|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.018.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 018/01 |
||
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 018/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6425 – Imperial Mobility/Lehnkering) ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
2012/C 018/10 |
||
|
2012/C 018/11 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2012/C 018/12 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Jannar 2012
dwar il-pjan modifikat għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-Impjant Nukleari ta' Blayais, fi Franza
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
2012/C 18/01
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, u hija bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.
Fis-6 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern ta’ Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-Impjant Nukleari ta' Blayais.
Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
|
(1) |
Id-distanzi mill-impjant nukleari għall-eqreb Stati Membri huma ta' 226 km għal Spanja u 568 km għall-Italja. |
|
(2) |
Il-modifikazzjonijiet ippjanati għandhom l-għan li jużaw elementi tal-karburant MOx f'żewġ unitajiet minn erba' preżenti fis-sit (l-unitajiet 3 u 4). |
|
(3) |
Matul kundizzjonijiet normali ta’ operazzjoni, il-modifikazzjoni ppjanata ma twassalx għal esponiment sinifikanti mill-aspett sanitarju tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor. |
|
(4) |
Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor minħabba l-modifikazzjoni ppjanata ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan modifikat għar-rimi ta' skart radjuattiv fi kwalunkwe forma mill-impjant ta' Blayais fi Franza, kemm f'operazzjoni normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, x'aktarx li ma jirriżultax f'kontaminazzjoni radjoattiva, li tkun sinifikanti mill-aspett sanitarju, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-arja ta' Stat Membru ieħor.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6425 – Imperial Mobility/Lehnkering)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 18/02
Fit-22 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6425. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta’ Jannar 2012
2012/C 18/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2902 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
99,53 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4362 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83390 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,7804 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2077 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,6600 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
304,68 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6990 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3196 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3440 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3640 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2379 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3076 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,0145 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6071 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6463 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 463,46 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,2858 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1732 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5670 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 541,85 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0016 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,940 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,4552 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,719 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,2804 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,1248 |
|
INR |
Rupi Indjan |
64,8730 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/4 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tal-5 ta' Diċembru 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.692 – IBM Servizzi ta’ Manutenzjoni
Relatur: L-Estonja
2012/C 18/04
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess valutazzjoni tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tad-Deċiżjoni tagħha hekk kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fl-21 ta’ Novembru 2011 dwar il-proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn IBM huma adatti, meħtieġa u proporzjonati. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn IBM, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/5 |
Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
COMP/39.692 – IBM Servizzi ta' Manutenzjoni
2012/C 18/05
|
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedimenti kontra International Business Machines Corporation (“IBM”) dwar allegazzjoni ta' abbuż ta' dominanza fis-suq għall-inputs meħtieġa sabiex jipprovdu servizzi ta’ manutenzjoni tal-ħardwer u tas-softwer għal sistemi operattivi għall-mejnfrejm tal-IBM. |
|
(2) |
Ġiet adottata valutazzjoni preliminari mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Awwissu 2011 skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) u ġiet innotifikata lil IBM fit-2 ta' Awwissu 2011. Dan ikkonkluda fuq bażi preliminari li IBM setgħet ċaħdet li tagħti aċċess lil mantenituri terzi għal ċerti inputs meħtieġa biex jipprovdu servizzi ta' manutenzjoni lill-ħardwer u s-softwer għal sistemi operattivi għall-mejnfrejm tal-IBM, bi ksur tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-paragrafu (b) tiegħu, u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(3) |
Fl-14 ta’ Settembru 2011, IBM issottomettiet l-ewwel proposta għall-impenji biex tindirizza t-tħassib li tqajjem mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha. Fl-20 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fejn għamlet sommarju tal-każ, il-kontenut prinċipali tal-impenji, il-kors ta' azzjoni propost u stiednet lill-partijiet terzi biex jibagħtu l-kummenti dwar l-impenji proposti minn IBM (3). Bi tweġiba għall-avviż, il-Kummissjoni rċeviet 7 osservazzjonijiet minn partijiet terzi interessati u infurmat lil IBM b’dawn il-kummenti. IBM issottomettiet sett rivedut ta' impenji fl-24 ta' Ottubru 2011. |
|
(4) |
Fid-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tagħmel l-impenji offruti minn IBM vinkolanti għal perjodu totali ta’ 5 snin u tikkonkludi li fid-dawl tar-rimedji offruti, m'għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċeduri f'dan il-każ għandhom jintemmu. |
|
(5) |
Jien ma rċevejt l-ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti għall-proċedimenti fil-każ preżenti (4). Fid-dawl ta' dan, inqis li l-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-parteċipanti kollha f’dan il-każ ġie rrispettat. |
Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29 (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.
(3) Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.692 – IBM Servizzi ta' manutenzjoni, ĠU C 275, 20.9.2011, p. 8.
(4) Skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/6 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-13 ta' Diċembru 2011
dwar il-proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE
(Każ COMP/39.692 – IBM Servizzi ta’ Manutenzjoni)
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9245)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 18/06
Fit-13 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-isem tal-parti kkonċernata u tal-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux konfidenzjali tad-deċiżjoni hija disponibbli fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=1_39692
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 hija indirizzata lil International Business Machines Corporation (“IBM”). Din id-deċiżjoni tagħmel l-impenji offruti minn IBM obbligatorji sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni li joħorġu minn investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fis-suq tal-manutenzjoni għall-prodotti ta’ ħardwer u ta' softwer għal sistemi operattivi għall-mejnfrejm tal-IBM. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Tħassib preliminari dwar il-kompetizzjoni
|
(2) |
Mejnfrejms huma kompjuters b’saħħithom użati minn kumpaniji kbar u istituzzjonijiet governattivi madwar id-dinja kollha għall-ħażna u l-ipproċessar ta’ informazzjoni kummerċjali kritika. Minħabba l-affidabilità kbira tagħhom, id-disponibilità u l-possibbiltà li jingħatalhom servis il-mejnfrejms ġeneralment jintużaw għat-tħaddim ta’ proċessi kummerċjali kruċjali. Sabiex tkun żgurata il-kontinwità kummerċjali, teħtieġ għalhekk manutenzjoni effikaċi. Servizzi ta’ manutenzjoni għall-mejnfrejms huma offruti kemm mill-IBM kif ukoll minn partijiet terzi li jagħtu dan is-servizz (third party maintainers “TPMs”). |
|
(3) |
Fl-1 t'Awwissu 2011 il-Kummissjoni indirizzat valutazzjoni preliminari lil IBM fejn ippreżentat it-tħassib li IBM setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fuq is-suq tal-manutenzjoni għall-ħardwer tal-mejnfrejms u l-prodotti ta’ softwer għal sistemi operattivi tagħha. |
|
(4) |
B’mod partikolari l-Kummissjoni inizjalment ikkonkludiet li IBM jista’ jkollha pożizzjoni dominanti fuq is-suq għall-kontributi meħtieġa biex isiru servizzi ta’ manutenzjoni għall-mejnfrejms tal-IBM u li IBM setgħet imponiet kondizzjonijiet ta’ forniment mhux raġonevoli, fir-rigward ta’ ċerti kontributi meħtieġa għall-manutenzjoni tal-mejnfrejms tal-IBM, fuq il-kompetituri tagħha fis-suq tal-manutenzjoni, biex b’hekk ġabithom fi żvantaġġ kompetittiv. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dan l-aġir jista' jammonta għal ċaħda kostruttiva ta' proviżjon lil fornituri kompetituri ta’ servizzi ta’ manutenzjoni tal-mejnfrejms b'kontravenzjoni tal-Artikolu 102 TFUE. |
|
(5) |
Il-prattiki ta’ IBM jistgħu jaffettwaw diversi TPMs, li wħud minnhom huma attivi fi Stati Membri differenti. Għal din ir-raġuni, il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-prattiki li joħolqu l-problemi jista’ jkollhom riperkussjonijiet fuq il-mudell tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern. |
2.2. L-Impenji
|
(6) |
Fl-14 ta’ Settembru 2011, bħala tweġiba għat-tħassib tal-Kummissjoni espress fil-valutazzjoni preliminari, IBM ressqet impenji lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Fl-20 ta’ Settembru 2011, ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti taqsira tal-kawża u tal-impenji u li jistieden lil partijiet terzi interessati jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni. |
|
(8) |
Sa din id-data ta’ skadenza l-Kummissjoni rċeviet 7 osservazzjonijiet mingħand partijiet terzi interessati. Il-Kummissjoni infurmat lil IBM dwar dawn il-kummenti u fl-24 t’ Ottubru 2011, IBM ressqet proposta emendata għall-impenji (ddatata l-21 t'Ottubru 2011). |
|
(9) |
Fil-5 ta' Diċembru 2011, il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ġie kkonsultat u ta opinjoni favorevoli. Fl-istess ġurnata, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. |
|
(10) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni rendiet l-impenji riveduti ta' IBM obbligatorji b’deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. IBM timpenja ruħha, għal perjodu ta’ ħames snin biex tpoġġi għad-dipożizzjoni fil-pront ta’ spare parts importanti u informazzjoni teknika skont termini kummerċjalment raġonevoli u mhux diskriminatorji u tippermetti lil partijiet terzi jinfurzaw l-impenji. F’anness għall-Impenji, IBM ressqet ukoll numru ta’ klawsoli standard ta’ kuntratti li jiddeskrivu l-mod kif l-obbligi mdaħħla se jiġu implimentati. Kwalunkwe modifika jew emenda għal dawn il-klawsoli standard se tkun teħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni tqis li l-impenji fil-forma definittiva tagħhom huma biżżejjed u neċessarji biex jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fil-valutazzjoni preliminari mingħajr ma jkunu eċċessivi. Malli jinqala' xi tħassib dwar il-kompetizzjoni mill-fatt li IBM setgħet ċaħdet milli tagħti aċċess adegwat lil ċerti kontributi meħtieġa għall-forniment ta' servizzi ta' manutenzjoni għall-oqfsa ewlenin ta’ IBM, il-Kummissjoni tikkunsidra l-impenji riveduti bħala proporzjonali. Huma jindirizzaw dan it-tħassib billi jiggarantixxu li spare parts relevanti u informazzjoni teknika importanti għall-manutenzjoni ta' mejnfrejm tal-IBM ikunu disponibbli fil-pront lit-TPMs. |
3. KONKLUŻJONIJIET
|
(12) |
Fid-dawl tal-impenji riveduti proposti, il-Kummissjoni tqis li ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħha u, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-proċedimenti f'dan il-każ għandhom għalhekk jintemmu. |
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Jannar 2012
dwar it-twaqqif tal-Grupp ta’ Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għall-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta
2012/C 18/07
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 191 tat-Trattat jistabbilixxi l-għanijiet tal-preservazzjoni, tal-ħarsien u tat-titjib tal-kwalità tal-ambjent u joħloq obbligu għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni li jkunu appoġġati minn livell għoli ta’ protezzjoni bbażat fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq azzjoni preventiva u għall-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali. |
|
(2) |
Il-politika tal-Unjoni għandha l-għan li tnaqqas l-okkorrenza ta’ aċċidenti kbar marbutin mal-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta u li tillimita l-konsegwenzi tagħhom, u b’hekk iżżid il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar u tal-ekonomiji ta’ mal-kosta mit-tniġġis kif ukoll tillimita t-tfixkil potenzjali għall-produzzjoni indiġena tal-enerġija fl-Unjoni, u li ttejjeb il-mekkaniżmi ta’ reazzjoni fil-każ ta’ xi aċċident. |
|
(3) |
L-aċċidenti marbutin mal-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta fl-2010, l-iktar dak tal-pjattaforma taż-żejt imsejħa “Deepwater Horizon” fil-Golf tal-Messiku, qanqlu analiżi tal-politiki li għandhom l-għan li jiżguraw is-sikurezza tal-attivitajiet li jitwettqu lil hinn mill-kosta. Il-Kummissjoni esprimiet il-fehmiet inizjali tagħha dwar is-sikurezza tal-ħidmiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta fil-Komunikazzjoni tagħha msejħa “L-isfida tas-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar” (1) fit-12 ta’ Ottubru 2010. |
|
(4) |
Hemm riskji sinifikanti li, fl-ilmijiet tal-Unjoni, iseħħ xi aċċident kbir taż-żejt jew tal-gass lil hinn mill-kosta. L-industriji taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta huma stabbiliti f’għadd ta’ reġjuni tal-Unjoni, u hemm prospetti għal żviluppi reġjonali ġodda fl-ilmijiet tal-Unjoni. Il-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta hija element sinifikanti fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE. |
|
(5) |
Filwaqt li l-Unjoni diġà għandha eżempji ta’ prattiki regolatorji nazzjonali eċċellenti marbutin mal-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta, it-titjib tal-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju għall-ħidmiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta jista’ jkompli jtejjeb is-sikurezza tal-attivitajiet li jitwettqu lil hinn mill-kosta. |
|
(6) |
L-iskambju kontinwu tal-esperjenza, l-identifikazzjoni tal-aqwa prattiki fost l-awtoritajiet nazzjonali u l-industrija u t-titjib tal-miżuri ta’ implimentazzjoni qed jiġu rrikonoxxuti bħala aspetti ewlenin ta’ skema regolatorja li taħdem tajjeb. |
|
(7) |
Il-valur tal-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet li huma responsabbli għall-attivitajiet li jitwettqu lil hinn mill-kosta ġie stabbilit b’mod ċar permezz tal-attivitajiet tal-Forum tal-Awtoritajiet li huma responsabbli għall-attivitajiet li jitwettqu lil hinn mill-kosta fil-Baħar tat-Tramuntana u tal-Forum tar-Regolaturi Internazzjonali. Abbażi ta’ dawn l-esperjenzi, huwa importanti li l-effettività tat-trasferiment tal-esperjenza u tal-għarfien madwar l-Unjoni tittejjeb kemm jista’ jkun permezz ta’ struttura formali fil-livell tal-Unjoni kollha. |
|
(8) |
Filwaqt li jissejjes l-aktar fuq l-attivitajiet tar-regolaturi nazzjonali, fl-attivitajiet tiegħu, il-Grupp ta’ Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għall-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta għandu jinkludi l-esperjenza tal-partijiet interessati rilevanti, inkluża dik ta’ pajjiżi terzi rilevanti. Il-Grupp ta’ Awtoritajiet għandu jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien fost il-partijiet interessati u jgħin biex jinħarġu linji gwida formali dwar l-aqwa prattiki. |
|
(9) |
L-għanijiet tal-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet li huma responsabbli għall-attivitajiet li jitwettqu lil hinn mill-kosta fuq kwistjonijiet marbutin mal-fatt li jiġu evitati aċċidenti kbar lil hinn mill-kosta u li jkun hemm reazzjoni għalihom jikkumplimentaw ukoll l-għanijiet tal-Grupp permanenti ta’ ħidma dwar l-industrija tat-tħaffir fil-minjieri u l-industriji tat-tħaffir l-oħrajn stabbilit bl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà [is-Sikurezza] u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u jikkumplimentaw ukoll l-għanijiet ta’ dan l-istess Kumitat. |
|
(10) |
Għandu jsir provvediment għal regoli dwar l-iżvelar tat-tagħrif mill-membri tal-Grupp ta’ Awtoritajiet u mir-rappreżentanti tagħhom, mingħajr ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. |
|
(11) |
Id-dejta personali kollha dwar il-membri tal-Grupp ta’ Awtoritajiet għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data [din id-dejta] (2), |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
B’dan għandu jiġi stabbilit il-Grupp ta’ Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għall-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Grupp ta’ Awtoritajiet”).
Artikolu 2
Kompitu
1. Il-Grupp ta’ Awtoritajiet għandu jservi primarjament bħala forum għall-iskambju tal-esperjenzi u tal-għarfien espert bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni.
2. L-attivitajiet tal-Grupp ta’ Awtoritajiet jistgħu jinkludu, b’koordinazzjoni mal-attivitajiet tal-gruppi kollha l-oħra ta’ esperti rilevanti, il-kwistjonijiet kollha marbutin mal-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar fil-ħidmiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta fl-Unjoni kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha, jekk ikun xieraq, u mat-tweġiba għalihom.
3. Il-Grupp tal-Awtoritajiet għandu jiddiskuti, jgħin u jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess, b’mod partikulari dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet għat-tħejjija ta’ dokumenti li jservu ta’ gwida u ta’ standards kif ukoll tal-aqwa prattiki fis-settur taż-żejt u tal-gass; |
|
(b) |
it-tħejjija ta’ linji gwida dwar l-aqwa prattiki fl-industrija, jew l-għoti ta’ bidu għal din it-tħejjija u s-sorveljanza tagħha; |
|
(c) |
fl-interess tal-iskambju tal-esperjenza, it-tħaffif tal-iskambju tat-tagħrif b’mod rapidu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, pereżempju dwar l-okkorrenza ta’ inċidenti kbar u ta’ avvenimenti li setgħu wasslu għal inċidenti kbar u l-kawżi tagħhom u t-tweġiba għalihom, kif ukoll tal-intelliġenza operattiva marbuta mal-istallazzjonijiet tat-tħaffir li beħsiebhom jiċċaqalqu minn Stat Membru għall-ieħor; |
|
(d) |
il-promozzjoni u t-tħaffif tal-kunsens bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali dwar l-aqwa prattiki regolatorji; |
|
(e) |
il-promozzjoni tal-iskambji u s-sekondar tal-persunal bejn l-awtoritajiet nazzjonali biex iżidu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom; |
|
(f) |
l-iskambju tat-tagħrif dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki nazzjonali u tal-Unjoni li huma rilevanti għall-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta, inklużi l-miżuri għall-prevenzjoni ta’ atti illegali intenzjonati kontra dawk l-attivitajiet, u l-għoti ta’ għajnuna lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Grupp tal-Awtoritajiet dwar kull kwistjoni li jkollha x’taqsam ma’ perikli kbar fit-tfittxija u l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass lil hinn mill-kosta u fil-produzzjoni tagħhom.
2. Il-Grupp tal-Awtoritajiet għandu jikkonsulta mal-gruppi l-oħra ta’ esperti tal-Kummissjoni meta jkun hemm interessi kumplimentari sabiex jiżgura li l-gruppi l-oħra jkunu jafu dwar kwistjonijiet rilevanti u sabiex jirċievi tagħrif li jkun ta’ interess għalih.
Artikolu 4
Sħubija – Ħatra
1. Il-Grupp tal-Awtoritajiet għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tal-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta u għal kwistjonijiet tal-politika relatati ma’ dawn l-attivitajiet.
2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaħtru lir-rappreżentanti tagħhom.
3. L-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru”).
4. Id-dejta personali għandha tinġabar u tkun ipproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Operat
1. Il-Grupp tal-Awtoritajiet għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni, li jista’ jaħtar kopresident.
2. Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-Grupp tal-Awtoritajiet jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi, bħalma huwa l-iskambju tal-aqwa prattiki, abbażi ta’ termini ta’ referenza xierqa. Hekk kif itemmu l-mandat tagħhom, dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti.
3. Fuq stedina tal-President, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati, fosthom rappreżentanti mill-industrija, mill-għaqdiet tal-ħaddiema, mill-qasam akkademiku, mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka, mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mill-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni, minn pajjiżi terzi u minn partijiet interessati oħrajn, jistgħu jieħdu sehem f’ħidmet il-Grupp tal-Awtoritajiet. Barra minn hekk, l-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu, bil-parteċipazzjoni tagħhom, għal ħidmet il-Grupp tal-Awtoritajiet jistgħu jingħataw l-istatus ta’ osservaturi.
4. Normalment il-Grupp tal-Awtoritajiet u s-sottogruppi tiegħu għandhom jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minnha. Jekk is-servizzi tas-segretarjat ma jkunux ipprovduti mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tipprovdihom.
5. Stat Membru jista’ jitlob l-opinjoni tal-Grupp tal-Awtoritajiet dwar dokumenti u tagħrif ippubblikat dwar perikli kbar fl-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni.
6. Il-Grupp tal-Awtoritajiet għandu jirrapporta b’mod regolari dwar l-attività tiegħu, l-iktar dwar l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki u dwar il-prestazzjoni tal-industrija tal-attivitajiet li jitwettqu lil hinn mill-kosta.
7. Il-Grupp tal-Awtoritajiet għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena.
8. Il-membri maħtura tal-Grupp tal-Awtoritajiet u l-President għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba f’sena mal-kontropartijiet mill-Grupp permanenti ta’ ħidma għall-industrija tat-tħaffir fil-minjieri u l-industriji tat-tħaffir l-oħrajn sabiex jiddiskutu magħhom il-ħidma taż-żewġ organizzazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel u jaqsmu flimkien il-pjanijiet tagħhom għall-ħidma fil-ġejjieni.
9. It-tagħrif miksub mill-parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet tal-Grupp tal-Awtoritajiet jew tas-sottogruppi tiegħu ma jistax jinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.
10. Il-Grupp tal-Awtoritajiet għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.
Artikolu 6
Spejjeż tal-laqgħat
1. Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Grupp tal-Awtoritajiet jew tas-sottogruppi tiegħu m’għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza li jġarrbu dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Grupp tal-Awtoritajiet jew fis-sottogruppi tiegħu għandhom jitħallsu lura mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fil-Kummissjoni.
3. Dawk l-ispejjeż għandhom jitħallsu lura fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2010) 560 finali.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/11 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4), il-punt 1, tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Impożizzjoni ta' obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bejn il-portijiet ta' Lampedusa u Pantelleria u l-portijiet ta' Trapani, Palermo u Catania
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 18/08
|
Stat Membru |
L-Italja |
||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Pantelleria–Trapani u viċeversa Pantelleria–Palermo u viċeversa Lampedusa–Palermo u viċeversa Lampedusa–Catania u viċeversa |
||||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
il-25 ta’ Marzu 2012 |
||||||||
|
L-indirizz minn fejn l-informazzjoni u/jew id- dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal- obbligu ta' servizz pubbliku jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas |
|
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/12 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-avviż ippubblikat fil-ĠU C 53 tad-19 ta’ Frar 2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 18/09
|
Stat Membru |
L-Italja |
||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Pantelleria–Trapani u viċeversa Pantelleria–Palermo u viċeversa Lampedusa–Palermo u viċeversa Lampedusa–Catania u viċeversa |
||||||||
|
Perjodu tal-validità tal-kuntratt |
Tmintax-il xahar, li jibdew mill-25 ta' Marzu 2012 |
||||||||
|
Data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
||||||||
|
L-indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/13 |
Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2012/C 18/10
Fis-7 ta' Diċembru 2011, il-Qorti Distrettwali ta' Vilnius tat deċiżjoni dwar l-għoti ta' bidu lil proċeduri ta' falliment kontra AB Bankas Snoras u l-ħatra ta' amministratur tal-falliment, u b'hekk daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni tal-24 ta' Novembru 2011 adottata bir-Riżoluzzjoni tal-Bord tal-Bank tal-Litwanja Nru 03-196 biex tiġi permanentament irrevokata l-liċenzja bankarja ta' AB Bankas Snoras.
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/14 |
Avviż skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2012/C 18/11
ESTRATT MID-DEĊIŻJONI GĦALL-BIDU TA' PROĊEDURI TA’ FALLIMENT FIR-RIGWARD TA’ AKCINĖ BENDROVĖ BANKAS SNORAS
Fis-7 ta' Diċembru 2011, il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius adottat deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment fir-rigward tal-bank f’forma ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata Snoras (Akcinė bendrovė bankas Snoras, kodiċi tal-entità ġuridika: 112025973, numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT: LT120259716, uffiċċju reġistrat: A. Vivulskio g. 7, Vilnius, il-Litwanja, irreġistrat fir-Reġistru tal-Entitajiet Ġuridiċi (Juridinių asmenų registre)(minn hawn ’il quddiem “AB bankas snoras”)) fil-kawża ċivili Nru B2-7791-611/2011, proċedimenti ġudizzjarji Nru 2-55-3-03098-2011-9.
Bid-Deċiżjoni tagħha tas-7 ta' Diċembru 2011, il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius stabbilixxiet limitu ta' żmien ta' xahar (mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta' falliment) għall-kredituri biex jissottomettu pretensjonijiet li kienu tqajmu qabel il-bidu tal-proċeduri ta’ falliment fir-rigward ta’ AB bankas Snoras.
Il-Qorti ħatret lis-Sur Neil Cooper bħala l-amministratur tal-falliment ta’ AB bankas Snoras.
Il-proċeduri ta’ falliment fir-rigward ta’ AB bankas Snoras jikkostitwixxu proċeduri ta’ stralċ skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan l-avviż huwa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE.
Estratt mid-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment qed jingħata hawn taħt:
“Il-Qorti, skont l-Artikoli 290-291 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, l-Artikolu 84 tal-Liġi dwar il-banek u l-Artikolu 9 tal-Liġi dwar il-falliment ta’ kumpaniji,
IDDEĊIDIET:
Li tibda proċeduri ta’ falliment fir-rigward ta’ AB bankas Snoras, kodiċi tal-entità legali 112025973, irreġistrat f’A. Vivulskio g. 7, Vilnius.
Li taħtar lil Neil Cooper (imwieled fit-30 ta’ Ġunju 1947, indirizz 10 Fleet Place, London, EC4M 7RB, UK, ċertifikat Nru 11198) bħala l-amministratur ta’ AB bankas Snoras.
Li tagħti istruzzjonijiet lill-amministrattur tal-falliment biex iwettaq il-kompiti indikati fl-Artikolu 85(1) tal-Liġi dwar il-bank tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Artikolu 10(4)(3) u (7)(8) tal-Liġi dwar il-falliment ta' kumpaniji tar-Repubblika tal-Litwanja.
Li tordna lill-amministratur tal-falliment jinforma lill-Qorti bil-miktub immedjatament jekk isir jaf b'xi kawżi miġjuba kontra AB bankas Snoras jew b’dokumenti ta’ infurzar sottomessi lill-uffiċjali ġudizzjarji fir-rigward ta' rkupru minn AB bankas Snoras.
Li tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ xahar, mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment, għas-sottomissjoni tal-pretensjonijiet finanzjarji tal-kredituri li tqajmu qabel il-bidu tal-proċeduri ta’ falliment.
Li tordna lill-entitajiet ta' AB bankas Snoras jittrasferixxu l-assi tal-kumpanija, skont ir-rapport finanzjarju magħmul abbażi tad-dejta li kienet tapplika fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta' falliment, u d-dokumenti kollha lill-amministratur tal-falliment fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta' falliment.
Li tikkonfiska l-proprjetajiet immobbli kollha ta’ AB bankas Snoras u assi fissi tanġibbli oħrajn sal-jum meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment.
Li tagħti istruzzjonijiet lill-amministratur tal-falliment biex jissottometti kopja tad-Deċiżjoni fir-rigward tal-konfiska tal-assi ta’ AB bankas Snoras għal infurzar lil uffiċjal ġudizzjarju tal-għażla tiegħu li jopera fit-territorju tal-Qorti tat-Tieni Distrett tal-Belt ta’ Vilnius.
Li tinforza din id-Deċiżjoni b'urġenza.
Din id-Deċiżjoni tista' tiġi appellata fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tagħha billi jitressaq appell separat quddiem il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja permezz tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius.”
Vilnius, il-Litwanja, il-15 ta’ Diċembru 2011.
L-amministratur ta’ Akcinė bendrovė bankas Snoras (fil-falliment) (li jaġixxi bħala l-aġent tal-bank imsemmi mingħajr responsabbiltà personali)
Neil COOPER
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/16 |
Avviż ta' tnedija ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' etanolamini li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika
2012/C 18/12
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri tal-antidumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' etanolamini li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. It-talba għal reviżjoni
It-talba tressqet fil-21 ta’ Ottubru 2011 mill-BASF AG, Ineos Europe AG, and Sasol Germany GmbH, tliet produtturi tal-Unjoni (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-etanolamini.
2. Il-prodott
Il-prodott taħt reviżjoni huwa l-etanolamini li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 2922 11 00, ex 2922 12 00 u 2922 13 10.
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta' anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010 (3).
4. Ir-raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija msejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal biex jissokta d-dumping u tissokta l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
L-allegazzjoni tal-issoktar ta' dumping hija msejsa fuq it-tqabbil ta' prezzijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat għall-Unjoni Ewropea. Abbażi ta' dan, il-marġini tad-dumping ikkalkolat huwa sinifikanti.
L-evidenza prima facie mogħtija mill-applikanti turi li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat komplew ikollhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, u dan irriżulta f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex tkun iġġustifikata l-inizjazzjoni ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ dumping u ħsara
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk hux probabbli jew le li l-iskadenza tal-miżuri twassal biex jissokta d-dumping u tissokta l-ħsara.
(a) Kwestjonarji
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fl-Unjoni, lill-esportaturi produtturi magħżula fl-Istati Uniti tal-Amerika u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi produtturi, lill-importaturi magħrufa, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.
(b) Ġbir ta' informazzjoni u seduti ta’ smigħ
Il-partijiet kollha interessati, b'dan qed jiġu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni barra mit-tweġibiet li taw fil-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u dokumenti ta' prova għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 6(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn iressqu talba li turi li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 6(iii).
5.2. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-probabbiltà li jissokta d-dumping u li tissokta l-ħsara tiġi kkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista' tibgħat kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni magħrufa, lill-għaqdiet rappreżentattivi tagħhom, lill-utenti rappreżentattivi u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur. Partijiet bħal dawn, inklużi dawk li ma tafx dwarhom il-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fiż-żmien stipulat fil-punt 6(II), jippreżentaw ruħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif. Il-partijiet li jkunu aġixxew f'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, filwaqt li jfissru r-raġunijiet partikolari għala għandhom jinstemgħu, fiż-żmien stipulat fil-punt 6(iii). Ta’ min jinnota li kull tagħrif imressaq skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se jitqies biss jekk ikun sostnut minn evidenza fattwali fil-mument meta jitressaq.
6. Limiti ta’ żmien
(i)
Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni preżenti għandha titlob kwestjonarju kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(ii)
Il-partijiet kollha interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku tiddependi fuq il-preżentazzjoni tal-parti fil-limitu ta' żmien imsemmi qabel.
(iii)
Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.
7. Istruzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti (4)”.
Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għal spezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex tinftiehem b'mod raġonevoli s-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni kunfidenzjali tista’ titwarrab.
Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'għamla elettronika (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-email, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz tal-e-mail, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjonijiet iffirmati, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
|
Direttorat H |
|
Uffiċċju: N105 04/092 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22956505 |
Kuntatt:
|
|
Għal kwistjonijiet marbuta mad-dumping: Kaxxa postali tal-każijiet: trade-ethanolamine-dumping@ec.europa.eu Fax +32 22980450 |
|
|
Għal kwistjonijiet marbuta mal-ħsara: Kaxxa postali tal-każijiet: trade-ethanolamine-injury@ec.europa.eu Fax +32 22980765 |
8. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limitu ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, din l-informazzjoni għandha titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
9. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
10. Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Peress li din ir-reviżjoni tal-iskadenza tnediet f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jiġu rrevokati jew miżmuma f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jkunu jixtiequ jitolbu tali reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
11. L-ipproċessar ta' dejta personali
Jekk jogħġbok kun af li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (5).
12. L-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ
Ta' min jinnota wkoll, li jekk il-partijiet interessati jqisu li qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom għal difiża, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala punt ta' interazzjoni bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn meħtieġ, il-medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-fajl, mal-kunfidenzjalità, mal-estensjoni tal-limiti taż-żmien u mat-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduti ta' Smigħ fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).
(1) ĠU C 79, 12.3.2011, p. 20.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(4) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).