|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.372.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2011/C 372/01 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti |
|
|
2011/C 372/02 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2011/C 372/03 |
||
|
2011/C 372/04 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali |
|
|
2011/C 372/05 |
||
|
2011/C 372/06 |
||
|
2011/C 372/07 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kompetenzi lingwistiċi għat-tisħiħ tal-mobilità |
|
|
2011/C 372/08 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar punt ta’ riferiment għall-mobbiltà għat-tagħlim |
|
|
2011/C 372/09 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja |
|
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kunsill
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti
2011/C 372/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
BILLI:
L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tirrikonoxxi t-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp ta’ ħiliet bħala elementi ewlenin b'rispons għall-kriżi ekonomika attwali, it-tixjiħ demografiku u l-istrateġija ekonomika u soċjali aktar wiesa' tal-Unjoni Ewropea.
Il-kriżi enfasizzat ir-rwol ewlieni li t-tagħlim għall-adulti (1) jista' jaqdi fil-kisba tal-għanijiet ta’ Ewropa 2020, billi jagħmilha possibbli għall-adulti - b'mod partikolari l-ħaddiema b'livell baxx ta’ ħiliet u dawk kbar fl-età - itejbu l-abbiltà tagħhom biex jadattaw għal tibdil fis-suq tax-xogħol u s-soċjetà. It-tagħlim għall-adulti jipprovdi mezz ta’ titjib jew aġġornament fil-ħiliet għal dawk affettwati mill-qgħad, ir-ristrutturar u t-transizzjonijiet fil-karriera, kif ukoll jagħti kontribut importanti għall-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-iżvilupp personali.
U WARA LI KKUNSIDRA:
|
1. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti: Qatt ma huwa tard wisq biex titgħallem, li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-kisba tal-għarfien u jiżviluppaw kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja, notevolment billi jiġu implimentati linji ta’ politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi mfassla biex jagħmlu l-edukazzjoni għall-adulti aktar attraenti, aktar aċċessibbli u aktar effettiva. |
|
2. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2008 (2) dwar it-tagħlim għall-adulti, li għall-ewwel darba stabbilixxew sett ta’ prijoritajiet komuni li għandhom jiġu indirizzati fis-settur tat-tagħlim għall-adulti, wittew it-triq għall-kooperazzjoni intensifikata Ewropea bejn id-diversi partijiet interessati, u pproponew serje ta’ miżuri speċifiċi għall-perijodu 2008-2010 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Pjan ta’ Azzjoni”) immirati biex tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti u titjieb il-kwalità tiegħu. |
|
3. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar kif l-iggwidar tul il-ħajja jista' jiġi integrat aħjar fl-istrateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja, li enfasizzat l-importanza tal-għoti ta’ gwida bħala proċess kontinwu li jagħmilha possibbli għaċ-ċittadini f'kull età u f'kull punt f'ħajjithom li jidentifikaw il-kapaċitajiet, il-kompetenzi u l-interessi tagħhom, jieħdu deċiżjonijiet marbuta mal-edukazzjoni, it-taħriġ u x-xogħol u jieħdu ħsieb id-direzzjoni ta’ ħajjithom f'xenarji ta’ tagħlim, xogħol u oħrajn. |
|
4. |
Il-konklużjonijet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 (3), li stabbilixxew qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) li huwa għalkollox konsistenti mal-istrateġija Ewropa 2020 u li l-erba' objettivi tiegħu — relatati mat-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà, il-kwalità u l-effiċjenza, l-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva, kif ukoll il-kreattività u l-innovazzjoni — huma ugwalment rilevanti għat-tagħlim għall-adulti. |
|
5. |
Ir-rapport ta’ progress konġunt tal-2010 tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-“Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010” (4), fejn ġie enfasizzat li fit-tagħlim għall-adulti huwa importanti wkoll provvediment li jkopri l-firxa kollha ta’ kompentenzi ewlenin, u ġie nnutat li hemm sfida kbira biex jiġi żgurat li l-istudenti kollha jibbenefikaw minn metodoloġiji innovattivi, inklużi dawk fit-tagħlim għall-adulti. |
|
6. |
L-inizjattivi ewlenin ta’ Ewropa 2020:
|
|
7. |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ (5), li fihom ġie nnutat li l-espansjoni tal-aċċess għall-edukazzjoni tal-adulti jista' joħloq possibbiltajiet ġodda għal inklużjoni attiva u parteċipazzjoni soċjali msaħħa. |
|
8. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għal-linji ta’ politika tal-Istati Membri (6) dwar l-impjiegi, li tfittex li tippromwovi inċentivi effettivi għat-tagħlim tul il-ħajja ta’ dawk b'impjieg u dawk mingħajr impjieg, “biex b'hekk jiġi żgurat li kull adult ikollu l-opportunità li jerġa’ jitħarreġ jew li jitla’ grad’ il fuq fil-kwalifika tiegħu”. |
|
9. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 u d-19 ta’ Novembru 2010 dwar kooperazzjoni Ewropea msaħħa fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) (7), li fihom ġiet inkoraġġuta b'mod attiv parteċipazzjoni individwali ikbar f'VET kontinwu, aktar investiment fl-iżvilupp tar-riżorsi umani, taħriġ fil-kumpanniji u tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, u kollaborazzjoni eqreb bejn l-istituzzjonijiet tattaħriġ u dawk li jħaddmu, b'mod partikolari fit-taħriġ ta’ ħaddiema b'livell baxx ta’ ħiliet. |
JILQA' L-FATT LI
Bdiet il-ħidma fuq l-oqsma kollha ta’ prijorità tal-Pjan ta’ Azzjoni 2008-2010, għalkemm kull pajjiż qed jimxi b'pass differenti:
|
— |
Kulma jmur ir-riformi tat-tagħlim għall-adulti qegħdin jiddaħħlu fl-iżviluppi inġenerali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, notevolment l-iżvilupp ta’ oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali u l-istrateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja. |
|
— |
L-assigurazzjoni tal-kwalità tqajmet bħala kwistjoni importanti fit-tagħlim għall-adulti u qed isiru avvanzi fl-iżvilupp tal-profil professjonali u t-taħriġ ta’ professjonisti għat-tagħlim għall-adulti, l-akkreditament ta’ fornituri għat-tagħlim għall-adulti u servizzi mtejba ta’ gwida għall-adulti. |
|
— |
L-involviment fit-tagħlim u l-opportunitajiet li dan iġib miegħu kulma jmur qegħdin jiġu mmirati lejn dawk b'livelli l-aktar baxxi ta’ kwalifiki, li b'hekk jingħataw prospetti aħjar ta’ integrazzjoni fix-xogħol u s-soċjetà. |
|
— |
It-tagħlim mhux formali u informali, li jirrappreżenta ħafna mit-tagħlim għall-adulti, kulma jmur qed jiġi rikonoxxut u vvalidat aktar iżda t-teħid tal-opportunitajiet ta’ validazzjoni għadu pjuttost baxx wisq. |
|
— |
Ingħata bidu għat-titjib fis-sorveljanza fis-settur tat-tagħlim għall-adulti. |
MINKEJJA DAN JIRRIKONOXXI LI:
Sabiex jiġu ffaċjati kemm il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika fuq perijodu qasir kif ukoll dawk fuq perijodu twil, hemm ħtieġa li l-adulti jtejbu b'mod regolari l-ħiliet u l-kompetenzi personali u professjonali tagħhom. Minħabba l-instabbiltà attwali fis-suq tax-xogħol u l-ħtieġa li jonqos ir-riskju tal-esklużjoni soċjali, dan japplika partikolarment għal dawk bi ftit ħiliet u dawk bi kwalifiki baxxi. Madankollu, l-adulti kollha - inklużi dawk bi kwalifiki għoljin - jistgħu igawdu b'mod sinifikanti mit-tagħlim tul il-ħajja.
Minkejja dan hemm kunsens dejjem akbar li t-tagħlim għall-adulti bħalissa hu l-iktar ħolqa dgħajfa fl-iżvilupp ta’ sistemi nazzjonali ta’ tagħlim tul il-ħajja. Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti kompliet tonqos, minn 9.8 % tal-popolazzjoni bejn 25 u 64 sena fl-2005 għal 9.1 % biss fl-2010, li b'hekk tagħmel il-mira tal-“ET2020” ta’ żieda għal 15 % sal-2020 sfida ħafna ikbar. Ostakoli bħall-motivazzjoni baxxa u nuqqas ta’ faċilitajiet ta’ kura biex jgħinu lin-nisa u l-irġiel jikkombinaw ir-responsabbiltajiet tal-familja u tax-xogħol mat-tagħlim jitolbu għalhekk aktar attenzjoni.
Bħal f'setturi oħrajn, it-tagħlim għall-adulti għandu jinkludi l-bidla għal-linja ta’ politika bbażata fuq ir-riżultati tat-tagħlim li fiha l-istudent awtonomu hu ċentrali, irrispettivament minn fejn jitgħallem - ix-xogħol, id-dar, fil-komunità lokali, f'attivitajiet volontarji, jew f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ - u jiżviluppa l-mudell multidimensjonali ta’ tmexxija li dan jeħtieġ.
Sabiex jinkiseb settur ta’ tagħlim għall-adulti li jkun jista' jsostni l-istrateġija Ewropa 2020, għad fadal ħafna iktar xi jsir b'rabta mal-finanzjament effettiv u effiċjenti; b'rabta mal-għoti tal-provvediment ta’ opportunitajiet li jagħtu ċans ieħor u l-kisba ta’ ħiliet bażiċi bħal-litteriżmu u l-ħiliet fin-numri, iżda wkoll ħiliet diġitali; b'rabta ma’ tagħlim immirat għal migranti, persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien u żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), kif ukoll għal persuni b'diżabbiltà u adulti aktar anzjani; u b'rabta mal-kooperazzjoni ma’ min iħaddem, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili.
L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni enfasizzat ukoll id-diffikultà li jiġi ssorveljat b'mod adatt is-settur tat-tagħlim għall-adulti, minħabba n-nuqqas ta’ data ta’ statistika eżistenti u evalwazzjoni ta’ miżuri ta’ linji ta’ politika. Tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti jitlob data komprensiva u komparabbli dwar l-aspetti ewlenin kollha tat-tagħlim għall-adulti, sistemi ta’ sorveljanza effettivi u kooperazzjoni bejn l-aġenziji differenti, kif ukoll attivitajiet ta’ riċerka ta’ kwalità għolja.
IQIS LI:
It-tagħlim tul il-ħajja jkopri t-tagħlim minn qabel l-età tal-iskola għal dak ta’ wara l-irtirar (8). It-tagħlim għall-adulti huwa komponent essenzjali tal-kontinwazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, li jkopri l-firxa kollha ta’ attivitajiet ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali, ġenerali u vokazzjonali, li jwettqu l-adulti wara li jkunu ħallew l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bidu.
Sabiex wieħed jibni fuq il-kisbiet tal-Pjan ta’ Azzjoni 2008-2010, filwaqt li jiġu kumplimentati l-inizjattivi ta’ linji ta’ politika eżistenti fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni għolja (il-proċess ta’ Bolonja) u l-VET (il-proċess ta’ Kopenħagen), hemm ħtieġa għal “Aġenda Ewropea mħedda għat-Tagħlim għall-Adulti” bil-għan li tagħmilha possibbli għall-adulti kollha li jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom matul ħajjithom.
It-tagħlim għall-adulti jista' jagħti kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ Ewropa 2020 għat-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u t-taħriġ għal inqas minn 10 %. Għandha tingħata kif adegwat attenzjoni partikolari għat-titjib tal-provvediment għall-għadd kbir ta’ Ewropej b'livell baxx ta’ ħiliet immirat f'Ewropa 2020, li tibda mil-litteriżmu, il-ħiliet fin-numri u miżuri li fihom jingħata ċans ieħor bħala prekursur għal titjib fil-ħiliet għax-xogħol u l-ħajja inġenerali. Il-kisba ta’ ħiliet bażiċi bħala bażi għall-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (9), l-indirizzar tal-problema tat-tluq bikri mill-iskejjel (10), u t-trattament ta’ kwistjonijiet bħall-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali ta’ migranti, ir-Rom u gruppi żvantaġġati jitolbu azzjoni miftiehma kemm fl-edukazzjoni skolastika kif ukoll f'dik għall-adulti.
Fl-istess ħin, il-kontribut sostanzjali li t-tagħlim għall-adulti jista' jagħti lill-iżvilupp ekonomiku - billi jsaħħaħ il-produttività, il-kompetittività, il-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija - għandu jiġi rikonoxxut u appoġġjat.
F'dan il-kuntest, hemm ukoll ħtieġa konsiderevoli li jiżdiedu l-isforzi biex tinkiseb il-mira stabbilita fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020 sabiex jiġi żgurat li mill-inqas 40 % taż-żgħażagħ itemmu l-edukazzjoni terzjarja jew dik ekwivalenti. Jekk tintlaħaq din l-isfida, dan jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni li tuża kemm tista' mir-riżorsi tagħha u l-kapital uman.
GĦALHEKK JITLOB GĦAL:
L-adozzjoni ta’ Aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti li tkompli, tikkumplimenta u tikkonsolida l-ħidma fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti skont l-erba' objettivi strateġiċi identifikati mill-Kunsill fil-qafas strateġiku “ET2020”. Filwaqt li fil-bidu l-aġenda tiffoka fuq il-perijodu 2012-2014 (ara l-Anness mehmuż), din l-Aġenda għandha titqies fil-kuntest ta’ viżjoni b'terminu itwal għat-tagħlim għall-adulti li - fil-perijodu sal-2020 - ser tfittex li tqajjem il-profil tas-settur inġenerali u, b'mod aktar speċifiku, li:
|
(i) |
issaħħaħ il-possibbiltajiet għall-adulti, irrispettivament mis-sess u ċ-ċirkostanzi personali u dawk marbuta mal-familja tagħhom, biex jiksbu aċċess għal opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja f'kull żmien f'ħajjithom, biex jiġi promoss l-iżvilupp personali u professjonali, l-għoti tas-setgħa, l-adattabbiltà, il-kapaċità għall-impjieg u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà; |
|
(ii) |
tiżviluppa approċċ ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti li jiffoka fuq ir-riżultati tat-tagħlim u r-responsabbiltà u l-awtonomija tal-istudent; |
|
(iii) |
trawwem iktar kuxjenza fost l-adulti li t-tagħlim huwa sforz tul il-ħajja li huma għandhom isegwu f'intervalli regolari f'ħajjithom, u partikolarment waqt perijodi ta’ qgħad jew transizzjoni fil-karriera; |
|
(iv) |
tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ sistemi effettivi ta’ gwida tul il-ħajja, kif ukoll sistemi integrati għall-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali; |
|
(v) |
tiżgura l-provvediment komprensiv ta’ edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali ta’ kwalità għolja għall-adulti bil-għan li jinkisbu kompetenzi ewlenin jew li jwasslu għall-kwalifiki fil-livelli kollha tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), appoġġata mis-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, kif ukoll mill-awtoritajiet lokali; |
|
(vi) |
tiżgura arranġamenti flessibbli addattati għal ħtiġijiet differenti ta’ taħriġ tal-adulti, inkluż taħriġ fil-kumpanniji u tagħlim ibbażat fuq il-post tax-xogħol; |
|
(vii) |
trawwem għarfien akbar fost min iħaddem li t-tagħlim għall-adulti jagħti kontribut għall-promozzjoni tal-produttività, il-kompetittività, il-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija, u huwa fattur importanti fit-titjib tal-impjegabbiltà u l-mobbiltà tas-suq tax-xogħol tal-impjegati tagħhom; |
|
(viii) |
tinkoraġġixxi istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja biex jinkludu gruppi ta’ studenti inqas tradizzjonali, bħall-istudenti adulti, biex b'dan il-mod juru responsabbiltà soċjali u iktar ftuħ lejn il-komunità inġenerali, kif ukoll iwieġbu għall-isfidi demografiċi u għat-talbiet ta’ soċjetà li qed tixjieħ; |
|
(ix) |
tippromwovi r-rwol tal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-artikolazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim għall-adulti, kif ukoll issaħħaħ l-involviment ta’ awtoritajiet ċentrali, reġjonali u lokali; |
|
(x) |
tippromwovi allokazzjoni bbilanċjata ta’ riżorsi ta’ edukazzjoni u taħriġ tul iċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta’ responsabbiltajiet kondiviżi u impenn pubbliku b'saħħtu, partikolarment għal opportunitajiet li jagħtu ċans ieħor u l-iżvilupp ta’ ħiliet bażiċi; |
|
(xi) |
tinvolvi l-imsieħba soċjali u tqajmilhom kuxjenza rigward il-benefiċċji, anki għalihom, li jitgħallmu fuq il-post tax-xogħol, inkluż provvediment ta’ ħiliet bażiċi; |
|
(xii) |
jingħata tagħlim żviluppat tajjeb għall-anzjani, biex jiġi promoss tixjiħ attiv, awtonomu, u b'saħħtu, u li juża l-għarfien, l-esperjenza, il-kapital soċjali u kulturali tagħhom għall-benefiċċju tas-soċjetà inġenerali; |
|
(xiii) |
tagħmel impenn b'saħħtu biex jiġi promoss it-tagħlim għall-adulti bħala mezz kif titrawwem is-solidarjetà bejn gruppi ta’ etajiet differenti, (pereżempju, permezz ta’ “patt bejn il-ġenerazzjonijiet”) u bejn kulturi u persuni minn kull sfond. |
GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
|
1. |
Jiffukaw l-isforzi tagħhom fil-perijodu 2012-14 fuq l-oqsma ta’ prijorità li jinsabu fid-dettall fl-Anness mehmuż, u b'hekk jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-erba' prijoritajiet tal-qafas strateġiku “ET2020”, f'konformità mal-kuntesti u l-leġislazzjoni nazzjonali. |
|
2. |
Jiżguraw komunikazzjoni effettiva mal-ministeri u l-partijiet interessati, l-imsieħba soċjali, in-negozji rilevanti, l-organizzizzazjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti, bi ħsieb li tittejjeb il-koerenza bejn il-linji ta’ politika dwar it-tagħlim għall-adulti u linji ta’ politika soċjoekonomiċi usa'. |
|
3. |
Jikkooperaw b'mod attiv fil-livell tal-UE biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni b'suċċess tal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq, notevolment billi:
|
U JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
Taħdem ma’ u tappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea mġedda għat-Tagħlim tal-Adulti deskritta hawn fuq u, speċifikament, fit-twettiq tal-prijoritajiet għall-perijodu 2012-2014 iddettaljati fl-Anness I, partikolarment billi:
|
(i) |
tiżgura l-kumplimentarjetà u l-koerenza bejn l-inizjattivi tal-politika meħudin skont din ir-Riżoluzzjoni u dawk żviluppati fil-kuntest ta’ proċessi oħra ta’ politika rilevanti fi ħdan il-qafas strateġiku “ET2020”, il-proċess ta’ Kopenħagen, il-proċess ta’ Bolonja, l-aġenda tal-modernizzazzjoni tal-UE għall-edukazzjoni għolja, u inizjattivi bħal dawk dwar il-litteriżmu u t-tluq bikri mill-iskejjel li jeħtieġu approċċ miftiehem li jinvolvi l-edukazzjoni skolastika u t-tagħlim għall-adulti, u l-promozzjoni tad-dimensjoni tat-tagħlim f'kull wieħed minn dawn; |
|
(ii) |
tistabbilixxi komunikazzjoni kontinwa mill-qrib mal-koordinaturi nazzjonali nominati fl-Istati Membri u l-pajjiżi l-oħra parteċipanti; |
|
(iii) |
tgħin lill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jappoġġaw it-tagħlim għall-adulti jikkondividu l-informazzjoni dwar il-linji ta’ politika u l-prattiki tagħhom, u dwar l-evalwazzjoni tagħhom it-tnejn, permezz tal-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u rieżamijiet, konferenzi, workshops u strumenti oħra adatti, u, fi ħdan ir-riżorsi disponibbli, it-titjib fil-ġbir ta’ data dwar it-tagħlim għall-adulti bħala parti mill-qafas koerenti aġġornat ta’ indikaturi u punti ta’ riferiment skedati għall-2013; |
|
(iv) |
issaħħaħ il-bażi ta’ għarfien dwar it-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa billi jiġu kkummissjonati studji u tiġi rinfurzata l-kapaċità ta’ strutturi ta’ riċerka eżistenti rilevanti għall-analiżi ta’ kwistjonijiet relatati mat-tagħlim għall-adulti, inkluża l-kooperazzjoni mal-Eurydice u s-Cedefop u istituzzjonijiet rilevanti oħra u billi jsir użu sħiħ mill-informazzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riċerka tagħhom; |
|
(v) |
issegwi u tintensifika l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (b'mod partikolari billi jiġu sfruttati r-riżultati tal-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti — PIAAC), in-NU (b'mod partikolari l-UNESCO) u l-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll inizjattivi reġjonali jew dinjija rilevanti oħra bħall-“fulkru” bejn l-Ewropa u l-Asja rigward it-tagħlim tul il-ħajja (ASEM); |
|
(vi) |
tuża l-fondi disponibbli fil-livell Ewropew biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-aġenda għat-tagħlim għall-adulti; |
|
(vii) |
tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-aġenda bħala parti mir-rapport ta’ progress konġunt “ET 2020”. |
(1) Għall-finijiet ta’ dan it-test, it-terminu tagħlim għall-adulti jkopri l-firxa kollha ta’ attivitajiet ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali — kemm ġenerali u vokazzjonali — li jwettqu l-adulti wara li jkunu ħallew l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bidu.
(2) ĠU C 140, 6.6.2008, p. 10.
(3) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(5) ĠU C 135, 26.5.2010, p. 2.
(6) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.
(7) ĠU C 324, 1.12.2010, p. 5.
(8) Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar it-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 163, 9.7.2002, p. 1).
(9) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(10) Kif enfasizzat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Ġunju 2011 (ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1).
ANNESS
AĠENDA EWROPEA GĦAT-TAGĦLIM GĦALL-ADULTI
Oqsma ta’ prijorità għall-perijodu 2012-2014
B'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi f'kull Stat Membru, u skont il-prijoritajiet nazzjonali, l-Istati Membru huma mistiedna, fejn adegwat bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jikkonċentraw fuq dawk l-oqsma deskritti hawn taħt li huma l-aktar rilevanti għall-ħtiġijiet partikolari tagħhom.
1. It-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà
Biex tiżdied u titwessa' l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja, b'rispons għall-mira tal-UE, li diġà ntlaħaq qbil dwarha, ta’ 15 % parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti, kif ukoll biex tingħata spinta sabiex il-proporzjon ta’ żgħażagħ bi kwalifiki ta’ edukazzjoni terzjarja u dawk ekwivalenti jiżdied għal 40 %, l-Istati Membri huma mistiedna jikkonċentraw fuq:
|
— |
L-istimulazzjoni tad-domanda, u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni u ta’ gwida komprensivi u aċċessibbli faċilment, ikkumplimentati bi strateġiji ta’ sensibilizzazzjoni effettivi mmirati biex iqajmu kuxjenza u motivazzjoni fost l-istudenti potenzjali, b'attenzjoni speċifika fuq gruppi żvantaġġati, persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), adulti bi kwalifiki baxxi, partikolarment dawk b'diffikultajiet ta’ litteriżmu, u segwiti b'opportunitajiet ta’ ċans ieħor li jwasslu għal livell rikonoxxut ta’ kwalifiki tal-QEK. |
|
— |
Il-promozzjoni tal-involviment ta’ min iħaddem f'tagħlim ibbażat fuq il-post tax-xogħol, bil-għan li jiġu żviluppati kemm ħiliet speċifiċi għall-impjieg kif ukoll ħiliet usa', inkluż permezz ta’ ħinijiet tax-xogħol aktar flessibbli. |
|
— |
Il-promozzjoni ta’ mogħdijiet ta’ tagħlim flessibbli għall-adulti, inkluż aċċess aktar wiesgħa għall-edukazzjoni għolja għal dawk li m'għandhomx kwalifiki ta’ aċċess mill-ewlenin u d-diversifikazzjoni tal-ispettru ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim għall-adulti offruti minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. |
|
— |
L-istabbiliment ta’ sistemi li funzjonaw tajjeb għall-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali u l-promozzjoni tal-użu tagħhom mill-adulti tal-etajiet kollha u fil-livelli kollha ta’ kwalifiki, kif ukoll mill-intrapriżi u organizzazzjonijiet oħra. |
2. Titjib fil-kwalità u l-effiċjenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ
Biex jinbena settur b'saħħtu ta’ tagħlim għall-adulti, l-Istati Membri huma mistiedna jikkonċentraw fuq:
|
— |
L-iżvilupp tal-assigurazzjoni tal-kwalità għall-fornituri tat-tagħlim għall-adulti, pereżempju permezz ta’ sistemi ta’ akkreditazzjoni, b'kont meħud tal-oqsfa/standards tal-kwalità diġà eżistenti f'setturi oħra. |
|
— |
It-titjib fil-kwalità tal-persunal involut fl-edukazzjoni tal-adulti, pereżempju billi jiġu definiti profili ta’ kompetenza, jiġu stabbiliti sistemi effettivi għal taħriġ inizjali u żvilupp professjonali, u l-iffaċilitar tal-mobbiltà ta’ għalliema, ħarrieġa u persunal ieħor involut fl-edukazzjoni tal-adulti. |
|
— |
L-iżgurar ta’ sistema vijabbli u trasparenti għall-fondi tat-tagħlim għall-adulti, ibbażata fuq responsabbiltà kondiviża b'livell għoli ta’ impenn pubbliku għas-settur u appoġġ għal dawk li ma jistgħux iħallsu, distribuzzjoni bbilanċjata ta’ fondi mifruxa fuq il-kontinwazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, kontribuzzjoni adatta għall-fondi mill-partijiet interessati kollha u t-tiftix ta’ mezzi innovattivi għal finanzjament aktar effettiv u effiċjenti. |
|
— |
L-iżvilupp ta’ mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-provvediment edukattiv jirrifletti aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u li jipprovdi l-possibbiltajiet għall-kisba ta’ kwalifiki u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda li jżidu l-kapaċità tal-persuni biex jadattaw għall-ħtiġijiet ġodda ta’ ambjent li qed jinbidel. |
|
— |
L-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni u s-sħubija bejn il-partijiet interessati kollha rilevanti għat-tagħlim għall-adulti, notevolment l-awtoritajiet pubbliċi, il-fornituri differenti ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim għall-adulti, imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment fil-livell reġjonali u lokali fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ “reġjuni ta’ tagħlim” u ċentri lokali ta’ tagħlim. |
3. Promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva permezz tat-tagħlim għall-adulti
Sabiex tiġi żviluppata l-kapaċità tas-settur ta’ tagħlim għall-adulti li jippromwovi l-koeżjoni soċjali u biex il-persuni li jeħtiġuha jkollhom ċans ieħor għall-opportunitajiet ta’ tagħlim u tal-ħajja, kif ukoll biex jingħata kontribut għat-tnaqqis fis-sehem ta’ dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni għal inqas minn 10 %, l-Istati Membri huma mistiedna jikkonċentraw fuq:
|
— |
It-titjib tal-ħiliet tal-adulti tal-litteriżmu u fin-numri, l-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali u l-provvediment ta’ opportunitajiet għall-adulti biex jiżviluppaw ħiliet bażiċi u forom ta’ litteriżmu meħtieġa għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà moderna (bħal-litteriżmu ekonomiku u finanzjarju, il-kuxjenza ċivika, kulturali, politika u ambjentali, tagħlim għall-għajxien san, sensibilizzazzjoni tal-konsumatur u dwar il-mezzi tal-informazzjoni). |
|
— |
Iż-żieda fil-provvediment u l-inkoraġġiment tal-involviment tal-inidividwi fit-tagħlim għall-adulti bħala mezz biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u parteċipazzjoni attiva fil-komunità u s-soċjetà, u t-titjib fl-aċċess għat-tagħlim għall-adulti għal migranti, ir-Rom u gruppi żvantaġġati, kif ukoll provvediment ta’ tagħlim għar-refuġjati u persuni li qed ifittxu asil, inkluż it-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti, fejn adegwat. |
|
— |
It-tisħiħ tal-opportunitajiet ta’ tagħlim għall-adulti kbar fl-età fil-kuntest ta’ tixjiħ attiv, inkluż il-volontarjat u l-promozzjoni ta’ forom innovattivi ta’ tagħlim bejn il-ġenerazzjonijiet u inizjattivi biex jiġi sfruttat l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi ta’ persuni kbar fl-età għall-benefiċċju tas-soċjetà inġenerali. |
|
— |
L-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ tagħlim ta’ persuni b'diżabbiltajiet u persuni f'sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ esklużjoni mit-tagħlim, bħal dawk fl-isptaritajiet, djar ta’ kura u ħabsijiet, u l-provvediment lilhom ta’ appoġġ xieraq ta’ gwida; |
4. Tisħiħ tal-kreattività u l-innovazzjoni tal-adulti u l-ambjenti tagħhom ta’ tagħlim
Biex jiġu żviluppati pedagoġiji ġodda u ambjenti ta’ tagħlim kreattivi fit-tagħlim għall-adulti, kif ukoll biex jiġi promoss it-tagħlim għall-adulti bħala mezz ta’ tisħiħ tal-kreattività u l-kapaċità innovattiva taċ-ċittadini, l-Istati Membri huma mistiedna jikkonċentraw fuq:
|
— |
Il-promozzjoni tal-kisba ta’ kompetenzi ewlenin trasversali, bħat-tagħlim dwar kif titgħallem, sens ta’ inizjattiva u intraprenditorija, u kuxjenza u espressjoni kulturali, b'mod partikolari billi jiġi applikat il-Qafas Ewropew tal-Kompetenzi Ewlenin fis-settur ta’ tagħlim għall-adulti. |
|
— |
It-titjib fl-irwol ta’ organizzazzjonijiet kulturali (bħal mużewijiet, libreriji, eċċ.), is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet sportivi u entitajiet oħra bħala ambjent kreattiv u innovattiv għal tagħlim mhux formali u informali għall-adulti. |
|
— |
L-użu aħjar ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) fil-kuntest tat-tagħlim għall-adulti, bħala mezz biex jitwessa' l-aċċess u titjieb il-kwalità tal-provvediment, eż. billi jiġu sfruttati opportunitajiet ġodda għal tagħlim mill-bogħod u l-ħolqien ta’ għodod u pjattaformi għal tagħlim elettroniku biex jintlaħqu gruppi ġodda fil-mira, b'mod partikolari dawk bi bżonnijiet speċjali jew li jgħixu f'żoni remoti. |
Sabiex jappoġġaw l-oqsma ta’ prijorità msemmijin hawn fuq f'konformità mal-erba' objettivi strateġiċi tal-qafas “ET2020”, l-Istati Membri huma mistiedna wkoll biex jikkontribwixxu għat-titjib tal-ġbir, il-komparabbiltà u l-analiżi tal-informazzjoni u d-data dwar it-tagħlim għall-adulti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali:
5. Titjib fil-bażi ta’ għarfien dwar it-tagħlim għall-adulti u sorveljanza fis-settur tat-tagħlim għall-adulti
L-Istati Membri huma mistiedna jikkonċentraw fuq:
|
— |
Il-parteċipazzjoni attiva fi u l-implimentazzjoni ta’ messaġġi ewlenin li jirriżultaw minn stħarriġ internazzjonali u studji fuq skala kbira bħall-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti (AES), l-Istħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu (CVTS) u l-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti (PIAAC). |
|
— |
Iż-żieda fl-isforzi għall-ġbir ta’ biżżejjed data inizjali, pereżempju dwar il-parteċipazzjoni, il-fornituri, il-finanzjament, ir-riżultati u l-benefiċċji usa' tat-tagħlim għall-adulti u s-soċjetà, u l-estensjoni tal-kopertura tad-data għall-firxa tal-età 'l fuq minn 64 biex wieħed jimxi maż-żieda fil-ħajja tax-xogħol. |
|
— |
It-tisħiħ tas-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-impatt tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tas-settur tat-tagħlim għall-adulti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, l-użu aħjar tal-istrumenti eżistenti fejn possibbli. |
|
— |
L-intensifikazzjoni tar-riċerka u l-analiżi dettaljata ta’ kwistjonijiet relatati mat-tagħlim għall-adulti, l-estensjoni tal-firxa tar-riċerka biex jiġu inklużi oqsma ġodda u tiġi inkoraġġuta aktar analiżi interdixxiplinari u prospettiva. |
|
— |
Ir-rappurtar dwar linji ta’ politika dwar it-tagħlim għall-adulti bħala parti mir-rapport ta’ progress konġunt dwar l-“ET2020”. |
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/7 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA
2011/C 372/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
FILWAQT LI JFAKKRU:
|
(1) |
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġlieda kontra d-doping (1). |
|
(2) |
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010, dwar ir-rwol tal-UE fil-ġlieda internazzjonali kontra d-doping (2). |
JIRRIKONOXXU LI:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom u jwettqu r-rwol tagħhom matul it-tħejjija, in-negozjar u l-adozzjoni, fost l-oħrajn, tar-regoli, l-istandards u l-linji gwida mill-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping (minn hawn 'il quddiem: “WADA”). |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu previsti modalitajiet prattiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-ħidma tal-WADA, kif ukoll il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet qabel il-laqgħat tal-WADA. |
|
(3) |
Il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-kontinent Ewropew qabel il-laqgħat tal-WADA sseħħ fil-Kunsill tal-Ewropa b'kont dovut ta’ kwalunkwe leġislazzjoni applikabbli tal-UE. |
|
(4) |
Hemm ħtieġa kbira għal kontinwità fir-rapreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, li huwa appoġġat minn mandat politiku u livell adatt ta’ għarfien espert. |
KONSEGWENTEMENT JAQBLU LI:
|
(1) |
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA għandhom ikunu fil-livell ministerjali u li s-siġġijiet għandhom jiġu allokati kif ġej:
|
|
(2) |
Fejn adatt ir-rappreżentanti tal-Istati Membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza u/jew mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
L-arranġamenti rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA kif deskritti fl-Anness I għandhom isiru effettivi mill-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(4) |
Il-Linji Gwida għall-Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni rigward it-tħejjijiet għal-laqgħat tal-WADA kif deskritti fl-Anness II, japplikaw. |
|
(5) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, għandhom jeżaminaw l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ din ir-Riżoluzzjoni u jqisu jekk ikunux meħtieġa xi aġġustamenti għall-arranġament stabbilit minn din ir-Riżoluzzjoni. |
(1) ĠU C 356, 12.12.2000, p. 1.
(2) ĠU C 324, 01.12.2010, p. 18.
ANNESS I
Arranġamenti rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA
L-Istati Membri tal-UE jaqblu dwar is-sistema ta’ rappreżentazzjoni li ġejja:
RAPPREŻENTANTI MILL-ISTATI MEMBRI LI JIFFURMAW IT-TRIO TAL-PRESIDENZI FIL-KARIGA U DAK FUTUR:
|
— |
L-Istati Membri li jiffurmaw it-Trio tal-Presidenza fil-kariga jagħżlu, wara konsultazzjoni interna, wieħed minnhom bħala rappreżentant tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA. L-Istat Membru magħżul, għandu jinnomina, wara l-proċeduri interni tiegħu, rappreżentant għal dak il-għan. Dan ir-rappreżentant għandu jkun il-persuna responsabbli fil-livell ministerjali għall-isport fl-Istat Membru. L-Istat Membru magħżul biex jipprovdi rappreżentant u l-isem ta’ dak ir-rappreżentant għandu jiġi nnotifikat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE. |
|
— |
Jekk ir-rappreżentant jieqaf mill-funzjonijiet tiegħu/tagħha fil-livell ministerjali, l-Istat Membru għandu jinnomina sostitut fil-livell ministerjali. |
|
— |
Ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għall-Istati Membri li jiffurmaw it-Trio futur tal-Presidenza. |
|
— |
Il-mandat tar-rappreżentanti msemmija hawn fuq huwa ta’ 3 snin. |
|
— |
Ir-rappreżentant mill-Istati Membri li jiffurmaw it-Trio futur tal-Presidenza għandu jibqa' fil-kariga anke wara li dan isir it-Trio tal-Presidenza fil-kariga sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u ż-żamma ta’ mandat ta’ tliet snin. |
ESPERT FIL-LIVELL TA' GVERN INNOMINAT KONĠUNTEMENT MILL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:
|
— |
Proposti għal rappreżentant espert għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa tal-Kunsill tal-UE, li matulha għandha sseħħ in-nomina. Il-proposti ma għandhomx jinkludu ministri mill-Istati Membri li jiffurmaw it-Trio tal-Presidenza fil-kariga jew it-Trio futur tal-Presidenza. Il-proposti għal rappreżentant espert għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE. |
|
— |
L-ewwel nomina tal-membru tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, imwettqa bil-mod deskritt hawn fuq, għandha sseħħ fil-laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tal-UE sa mhux aktar tard minn Novembru 2012. |
|
— |
Il-mandat tar-rappreżentanti huwa ta’ 3 snin. |
|
— |
Jekk ir-rappreżentant jieqaf mill-funzjonijiet tiegħu/tagħha fil-livell ministerjali fl-Istat Membru tiegħu/tagħha, għandha tinbeda proċedura għal nomina ġdida. Ir-rappreżentant attwali jibqa' fil-kariga sakemm il-proċedura għal nomina ġdida tkun intemmet. |
REGOLI TRANSIZZJONALI:
|
— |
Ir-regoli attwali dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
— |
Il-mandat tar-rappreżentat innominat mill-Irlanda, il-Litwanja u l-Greċja għandu jitqassar għal 18-il xahar u jibda mill-1 ta’ Jannar 2013. |
PROĊESS TA' APPROVAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:
|
— |
L-approvazzjoni tal-espert fil-livell ta’ gvern u l-Istati Membri magħżulin mit-Trio tal-Presidenzi fil-kariga u dawk futuri biex jinnominaw rappreżentanti lill-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, issir mill-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill b'avviż suffiċjentement bil-quddiem. |
|
— |
L-ismijiet tal-membri kollha tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA li huma rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE huma nnotifikati permezz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE lill-WADA. |
ANNESS II
Linji gwida għall-Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tat-tħejjijiet għal-laqgħat tal-WADA
Filwaqt li jitqies li fid-dawl tal-acquis tal-UE u d-dmir ta’ kooperazzjoni sinċiera, fejn adatt il-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet diskussi fil-laqgħat tal-WADA għandhom jiġu kkoordinati, taħt it-tmexxija tal-Presidenza, fi żmien debitu u b'mod effiċjenti qabel il-laqgħat fil-WADA,
Il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-linji gwida li ġejjin għall-kondotta:
NATURA U AMBITU TAL-LINJI GWIDA:
|
— |
Dawn il-Linji Gwida għall-Kondotta għandhom japplikaw għat-tħejjija tal-laqgħat kollha tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA. |
|
— |
Dawn il-Linji Gwida għall-Kondotta jistabbilixxu l-arranġamenti bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dawn il-laqgħat, inklużi l-laqgħat preċedenti tal-Kunsill tal-Ewropa (CAHAMA). |
IL-PROĊESS TA’ KOORDINAZZJONI:
|
— |
Il-proċess ta’ koordinazzjoni għandu jibda b'analiżi tal-aġenda tal-laqgħa tal-WADA konġuntement mill-Presidenza tal-Kunsill fil-kariga assistita mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE, u l-Kummissjoni Ewropea. |
|
— |
Il-Presidenza ser tħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni komprensiva ta’ pożizzjoni filwaqt li tqis dawn l-arranġamenti u l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet fejn l-UE għandha l-kompetenza. |
|
— |
Id-dikjarazzjoni ta’ pożizzjoni għandha titħejja mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Isport u tkun maqbula, bħala regola ġenerali, mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER), ħlief f'każijiet ta’ urġenza. |
RELAZZJONIJIET MAL-KUNSILL TAL-EWROPA:
|
— |
Fil-laqgħat tal-CAHAMA (1), ir-rappreżentant tal-Presidenza għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ pożizzjoni dwar il-punti fejn tkun tħejjiet pożizzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta l-pożizzjoni tal-UE fejn l-UE għandha l-kompetenza u fejn ikun hemm pożizzjoni li tkun ġiet maqbula konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. |
|
— |
L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ifittxu li jinkludu din il-pożizzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ pożizzjoni tal-kontinent Ewropew imħejjija mill-CAHAMA. |
KOORDINAZZJONI AD HOC
|
— |
Fi kwalunkwe ħin, fejn meħtieġ, koordinazzjoni ad hoc tal-UE u tal-Istati Membri tagħha tista' titwettaq, bħala regola ġenerali, taħt it-tmexxija tal-Presidenza. Dan jista' jsir fil-marġini tal-laqgħat tal-CAHAMA jew tal-WADA. |
TAĦDIT U VOTAZZJONI:
|
— |
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE għandhom jitkellmu u jivvutaw dwar kwistjonijiet konformement mal-pożizzjonijiet maqbula. |
RAPPURTAR:
|
— |
Ir-rappreżentant tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA mit-Trio tal-Presidenza fil-kariga għandu jirrapporta dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tal-UE. |
|
— |
Rapport bil-miktub dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA għandu jiġi ppreżentat mir-rappreżentant tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA mit-Trio tal-Presidenza fil-kariga, lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Isport. |
(1) Il-Kumitat Ewropew ad hoc għall-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (CAHAMA), stabbilit f'Lulju 2003, huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-pożizzjoni tal-Partijiet kollha għall-Konvenzjoni Kulturali Ewropea, fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-WADA. Laqgħat ordinarji tal-CAHAMA huma msejħa immedjatament qabel jew wara il-laqgħat tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tal-Konvenzjoni Kontra d-Doping, u fejn possibbli, mill-anqas ġimgħa qabel il-laqgħat ordinarji tal-Bord ta’ Fondazzjoni u l-Kumitat Eżekuttiv tal-WADA.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/10 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni tal-Lvant tal-parteċipazzjoni u l-mobbiltà taż-żgħażagħ
2011/C 372/03
IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:
FILWAQT LI JFAKKRU LI
|
1. |
L-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi mmirata lejn l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ skambji bejn iż-żgħażagħ u ta’ skambji ta’ edukaturi soċjoedukattivi, u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa; |
|
2. |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ppermetta lill-UE biex isaħħaħ il-kisba tal-politika estera tagħha; il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien issa tista' titwessa' biex tkopri l-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet b'mod integrat u aktar effettiv; |
|
3. |
Il-mobbiltà hija sinifikanti għall-promozzjoni ta’ fehim reċiproku u żvilupp ekonomiku filwaqt li titqajjem is-sensibilizzazzjoni dwar attitudnijiet differenti lejn il-ħajja u s-sitwazzjonijiet differenti taż-żgħażagħ fl-Ewropa kollha. Fost vantaġġi oħra, il-mobbiltà hija indispensabbli għall-iskambju tal-ideat, it-tifrix tal-innovazzjoni, it-trattament ta’ kwistjonijiet soċjali u dawk dwar l-impjiegi, l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet sodi bejn il-persuni, l-għajnuna fl-iżvilupp personali, u l-inkoraġġiment għall-akkwist ta’ ħiliet personali kif,ukoll il-promozzjoni ta’ kompetenzi interkulturali u għall-ġlieda kontra l-preġudizzji; minbarra kwistjonijiet oħrajn, il-mobbiltà hija ċentrali għall-isfruttar tal-potenzjal taż-żgħażagħ kollha u jinkisbu l-objettivi tal-Ewropa 2020; |
|
4. |
Fil-kuntest ta’ żieda ġenerali fil-mobbiltà, li twassal għal interazzjonijiet frekwenti bejn persuni ta’ nazzjonalitajiet, kulturi, reliġjonijiet u twemmin differenti, l-Unjoni Ewropea għandha rwol dejjem jikber fil-livell internazzjonali fil-promozzjoni tar-rispett għad-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem u standards adatti ta’ djalogu interkulturali; |
|
5. |
Il-“parteċipazzjoni” u ż-“żgħażagħ u d-dinja” ġew inklużi bħala żewġ oqsma ta’ prijorità ta’ azzjoni fil-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018); |
|
6. |
Il-Konferenza taż-Żgħażagħ tal-UE saret mill-5 sas-7 ta’ Settembru 2011 f'Varsavja, il-Polonja, li matulha kien enfasizzat li kien hemm ħtieġa partikolari:
|
JIRRIKONOXXU LI
|
7. |
It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 ġab miegħu bidla storika għall-Unjoni f'termini politiċi, ġeografiċi u ekonomiċi, filwaqt li saħħaħ aktar il-ħtieġa għal kooperazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tagħha, inklużi dawk mill-EEc (1); |
|
8. |
Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (2) tal-Unjoni Ewropea, li reċentement ġiet evalwata u inkluża f'qafas ġdid permezz tal-Komunikazzjoni “Rispons Ġdid għal Viċinat li Qed Jinbidel”, tistabbilixxi objettivi ambizzjużi bbażati fuq impenji lejn valuri kondiviżi u l-implimentazzjoni effettiva ta’ riformi politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali; l-iżviluppi demokratiċi u t-trasformazzjoni li qed iseħħu fl-eqreb ġirien lejn il-Lvant u lejn in-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea, żiedu wkoll l-importanza strateġika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-miżuri li jsaħħu lis-soċjetà ċivili u dwar opportunitajiet msaħħa għall-iskambji u l-kuntatti bejn il-persuni b'fokus partikolari fuq iż-żgħażagħ. |
|
9. |
F'dan il-kuntest, is-Sħubija tal-Lvant (EaP) (3) hija inizjattiva ta’ sinifikat strateġiku għall-istabbiltà u s-sigurtà kemm tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant li qed jipparteċipaw fil-qafas tal-PEV kif ukoll tal-UE fl-intier tagħha. L-għan importanti tagħha huwa li ssaħħaħ lis-soċjetà ċivili, li hija wieħed mill-pedamenti ta’ stat demokratiku effiċjenti. Dak il-qasam ta’ kooperazzjoni, li jinkludi, il-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni taż-żgħażagħ, għandu jkollu rwol aktar prominenti fl-EaP; |
|
10. |
L-iffaċilitar tal-kuntatti bejn il-persuni u t-tisħiħ tad-djalogu mas-soċjetà ċivili ġew identifikati bħala elementi essenzjali tas-Sħubija UE-Russja għall-Modernizzazzjoni (4); |
|
11. |
L-Unjoni Ewropea diġà għamlet sforzi biex tipprovdi permessi ta’ residenza speċjali lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għall-ammissjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, sabiex ikun hemm involviment f'attivitajiet volontarji (5), li huwa pass 'il quddiem importanti; |
|
12. |
Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti sħubiji ta’ mobbiltà mal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tan-Nofsinhar (EEc) kienet enfasizzata reċentement mill-Kunsill Ewropew (6). Bil-ħsieb tal-forma futura ta’ dawn is-sħubiji, hemm ħtieġa li jittieħed kont tat-tisħiħ tal-mobbiltà taż-żgħażagħ għall-mobbiltà fit-tagħlim inkluż it-tagħlim non-formali f'pajjiż ieħor, li jista' jkun taħt forom bħal ħidma taż-żgħażagħ, inkluż skambji bejn iż-żgħażagħ u attivitajiet ta’ volontarjat; |
|
13. |
Programmi ta’ skambji bejn iż-żgħażagħ huma għodda tajba, speċjalment għaż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet biex jiksbu esperjenzi interkulturali u jiżviluppaw ħiliet personali u lingwistiċi; |
|
14. |
L-iżvilupp tal-kooperazzjoni internazzjonali taż-żgħażagħ, il-ħaddiema żgħażagħ u l-mexxejja żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea u l-EEc jikkostitwixxi element sinifikanti tal-mekkaniżmu tal-bini ta’ fiduċja fir-reġjun, b'hekk jiġu ffurmati relazzjonijiet futuri fl-Ewropa fil-kuntest ta’ diffikultajiet potenzjali; |
|
15. |
Il-Politika Ewropea tal-Viċinat tinvolvi l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri fir-rigward tas-sittax-il pajjiż ġirien tal-UE. F'dan il-kuntest u waqt li jiġi kkunsidrat il-kontribut potenzjali tagħhom għall-proċessi kurrenti ta’ demokratizzazzjoni, jista' jiġi previst li jiġu applikati inizjattivi simili għall-dawk imniżżla f'dan id-dokument fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran. |
JIDENTIFIKAW IL-ĦTIEĠA ĠENERALI LI
|
16. |
Jappoġġaw il-kooperazzjoni, id-djalogu u l-fehim reċiproku internazzjonali bejn iż-żgħażagħ, il-ħaddiema żgħażagħ u l-mexxejja żgħażagħ mill-UE u l-EEc bħala għodda importanti għall-appoġġ taċ-ċittadinanza Ewropea u l-proċessi ta’ demokratizzazzjoni; |
|
17. |
Jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ għal mobbiltà fit-tagħlim, inklużi ż-żgħażagħ, il-ħaddiema maż-żgħażagħ u l-mexxejja żgħażagħ mill-EEc li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea, kif ukoll iċ-ċittadini żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea li jivvjaġġaw lejn kwalunkwe pajjiż tal-Ewropa tal-Lvant; |
|
18. |
Jinkoraġġixxu t-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ fil-qasam tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-EEc, permezz tas-sensibilizzazzjoni dwar linji ta’ poltika dwar iż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kwalità tal-informazzjoni dwar opportunitajiet u parteċipazzjoni fil-mobbiltà; |
GĦALDAQSTANT JAQBLU LI
|
19. |
L-appoġġ tal-mobbiltà reċiproka u parteċipazzjoni akbar f'attivitajiet ta’ tagħlim non-formali taż- żgħażagħ, il-ħaddiema maż-żgħażagħ u l-mexxejja żgħażagħ mill-UE u l-EEc jistgħu jġibu vantaġġi numerużi għal:
|
|
20. |
L-appoġġ tal-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà miż-żgħażagħ, il-mobbiltà transkonfinali u l-kuntatti bejn il-persuni ser jappoġġa l-iskambjar tal-ideat, it-tifrix tal-innovazzjonijiet u l-bini tas-sħubiji u għalhekk jista' jiffaċilita l-bidliet fuq perijodu fit-tul, waqt li jnaqqas id-disparità bejn is-soċjetajiet; |
|
21. |
L-appoġġ fit-twettiq ta’ għodod ta’ informazzjoni ta’ kwalità, l-iskambju ta’ prattika tajba bejn l-UE u l-EEc, u l-iżgurar ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar organizzazzjonijiet sħab affidabbli jgħinu biex jissaħħaħ in-netwerking, tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-UE u fl-EEc u tiġi żgurata s-sikurezza tal-parteċipanti involuti f'din il-kooperazzjoni; iċ-Ċentri ta’ Riżorsi SALTO (Appoġġ għal Tagħlim Avvanzat u Opportunitajiet ta’ Taħriġ) u l-Eurodesk kienu netwerk importanti ta’ appoġġ f'dan ir-rigward; |
|
22. |
L-iżvilupp u l-promozzjoni ulterjuri ta’ attivitajiet volontarji, il-ħidma taż-żgħażagħ u l-intraprenditorija għandhom il-potenzjal li jkollhom influwenza pożittiva fuq l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u li jiffaċilitaw l-involviment attiv tagħhom fis-soċjetà; |
|
23. |
Minħabba l-fatt li d-distanza ġeografika, f'xi każijiet, tista' tkun ostakolu għall-kooperazzjoni u l-mobbiltà, il-potenzjal tal-mobbiltà virtwali fl-iżgurar tal-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha rigward il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ għandu jiġi żviluppat aktar; |
|
24. |
Mobbiltà u kooperazzjoni akbar jiddependu ħafna mill-interess dwar u l-għarfien tal-pajjiż sieħeb u, b'mod partikolari, il-kultura taż-żgħażagħ tiegħu inġenerali; sabiex jiżdiedu dan l-interess u l-livell ta’ għarfien, huwa ta’ importanza speċjali li l-kultura tiġi ppreżentata u promossa biex iż-żgħażagħ jiġu motivati jikkooperaw ma’ xulxin; |
|
25. |
In-nuqqas ta’ ħilijiet lingwistiċi fost iż-żgħażagħ jista' jkun ostaklu konsiderevoli għall-komunikazzjoni. Ir-rwol tal-programmi Ewropej edukattivi u għaż-żgħażagħ hu waħda mill-ħafna rotot biex jiżdiedu l-ħilijiet lingwistiċi tagħhom u l-promozzjoni tat-tagħlim ta’ lingwi barranin għandha tiġi appoġġata; |
|
26. |
L-aċċess aktar faċli għaż-żgħażagħ minn barra l-UE, b'mod partikolari mill-EEc, jista' jsir possibbli pereżempju permezz tal-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża, li huma waħda mill-aktar għodod effiċjenti biex tingħata spinta lill-mobbiltà inġenerali; |
|
27. |
L-esperjenza u l-kompetenza tal-Kunsill tal-Ewropa fil-kooperazzjoni mal-EEc jagħmluh sieħeb importanti fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet li jinvolvu liż-żgħażagħ mill-EEc u s-sħubija taż-żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea — Kunsill tal-Ewropa kienet għodda siewja, li trawwem sinerġiji bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa f'dan ir-rigward; |
|
28. |
Il-programmi u l-istrumenti eżistenti li jappoġġaw il-mobbiltà, prinċipalment fl-Unjoni Ewropea, jistgħu jissaħħu u jitwessgħu għal dawk iż-żgħażagħ, il-volontiera, il-ħaddiema u għal persuni oħra li jaħdmu maż-żgħażagħ mill-EEc jew li jixtiequ jikkooperaw ma’ dawk il-pajjiżi; dan jirreferi partikolarment għall-programm “Żgħażagħ f'Azzjoni”, il-programm “Tagħlim tul il-Ħajja”, is-sħubija taż-żgħażagħ UE-CoE inkluż iċ-Ċentru Ewropew tal-Għarfien tal-Politika dwar iż-żgħażagħ, in-netwerk taċ-Ċentri tar-Riżorsi tas-SALTO (Appoġġ għal Tagħlim Avvanzat u Opportunitajiet tat-Taħriġ), l-Eurodesk u l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ; |
|
29. |
Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livelli kollha, fl-attivitajiet tagħhom, jista' wkoll ikollhom rwol kruċjali billi jirrappreżentaw u jippromwovu l-ħtiġijiet u l-interessi taż-żgħażagħ fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ mill-pajjiżi tal-UE u l-pari tagħhom mill-EEc; |
|
30. |
L-esperjenza miksuba f'kooperazzjoni ma’ reġjuni ġirien oħrajn għandha tintuża biex tingħata forma lill-għodod għall-kooperazzjoni taż-żgħażagħ mal-EEc; |
GĦALHEKK JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI EWROPEA FL-OQSMA TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, SABIEX:
|
31. |
Jippromwovu l-iskambji bejn iż-żgħażagħ u l-programmi ta’ mobbilta taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, inklużi l-volontiera, ir-riċerkaturi dwar il-ħaddiema żgħażagħ u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ tal-pajjiżi tal-UE u dawk ġirien, speċjalment mill-EEc, billi jikkondividu prattiki tajba ta’ kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet attivi fil-qasam taż-żgħażagħ, sabiex kull persuna żagħżugħa jkun jista' jkollha opportunità ta’ mobbiltà u parteċipazzjoni fl-Ewropa; |
|
32. |
Inaqqsu l-ostakoli fil-mobbiltà u l-parteċipażżjoni fost oħrajn billi jippromwovu t-tagħlim tal-lingwi barranin, jappoġġaw it-twassil ta’ informazzjoni ta’ kwalità f'dak il-qasam eċċ; |
|
33. |
Jirrapportaw dwar il-qasam ta’ azzjoni “Iż-Żgħażagħ u d-Dinja” fir-Rapport dwar iż-Żgħażagħ 2012 u r-Rapporti tal-UE dwar iż-Żgħażagħ sussegwenti; |
|
34. |
Jeżaminaw ir-riżultati tal-istudju dwar “Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa”, li ser jiġu finalizzati fl-2012 b'fokus speċjali fuq l-implikazzjonijiet possibbli tagħha għaż-żgħażagħ tal-UE u l-EEc kif ukoll jikkondividu l-eżiti ta’ riċerka rigward iż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni tagħhom sabiex jiżdied l-għarfien dwar iż-żgħażagħ; |
|
35. |
Jikkunsidraw li jkomplu jorganizzaw l-iskambji ta’ prattiki tajba fil-qasam tal-linji ta’ politika dwar iż-żgħażagħ bejn il-pajjiżi tal-EEc u tal-UE f'kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bil-ħsieb li jiġu promossi l-parteċipazzjoni u l-mobbiltà taż-żgħażagħ; |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
|
36. |
Jipparteċipaw b'mod attiv fil-Pjattaformi Multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant, speċjalment il-Pjattaforma 4, “Kuntatti bejn il-persuni”, li fiha jista' jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-inizjattivi għaż-żgħażagħ; |
|
37. |
Jirrinforzaw il-kooperazzjoni transettorjali bejn l-oqsma ta’ politika differenti u l-awtoritajiet rilevanti biex ikomplu jirriflettu fuq l-ostakoli għall-mobbiltà reċiproka taż-żgħażagħ minn pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, pereżempju billi jsibu modi possibbli biex jiġi faċilitat il-ħruġ tal-viżi għaż-żgħażagħ mill-EEc, meta u fejn adatt; |
|
38. |
Jieħdu vantaġġ mill-kooperazzjoni ma’ strutturi ta’ informazzjoni dwar iż-żgħażagħ bħall-Eurodesk u l-Aġenzija Ewropea għall-Għoti ta’ Informazzjoni u Pariri liż-Żgħażagħ (ERYICA) u jagħmlu użu miċ-Ċentru Ewropew tal-Għarfien għall-Politika dwar iż-Żgħażagħ (EKCYP) biex jippromwovu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni u l-mobbiltà. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
39. |
Issostni u ssaħħaħ id-dimensjoni tal-Lvant fil-programmmi futuri tal-UE għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni, mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali; |
|
40. |
Tkompli trawwem il-kooperazzjoni fost iż-żgħażagħ bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk tas-Sħubija tal-Lvant fil-qafas tal-programm għaż-żgħażagħ tas-Sħubija tal-Lvant; |
|
41. |
Tadatta l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ biex isir utli u aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, mill-Ewropa kollha, inkluż l-EEc; |
|
42. |
Tikkunsidra li tiżviluppa l-inizjattiva tal-kard Ewropea “Żgħażagħ f'Azzjoni” fil-limiti ta’ kompetenza tagħha, biex jiġu inklużi żgħażagħ mill-Ewropa kollha, inkluż l-EEc. |
(1) Għall-fini ta’ dan id-dokument il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant huma dawn li ġejjin: l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, il-Ġeorġja, il-Moldova, l-Ukraina u r-Russja.
(2) Il-qafas tal-PEV ikopri 16 mill-eqreb ġirien tal-UE — l-Alġerija, l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, it-Territorju Okkupat tal-Palestina, is-Sirja, it-Tuneżija, u l-Ukraina.
(3) L-inizjattiva tal-EaP tkopri l-pajjiżi li ġejjin: l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina.
(4) http://eeas.europa.eu/russia/index_en.htm
(5) Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004.
(6) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (23/24 ta’ Ġunju 2011), EUCO 23/11.
ANNESS
Sfond politiku
|
— |
Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju |
|
— |
Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011) (2010/37/KE). |
|
— |
Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm “Żgħażagħ f'Azzjoni” għall-perijodu 2007-2013. |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (23/24 ta’ Ġunju 2011), EUCO 23/11. |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (ĠU C 311, 19.12.2009). |
|
— |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 14825/08 tat-18 ta’ Novembru 2008 li tippromwovi l-mobbiltà ta’ voluntieri żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea kollha. |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva “Żgħażagħ f'Azzjoni” — approċċ integrat b'rispons għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ (2010/C 326/05). |
|
— |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011“Żgħażagħ f'Azzjoni” — il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ (2011/C 199/01). |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar l-inkoraġġiment ta’ forom ġodda u effettivi ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (2011/C 169/01). |
|
— |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa EWROPA 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM(2010) 2020. |
|
— |
Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea, “Rispons Ġdid għal Viċinat li Qed Jinbidel — Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat”, COM(2011)303. |
|
— |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2008 bl-isem “Is-Sħubija tal-Lvant” (COM(2008)0823). |
|
— |
Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Sħubija għad-Demokrazija U l-Posperità Komuni mal-Mediterran tan-Nofsinhar (COM(2011)200). |
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/15 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali
2011/C 372/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
FILWAQT LI JFAKKAR l-isfond politiku għal din il-kwistjoni kif jinsab fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet,
JILQA' B'INTERESS:
|
— |
Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar il-protezzjoni tal-minorenni u d-dinjità tal-bniedem u tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-minorenni u d-dinjità tal-bniedem (1) u dwar id-dritt ta’ tweġiba fir-rigward tal-kompetittivita tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online (2) - NIPPROTEĠU LIT-TFAL FID-DINJA DIĠITALI (3); u b'mod partikolari l-fatt li r-rapport jindirizza l-isfidi attwali għall-protezzjoni tal-minorenni fil-media online u diġitali; |
JIEĦU NOTA TA':
|
— |
il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (4); |
JISSOTTOLINJA LI:
|
1. |
sabiex jiġu massimizzati l-opportunitajiet mogħtija mill-media awdjoviżiva u l-Internet, ambjent ta’ media sikur għall-minorenni hu neċessarju u għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, is-sigurtà u r-rispett għall-ħajja privata; |
|
2. |
il-litteriżmu medjatiku u l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni huma għodod importanti li jistgħu jtejbu sostanzjalment il-ħiliet diġitali tat-tfal, il-ġenituri u l-għalliema u jiżviluppaw l-approċċ kritiku tagħhom għall-kontenut awdjoviżiv u online; minħabba l-bidliet rapidi fl-ambjent diġitali huwa, madankollu, importanti li jissaħħu l-isforzi f'dan ir-rigward; |
|
3. |
miżuri kontra l-kontenut illegali online, bħall-pedopornografija, jinvolvu approċċi differenti minn miżuri li għandhom l-għan li jevitaw li l-minuri jkollhom kuntatt ma’ kontenut dannuż online; |
|
4. |
huwa importanti li l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-industrija awdjoviżiva u l-fornituri tas-servizzi online ikunu konxji kemm tal-isfidi l-ġodda għall-protezzjoni u l-għoti ta'setgħa lill-minorenni li huma marbuta mal-iżviluppi li jseħħu fil-qasam tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online, kif ukoll tal-istrumenti eżistenti li jwieġbu dawn l-isfidi; |
|
5. |
filwaqt li l-promozzjoni ta’ miżuri diversi immirati għall-protezzjoni u l-għoti ta’ setgħa aħjar lill-minorenni twettqet b'mod attiv fl-Istati Membri, għad hemm tħassib persistenti li l-livell ta’ protezzjoni u l-litteriżmu medjatiku miksuba mhumiex suffiċjenti b'mod ġenerali u li xi wħud minn dawn il-miżuri huma nieqsa mill-kontinwità. |
JIRRIKONOXXI LI:
|
1. |
filwaqt li l-indipendenza tal-media għandha tiġi rrispettata, l-industrija tal-media għandha rwol kruċjali fis-sensibilizzazzjoni u l-protezzjoni u l-għoti ta’ setgħa lill-minorenni fid-dinja diġitali; |
|
2. |
l-Istati Membri għandhom approċċi differenti għall-protezzjoni tal-minorenni u l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prattiki u standards tajbin fil-media fejn l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni huma żewġ soluzzjonijiet fost bosta possibbli; |
|
3. |
l-użu ta’ sistemi tekniċi (bħall-filtering, sistemi ta’ verifikà tal-età, għodod ta’ kontroll mill-ġenituri), waqt li mhumiex infushom soluzzjonijiet, dment li jiġu applikati b'mod effiċjenti, huma mezz xieraq kif jagħtu aċċess lill-minorenni għal kontenut li huwa adegwat għall-età tagħhom; |
|
4. |
is-sensibilizzazzjoni u l-litteriżmu medjatiku wrew li huma għodod importanti biex tissaħħaħ l-abilita' tat-tfal biex ilaħħqu mar-riskji potenzjali li jiltaqgħu magħhom fid-dinja diġitali; |
|
5. |
il-Programm Internet Aktar Sigur u proġetti ffinanzjati minnu, bħall-EU Kids Online (5) u INSAFE (6), taw prova li huma siewja għas-sensibilizzazzjoni u r-riċerka; |
|
6. |
siti elettroniċi ta’ netwerking soċjali huma dejjem aktar popolari fost il-minorenni u jippreżentaw opportunitajiet kbar f'kuntesti privati u edukattivi, iżda jinvolvu wkoll riskji potenzjali; |
|
7. |
ittieħdu miżuri biex jiġi pprojbit kontenut illegali u jiġi indirizzat kontenut dannuż, b'mod partikolari permezz ta’ impenni volontarji meħuda minn fornituri tas-servizz u tal-kontenut, u wrew li kienu wieħed mill-modi ta’ suċċess kif tittejjeb is-sigurtà tal-minorenni fid-dinja diġitali; |
|
8. |
il-punti ta’ rappurtar għall-kontenut illegali (hotlines (7)) jistgħu jappoġġaw biex jiġi identifikat u segwit kontenut illegali u jistgħu jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi sabiex jinnotifikaw tali kontenut fuq l-Internet; |
|
9. |
id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva fiha dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-minorenni kemm għas-servizzi tal-media awdjoviżiva lineari kif ukoll mhux lineari. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, B'RISPETT DEBITU GĦAL-LIBERTÀ TAL-ESPRESSJONI, BIEX:
|
1. |
ikomplu l-ħidma għall-protezzjoni tal-minorenni billi jippromwovu l-kampanji l-użu mifrux ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex jiġu indirizzati t-tfal, il-ġenituri, l-għalliema u oħrajn li jaħdmu mat-tfal, u billi jippromwovu l-konsistenza fit-tagħlim tas-sikurezza online u l-litteriżmu medjatiku fl-iskejjel kif ukoll fl-edukazzjoni tat-tfal iż-żgħar u l-istituzzjonijiet tal-kura; |
|
2. |
jinkoraġġixxu l-fornituri tal-kontenut tal-media online, il-fornituri tas-servizzi tal-internet, is-siti ta’ netwerking soċjali u l-fora ta’ diskussjonijiet online biex jittieħed kont sħiħ tal-protezzjoni tal-minorenni fit-tfassil tas-servizzi tagħhom u biex jiżviluppaw u jaderixxu ma’ kodiċijiet ta’ kondotta rilevanti; |
|
3. |
jinkoraġixxu l-iżviluppi u t-tikkettar ta’ u l-aċċess ta’ kontenut ta’ kwalita' u adatt għall-minorenni; |
|
4. |
jinkoraġixxu l-użu ta’ għodod teknoloġiċi adatti għall-protezzjoni tal-minorenni (eż. muturi ta’ riċerka dedikati, kontroll tal-ġenituri) u jiżguraw li dawk l-għodod huma disponibbli b'mod wiesa' u faċli għall-utenti; |
|
5. |
jissorveljaw il-miżuri eżistenti kontra kontenut illegali u dannuż sabiex tkun żgurata l-effettività tagħhom; |
|
6. |
jinkoraġġixxu applikazzjoni usa' u aktar frekwenti ta’ sistemi ta’ awtoregolazzjoni tal-gradazzjoni tal-età (bħall-PEGI u l-PEGI online) għal-logħob tal-kompjuter online u offline u infurżar aħjar tal-gradazzjonijiet tal-età jkunu infurzati aħjar fis-suq tal-konsumaturi sabiex jiġi evitat bejgħ “taħt l-età” ta’ logħob tal-kompjuter online u offline; |
|
7. |
isaħħu l-kooperazzjoni rigward kontenut online illegali u dannuż tal-Internet li joriġina fi Stati Membri oħra u minn barra l-UE, pereżempju permezz ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi terzi fil-każ ta’ kontenut illegali u permezz ta’ skambju tal-aħjar prattiki fil-każ ta’ kontenut dannuż; |
|
8. |
ikomplu jimplimentaw hotlines għar-rappurtar ta’ kontenut illegali online sal-2013 (8), itejbu l-effiċjenza, pereżempju billi jappoġġaw l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar interazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jagħmluhom aktar magħrufa u faċilment aktar aċċessibbli għall-utenti tal-Internet u jissorveljawhom mill-qrib. |
JINKORAĠĠIXXI LILL-PARTIJIET INTERESSATI BIEX:
|
1. |
ikomplu jinvolvu l-utenti u, fejn adatt, l-awtoritajiet pubbliċi fil-proċess ta’ tħejjija jew reviżjoni ta’ miżuri awtoregolatorji (kodiċi ta’ kondotta) mill-industrija awdjoviżiva u l-ISPs u fil-monitoraġġ ta’ miżuri bħal dawn; |
|
2. |
jissotoskrivu għal linji gwida bħall-“Prinċipji ta’ Netwerking Soċjali Iktar Sikur għall-UE”, jimplimentawhom konsistentement u jissorveljaw l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll jiżguraw użu aktar mifrux tal-parametri għat-tutela ta’ data privata (“privacy by default”) għat-tfal li jissieħbu f'sit ta’ netwerking soċjali sabiex tiġi protetta s-sigurtà tal-minorenni; |
|
3. |
ikomplu jiżviluppaw u jimplimentaw skemi awtoregolatorji li jieħdu kont sħiħ tal-protezzjoni tal-minorenni fit-tfassil tas-servizzi tagħhom u fl-għodod li jagħmlu disponibbli għall-utenti, u jiżviluppaw, jimxu ma’ u jimplimentaw kodiċi ta’ kondotta għall-protezzjoni tal-minorenni; |
|
4. |
jiżviluppaw kodiċi ta’ kondotta Pan-Ewropew dwar il-bejgħ ta’ logħob tal-kompjuter lillminorenni, waqt li jirrispettaw bis-sħiħ ir-regolamenti nazzjonali f'dan il-qasam. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
1. |
tibni fuq finanzjament u azzjonijiet li għaddejjin fil-qasam imwettqa prinċipalment permezz tal-Programm Internet Aktar Sigur, sabiex toħloq l-infrastruttra u s-servizzi adatti fil-livell Ewropew għall-kondiviżjoni ta’ riżorsi u għodod li jipproteġu lill-minorenni u jagħtu s-setgħa lit-tfal, il-ġenituri, l-għalliema u persuni oħra inkarigati biex jieħdu ħsiebhom sabiex jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-ġodda b'sigurtà u responsabbiltà; |
|
2. |
tikkunsidra li tidħol fi djalogu mal-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mal-Istati Membri dwar kif għandu jiġi segwit ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-1998 u l-2006 f'dan il-qasam; |
|
3. |
tagħmel użu mis-sejbiet tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-minorenni mill-1998 u l-2006 fil-kuntest tal-inizjattivi futuri marbuta mal-protezzjoni tal-minorenni, b'mod partikolari fil-qasam tal-media fuq l-internet; |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FL-OQSMA TA' KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:
|
1. |
jappoġġaw lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex itejbu l-proċeduri għall-identifikazzjoni, notifika u t-tneħħija ta’ webpages li fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija billi jipprovdu, fejn adatt, finanzjament u riżorsi umani adegwati u jħarrġu lill-persunal (9); |
|
2. |
ifittxu li jinftiehem aħjar l-impatt pożittiv u negattiv tal-użu tal-media fuq l-internet u dik diġitali, inkluż il-logħob tal-kompjuter, fuq it-tfal permezz ta’ stħarriġ u riċerka; |
|
3. |
jippromwovu s-sensibilizzazzjoni u t-tagħlim tas-sikurezza online fl-iskejjel kif ukoll ukoll fl-edukazzjoni tat-tfal iż-żgħar u l-istituzzjonijiet tal-kura; |
|
4. |
jippromwovu l-litteriżmu medjatiku u l-kompetenza ewlenija għal tagħlim tul il-ħajja “kompetenza diġitali” (10) kemm ġo l-iskejjel u kif ukoll barra; |
|
5. |
jaġġornaw il-ħidma u jsaħħu l-implimentazzjoni tal-linji gwida għal kontenut ta’ kwalità għat-tfal fuq l-internet fil-qafas tas-sħubijiet pubbliċi-privati kif ukoll permezz tal-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ litteriżmu medjatiku; |
|
6. |
iħeġġu konsistenza akbar fl-Ewropa kollha fis-sistemi ta’ gradazzjoni tal-età u klassifikazzjoni tal-kontenut użati mill-Istati Membri, filwaqt li jippermettu differenzi ta’ bażi kulturali bejn l-Istati Membri; |
(1) ĠU L 270, 7.10.1998, p. 48.
(2) ĠU L 378, 27.12.2006. p. 72.
(3) 14268/11 + ADD 1 - COM(2011) 556 finali, SEC(2011) 1043 finali.
(4) COM(2011) 665.
(5) www.eukidsonline.net
(6) Netwerk Ewropew ta’ Ċentri ta’ Sensibilizzazzjoni (www.saferinternet.org).
(7) Bħal INHOPE (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Hotlines tal-Internet).
(8) Azzjoni 40 tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.
(9) Ara l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI [PE-CONS 51/11].
(10) Ara r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja.
ANNESS
Kuntest politiku
Fl-adozzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar b'mod partikolari f'dan li ġej:
|
— |
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2010“Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (1) li tissottolinja li t-“tisħiħ tas-sikurezza fis-soċjetà diġitali huwa responsabbiltà ta’ kulħadd – sew tal-individwi kif ukoll tal-korpi privati u pubbliċi, kemm id-dar kif ukoll globalment” u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2010 dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (2); |
|
— |
id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (3); |
|
— |
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-konsumaturi, b'mod speċjali dawk ta’ taħt l-età, fir-rigward tal-użu ta’ logħob tal-kompjuter (4); |
|
— |
id-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (5); |
|
— |
il-Konkluzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (6) li fihom il-Kunsill wieġeb għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2009 dwar il-litteriżmu medjatiku fl-ambjent diġitali għal industrija awdjoviżiva u tal-kontenut aktar kompetittiva u soċjetà tal-għarfien inklussiva (7); |
|
— |
il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (8); |
|
— |
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007“Approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali” (9). |
(1) 9981/1/10 - COM(2010) 245 finali/2.
(2) Dok. 10130/10.
(4) 8805/08 - COM(2008) 207 finali.
(5) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118.
(6) ĠU L 301, 11.12.2009, p. 12.
(7) ĠU L 227, 29.8.2009, p. 9.
(9) COM(2007) 833 finali.
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/19 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kompetenzi kulturali u kreattivi u r-rwol tagħhom fil-bini tal-kapital intellettwali tal-Ewropa
2011/C 372/05
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WAQT LI JFAKKAR:
|
— |
fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (1), |
|
— |
fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar Kompetenzi Interkulturali (2), |
|
— |
fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar il-promozzjoni ta’ Ġenerazzjoni Kreattiva: fl-iżvilupp tal-kreattività u l-kapaċità innovattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ permezz tal-espressjoni kulturali u l-aċċess għall-kultura (3), |
|
— |
fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (4), speċjalment it-8 linja gwida, |
|
— |
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inizjattiva ewlenija Ewropa 2020 “Unjoni tal-Innovazzjoni”: Inħaffu t-trasformazzjoni tal-Ewropa permezz tal-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel malajr (2010) (5), |
|
— |
fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (6), |
|
— |
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut tal-kultura għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 (2011) (7), |
|
— |
fil-kuntest politiku ulterjuri kif stabbilit fl-Anness I għal dawn il-konklużjonijiet kif ukoll l-aħjar prattiki u evidenza ppreżentati waqt il-konferenza “Kompetenzi fil-Kultura” (Varsavja, 18-20 ta’ Lulju 2011) (8). |
JIKKUNSIDRA LI:
il-kompetenzi kulturali u kreattivi jinkludu l-kompetenza ewlenija tal-għarfien u l-espressjoni kulturali (9) u l-kompetenzi interkulturali (10).
JISSOTTOLINJA LI:
|
— |
il-kompetenzi kulturali u kreattivi jinkludu abbiltà li tinkiseb, tintuża u jsir tibdil fil-kultura u huma għalhekk ta’ importanza vitali sabiex il-kulturi diversi fl-Ewropa jiffjorixxu, u sabiex ir-rikkezzi tagħhom jiġu ppreservati u protetti; |
|
— |
il-kompetenza ewlenija tal-għarfien u l-espressjoni kulturali għandha dimensjoni importanti fit-tagħlim tul il-ħajja, bħala kompetenza trasversali importanti, hija kruċjali għall-akkwiżizzjoni ta’ kompetenzi ewlenin oħrajn għat-tagħlim tul il-ħajja; |
|
— |
il-kompetenzi kulturali u kreattivi huma appoġġati minn diversi programmi u inizjattivi fl-Istati Membri, u dawn il-programmi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politiki tad-diversi politiki; |
|
— |
madankollu, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transsettorjali hemm il-ħtieġa li jinħolqu kondizzjonijiet qafas aktar favorevoli għall-iżvilupp ta’ sħubiji kreattivi aktar effettivi (11). |
JAQBEL LI l-kompetenzi kulturali u kreattivi huma bażi għall-kreattività u l-innovazzjoni, li min-naħa tagħha tagħti spinta għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Dan huwa minħabba l-fatt li dawn il-kompetenzi jistgħu jikkontribwixxu għal:
|
— |
il-bini tal-kapital intellettwali (12) li huwa dejjem aktar rikonoxxut bħala sors ġdid ta’ tkabbir u kompetittività fl-Ewropa; |
|
— |
il-forom kollha tal-innovazzjoni, prinċipalment l-innovazzjoni mhux teknoloġika u dik soċjali (13) permezz tal-impatt tagħhom fuq il-produzzjoni u d-domanda, u fuq it-tfassil, il-produzzjoni u s-suċċess fis-suq ta’ prodotti u servizzi innovattivi; |
|
— |
l-iżvilupp - u l-immassimizzar tal-effetti sekondarji - tal-industriji kulturali u kreattivi peress li huma integrati fil-kompetenzi tal-artisti u l-ħallieqa kif ukoll tal-udjenzi u l-konsumaturi; |
|
— |
l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tħejjija għal impjiegi inkluż dawk li jirrikjedu kwalifiki għoljin u ħiliet soċjali, għall-impjegabbiltà fl-istadji rilevanti kollha tal-ħajja u għall-funzjonament u l-iżvilupp effettiv tal-kumpanniji; |
|
— |
livell aħjar ta’ kisba edukattiva ġenerali, tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u titjib tal-prospetti għall-inklużjoni soċjali minħabba li għandhom impatti importanti fuq il-motivazzjoni u s-soċjalizzazzjoni u jippermettu lill-istudenti biex jiskopru u jiżviluppaw it-talenti tagħhom. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
|
— |
iżidu l-għarfien u r-rikonoxximent ta’ azzjoni rilevanti u jiddisseminaw l-aħjar prattika fost dawk li jfasslu l-politika, l-entitajiet kulturali u edukattivi, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali dwar ir-rwol li l-iżvilupp ta’ kompetenzi kulturali u kreattivi - speċjalment il-kompetenza ewlenin tal-għarfien u l-espressjoni kulturali - jista' jkollhom, b'mod partikolari:
|
|
— |
jieħdu azzjoni, fil-livell l-aktar adatt, bil-għan li jinħolqu sħubiji kreattivi mmirati lejn l-iżvilupp tal-kompetenzi kulturali u kreattivi; |
|
— |
jindirizzaw kwistjonijiet dwar l-iżvilupp soċjali u ekonomiku billi jesploraw aħjar il-metodoloġija użata mill-programmi fit-tul stabbiliti b'entitajiet kulturali u edukattivi kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, inkluż fl-oqfsa sperimentali edukattivi immirati biex isaħħu l-faxxinu tal-iskejjel u jsaħħu l-motivazzjoni tal-istudenti; |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI:
meta tkun qed timplimenta l-azzjonijiet u l-programmi attwali u futuri tagħha mingħajr preġudizzju għad-diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali futur, biex:
|
— |
tappoġġa sħubiji kreattivi mfasslin biex jagħtu spinta lill-kompetenzi kulturali u kreattivi; |
|
— |
tieħu kont tal-ħtiġijiet speċifiċi u l-importanza tal-appoġġ għan-negozji ż-żgħar u l-mikrokumpanniji kulturali u kreattivi, speċjalment dawk li għadhom kif ġew stabbiliti u dawk immexxijin minn intraprendituri żgħażagħ; |
|
— |
iżżid l-appoġġ għall-mobbiltà u t-taħriġ transkonfinali (u t-taħriġ għal min iħarreġ) dwar l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn il-kultura u l-edukazzjoni għall-artisti, l-għalliema, il-ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-mexxejja taż-żgħażagħ u l-voluntiera; |
|
— |
regolarment tipprovdi informazzjoni dwar ir-riċerka u l-istudji rilevanti għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-kultura mmexxija taħt il-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE; |
|
— |
filwaqt li timplimenta l-inizjattiva ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”, inkluż il-Forum Ewropew dwar l-Attivitajiet li Jħarsu 'l Quddiem, biex tieħu kont tal-kompetenzi kulturali u kreattivi bħala fattur fl-isfidi soċjali attwali, l-iżvilupp tal-kapital intellettwali tal-Ewropa u l-innovazzjoni soċjali; |
|
— |
taħdem mal-Istati Membri biex teżamina kif ittejjeb l-indikaturi eżistenti dwar l-edukazzjoni filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-oqsma tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija (15); |
sabiex issaħħaħ l-iżvilupp tal-kompetenzi kulturali u kreattivi u l-effetti pożittivi tagħhom.
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FL-ISFERI RISPETTIVI TAGĦHOM u mingħajr preġudizzju għad-diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali futur, biex:
|
— |
itejbu l-inklużjoni u r-rikonoxximent tal-potenzjal tal-għarfien u l-espressjoni kulturali fit-tagħlim tul il-ħajja, il-linji ta’ politika u l-programmi dwar iż-żgħażagħ, inkluża ħidma dwar rikonoxximent aħjar ta’ tali kompetenzi miksubin permezz ta’ tagħlim mhux informali u informali; |
|
— |
jagħtu aktar prijorità lit-tagħlim interkulturali u s-sħubiji kreattivi fil-kooperazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi terzi, speċjalment fi programmi għaż-żgħażagħ; |
|
— |
jagħmlu użu sħiħ tan-netwerks tal-informazzjoni eżistenti biex jipprovdu informazzjoni aħjar dwar l-attivitajiet ta’ suċċess li jiżviluppaw il-kompetenzi kulturali u kreattivi taż-żgħażagħ; |
|
— |
jilqgħu l-kontribut tal-kompetenzi kulturali u kreattivi bħala bażi għall-impjiegi sostenibbli u l-innovazzjoni soċjali sabiex isir użu sħiħ tal-possibbiltajiet offruti mill-inizjattiva ewlenija “Unjoni Innovattiva” u l-Fond Soċjali Ewropew; |
|
— |
fejn adegwat, ikomplu jsaħħu l-infrastruttura kulturali (16) billi jinvestu fiha, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; |
|
— |
iwettqu aktar riċerka biex jeżaminaw l-impatti potenzjali u attwali tal-kompetenzi kulturali u kreattivi fuq il-kwistjonijiet ta’ politika imsemmija fl-ewwel inċiż taħt “Jistieden lill-Istati Membri biex”; |
|
— |
jiżguraw li l-gruppi esperti fil-qasam tal-kultura, l-edukazzjoni u oħra, inklużi l-gruppi tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (MMK), jieħdu l-miżuri elenkati fl-Anness II għal dawk il-konklużjonijiet; |
|
— |
jikkontribwixxu fir-rappurtaġġ dwar il-progress tal-MMK fir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ tal-2012 li jevalwa l-ewwel tliet snin taċ-ċiklu ta’ ħidma tal-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, u rapporti sussegwenti fil-qasam ta’ azzjoni “Kreattività u Kultura”; |
|
— |
jiskambjaw informazzjoni dwar l-impatt attwali ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill, inkluż fil-qasam tar-rapport finali dwar ir-riżultati tal-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011-2014. |
(1) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(2) ĠU C 141, 7.6.2008, p. 14.
(3) ĠU C 301, 11.12.2009, p. 9.
(4) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.
(5) 17165/10.
(7) ĠU C 175, 15.6.2011, p. 1.
(8) http://competencesinculture.pl/en/
(9) “Apprezzament tal-importanza tal-espressjoni kreattiva tal-ideat, l-esperjenzi u l-emozzjonijiet f'firxa ta’ midja li tinkludi l-mużika, ir-reċtar, il-letteratura u l-arti viżwali.” Ir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja tispeċifika aktar l-għarfien essenzjali, il-ħiliet u l-attitudnijiet relatati ma’ din il-kompetenza.
(10) “L-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet ta’ relevanza partikolari għall-kompetenzi interkulturali huma dawk relatati mal-kompetenzi ewlenin li ġejjin: komunikazzjoni f'ilsna barranin, kompetenzi soċjali u ċiviċi u kuxjenza u espressjoni kulturali.” (Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar Kompetenzi Interkulturali).
(11) “Sħubiji Kreattivi bejn il-kultura u setturi bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, in-negozju, ir-riċerka jew is-settur pubbliku, jippermettu t-trasferiment ta’ ħiliet kreattivi mis-settur kulturali lejn setturi oħrajn.” (Sors: Konklużjonijiet dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011-2014.)
(12) Il-kapital intellettwali jista' jiġi definit bħala l-assjem tal-assi intanġibbli ta’ persuni, intrapriżi, komunitajiet, reġjuni u istituzzjonijiet, li, jekk jintużaw b'mod adatt, jistgħu jkunu s-sors tal-benesseri preżenti u futur tal-pajjiż. Il-kapital intellettwali hu magħmul minn kapital soċjali, uman, relazzjonali u strutturali.
(13) “L-innovazzjoni Soċjali huwa l-każ li tkun sfruttata l-inġenwità tal-karitajiet, l-assoċjazzjonijiet u l-imprendituri soċjali biex jinstabu modi ġodda biex jintlaħqu l-ħtiġijiet soċjali li mhumiex sodisfatti b'mod adegwat mis-suq jew mis-settur pubbliku biex jinkisbu bidliet fl-imġiba li huma meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali l-kbar.” (Sors: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-inizjattiva ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”.)
(14) Objettiv strateġiku 4: It-tisħiħ tal-innovazzjoni u l-kreattività, inkluża l-intraprenditorija, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
(15) Ara l-paġna 6, paragrafu 4 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ.
(16) L-infrastruttura kulturali, fid-dimensjoni fiżika u diġitali, hija bażi materjali għall-parteċipazzjoni u l-attività kulturali. Eżempji jinkludu galleriji, mużewijiet, teatri, ċentri kulturali, libreriji, spazji bi skopijiet multipli kif ukoll l-ekwivalenti virtwali tagħhom fl-ambjent diġitali.
ANNESS I
Kuntest politiku ulterjuri:
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (1), |
|
— |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni (2) speċjalment ir-4 linja gwida, |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011-2014 (3), |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura (4), |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar l-istrateġija Ewropea għall-multilingwiżmu (5); |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar il-Kultura bħala Katalista għall-Kreattività u l-Innovazzjoni (6) |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (7), |
|
— |
Rapport Finali tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-iżvilupp ta’ sinerġiji mal-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni artistika u l-kultura (8), |
|
— |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 – Unjoni tal-Innovazzjoni (9), |
|
— |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u Impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta’ impjiegi (10). |
(1) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(2) ĠU L 191, 23.7.2010, p. 28.
(3) ĠU C 325, 2.12.2010, p. 1.
(4) ĠU C 326, 3.12.2010, p. 2.
(5) ĠU C 320, 16.12.2008, p. 1.
(6) Dok. 8749/1/09 REV 1.
(7) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(8) http://ec.europa.eu/culture/key-documents/doc/MOCedu_final_report_en.pdf
(9) 14035/10.
(10) 17066/1/10 REV 1.
ANNESS II
Miżuri speċifiċi li ser jitwettqu fir-rigward tal-gruppi esperti, inklużi l-gruppi tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni:
|
— |
il-grupp futur tal-MMK dwar il-promozzjoni tas-sħubiji kreattivi (1) jieħu kont ta’ sħubiji kreattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-għarfien u l-espressjoni kulturali u l-kontribut tagħhom għas-suċċess tal-qafas ET 2020; |
|
— |
il-grupp futur tal-MMK dwar l-iżvilupp ta’ kompetenza ewlenija - għarfien u espressjoni kulturali (2) iqis dawn il-konklużjonijiet fil-kuntest tal-akkwist ta’ kompetenzi ewlenin oħrajn għat-tagħlim tul il-ħajja u t-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola; |
|
— |
iż-żewġ gruppi msemmijin hawn fuq jikkondividu r-riżultati tal-ħidma tagħhom mal-gruppi rilevanti fis-setturi l-oħra, inkluż dawk li għandhom x'jaqsmu mar-rikonoxximent tat-tagħlim informali, il-kapaċità għat-tagħlim u l-kompetenzi kreattivi, il-kompetenzi ċiviċi u ċ-ċittadinanza attiva, il-litteriżmu medjatiku, l-użu tal-ICT fl-edukazzjoni, l-edukazzjoni intraprenditorjali kif ukoll it-tluq bikri mill-iskola u l-kooperazzjoni ma’ dawk il-gruppi, safejn huwa possibbli, permezz tal-iskambju ta’ rapporti ta’ laqgħat u laqgħat tal-presidenti; |
|
— |
il-gruppi MMK rispettivi kollha huma kanali attivi għad-disseminazzjoni tar-riżultati tal-aħjar prattika u r-riċerka rilevanti magħmula fil-livell ta’ Stati Membru u tal-UE. |
(1) Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011-2014, prijorità C.
(2) Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011-2014, prijorità A.
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/24 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-attivitajiet volontarji fl-isport għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva
2011/C 372/06
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WAQT LI JFAKKAR:
|
— |
Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil-5 ta’ Mejju 2003, dwar “il-valur soċjali tal-isport għaż-żgħażagħ” (1). |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/37/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011) (2), li tenfasizza l-objettivi li ġejjin:
|
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar ir-rwol tal-isport bħala sors u mutur tal-inklużjoni soċjali attiva (3). |
|
— |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport” (4), u l-istudju tas-sena 2010 dwar “Il-Volontarjat fl-Unjoni Ewropea”, li jagħtu xhieda ta’ livell għoli ħafna ta’ diversità fil-volontarjat fl-isport madwar l-UE u li jiffukaw fuq l-arranġamenti legali u s-sorsi ta’ finanzjament f'dan il-qasam, jiġbdu wkoll l-attenzjoni għall-ħtieġa tat-taħriġ tal-voluntiera. |
|
— |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: “Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali” (5). |
|
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-20 ta’ Mejju 2011 tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport għall-2011-2014 (6). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-rwol ta’ attivitajiet volontarji fil-politika soċjali (7). |
|
— |
Il-Konferenza ta’ Esperti “Mill-Volontarjat għat-Tmexxija fl-Isport”, li nżammet f'Varsavja, il-Polonja fit-13-14 ta’ Settembru 2011, u matulha ngħatat attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet li ġejjin:
|
JIRRIKONOXXI LI:
|
1. |
B'kont debitu meħud tal-partikolaritajiet tas-sitwazzjoni f'kull Stat Membru u tal-forom kollha tal-volontarjat, it-terminu “attivitajiet volontarji” jirreferi għal kull xorta ta’ attività volontarja, sew jekk formali, non-formali jew informali, li persuna twettaq minn rajha, b'għażla jew motivazzjoni tagħha stess, u mingħajr ħsieb ta’ gwadann finanzjarju. Dawn jibbenefikaw lill-volontier individwali, lill-komunitajiet u lis-soċjetà b'mod ġenerali. Huma wkoll strument li jippermetti lil individwi u assoċjazzjonijiet jindirizzaw il-ħtiġijiet u t-tħassib umani, soċjali, interġenerazzjonali jew ambjentali, u spiss jitwettqu b'appoġġ għal organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ jew inizjattiva bbażata fuq il-komunità (8); |
|
2. |
Jeħtieġ li l-attivitajiet volontarji jkunu distinti b'mod ċar mill-impjieg imħallas u ma għandhom bl-ebda mod jieħdu postu (9). Huma ma għandhomx jipperpetwaw inugwaljanzi bejn is-sessi f'impjieg imħallas u mhux imħallas u ma għandhomx jinkoraġġixxu xi tnaqqis fil-ħin tax-xogħol tal-impjegati jew l-irtirar ta’ impjegati joħorġu mis-suq tax-xogħol; |
|
3. |
L-attivitajiet volontarji ma jistgħux jieħdu post ir-responsabbiltà ġenerali tal-istat sabiex ikunu żgurati u jiġu pprovduti drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; |
|
4. |
Sabiex jiġi żgurat l-istat tad-dritt u r-rispett sħiħ għall-integrità tal-individwu, attivitajiet volontarji għandhom ikunu soġġetti għal-leġislazzjoni attwali u jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-liberatijiet universali u fundamentali; |
WAQT LI JIKKUNSIDRA LI:
|
1. |
L-isport huwa l-akbar moviment tas-soċjetà ċivili fl-UE. Attivitajiet u strutturi mingħajr skop ta’ qligħ ibbażati fuq attivitajiet volontarji huma kundizzjoni fundamentali biex jiġi pprovdut l-isport fil-maġġoranza tal-Istati Membri. |
|
2. |
L-attivitajiet volontarji fl-isport huma fost il-forom l-aktar attraenti u popolari ta’ attività soċjali fl-Ewropa u jiffurmaw parti mill-wirt soċjali tal-isport. L-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi – inkluż dawk organizzati minn korpi sportivi professjonali u kummerċjali — kif ukoll l-attivitajiet ta’ kuljum imwettqin fl-isport f'ħafna Stati Membri jiddependu fuq voluntiera u attivitajiet volontarji. |
|
3. |
L-attivitajiet volontarji fl-isport jikkontribwixxu għal ċittadinanza attiva u għall-integrazzjoni ta’ ċittadini minn ambjenti differenti billi joħolqu fehim aħjar u rispett permezz tal-lingwa universali tal-isport, kif ukoll jikkontribbwixxu għall-implimentazzjoni tal-valuri u l-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri: is-solidarjetà, l-iżvilupp sostenibbli, id-dinjità umana, l-ugwaljanza u s-sussidjarjetà biex b'hekk tiġi promossa l-identità Ewropea. |
|
4. |
L-involviment f'attivitajiet volontarji fl-isport jipprovdi ħiliet ġodda liċ-ċittadini, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod pożittiv, fost l-oħrajn, għall-kapaċità tagħhom għall-impjieg u t-tisħiħ tas-sens tagħhom ta’ appartenenza fis-soċjetà, u jista' jkun katalizzatur għall-bidla soċjali. |
|
5. |
Attivitajiet volontarji fl-isport jistgħu jikkontribwixxi għat-tkabbir u t-tisħiħ tal-kapital soċjali permezz tal-iżvilupp ta’ netwerk soċjali bbażat fuq il-fiduċja u l-kooperazzjoni. |
|
6. |
Attivitajiet volontarji fl-isport jippromwovu attitudnijiet soċjali pożittivi bbażati fuq valuri żviluppati permezz tal-isport, bħal:
|
|
7. |
Is-settur tal-isport, flimkien mal-attivitajiet volontarji fl-isport, jikkostitwixxi valur ekonomiku u soċjali sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ekonomiji nazzjonali, li għandu l-potenzjal li jistimola r-rati ta’ tkabbir u ta’ impieg fl-Unjoni Ewropea kollha. |
|
8. |
Il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-attivitajiet volontarji fl-isport issegwi l-objettivi tas-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat 2011 u tkompli tissodisfa l-objettivi tas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010 kif ukoll tikkontribwixxi għall-għanjiet tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv 2012. |
|
9. |
L-attivitajiet volontarji fl-isport jistgħu jkunu ta’ impetu għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ attività fiżika f'kull livell, li ġġib magħha titjib fil-benesseri taċ-ċittadini u tnaqqis fil-mard relatat mal-istil ta’ ħajja. |
|
10. |
L-attivitajiet volontarji fl-isport huma sinifikanti bħala fattur li jikkontribwixxi għall-mobbiltà taċ-ċittadini permezz tal-bini ta’ kompetenzi u tal-approfondiment ta’ esperjenzi f'attivitajiet relatati mal-isport fi Stati Membri oħra, kif ukoll fl-iżvilupp tal-identità Ewropea u tal-promozzjoni tal-valuri tal-UE lil hinn mill-fruntieri tagħha. |
|
11. |
L-attivitajiet volontarji fl-isport jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi jżidu l-mobbiltà u permezz ta’ attivitajiet li jsaħħu l-kapaċità għall-impjieg, li jtejbu s-saħħa pubblika, u li jippromwovu l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-tixjiħ attiv. |
F'DAN IL-KUNTEST, JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE U L-PARTIJIET INTERESSATI FL-ISPORT, WAQT LI JAĠIXXU FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI TAGĦHOM U WAQT LI JIKKUNSIDRAW L-AWTONOMIJA TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET SPORTIVI, BIEX:
|
1. |
Joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp ta’ attivitajiet volontarji fl-isport fuq il-bażi ta', b'mod partikolari:
|
|
2. |
Jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ immaġni pożittiva tal-voluntiera fl-isport u tal-attivitajiet volontarji fl-isport. |
|
3. |
Jikkunsidraw l-attivitajiet volontarji fl-isport bħala għodda importanti għat-titjib ta’ kompetenzi u ħiliet. Għal dan il-fini hemm il-ħtieġa li:
|
|
4. |
Iħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-organizzazzjonijiet sportivi fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew, sabiex jiġu stabbiliti netwerks biex tinstab soluzzjoni għal problemi komuni li attivitajiet volontarji isibu quddiemhom. |
|
5. |
Jippromwovu attivitajiet volontarji fl-isport bħala forma ta’ tagħlim mhux formali u informali bil-ħsieb li jinkisbu ħiliet u kompetenzi ġodda kif ukoll li jiffurmaw parti, flimkien mal-edukazzjoni formali, minn karriera doppja għall-atleti. |
|
6. |
Jippromwovu attivitajiet volontarji fl-isport billi, pereżempju jagħtu bidu għal kampanji pubbliċitarji biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u biex jiġu promossi attitudnijiet pożittivi lejn il-voluntiera. |
|
7. |
Jużaw il-potenzjal tal-voluntiera involuti fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi fl-attivitajiet fit-tul f'kull livell sportiv. |
|
8. |
Jesploraw il-valur miżjud possibbli bit-twaqqif ta’ sistema ta’ premjazzjoni li tirrikonoxxi l-iżjed proġetti innovattivi tal-volontarjat fil-qasam tal-isport. |
IĦEĠĠEĠ LILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, WAQT LI JAĠIXXU FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI TAGĦHOM U F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ U WAQT LI JIEĦDU KONT TAL-ISTRUTTURA ISTITUZZJONALI TAGĦHOM, BIEX:
|
1. |
Jistinkaw biex jeliminaw ostakoli bla bżonn għall-iżvilupp tal-attivitajiet volontarji fl-isport, inklużi piżijiet amministrattivi bla bżonn. |
|
2. |
Jistudjaw l-iżvilupp tal-isport ibbażat fuq attivitajiet volontarji fl-Unjoni Ewropea, inkluża r-riċerka dwar l-impatt ekonomiku u soċjali tiegħu. |
|
3. |
Iwettqu skambju tal-għarfien, l-esperjenza u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-attivitajiet volontarji fl-isport. |
|
4. |
Jippromwovu l-iżvilupp tal-attivitajiet volontarji fl-isport fil-linji ta’ politika u l-istrateġiji nazzjonali u Ewropej rigward l-isport u l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni u l-impiegi. |
|
5. |
Jesploraw il-possibbiltajiet tal-kontribut tal-attivitajiet volontarji fl-isport għal proġetti ssussidjati mill-fondi tal-UE u jiżviluppaw mekkaniżmi biex tkun tista' ssir evalwazzjoni adatta tal-attivitajiet volontarji fl-isport. |
|
6. |
Jinkorporaw, fejn adatt, aspetti tal-attivitajiet tal-volontarjat fl-isport fl-attivitajiet ta’ gruppi ta’ għarfien espert differenti mwaqqfa skont il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport. |
|
7. |
Jinkuraġġixxu l-iżvilupp ta’ attivitajiet volontarji fl-isport permezz tal-kooperazzjoni intersettorjali bejn entitajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet privati u tas-soċjetà ċivili fil-oqsma tal-isport, is-saħħa, il-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-politika soċjali fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:
|
1. |
Tagħti attenzjoni partikolari għall-attivitajiet volontarji u għall-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet sportivi mingħajr skop ta’ qligħ li jkollhom aċċess għall-programmi tal-UE tal-ġenerazzjoni li jmiss, mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali. |
|
2. |
Tidentifika l-fatturi ta’ suċċess, l-aħjar prattiki u s-setturi li jeħtieġilhom kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-livell tal-UE, inkluż l-ostakli attwali għall-iżvilupp tal-attivitajiet volontarji fl-isport. |
|
3. |
Tevalwa, meta tipproponi leġislazzjoni ġdida tal-UE, l-impatt potenzjali tagħha fuq l-attività volontarja fl-isport. |
(2) ĠU L 17, 22.01.2010, p. 43.
(3) ĠU C 326, 03.12.2010, p. 5.
(4) COM(2011) 12 finali.
(5) COM(2011) 568 finali
(7) Dok. 14061/1/11 REV 1.
(8) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.
(9) Riżoluzzjoni tas-16 ta’ Mejju 2007 tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi komuni għal attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ ĠU C 241, 20.9.2008, p. 1.
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/27 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kompetenzi lingwistiċi għat-tisħiħ tal-mobilità
2011/C 372/07
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WARA LI KKUNSIDRA
|
1. |
Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002, li appellaw għal azzjoni ulterjuri biex tittejjeb il-kisba ta’ ħiliet bażiċi, b'mod partikolari permezz tat-tagħlim ta’ mill-inqas żewġ lingwi barranin minn età bikrija ħafna (1). |
|
2. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2006 dwar l-Indikatur Ewropew tal-Kompetenza Lingwistika (2), li affermaw mill-ġdid li l-ħiliet f'lingwi barranin, barra milli jgħinu biex jitrawwem fehim reċiproku bejn il-popli, huma prerekwiżit għal forza tax-xogħol mobbli u jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. |
|
3. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (3), li tinkludi l-komunikazzjoni b'lingwi barranin fost il-kompetenzi ewlenin neċessarji għal sodisfazzjon personali, ċittadinanza attiva, koeżjoni soċjali u impjegabbiltà f'soċjetà bbażata fuq l-għarfien. |
|
4. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 Mejju 2007 dwar qafas koerenti ta’ indikaturi u punti ta’ riferiment għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi ta’ Lisbona fl-edukazzjoni u t-taħriġ (4), li appellaw lill-Kummissjoni biex tkompli teżamina l-iżvilupp ta’ indikaturi dwar ħiliet lingwistiċi. |
|
5. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobilità ta’ voluntieri żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea kollha (5), li rrakkomandat li l-Istati Membri jżidu l-għarfien tal-importanza tal-kompetenzi interkulturali u t-tagħlim tal-lingwi fost iż-żgħażagħ sabiex jitnaqqsu l-ostakoli għall-mobilità transkonfinali tagħhom. |
|
6. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar strateġija Ewropea għall-multilingwiżmu (6), li stiednet lill-Istati Membri biex jippromwovu l-multilingwiżmu bil-ħsieb li jissaħħu l-koeżjoni soċjali, id-djalogu interkulturali u l-kostruzzjoni Ewropea, il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u l-mobilità u l-impjegabbiltà tal-poplu, kif ukoll biex jippromwovu l-lingwi tal-UE fid-dinja kollha. |
|
7. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ “ET 2020”, li identifikaw bħala prijoritajiet għall-perijodu 2009-2011 il-ħtieġa li ċ-ċittadini jkunu kapaċi jikkomunikaw f'żewġ lingwi oħrajn minbarra l-lingwa materna, il-ħtieġa li jiġi promoss it-tagħlim tal-lingwi, fejn rilevanti, fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u għal studenti adulti, u l-ħtieġa li l-migranti jingħataw opportunitajiet biex jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż ospitanti (7). |
|
8. |
Ir-rapport ta’ progress konġunt tal-2010 tal-Kunsill u l-Kummissjoni (8) dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”, li nnota li meħtieġ jissaħħu l-kompetenzi ewlenin fl-ETV u fit-tagħlim tal-adulti u, b'mod partikolari, li f'dawn l-oqsma għandha tingħata aktar attenzjoni lill-komunikazzjoni b'lingwi barranin. |
|
9. |
L-istrateġija Ewropa 2020 adottata mill-Kunsill Ewropew fis-17 ta’ Ġunju 2010 (9) u ż-żewġ inizjattivi ewlenin tagħha: Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda (10), li tirrikonoxxi l-kontribut potenzjali tal-kompetenzi lingwistiċi għal suq tax-xogħol aktar dinamiku, u Żgħażagħ Attivi (11), li tenfasizza li ser ikunu meħtieġa inevitabbilment ħiliet lingwistiċi aħjar sabiex il-mobilità tkun kemm possibbli kif ukoll siewja. |
|
10. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 (12) dwar il-promozzjoni tal-mobilità fit-tagħlim taż-żgħażagħ, li tirrikonoxxi l-importanza tat-tagħlim tal-lingwi u l-kisba ta’ kompetenzi interkulturali minn stadji bikrin tal-edukazzjoni, billi tinkoraġġixxi tħejjija lingwistika u kulturali ta’ kwalità għal mobilità kemm fl-edukazzjoni ġenerali kif ukoll f'dik vokazzjonali. |
WAQT LI JFAKKAR LI
Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona fl-2002 identifikat il-kompetenzi lingwistiċi bħala komponent essenzjali ta’ ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għarfien. L-għarfien ta’ lingwi barranin huwa kapaċità għall-ħajja għaċ-ċittadini kollha tal-UE, li tippermettilhom igawdu mill-benefiċċji kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali tal-moviment liberu ġewwa l-Unjoni.
Il-forniment tal-aċċess l-aktar wiesa' possibbli għal mobilità għal kulħadd, inklużi gruppi żvantaġġati, u t-tnaqqis tal-ostakoli li baqa' għall-mobilità, jikkostitwixxu wieħed mill-objettivi strateġiċi prinċipali tal-politika tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
Filwaqt li l-moviment liberu tal-ħaddiema ġewwa s-suq uniku tal-UE jista' jikkontribwixxi biex inaqqas id-disparità bejn il-ħiliet tal-forza tax-xogħol u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, il-mobilità professjonali u tat-tagħlim għadhom imxekkla sew b'nuqqas ta’ għarfien tal-lingwi barranin.
JIRRIAFFERMA LI
Waqt li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u l-kontenut tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija tal-Istati Membri individwali, il-kooperazzjoni Ewropea twettaq rwol importanti fl-identifikazzjoni tal-kompetenzi lingwistiċi li għandhom jiġu żviluppati, kif ukoll tal-metodoloġiji l-aktar effettivi u l-kondizzjonijiet l-aktar favorevoli biex isir dan.
U FID-DAWL TA'
Il-konferenza tal-Presidenza dwar Kompetenzi Multikulturali għal Suċċess Professjonali u Soċjali fl-Ewropa li saret f'Varsavja f'Settembru 2011, u l-konferenza tal-Ministri tal-UE inkarigati mill-edukazzjoni obbligatorja li saret fi Gdańsk f'Ottubru 2011.
JINNOTA
|
— |
Il-ħidma li qed issir mill-Istati Membri fil-qafas tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, sabiex jissaħħaħ il-kontribut li l-edukazzjoni tal-lingwi tista' tagħti lit-tisħiħ tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ f'suq tax-xogħol fejn l-għarfien ta’ lingwi barranin jista' jipprovdi vantaġġ distint. |
|
— |
L-attivitajiet tal-Pjattaforma tal-Intrapriżi għall-Multilingwiżmu stabbilita mill-Kummissjoni sabiex jitrawwem użu aħjar tal-kompetenzi lingwistiċi bħala mezz biex tiżdied il-kompetittività tan-negozji tal-UE, u speċjalment dik tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. |
|
— |
L-eżiti tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili dwar il-Multilingwiżmu rigward l-iżgurar ta’ opportunitajiet tat-tagħlim tal-lingwi tul il-ħajja għal kulħadd, sabiex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali ta’ ċittadini bi sfond żvantaġġat, kif ukoll biex jiġu promossi d-diversità lingwistika u d-djalogu interkulturali. |
JILQA'
|
— |
Ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar strateġija Ewropea għall-multilingwiżmu tal-Kummissjoni, li jagħti fid-dettall l-inizjattivi li ttieħdu u l-progress li sar fil-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika. |
|
— |
L-aġġornament tal-2011 tal-Inventarju tal-azzjonijiet tal-Komunità fil-qasam tal-multilingwiżmu, li jniżżel l-attivitajiet meħudin mis-servizzi differenti tal-Kummissjoni f'dan il-qasam matul l-aħħar tliet snin, li jenfasizza b'mod qawwi li l-politika tal-multilingwiżmu ttejjeb l-impjegabbiltà għaċ-ċittadini tal-UE u l-kompetittività għan-negozji tal-UE. |
|
— |
Il-pubblikazzjoni tal-Manwal ta’ Politika Tagħlim tal-lingwi fil-livell tal-iskola ta’ qabel il-primarja: nagħmluh effiċjenti u sostenibbli – Manwal ta’ Politika, li jirrappreżenta pass 'il quddiem fit-tkabbir fis-sensibilizzazzjoni tal-importanza tat-tagħlim tal-lingwi minn età bikrija ħafna. |
|
— |
Il-pubblikazzjoni tar-rapport Nipprovdu ħiliet ta’ komunikazzjoni għas-suq tax-xogħol bħala riżultat tal-ħidma mwettqa mill-grupp ta’ ħidma tematiku “Lingwi għall-impjiegi” fi ħdan il-qafas “ET2020”. |
JAQBEL LI
|
1. |
Il-mobilità fit-tagħlim, jiġifieri l-mobilità transnazzjonali għall-iskop tal-kisba ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi ġodda, hija waħda mill-modi importanti kif iċ-ċittadini jistgħu jsaħħu l-impjegabbiltà tagħhom, il-kuxjenza interkulturali, il-kreattività u l-iżvilupp personali tagħhom, kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. |
|
2. |
Il-ħila tajba fil-lingwi barranin hija kompetenza ewlenija essenzjali sabiex wieħed jirnexxi fis-suq tax-xogħol u fid-dinja moderna. Il-multilingwiżmu mhux biss huwa parti mill-wirt Ewropew iżda huwa wkoll opportunità biex tiżviluppa soċjetà miftuħa li tirrispetta d-diversità kulturali u li hija lesta għall-kooperazzjoni. |
|
3. |
Il-manteniment u l-iżvilupp, bir-riżorsi disponibbli, ta’ għodod u programmi Ewropej li jappoġġaw it-tagħlim tal-lingwi fil-kuntesti edukattivi kemm formali kif ukoll mhux formali għandhom rwol importanti fit-titjib tal-mobilità professjonali u tat-tagħlim. |
|
4. |
Filwaqt li programmi lingwistiċi ġenerali jgħinu fl-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali ta’ komunikazzjoni għall-użu ta’ kuljum, metodoloġiji bħat-Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (CLIL) kemm fl-edukazzjoni ġenerali kif ukoll fl-ETV (Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali) jistgħu jkunu partikolarment effettivi fit-titjib tal-mobilità u l-impjegabbiltà tal-ħaddiema. |
|
5. |
Biex is-CLIL javvanza 'l quddiem, l-għalliema u l-ħarrieġa - b'mod partikolari fl-ETV - għandhom ikunu inkoraġġuti biex jiksbu kompetenzi lingwistiċi ta’ kwalità għolja u għandu jkollhom aċċess għal riżorsi tat-tagħlim ta’ kwalità għolja. |
|
6. |
Għażla ikbar ta’ lingwi, inkluż dawk inqas mifruxa u l-lingwi tal-pajjiżi ġirien, għandha tkun offruta - fejn ikun possibbli u adatt - fil-livelli kollha tal-edukazzjoni f'perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, u għandu jkun hemm disponibbli aktar tagħrif u gwida dwar dawn mill-istituzzjonijiet lingwistiċi u kulturali adatti. |
|
7. |
L-iżvilupp tal-kompetenzi lingwistiċi tan-nies, b'mod partikolari t-tfal, li ġejjin minn ambjent soċjoekonomikament żvantaġġat, il-migranti jew ir-Rom jew fost dawk bi ħtiġijiet edukattivi speċjali jista' jikkontribwixxi għall-kisba ta’ inklużjoni soċjali aħjar u ta’ żvilupp professjonali futur. |
|
8. |
L-għoti u l-kisba ta’ tagħlim tal-lingwi ta’ kwalità għolja - pereżempju, ta’ lingwa speċjalizzata b'rabta mal-impjieg - huma essenzjali għall-internazzjonalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u għat-titjib tal-impjegabbiltà tal-gradwati. |
|
9. |
Il-forniment ta’ tagħlim tal-lingwi matul il-ħajja, inkluż f'età avvanzata, huwa wkoll importanti fil-perspettiva ta’ xejriet demografiċi attwali u tal-ħtieġa li jkunu żgurati opportunitajiet indaqs għal perċentwali li qed tikber ta’ ċittadini anzjani tal-UE. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX
|
1. |
Iżidu l-isforzi tagħhom biex jiksbu l-objettiv ta’ Barċellona, pereżempju bit-titjib tal-forniment, il-kwalità u r-rilevanza tat-tagħlim tal-lingwi fl-edukazzjoni ġenerali, l-ETV u l-edukazzjoni għolja, kif ukoll fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja. |
|
2. |
Jagħrfu l-importanza tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni fl-għoti u l-kisba tat-tagħlim tal-lingwi bħala aspett importanti tal-proċess tal-assigurazzjoni tal-kwalità. |
|
3. |
Itejbu t-taħriġ inizjali u matul is-servizz tal-għalliema tal-lingwi u t-taħriġ relatat mal-lingwi tal-għalliema ta’ suġġetti oħra, kif ukoll isaħħu u jiffaċilitaw il-mobilità tagħhom, waqt li kemm jista' jkun jeliminaw l-ostakoli amministrattivi. |
|
4. |
Jinkoraġġixxu forom innovattivi ta’ kooperazzjoni, sperimentazzjoni u approċċi ġodda Ewropej għall-għoti u l-kisba tat-tagħlim tal-lingwi, bħat-Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (inkluż fi skejjel bilingwi), opportunitajiet ta’ mobilità għall-immersjoni fil-lingwi kif ukoll, fejn ikun adatt, użu aktar estensiv tal-ICT anke f'ambjenti kreattivi tat-tagħlim tal-lingwi. |
|
5. |
Iżidu, fejn hu possibbli u adatt, l-għażla tal-lingwi offruti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u jippromwovu t-tagħlim ta’ lingwi inqas mifruxa u (speċjalment f'reġjuni qrib il-fruntieri) il-lingwi tal-pajjiżi ġirien, sabiex jiffaċilitaw l-iskambji kulturali, soċjali u ekonomiċi. |
|
6. |
Jikkunsidraw l-inklużjoni ta’ dimensjoni kulturali fil-kurrikuli tal-lingwi, fejn ikun adatt, bħala komponent importanti għat-tagħlim futur u l-mobilità professjonali. |
|
7. |
Jippromwovu miżuri li jkollhom l-għan li jgħinu lit-tfal kif ukoll lill-adulti bi sfond ta’ migrazzjoni jew Rom biex jitgħallmu l-lingwa (jew il-lingwi) uffiċjali tal-pajjiż ospitanti u, jekk tkun differenti, il-lingwa tal-istruzzjoni. Barra minn hekk, iqisu l-possibbiltajiet li jippermettu lit-tfal minn ambjenti bħal dawn iżommu l-lingwa materna tagħhom u jiżviluppawha. |
|
8. |
Jesploraw metodi ta’ rikonoxximent u validazzjoni tal-kompetenzi fil-lingwa nativa tat-tfal u l-adulti bi sfond ta’ migrazzjoni. |
|
9. |
Iħeġġu lill-iskejjel u l-istituzzjonijiet vokazzjonali u tal-edukazzjoni għolja biex jadottaw metodi integrati għall-għoti u l-kisba tat-tagħlim tal-lingwi. |
|
10. |
Jippromwovu d-djalogu bejn id-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol billi jikkunsidraw aħjar il-ħtiġijiet lingwistiċi tas-suq tax-xogħol, billi joffru gwida regolari lit-tfal tal-iskola u l-istudenti matul il-karrieri edukattivi tagħhom u billi jappoġġaw it-tagħlim tal-lingwi fuq il-post tax-xogħol. |
|
11. |
Jesploraw il-possibbiltajiet għal sħubiji pubbliċi-privati mmirati biex jiżguraw il-forniment ta’ ħiliet lingwistiċi tajbin għas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari bħala mezz ta’ tħejjija għal mobilità u esperjenzi ta’ xogħol barra l-pajjiż. |
|
12. |
Iħeġġu l-promozzjoni ta’ inizjattivi għat-tagħlim tal-lingwi u ta’ ambjenti li jwasslu għat-tagħlim tal-lingwi. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX
|
1. |
Tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri fil-qasam tal-għoti u l-kisba tat-tagħlim tal-lingwi, bl-użu sħiħ tal-programmi tal-UE u l-għodod Ewropej għall-edukazzjoni u t-taħriġ. |
|
2. |
Testendi l-ħidma dwar politika tal-lingwi mibdija taħt l-ewwel ċiklu ta’ ħidma tal-“ET 2020” fi ħdan il-grupp tematiku dwar it-tagħlim tal-lingwi minn kmieni biex tinkludi livelli oħra tal-edukazzjoni (primarja, sekondarja, eċċ.), b'rigward speċjali wkoll għall-oqsma tal-ETV u tat-tagħlim tal-adulti. |
|
3. |
Tqis li tippreżenta proposta - ibbażata fuq ir-riżultati tal-istħarriġ Ewropew dwar il-kompetenzi lingwistiċi li għandhom jiġu ppubblikati fl-2012 u bl-użu tar-riżorsi disponibbli - għal punt ta’ riferiment possibbli dwar il-kompetenzi lingwistiċi, bil-ħsieb li tippromwovi t-titjib kontinwu tal-edukazzjoni lingwistika. |
|
4. |
Tniedi u tferrex studji u stħarriġ fl-Ewropa kollha dwar metodoloġiji u għodod tat-tagħlim tal-lingwi, waqt li tqis l-aspetti tal-kwalità u tevita piżijiet amministrattivi u spejjeż addizzjonali, u tqiegħed ir-riżultati għad-disponibbiltà tal-prattikanti u għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'livell nazzjonali. |
|
5. |
Tappoġġa u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar riżorsi aċċessibbli tat-tagħlim tal-lingwi, u tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu prattiku mil-linji gwida u l-għodod żviluppati fi ħdan il-politika tal-UE dwar il-lingwi. |
|
6. |
Tissokta bl-appoġġ tagħha għall-Pjattaforma Kummerċjali għall-Multilingwiżmu u għall-inizjattivi ta’ dan it-tip mill-partijiet interessati. |
U JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX
|
1. |
Jappoġġaw il-mobilità għall-fini tat-tagħlim tal-lingwi, sabiex jgħinu lil dawk li qed jitgħallmu biex jegħlbu l-ostakoli lingwistiċi inizjali u jimmotivawhom biex jiksbu kompetenza f'mill-inqas żewġ lingwi barranin. |
|
2. |
Jiskambjaw l-esperjenza u l-aħjar prattika, sabiex itejbu l-effettività tal-edukazzjoni lingwistika biex tgħammar liż-żgħażagħ bit-taħlita adatta ta’ kompetenzi lingwistiċi u bil-kapaċità li jkomplu jiksbu ħiliet ġodda skont il-ħtiġijiet u l-interessi futuri, billi jippromwovu l-lingwi permezz ta’ pjattaformi u netwerks eżistenti u futuri għall-għalliema u l-ħarrieġa. |
|
3. |
Jenfasizzaw il-ħtieġa għal kontenut lingwistiku speċifiku għal finijiet professjonali, b'mod partikolari fl-ETV u l-edukazzjoni għolja, bħala mezz li jtejjeb il-mobilità u l-impjegabbiltà. |
|
4. |
Jiżviluppaw aktar għodod - bir-riżorsi disponibbli u bl-inqas piż amministrattiv- biex jissorveljaw il-progress fil-kamp tat-tagħlim tal-lingwi, għall-ġbir ta’ data kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva, u biex jidentifikaw il-prattiki l-aktar effettivi u l-oqsma li jeħtieġu titjib. |
|
5. |
Jesploraw modi - b'kont meħud tal-prattika tajba eżistenti - li jtejbu r-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ kompetenzi lingwistiċi miksubin permezz ta’ edukazzjoni mhux formali u informali. |
|
6. |
Jikkunsidraw l-użu tal-Qafas ta’ Referenzi Komuni Ewropew għal-Lingwi (CEFR) tal-Kunsill tal-Ewropa sabiex:
|
|
7. |
Jipprovdu rabta bejn l-edukazzjoni vokazzjonali u l-kwalifiki tat-taħriġ li jinkludu ħiliet lingwistiċi u s-CEFR, filwaqt li jagħmlu użu tajjeb mir-riżorsi u l-esperjenza tal-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati Ewropej rilevanti kollha, b'mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa u ċ-Ċentru Ewropew tiegħu għal-Lingwi Moderni. |
|
8. |
Ikomplu jipprovdu appoġġ permezz tal-programmi tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ għal kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll għal programmi ta’ skambju għat-tfal tal-iskola u l-istudenti, inklużi dawk fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, sabiex jgħinuhom itejbu l-kompetenzi lingwistiċi tagħhom. |
|
9. |
Jappoġġaw, fejn adatt, kemm f'livell nazzjonali kif ukoll permezz ta’ kooperazzjoni Ewropea, l-iżvilupp ta’ materjali għall-għoti u l-kisba tat-tagħlim għal-lingwi li ma tantx huma mgħallma. |
|
10. |
Mingħajr preġudizzju għan-negozjati li ġejjin, iqisu t-tqegħid tat-tagħlim tal-lingwi f'pożizzjoni ta’ prijorità fil-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi tal-UE fil-kamp tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
(1) SN 100/02, l-Artikolu 44, it-tieni inċiż, p. 19.
(2) ĠU C 172, 25.7.2006, p. 1.
(3) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(4) ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13.
(5) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 8.
(6) ĠU C 320, 16.12.2008, p. 1.
(7) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(9) EUCO 13/10.
(10) Dok. 17066/1/10 REV 1.
(11) Dok. 13729/1/10 REV 1.
(12) ĠU C 199, 7.7.2011, p. 1.
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/31 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar punt ta’ riferiment għall-mobbiltà għat-tagħlim
2011/C 372/08
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WARA LI KKUNSIDRA:
|
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, tal-14 ta’ Diċembru 2000, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar pjan ta’ azzjoni għall-mobbiltà (1). |
|
— |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2001 dwar il-mobbiltà fi ħdan il-Komunità għall-istudenti, persuni li jkunu għaddejjin minn taħriġ, voluntiera, għalliema u għal dawk li jħarrġu (2). |
|
— |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ: Il-Karta Ewropea ta’ Kwalità dwar il-Mobbiltà (3). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2007 dwar qafas koerenti ta’ indikaturi u punti ta’ riferiment għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi ta’ Lisbona fl-edukazzjoni u t-taħriġ (4). |
|
— |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobbiltà ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea (5). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobbiltà taż-żgħażagħ (6). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (7). |
|
— |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (8). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar Ewropa 2020 (9). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, tat-18 ta’ Novembru 2010, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-perijodu 2011-2020 (10). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment — approċċ integrat bi tweġiba għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ (11). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Frar 2011 dwar ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 (12). |
|
— |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011: Żgħażagħ f'Moviment — il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ (13). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2011 dwar id-dimensjoni tal-Lvant tal-parteċipazzjoni u l-mobbiltà taż-żgħażagħ. |
|
— |
Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta’ Lulju 2011: Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (14); |
U FID-DAWL TA':
Ir-riżultati tal-konferenza tal-Presidenza dwar il-mobbiltà għat-tagħlim li saret f'Sopot fis-17–19 ta’ Ottubru 2011.
FILWAQT LI JFAKKAR LI:
Ħafna jqisu li l-mobbiltà għat-tagħlim tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità għall-impjieg taż-żgħażagħ permezz tal-kisba ta’ ħiliet u kompetenzi ewlenin, inkluż b'mod speċjali l-kompetenzi lingwistiċi u l-fehim interkulturali, iżda wkoll il-ħiliet soċjali u ċiviċi, l-intraprenditorija, il-ħiliet għas-soluzzjoni ta’ problemi u l-kreattività b'mod ġenerali. Barra milli tipprovdi esperjenza prezzjuża għall-individwi kkonċernati, il-mobbiltà għat-tagħlim tista' tgħin fit-titjib tal-kwalità ġenerali tal-edukazzjoni, speċjalment permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni. Barra minn hekk, hija tista' tgħin biex jissaħħaħ sens ta’ identità u ċittadinanza Ewropea.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-provvediment tal-iktar aċċess wiesa' possibbli għall-mobbiltà għal kulħadd, inklużi gruppi żvantaġġati, u t-tnaqqis fil-bqija tal-ostakoli għall-mobbiltà, joħolqu waħda mill-objettivi strateġiċi ewlenin tal-politika tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
JINNOTA:
|
— |
L-istedina tal-Kunsill lill-Kummissjoni skont ir-Rakkomandazzjoni tas-sena 2006 dwar Karta Ewropea tal-Kwalità dwar il-Mobbiltà sabiex ittejjeb jew tiżviluppa, b'kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtoritajiet relevanti, data statistika skont is-sess dwar il-mobbiltà għall-skopijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ (15). |
|
— |
Ir-rapport tal-Forum ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Mobbiltà ta’ Ġunju 2008 u l-proposta tiegħu li l-mobbiltà għat-tagħlim għandha tkun opportunità pprovduta liż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa. |
|
— |
Il-mira dwar il-mobbiltà għat-tagħlim fl-edukazzjoni għolja stabbilita skont il-Proċess ta’ Bolonja f'Leuven/Louvain-la-Neuve f'April 2009. |
|
— |
Il-Green Paper tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2009 dwar il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim għaż-żgħażagħ (16). |
|
— |
Il- Komunikat ta’ Bruges ta’ Diċembru 2010 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-perijodu 2011-2020 (17) li jistipulaw li sas-sena 2020 is-sistemi Ewropej tat-ETV għandhom jipprovdu opportunitajiet miżjuda b'mod sostanzjali għall-mobbiltà transnazzjonali. |
|
— |
Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-punti ta’ riferiment dwar l-edukazzjoni għall-kapaċità għall-impjieg u dwar il-mobbiltà għat-tagħlim (18). |
|
— |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28-29 ta’ Novembru 2011 dwar il-kompetenzi lingwistiċi għat-tisħiħ tal-mobblità. |
JIRRIKONOXXI LI:
|
— |
Il-mobbiltà għat-tagħlim tikkontribwixxi kemm għall-iżvilupp personali kif ukoll għal dak professjonali taż-żgħażagħ u ssaħħaħ l-impjegabbiltà u l-kompetittività, kif jixhdu mhux biss il-programmi tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, iżda wkoll għadd ta’ studji kwalitattivi internazzjonali dwar il-mobbiltà għat-tagħlim. |
|
— |
Punt ta’ riferiment Ewropew (19) dwar il-mobbiltà għat-tagħlim flimkien ma’ indikaturi rilevanti (20) jista' jgħin biex jiġi inkoraġġut u monitorat il-progress tal-Istati Membri lejn l-objettiv li diġà ntlaħaq qbil dwaru (21) ta’ iktar mobbiltà, kif ukoll jiġu identifikati eżempji ta’ prattika tajba u jiġi sostnut l-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ tagħlim bejn il-pari. |
|
— |
Il-ġbir tad-data biex jitkejjel il-progress mal-punt ta’ riferiment Ewropew dwar il-mobbiltà għat-tagħlim għandu jitwettaq fil-limiti tar-riżorsi disponibbli. |
|
— |
Sabiex jittieħed kont tal-ambjenti edukattivi differenti, dan il-punt ta’ riferiment għandu jiddifferenzja bejn żewġ oqsma prinċipali: l-edukazzjoni għolja u l-ETV inizjali. |
|
— |
Huwa importanti wkoll li l-punt ta’ riferiment ikun akkumpanjat b'indikatur li jkopri kull tip ta’ mobbiltà għat-tagħlim li ż-żgħażagħ jgħaddu minnha, inkluż mobbiltà f'ambjenti formali u mhux formali. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI,
filwaqt li jieħdu kont tas-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri individwali.
|
(1) |
Li jadottaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-miżuri kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew immirati biex tiżdied il-mobbiltà għat-tagħlim u biex jinkiseb il-punt ta’ riferiment Ewropew imsemmi fl-Anness mehmuż. |
|
(2) |
Fuq il-bażi tas-sorsi u l-għodod disponibbli, u filwaqt li jiġu mminimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi, li jtejbu l-ġbir tad-data dwar il-mobbiltà għat-tagħlim fiċ-ċikli kollha tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali, u l-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ b'mod ġenerali, sabiex jitkejjel il-progress mal-punt ta’ riferiment Ewropew, u mal-indikatur kif imsemmi fl-Anness. |
|
(3) |
Li jippromowovu l-implimentazzjoni u l-użu tal-programmi u l-għodod tal-UE imfassla biex jappoġġaw il-mobbiltà għat-tagħlim u t-tagħlim tul il-ħajja, inklużi l-Europass, il-Youthpass, il-QEK, l-ECTS u l-ECVET. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX
|
(1) |
Taħdem ma’ u tappoġġa lill-Istati Membri, b'mod partikolari bl-għajnuna tal-Eurostat, biex tittejjeb id-disponibbiltà tal-indikaturi u l-istatistika rilevanti tul il-perijodu sal-2020. Fit-twettiq ta’ dan, għandu jsir l-aħjar użu possibbli tad-data statistika u l-istħarriġ dwar l-unitajiet domestiċi disponibbli, bil-ħsieb li jiġu mminimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi. |
|
(2) |
Teżamina, b'mod partikolari permezz ta’ rapporti ta’ progress regolari, sa liema punt qed jintlaħqu l-objettivi tal-mobbiltà stabbilti skont il-qafas “ET 2020”. |
|
(3) |
Tirrapporta lura lill-Kunsill sa tmiem l-2015, bil-ħsieb li jiġi rieżaminat u, jekk meħtieġ, rivedut il-punt ta’ riferiment Ewropew dwar il-mobbiltà għat-tagħlim kif imsemmi fl-Anness. |
U JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, BL-APPOĠĠ TAL-KUMMISSJONI,
|
(1) |
Biex iwettqu monitoraġġ tal-progress u l-prestazzjoni fil-qasam tal-mobbiltà għat-tagħlim transkonfinali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew, inkluż billi tinġabar informazzjoni kwalitattiva dwar eżempji ta’ prattika tajba, bħala l-bażi għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim fl-edukazzjoni għolja: waqt li joperaw fil-limiti tar-riżorsi disponibbli u b'sinerġija mill-qrib mal-proċess ta’ Bolonja, biex itejbu l-ġbir ta’ data dwar il-mobbiltà tal-istudenti (inkluż il-mobbiltà tal-krediti u l-kwalifiki universitarji) fiċ-ċikli kollha minn sorsi amministrattivi u oħrajn - b'mod speċjali fil-punt tal-gradwazzjoni, biex jitkejjel il-progress mal-punt ta’ riferiment tal-mobbiltà msemmi fl-Anness (Taqsima I - 1). |
|
(3) |
Fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim fl-ETV inizjali: biex jagħmlu l-aħjar użu tal-istħarriġ dwar l-unitajiet domestiċi disponibbli, sabiex tinġabar it-tip ta’ data dwar il-mobbiltà għat-tagħlim meħtieġ biex ikun appoġġat il-punt ta’ riferiment tal-mobbiltà għat-tagħlim imsemmi fl-Anness (Taqsima I - 2) |
|
(4) |
Fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ b'mod ġenerali: biex jagħmlu l-aħjar użu tal-istħarriġ dwar l-unitajiet domestiċi disponibbli, sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-iżvilupp ta’ indikatur dwar l-ammont totali ta’ mobbiltà għat-tagħlim formali u mhux formali, inkluża analiżi tal-mobbiltà mhux formali, bil-ħsieb li jiġi kkumplementat il-pannell ta’ indikaturi tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ (22), u possibbilment jiġi estiż il-punt ta’ riferiment dwar il-mobbiltà għat-tagħlim sabiex f'xi data fil-futur jinkludi l-mobbiltà taż-żgħażagħ b'mod ġenerali (Taqsima II tal-Anness). |
|
(5) |
Biex jeżaminaw il-possibbiltà li jsir użu tal-istħarriġ disponibbli dwar għalliema fil-livelli edukattivi kollha, bil-ħsieb li jiġu żviluppati indikaturi dwar il-mobbiltà tal-għalliema u possibbilment jiġi estiż il-punt ta’ riferiment dwar il-mobbiltà għat-tagħlim sabiex f'xi data fil-futur jinkludi l-mobbiltà tal-għalliema (23). |
(1) ĠU C 371 23.12.2000, p. 4.
(2) ĠU L 215, 9.8.2001, p. 30.
(3) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.
(4) ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13.
(5) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 8.
(6) ĠU C 320 16.12.2008, p. 6.
(7) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(8) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(9) Dok. 7586/10.
(10) ĠU C 324, 1.12.2010, p. 5.
(11) ĠU C, 326, 3.12.2010, p. 9.
(13) ĠU C 199, 7.7.2011, p. 1.
(14) Dok. 12668/11.
(15) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.
(16) COM(2009) 329 finali.
(17) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 10.
(18) Dok. 10697/11 - SEC(2011) 670 finali.
(19) Kif muri fil-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ tas-sena 2009, dan huwa livell ta’ riferiment tal-prestazzjoni medja Ewropea li m'għandhux jiġi kkunsidrat bħala mira konkreta li kull pajjiż li għandu jilħaq, iżda pjuttost bħala mira kollettiva li l-Istati Membri huma mistiedna jikkontribwixxu għall-ksib tagħha (ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2).
(20) Li għandhom ikunu stabbiliti fil-qafas tas-Sistema Statistika Ewropea.
(21) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Novembru 2008 dwar il-mobbiltà taż-żgħażagħ (Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6).
(22) Dok. 8320/11 — SEC(2011) 401 finali.
(23) Kif imsemmi fil-qafas strateġiku tas-sena 2009 għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7).
ANNESS
LIVELL TA' REFERENZA GĦALL-PRESTAZZJONI MEDJA EWROPEA
(“Punt ta’ riferiment Ewropej”)
FIL-QASAM TAL-MOBBILTÀ GĦAT-TAGĦLIM
Bħala mezz ta’ monitoraġġ tal-progress u tal-identifikazzjoni tal-isfidi, kif ukoll ta’ kontribut għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza, fl-2009 l-Istati Membri qablu li l-livelli ta’ riferiment tal-prestazzjoni medja Ewropea (“punti ta’ riferiment Ewropej”) għandhom jappoġġaw l-objettivi msemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill li huma adottaw fit-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (1). Dak iż-żmien intlahaq ftehim dwar ħames punti ta’ riferiment Ewropej u tressqet talba lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti dwar aktar punti ta’ riferiment, inkluża waħda dwar il-mobbiltà għat-tagħlim.
Wara li eżaminaw il-proposti fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 (2), l-Istati Membri issa jaqblu wkoll dwar il-punt ta’ riferiment rigward il-mobbiltà għat-tagħlim li ġej, li jiddistingwi bejn żewġ oqsma prinċipali - l-edukazzjoni għolja u l-ETV inizjali.
Il-punt ta’ riferiment Ewropew dwar il-mobbiltà għat-tagħlim fiż-żewġ oqsma imsemmija hawn taħt jikkumplimentaw lil dawk diġà adottati f'Mejju 2009. Bħala tali, dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq data komparabbli u jieħdu kont tas-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri individwali. Huma m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala miri konkreti li għandhom jintlaħqu minn pajjiżi individwali sal-2020. Minflok, l-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw, fuq il-bażi ta’ prijoritajiet nazzjonali u filwaqt li jieħdu kont taċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qegħdin jinbidlu, kif u safejn huma jistgħu jikkontribwixxu għall-ksib kollettiv tal-punti ta’ riferiment Ewropej fl-oqsma deskritti hawn taħt permezz ta’ azzjonijiet nazzjonali.
Minbarra dan, għandu jiġi żviluppat indikatur dwar il-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ b'mod ġenerali, fil-kuntest tat-tagħlim formali kif ukoll dak mhux formali, bil-ħsieb li possibbilment jiġi estiż il-punt ta’ riferiment dwar il-mobbiltà għat-tagħlim sabiex f'xi data fil-futur jinkludi l-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ li ssir fi kwalunkwe kuntest.
Il-mobbiltà għat-tagħlim hija ddefinita bħala mobbiltà fiżika u tieħu kont tal-mobbiltà madwar id-dinja.
I. PUNT TA' RIFERIMENT DWAR MOBBILTÀ GĦAT-TAGĦLIM
1. Il-mobbiltà għat-tagħlim fl-edukazzjoni għolja
Bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni fil-mobbiltà għat-tagħlim tal-istudenti li għandhom livell ta’ edukazzjoni għolja:
Sal-2020, medja tal-UE ta’ mill-inqas 20 % ta’ gradwati li għandhom livell ta’ edukazzjoni għolja għandha tkun għamlet perijodu ta’ studju relatat mal-edukazzjoni għolja jew ta’ taħriġ (inkluż taħriġ f'ambitu professjonali) barra l-pajjiż, li jirrapreżenta minimu ta’ 15-il kreditu tal-ECTS jew b'tul ta’ mill-inqas tliet xhur.
Jista' jittieħed kont ta’ perijodi iqsar għall-kalkolu tal-livelli nazzjonali ta’ mobbiltà, sakemm dawn ikunu rrikonoxxuti mill-Istat Membru individwali fil-kuntest ta’ skema ta’ mobblità kwalitattiva u jiġu reġistrati separatament.
Sabiex jiġu żgurati il-kwalità u l-konverġenza mal-proċess ta’ Bolonja, l-Istati Membru u l-Kummissjoni huma mistiedna jaħdmu mal-fora ta’ Bolonja rilevanti bil-ħsieb li jiġu stabbiliti limiti armonizzati dwar in-numru ta’ krediti tal-ECTS u t-tul minimu ta’ studju.
L-Istati Membri huma mħeġġa li jiżguraw rikonoxximent sħiħ tal-perjodi ta’ studju barra l-pajjiż.
2. Il-mobbiltà għat-tagħlim fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali (ETV-I)
Bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni fil-mobbiltà għat-tagħlim tal-istudenti li għandhom livell ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali:
Sal-2020, medja tal-UE ta’ mill-inqas 6 % ta’ persuni bejn it-18 u l-34 sena bi kwalifika ta’ livell ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali għandhom ikunu għamlu perijodu ta’ studju jew taħriġ inizjali relatat mal-ETV (inkluż taħriġ f'ambitu professjonali) barra l-pajjiż b'tul ta’ mill-inqas ġimgħatejn (3) jew inqas jekk iddokumentat bl-Europass.
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw l-għodod rilevanti, bħall-Europass u s-sistemi ECVET u EQAVET.
Il-punt ta’ riferiment — inkluż id-definizzjoni u l-livell ta’ mira tiegħu — għandu, jekk meħtieġ, jiġi rieżminat/rivedut sa tmiem l-2015.
II. INDIKATUR DWAR IL-MOBBILTÀ GĦAT-TAGĦLIM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ B'MOD ĠENERALI
Dan huwa indikatur ġenerali dwar il-mobbiltà għat-tagħlim li jippermetti r-reġistrazzjoni ta’ kull tip ta’ esperjenza ta’ tagħlim magħmula miż-żgħażagħ barra l-pajjiż. Huwa jkopri l-mobbiltà għat-tagħlim ta’ kwalunkwe tul ta’ żmien fi ħdan is-sistemi formali tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fi kwalunkwe livell, kif ukoll il-mobbiltà għat-tagħlim f'kuntesti mhux formali, inkluż skambji ta’ żgħażagħ u attivitajiet tal-volontarjat.
(1) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.
(2) Dok. 10697/11.
(3) = għaxart ijiem ta’ xogħol.
|
20.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/36 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja
2011/C 372/09
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
BILLI
|
1. |
Is-sistemi ta’ edukazzjoni għolja għandhom rwol kruċjali fil-ħolqien tal-għarfien li jsejjes l-iżvilupp uman u soċjetali u l-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva. |
|
2. |
L-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv adottata f'Ġunju 2010 (1) tistabbilixxi l-objettiv li ttejjeb il-livelli tal-edukazzjoni, b'mod partikolari billi żżid il-proporzjon ta’ żgħażagħ li jkunu temmew b'suċċess l-edukazzjoni terzjarja jew ta’ livell ekwivalenti sa mill-inqas 40 % sal-2020. |
|
3. |
Id-Dikjarazzjoni ta’ Bologna tad-19 ta’ Ġunju 1999 stabbilixxiet proċess intergovernattiv immirat lejn il-ħolqien ta’ Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja li hija appoġġata b'mod attiv mill-Unjoni Ewropea, u l-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni għolja fil-pajjiżi parteċipanti, imlaqqgħin f'Leuven u Louvain-la-Neuve fit-28 u d-29 ta’ April 2009, appellaw biex l-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja (2) jimmodernizzaw aktar l-attivitajiet tagħhom fil-perijodu sal-2020. |
|
4. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 ddeterminat il-kondizzjonijiet u r-regoli ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri għal perijodu ta’ iktar minn tliet xhur għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (3). |
|
5. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 stipulat il-kondizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ riċerkaturi ta’ pajjiżi terzi fl-Istati Membri għal iktar minn tliet xhur proġett ta’ riċerka taħt ftehim ta’ akkoljenza ma’ xi organizzazzjoni ta’ riċerka (4). |
|
6. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-immodernizzar tal-universitajiet għall-kompetittività tal-Ewropa f'ekonomija tal-konoxxenza globali (5) stiednet lill-Istati Membri biex jippromwovu l-internazzjonalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja billi jinkoraġġixxu l-assigurazzjoni tal-kwalità permezz ta’ evalwazzjoni indipendenti u reviżjoni bejn il-pari ta’ universitajiet, filwaqt li jsaħħu l-mobbiltà, jippromwovu l-użu ta’ diplomi konġunti u doppji u jiffaċilitaw ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki u perijodi ta’ studju. |
|
7. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar dwar qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (6) iddikjaraw li sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri biex tiġi mmodernizzata l-edukazzjoni għolja u tiġi żviluppata Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, wieħed għandu jimmira għal sinerġija mill-qrib mal-proċess ta’ Bologna, b'mod partikolari fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-kwalità, l-għarfien, il-mobbiltà u l-istrumenti ta’ trasparenza. |
|
8. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-iżviluppar tar-rwol tal-edukazzjoni fi trijanglu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament (7) identifikaw il-ħtieġa għal aktar riforma fil-governanza u l-istrutturi ta’ finanzjament tal-universitajiet li tippermetti aktar awtonomija u responsabbiltà sabiex tiffaċilita fluss ta’ dħul aktar diversifikat u kollaborazzjoni aktar effettiva mad-dinja tal-kummerċ u tipprovdi lill-universitajiet bit-tagħmir sabiex jipparteċipaw fit-trijanglu tal-għarfien fuq skala globali. |
|
9. |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja (8) stiednu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija internazzjonali tal-UE dwar l-edukazzjoni għolja li għandha l-għan li ttejjeb il-koerenza u l-komplementarjetà bejn inizjattivi eżistenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, u li ser tkompli tippromwovi l-attrattività tal-edukazzjoni għolja Ewropea, ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-attivitajiet esterni tal-UE. |
|
10. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2010 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda: it-triq 'il quddiem (9) tissottolinja il-ħtieġa li jiġi promoss it-tkabbir inklussiv u li tingħata għajnuna lin-nies ta’ kull età biex tiġi antiċipata u ġestita l-bidla billi jingħatawlhom l-ħiliet u l-kompetenzi t-tajba. |
|
11. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment (10) appellaw għal sforzi biex titjieb il-kwalità u l-attrattività ta’ edukazzjoni fil-livelli kollha, partikolarment fl-edukazzjoni għolja. |
|
12. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2010 dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni għall-Ewropa (11) saħqu dwar l-importanza li tingħata prijorità lill-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka, u li jsir użu sħiħ mill-kapital intellettwali tal-Ewropa sabiex jiġu żgurati l-kompetittività u t-tkabbir fit-tul. |
|
13. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 appellaw għall-implimentazzjoni ta’ approċċ strateġiku u integrat biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u jittieħed vantaġġ sħiħ mill-kapital intellettwali tal-Ewropa, għall-benefiċċju taċ-ċittadini, il-kumpanniji - b'mod partikolari l-SMEs - u r-riċerkaturi (12). |
|
14. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Frar 2011 dwar ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 (13) enfasizzaw li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom ifittxu li jtejbu l-kwalità u r-rilevanza tal-korsijiet li joffru, sabiex iħeġġu firxa aktar wiesgħa ta’ ċittadini jidħlu fl-edukazzjoni għolja, u li għandha tiġi promossa kooperazzjoni msaħħa bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, l-istituti tar-riċerka u l-intrapriżi bil-għan li jissaħħaħ it-trijangolu tal-għarfien bħala l-bażi għal ekonomija iktar innovattiva u kreattiva. |
|
15. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 (14) stiednu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu jew ikomplu jaħdmu favur l-għanijiet tagħhom li jistgħu jiffokaw għat-tisħiħ ta’ aċċess ugwali fil-prattika għall-edukazzjoni ta’ kwalita', inkluż l-edukazzjoni għolja. |
|
16. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2011 dwar l-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) permezz ta’ gruppi relatati maż-ŻER (15), innotaw li l-progress konsiderevoli li nkiseb fl-implimentazzjoni taż-ŻER għandu jirriżulta f'kontinwazzjoni tal-approċċ komprensiv u strateġiku biex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-kapital intellettwali tal-Ewropa. |
|
17. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011: Żgħażagħ f'Moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ (16) innutat li l-mobbiltà fit-tagħlim tista' tagħmel is-sistemi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ aktar miftuħa, aktar Ewropej u internazzjonali, aktar aċċessibbli u aktar effiċjenti. Hija tista' ttejjeb ukoll il-kompetittività tal-Ewropa billi tgħin fil-bini ta’ soċjetà ffukata fuq l-għarfien. |
|
18. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2011 dwar punt ta’ riferiment dwar il-mobbiltà għat-tagħlim li jfittxu li jżidu l-parteċipazzjoni tal-istudenti ta’ edukazzjoni għolja fil-mobbiltà ta’ tagħlim u jistabbilixxu limiti kwantitattivi u kwalitattivi biex jitkejlu l-perijodi ta’ studju jew taħriġ barra mill-pajjiż. |
|
19. |
L-Unjoni Ewropea għandha tradizzjoni twila ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq sett ta’ linji ta’ politika u strumenti li fiha l-edukazzjoni għolja għandha rwol dejjem akbar. Il-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja għandha prominenza wkoll f'oqfsa ta’ kooperazzjoni multilaterali bħas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran jew id-Dimensjoni tat-Tramuntana u mal-Balkani tal-Punent. |
FID-DAWL TA'
|
1. |
L-ewwel konferenza ministerjali taż-ŻER dwar Kapital Intellettwali - Impatt Kreattiv li saret f'Sopot fl-20 ta’ Lulju 2011, li enfasizzat ir-rwol li l-universitajiet għandhom f'dinja globalizzata bħala sors vitali ta’ għarfien u ħsieb innovattiv, speċjalment fir-rigward ta’ oqsma strateġiċi ta’ riċerka ffokata dwar sfidi kontemporanji. |
|
2. |
Il-konferenza tal-Presidenza dwar il-Modernizzazzjoni tal-Edukazzjoni Għolja li saret f'Sopot mill-24 sal-25 ta’ Ottubru 2011, li ssottolinjat il-ħtieġa għal modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja, speċjalment fid-dawl tal-isfidi kurrenti bħal kompetizzjoni globali u tendenzi demografiċi. |
JILQA'
Il-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi — aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni għolja fl-Ewropa (17).
JAGHRAF LI
|
1. |
Fil-klima ekonomika attwali, l-edukazzjoni għolja (inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ terzjarju vokazzjonali) — permezz tar-rabtiet tagħha mar-riċerka u l-innovazzjoni, għandha rwol kruċjali biex tipprovdi l-kapital uman b'ħiliet speċjalizzati u tippromwovi r-riċerka essenzjali li l-Ewropa teħtieġ fl-ispinta tagħha lejn impjiegi siguri, tkabbir ekonomiku u prosperità. |
|
2. |
Il-kwalifiki tal-persuni ggradwati mhux dejjem jaqblu mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tas-soċjetà. Min iħaddem, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-privat, qed jirrapporta dejjem aktar nuqqas ta’ qbil u diffikultà biex isib il-persuni adatti għall-bżonnijiet li qed jevolvu tal-ekonomija tal-għarfien. |
|
3. |
L-Ewropa teħtieġ numru ferm ikbar ta’ riċerkaturi mħarrġa u riċerkaturi bl-esperjenza barra l-università, inkluż fis-settur privat, biex l-ekonomiji tagħha jsiru aktar intensivi fir-riċerka u b'hekk jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-kompetittività. |
|
4. |
Il-parteċipazzjoni dejjem usa' fl-edukazzjoni għolja teħtieġ attenzjoni akbar għall-isfidi marbuta mal-kwalità u d-diversità. |
|
5. |
Il-forza tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-edukazzjoni għolja tinsab fid-diversità tagħhom, fl-għoti ta’ edukazzjoni u riċerka ta’ kwalità għolja, sostenibbli u rilevanti, u fir-rabta bejn l-awtonomija istituzzjonali, ir-responsabbiltà quddiem il-partijiet interessati kollha, u fil-kapaċità ta’ adattament għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Minbarra ż-żewġ missjonijiet tradizzjonali tagħhom ta’ tagħlim u riċerka, qed tiżdied l-importanza ta’ tielet missjoni li torbot l-istituzzjonijiet u s-settur tan-negozju, inkluż fil-livell reġjonali, u tal-inklużjoni tar-responsabbiltà soċjali. |
|
6. |
Madankollu, il-potenzjal tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-edukazzjoni għolja li jissodisfaw ir-rwol tagħhom fis-soċjetà u jikkontribwixxu għall-prosperità tal-Ewropa għadu mhuwiex sfruttat biżżejjed: l-Ewropa qed tibqa' lura fil-kompetizzjoni globali għall-għarfien u t-talent, filwaqt li l-ekonomiji li jixirfu qegħdin iżidu b'rata mgħaġġla l-investiment tagħhom fl-edukazzjoni għolja. |
|
7. |
Fl-istess ħin, l-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja wisq ta’ spiss ifittxu li jikkompetu f'numru wisq kbir ta’ oqsma, filwaqt li huwa biss numru żgħir minnhom li jikseb l-eċċellenza f'oqsma speċifiċi fejn il-kompetizzjoni globali hija b'saħħitha. |
|
8. |
B'hekk jeħtieġ li l-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja jkomplu jwettqu riformi interni bbażati fuq l-għażla tal-missjonijiet istituzzjonali marbuta mat-tipi ta’ kapital intellettwali li jirrappreżentaw u l-opportunitajiet li jiddefinixxu ruħhom meta mqabbla ma’ istituzzjonijiet nazzjonali oħra. |
|
9. |
Hija meħtiega awtonomija istituzzjonali biex tiġi promossa d-diversità istituzzjonali fis-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni għolja: jeħtieg li jiġu diversifikati r-rwoli u l-missjonijiet istituzzjonali biex tiġi promossa l-eċċellenza fl-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja. |
JAQBEL LI:
|
1. |
Ir-responsabbiltà ewlenija għat-twettiq u l-appoġġ ta’ riformi fl-edukazzjoni għolja hija tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet edukattivi nfushom. Madankollu, il-Proċess ta’ Bologna u l-iżvilupp konsegwenti taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, l-aġenda tal-UE għall-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni għolja u l-ħolqien ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka juru li l-isfidi u r-risponsi ta’ politika meħtieġa jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u li l-kooperazzjoni Ewropea għandha kontribut siewi x'tagħti f'termini ta’ appoġġ ta’ finanzjament, analiżi tal-politika bbażata fuq l-evidenza u l-iskambju tal-aħjar prassi. |
|
2. |
Il-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni għolja huma kondizzjoni ċentrali biex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-kapital intellettwali tal-Ewropa. |
|
3. |
Il-kwalità tal-edukazzjoni u r-riċerka hija mutur ewlieni tal-immodernizzar b'suċċess tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa. |
|
4. |
It-tisħiħ tat-trijangolu tal-għarfien bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni huwa kondizzjoni ewlenija biex l-edukazzjoni għolja tkun tista' tikkontribwixxi għall-impjiegi u t-tkabbir, biex jiġu rriformati l-governanza u l-istrutturi ta’ finanzjament, u biex tissaħħaħ l-attrattività internazzjonali tagħha. |
|
5. |
L-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka jżid il-komplementarjetà bejn is-sistemi nazzjonali sabiex tissaħħaħ il-kosteffettività tal-investiment fir-riċerka u jiġu intensifikati l-iskambji u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet li jikkollaboraw fit-trijangolu tal-għarfien. |
|
6. |
Il-mobbiltà internazzjonali tal-istudenti, ir-riċerkaturi u l-persunal, li ssaħħet bit-tnedija taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, għandha impatt pożittiv fuq il-kwalità u taffettwa l-oqsma priniċipali kollha ta’ riforma. Madankollu, tista' timponi wkoll sfidi fuq xi sistemi tal-edukazzjoni li jirċievu flussi sostanzjali ta’ studenti, jew għal dawk il-pajjiżi mhedda minn “eżodu ta’ mħuħ” li jirriżulta f'ħafna nies b'talenti li jagħżlu jistudjaw barra, u jibqgħu hemm. |
|
7. |
L-attrazzjoni tal-aħjar studenti, akkademiċi u riċerkaturi minn barra l-UE u l-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ kooparazzjoni transkonfinali huma l-kondizzjonijiet ewlenin biex iż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka jsiru destinazzjonijiet attraenti fit-tellieqa globali għall-għarfien u t-talent. |
|
8. |
F'termini ta’ titjib tal-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni għolja huwa essenzjali li jiġu involuti min iħaddem u partijiet interessati oħra fit-tfassil u t-twettiq tal-programmi. |
|
9. |
L-investiment pubbliku, appoġġat minn sorsi addizzjonali ta’ finanzjament, għandu jibqa' l-bażi għal edukazzjoni għolja sostenibbli, speċjalment fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali fl-Ewropa. |
GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI - F'KONFORMITÀ MAL-PRATTIKA NAZZJONALI - BIEX JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONIJIET TA' EDUKAZZJONI GĦOLJA, WAQT LI JIRRIKONOXXU L-AWTONOMIJA TAGĦHOM, KIF UKOLL MAL-PARTIJIET INTERESSATI RILEVANTI KOLLHA, SABIEX:
|
1. |
Iżidu l-isforzi sabiex jiżdiedu l-livelli tal-kwalifiki fl-edukazzjoni għolja biex tinkiseb il-mira ewlenija tal-Europa 2020 fl-edukazzjoni ta’ 40 % ta’ min għandu bejn 30 u 34 sena fl-UE li temmew l-edukazzjoni terzjarja jew ta’ livell ekwivalenti, fid-dawl tal-istima li — sal-2020 — 35 % tal-impjiegi kollha fl-UE ser jirrekjedi kwalifiki għoljin (18). |
|
2. |
Jiżviluppaw rotot ċari ta’ progressjoni fl-edukazzjoni għolja mill-edukazzjoni vokazzjonali u tipi oħra ta’ edukazzjoni, kif ukoll mekkaniżmi għar-rikonoxximent qabel it-tagħlim u l-esperjenza miksuba barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali, speċjalment billi jiġu indirizzati sfidi relatati mal-implimentazzjoni u l-użu ta’ oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali marbuta mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki. |
|
3. |
Jippromwovu l-iżvilupp sistematiku ta’ strateġiji effettivi sabiex jiġi żgurat aċċess għall-gruppi żvantaġġati u sottorappreżentati, speċjalment billi jtejbu l-involviment u jipprovdu informazzjoni aktar trasparenti dwar l-opportunitajiet u l-eżiti fil-qasam tal-edukazzjoni, kif ukoll gwida aħjar sabiex tiġi żgurata l-għażla t-tajba tal-istudju. |
|
4. |
Iżidu l-isforzi sabiex jiġu mminimizzati r-rati ta’ tluq bikri mill-edukazzjoni għolja billi tittejjeb il-kwalità, ir-rilevanza, l-attrattività tal-korsijiet, b'mod partikolari permezz ta’ tagħlim iċċentrat fuq l-istudent u billi jiġu pprovduti appoġġ, gwida u pariri qabel id-dħul. |
|
5. |
Jiżguraw li s-sostenn finanzjarju mmirat jilħaq lil studenti potenzjali minn kuntesti soċjali bi dħul aktar baxx. |
|
6. |
Iħeġġu l-użu tal-previżjonijiet tal-ħiliet u tat-tkabbir u ta’ data dwar l-impjieg tal-gradwati (inkluż il-monitoraġġ tal-eżiti tal-gradwati fil-qasam tal-impjieg) fit-tfassil, it-twettiq u l-evalwazzjoni tal-korsijiet, kif ukoll biex iħeġġu aktar flessibbiltà meta jfasslu l-programmi ta’ studju, inkluż toroq ta’ tagħlim interdixxiplinari, bil-ħsieb li tiżdied il-possibbiltà li l-persuni ggradwati jsibu impjieg. |
|
7. |
Iħeġġu l-adozzjoni ta’ approċċi ċċentrati fuq l-istudent fil-qasam tat-tagħlim mogħti u dak miksub, b'rikonoxximent tal-ħtiġijiet ta’ korp vast tal-istudenti u bil-promozzjoni ta’ varjetà akbar ta’ moduli ta’ studju, inkluż billi jsir użu effettiv tal-ICTs. |
|
8. |
Iħeġġu l-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja jinvestu fl-iżvilupp professjonali kontinwu tal-persunal tagħhom u jippremjaw l-eċċellenza fit-tagħlim. |
|
9. |
Jittrattaw l-istereotipar u jkissru l-ostakoli li għadhom qed jiffaċċjaw in-nisa biex jilħqu l-ogħla livelli fl-edukazzjoni u r-riċerka postlawrja — speċjalment f'ċerti dixxiplini u f'pożizzjonijiet ta’ tmexxija — sabiex jiġi liberat t-talent li ma ġiex użat. |
|
10. |
Jortbu, fejn rilevanti u adatt, il-finanzjament nazzjonali għall-programmi ta’ dottorati mal-Prinċipji dwar it-Taħriġ Innovattiv għad-Dottorat (19), u jappoġġaw l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ karrieri fir-riċerka. |
|
11. |
Jistimolaw l-iżvilupp ta’ ħiliet imprenditorjali, kreattivi u innovattivi fid-dixxiplini kollha u fiċ-ċikli kollha, u jippromwovu l-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja permezz ta’ ambjenti ta’ tagħlim aktar interattivi u infrastruttura msaħħa għat-trasferiment tal-għarfien. |
|
12. |
Iħeġġu, fejn rilevanti, rwol akbar għar-riċerka interdixxiplinari fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjonijiet għolja, kif ukoll isaħħu l-interkonnessjonijiet bejn l-edukazzjoni għolja u r-riċerka, sabiex it-trijangolu tal-għarfien jiffunzjona b'mod aktar effiċjenti. |
|
13. |
Minbarra l-missjonijiet edukattivi u ta’ riċerka tal-edukazzjoni għolja, iħeġġu l-iżvilupp ulterjuri ta’ attivitajiet tat-tielet livell bħall-kondiviżjoni tal-għarfien u l-innovazzjoni, l-impenn fil-komunità, it-tagħlim tul il-ħajja u r-rilevanza għall-iżvilupp reġjonali u lokali. |
|
14. |
Iħeġġu s-sħubija u l-kooperazzjoni man-negozji, pereżempju permezz ta’ strutturi ta’ kumpens, internships u possibbiltajiet ta’ taħriġ fil-post tax-xogħol, inċentivi għall-kooperazzjoni multidixxiplinari u bejn l-organizzazzjonijiet, u t-tnaqqis ta’ ostakoli regolatorji u amministrattivi għas-sħubiji bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u partijiet interessati pubbliċi u privati oħra. It-trasferiment effettiv tal-għarfien lejn is-suq, u f'dan il-kuntest il-kontinwità bejn ir-riċerka bażika u r-riċerka applikata, jista' jinkiseb bl-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika pubbliċi li jsaħħu s-sħubiji bejn firxa wiesgħa ta’ entitajiet. |
|
15. |
Isaħħu r-rabtiet bejn l-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja, min iħaddem u l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol sabiex jittieħed kont aktar tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fil-programmi ta’ studju, biex jitqabblu aħjar il-ħiliet u l-impjiegi, u biex jiġu żviluppati linji ta’ politika attivi fil-qasam tas-suq tax-xogħol bil-għan li jiġi promossu l-impjiegi għall-persuni li ggradwaw. |
|
16. |
Isaħħu l-kwalità permezz tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni transkonfinali, inkluż billi:
|
|
17. |
Iħeġġu governanza u sistemi ta’ finanzjament aktar flessibbli fl-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja, inklużi mekkaniżmi marbuta mal-prestazzjoni u l-kompetizzjoni, kif ukoll jippromwovu l-professjonalizzazzjoni tal-amministrazzjoni interna. |
|
18. |
Jiffaċilitaw l-aċċess għal sorsi ta’ finanzjament alternattivi, inkluż — fejn adatt — billi jintużaw il-fondi pubblici biex jiġi mobilizzat l-investiment privat u investiment pubbliku iehor. |
JILQA' L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI BIEX
|
1. |
Tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom għal riforma tas-sistemi ta’ edukazzjoni għolja tagħhom, bl-użu sħiħ tal-programmi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u permezz ta’ bażi mtejba ta’ evidenza, analiżi dettaljata u trasparenza akbar, inkluż billi:
|
|
2. |
Tiffaċilita ż-żieda fil-mobbiltà fit-tagħlim billi ssaħħaħ l-ECTS u l-mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, bil-ħsieb li jittejjeb ir-rikonoxximent. |
|
3. |
Tipproponi, mingħajr preġudizzju għan-negozjati li ġejjin dwar il-programm futur tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, skema ta’ mobbiltà tal-Erasmus, fil-Livell ta’ Masters biex tippromwovi l-mobbiltà, l-eċċellenza u l-aċċess għal finanzjament aċċessibbli għall-istudenti li qed jistudjaw għall-Masters fi Stat Membru ieħor, irrispettivament mill-isfond soċjali tagħhom. |
|
4. |
Tappoġġa l-analiżi tal-flussi ta’ mobbiltà u tal-iżviluppi fl-edukazzjoni bi franchising. |
|
5. |
Tippromwovi, flimkien mal-Istati Membri, l-iżvilupp koerenti taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, u tfittex li ssaħħaħ is-sinerġiji bejn l-UE u l-Proċess ta’ Bologna, inkluż permezz tal-użu tal-programm għal wara l-2013 fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-mira ta’ mobbiltà ta’ Bologna u tal-UE ta’ 20 %. |
|
6. |
Tkompli tiżviluppa l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) billi tadotta l-proposta għal aġenda strateġika ġdida ta’ innovazzjoni li tfassal il-futur tal-EIT, il-prijoritajiet tiegħu u l-proposti għal KICs ġodda li għandhom jitnedew, speċjalment sabiex jiżdied il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja f'kooperazzjoni man-negozju. |
|
7. |
Tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ miftuħa u trasparenti u trawwem mobbiltà transkonfinali u trans-settorjali tar-riċerkaturi billi tippromwovi l-Qafas Ewropew għall-Karrieri fir-Riċerka u l-inizjattiva Ewropea EURAXESS –Riċerkaturi f'moviment (20). |
|
8. |
Issaħħaħ - fi ħdan l-azzjonijiet Marie Curie - l-iskemi ta’ mobbiltà mmirati għall-istudenti ta’ dottorat, inkluż appoġġ għar-riintegrazzjoni u promozzjoni ta’ skema ta’ Dottorati Industrijali Ewropej sabiex tappoġġa r-riċerka applikata. |
|
9. |
Tipproponi qafas ta’ kwalità ghall-apprendistati biex tgħin lill-istudenti u lill-gradwati jakkwistaw l-għarfien prattiku meħtieg għall-post tax-xogħol u jiksbu aktar postijiet ta’ apprendistat ta’ kwalità aħjar. |
|
10. |
Tippromwovi l-UE bħala destinazzjoni għall-istudju u r-riċerka għall-akbar talenti fid-dinja, filwaqt li tirrikonixxi d-diversità tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u tiżviluppa relazzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja ma’ msieħba barra mill-Unjoni, bil-ħsieb li ssaħħaħ is-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni għolja, id-djalogu ta’ politika, il-mobbiltà u r-rikonoxximent akkademiku, inkluż permezz tal-Istrateġija tat-Tkabbir, il-Politika Ewropea tal-Viċinat, is-Sħubija tal-Lvant, is-sħubija Ewro-Mediterranja, il-kooperazzjoni mal-Balkani tal-Punent, l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni, u l-Forum Politiku ta’ Bologna. |
|
11. |
Tiżviluppa strateġija internazzjonali tal-UE dwar l-edukazzjoni għolja sabiex jintlaħqu aħjar l-miri msemmija hawn fuq, jiżdied l-involviment u l-viżibbiltà internazzjonali, kif ukoll jinvolvu impenn mas-sħab bil-ħsieb ta’ tisħiħ tar-relazzjonijiet u l-bini tal-kapaċità fis-settur tal-edukazzjoni għolja. |
|
12. |
Issaħħaħ l-impatt fit-tul tal-finanzjament tal-UE għall-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja permezz ta’ komplementarjetà mtejba bejn strumenti ta’ finanzjament differenti, b'mod partikolari l-programm futur tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Horizon 2020 u l-istrumenti tal-Politika Ewropea ta’ Koeżjoni. |
(1) EUCO 13/10.
(2) Sabiex jitqiesu d-diversità lingwistika u t-tradizzjonijiet u l-prattiki nazzjonali, qed jintuża dan it-terminu biex ikopri l-istituzzjonijiet kollha ta’ edukazzjoni terzjarja, inklużi l-universitajiet, l-universitajiet tax-xjenza applikata, l-istituti tat-teknoloġija, l-iskejjel terzjarji, l-iskejjel tal-kummerċ, l-iskejjel tal-inġinerija, l-IUT, il-kulleġġi tal-edukazzjoni għolja, l-iskejjel professjonali, il-politekniċi, l-akkademji, eċċ.
(3) ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.
(4) ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.
(5) 16096/1/07 REV 1.
(6) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(7) ĠU C 302, 12.12.2009, p. 3.
(8) ĠU C 135, 26.5.2010, p. 13.
(9) Dok. 10841/10.
(10) ĠU C 326, 31.12.2010, p. 9.
(11) Dok. 17165/10.
(12) EUCO 2/11, p. 6, paragrafu 16.
(14) Dok. 10658/11.
(15) 11032/11.
(16) ĠU C 199, 7.7.2011, p. 1.
(17) Dok. 14198/11 + ADD 1.
(18) Rapport tas-Cedefop tal-2010.
(19) Rapport adottat mill-Grupp ta’ Tmexxija taż-ŻER dwar ir-Riżorsi Umani u l-Mobbiltà f'Mejju u ffinalizzat fis-27 ta’ Ġunju 2011.
(20) Rapport adottat mill-Grupp ta’ Tmexxija taż-ŻER dwar ir-Riżorsi Umani u l-Mobbiltà f'Mejju 2011 u ffinalizzat fil-21 ta’ Lulju 2011.