ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.013.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 13

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
14ta' Jannar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 013/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 6, 7.1.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 013/02

Kawża C-265/11 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 minn Massimo Campailla kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħti fl-14 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-429/09, Campailla vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2012/C 013/03

Kawża C-272/11 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 minn Mariyus Noko Ngele et kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-15/10, Il-Kummissjoni Ewropea vs AT, AU, AV, AW

2

2012/C 013/04

Kawża C-432/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-22 ta’ Awwissu 2011 — Cartiaux Service Plus SA vs L-Istat Belġjan

2

2012/C 013/05

Kawża C-465/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajową Izbę Odwoławczą (il-Polonja) fid-9 ta’ Settembru 2011 — Praxis Sp. z o.o., ABC Direct Contact Sp. z o.o. vs Poczcie Polskiej SA

2

2012/C 013/06

Kawża C-488/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Settembru 2011 — D.F.Asbeek Brusse & K. de Man Garabito vs Jahani BV

3

2012/C 013/07

Kawża C-491/11 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 minn Fuchshuber Agrarhandel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-451/10, Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni

3

2012/C 013/08

Kawża C-509/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-30 ta’ Settembru 2011 — ÖBB-Personenverkehr AG, weitere Parteien: Schienen-Control Kommission und Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

4

2012/C 013/09

Kawża C-523/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Laurence Prinz vs Region Hannover

5

2012/C 013/10

Kawża C-535/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ottubru 2011 — Novartis Pharma GmbH vs Apozyt GmbH

5

2012/C 013/11

Kawża C-536/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ottubru 2011 — Bundeswettbewerbsbehörde vs Donau Chemie AG et

5

2012/C 013/12

Kawża C-546/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fis-26 ta’ Ottubru 2011 — Dansk Jurist- og Økonomforbund bħala mandatarja ta’ Erik Toftgaard vs Indenrigs- og Sundhedsministeriet

6

2012/C 013/13

Kawża C-547/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

6

2012/C 013/14

Kawża C-549/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2011 — Direktor na direkstsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Burgas vs Orfey Balgaria EOOD

7

2012/C 013/15

Kawża C-550/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (Il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2011 — ET PIGI — P. Dimova vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto, Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

8

2012/C 013/16

Kawża C-558/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fis-7 ta’ Novembru 2011 — SIA Kurcums Metal vs Valsts ieņēmumu dienests

8

2012/C 013/17

Kawża C-563/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fid-9 ta’ Novembru 2011 — SIA Forvards Vvs Valsts ieņēmumu dienests

9

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 013/18

Kawża T-320/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Jones et vs Il-Kummissjoni (Trattat KEFA — Provvista ta’ faħam għal użu fl-industrija tal-produzzjoni tal-elettriku tar-Renju Unit — Ċaħda ta’ lment li jallega l-applikazzjoni ta’ prezzijiet ta’ xiri diskriminatorji — Kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 4(b), KEFA wara t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament KE Nru 1/2003 — Evalwazzjoni tal-interess Komunitarju — Obbligi fir-rigward ta’ investigazzjoni ta’ lment — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

10

2012/C 013/19

Kawża T-341/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Sison vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Annullament ta’ miżura ta’ ffriżar ta’ fondi permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

10

2012/C 013/20

Kawża T-82/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Dennekamp vs Il-Parlament (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar l-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament Ewropew għall-iskema ta’ pensjoni addizzjonali — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu — Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 — Trasferiment ta’ data ta’ natura personali)

11

2012/C 013/21

Kawża T-296/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2011 — EFIM vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordju — Abbuż ta’ pożizzjoni dominati — Suq tal-cartridges tal-linka — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

11

2012/C 013/22

Kawża T-514/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — bpost vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-OP — Trasport u distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Kriterji għall-għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

12

2012/C 013/23

Kawża T-59/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Geemarc Telecom vs UASI — Audioline (AMPLIDECT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali AMPLIDECT — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru deskrittiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Prova)

12

2012/C 013/24

Kawża T-131/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2011 — Saupiquet vs Il-Kummissjoni (Dritt doganali — Rimbors tad-dazju fuq l-importazzjoni — Kunserva tat-ton li joriġina mit-Tajlandja — Kwota tarrifarja — Data ta’ ftuħ — Il-Ħadd — Eżawriment tal-kwota — Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju — Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Regolament (KE) Nru 975/2003)

12

2012/C 013/25

Kawża T-216/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Monster Cable Products vs UASI — Live Nation (Music) UK (MONSTER ROCK) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali MONSTER ROCK — Trade mark nazzjonali preċedenti MONSTERS OF ROCK — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

13

2012/C 013/26

Kawża T-275/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — mPAY24 vs UASI — ULTRA (MPAY24) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali MPAY24 — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rettifika tad-deċiżjoni mill-Bord tal-Appell — Att ineżistenti — Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

13

2012/C 013/27

Kawża T-290/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — Sports Warehouse vs UASI (TENNIS WAREHOUSE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TENNIS WAREHOUSE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Karattru distinitv — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

13

2012/C 013/28

Kawża T-483/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Pukka Luggage vs UASI — Azpiroz Arruti (PUKKA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUKKA — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi li fihom l-element verbali pukas — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)

14

2012/C 013/29

Kawża T-561/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — LG Electronics vs UASI (DIRECT DRIVE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIRECT DRIVE — Raġunjieti assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2012/C 013/30

Kawża T-448/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2011 — Apple vs UASI — Iphone Media (IPH IPHONE) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

14

2012/C 013/31

Kawża T-116/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2011 — EMA vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Programm ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku — Deċiżjoni li ttemm il-parteċipazzjoni f’proġett — Nota ta’ debitu — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

15

2012/C 013/32

Kawża T-520/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 — Genebre vs UASI — General Electric (GE)

15

2012/C 013/33

Kawża T-522/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — Otero González vs UASI

16

2012/C 013/34

Kawża T-539/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft)

16

2012/C 013/35

Kawża T-558/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Atlas sp. z. o.o. vs UASI — Couleurs de Tollens-Agora (ARTIS)

16

2012/C 013/36

Kawża T-559/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2011 — BytyOKD vs Il-Kummisjoni

17

2012/C 013/37

Kawża T-560/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2011 — Kronofrance u Kronoply vs Il-Kummissjoni

17

2012/C 013/38

Kawża T-562/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2011 — Symbio Gruppe vs UASI — ADA Cosmetic (SYMBIOTIC CARE)

18

2012/C 013/39

Kawża T-568/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2011 — Kokomarina vs L-UASI — Euro Shoe Unie (interdit de me gronder I D M G)

19

2012/C 013/40

Kawża T-570/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2011 — Oetker Nahrungsmittel vs UASI (La qualité est la meilleure des recettes)

19

2012/C 013/41

Kawża T-571/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2011 — El Corte Inglés vs UASI — Chez Gerard (CLUB GOURMET)

19

2012/C 013/42

Kawża T-135/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Pieno žvaigždės vs UASI — Fattoria Scaldasole (Iogurt.)

20

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/1


2012/C 13/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 6, 7.1.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 370, 17.12.2011

ĠU C 362, 10.12.2011

ĠU C 355, 3.12.2011

ĠU C 347, 26.11.2011

ĠU C 340, 19.11.2011

ĠU C 331, 12.11.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2011 minn Massimo Campailla kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħti fl-14 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-429/09, Campailla vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-265/11 P)

2012/C 13/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Massimo Campailla (rappreżentant: M. Campailla)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tas-6 ta’ Ottubru 2011, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ddikjarat l-appell bħala inammissibbli.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 minn Mariyus Noko Ngele et kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-15/10, Il-Kummissjoni Ewropea vs AT, AU, AV, AW

(Kawża C-272/11 P)

2012/C 13/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Mariyus Noko Ngele (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentant: A. Bordes, aġent) AT, AU, AV, AW

Permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Ottubru 2011, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u ordnat li Mariyus Noko Ngele jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-22 ta’ Awwissu 2011 — Cartiaux Service Plus SA vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-432/11)

2012/C 13/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartiaux Service Plus SA

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

Permezz tad-digriet tad-9 ta’ Novembru 2011, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajową Izbę Odwoławczą (il-Polonja) fid-9 ta’ Settembru 2011 — Praxis Sp. z o.o., ABC Direct Contact Sp. z o.o. vs Poczcie Polskiej SA

(Kawża C-465/11)

2012/C 13/05

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Praxis Sp. z o.o., ABC Direct Contact Sp. z o.o.

Konvenuta: Poczta Polska SA

Domandi preliminari

(1)

Meta moqri flimkien mal-Artikoli 53(3) u 54(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), l-Artikolu 45(2)(d) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (2), li jipprovdi li “[k]ull operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku […] kien misjub ħati ta’ kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità ippruvata bi kull mezz li l-awtoritajiet kontrattwanti jistgħu juru”, jista’ jiġi interpretat fis-sens li tali kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità tista’ tkun seħħet meta, minħabba ċirkustanzi li jistgħu jiġu attribwiti lill-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti ħassret jew irrexxindiet kuntratt pubbliku preċedenti mogħti lil dan l-operatur, jew irtirat minnu, jekk dan it-tħassir, rexxissjoni jew irtirar mill-kuntratt seħħ fil-perijodu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċedura fis-seħħ u l-valur tal-parti mill-kuntratt pubbliku li ma ġietx eżegwita jitla’ għal mill-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ dan il-kuntratt?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, u jekk l-Istat Membru jista’ jressaq raġunijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minbarra dawk previsti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, sa fejn huwa jikkunsidra li dawn ir-raġunijiet ġodda huma bbażati fuq il-protezzjoni tal-interess pubbliku u tal-interessi leġittimi tal-awtoritajiet kontraenti, kif ukoll fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, id-direttiva ċċitata u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jawtorizzaw li operatur ekonomiku jkun eskluż minn proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku mill-awtorità kontraenti li, minħabba ċirkustanzi li jistgħu jiġu attribwiti lil dan l-operatur, ħassret jew irrexxindiet kuntratt pubbliku preċedenti mogħti lilu, jew irtirat minnu, meta dan it-tħassir, rexxissjoni jew irtirar mill-kuntratt seħħ fil-perijodu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċedura u li l-ammont tal-parti mill-kuntratt pubbliku li ma ġietx eżegwita jitla’ għal mill-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ dan il-kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Settembru 2011 — D.F.Asbeek Brusse & K. de Man Garabito vs Jahani BV

(Kawża C-488/11)

2012/C 13/06

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: D. F. Asbeek Brusse u K. de Man Garabito

Konvenuta: Jahani BV

Domandi preliminari

(1)

Lokatur professjonali tad-djar li jikri dar lil individwu jista’ jiġi kklassifikat bħala bejjiegħ [ta’ beni] jew bħala fornitur ta’ servizzi fis-sens tad-Direttiva? Kuntratt ta’ kiri bejn lokatur professjonali u lokatarju mhux professjonali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva?

(2)

Il-fatt li l-Artikolu 6 tad-Direttiva għandu jitqies bħala norma ekwivalenti għar-regoli nazzjonali li, fi ħdan l-ordinament ġuridiku intern, għandhom in-natura ta’ normi ta’ ordni pubbliku, jagħti, fil-kuntest ta’ kawża bejn individwi, in-natura ta’ norma ta’ ordni pubbliku lil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni dwar il-klawżoli abbużivi b’mod li l-qorti nazzjonali, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, għandha s-setgħa u l-obbligu li teżamina ex officio (u, għaldaqstant, ultra petita wkoll) klawżola kuntrattwali fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni u li tiddikjara n-nullità tal-imsemmija klawżola jekk din tikkonstata n-natura abbużiva ta’ din il-klawżola?

(3)

Jekk individwu invoka b’mod effettiv is-setgħa moderattiva tal-qorti, iżda mhux il-possibbiltà li l-klawżola tiġi annullata, dan huwa konformi mal-effettività tad-dritt [tal-Unjoni] li l-qorti nazzjonali ma teskludix l-applikazzjoni ta’ klawżola kriminali li tikkostitwixxi klawżola abbużiva fis-sens tad-Direttiva, iżda timmodera biss l-ammont ta’ piena skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali?


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/3


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 minn Fuchshuber Agrarhandel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-451/10, Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-491/11 P)

2012/C 13/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (rappreżentant: G. Lehner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

iżżomm seduta;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lill-appellanti, f’terminu ta’ 14-il jum, is-somma ta’ EUR 2 623 282,21, flimkien ma’ 6 % interessi fis-sena fuq is-somma ta’ EUR 1 641 372,50 mill-24 ta’ Settembru 2007 u ma’ 6 % interessi fis-sena fuq is-somma ta’ EUR 981 909,81 mis-16 ta’ Ottubru 2007;

tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea għandha tikkumpensa lill-appellanti għal kull dannu addizzjonali possibbli marbut mal-lott KUK459, deċiż fit-3 ta’ Settembru 2007, u mal-lott KUK465, deċiż fis-17 ta’ Settembru 2007;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tirrimborsa lill-mandatarju tal-appellanti l-ispejjeż sostnuti minnha, f’terminu ta’ 14-il jum.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż kontra digriet tal-Qorti Ġenerali, li permezz tiegħu ċaħdet minħabba nuqqas ta’ bażi legali, rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni mill-Kummissjoni tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta’ intervent Ungeriża.

L-interpretazzjoni ġuridika tal-Qorti Ġenerali, li tistabbilixxi li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda aġir illegali, kienet żbaljata, għaliex il-ġurisprudenza (1) ċċitata mill-Qorti Ġenerali ma hijiex applikabbli fil-kawża preżenti.

Kuntrarjament għall-opinjoni tal-Qorti Ġenerali, mid-dispożizzjonijiet (2) rilevanti jirriżulta li għandhom jiġu implementati sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri, taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tagħti deċiżjoni kif ukoll dmir li tinvestiga (3). Skont l-appellanti, ma jeżistix marġni ta’ diskrezzjoni lill-imsemmija aġenziji ta’ intervent.

Id-dmir ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni ma jservix biss sabiex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni iżda wkoll sabiex jipproteġi l-interessi tal-parteċipanti individwali fis-suq. Ir-Regolament 884/2006 (4) jikkonkretizza f’dan is-sens id-dmir ta’ investigazzjoni, li minn tal-inqas darba fis-sena għandu jsir kontroll fl-oqsma kollha ta’ intervent mill-aġenziji billi jħallsu għall-ippreservar xieraq u komplut tal-ħażniet ta’ intervent, u kopja tal-protokolli ta’ kontroll għandha tiġi sussegwentement ikkomunikata lill-Kummissjoni. F’dan fil-każ, kien hemm ksur gravi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

In-nuqqas ta’ eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa ta’ investigazzjoni qabel is-sejħa għall-offerti inkwistjoni, għalhekk juri ksur speċifiku u serju tad-dmir tagħha.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji proċedurali, peress li l-espożizzjoni tal-motivi mill-appellanti ġiet ikkwalifikata bħala żbaljata mingħajr ma ġiet segwita l-proċedura tal-produzzjoni tal-provi u billi ġie deċiż li ma tinżammx seduta.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Jannar 2001, fil-Kawża C-247/98, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża T-224/04, L-Italja vs Il-Kummissjoni.

(2)  B’mod partikolari l-Artikoli 6 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3 Vol. 40, p. 346).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2010, L 286M, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) tal-miżuri ta’ intervent taħt forma ta’ operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (ĠU 2010, L 326M, p. 70).


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-30 ta’ Settembru 2011 — ÖBB-Personenverkehr AG, weitere Parteien: Schienen-Control Kommission und Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

(Kawża C-509/11)

2012/C 13/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ÖBB-Personenverkehr AG

Konvenuti:

(1)

Schienen-Control Kommission

(2)

Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, il-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament huwa awtorizzat jippreskrivi, b’mod vinkolanti fuq impriża tal-ferroviji li l-kundizzjonijiet tal-kumpens għar-rimbors tal-prezz ta’ biljett ma jikkorrispondux mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, il-kontenut speċifiku tal-kundizzjonijiet tal-kumpens li għandhom jintużaw minn din l-impriża, minkejja li d-dritt nazzjonali jagħtih biss il-possibbiltà li jiddikjara n-nullità ta’ tali kundizzjonijiet?

(2)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji għandu jiġi interpretat fis-sens li, impriża tal-ferroviji tista’ teskludi l-obbligu tagħha li tirrimborsa prezz ta’ biljett fil-każ ta’ forza maġġuri, b’applikazzjoni b’analoġija tal-motivi ta’ esklużjoni previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (UE) Nru 1177/2010 u (UE) Nru 181/2011, jew inkella billi testendi, għall-każijiet ta’ rimbors tal-prezz tal-biljetti, l-esklużjonijiet tar-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 32(2) tar-regoli uniformi dwar il-kuntratt għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri u bagalji bil-ferrovija (CIV, Anness I tar-Regolament)?


(1)  ĠU L 315, p. 14.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Laurence Prinz vs Region Hannover

(Kawża C-523/11)

2012/C 13/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Laurence Prinz

Konvenuta: Region Hannover

Domandi preliminari

Ikun hemm restrizzjoni tad-dritt għal moviment liberu u għal residenza libera mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Artikoli 20 u 21 TFUE, li ma hijiex iġġustifikata taħt id-dritt Komunitarju, jekk skont il-Bundesausbildungsförderungsgesetz (BAföG — Liġi federali dwar l-għajnuna għall-edukazzjoni), ċittadina Ġermaniża, li jkollha residenza permanenti fil-Ġermanja u tattendi stabbiliment tal-edukazzjoni fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tingħata benefiċċju ta’ għajnuna għall-edukazzjoni sabiex tattendi f’dan l-istabbiliment tal-edukazzjoni esteru biss għal sena peress li meta hija bdiet l-istudji tagħhha fl-esteru hija ma kienx għad għandha mill-inqas tliet snin bħala residenza permanenti fil-Ġermanja?


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ottubru 2011 — Novartis Pharma GmbH vs Apozyt GmbH

(Kawża C-535/11)

2012/C 13/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis Pharma GmbH

Konvenuta: Apozyt GmbH

Domanda preliminari

It-terminu “żviluppati” fis-sentenza introduttorja tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, li jistabbilixxi proċeduri għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), jestendi għal proċessi fejn porzjonijiet biss tal-prodott mediċinali li jkun ġie żviluppat u prodott b’mod li jkun lest għall-użu skont dawn il-proċeduri jitqiegħdu f’kontenitur ieħor, wara li dawn ikunu ġew preskritti u ordnati fiż-żmien ikkonċernat minn tabib, jekk bħala riżultat tal-proċess il-kompożizzjoni tal-prodott mediċinali ma tiġix mibdula, u għalhekk b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ siringi mimlija minn qabel li jkunu ġew mimlija bi prodott mediċinali awtorizzat taħt ir-Regolament?


(1)  ĠU 2004 L 136, p. 1.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ottubru 2011 — Bundeswettbewerbsbehörde vs Donau Chemie AG et

(Kawża C-536/11)

2012/C 13/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundeswettbewerbsbehörde

Konvenuti: Donau Chemie AG, Donauchem GmbH, DC Druck-Chemie Süd GmbH & Co KG, Brenntag Austria Holding GmbH, Brenntag CEE GmbH, Ashland-Südchemie-Kernfest GmbH, Ashland Südchemie Hantos GmbH.

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2011, C-360/09, Pfleiderer, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-akkordji li tissuġġetta, fil-każijiet kollha mingħajr eċċezzjoni, l-għoti ta’ aċċess għall-fajl tal-Kartellgericht lil terzi li ma jkunux partijiet fil-proċedura, għall-finijiet tal-preparazzjoni ta’ talba għad-danni kontra l-membri tal-kartell (anki) fi proċeduri li fihom saret applikazzjoni tal-Artikoli 101 TFUE jew 102 TFUE, flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedura mingħajr ma huwa possibbli għall-awtorità ġudizzjarja li tibbilanċja, każ b’każ, l-interessi protetti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom għandu jingħata jew jiġi rrifjutat l-aċċess għall-fajl?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda:

(2)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik deskritta meta, minkejja li din id-dispożizzjoni tapplika anki għal proċedura fil-qasam tal-akkordji ta’ natura esklużivament nazzjonali u minkejja li lanqas ma huma previsti regoli speċjali għad-dokumentazzjoni prodotta minn benefiċjarji ta’ klemenza, id-dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti applikabbli għal tipi oħra ta’ proċeduri, b’mod partikolari fil-proċeduri ċivili ta’ ġurisdizzjoni volontarja jew kontenzjuża u fil-proċeduri kriminali, jippermettu l-aċċess għall-fajls ġudizzjarji anki mingħajr il-kunsens tal-partijiet bil-kundizzjoni li t-terz li ma jkunx parti fil-proċedura jistabbilixxi, prima facie, interess legali fl-aċċess għall-fajl u bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm interess superjuri ta’ persuna oħra jew interess pubbliku superjuri li jipprekludi l-aċċess għall-fajl fil-każ ineżami?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205),


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fis-26 ta’ Ottubru 2011 — Dansk Jurist- og Økonomforbund bħala mandatarja ta’ Erik Toftgaard vs Indenrigs- og Sundhedsministeriet

(Kawża C-546/11)

2012/C 13/12

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret (id-Danimarka).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dansk Jurist- og Økonomforbund bħala mandatarja ta’ Erik Toftgaard.

Konvenut: Indenrigs- og Sundhedsministeriet.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iffissar, għall-iskemi ta’ sigurtà soċjali professjonali, ta’ limiti ta’ età għall-parteċipazzjoni jew għall-intitolament għall-benefiċċji ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni sa fejn l-imsemmija skemi jikkonċernaw benefiċċji tal-irtirar jew tal-invalidità?

(2)

L-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fakultà li jiġu ffissati l-limiti tal-età tgħodd biss għall-parteċipazzjoni għal tali skemi, jew din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tgħodd ukoll għad-dritt għall-benefiċċji ta’ tali skemi?

(3)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Il-frażi “skemi ta’ sigurtà soċjali professjonali” li tinsab fl-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva tista’ tinkludi skema bħal dik dwar il-ħlas għad-disponibbiltà prevista fl-Artikolu 32(1), tal-liġi Daniża dwar l-istatus tal-uffiċjali, li tipprovdi li, bħala protezzjoni speċjali fil-każ li jispiċċa qiegħed minħabba li jitneħħa l-post tax-xogħol tiegħu, l-uffiċjal għandu dritt li jżomm il-ħlas tiegħu għal tliet snin u jibqa’ jikseb drittijiet għall-pensjoni bil-kundizzjoni li jkun disponibbli għal kwalunkwe assenjazzjoni f’post ta’ sostituzzjoni?

(4)

L-Artiolu 6(1) tal-imsemmija direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik stabbilita bl-Artikolu 32(4)(2) tal-liġi Daniża dwar l-istatus tal-uffiċjali, li tipprovdi li l-ħlas għad-disponibbiltà ma għandux jingħata lill-uffiċjal li laħaq l-età li fih huwa jista’ jibbenefika mill-benefiċċji għall-pensjoni nazzjonali tax-xjuħija?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/6


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-547/11)

2012/C 13/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Tiddikjar li,

peress li ma adottatx, fit-termini imposti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustabbli għall-produzzjoni ta’ allumina fir-Regjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament (iktar ’il quddiem: id-“Deċiżjoni 2006/323”), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5 u 6 ta’ din id-deċiżjoni u t-Trattat TFUE, kif ukoll;

billi ma adottatx, fit-termini imposti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE, tas-7 ta’ Frar 2007, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati għall-produzzjoni tal-allumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5 u 6 ta’ din id-deċiżjoni u t-Trattat TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex tiġi implementata d-Deċiżjoni 2006/323 skada fit-8 ta’ Frar 2006. It-terminu sabiex tiġi implementata d-Deċiżjoni 2007/375 skada fit-8 ta’ Ġunju 2007.

S’issa, ir-Repubblika Taljana għadha ma pprovdietx għall-irkupru totali tal-għajnuna ddikjarata illegali bid-deċiżjonijiet inkwistjoni jew informat lill-Kummissjoni bl-irkupru li sar. Id-diffikultajiet ġuridiċi invokati mill-Italja sabiex tiġġustifika d-dewmien fl-eżekuzzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet ma humiex, barra minn hekk, ta’ natura li jikkostitwixxu impossibbiltà assoluta tar-irkupru skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni tinvoka wkoll il-fatt li l-Italja informataha tard bil-progress tal-proċeduri nazzjonali għal implementazzjoni tad-deċiżjoni, bi ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni impost bid-deċiżjonijiet inkwistjoni.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2011 — Direktor na direkstsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Burgas vs Orfey Balgaria EOOD

(Kawża C-549/11)

2012/C 13/14

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”– Burgas (Direttur tad-Direttorat “Appelli u amministrazzjoni tal-eżekuzzjoni” għall-belt ta’ Burgas).

Konvenuta: Orfey Balgaria EOOD

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi eċċezzjoni li abbażi tagħha, għall-provvista ta’ servizz ta’ kostruzzjoni għall-bini ta’ ċerti beni immobbli individwali f’bini, l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT iseħħ qabel id-data tal-provvista effettiva tal-imsemmi servizz u li abbażi tagħha dan l-avveniment li jagħti lok għal ħlas huwa marbut mad-data tal-avveniment li jagħti lok għat-tranżazzjoni korrelattiva, jiġifieri l-ħolqien ta’ dritt għall-bini fir-rigward ta’ beni immobbli oħra fl-imsemmi bini, li huwa wkoll il-korrispettiv tas-servizz ta’ kostruzzjoni?

(2)

Dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, peress li l-korrispettiv ta’ tranżazzjoni huwa kkostitwit kompletament jew parzjalment minn oġġetti jew servizzi, il-valur taxxabbli tat-tranżazzjoni huwa l-valur normali tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti, hija kompatibbli mal-Artikoli 73 u 80 tad-Direttiva 2006/112?

(3)

L-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-VAT fuq il-valur tal-ħlas bil-quddiem issir dovuta meta l-ħlas ma sarx fi flus, jew jeħtieġ li din id-dispożizzjoni tingħata interpretazzjoni wiesgħa u li jitqies li, anki f’dan il-każ, il-VAT issir dovuta u għandha tkun imposta fuq l-ekwivalenti fi flus tat-tranżazzjoni korrelattiva?

(4)

Jekk ir-risposta mogħtija lit-tielet domanda tkun favur it-tieni alternattiva ssuġġerita, huwa possibbli, f’dan il-każ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi, li d-dritt għall-bini stabbilit jitqies bħala ħlas bil-quddiem fis-sens tal-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/112?

(5)

L-Artikoli 63, 65 u 73 tad-Direttiva 2006/112 għandhom effett dirett?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (Il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2011 — ET PIGI — P. Dimova vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”, Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-550/11)

2012/C 13/15

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad grad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ET PIGI — P. Dimova

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”, Varna, pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite,

Domandi preliminari

(1)

F’liema każijiet għandu jiġi kkunsidrat li hemm serq tal-proprjetà li ġie debitament ippruvat jew ikkonfermat fis-sens tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 (1) u, f’dan ir-rigward, huwa neċessarju li tiġi stabbilita l-identità tal-persuna li wettqet ir-reat u li tali persuna tkun instabet ħatja definittivament?

(2)

Skont ir-risposta li tingħata għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ “serq tal-proprjetà li ġie [debitament] ppruvat jew ikkonfermat” fis-sens tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 ikopri każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma huwiex ikkontestat mid-dipartiment tat-taxxa, fejn ikunu nbdew proċeduri kontra persuna mhux identifikata minħabba serq, u li abbażi tiegħu ġie konkluż li hemm nuqqas?

(3)

L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk tal-Artikoli 79(3) u tal-Artikolu 80(2) tal-Liġi dwar il-VAT fid-dawl ta’ prassi tat-taxxa bħal dik fil-kawża priniċpali, li skontha t-taxxa tal-input imħallsa għax-xiri ta’ beni li sussegwentement jinsteraq, għandha tiġi aġġustata minkejja li l-Istat ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà li kellu li jipprovdi espliċitament għal każijiet ta’ aġġustamenti tat-taxxa tal-input imnaqqsa f’każ ta’ serq?


(1)  Regolament tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fis-7 ta’ Novembru 2011 — SIA “Kurcums Metal” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-558/11)

2012/C 13/16

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Kurcums Metal”

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

(1)

Kejbils komposti mill-poliprilen u minn ħajt tal-azzar bħal fil-każ inkwistjoni jaqgħu a priori taħt is-subintestatura 5607 49 11 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382)?

(2)

Huwa neċessarju li tiġi applikata r-Regola 3(b) tal-Anness I tar-Regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 sabiex jiġu kklassifikati kejbils bħal dawk deskritti fil-każ inkwistjoni?

(3)

Jekk kejbils ibridi, li huma komposti minn poliprilen u minn ħajt tal-azzar, u li l-ikbar daqs tal-qata’ minn nofs taqbeż it-3 mm — bħal fil-każ inkwistjoni — ikunu jaqgħu xorta taħt is-subintestatura 7312 10 98 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tali kejbils huma wkoll inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001, [dwar] l-imposizzjoni ta’ taxxa definitiva kontra d-dumping u l-ġbir definitiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 62)?

(4)

Il-vireg tal-morsa f’forma ta’ U li t-tarf tagħhom huwa tond u li huma marbuta b’kavilji jaqgħu taħt is-subintestatura 7317 00 90 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87?


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fid-9 ta’ Novembru 2011 — SIA “Forvards V”vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-563/11)

2012/C 13/17

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Latvijas Republikas Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Forvards V

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli, li kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet essenzjali kollha għat-tnaqqis tal-VAT imħallsa max-xiri ta’ prodotti, u mingħajr ma jkunu ġew ikkonstatati prattiki abbużivi, tista’ tiġi rrifjutata d-dritt li tagħmel dan it-tnaqqis meta l-parti l-oħra fit-tranżazzjoni, minħabba ċirkustanzi ta’ liġi u ta’ fatt, ma tkunx f’pożizzjoni li tikkunsinna l-prodotti (din il-parti l-oħra hija fittizja jew il-persuna responsabbli tagħha jeskludi l-eżistenza ta’ attività ekonomika jew ta’ transżazzjoni reali, jew ma għandhiex il-mezzi sabiex teżegwixxi dan il-kuntratt)?

(2)

Il-fatt li huwa stabbilit li l-parti l-oħra għat-tranżazzjoni (il-persuna msemmija fil-fattura) hija fittizja (jiġifieri l-għan tal-attività tagħha ma huwiex attività ekonomika) huwa, fih innifsu, ta’ natura li jimmotiva rifjut tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT? F’każ bħal dan, id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input jista’ jiġi rrifjutat anki jekk ma tiġi kkonstatata l-ebda prattika abbużiva min-naħa tal-persuna li tixtieq issostni dan id-dritt?


Il-Qorti Ġenerali

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Jones et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/07) (1)

(Trattat KEFA - Provvista ta’ faħam għal użu fl-industrija tal-produzzjoni tal-elettriku tar-Renju Unit - Ċaħda ta’ lment li jallega l-applikazzjoni ta’ prezzijiet ta’ xiri diskriminatorji - Kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 4(b), KEFA wara t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament KE Nru 1/2003 - Evalwazzjoni tal-interess Komunitarju - Obbligi fir-rigward ta’ investigazzjoni ta’ lment - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2012/C 13/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Daphne Jones (Neath, ir-Renju Unit); Glen Jones (Neath); u Fforch-Y-Garon Coal Co. Ltd (Neath) (rappreżentanti: D. Jeffreys u S. Llewellyn Jones, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u J. Samnadda, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: initiżjalment E. Jenkinson, sussegwentement minn C. Gibbs u V. Jackson, u fl-aħħar nett minn S. Hathaway, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC); E.ON UK plc (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Lomas, solicitor); u International Power plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, M. Chamberlain, barrister, S. Lister u D. Harrison, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2007) D/203626, tat-18 ta’ Ġunju 2007, ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar ksur tat-Trattat KEFA (Każ COMP/37.037-SWSMA).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Glen Jones u ta’ Daphne Jones, kif ukoll dawk ta’ Fforch-Y-Garon Coal Co. Ltd.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, E.ON UK plc u International Power plc għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Sison vs Il-Kunsill

(Kawża T-341/07) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Annullament ta’ miżura ta’ ffriżar ta’ fondi permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

2012/C 13/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jose Maria Sison (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Fermon, A. Comte, H. Schultz, D. Gürses u W. Kaleck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Szostak, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Mol, Y. de Vries, M. Noort, J. Langer u M. Bulterman, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi Spencer u I. Rao, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Aalto u S. Boelaert, sussegwentement S. Boelaert u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Insegwitu għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2009, Sison vs Il-Kunsill (T-341/07, Ġabra p. II-3625), talba għad-danni, li essenzjalment tirrigwarda kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba fil-miżuri restrittivi adottati fir-rigward tiegħu fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż relatati mar-rikors għal annullament, l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Jose Maria Sison.

(3)

J. M. Sison għandu jbati, għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż relatati mar-rikors għad-danni, l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill.

(4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Dennekamp vs Il-Parlament

(Kawża T-82/09) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar l-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament Ewropew għall-iskema ta’ pensjoni addizzjonali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu - Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 - Trasferiment ta’ data ta’ natura personali)

2012/C 13/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: G.-J. Dennekamp (Giethoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Stoffer u T. Oeyen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Lorenz, H. Krück u D. Moore, sussegwentement N. Lorenz u D. Moore, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, J. Bering Liisberg u S. Juul Jørgensen, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: inizjalment H. Hijmans u H. Kranenborg, sussegwentement H. Kranenborg u I. Chatelier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A (2008) 22050, tas-17 ta’ Diċembru 2008, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal ċerti dokumenti dwar l-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament Ewropew għall-iskema ta’ pensjoni addizzjonali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G.-J. Dennekamp għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2011 — EFIM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordju - Abbuż ta’ pożizzjoni dominati - Suq tal-cartridges tal-linka - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

2012/C 13/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: European Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Ehle, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: A. Antoniadis u A. Biolan, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Lexmark International Technology SA (Meyrin, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Snelders, avukat, u G. Eclair-Heath, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 4125, tal-20 ta’ Mejju 2009, li tiċħad l-ilment COMP/C-3/39.391, dwar allegat ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE mill-kumpanniji Hewlett-Packard, Lexmark, Canon u Epson fis-swieq tal-cartridges tal-linka.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Lexmark International Technology SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 24.10.2009.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — bpost vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-OP - Trasport u distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Kriterji għall-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 13/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: bpost NV van publiek recht, li kienet De Post NV van publiek recht (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Martens, B. Schutyser u A. Van Vaerenbergh, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ikkomunikata permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti Nru 10234 “Trasport u d-distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra” (ĠU 2009/S 176-253034) u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

bpost NV van publiek recht hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Geemarc Telecom vs UASI — Audioline (AMPLIDECT)

(Kawża T-59/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali AMPLIDECT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu - Prova)

2012/C 13/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Geemarc Telecom International Ltd (Wanchai, Ħong Kong) (rappreżentant: G. Farrington, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Audioline GmbH (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Blumenröder, P. Lübbe u B. Allekotte, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2009 (Każ R 913/2009-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Audioline GmbH u Geemarc Telecom International Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Geemarc Telecom International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2011 — Saupiquet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/10) (1)

(Dritt doganali - Rimbors tad-dazju fuq l-importazzjoni - Kunserva tat-ton li joriġina mit-Tajlandja - Kwota tarrifarja - Data ta’ ftuħ - Il-Ħadd - Eżawriment tal-kwota - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju - Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Regolament (KE) Nru 975/2003)

2012/C 13/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Saupiquet (Courbevoie, Franza) (rappreżentant: R. Ledru, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10005 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2009, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li r-rikorrenti tingħata rimbors għad-dazju fuq l-importazzjoni għall-kunserva ta’ ton li joriġina mit-Tajlandja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Saupiquet hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Monster Cable Products vs UASI — Live Nation (Music) UK (MONSTER ROCK)

(Kawża T-216/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali MONSTER ROCK - Trade mark nazzjonali preċedenti MONSTERS OF ROCK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 13/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Cable Products, Inc. (Brisbane, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. Baron von der Osten-Sacken, O. Günzel u A. Wenninger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Live Nation (Music) UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, S. Britton u J. Summers, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 216/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Live Nation (Music) UK Ltd u Monster Cable Products, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Monster Cable Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 17.7.2010.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — mPAY24 vs UASI — ULTRA (MPAY24)

(Kawża T-275/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MPAY24 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rettifika tad-deċiżjoni mill-Bord tal-Appell - Att ineżistenti - Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

2012/C 13/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. G. Zeiner u S. Di Natale, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, is-Slovenja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1102/2008-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav u mPAY24 GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1102/2008-1) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — Sports Warehouse vs UASI (TENNIS WAREHOUSE)

(Kawża T-290/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TENNIS WAREHOUSE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distinitv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 13/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sports Warehouse GmbH (Schutterwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement R. Pethke, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ April 2010 (Każ R 1259/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TENNIS WAREHOUSE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Sports Warehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Pukka Luggage vs UASI — Azpiroz Arruti (PUKKA)

(Kawża T-483/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUKKA - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi li fihom l-element verbali pukas - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)

2012/C 13/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Pukka Luggage Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Gilbert u M. Blair, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Jesús Miguel Azpiroz Arruti (Saint-Sébastien, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1175/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jesús Miguel Azpiroz Arruti u The Pukka Luggage Company Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

The Pukka Luggage Company Ltd hija kkundannata għall-ipejjeż.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — LG Electronics vs UASI (DIRECT DRIVE)

(Kawża T-561/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIRECT DRIVE - Raġunjieti assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 13/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc., (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1027/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali DIRECT DRIVE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

LG Electronics, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 05.02.2011.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2011 — Apple vs UASI — Iphone Media (IPH IPHONE)

(Kawża T-448/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 13/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple, Inc. (California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister, u J. Olsen, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Iphone Media, SA (Séville, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1084/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple, Inc. u Iphone Media, SA.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2011 — EMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programm ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku - Deċiżjoni li ttemm il-parteċipazzjoni f’proġett - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2012/C 13/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: European Medical Association (EMA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Franchi, L. Picciano u N. di Castelnuovo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Diċembru 2010, li xxolji kuntratti konklużi għal żewġ proġetti ta’ riċerka u tan-nota ta’ debitu, tat-13 ta’ Diċembru 2010, li tinforma lir-rikorrenti bil-konstatazzjoni ta’ kreditu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija kuntratti.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huwa rriżervati.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/15


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 — Genebre vs UASI — General Electric (GE)

(Kawża T-520/11)

2012/C 13/32

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Genebre, SA (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: Sr. D. Pellisé Urquiza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: General Electric Company (Schenectady, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 20/2009-4;

tiddikjara li t-trade mark Komunitarja Nru 5 006 325 għandha tiġi rreġistrata fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “GE” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 11 u 17.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: General Electric Company.

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja “GE” u trade mark figurattiva Komunitarja “GE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 17, 18, 19, 25, 28, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43 u 44.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u peress li General Electric Company ma pproduċietx provi suffiċjenti biex turi użu effettiv tat-trade marks tagħha.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — Otero González vs UASI

(Kawża T-522/11)

2012/C 13/33

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José Luis Otero González (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: S. Correa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apli-Agipa SAS (Dormans, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1454/2010-2, dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti li ġejjin: “ritratti, adeżivi, sustanza li twaħħal għall-użu ta’ kartolerija u tad-dar, pniezel, tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara), materjal għat-tagħlim jew għat-taħriġ (ħlief apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra), tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar”

tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komuntarja Nru 005676382 “APLI-AGIPA” fir-rigward tal-prodotti kollha aċċettati fil-klassi 16;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Apli-Agipa SAS

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “APLI-AGIPA” għal prodotti fil-klassi 16.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola “AGIPA” u t-trade mark figurattiva Spanjola li fiha l-element verbali “a-agipa”, it-tnejn li huma għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, minħabba l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwisjtoni.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft)

(Kawża T-539/11)

2012/C 13/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ R 188/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Leistung aus Leidenschaft” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2007, sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Atlas sp. z. o.o. vs UASI — Couleurs de Tollens-Agora (ARTIS)

(Kawża T-558/11)

2012/C 13/35

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Atlas sp. z. o.o. (Łódź, ir-Repubblika tal-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Couleurs de Tollens-Agora, S.a.s. (Clichy, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Lulju 2011, innotifikata lir-rikorrenti fis-7 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 1253/2010-1;

sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tirrikonoxxi r-reġistrazzjoni tat-trade mark “ARTIS”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “ARTIS” għal prodotti fil-klassijiet 2 u 17 — Applikazzjoni Nru 6158761

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Couleurs de Tollens-Agora S.a.s.

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “ARTIS” irreġistrata fi Franza bin-numru 93 484 880 għal prodotti fil-klassijiet 1 u 19

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), għal dak li jirrigwarda l-istabbiliment tax-xebh bejn it-trade marks u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumaturi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2011 — BytyOKD vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-559/11)

2012/C 13/36

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Sdružení nájemníků BytyOKD.cz (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: R. Pelikán, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4927, tat-13 ta’ Lulju 2011, fil-kawża dwar għajnuna mill-Istat Nru SA.25076 (2011/NN) — Repubblika Ċeka, Privatizzazzjoni tal-kumpannija OKD a.s. mill-kumpannija Karbon Invest a.s;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 108(3) TFUE billi ma fetħitx proċedura ta’ investigazzjoni formali fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE minkejja li, skont ir-rikorrenti, matul l-eżami preliminari hija ltaqgħet ma’ diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura eżaminata tar-Repubblika Ċeka mas-suq komuni. Billi għamlet hekk, il-konvenuta ċaħħdet lir-rikorrenti mid-drittijiet proċedurali tagħha, li kienu jkunu ggarantiti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 8(2) TFUE.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/17


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2011 — Kronofrance u Kronoply vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-560/11)

2012/C 13/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kronofrance SAS (Sully sur Loire, Franza), Kronoply GmbH (Heiligengrabe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2011 (C 28/2005) li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE, l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja favur Glunz AG u OSB Deutschland GmbH fl-ammont ta’ EUR 69 797 988;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-Trattat FUE, tat-Trattat KE jew ta’ dispożizzjoni legali li timplementahom

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma osservatx ir-regoli stabbiliti fil-Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (ĠU C 107, 07.04.1998, p. 7, iktar ’il quddiem il-“Qafas multisettorjali”) sa fejn:

ma ddeterminatx l-intensità massima permessa tal-għajnuna kif mitlub, fil-fehma tar-rikorrenti, mill-punt 3.1 tal-Qafas multisettorjali;

iddeterminat ir-rata ta’ tkabbir annwali, fis-sens tal-punt 7.8 tal-Qafas multisettorjali, fir-rigward tal-particleboards fuq il-bażi ta’ perijodu ta’ żmien mhux rilevanti u b’hekk waslet għal fattur ta’ kompetizzjoni ogħli wisq;

ikkunsidrat flimkien diversi fatturi ta’ kompetizzjoni għal proġett wieħed u b’hekk injorat il-qafas legali stabbilit fil-punt 3.10 tal-Qafas multisettorjali.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostni li l-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tal-għajnuna, użat ħażin il-poter tagħha sa fejn ma osservatx ir-regoli li hija stess kienet stabbilixxiet.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/18


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2011 — Symbio Gruppe vs UASI — ADA Cosmetic (SYMBIOTIC CARE)

(Kawża T-562/11)

2012/C 13/38

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Symbio Gruppe GmbH & Co. KG (Herborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ADA Cosmetic GmbH (Kehl, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Awwissu 2011, fil-Każ R 2121/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ADA Cosmetic GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali ta’ trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “SYMBIOTIC CARE”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 29 u 30

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali u figurattivi “SYMBIOFLOR” u “SYMBIOLACT”, reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “SYMBIOFEM” u tat-trade mark figurattiva “SYMBIOVITAL” għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 5, 29 u 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trades kunfliġġenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra li t-trade marks opposti kienu jiffurmaw parti minn familja ta’ trade marks.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2011 — Kokomarina vs L-UASI — Euro Shoe Unie (interdit de me gronder I D M G)

(Kawża T-568/11)

2012/C 13/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kokomarina (Concarneau, Franza) (rappreżentant: C. Charrière-Bournazel, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euro Shoe Unie NV (Beringen, il-Belġju)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli l-kumpannija Kokomarina u l-proċediment tagħha;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1814/2010-1;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-kumpannija EURO SHOE UNIE NV fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “I D M G — interdit de me gronder” tal-kumpannija Kokomarina.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha element verbali “interdit de me gronder I D M G” għal prodotti fil-klassi 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Euro Shoe Unie NV.

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali tal-Benelux “DMG” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: nuqqas ta’ użu tat-trade mark ikkontestata u nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2011 — Oetker Nahrungsmittel vs UASI (La qualité est la meilleure des recettes)

(Kawża T-570/11)

2012/C 13/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Graf von Stosch avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 1798/2010-G;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “La qualité est la meilleure des recettes” għal prodotti fil-klassijiet 16, 29, 30 u 32.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2011 — El Corte Inglés vs UASI — Chez Gerard (CLUB GOURMET)

(Kawża T-571/11)

2012/C 13/41

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, avukat, u J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1946/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, jekk issir parti fil-kawża u topponi r-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CLUB GOURMET” għal prodotti fil-klassijiet 16, 21, 29, 30, 32 u 33.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali “CLUB DEL GOURMET, EN. El Corte Inglés”, applikazzjonijiet għat-trade mark nazzjonali verbali “EL SITIO DEL GOURMET” u għat-trade marks nazzjonali u Komunitarja “CLUB DEL GOURMET” għal servizzi fil-klassi 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Pieno žvaigždės vs UASI — Fattoria Scaldasole (Iogurt.)

(Kawża T-135/10) (1)

2012/C 13/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010.