant tal-enerġija nukleari ta' Hinkley Point C, li jinsab f'Somerset, ir-Renju Unit

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 033/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6091 – Galenica/Fresenius Medical Care/Vifor Fresenius Medical Care Renal Pharma JV) ( 1 )

3

2012/C 033/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6450 – EDF/ERSA) ( 1 )

3

2012/C 033/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6464 – Sony/Sony Ericsson) ( 1 )

4

2012/C 033/05

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 033/06

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 033/07

Festi pubbliċi fl-2012

8

2012/C 033/08

Lista ta’ CRAs irreġistrati u ċċertifikati

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 033/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6491 – Kubota/Kverneland) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Frar 2012

dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjoattiv li ġej miż-żewġ reatturi EPR fl-impjant tal-enerġija nukleari ta' Hinkley Point C, li jinsab f'Somerset, ir-Renju Unit

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2012/C 33/01

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, u hija bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.

Fil-9 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjoattiv li ġej miż-żewġ reatturi EPR fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley Point C.

Abbażi ta' din id-dejta u t-tagħrif komplimentari pprovdut minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Renju Unit fil-laqgħa tal-Grupp ta' Esperti fit-8 u d-9 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja.

(1)

Id-distanza mis-sit għall-Istati Membri l-iktar qrib hija 185 km minn Franza u 250 km mir-Repubblika tal-Irlanda.

(2)

Taħt kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, it-tnixxija ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjoattivi ma twassalx għall-esponiment sanitarju sinifikanti tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor.

(3)

Skart radjoattiv solidu ta’ livell baxx jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jiġi ttrasferit għal faċilitajiet ta’ rimi awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji tar-Renju Unit. Elementi ta' fjuwil użat u skart solidu ta’ livell intermedjarju jinħażnu temporanjament fuq is-sit, jistennew id-disponibbiltà fil-futur ta’ ripożitorju ġeoloġiku. Mhux mistenni li jkun hemm ipproċessar mill-ġdid ta’ fjuwil użat.

(4)

Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjoattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u l-qies ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, kemm fi tħaddim normali u fil-każ ta’ inċident tat-tip u l-qies kkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta’ skart radjoattiv fi kwalunkwe forma miż-żewġ reatturi EPR fl-impjanti tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley Point C, li jinsab f’Somerset, ir-Renju Unit, aktarx mhix ser tirriżulta f’kontaminazzjoni radjoattiva tal-ilma, ħamrija jew spazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor li jkun sinifikanti mill-aspett sanitarju.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6091 – Galenica/Fresenius Medical Care/Vifor Fresenius Medical Care Renal Pharma JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 33/02

Fil-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6091. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6450 – EDF/ERSA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 33/03

Fil-31 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6450. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6464 – Sony/Sony Ericsson)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 33/04

Fis-26 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6464. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/5


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 33/05

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.12.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33303 (11/N)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Renotification capital injection of SNS REAAL

Il-bażi legali

Term sheet agreed by Dutch government and SNS REAAL

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 750 miljun

 

Baġit globali: EUR 750 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Nederlandse regering

PB 20201

2500 EE Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.12.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33867 (11/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Abruzzo

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Modifica del regime N 459/A/09 di aiuti destinati ad ovviare ai danni arrecati dal terremoto del 6 aprile 2009 in Abruzzo

Il-bażi legali

Ordinanza n. 3959 del Presidente del Consiglio dei Ministri — Ulteriori interventi urgenti diretti a fronteggiare gli eventi sismici verificatisi nella regione Abruzzo il giorno 6 aprile 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kumpens għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

Baġit globali: EUR 78,8 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione Abruzzo

P.zza Santa Giusta — Palazzo Centi

67100 L’Aquila AQ

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Frar 2012

2012/C 33/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3042

JPY

Yen Ġappuniż

99,97

DKK

Krona Daniża

7,4342

GBP

Lira Sterlina

0,82810

SEK

Krona Żvediża

8,8025

CHF

Frank Żvizzeru

1,2067

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5925

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,980

HUF

Forint Ungeriż

293,01

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6993

PLN

Zloty Pollakk

4,1770

RON

Leu Rumen

4,3420

TRY

Lira Turka

2,3017

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2192

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3019

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1135

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5721

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6303

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 463,27

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9450

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2329

HRK

Kuna Kroata

7,5830

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 718,28

MYR

Ringgit Malażjan

3,9374

PHP

Peso Filippin

55,533

RUB

Rouble Russu

39,4254

THB

Baht Tajlandiż

40,404

BRL

Real Brażiljan

2,2549

MXN

Peso Messikan

16,5907

INR

Rupi Indjan

63,9780


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/8


Festi pubbliċi fl-2012

2012/C 33/07

Belgique/België

1.1, 8.4, 9.4, 30.4, 1.5, 17.5, 18.5, 27.5, 28.5, 21.7, 15.8, 1.11, 2.11, 11.11, 15.11, 16.11, 24.12, 25.12, 26.12, 27.12, 28.12, 29.12, 30.12, 31.12

България

1.1, 3.3, 13.4, 14.4, 15.4, 16.4, 1.5, 6.5, 24.5, 6.9, 22.9, 1.11, 24.12, 25.12, 26.12

Česká republika

1.1, 9.4, 1.5, 8.5, 5.7, 6.7, 28.9, 28.10, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12.

Danmark

1.1, 5.4, 6.4, 8.4, 9.4, 4.5, 17.5, 27.5, 28.5, 25.12, 26.12

Deutschland

1.1, 6.4, 9.4, 1.5, 17.5, 28.5, 3.10, 25.12, 26.12

Eesti

1.1, 24.2, 6.4, 8.4, 1.5, 27.5, 23.6, 24.6, 20.8, 24.12, 25.12, 26.12.

Éire/Ireland

2.1, 6.4, 9.4, 17.5, 18.5, 28.5, 2.11, 24.12, 25.12, 26.12

Ελλάδα

1.1, 6.1, 27.2, 25.3, 13.4, 16.4, 1.5, 4.6, 15.8, 28.10, 25.12, 26.12

España

6.1, 6.4, 1.5, 15.8, 12.10, 1.11, 6.12, 8.12, 25.12:

France

1.1, 9.4, 1.5, 8.5, 17.5, 28.5, 14.7, 15.8, 1.11, 11.11, 25.12

Italia

1.1, 6.4, 9.4, 1.5, 17.5, 28.5, 15.8, 1.11, 25.12, 26.12

Κύπρος/Kıbrıs

1.1, 6.1, 27.2, 25.3, 1.4, 13.4, 16.4, 1.5, 4.6, 15.8, 1.10, 28.10, 24.12, 25.12, 26.12

Latvija

1.1, 6.4, 8.4, 9.4. 1.5, 4.5, 13.5, 27.5, 23.6, 24.6, 18.11, 24.12, 25.12, 26.12, 31.12

Lietuva

1.1, 16.2, 11.3, 8.4, 9.4, 1.5, 6.5, 3.6, 24.6, 6.7, 15.8, 1.11, 24.12, 25.12; 26.12

Luxembourg

1.1, 9.4, 1.5, 17.5, 28.5, 23.6, 15.8, 1.11, 25.12, 26.12

Magyarország

1.1, 15.3, 16.3, 8.4, 9.4, 30.4, 1.5, 27.5, 28.5, 20.8, 22.10, 23.10, 1.11, 2.11, 24.12, 25.12, 26.12

Malta

1.1, 10.2, 19.3, 31.3, 6.4, 1.5, 7.6, 29.6, 15.8, 8.9, 21.9, 8.12, 13.12, 25.12

Nederland

1.1, 8.4, 9.4, 30.4, 17.5, 27.5, 28.5, 25.12, 26.12

Österreich

1.1, 6.1, 9.4, 1.5, 17.5, 28.5, 7.6, 15.8, 26.10, 1.11, 8.12, 25.12, 26.12

Polska

1.1, 6.1, 8.4, 9.4, 1.5, 3.5, 27.5, 7.6, 15.8, 1.11, 11.11, 25.12, 26.12

Portugal

1.1, 6.4, 8.4, 25.4, 1.5, 7.6, 10.6, 15.8, 5.10, 1.11, 1.12, 8.12, 25.12

România

1.1, 2.1, 15.4, 16.4, 1.5, 3.6, 4.6, 15.8, 1.12, 25.12, 26.12

Slovenija

2.1, 5.4, 6.4, 9.4, 1.5, 17.5, 18.5, 28.5, 25.6, 1.11, 2.11, 26.12

Slovensko

1.1, 6.1, 6.4, 9.4, 1.5, 8.5, 5.7, 29.8, 1.9, 15.9, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12

Suomi/Finland

1.1, 6.1, 6.4, 8.4, 9.4, 1.5, 17.5, 23.6, 3.11, 6.12, 25.12, 26.12

Sverige

1.1, 6.1, 6.4, 8.4, 9.4, 1.5, 17.5, 27.5, 6.6, 23.6, 3.11, 25.12, 26.12

United Kingdom

Wales and England: 2.1, 6.4, 9.4, 7.5, 4.6, 5.6, 27.8, 25.12, 26.12

Northern Ireland: 2.1, 19.3, 6.4, 9.4, 7.5, 4.6, 5.6, 12.7, 27.8, 25.12, 26.12

Scotland: 2.1, 3.1, 6.4, 7.5, 4.6, 5.6, 6.8, 30.11, 25.12, 26.12


7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/10


Lista ta’ CRAs irreġistrati u ċċertifikati

2012/C 33/08

L-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li huma msemmija hawn taħt kienu rreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu].

Il-lista hija ppubblikata mill-ESMA skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament dwar l-Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu u tiġi aġġornata fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mill-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea terġa' tippubblika l-lista f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien 30 jum minn kwalunkwe aġġornament. Għalhekk, jista' jkun hemm differenzi bejn il-lista ppubblikata mill-ESMA u l-lista disponibbli f’Il-Ġurnal Uffiċjali matul dak il-perjodu.

Data tal-aħħar aġġornament: 6 ta’ Jannar 2012

Isem tas-CRA

Pajjiż ta’ residenza

L-Awtorità kompetenti li qed tirreġistra tal-Istat Membru ta' domiċilju

Stat

Data effettiva

Euler Hermes Rating GmbH

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

16 ta’ Novembru 2010

Japan Credit Rating Agency Ltd

Il-Ġappun

Autorité des Marchés Financiers (AMF)

Ċertifikata

6 ta’ Jannar 2011

Feri EuroRating Services AG

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

14 ta’ April 2011

Bulgarian Credit Rating Agency AD

Il-Bulgarija

Financial Supervision Commission (FSC)

Reġistrata

6 ta’ April 2011

Creditreform Rating AG

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

18 ta' Mejju 2011

PSR Rating GmbH

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

24 ta’ Mejju 2011

ICAP Group SA

Il-Greċja

Hellenic Capital Market Commission (HCMC)

Reġistrata

7 ta’ Lulju 2011

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilun GmbH

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

28 ta’ Lulju 2011

ASSEKURATA Assekuranz Rating- Agentur GmbH

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

16 ta’ Awwissu 2011

Companhia Portuguesa de Rating, SA (CPR)

Il-Portugall

Comissão do Mercado de Valores Mobiliários (CMVM)

Reġistrata

26 ta’ Awwissu 2011

AM Best Europe — Rating Services Ltd (AMBERS)

Ir-Renju Unit

Financial Services Authority (FSA)

Reġistrata

8 ta’ Settembru 2011

DBRS Ratings Limited

Ir-Renju Unit

Financial Services Authority (FSA)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Fitch France S.A.S.

Franza

Autorité des Marchés Financiers (AMF)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Fitch Deutschland GmbH

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Fitch Italia SpA

L-Italja

Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (CONSOB)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Fitch Polska SA

Il-Polonja

Komisja Nadzoru Finansowego (KNF)

Reġistrata

31 ta' Ottubru 2011

Fitch Ratings España S.A.U.

Spanja

Comisión Nacional del Mercado de Valores (CNMV)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Fitch Ratings Limited

Ir-Renju Unit

Financial Services Authority (FSA)

Reġistrata

31 ta’Ottubru 2011

Fitch Ratings CIS Limited

Ir-Renju Unit

Financial Services Authority (FSA)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Moody’s Investors Service Cyprus Ltd

Ċipru

Cyprus Securities and Exchange Commission (CySEC)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Moody’s France S.A.S.

Franza

Autorité des Marchés Financiers (AMF)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Moody’s Deutschland GmbH

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Moody’s Italia S.r.l.

L-Italja

Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (CONSOB)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Moody’s Investors Service España SA

Spanja

Comisión Nacional del Mercado de Valores (CNMV)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Moody’s Investors Service Ltd

Ir-Renju Unit

Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji (FSA)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Standard & Poor’s Credit Market Services France S.A.S.

Franza

Autorité des Marchés Financiers (AMF)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Standard & Poor’s Credit Market Services Italy S.r.l.

L-Italja

Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (CONSOB)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

Standard & Poor’s Credit Market Services Europe Limited

Ir-Renju Unit

Financial Services Authority (FSA)

Reġistrata

31 ta’ Ottubru 2011

CRIF SpA

L-Italja

Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (CONSOB)

Reġistrata

22 ta’ Diċembru 2011


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6491 – Kubota/Kverneland)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 33/09

1.

Fit-30 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Kubota Corporation (“Kubota”, il-Ġappun), fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ indirett ta’ Kverneland ASA (“Kverneland”, in-Norveġja) permezz ta' asta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Kubota: l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ makkinarju tal-biedja u industrijali, ta’ sistemi tal-ilma u tal-ambjent kif ukoll ta’ infrastrutturi soċjali,

għal Kverneland: l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ għodod għat-tractors kif ukoll ta’ aċċessorji għall-industrija tal-biedja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6491 – Kubota/Kverneland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).