ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.374.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 374

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
22 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 374/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li joriġina mir-reattur EPR ta’ Penly (l-unità 3) li jinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

2011/C 374/02

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li joriġina mill-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna, li jinsabu ħdejn is-sit tal-impjant nukleari ta' Dounreay fl-Iskozja, ir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

3

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 374/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6429 – Hyundai Motor Company/Hyundai Motor Deutschland/Automobiles Hyundai France/FAAP/FEA) ( 1 )

5

2011/C 374/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6437 – Enterprise Holding/Citer) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 374/05

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 374/06

Informazzjoni minn Spanja dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

7

2011/C 374/07

Informazzjoni relatata mal-lista kkompilata tal-Kummissjoni ta' listi ta’ fiduċja tal-Istati Membri kif innotifikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 374/08

Sejħa għal proposti EAC/01/12 – Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni 2007-2013

9

2011/C 374/09

Sejħa għall-proposti ta' azzjonijiet fil-qasam tal-Enerġija, li jaqgħu taħt il-programm Energija Intelligenti – Ewropa (Deciżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15))

14

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2011/C 374/10

Sentenza tal-Qorti tal-20 ta' Settembru 2011 fil-Kawża E-5/11 – L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja (Nuqqas ta' Parti Kontraenti milli twettaq l-obbligi tagħha – Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament multiannwali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002)

15

2011/C 374/11

Azzjoni mressqa fid-19 ta’ Ottubru 2011 minn DB Schenker kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (Każ E-14/11)

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li joriġina mir-reattur EPR ta’ Penly (l-unità 3) li jinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

2011/C 374/01

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, u hija mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.

Fit-15 ta' April 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li joriġina mir-reattur EPR ta’ Penly (l-unità 3), li jinsab fi Franza.

Abbażi ta' din id-dejta u tat-tagħrif komplementari pprovdut minn rappreżentanti tal-Gvern Franċiż fil-laqgħa tal-Grupp ta' Esperti bejn it-28 u d–29 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza bejn is-sit u l-Istati Membri li jinsabu l-aktar qrib tiegħu hija ta' 106 km għar-Renju Unit u ta' 139 km għall-Belġju.

(2)

F'kondizzjonijiet normali ta' operat, ir-rilaxxi ta’ effluwenti likwidi u gassużi mhumiex tali li jwasslu għal esponiment sinifikanti tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor mill-aspett tas-saħħa.

(3)

Skart radjuattiv solidu se jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jiġi ttrasferit għall-faċilitajiet tar-rimi awtorizzati mill-Gvern Franċiż. Elementi ta' fjuwil eżawrit se jinħażnu temporanjament fuq is-sit, qabel ma jiġu ttrasportati lejn l-impjant tar-riproċessar f'La Hague.

(4)

Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x'aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett tas-saħħa.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv, ikun f'liema forma jkun, li jirriżulta mir-reattur EPR ta' Penly (l-unità 3) li jinsab fi Franza, kemm matul l-operat normali kif ukoll f'każ ta' inċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista’ tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-atmosfera ta' Stat Membru ieħor li tkun sinifikanti mill-mill-aspett tas-saħħa.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/3


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li joriġina mill-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna, li jinsabu ħdejn is-sit tal-impjant nukleari ta' Dounreay fl-Iskozja, ir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2011/C 374/02

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, u hija mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.

Fid-29 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li joriġina mill-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta' Livell Baxx Ħafna, li jinsabu ħdejn is-sit tal-impjant nukleari ta' Dounreay fl-Iskozja, fir-Renju Unit.

Abbażi ta' din id-dejta u tat-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Lulju 2011 u pprovdut mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-25 ta’ Awwissu 2011, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li gejja:

(1)

Id-distanza bejn il-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna u l-aktar punt qrib għal Stat Membru ieħor, f'dan il-każ ir-Repubblika tal-Irlanda hija madwar 600 km.

(2)

Matul il-perjodu operattiv tal-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna:

L-iskart radjuattiv se jinħażen fil-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna mingħajr l-intenzjoni ta' rkupru.

Il-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna mhumiex se jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ta' rilaxx fir-rigward ta' effluwenti radjuattivi likwidi u tal-gass. F'kondizzjonijiet operattivi normali, il-gassijiet u l-likwidi radjuattivi ma jiġux rilaxxati mill-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna. F'kondizzjonijiet normali ta' operat, il-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna mhumiex tali li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor.

Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u l-qies ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x'aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett tas-saħħa.

(3)

Lil hinn mill-perjodu operattiv ta-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna:

Il-miżuri previsti għall-għeluq aħħari tal-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna, kif deskritti fid-Dejta Ġenerali joffru evidenza affidabbli li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punt 2 ta' hawn fuq sejrin jibqgħu validi fit-tul.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv, ikun f'liema forma jkun, li jirriżulta mill-Faċilitajiet il-Ġodda għall-Iskart ta’ Livell Baxx Ħafna li jinsabu ħdejn is-sit liċenzjat tal-impjant nukleari ta' Dounreay fl-Iskozja, ir-Renju Unit, kemm matul iż-żmien tal-operat normali tiegħu u wara l-għeluq aħħari tiegħu, kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista' tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6429 – Hyundai Motor Company/Hyundai Motor Deutschland/Automobiles Hyundai France/FAAP/FEA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 374/03

Fis-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6429. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6437 – Enterprise Holding/Citer)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 374/04

Fil-15 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6437. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Diċembru 2011

2011/C 374/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3054

JPY

Yen Ġappuniż

101,66

DKK

Krona Daniża

7,4339

GBP

Lira Sterlina

0,83230

SEK

Krona Żvediża

9,0021

CHF

Frank Żvizzeru

1,2190

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7520

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,618

HUF

Forint Ungeriż

302,38

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6965

PLN

Zloty Pollakk

4,4568

RON

Leu Rumen

4,3063

TRY

Lira Turka

2,4594

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2943

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3422

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1578

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6987

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6927

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 502,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,6929

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2734

HRK

Kuna Kroata

7,5168

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 841,23

MYR

Ringgit Malażjan

4,1362

PHP

Peso Filippin

56,977

RUB

Rouble Russu

41,4525

THB

Baht Tajlandiż

40,820

BRL

Real Brażiljan

2,4223

MXN

Peso Messikan

18,0666

INR

Rupi Indjan

68,7750


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/7


Informazzjoni minn Spanja dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2011/C 374/06

Ir-Renju ta’ Spanja informa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 1(4)(b) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), li:

Għal raġunijiet biex jiġu evitati żoni fejn hemm popolazzjonijiet kbar u rotot li jistgħu ma jkunux sikuri fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp, Spanja ddeċidiet li tistabbilixxi rekwiżiti dwar l-użu tar-rotot preskritti għat-trasport bit-triq tal-oġġetti perikolużi. Huwa rrakkomandat l-użu tal-iqsar rotta sabiex jiġi minimizzat il-periklu li jista’ jippreżenta t-trasport.

Aktar informazzjoni dwar ir-rotot preskritti u r-restrizzjonijiet relatati tinsab disponibbli fuq:

http://www.boe.es/boe/dias/2011/01/05/pdfs/BOE-A-2011-211.pdf

http://www.boe.es/boe/dias/2011/01/11/pdfs/BOE-A-2011-550.pdf

http://www20.gencat.cat/docs/transit/Documents/normatives_i_legislacio_nou/legislacio/resolucio_INT_904_2011_cast.pdf


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/8


Informazzjoni relatata mal-“lista kkompilata tal-Kummissjoni” ta' listi ta’ fiduċja tal-Istati Membri kif innotifikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE

2011/C 374/07

Informazzjoni pproċessata li tiżgura l-awtentiċità u l-integrità tal-“lista kkompilata” tal-Kummissjoni ta'listi ta’ fiduċja tal-Istati Membri kif innotifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE (1), kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/425/UE (2) ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 45 tat-23 ta’ Frar 2010  (3).

L-informazzjoni kienet aġġornata fir-rigward taċ-ċertifikat li jappoġġja l-konnessjoni sigura TLS/SSL għall-pubblikazzjoni tal-verżjoni li tinqara tal-“lista kkompilata” f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 57 tad-9 ta’ Marzu 2010  (4).

L-informazzjoni pproċessata relatata maċ-ċertifikat li jappoġġja l-firma elettronika tal-verżjoni proċessabbli b'magna tal-“lista kkompilata”, permezz ta’ dan hija aġġornata bl-informazzjoni aġġornata fuq ċertifikat ġdid li jista’ jintuża mill-Kummissjoni biex tiffirma b’mod elettroniku l-verżjoni proċessabbli b’magna tal-“lista kkompilata”. Wieħed biss miż-żewġ ċertifikati li jidhru hawn taħt huwa applikabbli f’mument partikolari.

Iċ-ċertifikat diġitali li jappoġġja l-firma elettronika tal-verżjoni proċessabbli bil-magna tal-“lista kkompilata” jista’ jkun awtentikat permezz ma’ wieħed mill-proċessi li ġejjin:

(1)

jew il-proċess ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 45 tat-23 ta' Frar 2010:

SHA-256 digest (Hex) value: d5 49 51 fe bb c5 9d 2c 2e c0 1a cc d9 2c cd 8c 9d 2c 74 44 c2 e5 51 ba 7e c0 de 62 2c 74 14 8c

SHA-1 digest (Hex) value: 66 0c bd 62 c4 2e a2 8d 8b 98 37 54 bb e7 b1 4a 86 4e 01 64

SHA-256 digest (Base64) value: 1UlR/rvFnSwuwBrM2SzNjJ0sdETC5VG6fsDeYix0FIw=

SHA-1 digest (Base64) value: Zgy9YsQuoo2LmDdUu+exSoZOAWQ=

(2)

jew il-proċess (ġdid) li ġej:

SHA-256 digest (Hex) value: 5d 39 e8 f1 16 69 50 e9 97 38 32 ad 26 6f 06 74 2c c4 a9 48 48 69 df 61 ef cb 84 9d b2 fc 60 4a

SHA-1 digest (Hex) value: a8 4e 18 97 24 1f 85 c5 55 d0 3f 48 f5 a1 95 d6 3c 6a a6 5b

SHA-256 digest (Base64) value: XTno8RZpUOmXODKtJm8GdCzEqUhIad9h78uEnbL8YEo=

SHA-1 digest (Base64) value: qE4YlyQfhcVV0D9I9aGV1jxqpls=

L-awtentiċità u l-integrità tal-“lista kkompilata” għandhom ikunu vverifikati minn partijiet affidabbli qabel tintuża. Il-Kummissjoni ma taċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kontenut ta' listi ta’ fiduċja nazzjonali indikati li huma kompitu esklużiv tal-Istati Membri.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal- punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/767/KE rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati mill-Istati Membri (ĠU L 199, 31.7.2010. p. 30).

(3)  ĠU C 45, 23.2.2010, p. 16.

(4)  ĠU C 57, 9.3.2010, p. 15.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/9


Sejħa għal proposti EAC/01/12 – Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni 2007-2013

2011/C 374/08

INTRODUZZJONI

Din is-sejħa għal proposti hi bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006, li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni mill-perjodu 2007 sal-2013, li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ “Żgħażagħ fl-Azzjoni”. Il-kundizzjonijiet iddettaljati ta’ din is-sejħa ta’ proposti jinstabu fil-Gwida tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) ippubblikata fil-websajt Europa (ara l-punt VIII). Il-Gwida tal-Programm tikkostitwixxi parti integrali ta’ din is-sejħa għal proposti.

I.   Għanijiet u prijoritajiet

L-għanijiet ġenerali ddikjarati fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni huma dawn li ġejjin:

il-promozzjoni b’mod ġenerali ta’ ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ u taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom b’mod partikolari;

l-iżvilupp tas-solidarjetà u l-promozzjoni tat-tolleranza fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari sabiex tiġi inkoraġġuta l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea;

l-inkoraġġiment għal komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ f’pajjiżi differenti;

il-kontribuzzjoni biex tiġi żviluppata l-kwalità ta’ sistemi ta’ appoġġ għall-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ;

il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ.

Dawn l-għanijiet ġenerali għandhom jiġu implimentati fuq il-livell ta’ proġett billi jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet permanenti li ġejjin:

iċ-ċittadinanza Ewropea

il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

id-diversità kulturali

l-inklużjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet

Barra mill-prijoritajiet permanenti hawn fuq imsemmija, għall-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jistgħu jiġu stabbiliti prijoritajiet annwali li jiġu kkomunikati fuq il-websajts tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva u l-Aġenżiji Nazzjonali.

Għall-2012, il-prijoritajiet annwali huma dawn li ġejjin:

proġetti maħsuba biex jippromwovu l-impenn taż-żgħażagħ lejn tkabbir aktar inklużiv, u l-aktar:

proġetti li jindirizzaw il-kwistjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kif ukoll proġetti maħsuba biex jistimulaw il-mobilità u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà taż-żgħażagħ qiegħda. Se tingħata prijorità matul l-Azzjonijiet tal-Programm biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ bla xogħol ikollhom aċċess għall-opportunitajiet kollha li joffri l-programm;

proġetti li jindirizzaw il-kwistjoni tal-faqar u l-emarġinazzjoni u li jħeġġu l-għarfien u l-impenn taż-żgħażagħ biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet għal soċjetà iktar inklużiva. F'dan il-kuntest, għandha ssir enfażi b'mod partikolari dwar l-inklużjoni taż-żgħażagħ migranti, iż-żgħażagħ b'diżabbiltà, u fejn rilevanti ż-żgħażagħ Roma;

proġetti li jistimulaw l-ispirtu ta’ inizjattiva taż-żgħażagħ, il-kreattività u l-intrapriża, il-kapaċità li jsibu impjieg, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi għaż-żgħażagħ;

proġetti li jippromwovu komportamenti sani, b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni tad-drawwa ta’ attivitajiet fil-beraħ u attivitajiet sportivi popolari, bħala mezz ta’ promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja sani kif ukoll għat-trawwim tal-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-soċjetà.

proġetti li l-għan tagħhom huwa li jitqajjem l-għarfien taż-żgħażagħ u l-mobilizzazzjoni fl-indirizzar tal-isfidi ambjentali globali u t-tibdil klimatiku biex b’hekk jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' ħiliet “ħodor” u ta' aġir fost iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu magħhom kif ukoll l-impenn tagħhom għal tkabbir aktar sostenibbli.

II.   Struttura tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni

Sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jipprevedi ħames azzjonijiet operattivi.

Din is-sejħa għal proposta tikkonċerna s-sostenn għall-Azzjonijiet u Sottoazzjonijiet li ġejjin elenkati hawn taħt:

Azzjoni 1 –    Żgħażagħ għall-Ewropa

Sottoazzjoni 1.1

Skambji ta’ Żgħażagħ (li jdumu sa 15-il xahar): L-Iskambji taż-Żgħażagħ joffru opportunità għal gruppi ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti biex jiltaqgħu u jitgħallmu dwar il-kulturi ta’ xulxin. Il-gruppi jippjanaw flimkien l-Iskambju taż-Żgħażagħ tagħhom madwar tema ta’ interess reċiproku.

Sottoazzjoni 1.2

Inizjattivi għaż-Żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): L-Inizjattivi taż-Żgħażagħ isostnu proġetti ta’ gruppi mfassla fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Tappoġġja wkoll in-netwerking ta’ proġetti simili bejn pajjiżi differenti, sabiex jissaħħaħ l-aspett Ewropew tagħhom u titkabbar il-kooperazzjoni u l-iskambji tal-esperjenzi bejn iż-żgħażagħ.

Sottoazzjoni 1.3

Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): Il-Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija jsostnu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-komunità lokali, reġjonali jew nazzjonali tagħhom u fuq livell internazzjonali.

Azzjoni 2 –    Servizz ta’ Volontarjat Ewropew

L-Azzjoni ssostni l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’forom varji ta’ attivitajiet ta’ volontarjat, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea. Taħt din l-Azzjoni, iż-żgħażagħ jieħdu sehem individwalment jew fi gruppi, f’attivitajiet bla ħlas barra pajjiżhom, li ma għandhomx skop ta’ qligħ (li jdumu sa 24 xahar).

Azzjoni 3 –    Żgħażagħ fid-Dinja

Sottoazzjoni 3.1

Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea (li ddum sa 15-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni proġetti ma’ Pajjiżi Msieħba Ġirien, prinċipalment Proġetti ta’ Skambji ta’ Żgħażagħ u ta’ Netwerking fil-qasam taż-żgħażagħ.

Azzjoni 4 –    Sistemi ta’ Appoġġ għaż-Żgħażagħ

Sottoazzjoni 4.3

It-Taħriġ u n-Netwerking ta’ dawk attivi fix-xogħol u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni b’mod partikolari kemm l-iskambju tal-esperjenzi, il-kompetenzi u l-prattiki tajba kif ukoll l-attivitajiet li jistgħu jwasslu għal proġetti ta’ kwalità li jdumu fit-tul, għal partenarjati u netwerks.

Azzjoni 5 –    Sostenn għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ

Sottoazzjoni 5.1

Laqgħat taż-żgħażagħ u ta’ dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa disa’ xhur): din is-Sottoazzjoni tappoġġa l-kooperazzjoni, seminars u strutturi ta’ djalogu bejn iż-żgħażagħ, dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ

III.   Applikanti eliġibbli

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu minn:

organizzazzonijiet volontarji u mhux governattivi

entitajiet pubbliċi lokali u reġjonali

gruppi informali ta’ żgħażagħ

entitajiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ

organizzazzjonijiet volontarji internazzjonali

organizzazzjonijiet mhux volontarji li jorganizzaw avveniment fil-qasam taż-żgħażagħ, l-isport jew il-kultura.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti legalment f’wieħed mill-Pajjiżi tal-Programm jew Imsieħba Ġirien fil-Balkani tal-Punent.

Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta’ promoturi. L-eliġibilità ta’ promoturi applikanti hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.

IV.   Pajjiżi eliġibbli

Il-Programm miftuħ għall-pajjiżi li ġejjin:

(a)

l-Istati Membri tal-UE;

(b)

l-Istati tal-EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim (l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja);

(c)

il-pajjiżi kandidati li jgawdu minn strateġija ta’ qabel is-sħubija, skont il-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ġenerali ddefiniti fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea (it-Turkija u l-Kroazja);

(d)

l-Isvizzera;

(e)

il-pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet mal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-qasam taż-żgħażagħ.

Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta’ pajjiżi. L-eliġibilità tal-pajjiżi hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.

V.   Kriterji għall-għoti

(i)

Sotto-Azzjonijiet 1.1, 1.2, 3.1, 4.3 u l-Azzjoni 2:

ir-rilevanza għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm (30 %)

il-kwalità tal-proġett u l-metodi proposti (50 %)

il-profil tal-parteċipanti u tal-promoturi (20 %)

(ii)

Sotto-Azzjonijiet 1.3

ir-rilevanza għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm (30 %)

il-kwalità tal-kunċett tematiku (20 %)

il-kwalità tal-proġett u l-metodi proposti (30 %)

il-profil u l-għadd ta’ parteċipanti u ta’ promoturi (20 %)

(iii)

Sotto-azzjoni 5.1:

ir-rilevanza għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm (20 %)

ir-rilevanza għall-għanijiet tal-politika taż-żgħażagħ fl-UE (20 %)

il-kwalità tal-proġett u l-metodi proposti (40 %)

il-profil u l-għadd ta’ parteċipanti u ta’ promoturi (20 %)

VI.   Baġit u Tul ta’ Żmien

Il-Programm għandu baġit totali ta’ EUR 885 miljun għall-perjodu 2007-2013. Il-baġit annwali huwa soġġett għal deċiżjoni mill-awtoritajiet baġitarji.

Baġit previst għall-2012 għall-Azzjonijiet u s-Sottoazzjonijiet li ġejjin

Sottoazzjoni 1.1

Skambji taż-Żgħażagħ

34 711 300

Sottoazzjoni 1.2

Inizjattivi taż-Żgħażagħ

12 650 000

Sottoazzjoni 1.3

Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija

7 850 000

Azzjoni 2

Servizz Volontarju Ewropew

59 066 000

Sottoazzjoni 3.1

Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea

12 592 000

Sottoazzjoni 4.3

Taħriġ u n-netwerking ta’ dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ

17 775 000

Sottoazzjoni 5.1

Laqgħat ta’ żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ

6 779 000

VII.   Dati finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjoni għandha tintbagħat fil-limitu taż-żmien li jikkorrispondi mad-data ta’ bidu tal-proġett. Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Nazzjoni hemm tliet limiti ta’ żmien fis-sena għall-applikazzjoni.

Proġetti li jibdew bejn

Limitu taż-Żmien tal-applikazzjoni

l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Ottubru

l-1 ta’ Frar

l-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Jannar

l-1 ta’ Mejju

l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju

l-1 ta’ Ottubru

Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva hemm tliet limiti ta’ żmien fis-sena għall-applikazzjoni.

Proġetti li jibdew bejn

Limitu taż-Żmien tal-applikazzjoni

l-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru

l-1 ta’ Frar

Mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ April

l-1 ta’ Ġunju

Mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Lulju

l-1 ta’ Settembru

VIII.   Aktar Informazzjoni

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fil-Gwida għall-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni fil-websajts li ġejjin:

 

http://ec.europa.eu/youth

 

http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/14


Sejħa għall-proposti ta' azzjonijiet fil-qasam tal-Enerġija, li jaqgħu taħt il-programm “Energija Intelligenti – Ewropa” (Deciżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15))

2011/C 374/09

L- Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (AEKI) qiegħda hawnhekk tniedi sejħa għall-proposti għall-programm ta' ħidma tas-sena 2012 tal “Energija Intelligenti – Ewropa”. Is-sejħa tagħlaq fit-8 ta' Mejju 2012 għall-azzjonijiet kollha ħlief dik tal-inizjattiva dwar l-Iżvilupp ta' Ħiliet li għandha skadenzi differenti.

Tagħrif dwar id-dettalji tas-sejħa u għajnuna dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet tal-proġetti, jinstabu fuq

http://ec.europa.eu/energy/intelligent/call_for_proposals/index_en.htm

Il-helpdesk tal-programm “Energija Intelligenti – Ewropa”, jista’ jintlaħaq fuq

http://ec.europa.eu/energy/intelligent/contact/index_en.htm


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/15


SENTENZA TAL-QORTI

tal-20 ta' Settembru 2011

fil-Kawża E-5/11

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja

(Nuqqas ta' Parti Kontraenti milli twettaq l-obbligi tagħha – Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament multiannwali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002)

2011/C 374/10

Fil-Kawża E-5/11, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni dwar il-fatt li bin-nuqqas ta' adozzjoni tal-miżuri meħtieġa biex (a) l-Att imsemmi fil-punt 56o tal-Kapitolu V tal-Anness XIII ta' mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u (b) l-Att imsemmi fil-punt 56oa tal-Kapitolu V tal-Anness XIII ta' mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament multiannwali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, isiru parti mil-leġiżlazzjoni interna tiegħu fiż-żmien preskritt, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE, il-Qorti magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef Rapporteur), Imħallfin, tat sentenza fl-20 ta' Settembru 2011 u l-parti dispożittiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li bin-nuqqas ta' adozzjoni tal-miżuri meħtieġa biex (a) l-Att imsemmi fil-punt 56o tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u (b) l-Att imsemmi fil-punt 56oa tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament multiannwali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002), kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, isiru parti mil-leġiżlazzjoni interna tiegħu fiż-żmien preskritt, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/16


Azzjoni mressqa fid-19 ta’ Ottubru 2011 minn DB Schenker kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

(Każ E-14/11)

2011/C 374/11

Azzjoni kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tressqet quddiem il-Qorti tal-EFTA fid-19 ta’ Ottubru 2011 minn Schenker North AB, Schenker Privpak AB u Schenker Privpak AS (kollettivament “DB Schenker”), irrappreżentata minn Jon Midthjell, advokat, Advokatfirmaet Midthjell AS, Grev Wedels plass 5, 0151 Oslo, in-Norveġja.

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-EFTA sabiex:

(1)

Tannulla d-deċiżjoni kkontestata sakemm tiċħad l-aċċess għad-dokumenti ta' spezzjoni f'Każ Nru 34250 (Norway Post/Privpak);

(2)

Tordna lill-konvenut u lil xi intervenjenti jħallsu l-ispejjeż.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:

Ir-rikorrenti Schenker North AB, Schenker Privpak AB u Schenker Privpak AS huma parti minn DB Schenker, grupp internazzjonali tat-trasport u l-loġistika tal-merkanzija, proprjetà tad-Deutsche Bahn AG. Schenker North AB tmexxi l-operazzjonijiet ta’ negozju tal-grupp fuq l-art, bil-baħar u bil-ferrovija fin-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka, inklużi s-sussidjarji Schenker Privpak AS u Schenker Privpak AB (kollettivament irreferuti bħala “DB Schenker”).

Fl-14 ta’ Lulju 2010, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA adottat deċiżjoni fil-Każ Nru 34250 (Norway Post/Privpak), fejn sabet li Norway Post kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq Norveġiż tal-kunsinja tal-pakketti bejn in-negozji u l-konsumaturi fl-2000-2006. Ir-rikorrenti qed isegwu talba għad-danni kontra Norway Post għat-telf ikkawżat mill-ksur. Fit-3 ta’ Awwissu 2010, ir-rikorrenti ssottomettew talba għall-aċċess tad-dokumenti skont ir-Regoli dwar l-Aċċess għad-Dokumenti (RAD) stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-27 ta’ Ġunju 2008.

B’ittra tas-16 ta’ Awwissu 2011, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA rrifjutat it-talba tar-rikorrenti għall-aċċess tad-dokumenti miġbura waqt spezzjoni ġewwa l-bini ta’ Norway Post bejn il-21 u l-24 ta’ Ġunju 2004. Ir-rikorrenti qed jikkontestaw dan ir-rifjut skont l-Artikolu 36 SCA.

Ir-rikorrenti jsostnu li, fil-konfront ta’ DB Schenker, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kisret id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti skont l-Artikolu 2(1) RAD,

bl-applikazzjoni ħażina tal-eċċezzjoni fl-Artikolu 4(1)(b) RAD li għandha x’taqsam mal-privatezza u l-integrità personali;

bl-applikazzjoni ħażina tal-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 4(2) RAD li għandhom x’jaqsmu mal-interessi kummerċjali, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet u l-interess pubbliku akbar mill-iżvelar tiegħu; u

bil-ksur tad-dritt għall-aċċess parzjali tad-dokumenti fl-Artikolu 4(6) RAD.