ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.026.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 26

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
31ta' Jannar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 026/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6448 – OPTrust/PGGM/Global Via Infraestructuras/Global Via Inversiones) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 026/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 026/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 026/04

Id-deċiżjoni Nru 791 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-Blokk 1-21 Han Asparuh, li jinsab fiż-żona ekonomika Esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva tal-offerti

4

2012/C 026/05

Id-Deċiżjoni Nru 804 tal-4 ta’ Novembru 2011 li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-Blokk 1-19 Sveti Atanas, li jinsab fil-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti

7

2012/C 026/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6492 – SCOR/MAF/Essor JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

2012/C 026/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6461 – TPV/Philips TV Business) ( 1 )

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6448 – OPTrust/PGGM/Global Via Infraestructuras/Global Via Inversiones)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 26/01

Fl-24 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6448. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

2012/C 26/02

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja hija mressqa għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG K Coordination

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 27, 31.1.2012.


Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Jannar 2012

2012/C 26/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3110

JPY

Yen Ġappuniż

100,53

DKK

Krona Daniża

7,4341

GBP

Lira Sterlina

0,83580

SEK

Krona Żvediża

8,8996

CHF

Frank Żvizzeru

1,2046

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6810

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,270

HUF

Forint Ungeriż

296,04

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6991

PLN

Zloty Pollakk

4,2545

RON

Leu Rumen

4,3380

TRY

Lira Turka

2,3478

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2427

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3185

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1707

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6042

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6523

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 481,36

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,3024

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2837

HRK

Kuna Kroata

7,5818

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 837,85

MYR

Ringgit Malażjan

4,0097

PHP

Peso Filippin

56,525

RUB

Rouble Russu

39,8950

THB

Baht Tajlandiż

40,903

BRL

Real Brażiljan

2,2919

MXN

Peso Messikan

17,0423

INR

Rupi Indjan

65,2350


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/4


ID-DEĊIŻJONI Nru 791

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-Blokk 1-21 Han Asparuh, li jinsab fiż-żona ekonomika Esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva tal-offerti

2012/C 26/04

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikoli 5(2), 7(2)(8), 42(1)(1) u 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u l-Artikoli 4(1)(1) u 16 tar-Regolament dwar it-twettiq tal-proċeduri tal-offerti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u/jew l-esplorazzjoni ta', u għall-għoti ta’ konċessjonijiet għall-produzzjoni ta', riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, adottat mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 231 tal-2010:

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI DDEĊIEDA LI:

1.

Għandha tinfetaħ proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fil-Blokk 1-21 Han Asparuh, li jinsab fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, li jkopri żona ta’ 14 220 km2 u huwa ddefinit bil-koordinati 1 sa 22, kif speċifikat fl-Anness.

2.

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tingħata abbażi ta’ proċedura kompetittiva tal-offerti li fiha l-offerenti ma jkunux preżenti meta jiġu kkunsidrati l-offerti.

3.

Il-perjodu ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni għandu jiġi ffissat għal ħames snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar it-tiftix u l-esplorazzjoni, bi dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art.

4.

Id-data tal-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-120 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

5.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-140 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti skont il-kundizzjonijiet tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-155 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.

Il-prezz tal-fajl tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 15 000. Il-fajl tal-offerti għandu jinxtara mill-Kamra Nru 902 fil-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, Bulgaria, sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 4.

8.

L-applikanti li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

9.

L-offerti ppreżentati skont il-kundizzjonijiet tal-offerti għandhom jiġu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati għall-ħarsien ambjentali u t-taħriġ, il-bonusijiet u l-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji, kif ipprovdut fil-fajl tal-offerti.

10.

Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 20 000, pagabbli sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 5 fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu indikat fil-fajl tal-offerti.

11.

L-applikanti li ma jiġux aċċettati fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandhom jiġu rimborżati l-flus li jkunu ddepożitaw fi żmien 14-il jum wara li jkunu ġew infurmati li ma ġewx aċċettati.

12.

Id-depożitu li jkun għamel l-offerent magħżul għandu jiġi rimburżat wara li jkun ġie ffirmat il-ftehim, u d-depożiti tal-offerenti l-oħrajn għandhom jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni.

13.

L-applikazzjonijiet sabiex wieħed jipparteċipa fil-proċedura kompetittiva tal-offerti u l-offerti taħt il-proċedura kompetittiva tal-offerti għandhom jitressqu lill-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, Bulgaria, bil-Bulgaru, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

14.

L-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-fajl tal-offerti.

15.

Il-proċedura kompetittiva tal-offerti għandha titwettaq anke fil-każ li jiġi aċċettat applikant wieħed biss biex jipparteċipa fiha.

16.

L-attivitajiet tal-esplorazzjoni għall-minerali fil-qasam għandhom jitwettqu wara valutazzjoni mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-kompatibbiltà tal-pjanijiet ta' ħidma annwali għat-tiftix u l-esplorazzjoni.

17.

Il-Ministru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu huwa awtorizzat li:

17.1.

jibgħat din id-Deċiżjoni għall-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

17.2.

jorganizza u jwettaq il-proċedura tal-offerti.

18.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Istat u fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri.

19.

L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Boyko BORISOV

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ministri

Rosen ZHELYAZKOV


ANNESS

KOORDINATI TAL-PUNT TA’ FRUNTIERA

Sistema ta' koordinati WGS 84

Nru

Lonġitudni

(°/″)

Latitudni

(°/″)

1

29° 25′ 56.00″

43° 38′ 08.40″

2

29° 30′ 38.00″

43° 38′ 34.00″

3

29° 49′ 54.00″

43° 36′ 05.00″

4

29° 49′ 54.00″

43° 40′ 49.40″

5

30° 24′ 29.80″

43° 38′ 09.80″

6

31° 08′ 48.39″

43° 21′ 00.33″

7

31° 06′ 33.00″

43° 19′ 54.00″

8

30° 45′ 06.00″

42° 56′ 43.00″

9

30° 36′ 18.00″

42° 49′ 31.00″

10

30° 34′ 10.00″

42° 48′ 03.00″

11

29° 07′ 28.85″

42° 48′ 47.00″

12

28° 30′ 00.00″

42° 48′ 44.50″

13

28° 30′ 00.00″

43° 07′ 00.00″

14

28° 45′ 00.00″

43° 07′ 00.00″

15

28° 45′ 00.00″

43° 10′ 00.00″

16

28° 50′ 00.00″

43° 10′ 00.00″

17

28° 50′ 00.00″

43° 13′ 00.00″

18

29° 06′ 00.00″

43° 13′ 00.00″

19

29° 06′ 00.00″

43° 19′ 00.00″

20

29° 10′ 19.50″

43° 19′ 00.00″

21

29° 10′ 19.47″

43° 23′ 58.00″

22

29° 25′ 43.00″

43° 23′ 58.90″


31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/7


ID-DEĊIŻJONI Nru 804

tal-4 ta’ Novembru 2011

li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-Blokk 1-19 Sveti Atanas, li jinsab fil-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti

2012/C 26/05

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikoli 5(2), 7(2)(8), 42(1)(1) u 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u l-Artikoli 4(1)(1) u 16 tar-Regolament dwar it-twettiq tal-proċeduri tal-offerti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u/jew l-esplorazzjoni ta', u għall-għoti ta’ konċessjonijiet għall-produzzjoni ta', riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, adottat mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 231 tal-2010 (Gazzetta tal-Istat Nru 82/2010):

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI DDEĊIEDA LI:

1.

Għandha tinfetaħ proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fil-Blokk 1-19 Sveti Atanas, li jinsab fil-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, li jkopri erja ta’ 1 318 km2 u huwa ddefinit bil-koordinati 1 sa 8, kif speċifikat fl-Anness.

2.

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tingħata abbażi ta' proċedura ta' offerti kompetittiva.

3.

Il-perjodu ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni għandu jiġi ffissat għal ħames snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar it-tiftix u l-esplorazzjoni, bi dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art.

4.

Id-data tal-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-120 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-130 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti skont il-fajl tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-144 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.

L-offerenti ma għandhomx ikunu preżenti meta jiġu kkunsidrati l-offerti.

8.

Il-prezz tal-fajl tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 15 000. Il-fajl tal-offerti għandu jinxtara mill-Kmamar Nru 902 u 903 fil-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, Bulgaria, sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 4.

9.

L-applikanti li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

10.

L-offerti ppreżentati skont il-kundizzjonijiet tal-offerti għandhom jiġu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati għall-ħarsien ambjentali u t-taħriġ, il-bonusijiet u l-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji, kif ipprovdut fil-fajl tal-offerti.

11.

Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 20 000, pagabbli sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 5 fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu indikat fil-fajl tal-offerti.

12.

Id-depożitu li jkun għamel l-offerent magħżul għandu jiġi rimburżat wara li jkun ġie ffirmat il-ftehim, u d-depożiti tal-offerenti l-oħrajn għandhom jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni.

13.

L-applikazzjonijiet sabiex wieħed jipparteċipa fil-proċedura kompetittiva tal-offerti u l-offerti taħt il-proċedura kompetittiva tal-offerti għandhom jitressqu fir-Reġistru tal-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, Bulgaria, bil-Bulgaru, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

14.

L-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-fajl tal-offerti.

15.

Il-proċedura kompetittiva tal-offerti għandha titwettaq anke fil-każ li jiġi aċċettat applikant wieħed biss biex jipparteċipa fiha.

16.

L-attivitajiet tal-esplorazzjoni minerali għandhom jitwettqu wara t-tlestija tal-proċeduri għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-pjan ta' ħidma ġenerali u tal-pjanijiet annwali ta' ħidma għat-tiftix u l-esplorazzjoni skont l-Artikolu 2(2) tal-Kapitolu 2 tar-Regolament dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-pjanijiet, il-programmi, il-proġetti u l-proposti tal-investiment bl-għanijiet li jiġu ppriżervati ż-żoni protetti (Gazzetta tal-Istat Nru 73/2007).

17.

Il-Ministru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu huwa awtorizzat li:

17.1.

jibgħat din id-Deċiżjoni għall-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

17.2.

jorganizza u jwettaq il-proċedura kompetittiva tal-offerti.

18.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Istat u fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri.

19.

L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Boyko BORISOV

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ministri

Rosen ZHELYAZKOV


ANNESS

LISTA TAL-KOORDINATI TAL-PUNT TA’ FRUNTIERA TAL-BLOKK 1-19 SVETI ATANAS

Sistema ta' koordinati WGS 84, żona 35N

Nru

Lonġitudni

(°)

Latitudni

(°)

1

27.9290

43.0000

2

28.2500

43.0000

3

28.2500

42.9150

4

28.5000

42.9150

5

28.5001

42.8122

6

28.4333

42.8119

7

28.4305

42.6909

8

27.9319

42.6961


31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6492 – SCOR/MAF/Essor JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 26/06

1.

Fl-20 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha SCOR SE (“SCOR”, Franza) u Mutuelle des Architectes Français Assurances (“MAF”, Franza) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ Essor Participações Ltda fil-Brażil (“Essor”, il-Brażil) permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SCOR: grupp ta’ riassigurazzjoni b’operazzjonijiet f’madwar 130 pajjiż u hi organizzata f’żewġ diviżjonijiet ta’ riassigurazzjoni (i) Tal-Ħajja u (ii) Mhux tal-Ħajja,

għal MAF: grupp ta’ kumpaniji attivi prinċipalment fl-għoti ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni diretta u b’mod partikolari ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni professjonali għal dawk li jiddisinjaw il-bini bħall-periti, il-periti ta’ ġewwa, ekonomisti tal-kostruzzjoni, nies li jiddisinjaw il-pajsaġġ u inġiniera tal-kostruzzjoni,

għal Essor: kumpanija Brażiljana ġdida mhux operattiva b’responsabbiltà limita li se ssir korporazzjoni ta’ assigurazzjoni diretta hekk kif tirċievi approvazzjoni regolatorja mis-Sovrantendenza Brażiljana għall-Assigurazzjoni Privata.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6492 – SCOR/MAF/Essor JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6461 – TPV/Philips TV Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 26/07

1.

Fl-20 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TPV Technology Limited, (“TPV”, il-Bermuda) beħsiebha takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll tal-impriża globali tat-televiżjoni tal-kulur ta’ Philips (“Philips TV Business”, il-Pajjiżi l-Baxxi) bl-eċċezzjoni ta’ numru ta’ pajjiżi li jinsabu barra miż-ŻEE.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TPV hija fornitriċi ta’ soluzzjonijiet permezz tal-iskrins, u hija attiva fl-iddisinjar u l-produzzjoni ta’ firxa sħiħa ta’ skrins tal-kompjuters personali u tat-televiżjoni kemm fuq il-bażi ta’ manifatturi terzi ta’ tagħmir oriġinali (original equipment manufacturer, OEM) għad-distribuzzjoni globali tagħha kif ukoll taħt il-marka proprja tagħha AOC,

Philips TV Business topera fil-manifattura tat-televiżjonijiet tal-kulur tal-marka Philips, fil-ġestjoni tal-marka tal-kumpanija fir-rigward tagħhom u fid-distribuzzjoni tagħhom fit-territorji relevanti li jaqgħu fit-tranżazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6461 – TPV/Philips TV Business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).