|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.006.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2012/C 006/01 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/1 |
2012/C 6/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/2 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 minn Jager & Polacek GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-488/09 — Jager & Polacek GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-402/11 P)
2012/C 6/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Jager & Polacek GmbH (rappreżentant: A. Renck, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha
|
(1) |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (Każ T-488/09); |
|
(2) |
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rekwiżit tal-protezzjoni legali effettiva jeħtieġ li l-avviż inkwistjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, li permezz tiegħu l-oppożizzjoni tal-appellanti ġiet iddikjarata ammissibbli, jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni u li l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni jitkomplew. L-opinjoni opposta tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata bi żball ta’ liġi u hija bbażata fuq sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma humiex applikabbli f’dan il-każ.
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li avviż ma jistax jikkostitwixxi deċiżjoni. Huwa iktar korrett li deċiżjoni tista’ wkoll tiġi inkluża f’avviż.
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ma kinitx iġġustifikat biżżejjed għalfejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark inkwistjoni hija irrilevanti għall-proċeduri preżenti.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/2 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2011 minn Laurent Gbagbo kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħti fit-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-348/11, Gbagbo vs Il-Kunsill
(Kawża C-478/11 P)
2012/C 6/03
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Laurent Gbagbo (rappreżentanti: L. Bourthoumieux, J. Vergès, R. Dumas u M. Ceccaldi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
|
— |
tiddikjara r-rikors ta’ Laurent Gbagbo ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-digriet T-348/11 tat-13 ta’ Lulju 2011 li ddikjara r-rikors bħala preskritt; |
|
— |
tirrinvija lill-appellant quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 69 u 73 tar-Regolament tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqajjem l-aggravji li ġejjin:
|
— |
Il-forza maġġuri minħabba l-gwerra interrompiet il-preskrizzjoni. Is-sitwazzjoni li kien ikkonfrontat biha l-appellant mix-xahar ta’ Novembru 2010 fil-Côte d’Ivoire, tikkostitwixxi każ ta’ forza maġġuri, skont l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-istat ta’ gwerra li għandu l-effett li jinterrompi t-termini ta’ preskrizzjoni tal-atti adottati mill-Kunsill kontra tiegħu. |
|
— |
Dan il-każ ta’ forza maġġuri minħabba l-gwerra jipprekludi l-possibbiltà li l-appellant ikun jista’ jeżerċita liberament id-dritt ta’ appell tiegħu kontra atti li jiksru b’mod ċar id-drittijiet fundamentali. |
|
— |
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali għandhom preċedenza fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Meta invokat il-prinċipju ta’ ċertezza legali sabiex tiddikjara inammissibbli t-talba tal-appellant, il-Qorti Ġenerali ppreġudikat id-dritt fundamentali ta’ aċċess għal qorti u għad-drittijiet ta’ difiża. Għalhekk, l-appellant ġie mċaħħad mid-dritt ta’ smigħ tiegħu minn qorti kompetenti. |
|
— |
In-nuqqas ta’ infurzabbiltà tat-terminu għall-raġunijiet ta’ distanza u għall-preżentata ta’ rikors fil-każ ta’ gwerra. It-terminu għall-raġunijiet ta’ distanza u għall-preżentata ta’ rikors ma jistgħux jiġu infurzati kontra destinatarju residenti fi Stat fejn hemm gwerra fil-miftuħ. Termini bħal dawn japplikaw biss waqt żmien ta’ paċi u fuq il-kontinent Ewropew. Issa, l-appellant jinsab f’kontinent ieħor u, għalhekk, l-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għall-każ preżenti tikser mingħajr kontestazzjoni l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Il-preċedenza tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jannulla kull obbligu ta’ notifika stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors jibda jiddekorri min-notifika jew mill-pubblikazzjoni jew minn meta l-persuna interessata ssir taf bl-att. Fil-fatt, l-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura ma jikkunsidrax l-obbligu ta’ notifika u lanqas ma jieħu inkunsiderazzjoni l-ġurnata meta r-rikorrent sar jaf bl-att, u b’hekk jillimita l-kliem u l-ispirtu tal-Artikolu 263 TFUE. B’dan il-mod, l-Artikolu 102 jqiegħed indiskussjoni d-drittijiet previsti u protetti mit-Trattat, li għandu valur ġuridiku superjuri u li japplika għall-istituzzjonijiet li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, peress li l-atti kkontestati ma ġewx innotifikati lill-appellant, bi ksur tal-Artikolu 263(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, it-terminu għar-rikors jibda jiddekorri biss mill-mument meta r-rikorrent ikun sar jaf bl-atti maħruġa fil-konfront tiegħu. |
|
— |
Ksur serju tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif stabbilit mill-Qorti Ġenerali jpoġġi serjament indiskussjoni ċ-ċertezza legali fit-totalità tagħha, peress li l-individwi residenti barra mill-Unjoni Ewropea u residenti f’pajjiż li qiegħed fi gwerra jingħataw sanzjonijiet li dawn ma jistgħux jeżerċitaw kontrihom, b’mod effettiv, id-drittijiet għal rikors tagħhom, peress li ma jkunux jafu b’din is-sanzjoni. |
|
— |
Sussidjarjament, l-appellant jitlob l-annullament tal-atti adottati kontra tiegħu mill-Kunsill minħabba l-gravità tal-ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. Peress li l-atti kkontestati jiksru l-libertajiet fundamentali protetti minn diversi trattati internazzjonali, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tannulla l-atti msemmija, peress li l-illegalità tagħhom tikser l-ordni Ewropew stabbilit u minħabba li l-ebda terminu għall-preżentata ta’ rikors ma jista’ jiġi invokat minħabba l-gravità tal-ksur tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali protetti. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/3 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2011 minn Katinan Justin Koné mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħti fit-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-349/11, Koné vs Il-Kunsill
(Kawża C-479/11 P)
2012/C 6/04
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Katinan Justin Koné (rappreżentanti: L. Bourthoumieux, J. Vergès, R. Dumas u M. Ceccaldi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
|
— |
tiddkajara l-appell ta’ K. Justin Koné ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-Digriet T-349/11 tat-13 ta’ Lulju 2011 li jiddkjara li r-rikors inammissibbli; |
|
— |
tirrinvija lill-appellant quddien il-Qorti Ġenerali sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 69 u 73 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin:
|
— |
Forza maġġuri minħabba l-fatt li l-gwerra tinterompi lill-preskrizzjoni. L-avvenimenti li ffaċċja l-appellant mix-xahar ta’ Novambru 2010 fil-Côte d'Ivoire, jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-istat ta’ gwerra li kellu bħala effett li jitterrompi t-termini ta’ preskrizzjoni tal-atti meħuda kontrih mill-Kunsill. |
|
— |
Il-każ preżenti ta’ forza maġġuri minħabba l-fatt li l-gwerra kienet ostakolat lill-appellant mill-jeżerċita b’mod liberu lid-dritt ta’ rikors tiegħu kontra l-atti li jiksru b’mod manifest id-drittijiet fundamentali tiegħu. |
|
— |
Il-fatt li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali huma superjuri għall-prinċipju ta’ ċertezza legali. Billi invokat il-prinċipju ta’ ċertezza legali sabiex tiddikjara inammissibbli lit-talba tal-appellant, il-Qorti Ġenerali tippreġudika d-dritt fundamenti ta’ dritt għal proċess u d-drittijiet ta’ difiża. B’hekk, l-appellant kien ġie mċaħħad mid-dritt ta’ smigħ tiegħu quddiem qorti kompetenti. |
|
— |
In-nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ terminu minħabba d-distanza u ta’ terminu ta’ rikors minħabba gwerra. It-terminu minħabba d-distanza u ta’ terminu ta’ rikors ma jistgħux jiġu infurzat kontra destinarju li jirresjedi fi Stat fejn hemm gwerra għaddejja. Tali termini japplikaw biss fi żmien ta’ paċi u fil-kontinet Ewropew. Issa, l-appellant jinsab f’kontinent ieħor, u, minħabba dan, l-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-kawża preżenti hija mingħajr dubju bi ksur tal-Artikolu 6(1) tal- Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Is-superjorità tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jrendi null kwalunkwe obbligu ta’ notifikazzjoni bħalma huwa previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi li t-terminu ta’ rikors jibda jiddekorri min-notifikazzjoni jew mill-pubblikazzjoni jew minn meta l-parti kkonċernata tkun ħadet konoxxenza ta’ dan l-att. Fil-fatt, l-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura ma jikkunsidrax l-obbligu ta’ notifikazzjoni u ma jieħux inkunsiderazzjoni l-ġurnata li fiha l-appellant ħa konoxxenza effettivament tal-att, u b’hekk jillimita l-kliem u l-ispirtu tal-Artikolu 263 TFUE. Minħabba dan, l-Artikolu 102 idaħħal inkwistjoni d-drittijiet previsti u protetti mit-Trattat, li għandu valur ġuridiku superjuri u li huwa impost fuq l-istituzzjonijiet li jikkomponu l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, peress li l-atti kkontestati ma ġewx innotifikati lill-appellanti u dan, bi ksur tal-Artikolu 263(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, it-terminu tar-rikors setgħa jibda jiddekorri biss mill-mument li fih huwa ħa konoxxenza tal-atti meħuda kontrih. |
|
— |
Preġudizzju gravi lid-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Il-prinċipju taċ-ċertezza legali kif iddikjarat mill-Qorti Ġenerali jdaħħal inkwistjoni b’mod gravi liċ-ċertezza legali fit-totalità tagħha, peress li l-invidwi li jgħixu barra mill-Unjoni Ewropea u li jirresjedu f’pajjiż fejn hemm il-gwerra ma jkunux jistgħu jopponu s-sanzjonijiet li kontrihom ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet ta’ appell tagħhom b’mod utli, peress li ma ħadux konoxxenza ta’ din is-sanzjoni. |
|
— |
Sussidjarjament, l-appellant jitlob l-annullament tal-atti meħuda kontrih mill-Kunsill, minħabba l-gravità tal-ksur tad-drittijiet u libertajiet fundamentali. Peress li l-atti kkontestati jiksru l-libertajiet fundamentali protetti minn Trattati internazzjonali differenti, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tannulla l-imsemmija atti sa fejn l-illegalità tagħhom tikser l-ordni Ewropew stabbilit u minħabba l-fatt li l-ebda terminu ta’ rikors ma jista’ jiġi kkontestat minħabba l-gravità tal-ksur tal-libertajiet u drittijiet fundamentali protetti. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/4 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2011 minn Akissi Danièle Boni-Claverie mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħti fit-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-350/11, Boni-Claverie vs Il-Kunsill
(Kawża C-480/11 P)
2012/C 6/05
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Akissi Danièle Boni-Claverie (rappreżentanti: L. Bourthoumieux, J. Vergès, R. Dumas u M. Ceccaldi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tiddikjara r-rikors ta’ A. Danièle Boni-Claverie ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-Digriet T-350/11 tat-13 ta’ Lulju 2011 li jikkonstata r-rikors inammissibbli; |
|
— |
tirrinvija lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tkun tista’ tasserixxi d-drittijiet tagħha; |
|
— |
tikkudanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 69 u 73 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem l-aggravji segwenti:
|
— |
Il-forza maġġuri minħabba l-gwerra titterrompi l-preskrizzjoni. L-avvenimenti li ffaċċat l-appellanti mix-xahar ta’ Novembru 2010 fil-Côte d’Ivoire, jammontaw għal forza maġġuri, fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-istat ta’ gwerra li għandu l-effett li jitterrompi t-termini ta’ preskrizzjoni tal-atti meħuda fir-rigward tagħha mill-Kunsill. |
|
— |
Il-każ preżenti ta’ forza maġġuri minħabba l-gwerra huwa ta’ xkiel għall-possibbiltà għall-appellanti li tkun tista’ teżerċita liberament id-dritt tagħha ta’ appell kontra atti li jiksru d-drittijiet fundamentali b’mod manifest. |
|
— |
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali huma superjuri għall-prinċipju taċ-ċertezza legali. Billi tinvoka l-prinċipju taċ-ċertezza legali sabiex tiddikjara inammissibbli t-talba tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali tippreġudika d-dritt fundamentali għal aċċess għal qorti u għad-drittijiet tad-difiża. L-appellanti b’hekk ġiet miċħuda mid-dritt tagħha għal smigħ minn qorti kompetenti. |
|
— |
In-nuqqas ta’ infurzabbiltà tat-terminu tad-distanza u tat-terminu tar-rikors f’każ ta’ gwerra. It-terminu tad-distanza u t-terminu tar-rikors ma jistgħux jiġu invokati kontra destinatarju residenti fi Stat li jinsab fi gwerra miftuħa. Termini bħal dawn ikunu applikabbli biss f’perijodu ta’ paċi u fil-kontinent Ewropew. Issa, l-appellanti tinsab f’kontinent ieħor u, minħabba dan, l-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għall-każ preżenti tikser b’mod inkontestabbli l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Is-superjorità tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jirrendi null kull obbligu ta’ notifika kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi li t-terminu sabiex jitressaq rikors jibda jiddekorri sa minn notifika jew mill-pubblikazzjoni jew minn meta l-parti kkonċernata ssir taf bl-att. Fil-fatt, l-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura jeskludi l-obbligu ta’ notifika u ma jikkunsidrax il-jum li fih l-appellanti effettivament saret taf bl-att, u b’hekk jillimita l-kelma u l-ispirtu tal-Artikolu 263 TFUE. Minħabba dan il-fatt, l-Artikolu 102 ipoġġi fid-dubju d-drittijiet previsti u protetti mit-trattat, li għandu valur ġuridiku superjuri u li huwa impost fuq l-istituzzjonijiet li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, peress li l-atti kkontestati ma kinux is-suġġett ta’ notifika lill-appellanti u dan, bi ksur tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, it-terminu tar-rikors jista’ jibda jiddekorri biss mill-mument meta hija ssir taf bl-atti meħuda kontra tagħha. |
|
— |
Preġudizzju gravi għad-drittijiet u għal-libertajiet fundamentali. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali hekk kif stabbilit mill-Qorti Ġenerali jpoġġi serjament fid-dubju ċ-ċertezza legali kollha kemm hi peress li l-persuni residenti barra mill-Unjoni Ewropea u residenti f’pajjiż fi gwerra jiġu imposti fuqhom sanzjonijiet li, fir-rigward tagħhom, dawn ma jkunux jistgħu jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom peress li huma ma jkunux jafu bis-sanzjoni. |
|
— |
Sussidjarjament, l-appellanti titlob l-annullament tal-atti meħuda fir-rigward tagħha mill-Kunsill minħabba l-gravità tal-ksur tad-drittijiet u libertajiet fundamentali. Peress li l-atti kkontestati jiksru l-libertajiet fundamentali protetti minn trattati internazzjonali differenti, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tannulla l-imsemmija atti sa fejn l-illegalità tagħhom tmur kontra l-ordinament Ewropew stabbilit u għar-raġuni li ebda terminu tar-rikors ma jista’ jiġi oppost minħabba l-gravità tal-ksur tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali protetti. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/5 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2011 minn Alcide Djédjé kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-351/11, Djédjé vs Il-Kunsill
(Kawża C-481/11 P)
2012/C 6/06
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Alcide Djédjé (rappreżentanti: L. Bourthoumieux, J. Vergès, R. Dumas u M. Ceccaldi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikjara r-rikors ta’ Alcide Djédjé ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-Digriet T-351/11, tat-13 ta’ Lulju 2011, li jikkonstata li r-rikors huwa inammissibbli; |
|
— |
tirrinvija l-appellant quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex ikun jista’ jsostni d-drittijiet tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 69 u 73 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqajjem l-aggravji li ġejjin:
|
— |
Il-forza maġġuri minħabba l-gwerra li tinterrompi l-preskrizzjoni. L-avvenimenti, li r-rikorrenti kien ikkonfrontat bihom minn Novembru 2010 fil- Côte d'Ivoire, jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri, skont l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-istat ta’ gwerra li għandu l-effett li jinterrompi t-termini ta’ preskrizzjoni tal-atti meħuda kontra tiegħu mill-Kunsill. |
|
— |
Dan il-każ ta’ forza maġġuri minħabba l-gwerra jostakola l-possibbiltà tal-appellant li jkun jista’ jeżerċita liberament id-dritt tiegħu ta’ rikors kontra atti li manifestament jiksru drittijiet fundamentali. |
|
— |
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jieħdu preċedenza fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Billi tinvoka l-prinċipju ta’ ċertezza legali sabiex tiddikjara inammissibbli t-talba tal-appellant, il-Qorti Ġenerali tikser id-dritt fundamentali ta’ aċċess għal qorti u d-drittijiet tad-difiża. B’hekk l-appellant kien imċaħħad mid-dritt tiegħu għal smigħ minn qorti kompetenti. |
|
— |
In-nuqas ta’ infurzabbiltà tat-terminu ta’ distanza u tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors fil-każ ta’ gwerra. It-terminu ta’ distanza u t-terminu għall-preżentata ta’ rikors ma jistgħux jiġu infurzati fir-rigward ta’ destinatarju residenti fi Stat fi gwerra miftuħa. Tali termini jistgħu jkunu applikabbli biss fi żmien ta’ paċi u fil-kontinent Ewropew. Issa, l-appellant jinsab f’kontinent ieħor u, minħabba f’hekk, l-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-każ ta’ din il-kawża hija mingħajr dubju bi ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Il-preminenza tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jirrendi null kull obbligu ta’ notifika kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors jibda jiddekorri min-notifika jew mill-publikazzjoni jew minn meta l-persuna kkonċernata saret taf bl-att. Fil-fatt, l-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura ma jinkludix l-obbligu ta’ notifika u ma jieħux inkunsiderazzjoni l-jum li fih ir-rikorrent sar effettivament jaf bl-att, u b’hekk jillimita t-test u l-għan tal-Artikolu 263 TFUE. Minħabba f’hekk, l-Artikolu 102 jippreġudika d-drittijiet previsti u protetti mit-Trattat, li għandu valur ġuridiku għola u li jorbot lill-istituzzjonijiet li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, peress li l-atti kkontestati ma ġewx innotifikati lill-appellant u dan, bi ksur tal-Artikolu 263(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors jista’ jibda jiddekorri biss mill-mument li fih huwa sar jaf bl-atti meħuda kontrih. |
|
— |
Ksur serju tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet fundamentali. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif stabbilit mill-Qorti Ġenerali jippreġudika serjament iċ-ċertezza legali kollha kemm hi peress li l-individwi residenti barra l-Unjoni Ewropea u residenti f’pajjiż fi gwerra huma imposti sanzjonijiet li kontrihom huma ma jistgħux effettivament jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ rikors peress li huma ma jkunux jafu bis-sanzjoni. |
|
— |
Sussidjarjament, l-appellant jitlob l-annullament tal-atti meħuda kontrih mill-Kunsill minħabba l-gravità tal-ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. Peress li l-atti kkontestati jiksru libertajiet fundamentali protetti minn trattati internazzjonali differenti, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tannulla l-imsemmija atti sa fejn l-illegalità tagħhom tikser l-ordni Ewropew stabbilit u minħabba li ebda terminu għall-preżentata ta’ rikors ma jista’ jiġi infurzat minħabba l-gravità tal-ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali protetti. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/6 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2011 minn Affi Pascal N’Guessan mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-352/11, N’Guessan vs Il-Kunsill
(Kawża C-482/11 P)
2012/C 6/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Affi Pascal N’Guessan (rappreżentanti: L. Bourthoumieux, J. Vergès, R. Dumas u M. Ceccaldi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
|
— |
tiddikjara r-rikors ta’ Affi Pascal N’Guessan ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-Digriet T-352/11 tat-13 ta’ Lulju 2011 li jikkonstata l-inammissibbiltà tar-rikors; |
|
— |
jirrinvija lir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 69 u 73 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant ressaq l-aggravji li ġejjin:
|
— |
Il-forza maġġuri minħabba li l-gwerra tinterrompi l-preskrizzjoni. L-avvenimenti, li l-appellant kienu ilu jikkonfronta mix-xahar ta’ Novembru 2010 fil-Côte d’Ivoire, jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri, fis-sens tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-istat ta’ gwerra jinterrompi t-termini ta’ preskrizzjoni għall-atti adottati fil-konfronti tiegħu mill-Kunsill. |
|
— |
Dan il-każ ta’ forza maġġuri minħabba l-gwerra jfixkel il-possibbiltà tal-appellant li jeżerċita liberament id-dritt tiegħu li jikkontesta atti li manifestament imorru kontra d-drittijiet fundamentali. |
|
— |
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali huma superjuri għall-prinċipju ta’ ċertezza legali. Billi invokat il-prinċipju ta’ ċertezza legali sabiex tiddikjara inammissibbli talba tal-appellant, il-Qorti Ġenerali ppreġudikat id-dritt fundamentali ta’ aċċess għal qorti u għad-drittijiet tad-difiża. L-appellant b’hekk ġie mċaħħad mid-dritt tiegħu għal smigħ minn qorti kompetenti. |
|
— |
In-nuqqas ta’ infurzabbiltà tat-terminu għal raġuni ta’ distanza u tat-terminu ta’ appell fil-każ ta’ gwerra. It-terminu għal raġuni ta’ distanza u t-terminu ta’ appell ma jistgħux jiġu kkontestati fil-konfront ta’ destinatarju residenti fi Stat fejn hemm gwerra għaddejja. Termini bħal dawn ma jkunux applikabbli għajr fi żmien ta’ paċi u fil-kontinent Ewropew. Issa, l-appellant jinsab f’kontinent ieħor u, għalhekk, l-applikazzjoni stretta tal-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura fil-każ preżenti hija b’mod ċar bi ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Is-superjorità tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 102 tar-Regoli ta’ Proċedura tinvalida kwalunkwe notifika kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprevedi li t-terminu tal-appell jibda jiddekorri mid-data tan-notifika jew tal-pubblikazzjoni, jew meta l-persuna tkun saret taf bl-att. Fil-fatt, l-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura ma jinkludux l-obbligu ta’ notifika u ma jieħux inkunsiderazzjoni l-jum li fih ir-rikorrent sar effettivament jaf bl-att, u b’hekk jillimita l-ittra u l-ispirtu tal-Artikolu 263 TFUE. Għalhekk, l-Artikolu 102 jippreġudika d-drittijiet previsti u protetti mit-Trattat, li għandu valur legali superjuri u li jorbot lill-istituzzjonijiet li jifformaw l-Unjoni Ewropea Konsegwentement, l-atti kkontestati li ma ġewx innotifikati lill-appellant u dan, bi ksur tal-Artikolu 263(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, it-terminu ta’ appell seta’ jibda jiddekorri biss mill-mument li huwa jkun sar jaf bl-atti adottati fil-konfront tiegħu. |
|
— |
Preġudizzju serju tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali, kif stabbilit mill-Qorti Ġenerali serjament idgħajjef iċ-ċertezza legali kollha kemm hi peress li l-partijiet li jgħixu barra l-Unjoni Ewropea u li jgħixu f’pajjiż fi stat ta’ gwerra ser isibu sanzjonijiet li kontrihom ma jkunux jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ azzjoni ġudizzjarja peress li dawn ma jkunux jafu bis-sanzjoni. |
|
— |
Sussidjarjament, l-appellant jitlob l-annullament tal-atti adottati fil-konfront tiegħu mill-Kunsill minħabba l-gravità tal-ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. Billi l-miżuri kkontestati jiksru l-libertajiet fundamentali protetti mill-varji trattati internazzjonali, il-Qorti Ġenerali għandha tannulla l-imsemmija atti illegali peress li jmorru kontra l-ordni Ewropew stabbilit u peress li l-ebda terminu ta’ appell ma jista’ jiġi kkontestat minħabba s-serjetà tal-ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali protetti. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fis-17 ta’ Ottubru 2011 — SIA “Mednis” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-525/11)
2012/C 6/08
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts (Il-Latvja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Mednis”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domanda preliminari
L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jawtorizza lill-Istati Membri, mingħajr evalwazzjoni speċifika, u fuq il-bażi biss ta’ kalkoli matematiċi, li jirrifjutaw ir-rimbors ta’ dik il-parti ta’ VAT miġbura żejda li taqbeż it-18 % (li tikkorrispondi għar-rata standard tal-VAT) tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul ix-xhur fiskali inkwistjoni, sakemm l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali tirċievi d-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tal-persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud?
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts(Il-Lettonija) fit-10 ta’ Ottubru 2011 — SIA “Ablessio” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-527/11)
2012/C 6/09
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Ablessio”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rifjut ta’ numru individwali li jippermetti li persuna taxxabbli tiġi identifikata, għaliex id-detentur tal-ishma kapitali tal-persuna taxxabbli diġà kiseb f’bosta okkażżjonijiet numru individwali għal impriżi oħra li qatt ma verament eżerċitaw attività ekonomika u li l-ishma kapitali ġew assenjati mid-detentur lil persuni oħra fi żmien qasir wara l-għoti tan-numru individwali? |
|
(2) |
L-Artikolu 214, moqri flimkien mal-Artikolu 273, tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-amminstrazzjoni fiskali tiżgura ruħha, qabel l-għoti tan-numru individwali, mill-kapaċità tal-persuna taxxabbli li teżerċita attività taxxabbli, fil-każ li dan il-kontroll ikollu l-għan li jiżgura l-ammont eżatt ta’ VAT li għandu jinġabar u li jevita l-frodi? |
(1) ĠU L 347, p. 1.
Il-Qorti Ġenerali
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Fardem Packaging vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-51/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva)
2012/C 6/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Fardem Packaging BV (Edam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment F. J. Leeflang u W. Geelhoed, sussegwentement F. Leeflang u S. de Boer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Nijenhuis u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali) li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Fardem Packaging BV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Kendrion vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-54/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Entità ekonomika - Responsabbiltà in solidum - Proporzionalità - Trattament ugwali - Multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kapaċità reali ta’ kontribuzzjoni)
2012/C 6/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Kendrion NV (Zeist, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment P. Glazener u C. Meijer, sussegwentement P. Glazener u L. Haasbeek, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Nijenhuis u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, li tikkonċerna akkordju fis-suq ta’ boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll talba għal annullament jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Kendrion NV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — RKW u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-55/06 u T-66/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordju - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Implementazzjoni - Legalità - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ksur uniku u kontinwat - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol esklużivament passiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2012/C 6/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: RKW SE, li qabel kienet RKW AG Rheinische Kunststoffwerke (Worms, il-Ġermanja); u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Hellmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn M. Núñez-Müller, avukat)
Suġġett
Preliminarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
RKW SE u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Low & Bonar u Bonar Technical Fabrics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-59/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2012/C 6/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Low & Bonar plc (Dundee, l-Iskozja, ir-Renju Unit); u Bonar Technical Fabrics NV (Zele, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Garzaniti, avukat, M. O’Regan, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2004, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għar-riduzzjoni tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
L-ammont tal-multa imposta permezz tal-Artikolu 2(l) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija ffissata għal EUR 9.18 miljuni. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea, Low & Bonar plc u Bonar Technical Fabrics NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Stempher u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-68/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Preskrizzjoni - Prova tal-ksur)
2012/C 6/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Stempher BV (Rijssen, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher CV (Rijssen) (rappreżentanti: J. de Pree u E. Pijnacker Hordijk, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Nijenhuis u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tat-talba ta’ tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali)
Dispożittiv
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija annullata sa fejn tirrigwarda lil Stempher BV u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher CV. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-72/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Proporzjonalità)
2012/C 6/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Groupe Gascogne SA (St. Paul-lès-Dax, Franza) (rappreżentanti: inizjalment C. Lazarus, sussegwentement P. Hubert u E. Durand, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u F. Arbault, sussegwentement F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali u talba għar-riforma fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Diċembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/38.354 — Boroż industrijali), dwar akkordju fuq is-suq tal-boroż industrijali tal-plastik u talba għal riforma tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Groupe Gascogne SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — ASPLA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-76/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE - Skambji ta’ informazzjoni individwalizzata - Iffissar tal-prezzijiet u tal-kwoti tal-bejgħ skont iż-żona ġeografika - Tqassim tal-klijenti - Sottomissjonijiet miftiehma għal sejħiet għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Estent tal-aġir issanzjonat - Delimitazzjoni tas-suq ta’ prodotti u tas-suq ġeografiku - Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità - Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ)
2012/C 6/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Plasticos Españoles, SA (ASPLA) (Torrelavega, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Garayar Gutiérrez u A. García Castillo, sussegwentement E. Garayar Gutiérrez, M. Troncoso Ferrer u C. Ruixó Claramunt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Castillo de la Torre, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Plasticos Españoles, SA (ASPLA) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Álvarez vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-78/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE - Kunċett ta’ impriża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preżunzjoni tal-innoċenza)
2012/C 6/17
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Armando Álvarez, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Garayar Gutiérrez u A. García Castillo, sussegwentement minn E. Garayar Gutiérrez, M. Troncoso Ferrer u C. Ruixó Claramunt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Castillo de la Torre, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Armando Álvarez, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-79/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Għoti ta’ kwoti ta’ bejgħ skont iż-żona ġeografika - Tqassim tal-klijenti - Skambju ta’ informazzjoni individwalizzata - Prova tal-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol emulattiv)
2012/C 6/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sachsa Verpackung GmbH (Wieda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Puel u L. François-Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u F. Arbault, sussegwentement F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għll-bidla tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Gascogne Sack Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Buffalo Milke Automotive Polishing Products vs UASI — Werner & Mertz (BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products)
(Kawża T-308/06) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BÚFALO - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))
2012/C 6/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. (Pleasanton, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Werner & Mertz GmbH (Mayence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Thewes, V. Wiot, sussegwentement M. Thewes u P. Reuter, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1094/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Werner & Mertz GmbH u Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — McLoughney vs UASI — Kern (Powerball)
(Kawża T-484/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Powerball - Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata POWERBALL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 6/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Rory McLoughney (Thurles, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Stratford Lysandrides, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ernst Kern (Zahling, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1547/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rory McLoughney u Ernst Kern.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Rory McLoughney huwa kkundannat għal-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — CTG Luxembourg PSF vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawżi magħquda T-170/10 u T-340/10) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna lill-utenti ta’ sistemi informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent minħabba preżentazzjoni tardiva - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għal annullament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
2012/C 6/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Computer Task Group Luxembourg PSF SA (CTG Luxembourg PSF) (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Thewes u B. Marthoz, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-9 ta’ Frar 2010, li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-konsorzju li minnu tifforma parti r-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt bir-referenza AO 008/2009 u intitolat “Għajnuna lill-utenti ta’ sistemi IT u telefoniċi tal-1 u tat-2 livell, call center, amministrazzjoni hardware end user”, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 li tikkonferma din iċ-ċaħda u, it-tielet nett, tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
(2) |
Computer Task Group Luxembourg PSF SA (CTG Luxembourg PSF) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — El Coto De Rioja vs UASI — Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)
(Kawża T-276/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva COTO DE GOMARIZ - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti COTO DE IMAZ u EL COTO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 6/22
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Coto De Rioja, S.A. (Oyón, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz, J. Villamor Muguerza, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: María Álvarez Serrano (Gomariz Leiro, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2010 (Każ R 1020/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn El Coto de Rioja, SA u María Álvarez Serrano.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ April 2010 (Każ R 1020/2008-4), hija annullata sa fejn l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell dwar ix-xebh bejn is-sinjali inkwistjoni hija żbaljata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Chabou vs UASI — Chalou (CHABOU)
(Kawża T-323/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHABOU - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti Chalou - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 12(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 6/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Chickmouza Chabou (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-J. Triebold, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chalou GmbH (Herschweiler-Pettersheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Träger, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1165/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chalou GmbH u Chickmouza Chabou.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Chickmouza Chabou huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)
(Kawża T-363/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESTORE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ksur tad-dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2012/C 6/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Schäffler u J. Springer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant): R. Manea, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1560/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RESTORE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Abbott Laboratories hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Hrbek vs UASI — Outdoor Group (ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT)
(Kawża T-434/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti alpine - Użu ħażin ta’ poter - Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)
2012/C 6/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Václav Hrbek (Augustinova, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Outdoor Group Ltd (Northampton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1441/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Outdoor Group Ltd u Václav Hrbek.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Václav Hrbek huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Dorma vs UASI — Puertas Doorsa (doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS)
(Kawża T-500/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DORMA - Dokumenti ġodda li jirrigwardaw l-eżistenza tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 6/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dorma GmbH & Co. KG (Ennepetal, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Doorsa, SL (Petrel, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 542/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dorma GmbH & Co. KG u Puertas Doorsa, SL.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Dorma GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Nolin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-58/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Tħassir tal-punti ta’ mertu u ta’ prijorità wara promozzjoni bbażata fuq l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal - Bażi legali - Kompetenza tal-awtur tal-att - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)
2012/C 6/27
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2010, Nolin vs Il-Kummissjoni, (F-82/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
M. Nolin huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011 — BASF Schweiz u BASF Lampertheim vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-25/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tal-istabbilizzaturi tal-landa u tal-istabbilizzaturi tas-sħana ESBO/esters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ċessjoni tad-deċiżjoni - Tmiem tal-iskop ta’ kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 6/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BASF Schweiz AG, li qabel kienet BASF Specialty Chemicals Holding GmbH (Basel, l-Isvizzera); u BASF Lampertheim GmbH (Lampertheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Montag u T. Wilson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Sauer, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi tas-sħana), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma diretti lejn ir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011 — Elementis et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-43/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tal-istabillizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi tas-sħana ESBO/esters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Irtirar tad-deċiżjoni - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 6/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Elementis plc (Londra, ir-Renju Unit); Elementis Holdings Ltd (Londra); Elementis UK Ltd (Londra); u Elementis Services Ltd (Londra) (rappreżentanti: T. Wessely, A. de Brousse, avukati, A. Woods, solicitor, u E. Spinelli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, aġenti, assistit minn J. Holmes, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C.38.589 — Stabbilizzaturi tas-sħana), sa fejn hija tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2011 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-120/10) (1)
(Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Rifjut ta’ adattament fit-talbiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 6/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); European Federation for Transport and Environment (T&E) (Brussell, il-Belġju); European Environmental Bureau (EEB) (Brussell); BirdLife International (Brussell) (rappreżentanti: S. Hockman, QC, u P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-ħolqien ta’ mudelli ta’ bijokarburanti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ ClientEarth, tal-European Federation for Transport and Environment (T&E), tal-European Environmental Bureau (EEB) u ta’ BirdLife International. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/17 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2011 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-449/10) (1)
(Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 6/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); European Federation for Transport and Environment (T&E) (Brussell, il-Belġju); European Environmental Bureau (EEB) (Brussell); u BirdLife International (Brussell) (rappreżentanti: S. Hockman, QC, u P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw abbozzi ta’ rapport li jistudja l-effett fuq l-ambjent u l-kummerċ dinji tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-bijokarburanti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ ClientEarth, tal-European Federation for Transport and Environment (T&E), tal-European Environmental Bureau (EEB) u ta’ BirdLife International. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/17 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2011 — Glaxo Group vs UASI — Farmodiética (ADVANCE)
(Kawża T-243/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Rappreżentazzjoni tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ parti terza - Inammissibbiltà)
2012/C 6/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Benito u C. Mansell, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Farmodiética — Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, Lda (Estarda de S.Marcos, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Frar 2011 (Każ R 665/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmodiética — Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, Lda u Glaxo Group Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
(2) |
Glaxo Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/17 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2011 — Spectrum Brands (UK) vs UASI — Philips (STEAM GLIDE)
(Kawża T-544/11)
2012/C 6/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spectrum Brands (UK) Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Koninklijke Philips Electronics NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija, fl-14 ta’ Lulju 2011, mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 1289/2010-1 u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mir-rikorrenti |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “STEAM GLIDE”, għal prodotti fil-klassi 9 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5167382
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell ressqet talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, moqri flimkien mar-raġunijiet assoluti għal rifjut tal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja annullati
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata fir-rigward tas-sens u tas-sintassi tat-trade mark u tal-elementi kostituttivi tagħha, kif ukoll tal-eventwali kapaċità sabiex din tkun terminu li jiddeskrivi l-prodotti inkwistjoni b’mod immedjat u dirett. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell ma kkunsidrax l-interess ġenerali li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 7(1)(c), tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja. Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kkunsidrax il-funzjoni essenzjali tat-trade mark, ma eżaminax il-perspettiva tal-konsumatur medju, ma eżaminax la l-Artikolu 7(1)(b), indipendentement mill-Artikolu 7(1)(c), u lanqas l-interess ġenerali li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 7(1)(b), tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja u naqas milli janalizza t-trade mark fl-intier tagħha.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/18 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2011 — MIP Metro vs UASI — Real Seguros (real,- QUALITY)
(Kawża T-548/11)
2012/C 6/34
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Real Seguros, SA (Porto, Il-Portugal)
Talbiet
|
— |
tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata d-deċiżjoni finali mill-Uffiċċju Portugiż tat-Trade marks dwar it-talba għar-revoka mressqa mir-rikorrenti kontra t-trade mark Portugiża preċedenti bir-reġistrazzjoni Nru 249791, Nru 249793 u Nru 254390; Fil-każ li t-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri ma tiġix milqugħa, li l-proċeduri jitkomplew u li; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ R 114/2011-4; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, kif ukoll dawk marbuta mal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark internazzjonali Nru W 983683 tat-trade mark figurattiva “real,-QUALITY”, ta’ lewn aħmar, blu u beige, għal servizzi fil-klass 36
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Portugiża Nru 249791 tat-trade mark verbali “REAL” għal servizzi fil-klassi 36; reġistrazzjoni għal trade mark Portugiża Nru 249793 tat-trade mark verbali “REAL SEGUROS” għal servizzi fil-klassi 36; reġistrazzjoni għal trade mark figurattiva Portugiża Nru 254390 li tinkludi l-kelma “REAL” għal servizzi fil-klassi 36; diversi drittijiet mhux irreġistrati meqjusa bħala protetti fl-Istati Membri kollha jew fil-Portugall
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat qies li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade marks ikkontestati.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/19 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2011 — MIP Metro vs UASI — Real Seguros (real,- BIO)
(Kawża T-549/11)
2012/C 6/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Real Seguros, SA (Porto, il-Portugall)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tissospendi l-proċeduri sad-deċiżjoni finali tal-Uffiċċju tat-Trade marks Portugiż dwar it-talba għal revoka li r-rikorrenti ppreżentat kontra r-reġistrazzjonijiet preċedenti tat-trade marks Portugiżi bin-Nri 249791, 249793 u 254390; fil-każ ta’ ċaħda tat-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri, tkompli l-proċeduri u: |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ R 115/2011-4; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva internazzjonali “real,-Bio” rreġistrata bin-Nru W 983684, fl-aħdar, fl-abjad u fil-kannella, għal servizzi fil-klassi 36
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Portugiża “REAL” irreġistrata bin-Nru 249791, għal servizzi fil-klassi 36; it-trade mark verbali Portugiża “REAL SEGUROS”, irreġistrata bin-Nru 249793, għal servizzi fil-klassi 36; it-trade mark figurattiva Portugiża rreġistrata bin-Nru 254390 li tinkludi l-element verbali “REAL”, għal servizzi fil-klassi 36; diversi drittijiet mhux irreġistrati fejn qed jiġi invokat li huma protetti fl-Istati Membri kollha jew fil-Portugall
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell assuma b’mod żbaljat li jkun hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/19 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-552/11)
2012/C 6/36
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro A.E. (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tilqa’ r-rikors preżenti; |
|
— |
tannulla n-nota ta’ debitu kkontestata; |
|
— |
tikkunsidra l-argumenti tagħha jekk hija tqis li l-ammonti, hekk kif deskritti fin-nota tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2011, għandhom jiġu rimborsati; |
|
— |
tannulla l-att ikkontestat ukoll fil-parti tiegħu li tirrigwarda t-tielet rata ta’ pagament li ma tħallsitx; |
|
— |
tapplika tpaċċija bejn l-ammonti eventwalment rimborsabbli u dawk li qatt ma tħallsu għat-tielet rata ta’ pagament, li baqgħu mhux imħallsa għall-aħħar ħames snin; |
|
— |
tiddeċiedi li r-rikors preżenti jammonta għal fatt li jitterrompi l-preskrizzjoni tad-dritt għall-ħlas tat-tielet rata ta’ pagament; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, kontenuta fin-nota ta’ debitu Nru 3241109207 tad-9 ta’ Settembru 2011 u li tirrigwarda l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-programm ta’ riċerka Nru 510743 “WARD IN HAND”.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:
|
— |
abbuż ta’ poter tal-Kummissjoni Ewropea, sa fejn din assimilat b’mod fittizju fuq livell ġuridiku l-fatt tan-nuqqas ta’ għoti tal-karti tal-ħin man-nuqqas ta’ konsenja ta’ affarijiet li kellhom jingħataw, li tammonta għal imġieba li tikser il-kuntratt; |
|
— |
nuqqas ta’ motivazzjoni tan-nota ta’ debitu kkontestata u ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt li skont dan, att li jikkawża preġudizzju għandu jindika l-motivazzjoni tiegħu fit-test tiegħu, sabiex ikun jista’ jsir stħarriġ tal-legalità, peress li n-nota ta’ debitu ma tinkludi ebda motivazzjoni; |
|
— |
nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-provi; |
|
— |
żball ta’ liġi u ta’ motivazzjoni peress li l-konvenuta ma kkunsidratx l-argumenti fattwali tar-rikorrenti u ċaħdithom b’mod abbużiv u mingħajr motivazzjoni; |
|
— |
ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi peress li l-konvenuta ma ħallsitx lir-rikorrenti, b’mod abbużiv, l-aħħar rata ta’ pagament tal-programm u ġabet fix-xejn ix-xogħol kollu tagħha ta’ riċerka, ħames snin wara l-għeluq tal-programm. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/20 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2011 — European Dynamics Luxembourg vs BĊE
(Kawża T-553/11)
2012/C 6/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut li jiċħad il-kandidatura kollettiva tal-grupp temporanju, immexxi u rrappreżentat mir-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għal sejħa għal kandidaturi għal parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti bir-referenza Nru 14159/IS/2010 (ĠU 2011/S 75-121894), b’mod partikolari għas-servizzi koperti bil-lot nru 1 tal-imsemmija offerta; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut li jiċħad l-appell tar-rikorrenti ppreżentat skont il-proċedura ta’ appell hekk kif iddefinita fit-Taqsima IV.2.1 tal-imsemmija sejħa għal offerti u taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 (1); |
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet kollha konnessi adottati mill-konvenut; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti, skont l-Artikoli 256, 268 u 340 TFUE, id-danni għal telf ta’ opportunità u danni għar-reputazzjoni u l-kredibbiltà tagħha fir-rigward tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni li jammontaw għal EUR 2 000 000. |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża u għal spejjeż oħra tar-rikorrenti marbuta ma’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
(1) |
Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-konvenut u nuqqas ta’ żvelar tal-merti tal-kandidati magħżula. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li l-konvenut għamel użu minn kriterji ta’ selezzjoni vagi, introduċa kriterji ġodda waqt l-evalwazzjoni u naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut kiser id-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ trasparenza u amministrazzjoni tajba. |
|
(2) |
Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-konvenut billi naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 u mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti. |
|
(3) |
Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ksur min-naħa tal-konvenut tal-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
(4) |
Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ksur min-naħa tal-konvenut tal-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5, billi ċaħad l-appell tagħha bħala inammissibbli. |
(1) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tat-3 ta’ Lulju 2007, li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (ĠU L 184, p. 34)
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/21 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2011 — tesa vs UASI — Superquimica (tesa TACK)
(Kawża T-555/11)
2012/C 6/38
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: tesa SE (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Schwab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Superquimica, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 866/2010-1, u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ Nru B 1301987; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “tesa TACK”, għal prodotti fil-klassi 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6233506
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 585323 tat-trade mark verbali “TACK” għal prodotti fil-klassi 16; reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2515958 tat-trade mark verbali “TACK Ceys”, għal prodotti fil-klassi 16
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/21 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2011 — European Dynamics Luxembourg et vs UASI
(Kawża T-556/11)
2012/C 6/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); u Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/029/10 (E-Alicante: żvilupp ta’ softwer u servizzi ta’ manutenzjoni) (1), ikkomunikata bl-ittra tal-11.08.2011, u d-deċiżjonijiet kollha relatati tal-UASI inklużi dawk li jagħtu l-kuntratt rispettiv lill-offerenti kklassifikati l-ewwel, it-tieni u t-tielet; u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għad-danni sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura inkwistjoni li jammontaw għal EUR 67 500 000; u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għad-danni sostnuti mir-rikorrenti minħabba fit-telf ta’ opportunità u d-danni għar-reputazzjoni u għall-kredibbiltà tagħha li jammontaw għal EUR 6 750 000; u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra sostnuti relatati ma’ din ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq
|
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq
|
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq
|
(1) ĠU 2011/S 10-013995.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/22 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Nycomed vs UASI — Bayer Consumer Care (ALEVIAN DUO)
(Kawża T-561/11)
2012/C 6/40
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ferchland, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bayer Consumer Care AG (Basel, l-Isvizzera)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1953/2010-1, u tiċħad l-oppożizzjoni; u |
|
— |
tikkundanna lill-parti li qed topponi għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kif ukoll fil-proċedimenti tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALEVIAN DUO” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6303201
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 786863 tat-trade mark verbali “ALEVE”, għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonstata b’mod żbaljat probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/22 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2011 — Gitana vs UASI — Rosenruist (GITANA)
(Kawża T-569/11)
2012/C 6/41
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gitana SA (Pregny-Chambésy, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Benech, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rosenruist — Gestão e serviços, Lda (Funchal, Madeira)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) R 1825/2007-1, tal-4 ta’ Awwissu 2011, u tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “GITANA” Nru 3063344 għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25; u |
|
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “GITANA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 16, 18, 21, 24, 25, 34 sa 36 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3063344
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1609312 tat-trade mark figurattiva “KITANA”, għal prodotti fil-klassi 25; Ir-reġistrazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru W00555706 tat-trade mark figurattiva “KITANA”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25; Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Taljana Nru 531768 tat-trade mark figurattiva “KITANA”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u appell miċħud għall-kumplament
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/23 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Unipol Banca SpA vs UASI — Union Investment Privatfonds (unicard)
(Kawża T-574/11)
2012/C 6/42
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Unipol Banca SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: P. Costa u P. Creta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija fit-13 ta’ Lulju 2001 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fi tmiem proċediment Nru R 0597/2010-2 imressaq fl-14 ta’ April 2010 mill-Union Investment Privatfonds GmbH u, konsegwentement |
|
— |
tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 005240080, ippreżentata fit-18 ta’ Lulju 2006, li għandha bħala suġġett is-sinjal unicard, b’mod partikolari għal servizzi fil-klassi 36 tal-Ftehim ta’ Nice. |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “unicard” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.240.080) għal servizzi fil-klassi 36
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Union Investment Privatfonds GmBH
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks verbali Ġermaniżi “UNIFONDS” (Nru 991.995), “UNIGLOBAL” (Nru 991.996) u “Unigrant” (Nru 301 38 306.5), għal servizzi fil-klassi 36.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni miċħuda
Motivi invokati: applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/23 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2011 — Akhras vs Il-Kunsill
(Kawża T-579/11)
2012/C 6/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tarif Akhras (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: S. Ashley u S. Millar, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-punt 3 tat-tabella A tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent; |
|
— |
tannulla l-punt 3 tat-tabella A tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011 sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent; |
|
— |
tannulla l-punt 2 tat-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent; |
|
— |
tannulla l-punt 2 tat-tabella fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011 sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent; |
|
— |
tiddikjara l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK (kif emendat) inapplikabbli għar-rikorrent; |
|
— |
tiddikjara l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 (kif emendat) inapplikabbli għar-rikorrent; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv, li jallega li
|
|
(2) |
It-tieni motiv, li jallega li
|
|
(3) |
It-tielet motiv, li jallega li
|
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Novembru 2011 — Unilever España and Unilever vs UASI — Med Trans G. Poulias-S. Brakatselos (MED FRIGO S.A.)
(Kawża T-287/10) (1)
2012/C 6/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/25 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-101/11)
2012/C 6/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 — INTERPRETI għall-BULGARU (BG), tat-30 ta’ Ġunju 2011, li r-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni u talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 — INTERPRETI għall-BULGARU (BG), tat-30 ta’ Ġunju 2011, meħuda wara eżami mill-ġdid tal-eżamijiet tar-rikorrent, li tikkonferma r-riżultati tiegħu lil dan tal-aħħar u, konsegwentement, id-deċiżjoni li ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 — INTERPRETI għall-BULGARU (BG), tal-31 ta’ Mejju 2011, li r-rikorrent jitniżżel fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni; |
|
— |
jannulla l-operat kollu mwettaq mill-Bord tal-Għażla sa mill-istadju fejn seħħew l-irregolaritajiet imsemmija; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, bħala kumpens għad-danni morali u materjali u l-preġudizzju għall-karriera tar-rikorrent, ta’ somma ta’ EUR 15 000, suġġetta għal żieda jew tnaqqis matul il-proċeduri, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 7 % fis-sena mid-data ta’ dan ir-rikors; |
|
— |
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/25 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs BEI
(Kawża F-103/11)
2012/C 6/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma tittieħed ebda azzjoni wara proċedura ta’ investigazzjoni dwar l-allegat fastidju psikoloġiku u tannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta’ investigazzjoni kif ukoll it-talba għal danni.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta’ investigazzjoni fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2011 sa fejn din tistabbilixxi nuqqas ta’ fatti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala fastidju fir-rigward tagħha; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta’ Lulju 2011; |
|
— |
jikkonstata li hija kienet il-vittma ta’ fatti li taw lok għal fastidju; |
|
— |
jordna lill-BEI jtemm dan il-fastidju; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tal-1 ta’ Settembru 2011; |
|
— |
jikkonstata l-eżistenza ta’ żbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI; |
|
— |
jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI fir-rigward tar-rikorrenti dwar l-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta’ Lulju 2011, il-fatti ta’ fastidju li tiegħu kienet vittma kif ukoll l-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI; |
|
— |
jikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrenti kemm fil-passat kif ukoll fil-futur li jirriżultaw mill-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta’ Lulju 2011, mill-fastidju psikoloġiju li kienet suġġetta għalih u mill-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI, fejn il-kumpens għandu jinkludi l-interessi moratorji; |
|
— |
fir-rigward tal-illegalità tal-ittra tal-President tas-27 ta’ Lulju 2011:
|
|
— |
fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku li kienet suġġetta għalih:
|
|
— |
fir-rigward tal-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI:
|
|
— |
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/26 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-105/11)
2012/C 6/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF tad-29 ta’ Ġunju 2011 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent indirizzat kontra ċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg; |
|
— |
sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2011 tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/26 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-109/11)
2012/C 6/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament ta’ parti mir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu 1.1.2009 — 31.12.2009; iktar preċiżament, il-parti tar-rapport stabbilita minn EUROSTAT għal dan l-istess perijodu; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/26 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/11)
2012/C 6/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tal-karti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Diċembru 2010 u tal-karti ta’ remunerazzjoni tax-xhur sussegwenti sa fejn dawn ma jinkludux il-korrezzjoni tal-aġġustament tar-remunerazzjonijiet fid-dawl tal-koeffiċjent korrettur li japplika għall-post fejn ġew assenjati.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla l-karti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Diċembru 2010, kif ukoll il-karti ta’ remunerazzjoni tax-xhur sussegwenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/27 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/11)
2012/C 6/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N Louis, É. Marchal, D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-dikjarazzjonijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti ta’ Frar 2011 u d-dikjarazzjonijiet ta’ remunerazzjoni tax-xhur ta’ wara li japplikaw il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġdid għall-belt ta’ Varese, skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rendikonti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-belt ta’ Varese msemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-12 ta’ Lulju 2011 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti dwar il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikat f’Varese; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/27 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-112/11)
2012/C 6/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-dikjarazzjoni ta’ dħul tar-rikorrent għax-xahar ta’ Frar 2011 u tad-dikjarazzjonijiet ta’ dħul tax-xhur sussegwenti li japplikaw il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġdid għall-belt ta’ Varese skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-dikjarazzjoni ta’ dħul għax-xahar ta’ Frar 2011 u d-dikjarazzjonijiet ta’ dħul tax-xhur sussegwenti, sa fejn dawn id-dikjarazzjonijiet japplikaw koeffiċjent ta’ korrezzjoni ta’ 92.3 fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, iċċitat iktar ’il fuq, filwaqt li żżomm l-effetti ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet sal-adozzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ġodda li japplikaw koeffiċjent ta’ korrezzjoni regolari; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-12 ta’ Lulju 2011, li tagħti risposta negattiva għall-ilment 328/11 ippreżentat mir-rikorrent, sa fejn tirrifjuta b’mod partikolari l-aċċess tar-rikorrent għal informazzjoni statistika ddettaljata dwar il-paritajiet ekonomiċi fejn Brussell u Varese għal diversi neċessitajiet bażiċi, fosthom l-elettriċità, il-gass, l-enerġija, it-tisħin solidu u likwidu, is-saħħa u l-akkomodazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/27 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-114/11)
2012/C 6/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament sabiex ċertu għajnuna finanzjarja minn Stat Membru lill-istudenti tal-edukazzjoni ogħla titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u sabiex din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-iskola mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni sabiex jiġi rkuprat il-ħlas mhux dovut.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla ż-żewġ deċiżjonijiet li jirriżultaw mir-rendikont tar-remunerazzjoni tiegħu għax-xahar ta’ Marzu 2011 u li jikkawżawlu dannu, jiġifieri, minn naħa, id-deċiżjoni sabiex jitnaqqas l-ammont tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mis- Centre de Documentation et d’Information sur l’enseignement Supérieur de Luxembourg tal-allowance tal-iskola riċevuta mir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni għall-irkupru tal-ħlas mhux dovut f’dak li jikkonċerna l-ammont ta’ allowances tal-iskola riċevuti minn Ottubru 2011 sa Frar 2011; |
|
— |
jikkundanna lill-Parlament għall-ħlas tal-arretrati tar-remunerazzjoni li jirriżultaw flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati li jikkorrispondu għalihom, sa mid-data li fiha l-arretrati saru dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjud b’żewġ punti. |
|
— |
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
|
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/28 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs BEI
(Kawża F-115/11)
2012/C 6/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jinħatarx ir-rikorrent iżda kandidat ieħor fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni fi ħdan il-BEI u talba għal danni.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jinħatarx ir-rikorrent fil-post ta’ Kap tad-Diviżjoni “Tariffi u Politika tar-Riskji”, fi ħdan id-Dipartiment “Riskju u Kreditu” tad-Direttorat Ġenerali “Ġestjoni tar-riskji” u li ma ngħatax il-post ta’ Kap tad-Diviżjoni “Tariffi u Politika tar-Riskji”, fi ħdan id-Dipartiment “Riskju u Kreditu” tad-Direttorat Ġenerali “Ġestjoni tar-riskji”; |
|
— |
jordna lill-BEI jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxi proċedura regolari intiża sabiex jimtela’ l-post; |
|
— |
jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI fir-rigward tar-rikorrent dwar l-illegalità tad-deċiżjoni li jinħatar kandidat ieħor fil-post inkwistjoni; |
|
— |
jikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti, flimkien mal-interessi moratorji:
|
|
— |
tikkundanna lil BEI għall-ispejjeż. |