ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2011.371.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 371E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
20 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2010-2011
Seduta tas-7 ta' Ottubru 2010
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 8 E, 13.1.2011.
It-testi adottati tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008 ġew ippublikati fil-ĠU L 320, 7.12.2010.
TESTI ADOTTATI

 

Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010

2011/C 371E/01

Nuqqasijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nuqqasijiet fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

1

2011/C 371E/02

Jum dinji kontra l-Piena tal-Mewt
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt

5

2011/C 371E/03

Azzjoni tal-UE rigward it-tiftix għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar azzjoni tal-UE fil-qasam tat-tfittxija għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt fl-Ewropa

10

2011/C 371E/04

Konferenza dwar id-Diversità Bijoloġika - Nagoya 2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għall-għaxar Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li se ssir f'Nagoya (il-Ġappun) mit-18 sad-29 ta’ Ottubru 2010

14

2011/C 371E/05

Basel II u r-reviżjoni tad-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD 4)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar Basel II u r-reviżjoni tad-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD 4) ((2010/2074(INI))

22

2011/C 371E/06

Is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana u s-Saħħa Dinjija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana u s-Saħħa Dinjija (2010/2070(INI))

30

2011/C 371E/07

Politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea wara l-2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013

39

2011/C 371E/08

Il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew

41

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010

2011/C 371E/09

Estensjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawn ir-Regolamenti unikament abbażi tan-nazzjonalità tagħhom ***II
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawn ir-Regolamenti unikament abbażi tan-nazzjonalità tagħhom (11160/4/2010 – C7-0208/2010 – 2007/0152(COD))

44

2011/C 371E/10

Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur Lazaros Stavrou Lazarou - CY)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nomina ta’ Lazaros Stavrou Lazarou bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0188/2010 – 2010/0818(NLE))

45

2011/C 371E/11

Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur Gijs M. de Vries - NL)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nomina proposta ta’ Gijs M. de Vries bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0191/2010 – 2010/0819(NLE))

46

2011/C 371E/12

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Spanja/Tessuti ta’ Galizja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/003 ES/Tessuti tal-Galizja minn Spanja) (COM(2010)0437 – C7-0205/2010 – 2010/2136(BUD))

46

ANNESS

48

2011/C 371E/13

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Danimarka/Danfoss Group
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/015 DK/Danfoss Group tad-Danimarka) (COM(2010)0416 – C7-0200/2010 – 2010/2134(BUD))

50

ANNESS

51

2011/C 371E/14

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Danimarka/Linak A/S
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni EGF/2009/031 DK/Linak mid-Danimarka) (COM(2010)0417 – C7-0199/2010 – 2010/2133(BUD))

53

ANNESS

54

2011/C 371E/15

Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (COM(2010)0256 – C7-0134/2010 – 2010/0137(COD))

56

P7_TC1-COD(2010)0137Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Ottubru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

56

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2010-2011 Seduta tas-7 ta' Ottubru 2010 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 8 E, 13.1.2011. It-testi adottati tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008 ġew ippublikati fil-ĠU L 320, 7.12.2010. TESTI ADOTTATI

Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010

20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/1


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Nuqqasijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

P7_TA(2010)0350

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nuqqasijiet fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

2011/C 371 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-RDK, b'mod partikolari dawk tas-17 ta’ Jannar 2008 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-istupru bħala delitt tal-gwerra (1) u tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar il-vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2), marbuta mal-vjolenza sesswali minn gruppi armati u l-persistenza tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK; wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u l-konsolidazzjoni tal-paċi/il-bini tan-nazzjonijiet tas-7 ta’ Mejju 2009 (3),

wara li kkunsidra r-“Rapport Preliminari tal-missjoni ta’ inkjesta tal-Uffiċċju Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-istupri tal-massa u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn koalizzjoni ta’ gruppi armati fuq l-assi Kibua Mpofi, fit-territorju ta’ Walikale, provinċja ta’ Kivu tat-Tramuntana, bejn it-30 ta’ Lulju u t-2 ta’ Awwissu 2010” (rapport preliminari dwar l-istupri tal-massa fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) ippubblikat fl-24 ta’ Settembru 2010,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2009 dwar ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tar-RDK fl-10 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/769/PESK tad-19 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Kongo),

wara li kkunsidra l-missjoni għar-riforma tas-settur tas-sigurtà EUSEC RD Kongo, stabbilita f'Ġunju 2005 (Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/355/PESK tat-2 ta’ Mejju 2005 dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea biex tipprovdi pariri u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1856(2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-mandat tal-MONUC,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1925 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li tispeċifika l-mandat tal-missjoni tan-NU fir-RDK (MONUSCO),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u r-riżoluzzjoni 1888 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vjolenza sesswali kontra n-nisa u t-tfal f'sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati, li jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-istati kollha biex itemmu l-impunità u biex iħarrku dawk responsabbli għal reati kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, inklużi dawk relatati ma’ vjolenza sesswali u vjolenza oħra kontra n-nisa u l-bniet,

wara li kkunsidra l-liġi dwar il-vjolenza sesswali adottata mill-Parlament tar-RDK fl-2006, li kienet maħsuba biex tgħaġġel il-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ stupru u biex timponi kastigi iktar qawwija,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp li għandha tiżgura l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-ħidma kollha tal-UE ma’ pajjiżi sħab fil-livelli kollha,

wara li kkunsidra l-ħatra ta’ Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Vjolenza Sesswali f'kunflitti armati, f'Marzu 2010,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-27 ta’ Awwissu 2010, minn Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli, u Andris Piebalgs, il-Kummissarju tal-UE għall-Iżvilupp, dwar il-qawmien mill-ġdid tal-vjolenza f'Kivu tat-Tramuntana fir-RDK,

wara li kkunsidra r-rapport tat-23 ta’ Awwissu 2010 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-istupri tal-massa ta’ persuni ċivili li twettqu minn membri ta’ gruppi armati fil-lvant tar-RDK,

wara li kkunsidra r-rwol tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet 1325 u 1280 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fi ħdan il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni bit-tqegħid ta’ konsulenti speċjalizzati dwar il-ġeneru jew f'punti kruċjali f'kull missjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet fid-dinja kollha;

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi Atul Khare, l-Assistent Segretarju Ġenerali għaż-Żamma tal-Paċi tan-NU, irrapporta lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li bejn it-30 ta’ Lulju 2010 u l-4 ta’ Awwissu 2010, aktar minn 500 persuna sfaw vittmi ta’ stupru tal-massa minn gruppi, inklużi tfajliet, nisa ta’ etajiet sa 75 sena u trabi subien u bniet, fid-distrett tal-minjieri fil-Lvant tal-Kongo – u l-ħtija ta’ dawn l-attakki ntefgħet fuq ir-ribelli u l-milizzja,

B.

billi l-attakki sesswali seħħew fil-viċinanzi ta’ kamp għaż-żamma tal-paċi tan-NU li jinsab ftit mili biss bogħod mill-belt ta’ Luvungi; billi jidher li fit-30 ta’ Lulju 2010, l-għada tal-bidu tal-attakki, il-ħaddiema tan-NU kienu jafu li r-ribelli kienu okkupaw il-belt ta’ Luvungi u l-irħula tal-inħawi fil-lvant tal-Kongo u li l-Kwartieri Ġenerali tan-NU fi New York ma kinux infurmati dwar l-istupri ħlief ġimagħtejn wara,

C.

billi l-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUSCO) għandha l-mandat skont il-Kapitlu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li tuża kwalunkwe mezz meħtieġ biex twettaq il-mandat ta’ protezzjoni tagħha, inkluż il-protezzjoni effettiva tal-popolazzjoni ċivili, persunal umanitarju u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'perikolu imminenti ta’ vjolenza fiżika minn gruppi armati barranin jew mill-Kongo, u li tappoġġa l-isforzi tal-gvern fil-ġlieda kontra l-impunità u tiżgura l-ħarsien ta’ persuni ċivili mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali, fosthom kull forma ta’ vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru,

D.

billi, minkejja l-preżenza tal-MONUSCO, il-ġlied bejn l-armata Kongoliża, il-milizzja tal-Mai Mai, il-ġellieda tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR), il-Front Popolari għall-Ġustizzja fil-Kongo (FPJC) u l-Armata ta’ Reżistenza tal-Mulej (LRA) sewa l-ħajja ta’ 6 miljun ruħ mill-1998 u għadu jikkawża, jew direttament jew indirettament, eluf ta’ mwiet, tbatija intollerabbli, faqar u persuni spustati internament (IDPs) kull xahar, filwaqt li s-sitwazzjoni fil-kampijiet tar-refuġjati tkompli teħżien,

E.

billi suldati tal-armata tal-Kongo kienu implikati fil-qtil u l-istupru ta’ mijiet ta’ persuni ċivili; billi istupri, reklutaġġ sfurzat ta’ ċivili u tfal suldati u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-partijiet tal-Lvant tar-RDK, mit-truppi ribelli tal-LRA, ġellieda tal-FDLR u l-armata Kongoliża nnifisha, qed ikomplu,

F.

billi l-istupru bħala arma tal-gwerra sar komuni ħafna fil-Lvant tal-Kongo fejn, skont in-Nazzjonijiet Uniti, tul is-sena li għaddiet ġew irrapportati minn tal-inqas 8 300 stupru, b'ħafna oħrajn jibqgħu mhux rapportati; billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati, minn tal-inqas 1 244 mara kienu rrapportati li ġew stuprati fl-ewwel tliet xhur tal-2010, li tfisser medja ta’ 14-il stupru kuljum; billi l-vjolenza sesswali u l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru għandhom dejjem jitqiesu bħala delitti tal-gwerra u reati kontra l-umanità,

G.

billi l-istupri sistematiċi jintużaw minn firxa ta’ gruppi armati, inkluża l-armata regolari fir-RDK, bħala parti minn tattika ta’ gwerra tat-terrur u bħala mezz biex jinkisbu għanijiet militari u ekonomiċi; billi n-nisa jiġu attakkati deliberatament quddiem il-familji tagħhom jew quddiem il-membri kollha tar-raħal tagħhom biex tiġi terrorizzata s-soċjetà; billi dawn l-atti vjolenti spiss itellfu lin-nisa minn posthom fis-soċjetà, mill-kapaċità tagħhom li jieħdu ħsieb uliedhom u ħajjithom tiġi spiss ikkontaminata wkoll mill-virus tal-AIDS,

H.

billi n-nuqqas ta’ prosekuturi ċivili u militari biex jagħmlu investigazzjonijiet imparzjali kontra dawk responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem irriżulta li stupri minn gruppi u attakki sesswali huma komuni għall-poplu tal-Kongo, li ħoloq tip ta’ “aċċettazzjoni” tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiż-żona,

I.

billi l-armata Kongoliża għad għandha riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji limitati biex twettaq il-kompiti tagħha fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ dixxiplina fost il-membri tagħha, u dan itellfilha mir-rwol tagħha li tħares il-popolazzjoni u terġa' tistabbilixxi l-paċi,

J.

billi ħafna NGOs osservaw żieda fl-oppressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, kapijiet tal-oppożizzjoni, vittmi u xhieda fir-RDK fl-aħħar sena, inklużi arresti illegali, prosekuzzjonijiet, theddid bit-telefon u konvokazzjonijiet ripetuti fl-uffiċċji tas-servizzi tal-informazzjoni,

K.

billi l-kriminal tal-gwerra Bosco Ntaganda għadu ma ġiex arrestat u, anzi, inħatar f'pożizzjoni ewlenija fl-operazzjonijiet militari konġunti bejn il-forzi Kongoliżi u tar-Rwanda fil-Lvant tar-RDK; billi l-ex mexxej Kongoliż Jean-Pierre Bemba Gombo tressaq quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali għal delitti tal-gwerra, inkluż l-istupru,

L.

billi l-kummerċ illegali tal-minerali fir-RDK jippermetti lil ħafna operaturi jkomplu jixtru l-minerali minn żoni kkontrollati minn gruppi ribelli, u b'hekk jiffinanzjaw lil dawk il-gruppi ribelli, li hu fattur li jħeġġeġ u jħarrax il-kunflitt,

M.

billi l-Liġi dwar il-Minerali ta’ Kunflitt tal-Istati Uniti tal-Amerika, adottata reċentement, tirrappreżenta sforz biex twaqqaf lill-konsumaturi Amerikani milli jixtru telefowns ċellulari, kompjuters jew teknoloġiji avvanzati oħra manifatturati minn kumpaniji mill-Istati Uniti tal-Amerika li jużaw minerali mixtrija minn minjieri fil-kontroll tar-ribelli; billi l-liġi tistieden ukoll lil impriżi mill-Istati Uniti tal-Amerika, inklużi manifatturi ta’ prodotti ta’ proċessuri elettroniċi u minerali u ġojjelli tad-ditta għall-konsum, biex ta’ kull sena jirrapportaw lill-Kummissjoni tal-Borża tat-Titoli jekk il-prodotti tagħhom jużawx xi deheb, tantalu, koltan jew kassiterit li jew ikunu ġew importati direttament mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo jew inkella jkunu ddaħħlu b'kuntrabandu mid-disa' pajjiżi ġirien,

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-istupru tal-massa u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa bejn it-30 ta’ Lulju u t-4 ta’ Awwissu 2010 fuq mill-anqas 500 mara fil-provinċja ta’ Kivu tat-Tramuntana mill-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR), grupp ta’ ribelli Hutu, u mill-milizja tal-Mai Mai, kif ukoll dawk f'reġjuni oħrajn ta’ Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar;

2.

Jistieden lill-atturi kollha jsaħħu l-ġlieda kontra l-impunità u jtemmu l-vjolenza u l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem fir-RDK, b'mod partikolari f'Kivu tat-Tramuntana; jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ sforzi ulterjuri għall-waqfien tal-azzjonijiet tal-gruppi armati lokali u barranin fil-Lvant tar-RDK;

3.

Jistieden lin-NU u lill-gvern tar-RDK jwettqu stħarriġ imparzjali u bir-reqqa dwar l-avvenimenti, biex jiġi żgurat li dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali jinżammu responsabbli u jiġu pproċessati f'konformità mal-liġi tal-Kongo u dik internazzjonali;

4.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-MONUSCO ma setgħetx tuża l-mandat u r-regoli tat-taqbid biex tipprovdi protezzjoni kontra dawn l-istupri bil-massa u abbużi oħra kontra d-drittijiet tal-bniedem minn movimenti armati qrib il-bażi tagħha taż-żamma tal-paċi; jirrikonoxxi, b'danakollu, li l-preżenza tal-MONUSCO għadha neċessarja u jitlob li jsir dak kollu possibbli ħalli tiżvolġi bis-sħiħ il-mandat tagħha għall-protezzjoni tal-persuni mhedda;

5.

Jistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sabiex, b'urġenza, jieħu l-miżuri kollha possibbli bil-għan li realment iwaqqaf l-attakki ulterjuri kontra l-popolazzjoni ċivili tal-provinċji tal-Lvant tar-RDK u jipprovdi lill-vittmi b'għajnuna medika, legali, soċjali, umanitarja u b'kull għajnuna oħra; jitlob l-implimentazzjoni effikaċi ta’ 'kodiċi ta’ kondotta' ġdid għall-MONUSCO u l-ħolqien ta’ grupp ta’ segwitu ffukat fuq il-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem;

6.

Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ soluzzjoni politika għall-kunflitt armat; jitlob lill-Gvern tar-RDK, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-komunità internazzjonali u l-Unjoni Afrikana, biex iġibu sigurtà u stabbiltà lill-poplu tal-Lvant tal-Kongou għall-gruppi armati fir-RDK biex jieqfu l-attakki kollha, biex jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u biex jirritorna immedjatament lejn id-djalogu għall-proċess tal-paċi;

7.

Jitlob għal żieda immedjata fil-parteċipazzjoni tan-nisa fl-inizjattivi kollha mmirati biex jinstabu soluzzjonijiet għall-kunflitt fir-RDK, inkluż bħala medjaturi, negozjaturi u fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ soluzzjoni għall-kunflitti;

8.

Jenfasizza li r-riabilitazzjoni u r-riforma tas-sistema ġudizzjarja (li tinkorpora dimensjoni ta’ prevenzjoni u protezzjoni u tiġġieled l-impunità fir-rigward tal-vjolenza sesswali) u l-għajnuna għall-vittmi u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom, għandhom ikunu elementi ewlenin tal-programmi ta’ għajnuna li se jiġu ffinanzjati; f'dan il-kuntest jitlob li l-każijiet ta’ stupru tal-massa fil-lvant tar-RDK jiġu referuti lill-Qorti Kriminali Internazzjonali;

9.

Jenfasizza li l-ħolqien ta’ armata tassew nazzjonali hi prijorità umanitarja ewlenija fir-RDK; itenni li biex isseħħ ir-riforma tal-armata Kongoliża u titjieb id-dixxiplina jenħtieġu taħriġ u salarji deċenti;

10.

Jistieden lill-Parlament tar-RDK biex joħloq Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem kif deskritta fil-kostituzzjoni, bħala l-ewwel pass qabel tingħadda liġi dwar il-protezzjoni tal-vittmi u tax-xhieda ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ħaddiema tal-assistenza u tal-ġurnalisti;

11.

Jistieden lill-pajjiżi tal-Lagi l-Kbar biex iżommu livell għoli ta’ impenn ħalli flimkien jippromwovu l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun permezz ta’ mekkaniżmi reġjonali eżistenti u biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom rigward l-iżvilupp ekonomiku reġjonali, b'attenzjoni speċjali għar-rikonċiljazzjoni, is-sigurtà tal-bniedem, responsabbiltà ġudizzjarja mtejba, u r-ritorn u l-integrazzjoni tar-rifuġjati u tal-persuni spostati internament;

12.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jappoġġaw l-attivitajiet tal-missjonijiet EUSEC RD u EUPOL RD; jitlob li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi implimentata bis-sħiħ fl-operazzjonijiet tas-Sigurtà u d-Difiża Komuni; f'dan ir-rigward, jitlob perspettiva tal-ġeneru qawwija fil-missjonijiet ċivili u militari sabiex tkabbar l-effikaċja operattiva tagħha, peress li l-UE tista' twassal għal “valur miżjud” konsiderevoli bħala attur prinċipali fl-għajnuna għan-nisa f'kunflitti armati kif ukoll fil-prevenzjoni tal-kunflitti;

13.

Jiddeplora l-atti ta’ vjolenza li kulma jmorru qegħdin jikbru kontra ħaddiema umanitarji u jagħti ġieħ lill-organizzazzjonijiet umanitarji li jwettqu xogħol estremament diffiċli fuq il-post f'kundizzjonijiet ferm insikuri;

14.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-“Minerali ta’ Kunflitt” u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jeżaminaw jekk għandux ikun hemm inizjattiva leġiżlattiva f'dan is-sens; iħeġġeġ lill-gvern tar-RDK biex jimplimenta u jikkonforma bis-sħiħ mal-Inizjattiva ta’ Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) għall-infurzar mill-ġdid tat-trasparenza u l-governanza tajba fis-settur tal-industriji estrattivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isaħħu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-RDK, li qiegħda tkompli tgħarraq il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem u tikkontribwixxi għall-abbuż tagħhom;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lir-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar il-vjolenza sesswali f'kunflitti bl-armi, lis-Sottosegretarju Ġenerali għall-Affarijiet Umanitarji u l-Koordinatur tal-Għajnuna ta’ Emerġenza, u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 83.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2009)0118.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2009)0372.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/5


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Jum dinji kontra l-Piena tal-Mewt

P7_TA(2010)0351

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt

2011/C 371 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 6 tal-Konvenzjoni għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali dwar l-abolizzjoni tal-piena kapitali tat-28 ta’ April 1983,

wara li kkunsidra t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jimmira lejn l-abolizzjoni tal-piena kapitali tal-15 ta’ Diċembru 1989,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, b'mod partikolari dik tas-26 ta’ April 2007 dwar l-inizjattiva favur moratorju universali għall-piena tal-mewt (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar iċ-Ċina: drittijiet tal-minoranzi u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt (2), tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-piena tal-mewt fin-Niġerja (3), tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja (4), tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-Korea ta’ Fuq (5), tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar l-Iran (6), tal-10 ta’ Frar 2010 dwar l-Iran (7), u tat-8 ta’ Settembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari l-każijiet ta’ Mohammadi Ashtiani u ta’ Zahra Bahrami (8),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Diċembru 2007 fejn intalab moratorju dwar l-użu tal-piena kapitali, u r-Riżoluzzjoni 63/168 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fejn intalbet l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali 2007, adottata mill-Assemblea fit-18 ta’ Diċembru 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU lill-Assemblea Ġenerali dwar moratorji dwar l-użu tal-piena tal-mewt, tal-11 ta’ Awwissu 2010 (A/65/280),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU lill-ħmistax-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kwistjoni tal-piena tal-mewt, tas-16 ta’ Lulju 2010 (A/HRC/15/19),

wara li kkunsidra d-diskors tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni mogħtija fil-plenarja tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-politika tad-drittijiet tal-bniedem, li fakkar li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt mad-dinja kollha kienet prijorità għall-UE u prijorità personali tiegħu,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-PE Jerzy Buzek tad-19 ta’ Ottubru 2009 li għamlet appell qawwi għall-abolizzjoni tal-piena kapitali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata mir-4 Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt, li sar f'Ġinevra bejn l-24 u s-26 ta’ Frar 2010, li sejjaħ għall-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-2008 tal-Kummissjoni Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE dwar moratorju dwar il-piena tal-mewt, u inizjattivi reġjonali oħra bħal dawk li ttieħdu mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-verżjoni aġġornata u rieżaminata tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, adottata mill-Kunsill fis-16 ta’ Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt u t-twaqqif tal-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta’ Ottubru ta’ kull sena,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija impenjata li taħdem għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt kullimkien u qed taħdem biex dan il-prinċipju jiġi aċċettat universalment,

B.

billi l-UE hija attur istituzzjonali ewlieni fit-taqbida kontra l-piena kapitali mad-dinja kollha u l-azzjoni tagħha f'dan il-qasam tirrappreżenta prijorità fundamentali fil-politika esterna tagħha tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-UE hija wkoll donatur ewlieni b'appoġġ għall-isforzi minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja biex iwasslu għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt,

C.

billi l-piena kapitali tikkostitwixxi l-iktar kastig krudili, inuman u degradanti, li jikser id-dritt għall-ħajja kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u billi il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni li jinħolqu mid-deċiżjoni tal-piena tal-mewt jammontaw għal tortura li hija inaċċettabbli għall-istati li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem,

D.

billi bosta studji wrew li l-piena kapitali m'għandhiex effett fuq it-tendenzi fil-kriminalità vjolenti,

E.

billi l-evidenza turi li l-piena kapitali l-ewwel u qabel kollox taffettwa persuni żvantaġġjati,

F.

billi d-dispożizzjonijiet tal-Protokolli 6 u 13 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jipprojbixxu lill-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropea milli japplikaw il-piena tal-mewt,

G.

billi l-UE qed taħdem favur moratorju dwar l-applikazzjoni tal-piena kapitali minn pajjiżi terzi u, f'waqtu, għall-abolizzjoni u r-ratifika tal-istrumenti internazzjonali rilevanti tan-NU u strumenti oħra u, b'mod partikolari, it-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jipprevedi l-abolizzjoni tal-piena kapitali,

H.

billi l-abolizzjoni tal-piena kapitali hija waħda mill-prijoritajiet tematiċi għal għajnuna skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), li mill-1994 iffinanzja 'l fuq minn 30 proġett madwar id-dinja, b'baġit ġenerali ta’ iktar minn EUR 15-il miljun,

I.

billi, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-kunsens tal-Parlament huwa meħtieġ għall-konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u, b'mod ġenerali, għal ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi,

J.

billi l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u dawk tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugożlavja, il-Qorti Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda, il-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone, il-Panels Speċjali għal Kriminalità Serja f'Dili, Timor-Leste, u l-Kmamar Straordinarji fil-Qrati tal-Kambodja jeskludu l-piena kapitali għad-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u l-ġenoċidji, l-iktar delitti gravi għall-komunità internazzjonali li għandhom ġurisdizzjoni fuqha,

K.

billi fl-2007 u fl-2008, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjonijiet Storiċi 62/149 u 63/168 li jitolbu moratorju dinji fuq l-eżekuzzjonijiet u l-abolizzjoni immedjata tal-pieni kapitali, u f'dan ir-rigward jenfasizza l-fatt li l-għadd tal-pajjiżi li jappoġġaw din ir-riżoluzzjoni żdied u li, bħala riżultat, ir-Riżoluzzjoni 63/168 ġiet adottata b'maġġoranza kbira ta’ 106 vot favur, 46 kontra u 34 astensjoni,

L.

billi r-Raba' Kungress Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt, li ltaqa' f'Ġinevra fi Frar 2010, talab lill-Istati li abolixxew il-piena kapitali de facto biex jabolixxu l-piena kapitali de jure, lill-pajjiżi abolizzjonisti biex jinkorporaw is-suġġett tal-abolizzjoni universali fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom, u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali biex jappoġġaw l-abolizzjoni universali permezz tal-adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet għal moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet,

M.

billi 154 stat madwar id-dinja abolixxew il-piena kapitali bil-liġi jew fil-prattika, u 96 minnhom abolixxewha għal kull reat, 8 żammewha biss għal reati eċċezzjonali bħalma huma dawk kommessi matul il-gwerra, 6 għandhom moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet u 44 huma abolizzjonisti fil-prattika (jiġifieri, pajjiżi li ilhom ma jeżegwixxu sentenza ta’ piena kapitali għal mill-anqas 10 snin jew pajjiżi li għandhom obbligi vinkolanti li ma jużaw il-piena kapitali),

N.

billi iktar minn 100 pajjiż li jżommu l-piena kapitali għal delitti għamlu l-eżekuzzjoni ta’ żagħżagħ kriminali illegali; jenfasizza, madankollu, li ammont żgħir ta’ pajjiżi qed ikomplu bl-eżekuzzjoni ta’ tfal kriminali bi ksur flagranti tal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari, l-Artikolu 6(5) tal-ICCPR; jenfasizza b'mod partikolari li l-Iran għandu l-ogħla rata ta’ eżekuzzjonijiet ta’ minorenni,

O.

billi hawn bħalissa fid-dinja tużżani ta’ nazzjonali Ewropej konfermati li qed jistennew il-piena kapitali jew se jingħataw il-piena kapitali, u billi jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa kruċjali li r-reazzjoni Ewropea għall-eżekuzzjoni potenzjali tan-nazzjonali Ewropej tkun ikkonsolidata u msaħħa,

P.

billi fit-23 ta’ Marzu 2010 l-President tad-Duma tal-Federazzjoni Russa, Boris Gryzlov, matul laqgħa f'Moska mal-membri tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, qal li r-Russja ma rratifikatx is-Sitt Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, rigward l-abolizzjoni tal-piena kapitali, billi tqiesu t-theddidiet terroristiċi fil-pajjiż,

Q.

jilqa' l-fatt li fil-11 ta’ Frar 2010 l-Parlament tal-Kirgiżistan adotta t-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jimmira lejn l-abolizzjoni tal-piena kapitali, u li fil-21 ta’ Mejju 2010, il-Gvern interim tal-Kirgiżistan għamel pubbliku l-abbozz finali tal-Kostituzzjoni, li jipprojbixxi, inter alia, il-piena kapitali u li issa ġie adottat,

R.

billi 43 pajjiż madwar id-dinja żammew il-piena kapitali u l-ikbar numru ta’ eżekuzzjonijiet sar fiċ-Ċina, fl-Iran u fl-Iraq; billi ċ-Ċina waħidha wettqet madwar 5 000 jew 88 % tat-total dinji ta’ eżekuzzjonijiet; l-Iran eżegwixxa l-piena tal-mewt fuq mill-anqas 402 persuni, l-Iraq mill-anqas 77 u l-Arabja Sawdija mill-inqas 69,

S.

billi l-Iran għadu japplika l-piena kapitali bit-tħaġġir u billi dan imur kontra t-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

T.

billi l-awtoritajiet tal-Korea ta’ Fuq sistematikament iwettqu assassinji mill-istat u s-sistema ġudizzjarja hija servili għall-istat, u billi l-piena tal-mewt hija applikata għal firxa wiesgħa ta’ delitti kontra l-istat u hija estiża perjodikament mill-Kodiċi Kriminali, filwaqt li ċ-ċittadini, inklużi t-tfal, huma mġiegħla jattendu għall-eżekuzzjonijiet pubbliċi,

U.

billi l-priġunijiet tal-Ġappun u l-qraba u l-avukati tagħhom ma jkunux infurmati dwar il-ġurnata fatidika tagħhom sakemm tasal,

V.

billi l-Kunsill Presidenzjali tal-Iraq reċentement irratifika s-sentenzi ta’ piena kapitali ta’ mill-inqas 900 ħabsi, inklużi nisa u tfal,

W.

billi jenfasizza li l-Belarus jibqa' l-uniku pajjiż Ewropew li għadu japplika l-piena kapitali fil-prattika; billi kemm l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll l-Unjoni Ewropea ripetutament ħeġġew lill-Belarus biex tabolixxi l-piena kapitali; billi d-dettalji dwar il-piena kapitali fil-Belarus jiżammu sigrieti, hemm tħassib serju dwar kemm il-proċessi huma ġusti u, skont il-Kodiċi Kriminali Eżekuttiv, il-piena kapitali tiġi applikata fil-privat billi l-ikkundannat jisparawlu, l-amministrazzjoni tal-faċilità ta’ detenzjoni tinforma lill-imħallef dwar l-eżekuzzjonijiet u l-imħallef jinforma lill-qraba; billi l-kadavru tal-pesuna maqtula permezz ta’ eżekuzzjoni ma jingħatax għad-difna lil qrabatu u l-lok tad-dfin jibqa' qatt ma jiġi kkomunikat,

X.

billi 35 stat minn 50 li jifformaw parti mill-Istati Uniti tal-Amerika għandhom il-piena kapitali, għad illi 4 minnhom ilhom ma jwettqu eżekuzzjoni mill-1976; billi fl-2009, l-eżekuzzjonijiet żdiedu għal 52 wara t-tmiem ta’ moratorju de facto li kien fis-seħħ bejn Settembru 2007 u Mejju 2007, għad illi għas-seba' sena konsekuttiva l-għadd ta’ kundanni għall-mewt fl-Istati Uniti tal-Amerika naqas għal 106,

Y.

billi jilqa' l-fatt li xi stati, fosthom Montana, New Mexico, New Jersey, New York, North Carolina u Kentucky, ħadu azzjoni kontra l-piena kapitali permezz ta’ miżuri li kienu jinkludu moratorju dwar l-eżekuzzjonijiet jew l-abolizzjoni tiegħu, filwaqt li kkundannaw l-eżekuzzjonijiet ta’ Teresa Lewis fl-Istat ta’ Virginia u ta’ Holly Wood f'Alabama, minkejja l-provi li dawn iż-żewġ persuni kienu mentalment diżabbli, u billi jenfasizza l-każijiet tas-sentenzi ta’ piena kapitali għal Mumia Abu-Jamal f'Pennsylvania u ta’ Troy Davis f'Georgia,

1.

Jisħaq fuq l-oppożizzjoni tiegħu, li ilha ż-żmien, għall-piena kapitali fil-każijiet u fiċ-ċirkostanzi kollha, u jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-titjib tad-dinjità tal-bniedem u l-iżvilupp progressiv tad-drittijiet tal-bniedem;

2.

Jikkundanna l-eżekuzzjonijiet kollha, iseħħu fejn iseħħu; jappella bil-qawwa lill-UE u lill-Istati Membri biex jinfurzaw l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-UE dwar moratorju universali fuq l-eżekuzzjonijiet bl-għan tal-abolizzjoni totali fl-istati kollha li għadhom jipprattikaw il-piena kapitali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu azzjoni sabiex jirrestrinġu b'mod gradwali l-użu tagħha filwaqt li jinsisti li din isseħħ skont l-istandards minimi internazzjonali; jesprimi t-tħassib serju tiegħu rigward l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt fuq minuri u fuq persuni b'diżabbiltajiet mentali jew intellettwali u jitlob għall-waqfien immedjat u definittiv tagħhom;

3.

Iħeġġeġ lill-UE biex tagħmel użu mill-għodda kollha disponibbli ta’ diplomazija u ta’ għajnuna għall-kooperazzjoni biex taħdem favur l-abolizzjoni tal-piena kapitali;

4.

Jistieden lill-istati li japplikaw il-piena kapitali biex jiddikjaraw moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet; iħeġġeġ ulterjorment lil pajjiżi bħaċ-Ċina, l-Eġittu, l-Iran, il-Malażja, is-Sudan, it-Tajlandja u l-Vjetnam biex joħorġu statistiċi uffiċjali rigward l-użu tal-piena kapitali f'dawn il-pajjiżi; iħeġġeġ ukoll lill-Korea ta’ Fuq biex twaqqaf l-eżekuzzjonijit pubbliċi minnufih u b'mod permanenti;

5.

Jitlob lill-Ġappun biex jispjega b'mod ċar is-sistema tal-piena kapitali tiegħu;

6.

Iħeġġeġ lill-istati li ma abolixxewx il-piena kapitali biex jirrispettaw is-salvagwardji li jipproteġu d-drittijiet ta’ dawk li jiffaċċjaw il-piena kapitali, kif stabbiliti fis-Salvagwardi tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti; Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma ffirmawx u ma rratifikawx it-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi biex jagħmlu dan, u lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-piena kapitali biex jagħmlu dan;

7.

Jistieden lill-istati membri tal-OSKE, partikolarment lill-Istati Uniti u lill-Belarus, biex jadottaw moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet;

8.

Jistieden lill-Kazakistan u lil-Latvja biex jemendaw id-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom li għadhom jippermettu l-impożizzjoni tal-piena kapitali għal ċerti delitti f'ċirkustanzi eċċezzjonali;

9.

Jinkuraġġixxi bil-qawwa lill-Istati Membri tal-UE u lill-ko-sponsors tar-riżoluzzjonijiet AĠNU 2007 u 2008 biex jintroduċu, fil-qafas ta’ alleanza transreġjonali msaħħa, it-tielet riżoluzzjoni dwar il-piena kapitali fl-AĠNU65 li għandha tindirizza bi prijorità:

l-abolizzjoni ta’ “Sigrieti tal-Istat” rigward il-piena kapitali;

il-pożizzjoni ta’ “Mibgħut Speċjali” li mhux biss jimmonitorja s-sitwazzjoni u japplika pressjoni bil-ħsieb ta’ trasparenza akbar fis-sistemi tal-piena kapitali, iżda wkoll biex ikompli jipperswadi lil dawk li għad għandhom il-piena tal-mewt biex jadottaw il-linja tan-NU għal moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bil-ħsieb li tiġi abolita l-piena tal-mewt;

il-limitu tad-“delitti l-aktar serji” għall-applikazzjoni legali tal-piena kapitali;

10.

Jistieden lill-istati parteċipanti fl-OSKE biex iħeġġu lill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Missjonijiet tal-OSKE biex, f'kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, jorganizzaw attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni kontra l-użu tal-piena kapitali, b'mod partikolari mal-midja, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, min ifassal il-politiki u l-pubbliku ġenerali;

11.

Jistieden lill-istati OSKE li għadhom iżommu l-piena kapitali biex jittrattaw informazzjoni dwar il-piena tal-mewt b'mod trasparenti, filwaqt li jipprovdu informazzjoni pubblika dwar l-identità tal-individwi kkundannati għall-mewt jew li ngħataw il-mewt, u l-istatistika dwar l-użu tal-piena tal-mewt, skont l-impenji tal-OSKE;

12.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, partikolarment bl-għan tat-twaqqif tal-EEAS, jipprovdu gwida għal politika Ewropea komprensiva u effettiva kontra l-piena kapitali fir-rigward ta’ għexieren ta’ ċittadini Ewropej ikkonfermati li qed jiffaċċjaw l-eżekuzzjoni f'pajjiżi terzi, li għandha tinkludi mekkaniżmi b'saħħithom u mtejba f'termini tas-sistema ta’ identifikazzjoni, l-għoti ta’ għajnuna legali, l-interventi legali tal-UE u r-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi;

13.

Iħeġġeġ ulterjorment attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu favur l-abolizzjoni tal-piena kapitali, inklużi Hands Off Cain, Amnesty International, Penal Reform International, il-World Coalition Against the Death Penalty u l-International Helsinki Federation for Human Rights, Sant'Egidio u Reprieve; jilqa' u jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet dwar l-istrumenti tal-UE fil-ġlieda kontra l-piena tal-mewt magħmula waqt it-12-il Forum tal-UE-NGO dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

14.

Jieħu l-impenn li jissorvelja l-kwistjoni tal-piena kapitali, li jiddiskuti każijiet speċifiċi mal-awtortajiet nazzjonali relevanti u li jqis inizjattivi possibbli u missjonijiet ad hoc f'pajjiżi li żammew il-piena kapitali, sabiex iħeġġeġ lill-awtortajiet governattivi biex jadottaw moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bil-għan li jabolixxuhom kompletament;

15.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, meta jkunu qed jiġu konklużi ftehimiet ma’ pajjiżi li għadhom japplikaw il-piena kapitali jew ma’ pajjiżi li għadhom ma ffirmawx il-moratorju għall-abolizzjoni tal-piena kapitali, jinkoraġixxu bil-qawwa lil dawn il-pajjiżi jagħmlu dan;

16.

Jitlob lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibqgħu jsemmgħu leħen wieħed u biex iqisu li l-kontenut politiku prinċipali tar-riżoluzzjoni għandu jkun l-adozzjoni ta’ moratorju madwar id-dinja bħala pass kruċjali lejn l-abolizzjoni tal-piena kapitali;

17.

Jistieden b'mod partikulari lill-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u Politika tas-Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni biex turi l-prijorità politika li tattribwixxi lill-abolizzjoni tal-piena tal-mewt billi sistematikament tqajjem il-kwistjoni fil-kuntatti politiċi ma’ pajjiżi li żammew il-piena tal-mewt u permezz ta’ interventi personali regolari f'isem dawk fir-riskju ta’ eżekuzzjoni imminenti;

18.

Ifakkar li l-abolizzjoni sħiħa tal-piena tal-mewt għadha waħda mill-għanijiet ewlenin tal-politika tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; iqis li dan l-objettiv jintlaħaq biss permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istati, l-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, l-effiċjenza u effikaċja;

19.

Jinkuraġġixxi l-kooperazzjoni reġjonali f'dan ir-rigward; jinnota, pereżempju, li l-Mongolja formalment stabbiliet moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet f'Jannar 2010 u, bħala konsegwenza pożittiva, bosta pajjiżi li jżommu l-piena kapitali qed iqisu l-kostituzzjonalità ta’ din il-forma ta’ kastig;

20.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jidentifikaw modi biex itejbu l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt matul l-eżami attwali tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fid-dawl tar-reviżjoni ppjanata tal-Linji Gwida fl-2011;

21.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu użu mill-Jum Dinji u mill-Jum Ewropew kontra l-Piena Kapitali biex jenfasizzaw fost l-oħrajn il-każijiet ta’ Sakineh Mohamadi Ashtiani, Zahara Bahrami, Mumia Abu-Jamal, Troy Davis, Oleg Grishkovstov, Andrei Burdyko u Ebrahim Hamidi, Suliamon Olyfemi u Siti Zainab Binti Duhri Rupa;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-gvernijiet tal-istati membri tan-NU.


(1)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 775.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2009)0105.

(3)  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 71.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0246.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0290.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2009)0060.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0016.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2010)0310.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/10


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Azzjoni tal-UE rigward it-tiftix għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt fl-Ewropa

P7_TA(2010)0352

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar azzjoni tal-UE fil-qasam tat-tfittxija għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt fl-Ewropa

2011/C 371 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 u l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU,

wara li kkunsidra in-netwerk ta’ Natura 2000 stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar l-Habitats) (1) u d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina) (2) bħala l-mezzi prinċipali ta’ protezzjoni tal-bijodiversità tal-baħar fl-Ewropa,

wara li kkunsidra l-objettivi u r-rekwiżiti biex ikun hemm status ambjentali favorevoli u tajjeb fl-ilmijiet tal-kosta u tal-baħar Ewropej, kif stipulati fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) (3) u fid-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Bijodiversità (4),

wara li kkunsidra t-tixrid taż-żejt ta’ Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku,

wara li kkunsidra l-pjattaformi għat-tħaffir għaż-żejt fl-ibħra tal-UE,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tas-7 ta’ Settembru 2010 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implikazzjonijiet għall-UE tat-tixrid taż-żejt fil-każ Deepwater Horizon u dwar azzjoni tal-UE dwar l-estrazzjoni taż-żejt u l-esplorazzjoni għaż-żejt fl-Ewropa (O-0122/2010 – B7-0470/2010, O-0123/2010 – B7-0551/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, minħabba t-tixrid taż-żejt minn Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku, huwa imperattiv għall-UE u l-Istati Membri tagħha li jeżaminaw b'mod urġenti l-aspetti kollha tal-estrazzjoni taż-żejt u tat-tfittxija għaż-żejt fl-Unjoni Ewropea u li wara dan jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li katastrofi ambjentali ta’ dan it-tip ma sseħħx fl-ibħra tal-UE,

B.

billi l-ogħla livelli ta’ prekawzjoni, ta’ protezzjoni ambjentali u ta’ sigurtà u sikurezza tal-operazzjonijiet fl-Ewropa fil-qasam taż-żejt huma l-prinċipji tal-akbar importanza li għandhom isejsu l-azzjoni kollha tal-UE f'dan il-qasam,

C.

billi l-biċċa l-kbira tat-tħaffir u t-tfittxija għaż-żejt issir fl-ibħra tal-Baħar tat-Tramuntana,

D.

billi l-ilmijiet tal-UE jikkonfinaw ukoll ma’ pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-Unjoni Ewropea, li minnhom id-Dritt tal-UE ma jitlob l-ebda konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti li jirregolaw ir-responsabilità u r-rimedji għall-ħsara,

E.

billi bħalissa għaddejjin sforzi biex it-tħaffir u t-tfittxija għaż-żejt jinfirxu f'partijiet aktar fondi u aktar remoti tal-baħar, li jġibu magħhom riskji akbar f’termini ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ,

1.

Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi tad-diżastru tat-tixrid taż-żejt minn Deepwater Horizon u jistieden lill-UE tipprovdi konsulenza u appoġġ tekniċi bħala reazzjoni għal dan id-diżastru;

2.

Jirrikonoxxi l-kontribut siewi li l-produzzjoni offshore taż-żejt u l-gass fl-Ewropa tista’ tibqa’ tagħti biex tinkiseb is-sikurezza tal-provvista fl-UE u li s’issa l-industrija fl-Ewropa għandha passat tajjeb f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza;

3.

Jagħraf il-ħtieġa urġenti li tiġi adottata sistema komuni Ewropea ta’ prevenzjoni u reazzjoni u għat-tixrid taż-żejt transkonfinali;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta rapport fl-aħħar tas-sena li jivvaluta l-livell ta’ tniġġis ambjentali u l-istat bioloġiku tal-Golf tal-Messiku;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi b'attenzjoni r-riżultati tal-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar il-fatturi umani, naturali u teknoloġiċi li wasslu għad-diżastru fil-Golf tal-Messiku, sabiex tasal għall-konklużjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ każijiet ta’ dan it-tip fuq pjattaformi taż-żejt offshore fl-ibħra kostali u marittimi tal-UE;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki rigorużi fl-UE kollha għall-prevenzjoni tal-inċidenti fil-pjattaformi petroliferi, u testendi l-ambitu tad-Direttiva SEVESO II (5) għar-riggijiet taż-żejt;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi b'mod partikolari l-kapaċità tal-UE għal reazzjoni immedjata għal inċidenti li jkunu jinvolvu stallazzjonijiet taż-żejt offshore u tiżviluppa pjan ta’ azzjoni Ewropew b'koperazzjoni mal-Istati Membri; jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żona Arktika, minħabba l-fraġilità tagħha u l-importanza li għandha fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; barra minn hekk jinnota li għandha titqies iz-zona tal-Baħar Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar tat-Tramuntana;

8.

Jilqa' l-“istress test” tal-Kummissjoni dwar it-tħaffir għaż-żejt fl-ibħra tal-UE; jistedinha tidentifika kull nuqqas u dgħufija fil-qafas regolatorju fil-livell tal-UE u tagħmel din l-analiżi disponibbli lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni,b'mod partikolari, terġa teżamina l-leġiżlazzjoni attwali skont liema d-detenturi ta’ liċenzji għall-esplojtazzjoni taż-żejt offshore jistgħu jikru installazzjonijiet lil partijiet terzi, biex jiġi żgurat li r-responsabbiltà għall-ħsara għall-ħajja tal-bnedmin u l-ambjent minħabba inċidenti u diżastri fuq pjattaformi taż-żejt offshore tkun tista' tiġi stabbilita aktar faċilment f'każijiet sussegwenti ta’ litigazzjoni ċivili;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, wara r-rieżami tagħha tal-qafas regolatorju, tippreżenta lill-Parlament mill-aktar fis possibbli kull proposta leġiżlattiva li tqis li hi meħtieġa biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati – pereżempju fid-Direttiva dwar ir-Responsabilità Ambjentali (6), id-Direttiva SEVESO II u leġiżlazzjoni Ewropea oħra – fis-sistema regolatorja applikabbli għat-tfittxija għaż-żejt u għall-estrazzjoni taż-żejt u forom oħra ta’ esplojtazzjoni ta’ qiegħ il-baħar fl-UE;

11.

Jikkunsidra li l-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-responsabbiltà ambjentali fiha diversi nuqqasijiet importanti f'dan ir-rigward u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi l-kontenut u testendi l-ambitu tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE (inklużi d-Direttiva dwar ir-Responsabilità Ambjentali u d-Direttiva SEVESO II, u l-miżuri li jinkludu l-Pakkett Erika u t-Tielet Pakkett ta’ Sikurezza Marittima) u/jew tintroduċi kull leġiżlazzjoni ġdida meħtieġa biex jitqiesu r-riskji tal-esplojtazzjoni offshore u jissaħħu r-regoli dwar ir-responsabilità fil-każ ta’ inċidenti taż-żejt;

12.

Jinnota l-assenza ta’ fond ta’ kumpens fil-każ ta’ diżastri taż-żejt u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet ta’ sigurtà finanzjarja obbligatorji skont it-termini tad-Direttiva dwar ir-Responsabilità Ambjentali;

13.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tbaxxi l-limitu minimu għall-ħsara taħt id-Direttiva dwar ir-Responsabilità Ambjentali u tinkludi l-ħsara kkawżati lill-ilmijiet tal-baħa fl-ambitu tagħha;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rieżami attwali tagħha tad-Direttiva dwar l-Istimi tal-Impatt Ambjentali (7), tiżgura li l-attivitajiet kollha f'qiegħ il-baħar ikunu soġġetti għal valutazzjoni mandatorja, li l-kwalità tal-Istimi tal-Impatt Ambjentali tkun iggarantita u li l-attivitajiet ta’ periklu enormi bħalma huwa t-tħaffir f'qiegħ il-baħar ma jitħallewx jipproċedu fejn ikun hemm indikazzjoni fi Stima tal-Impatt Ambjentali li r-riskji ma jistgħux jiġi mitigati b'mod sodisfaċenti;

15.

Jikkunsidra, barra minn hekk, li kull proposta leġiżlattiva trid tiżgura qafas legali komprensiv li:

jipprevjeni kemm jista' jkun li attivitajiet f'qiegħ il-baħar li jkunu potenzjalment perikolużi ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent tal-baħar u tal-kosta;

jiggarantixxi li r-responsabbiltà sħiħa tkun ta’ min iniġġes f'każ ta’ kwalunkwe ħsara kkawżata minn attivitajiet ta’ dan it-tip, inklużi l-ħsara lill-ambjent terrestri u tal-baħar u lill-klima globali;

jiżgura l-protezzjoni tal-bijodiversità tal-Ewropa fl-ambjenti tal-baħar u tal-kosta;

jiżgura li, qabel ma tkun ippjanata kwalunkwe attività ekonomika, esperti indipendenti jwettqu stima tal-impatt ambjentali;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi leġiżlazzjoni li tiżgura l-applikazzjoni ta’ standards uniformi ta’ sikurezza għoljin għall-pjattaformi taż-żejt kollha u għall-operazzjonijiet ta’ tħaffir mill-UE u minn pajjizi terzi, mill-Marġini Atlantiku sal-Baħar l-Iswed; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), ħalli jsaħħu r-regoli u l-istandards internazzjonali ta’ sikurezza u kontroll;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga l-istabbiliment ta’ sistema effikaċi ta’ sorveljanza biex “tikkontrolla lill-kontrolluri”, u jitlob li jissaħħu mill-aktar fis il-metodi ta’ spezzjoni u r-regoli ta’ sikurezza minimi u obbligatorji tal-UE;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva dwar l-Istimi tal-Impatt Ambjentali, l-Istimi Ambjentali Strateġiċi (8) u l-Habitats relatati mal-istimi tal-impatt ambjentali tal-pjattaformi taż-żejt jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha;

19.

Jikkunsidra li l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għandu jiġi estiż mill-bastimenti għall-istallazzjonijiet offshore; jitlob li l-għoti ta’ kompiti ġodda ta’ dan it-tip jiġi rifless fil-baġit u fl-għadd ta’ persunal tal-EMSA;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport annwali mħejji b'koperazzjoni mal-awtoritajiet u l-esperti indipendenti tal-Istati Membri, li għandu jivvaluta s-sigurtà u s-sikurezza tekniċi tal-istallazzjonijiet u l-pjattaformi taż-żejt offshore li joperaw fl-ibħra marittimi u kostali tal-UE;

21.

Jememn li hu tal-akbar importanza li l-Kummissjoni teżamina l-kwistjonijiet finanzjarji u relatati mar-responsabbiltà kollha assoċjati mat-tfittxija għaż-żejt offshore fl-UE bil-għan li, jekk ikun meħtieġ, tiddaħħal assigurazzjoni obbligatorja għall-UE kollha jew jiddaħħlu strumenti xierqa oħra, pereżempju l-istabbiliment ta’ Fond Ewropew speċjali li għandu jinżamm minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-operaturi ta’ istallazzjonijiet offshore; jikkunsidra li kull strument ta’ dan it-tip għandu jqis għalkollox ir-responsabilità ta’ tali operaturi, jiżgura li l-operaturi jkollhom biżżejjed assigurazzjoni jew garanziji finanzjarji oħra biex ikunu żgurati r-riabilitazzjoni u l-kumpens fir-rigward ta’ ħsara ambjentali li tiġi kkawżata, u jipprevedi garanziji finanzjarji addizzjonali, pereżempju fil-forma ta’ fondi, għar-riabilitazzjoni u l-kumpens meta l-garanziji finanzjarji tal-operaturi ma jkunux biżżejjed;

22.

Iħeġġeġ lill-Kummissjonitikkunsidra, b'mod partikolari, skemi ta’ assigurazzjoni fl-UE kollha mfassla biex jikkumpensaw lin-negozji milquta f'każ ta’ tixrid ta’ żejt;

23.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina ż-żarmar ta’ infrastruttura eżistenti tat-tħaffir, waqt li tqis kif dovut ir-regolamenti internazzjonali u nazzjonali eżistenti f'dan il-qasam, u tikkjarifika, jekk ikun meħtieġ permezz ta’ leġiżlazzjoni, ir-responsabbiltà tal-operaturi li jiżguraw tneħħija sikura u responsabbiltà għal kull ħsara ambjentali kkawżata miż-żarmar tal-infrastruttura offshore u kull dannu ambjentali li jirriżulta minn istallazzjoni offshore jew minn sit ta’ tħaffir wara li jkunu ġew żarmati;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi qafas strett u obbligatorju rigward l-iżvelar mill-kumpaniji ta’ prattiki ambjentali, soċjali u ta’ governanza, u li tikkunsidra miżuri li jsaħħu l-involviment tal-investituri istituzzjonali mal-kumpaniji fir-rigward tar-riskji ta’ investiment ta’ prattiki ambjentali mhux tajbin;

25.

Jinnota r-rapport tal-Eżekuttiv għas-Saħħa u s-Sikurezza tar-Renju Unit dwar il-kondizzjonijiet ta’ xogħol fil-Baħar tat-Tramuntana, li juri li r-rati ta’ inċidenti fatali u maġġuri rduppjaw matul l-aħħar sena; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet u tieħu azzjoni ħalli tiżgura livelli għoljin ta’ saħħa u sikurezza għal dawk li jaħdmu fit-tħaffir offshore;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol attiv fl-iżgurar li l-attivitajiet imwettqin minn pajjiżi terzi u l-proġetti ta’ estrazzjoni taż-żejt jikkonformaw kemm jista’ jkun ma’ standards ambjentali stretti, u li tipprovedi għal mekkaniżmi speċifiċi li jikkumpensaw għal kull dannu kkawżat minn operazzjonijiet taż-żejt offshore ta’ pajjiżi terzi li jikkonfinaw mal-UE;

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(3)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(4)  SEC(2006)0607 u (2006)0621.

(5)  Id-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 97).

(6)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

(7)  Direttiva 85/337/KEE kif emendata.

(8)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/14


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Konferenza dwar id-Diversità Bijoloġika - Nagoya 2010

P7_TA(2010)0353

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għall-għaxar Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li se ssir f'Nagoya (il-Ġappun) mit-18 sad-29 ta’ Ottubru 2010

2011/C 371 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-għaxar Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 10) għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, li se ssir f'Nagoya (il-Ġappun) mit-18 sad-29 ta’ Ottubru 2010,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għall-għaxar Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li se ssir f'Nagoya (il-Ġappun) mit-18 sad-29 ta’ Ottubru 2010 (O-0111/2010 – B7-0467/2010, O-0112/2010 - B7-0468/2010),

wara li kkunsidra s-Summit Ewropew ta’ Gothenburg fl-2001, fejn kien miftiehem li, sal-2010, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità bħala parti minn Istrateġija tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta’ Marzu 2010, b'mod partikolari l-paragrafu 14,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc b'Kompożizzjoni Mhux Limitata dwar ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika dwar il-ħidma tat-tielet laqgħa tiegħu tal-24 sat-28 ta’ Mejju 2010 u l-abbozz tal-Pjan Strateġiku għal wara l-2010,

wara li kkunsidra r-Rapporti tad-Disa' laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc b'Kompożizzjoni Mhux Limitata dwar l-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji, li nżammet mit-22 sat-28 ta’ Marzu 2010, u l-abbozz ta’ Protokoll dwar l-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji (l-Annessi ta’ Cali u Montreal),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika hija l-akbar ftehim globali dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità; billi ġiet iffirmata minn 193 parti, fosthom is-27 Stat Membru tal-UE u l-Unjoni Ewropea,

B.

billi s-Sena tal-Bijodiversità tan-Nazzjonijiet Uniti għandha toffri l-momentum politiku biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tat-tliet objettivi tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika: il-konservazzjoni tal-bijodiversità, l-użu sostenibbli tal-bijodiversità u l-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji li joriġinaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi,

C.

billi l-estimi tal-Bank Dinji juru li 60 miljun persuna indiġena huma totalment dipendenti mill-foresti; billi d-deforestazzjoni tikkostitwixxi impediment kbir biex jintlaħqu l-MDGs, minħabba li din tinvolvi t-telfien tas-servizzi tal-ekosistemi (xita, prevenzjoni tat-tgħawwir tal-ħamrija, purifikazzjoni tal-ilma) ipprovduti mill-foresti,

D.

billi r-rapport Karbonju Blu (li ħareġ mill-FAO, UNEP, IUCN f'Ottubru 2009) juri biċ-ċar li d-deġenerazzjoni taż-żoni tal-kosta (minħabba sajd żejjed, il-qerda tal-mangrovja u l-ewtrofikazzjoni) u l-qerda ta’ ħabitats tikkostitwixxi theddida sostanzjali għall-kapaċità tal-oċeani biex jassorbu s-CO2, u għaldaqstant huma sors sinifikanti ta’ tħassib għall-politika tal-klima,

E.

billi jeħtieġ li jimtlew il-lakuni sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika,

F.

billi l-protezzjoni tal-bijodiversità hija komponent prinċipali għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju, u billi l-mira tal-bijodiversità għall-2010 kienet inkorporata bħala mira ġdida fl-2006 taħt l-Għan ta’ Żvilupp tal-Millenju 7 ('Tiġi żgurata s-sostenibilità ambjentali'),

G.

billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat is-sena 2010 bħala s-sena Internazzjonali tal-Bijodiversità; billi s-suġġett tal-Jum Internazzjonali għad-Diversità Bijoloġika fl-2010 hu “l-Bijodiversità għall-Iżvilupp u t-Taffija tal-Faqar”,

H.

billi 70 % tal-foqra tad-dinja jgħixu f'żoni rurali u jiddependu direttament fuq il-bijodiversità għall-għajxien u l-benesseri tagħhom, u billi l-foqra fil-bliet jiddependu wkoll fuq il-bijodiversità għas-servizzi tal-ekosistema bħaż-żamma tal-kwalità tal-arja u tal-ilma u t-tqassim tal-iskart,

Urġenza biex tittieħed azzjoni

1.

Jinsab imħasseb ħafna mill-fatt li la l-għan globali tal-2010 fir-rigward tal-bijodiversità, biex titnaqqas b'mod sinifikanti r-rata ta’ telf tal-bijodiversità u lanqas l-għan tal-UE biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità ma ntlaħqu;

2.

Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta’ sens ta’ urġenza fl-aġenda politika internazzjonali biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità;

3.

Jinsab allarmat dwar iż-żieda regolari fl-użu illegali tar-riżorsi ġenetiċi u l-bijopiraterija mifruxa li qed isseħħ fuq skala globali;

4.

Jenfasizza li bir-riżorsi xierqa u r-rieda politika, teżisti l-għodda biex it-telf tal-bijodiversità jitnaqqas fuq skali aktar estensivi; jinsab konvint li hemm ħafna sinerġiji fil-protezzjoni tal-klima, fl-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u t-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu rwol ta’ tmexxija fil-COP 10 sabiex jikkonvinċu lill-Partijiet kollha li issa huwa urġenti li tittieħed azzjoni; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu l-pożizzjonijiet tagħhom pubbliċi mill-aktar fis possibbli minn qabel il-COP 10;

6.

Sabiex ikun jista' jkollhom rwol ta’ tmexxija ta’ dan it-tip, iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jitkellmu b'leħen wieħed u jtejbu l-ħeffa u l-effiċjenza tal-proċedura interna tagħhom għat-teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiftiehmu malajr dwar pożizzjoni interna tal-UE għall-COP 10 u jiddedikaw aktar riżorsi u ħin għall-isforzi diplomatiċi tagħhom fir-rigward ta’ pajjiżi terzi;

7.

Isibha inkonsistenti u ta’ dispjaċir li l-Ġappun, il-pajjiż ospitanti, ipprevjena avvanzi importanti fil-protezzjoni ta’ speċijiet tal-baħar mhedda bħat-tonn (thunnus thynnus) u l-baleni fil-kuntest ta’ forums oħra, bħas-CITES u l-IWC;

Ekonomija

8.

Jenfasizza li l-istudji li qed isiru, bħall-istudju dwar l-ekonomija tal-ekosistemi u tal-bijodiversità (“The economics of ecosystems and biodiversity” – TEEB), jikkalkolaw li l-impatt tat-telf tal-bijodiversità fuq il-benessri attwalment hu ta’ madwar EUR 50 biljun fis-sena (ftit anqas minn 1 % tal-PDG), li fl-2050 jista' jiżdied għal EUR 14-il triljun jew 7 % tal-PDG stmat fis-sena; jenfasizza li, skont l-istudju TEEB, ir-renditu fuq l-investiment għall-konservazzjoni tal-bijodiversità hu madwar mitt darba aktar;

9.

Huwa tal-fehma li jeħtieġ li d-deċiżjonijiet li se jittieħdu fil-COP 10 jirriflettu, b'mod partikolari, ir-riżultati tal-istudju TEEB u jibnu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, i.e. li jeħtieġ li l-ispejjeż tat-telf tal-bijodiversità u l-valur tal-bijodiversità jiġu riflessi fil-kontijiet nazzjonali; jenfasizza li, jekk dan ma jsirx, ma jkunx possibbli li jiġu mmonitorjati l-konsegwenzi finanzjarji u ekonomiċi li l-kriżi attwali tal-bijodiversità se jkollha fuq l-ekonomija; jenfasizza li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-investigazzjoni u l-approvazzjoni tal-istrumenti tas-suq, bħal sistemi ta’ kumpens għal impatti ekoloġiċi (habitat banking) u l-ħlas għal servizzi ekosistemiċi, biex jiġu ggarantiti riżorsi finanzjarji xierqa għall-bijodiversità;

10.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati u rfinati metodi għall-valutazzjoni preċiża tal-valur finanzjarju tal-ekoservizzi u biex b'hekk jiġi identifikat il-prezz tat-telf tal-bijodiversità; jikkunsidra li dan jipprovdi data prezzjuża biex jiġu informati dawk li jfasslu l-politiki, biex jiġu żviluppati kampanji ta’ qawmien ta’ kuxjenza u biex tingħata kontribuzzjoni għad-dibattitu pubbliku aktar estensiv;

11.

Jenfasizza li l-bijodiversità u l-ekosistemi jagħtu benefiċċji kollettivi u għandhom jiġu kkunsidrati bħala ġid komuni; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-komunitajiet lokali ta’ spiss jirċievu ftit li xejn jew ebda ħlas għas-servizzi li jgħinu biex jiġġeneraw, minkejja li huma l-aktar milquta mit-telfien tal-bijodiversità u l-kollass tas-servizzi tal-ekosistema; iħeġġeġ għaldaqstant lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'Nagoya biex jiddefinixxu l-għodod tal-politika biex tiġi indirizzata din id-distribuzzjoni mhux ugwali tal-benefiċċji li ġejjin min-natura u biex jiġu żviluppati għażliet li jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku lill-komunitajiet u l-individwi li huma impenjati fil-ġestjoni tajba tar-riżorsi naturali;

Pjan Strateġiku għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Missjoni Ġenerali sal-2020 u Viżjoni għall-2050

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw Missjoni globali ambizzjuża għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika għall-2020: li t-telf tal-bijodiversità jitwaqqaf u li l-valuri u l-benefiċċji tal-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi jinqasmu b'mod ekwu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għal Viżjoni għall-2050 li tiżgura l-protezzjoni, il-valorizzazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi;

Għanijiet strateġiċi u l-Objettivi Ewlenin għall-2020

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw għanijiet sekondarji ambizzjużi, realistiċi, li jistgħu jitkejlu u marbutin biż-żmien, b'mod partikolari biex jiggarantixxu li sal-2020:

kulħadd ikun konxju mill-valur tal-bijodiversità u x'passi jistgħu jittieħdu biex jipproteġuha,

il-valuri tal-bijodiversità u l-opportunitajiet li jitnisslu mill-konservazzjoni u mill-użu sostenibbli tagħha jiġu integrati fil-kontijiet nazzjonali u fil-politiki u l-istrateġiji għall-żvilupp u t-tnaqqis tal-faqar,

is-sussidji li huma ta’ ħsara għall-bijodiversità jiġu eliminati,

il-partijiet ifasslu u jimplimentaw pjanijiet biex tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi, jitnaqqas l-iskart u l-użu tar-riżorsi jinżamm fil-limiti ekoloġiċi,

ma jkun hemm l-ebda deforestazzjoni netta u jitwaqqfu t-telf u d-degrad tal-ħabitats naturali, u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħataw appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti tagħhom,

il-pressjoni li qed issir fuq l-ekosistemi tal-baħar minħabba s-sajd żejjed titwaqqaf u il-prattiki distruttivi tas-sajd jiġu eliminati,

l-introduzzjoni u l-istabbiliment ta’ speċijiet invażivi jitwaqqfu,

tal-anqas 20 % taż-żoni tal-art, tal-ilma ħelu u tal-baħar jiġu protetti,

il-kontribut tal-bijodiversità u l-ekosistemi terrestri, tal-ilma ħelu u dawk kostali għas-sekwestru u ż-żamma tal-gassijiet bl-effett ta’ serra jissaħħaħ,

l-estinzjoni tal-ispeċijiet li hu magħruf li huma mhedda titwaqqaf,

15 % tal-ekosistemi degradat jerġgħu lura għall-istat oriġinali tagħhom,

il-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi jinqasmu u jkun operattiv fond għall-aċċess u għall-qsim tal-benefiċċji,

l-ippjanar parteċipatorju, il-ġestjoni tal-għarfien u l-bini tal-kapaċitajiet jiġu implimentati u jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-protezzjoni tal-għarfien tradizzjonali, il-prattiki tal-popli indiġeni u l-prattiki skont id-drawwar tal-użu sostenibbli tal-bijodiversità,

il-kapaċità (riżorsi umani u finanzjamenti) għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tiżdied,

it-telf tad-diversità ġenetika tal-pjanti kkultivati u tal-annimali domestiċi tal-farms fl-ekosistemi agrikoli u tal-ispeċijiet relatati salvaġġa jitwaqqaf,

Indikaturi

14.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adottati indikaturi konkreti msejsa fuq data xjentifika sabiex jitkejjel il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet u l-objettivi strateġiċi;

15.

Jilqa' l-implimentazzjoni, fi ħdan l-UE, ta’ għodda bħall-portal tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Bijodiversità għall-Ewropa jew il-Livell ta’ Referenza fil-qasam tal-Bijodiversità stabbiliti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent; hu tal-fehma li huma għodda kumparabbli li jistgħu jżidu l-effiċjenza tal-ftehimiet internazzjonali u tal-azzjonijiet li jittieħdu taħt il-Konvenzjoni;

Aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u qsim tal-benefiċċji

16.

Jinnota li, mingħajr konklużjoni b'suċċess tan-negozjati dwar is-sistema internazzjonali dwar l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-qsim tal-benefiċċji fil-COP 10 li twassal għal Protokoll għal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika b'dispożizzjonijiet legalment vinkolanti u mhux, ma jistax jinkiseb ftehim usa' dwar il-Pjan Strateġiku tal-Konvenzjoni għal wara l-2010;

17.

Jerġa' jikkonferma l-prinċipju li s-suriet ta’ ħajja u l-proċessi ħajjin m'għandhomx ikunu soġġetti għal privattivi; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li tinżamm “eżenzjoni għal min irabbi”, b'konformità mal-Konvenzjoni tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti Ġodda;

18.

Jenfasizza li l-Protokoll dwar l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-qsim tal-benefiċċji jrid ikun ibbażat fuq it-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà fir-rigward tal-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi, u l-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji li joriġinaw mill-utilizz tar-riżorsi ġenetiċi, id-derivati tagħhom u l-għarfien tradizzjonali marbutin mar-riżorsi ġenetiċi;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw l-inklużjoni fil-Protokoll tal-prinċipju ta’ kunsens ħieles, minn qabel u infurmat mill-komunitajiet lokali u indiġeni rigward l-aċċess għall-għarfien tradizzjonali marbut mar-riżorsi ġenetiċi;

20.

Jirrikonoxxi li l-għarfien tradizzjonali marbut mar-riżorsi ġenetiċi huwa rilevanti għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità, kif ukoll għall-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji li joriġinaw mill-utilizz tar-riżorsi ġenetiċi u għalhekk jeħtieġ li jiġi ttrattat b'mod adegwat fil-Protokoll dwar l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-qsim tal-benefiċċji, skont id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;

21.

Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaċċettaw l-abbozz tat-test ta’ Cali dwar il-qsim tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-għarfien tradizzjonali disponibbli pubblikament, dwar il-qsim tal-benefiċċji mill-użu ta’ derivattivi ta’ riżorsi ġenetiċi, dwar il-monitoraġġ, is-segwitu u r-rappurtaġġ tal-utilizz tar-riżorsi ġenetiċi, kif ukoll dwar id-dispożizzjonijiet dwar termini miftehma b'mod reċiproku bejn l-utenti u l-fornituri ta’ riżorsi ġenetiċi;

22.

Jirrikonoxxi l-interdependenza tal-pajjiżi fir-rigward tar-riżorsi ġenetiċi għall-ikel u l-agrikoltura u l-importanza tagħhom għas-sigurtà dinjija tal-ikel u, għaldaqstant, il-ħtieġa li dawn ir-riżorsi ġenetiċi jitqiesu fin-negozjati dwar is-sistema internazzjonali għall-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-qsim tal-benefiċċji;

23.

Jirrikonoxxi d-differenzi fil-fehmiet dwar l-applikazzjoni retroattiva tal-protokoll futur dwarl-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u l-qsim tal-benefiċċji u jħeġġeġ lill-Partijiet isibu soluzzjonijiet prattikabbli u ġusti biex jakkomodaw it-tħassib leġittimu;

Programm ta’ ħidma tematiku – bijodiversità kostali u tal-baħar

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jargumentaw bil-qawwa favur l-importanza li jsir aktar progress fl-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta’ żoni u speċijiet b'sinifikat ekoloġiku jew bijoloġiku f'żoni tal-baħar fil-ġurisdizzjoni nazzjonali jew lil hinn minnha;

Programm ta’ ħidma tematiku – żoni protetti

25.

Jirrikonoxxi l-fatt li sar progress sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma dwar iż-Żoni Protetti; madankollu, jenfasizza li għad fadal ħafna x'isir biex dan il-programm jiġi implimentat b'mod sħiħ;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li, fil-COP 10, tingħata prijorità lit-tisħiħ ta’ appoġġ u ġestjoni xierqa taż-żoni protetti, kif ukoll lill-fatt li jiġu kkomunikati l-benefiċċji taż-żoni protetti lil min jieħu d-deċiżjonijiet kruċjali u biex jitolbu, jekk ikun xieraq, żieda tal-fondi;

27.

Jenfasizza li, bħala prinċipju inkluż fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kummissjoni Ewropea, in-NU u l-istati involuti fil-protokolli legali għall-assenjazzjoni ta’ parks naturali u żoni protetti, għandhom jinkludu dispożizzjoni legali li tiggarantixxi protezzjoni ġuridika u legali għad-drittijiet ta’ proprjetà tal-art tal-popli indiġeni bħala s-sidien tradizzjonali tal-art, il-preżervazzjoni tal-attivitajiet soċjali tagħhom u l-użu tradizzjonali tal-art tagħhom u tagħti rikonoxximent formali tad-drittijiet tagħhom f'mudelli ġestjonali attwali;

28.

Jenfasizza li fid-dikjarazzjonijiet għal żoni protetti u fl-istrateġiji għall-konservazzjoni, hemm bżonn jinħoloq protokoll li jinkludi d-definizzjoni tas-sistemi tropiċi integrali, inkluż l-ilma;

Il-bijodiversità u l-bidla fil-klima

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li, fil-politiki dwar il-klima, jiddaħħlu salvagwardji għall-bijodiversità u li jiġu mmassimizzati l-kobenefiċċji bejn iż-żewġ objettivi; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, fil-prattika, għandhom effett pożittiv fuq l-istrateġiji ta’ adattament u ta’ mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima, speċjalment minħabba li l-biċċa l-kbira tal-pjanijiet ta’ adattament nazzjonali mressqa fil-kuntest tal-UNFCCC, u speċjalment dawk tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jagħmlu enfasi fuq il-kapaċità ta’ rkupru tal-ekosistemi; għalhekk, jitlob li jsiru aktar sforzi biex jissaħħu s-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-bijodiversità u l-politiki dwar il-klima, b'mod partikolari bejn il-UNFCCC u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika; f'dan il-kuntest, jitlob li s-segretarjat tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika jingħata mandat li jikkontribwixxi għax-xogħol taħt il-UNFCCC;

30.

Jikkonferma l-importanza vitali tal-bijodiversità u ta’ ekosisteni kapaċi li jirkupraw għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, minħabba l-fatt li l-ekosistemi tal-art u tal-baħar attwalment jassorbu madwar nofs l-emissjonijiet antropoġeniċi tas-CO2;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li titħares il-kapċità ta’ rkupru tal-ekosistemi billi jittieħdu miżuri biex jitwaqqaf ir-rilaxx mifrux ta’ organiżmi ġenetikament modifikati, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosikurezza;

L-integrazzjoni tal-bijodiversità fil-politika tal-iżvilupp

32.

Jilqa' l-ħolqien ta’ Pjattaforma Intergovernattiva għall-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistema (IPBES), li għandha ssegwi l-mudell stipulat mill-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC);

33.

Jenfasizza li l-programmi mmirati għall-protezzjoni tal-bijodiversità u t-tnaqqis tal-faqar għandhom jindirizzaw il-prijoritajiet tal-foqra u għandhom jagħtu attenzjoni akbar lill-ġestjoni ambjentali bbażata lokalment, aċċess garantit għar-riżorsi tal-bijodiversità, ir-riforma tal-art u r-rikonoxximent tal-użanzi tad-drittijiet tal-art;

34.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħtu spinta ġdida lill-Alleanza Każwali għall-Klima Globali u lill-Faċilità ta’ Appoġġ tagħha sabiex ikabbru l-bini ta’ kapaċità u l-bażi tal-għarfien tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw dwar l-impatti mistennija tat-telf tal-bijodiversità u għall-integrazzjoni effettiva tagħha fil-pjanijiet u l-baġits ta’ żvilupp; jistieden lill-UE tagħmel użu sħiħ tal-Valutazzjoni tal-Ekosistema għall-Millenju fl-iżvilupp tal-istrateġija ta’ kooperazzjoni tagħha;

35.

Ifakkar li 80 % tal-popolazzjoni dinjija tuża mediċina tradizzjonali bbażata fuq il-ħxejjex u li l-bijodiversità tista' tgħin ittaffi l-ispejjeż nazzjonali għall-forniment ta’ provvisti mediċi f'ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw peress li tipprovdi l-bażi neċessarja għall-mediċini tradizzjonali u għal ħafna drogi sintetiċi; iħeġġeġ, għalhekk, lill-COP-10 tieħu l-miżuri kontra l-bijopiraterija; jenfasizza li l-protezzjoni tal-bijodiversità għandha rabta diretta mal-kisba tal-Għan ta’ Żvilupp tal-Millenju (MDG) 6;

36.

Jitlob biex il-Karti ta’ Strateġija Nazzjonali u Reġjonali tal-Kummissjoni jinkludu miżuri speċifiċi mmirati għar-rikonoxximent formali tad-drittijiet tal-popli rurali u indiġeni għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali u biex jibbenefikaw minnhom;

37.

Hu konvint li r-riforma tas-sussidji (fis-setturi tal-agrikoltura, s-sajd u l-enerġija) fl-UE hi kruċjali għall-koerenza politika għall-iżvilupp biex tiġi evitata l-ħsara għall-bijodiversità u għas-servizzi tal-ekosistema; ifakkar, fl-istess ħin, li l-potenzjal għat-tneħħija tas-sussidji perversi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (speċjalment fis-setturi tal-fjuwil, l-ikel u l-ilma) għandu jiġi kkumplimentat permezz ta’ mekkaniżmi ta’ kumpens għall-foqra li jistgħu jiġu effetwati ħażin bit-tneħħija immedjata tagħhom;

38.

Jappoġġja l-użu ta’ Strateġiji u Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Bijodiversità (NBSAPs) għall-integrazzjoni tal-kontribut tal-bijodiversità għall-iżvilupp u t-taffija tal-faqar;

39.

Jenfasizza l-importanza tal-bijodiversità fil-mitigazzjoni tal-okkorrenza tal-mard, bħall-malarja, li ħareġ li hija anqas prevalenti f'żoni li għadhom imsaġġrin, fejn hemm varjetà akbar ta’ għasafar;

40.

Jenfasizza li l-produzzjoni organika tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità, filwaqt li tipprovdi d-diversità meħtieġa għal nutrizzjoni bnina; iħeġġeġ, għaldaqstant, għaż-żieda fl-investiment fl-agrikoltura sostenibbli bil-għan li bih tittejjeb is-sigurtà tal-ikel u jitnaqqas il-faqar;

Bijofjuwils

41.

Jenfasizza l-ħtieġa li fil-COP 10 tiġi adottata rakkomandazzjoni dwar il-bijofjuwils; ifakkar li huwa importanti ħafna li jiġu vvalutati l-impatti diretti u indiretti tal-bijofjuwils fuq il-bijodiversità; jenfasizza, barra minn hekk, il-bżonn li jiġu stabbiliti kriterji ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sostenibilità għall-bijofjuwils;

Speċi aljeni invażivi

42.

Jiġbed l-attenzjoni, f'dak li għandu x'jaqsam ma’ miżuri urġenti, għall-ħtieġa li tingħata prijorità għall-azzjoni kontra l-ispeċijiet invażivi, li diġà qed jikkawżaw żbilanċi serji fl-ekosistemi b'konsegwenzi estremament negattivi fuq il-bijodiversità kollha kemm hi;

Finanzjament

43.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied b'mod drastiku l-finanzjament dinji għall-bijodiversità, partikolarment permezz ta’ sorsi eżistenti ta’ finanzjament, kif ukoll permezz ta’ sorsi ġodda u innovattivi, inklużi strumenti ġodda u innovattivi bbażati fuq is-suq;

44.

Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħabbru pubblikament l-impenji finanzjarji tagħhom għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika minn ferm qabel il-COP 10;

45.

Jinsab konvint li n-nefqa pubblika waħedha mhux se tkun biżżejjed biex jintlaħaq l-għan għall-bijodiversità tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u jenfasizza l-importanza tar-responsabilità soċjali korporattiva biex tqis ukoll il-bijodiversità;

46.

Jitlob li, fil-kuntest tal-konklużjonijiet tal-istudju TEEB, il-COP 10 tintuża wkoll biex tagħti messaġġ lis-settur privat dwar il-benefiċċji ekonomiċi li jissieħbu fil-ġlieda għall-preżervazzjoni tal-bijodiversità,

47.

Jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li d-Deċiżjoni dwar l-Involviment tan-Negozji għandha tinkludi mhux biss impenji volontarji, iżda anke obbligi, speċjalment li jipprovdu u jagħtu aċċess għal informazzjoni u sabiex il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali jitqiesu meta jkun qed jiġi stabbilit djalogu kontinwu;

48.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw sistemi innovattivi għall-ħlas għal servizzi ekosistemiċi, u jimmobilizzaw il-finanzjament privat, u jimplimentaw dawn is-sistemi filwaqt li jiżguraw livell massimu ta’ protezzjoni għall-ekosistemi kkonċernati;

49.

Jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li sistemi ta’ dan it-tip għandhom ikunu infurmati mill-lezzjonijiet tal-kriżi finanzjarja ta’ dan l-aħħar, kif ukoll min-nuqqasijiet tal-skemi ta’ skambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-karbonju; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li, fil-mandat tal-Grupp ta’ Ħidma Speċjali dwar l-Innovazzjoni Finanzjarja, għandu jissemma' b'mod espliċitu l-fatt li dawn il-limitazzjonijiet qed jiġu kkunsidrati;

50.

Hu tal-fehma li l-istrumenti ta’ finanzjament rigward il-klima, bħar-REDD+, il-finanzjament aċċelerat, is-CDM u l-JI għandhom jiġu riformati biex jinkludu salvagwardji għall-bijodiversità u għad-drittijiet tal-bniedem u tal-popli indiġeni u biex, meta jkun possibbli, jipprovdu għal kobenefiċċji għall-bijodiversità;

51.

Jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li r-riformi jridu jinkludu definizzjonijiet ġodda tan-NU għall-foresti fuq il-bażi ta’ ekosistemi, li jirriflettu d-differenzi estensivi fil-bijodiversità, kif ukoll valuri tal-karbonju ta’ ekosistemi differenti, filwaqt li jiddistingwu b'mod ċar bejn il-foresti indiġeni u dawk dominati minn monokulturi tas-siġar u speċijiet mhux endemiċi; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu f'din id-direzzjoni fil-Korp Sussidjarju għall-Konsulenza Xjentifika u Teknoloġika;

52.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet biex l-ispejjeż esterni, bħall-ħsara li ssir lill-bijodiversità jew l-ispejjeż imġarrba biex tiġi appoġġata l-bijodiversità, jiġu integrati fil-prezz finali tal-prodotti fis-suq;

Sinerġiji bejn it-tliet Konvenzjonijiet ta’ Rio

53.

Hu tal-fehma li għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn it-tliet Konvenzjonijiet ta’ Rio dwar il-Bijodiversità, it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u d-Deżertifikazzjoni (UNCCD);

54.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw attivament l-idea li ssir laqgħa ta’ livell għoli tat-tliet Konvenzjonijiet ta’ Rio bħala parti mis-Summit Rio+20 fl-2012;

Pjattaforma Intergovernattiva ta’ Politika Xjentifika dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) u qsim tal-għarfien

55.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq mill-gvernijiet f'Ġunju 2010 f'Busan biex tinħoloq Pjattaforma Intergovernattiva ta’ Politika Xjentifika dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-IPBES tkun stabbilita b'mod effikaċi kemm jista' jkun fil-bidu tal-2011; jikkunsidra li, billi l-kontribut tal-IPBES se jiddependi fuq il-kwalità tar-riċerka li ssir fl-UE u internazzjonalment, hu tal-akbar importanza li l-UE u l-Istati Membri jiżguraw biżżejjed riżorsi għar-riċerka dwar il-bijodiversità;

56.

Jitlob li jittejbu u jinqasmu aħjar l-għarfien u t-teknoloġiji marbuta mal-bijodiversità, il-valur u l-funzjonament tagħha;

Approċċ koordinat

57.

Jinsisti li s-sostenibilità tal-prodotti kummerċjalizzati hi element kruċjali fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li, f'kull ftehim futur tad-WTO, jiġu integrati 'kunsiderazzjonijiet mhux kummerċjali', inklużi l-metodi ta’ produzzjoni u r-rispett tal-bijodiversità;

58.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw l-element ambjentali fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi u biex ikomplu d-“Diplomazija Ambjentali”;

59.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-objettiv ewlieni aġġornat '2010' tal-Pjan Strateġiku tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li għandu jiġi adottat mis-COP 10 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika f'Nagoya, jiġi inkorporat bħala l-objettiv aġġornat tal-Għan ta’ Żvilupp tal-Millennju 7 u appoġġat bħala element integrali għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet vitali sal-iskadenza tagħhom fl-2015; jenfasizza li huwa vitali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrikonoxxu l-ħafna sinerġiji u l-interdipendenzi bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u jittrattawhom bħala pakkett wieħed;

*

* *

60.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, kif ukoll lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/22


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Basel II u r-reviżjoni tad-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD 4)

P7_TA(2010)0354

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar Basel II u r-reviżjoni tad-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD 4) ((2010/2074(INI))

2011/C 371 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttivi (1) dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital u d-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar il-banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u ġestjoni tal-kriżijiet (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni (COM(2009)0362),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2010 dwar aktar bidliet possibbli għad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital,

wara li kkunsidra l-ftehim Basel II (3),

wara li kkunsidra l-Kumitat ta’ Basel dwar dokumenti konsultattiv tas-Superviżjoni Bankarja dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tas-settur bankarju (4) u tal-qafas internazzjonali għall-kejl tar-riskju tal-likwidità, l-istandards u l-monitoraġġ (5),

wara li kkunsidra l-karti tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja,

wara li kkunsidra l-komunikati maħruġa mill-G20 fis-samits tagħha f'Washington, f'Londra u f'Pittsburgh,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar id-derivattivi OTC (6),

wara li kkunsidra t-tħabbira tal-Grupp tal-Gvernaturi u l-Kapijiet ta’ Superviżjoni tat-12 ta’ Settembru 2010 dwar l-istandards ta’ kapital minimi globali li ogħlew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar Qafas tal-UE għall-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju (COM(2009)0561) u d-dokument ta’ ħidma tal-istaff mehmuż magħha (SEC(2009)1407),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-fondi ta’ riżoluzzjoni bankarja (COM(2010)0254),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0251/2010),

A.

billi s-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji qawwija, stabbli u effiċjenti huma kruċjali biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tal-parteċipanti ekonomiċi differenti tal-UE u biex it-tkabbir u l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetitività tal-ekonomija Ewropea jingħataw spinta; billi l-funzjoni ta’ finanzjament hija partikolarment importanti għall-irkupru ekonomiku; billi r-riforma regolatorja fis-settur finanzjarju għandu jkollha l-objettiv tal-istabilità finanzjarja u t-tkabbir sostenibbli,

B.

billi għandhom jiġu adottati rekwiżiti kapitali rieżaminati u aktar stretti f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċiklu ekonomiku u l-irkupru ekonomija li għaddej bħalissa,

C.

billi l-Kumitat ta’ Basel ma jagħmilhiex possibbli li jitqiesu l-istakeholders kollha jew il-prinċipju tar-reċiproċità,

D.

billi s-swieq, l-atturi u l-istrumenti finanzjarji kollha għandhom ikunu mmonitorjati u rregolati kif inhu meħtieġ għall-infrastrutturi finanzjarji sistemikament importanti kollha bħalma huma s-sistemi, il-mekkaniżmi u l-pjattaformi tal-pagament, tal-ikklerjar u tas-saldar, u l-għoti assoċjat ta’ servizzi ta’ kustodja, għall-preservazzjoni tal-istabilità finanzjarja li huwa beni pubbliku kruċjali; billi l-kriżi aċċentwat li l-kapital bankarju kien evidentement insuffiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam mas-solvibilità u s-solvenza,

E.

billi l-istandards ta’ prudenza għandhom jissaħħu u jiġu eżegwit kif jixraq u n-nuqqasijiet dwar il-kwalità u l-ammont ta’ kapital, il-ġestjoni tal-likwidità, id-dgħjufijiet tal-mudelli interni u n-natura proċiklika ta’ Basel II u s-CRD li ġew żvelati bil-kriżi għandhom jiġu indirizzati,

F.

billi huwa neċessarju li jkun hemm espansjoni għas-superviżuri tal-gamma ta’ għodod għall-ġestjoni tal-kriżi bl-anqas intervent possibbli,

G.

billi għandu jsir kull sforz biex tinkiseb separazzjoni ċara jew firewalling bejn is-settur tal-bejgħ bl-imnut u s-settur bankarju tal-investimenti bl-iskop li jkun żgurat li d-depożiti assigurati ma jintużawx bħala garanzija għall-attivitajiet ta’ trading,

H.

billi l-istandards il-ġodda għandhom jieħu kont tad-daqs ta’ bank u l-profil tar-riskju u l-mudell tiegħu ta’ negozju,

I.

billi, madankollu, għandu jitqies l-impatt kumulattiv tal-elementi rilevanti tal-qafas rivedut ta’ Basel II u ta’ inizjattivi regolatorji oħra dwar l-ekonomija reali u t-tkabbir ekonomiku,

J.

billi l-lakuni mingħajr preċedenti tas-suq u tar-regolamentazzjoni wasslu lill-G20, fil-laqgħat tiegħu ta’ Londra, Pittsburgh u Toronto, jiddeċidi li jinkcrementa l-kwalità tal-kapitali, jirrafforza l-kopertura tar-riskji, jattenwa l-proċikliċità, jintroduċi l-akkantonamenti preventivi għat-telfiet fuq il-krediti, jiskoraġġixxi l-effett lieva eċċessiv u jintroduċi indiċi ta’ lieva finanzjarja supplementari fil-qafas ta’ Basel II bbażat fuq ir-riskju bl-objettiv li jgħaddi għat-trattament tal-pilastru 1, u jirrafforza l-istandards f’dak li għandu x’jaqsam mal-likwidità,

K.

billi l-Ewropa tapplika s-CRD fl-istituti finanzjarji kollha u fis-soċjetajiet kollha ta’ investiment li joperaw f’serje ta’ mudelli ta’ attività; billi pajjiżi oħrajn jillimitaw l-applikazzjoni tar-regoli ta’ Basel II għal ċertu numru ta’ banek li għandhom mudell ta’ impriża speċifiku; billi tali disparitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni jissollevaw problemi f’materja ta’ kompatibilità, parità ta’ kondizzjonijiet u riskju ta’ potenzjali arbitraġġ normattiv,

L.

billi hemm speċifiċitajiet Ewropej importanti, bħall-fatt li s-settur korporattiv fl-Ewropa huwa fil-biċċa l-kbira ffinanzjat minn self bankarju; billi r-regoli riveduti ta’ Basel għandhom iqisu speċifiċitajiet bħal dawn; billi jkun awspikabbli li s-self bankarju jkun immirat lejn oqsma speċifiċi bħalma huwa s-self lill-SMEs, u li l-impriżi akbar ikunu inkoraġġiti joħorġu obbligazzjonijiet destinati direttament għall-investituri,

M.

billi approċċ “daqs wieħed” li ma jqisx il-profili tar-riskju speċifiku tal-banek u tad-diversità tas-settur bankarju jkunu ta’ ħsara għall-istess settur bankarju Ewropew u għandu mnejn iwassal, bħala konsegwenza, li jiddanneġġa t-tkabbir u l-irkupru ekonomiku,

N.

billi bħalissa l-UE għaddejja minn riforma estensiva tar-regolament finanzjarju, għandu jkun hemm konsistenza bejn ir-riformi u, barra minn hekk, id-dati ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu l-impatt kumulattiv tal-miżuri fuq l-ekonomija reali u ma għandhomx ifixklu l-irkupru ekonomiku,

O.

billi l-konverġenza għal sett uniku ta’ standards ta’ kwalità għolja tal-kontabilità globali hija essenzjali biex ikun hemm l-istess kundizzjonijiet għal kollha u tiġi żgurata komparabbiltà tad-data b'mod globali; billi dawn l-istandards għandhom jiġu aġġornati b'mod xieraq biex jitqiesu l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-kriżi,

P.

billi l-ħtieġa għar-rispett rigoruż tal-prinċipju tal-“prevalenza tas-sustanza fuq il-forma” għandu jitqies mill-awtoritajiet relevanti kollha għall-fini li jkunu evitati riżultati mhux approprijati,

Q.

billi l-konverġenza internazzjonali bejn ir-rappurtar għal għanijiet ta’ kontabilità u r-rappurtar għall-finijiet regolatorji u fiskali hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li s-superviżuri u l-investituri jiġu pprovduti bl-istess informazzjoni trasparenti u ċara, u billi r-rappurtar doppju għandu jiġi minimizzat; billi dan ma jeskludix filtri prudenzjali, basta jkunu preżenti fil-kontijiet kollha,

R.

billi l-banek għandhom jikkonċentraw aktar fuq il-core business li jservi għall-ekonomija reali; billi l-Kumitat ta’ Basel u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxuh dan,

S.

billi r-riformi inklużi fir-reviżjoni ta’ Basel II għandu jmorru pari passu mar-riformi strutturali tal-viġilanza bankarja rrikmandati mill-Parlament Ewropew u, eventwalment, bl-indikazzjoni ta’ perkors għall-elaborazzjoni u l-attwazzjoni koerenti ta’ miżuri analogi għal dawk tal-pilastru 2,

Kwestjonijiet ġenerali

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-G20 biex tiżdied il-kwalità u l-kwantità tal-kapital, jiġu introdotti standards tal-ġestjoni tal-likwidità, tiġi indirizzata l-proċikliċità u jitjiebu l-istandards prudenzjali globali bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja;

2.

Jilqa’ l-isforzi magħmulin mill-Kumitat ta’ Basel u tal-Kummissjoni; b'danakollu jissottolinja n-neċessità li jkunu elaborati u implimentati b’attenzjoni regoli ġodda dwar ir-rekwiżiti patrimonjali, kif ukoll li jiġu analizzati l-effetti fuq il-qafas usa’ tar-reviżjoni tar-regolamentazzjoni;

3.

Jitħasseb dwar id-defiċits strutturali u l-iżbilanċi fil-proposta attwali, kif ukoll dwar ir-riskju li ssir ħsara lill-irkupru ekonomiku u t-tkabbir ekonomiku; huwa tal-fehma li, meta titqies is-sitwazzjoni ekonomika attwali, se jkun neċessarju li jkun hemm viġilanza għalbiex il-banek ma jiskarikawx il-kostijiet tal-proposta li daqt ġejja fuq l-utenti finali tas-servizzi finanzjarji;

4.

Jissottolinja n-neċessità li tissaħħaħ l-interazzjoni bejn il-proċess ta’ kontroll prudenzjali (Pilastru 2) u l-informattiva (Pilastru 3), filwaqt li lill-pubbliku jsiru disponibbli r-r-riżultati tal-provi ta’ reżistenza u r-rekwiżiti patrimonjali aġġuntivi;

5.

Ifakkar l-ispeċifiċitajiet importanti tas-settur bankarju Ewropew, bħall-varjetà ta’ mudelli tan-negozju li joperaw taħt forom legali differenti u l-fatt li s-settur korporattiv Ewropew hu ffinanzjat b'mod predominanti permezz ta’ self bankarju, u għalhekk jitlob li jkun hemm eżami komplessiv tal-konsegwenzi mikro- u makro-ekonomiċi tar-regoli l-ġodda proposti;

6.

Iħeġġeġ lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni jqisu tali speċifiċità u d-diversi tipi ta’ riskju li jolqtu lis-settur bankarju; jissottolinja n-neċessità li ssir differenzjazzjoni b'mod ċar bejn l-investiment u s-servizzi tradizzjonali bankarji kif ukoll is-servizzi ta’ tranżazzjoni, fir-regoli riveduti ta’ Basel II;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar pro-attiva fil-proċess ta’ riforma tar-regoli ta’ Basel II, tippromwovi attivament u tissalvagwarda l-interessi Ewropej, tikkoordina l-approċċi tal-Istati Membri biex jinkisbu l-aħjar riżultati għall-ekonomija Ewropea u tipprovdi regolarment lill-Parlament rapporti dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa u tinvolvih attivament fil-proċessi ta’ negozjati;

8.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni u tal-koordinament internazzjonali għall-fini li tinkiseb il-parità ta’ kondizzjonijiet f’livell internazzjonali u jkun evitat arbitraġġ normattiv; jissottolinja, b’danakollu, li tali objettiv ma għandux iqiegħed lill-ekonomija u lis-settur bankarju tal-Ewropa f’pożizzjoni di żvantaġġ kompetittiv u jirritieni li jeħtieġ li tkun salvagwardata d-diversità tas-settur bankarju;

9.

Jissottolinja li l-irkupru tal-ekonomija Ewropea jirrikjedi swieq finanzjarji dinamiċi li jistgħu jiffinanzjaw l-investimenti u l-innovazionijiet; iwissi kontra regoli u rekwiżiti li għandu mnejn joħolqu stretta kreditizja ġdida, b’effetti destabilizzanti għall-iżvilupp ekonomiku u s-swieq tax-xogħol tal-Ewropa;

10.

Jenfasizza li l-impenn sħiħ tal-partijiet kollha involuti fil-proċess ta’ Basel u tal-G20 għal kalendarju ta’ implimentazzjoni ċar u koerenti huwa prekondizzjoni għal riforma li tirnexxi, li tiżgura l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fil-qasam internazzjonali u li tevita arbitraġġ regolatorju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kumitat ta’ Basel jiżguraw li l-istandards li dwarhom isir qbil jiġu applikati b’mod sinkronizzat;

11.

Ifakkar li l-Ftehim ta’ Basel II, u r-reviżjoni imminenti tiegħu, huma intiżi bħala standard globali; huwa għalhekk imħasseb bil-bosta dwar il-possibilità li l-limitazzjonijiet stabbiliti f’varji liġijiet nazzjonali adottati b’risposta għall-kriżi (b’mod partikolari l-liġi Amerikana ta’ riforma ta’ Wall Street u ta’ ħarsien tal-konsumaturi, li tillimita r-rikonoxximent tar-ratings esterni) iwasslu għal frammentazzjoni gravi tal-applikazzjoni ta’ dan l-istandard globali; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kumitat ta’ Basel kif ukoll lill-Kummissjoni jivvalutaw fis-sħiħ u jiġbdu l-konsegwenzi ta’ tali leġiżlazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ Basel II u tan-negozjati dwar ir-reviżjoni ta’ Basel II u jissolleċita lill-Kummissjoni tikkomunika r-riżultati lill-Parlament;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara r-rwol tar-ratings esterni għal buffer ta’ likwidità u biex taċċerta li kwalunkwe kriterju alternattiv li jista' jiġi kkunsidrat ma jrażżanx il-firxa ta’ assi eliġibbli bħala buffer; iħeġġeġ, barra minn hekk, li kwalunkwe kriterju alternattiv li jista' jiġi miftiehem għandu jisostitwixxi r-ratings esterni u mhux jintuża flimkien magħhom, sabiex jiġu żgurata kundizzjonijiet indaqs għall-kulħadd fuq livell internazzjonali;

13.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika d-djalogu transatlantiku f’dak li għandu x’jaqsam mar-regolamentazzjoni finanzjarji mal-Istati Uniti;

14.

Jissottolinja li l-kalendarju ta’ attwazzjoni għandu jirrifletti l-impatt globali tar-reviżjoni tal-istandards fuq is-settur, fuq il-kapaċità tiegħu li jikkonċedi krediti favur l-ekonomija reali u fuq il-proċess ta’ rkupru fl-Ewropa; jinnota r-reviżjoni tal-kalendarju mħabbra mill-Kumitat ta’ Basel għalbiex tkun iggarantita aħjar tranżizzjoni fluwida għall-istandards il-ġodda;

15.

Ifakkar fil-bżonn li l-Parlament, bħala l-korp Ewropew elett demokratikament, ikun involut fin-negozjati, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kumitat ta’ Basel jieħdu l-passi meħtieġa biex jinvolvuh fuq bażi permanenti;

16.

Ifakkar fit-tħassib tiegħu dwar il-limitazzjonijiet tas-suppożizzjonijiet dwar il-korrelazzjonijiet magħmula minn banek li jiffurmaw il-bażi tal-aspetti tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-kapital regolatorju; jissottolinja f'dan il-kuntest l-importanza ta’ viġilanza prudenzjali adegwata u l-monitoraġġ tal-valutazzjoni internalizzata tal-banek, bl-użu tal-approċċ IRB; jinnota, barra minhekk, li jeħtieġ li jkunu evitati l-inċentivi perversi;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra s-superviżjoni tal-UE tas-settur bankarju billi twaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja u Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku ġodda;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni, qabel ma tapplikahom, tagħmel valutazzjoni korretta tal-impatt probabbli tar-regoli rivisti ta’ Basel II fuq l-ekonomija reali, b'attenzjoni partikoalri għall-finanzjament tal-SMEs u għall-kapaċitajiet ta’ rkupru tas-settur bankarju f’sitwazzjonijiet ta’ stress;

19.

Iqis li huwa neċessarju li jkunu estiżi l-gamma ta’ għodod ta’ intervent minimu tal-ġestjoni tal-kriżi li jiddisponu minnhom is-sorveljanti lilhinn mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 136 tad-Direttiva 2006/48/KE, ħalli jkunu inklużi mill-anqas il-poteri li ġejjin: rikjesti għall-addattamenti ta’ kapital, likwidità, taħlita ta’ attività u proċessi interni; rakkomandazzjoni jew impożizzjoni ta’ bidliet fost il-maniġers; limitazzjoni tat-termini tal-liċenzji bankarji; impożizzjoni ta’ pjanijiet ta’ likwidazzjoni (living wills); impożizzjoni tal-bejgħ totali jew parzjali; ħolqien ta’ “pont bankarju” jew distinzjoni bejn “bank tajjeb”/“bank ħażin”; rekwiżit tat-trasformazzjoni tad-debiti f’titoli b’haircuts approprijati; impożizzjoni tar-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet fuq il-profitt u r-retenzjoni tad-dividendi għall-fini tal-konsolidament tar-rekwiżiti kapitali u jkun żgurat li l-azzjonisti jitħallsu qabel it-taxpayers; ristrutturazzjoni u trasferiment tal-attiv u l-passività lejn stabbilimenti oħrajn għall-fini tal-assikurazzjoni tal-kontinwità tal-operazzjonijiet importanti mill-punt sistemiku; għemil ta’ kriterji għall-valutazzjoni tal-attivi deterjorati; nazzjonalizzazzjoni temporanja; likwidazzjoni tal-banek falluti;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni toħloq inċentivi għas-settur bankarju għall-ġestjoni tar-riskju u l-profitt bil-ħsieb li jinkisbu riżultati fit-tul u tinkoraġġixxi l-banek iżommu interess attiv u kontinwu fis-self fil-kotba tagħhom stess mingħajr titolizzazzjoni eċċessiva jew għal strutturi barra l-bilanċ u li jiġu kkonsolidati xi partiti li ma jidhrux fil-karti tal-bilanċ, bħal SPVs;

21.

Jinnota li l-investimenti fit-tul, bħalma hija l-infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-enerġija, jiddependu mit-titolizzazzjoni;

22.

Jipproponi li jkun hemm l-integrazzjoni tal-Kumitat ta’ Basel, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) u tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB), eċċ fi struttura globali – possibilment il-FMI – biex tkun stabbilita organizzazzjoni vera tal-finanza, tkun assikurata l-parteċipazzjoni tas-suġġetti kollha interessati fl-elaborazzjoni tar-regoli u tkun iggarantita l-kapaċità ta’ verifika tal-attwazzjoni tagħhom;

23.

Huwa tal-fehma li jeħtieġ li tkun affrontata ll-kwestjoni tal-istituti finanzjarji “kbar wisq biex ifallu” u għalhekk li r-rekwiżiti patrimonjali u li r-riżervi antiċikliċi ta’ di fondi proprji għandhom ikunu proporzjonati għad-dimensjoni u għal-livell ta’ riskju tal-mudell ta’ impriża ta’ istituzzjoni finanzjarja;

Il-kwalità tal-kapital

24.

Jappoġġa l-inizjattiva biex titjieb il-kwalità u jogħla l-livell tal-kapital bi tweġiba għall-kriżi; u jinnota d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Basel tat-12 ta’ Settembru 2010 li jgħolli r-rekwiżiti ta’ kapital minimu, jintroduċi buffer ta’ konservazzjoni u jżidu sostanzjalment il-proporzjon ta’ ekwità komuni; ifakkar li din il-kwistjoni hija intimament marbuta mar-regoli tal-kontabilità li jagħmlu neċessarju approċċ koerenti li jirrispetta l-ispirtu tal-konverġenza ġenerali;

25.

Jinnota d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Basel li tippermetti minn (tmiem) Lulju 2010 ċertu rikonoxximent prudenti tal-interessi tal-minoranza, it-trattament tal-krediti fiskali u investimenti fl-istituti finanzjarji l-oħra; huwa tal-fehma li jistgħu jkunu opportuni aktar adegwamenti;

26.

Jissottolinja li, sabiex tkun iggarantita parità ta’ kundizzjonijiet ħalli ma jiġux żvantaġġati ċerti mudelli ta’ negozju ta’ kumpaniji ta’ titoli mhux konġunti, b'mod partikolari kooperattivi, mutwi, u banek tat-tfaddil, il-kapital għandu jkun, irrispettivament mill-forma ġuridika, definit b'mod bilanċjat fuq il-bażi tal-kwalità tal-istrumenti ta’ kapital (jiġifieri l-permanenza, l-assorbiment tat-telf, il-flessibbiltà tal-pagamenti);

27.

Iħeġġeġ lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni jqisu, huma u jiddefinixxu l-istrumenti ta’ kapital ammissibbli, in-neċessità u l-pekuljaritajiet tas-soċjetà mhux b’azzjonijiet (jiġifieri l-kooperattivi, il-mutwi, u l-banek ta’ tifdil), li jirrappreżentaw parti kbira mis-settur bankarju Ewropew;

28.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-kriterji proposti ta’ ammissibilità għall-kapital ta’ bażi tal-Livell 1 waqt li tillimita ruħha għal dawk neċessarji li jiggarantixxu l-kwalità tal-kapital (jiġifieri, l-permanenza, l-assorbiment tat-telf, il-flessibbiltà tal-pagamenti);

29.

Iħeġġeġ lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li, fil-kalkoli tal-kapital konsolidat, kemm ir-riskju kif ukoll il-kapital jitqiesu b'mod ibbilanċjat u prudenti, u li b’mod partikolari jiġi rikonoxxut adegwatament il-kapital riċevut mill-minoranzi li jgħaddi direttament fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-istess grupp bankarju (jiġifieri, l-interess tal-minoranza) u li jkunu esklużi l-parteċipazzjonijiet fil-kooperattivi u fil-banek tat-tifdil reġjonali fl-istituti ċentrali tagħhom (fi kliem ieħor, na għandux ikun hemm deduzzjonijiet mill-fondi proprji);

30.

Jissottolinja r-rwol importanti żvolt mill-kapital kontinġenti matul il-kriżi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kumitat ta’ Basel jirrikonoxxu r-rwol flessibbli tal-kapital kontinġenti fis-sitwazzjonijiet tal-kriżi u jimmonitorjaw l-aċċettazzjoni tal-istrumenti konvertibbli min-naħa tas-suq;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif jixraq id-differenzi eżistenti bejn it-taxxa u l-karti tal-bilanċ tal-kontijiet sabiex jiġi evitat kull żvantaġġ kompetittiv possibbli;

32.

Jitlob lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni jikkjarifikaw it-trattament tal-akkordji reċiproċi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja msallba;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni tqis trattament ekwilibrat bejn it-telf u l-profitti mhux realizzati, għall-fini li tikkontjeni l-volatilità u l-proċikliċità;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi indaġni approfondita tal-istrumenti ta’ kapital qabel u wara l-kriżi għall-fini li tivvaluta l-importanza tal-istrumenti speċifiċi u r-rilevanza tagħhom f’sitwazzjoni ta’ kriżi;

Standards ta’ likwidità

35.

Iqis l-iżvilupp ta’ standards ta’ likwidità ta’ kwalità għolja bħala parti ewlenija mir-reazzjoni għall-kriżi; huwa tal-fehma li l-istandards ta’ likwidità għandhom ikunu differenzjati biżżejjed ħalli jinżamm kont tal-pekularitajiet tal-mudell ta’ impriża u tal-profil ta’ riskju tal-banek; huwa tal-fehma wkoll li għandu jkun hemm rikonoxximent tal-fatt li r-riskju ta’ ċerta attività jista' jvarja fiż-żmien kif ukoll il-mekkaniżmi li bihom jiġi affrontat;

36.

Jinnota li t-trasformazzjoni tal-iskadenzi tesponi intrinsikament lill-banek għal riskju ta’ likwidità għat-terminu t-twil/qasir;

37.

Huwa tal-fehma li, biex ma jkunux żvantaġġati l-banek rikonoxxuti bħala konglomerati finanzjarji li għandhom parteċipazzjonijiet fis-soċjetajiet tal-assigurazzjoni, il-problema tal-komputu doppju tal-fondi proprji bejn il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandha tiġi affrontata fil-qafas tar-reġim attwali previst mid-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji;

38.

Iħeġġeġ lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni jirrikunsidraw il-kalibrazzjoni tar-ratios ta’ likwidità u ta’ finanzjament;

39.

Huwa tal-fehma li l-'proprzjon tal-kopertura tal-likwidità' għandu jqis aktar ir-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-assi eliġibbli fi kwalunkwe buffer tal-likwidità, għandu jinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni u jiskoraġġixxi l-konċentrazzjoni eċċessiva fi klassi waħda partikolari tal-attiv, inkluż id-dejn tal-gvern; jikkunsidra li r-riżervi ta’ likwidità għandhom ikunu kkostitwiti, kemm jista’ jkun, minn attivitajiet li jibqgħu estremament likwidi fil-perijodi ta’ stress għoli u li tali indiċi, jekk ikkonċepit sew, għandu jtejjeb ir-resiljenza tal-entijiet għar-riskju tal-likwidità;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, fil-proposta tagħha li jmiss ta’ reviżjoni tad-direttivi dwar ir-rekwiżiti patrimonjali (CRD 4), il-passivitajiet ta’ barra l-bilanċ ikunu koperti bi standards ta’ likwidità;

41.

Jitlob li, jekk kemm-il darba jiġi ffissat standard fuq il-likwidità strutturali (jiġifieri indiċi nett ta’ stabilità tal-finanzjamenti), ikun hemm rikonoxximent adegwat tal-għejjun stabbli ta’ finanzjament speċifiċi għall-Ewropa (jiġifieri l-Pfandbriefe); huwa tal-fehma li l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri t’akkoljenza għandu jkollhom aċċess għall-informazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni ta’ likwidità tal-filjali f’kwalsiasi każ;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi l-kriterji relattivi għall-attivitajiet likwidi ta’ kwalità elevata skont id-definizzjoni tal-attivi eliġibbli tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ politika monetarja (repo facility);

43.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi d-debitu sovran kollu taz-zona euro fil-kategorija ta’ attivitajiet likwidi ta’ kwalità elevata, indipendentement mir-rating speċifiku, ħalli jitnaqqas l-impatt sproporzjonat tal-operat tal-aġenziji tar-rating;

44.

Jiġbed l-attenzjoni, iżda, għall-possibilità li l-attivitajiet likwidi ta’ kwalità elevata jistgħu jsiru malajr illikwidi fil-perijodi ta’ stress qawwi u jitlob għalhekk li l-entijiet kreditizji jeffettwaw testijiet ta’ stress li jmorru lilhinn mill-kopertura tal-likwidità u mill-indiċi nett ta’ stabilità tal-finanzjamenti;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kumitat ta’ Basel biex iqisu kif suppost l-entitajiet legali fi grupp jew netwerk ta’ banek b'rabta mar-rekwiżiti ta’ likwidità; jitlob li t-tranżazzjoni u l-impenji fi gruppi jew netwerks ta’ dan it-tip jiġu ttrattati b'mod sensittiv għar-riskji u, fejn ikun xieraq, differenti mit-tranżazzjonijiet u l-impenji bejn partijiet terzi;

Miżuri kontroċikliċi

46.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforz għal-limitazzjoni tat-tkabbir ta’ kreditu eċċessiv u r-riskju tal-bżieżaq ta’ kreditu;

47.

Jinsab imħasseb dwar in-natura proċikliċa possibbli ta’ buffer fiss għall-konservazzjoni tal-kapital speċifiku għall-banek; huwa tal-fehma li kemm il-buffers ta’ konservazzjoni tal-kapital kemm il-buffers antiċikliċi għandhom ikunu jistgħu jassorbu t-telfiet matul il-perijodi ta’ stress; huwa tal-fehma li, biex il-buffers ikunu effikaċi, jeħtieġ li jkunu mfasslin u żviluppati b’mod parallel;

48.

Jilqa' t-tentattiv biex jiġu identifikati sett ta’ varjabbli makroekonomiċi armonizzati biex jinbġdid buffers kontroċikliċi effiċjenti;

49.

Jirrikonoxxi l-benefiċċji tal-provvedimenti lunġimiranti (l-approċċ tat-telf mistenni) bħala miżura addizzjonali possibbli biex titnaqqas il-proċikliċità u jiġi inkoraġġut ir-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni fir-rigward taċ-ċiklu tan-negozju;

50.

Iqis li l-futura Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżvolġi rwol minn ta’ quddiem fir-redazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri relattivi għar-rekwiżiti tal-fondi proprji u għall-istandards relattivi għar-riżervi antiċikliċi tal-fondi proprji f’livell ta’ Unjoni;

51.

Jitlob għal konverġenza internazzjonali bejn ir-rappurtar tal-kontijiet u r-rappurtar għal skopijiet regolatorji, partikolarment fir-rigward ta’ approċċ tat-telf mistenni fil-profitt żvelat, biex jitqiesu l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-kriżi u biex jiġi żgurat li l-istess sett ta’ regoli ċari u trasparenti jintużaw meta tiġi ġġenerata informazzjoni għas-superviżuri u l-investituri; iwissi dwar in-neċessità tal-imminizzar tar-rappurtar doppju iqis li tali sforzi għandhom jiġu rivolti fuq kollox lejn l-innovazzjonijiet bħalma huma l-paġna regolamentari jew il-filtri prudenzjali fil-kontijiet ħalli jkunu eżaminati ulterjorment;

52.

Jissottolinja li r-regolamentazzjoni antiċiklika tirrikjedi kriterji armonizzati biex tkun iggarantita viġilanza globali u attenta tas-swieq finanzjarji u tal-ambjent tas-swieq da parti tal-awtoritajiet ta’ viġilanza inklużi, fost l-oħrajn, l-iskambju tal-informazzjonijiet kollha, is-sinkronizzazzjoni tal-miżuri ta’ regolamentazzjoni kif ukoll il-kontroll f'temp reali tal-espożizzjonijiet u tar-riskji, li jkunu jitolbu, fost l-oħrajn, id-definizzjoni ta’ atar ta’ reviżjoni kontabbli fuq it-tranżazzjonijiet kollha tas-suq finanzjarju;

Proporzjon ta’ lieva (LR)

53.

Jinnota, meta titqies il-komplessità tas-sistema finanzjarja, il-kunċett ta’ lieva finanzjarja bħala tarka utli, sempliċi u diffiċli li tkun manipolata kontra lieva finanzjarja eċċessiva u teħid eċċeissv ta’ riskji; iwissi li indiċi ta’ lieva finanzjarja uniku forfettarju, biex ikun effikaċi, għandu jkun ponderat b’mod li jippermetti li jinqabdu d-differenzi bejn il-mudelli ta’ impriża u l-profili ta’ riskju tal-entijiet kreditizji;

54.

Hu tal-fehma li proporzjon bħal dan, biex ikun effettiv, għandu jinkludi l-partiti u l-prodotti derivati kollha li ma jidhrux fil-karti tal-bilanċ, għandu jkunu definit b'mod ċar, sempliċi u paragunabbli fuq livell internazzjonali u għandu jqis il-kumpensazzjoni regolamentari u l-istandards varji ta’ kontabilità f’livell internazzjonali;

55.

Huwa, madankollu, imħasseb li indiċi ta’ lieva finanzjarja krud ma jqisx biżżejjed ir-riskju u jista' jippenalizza entitajiet li jipprovdu servizzi bankarji tradizzjonali ta’ riskju żgħir (bħall-finanzjament bl-imnut, soċjetarju, immobiljarju u servizzi ta’ tranżazzjonijiet bankarji) jew ekonomiji fejn is-settur korporattiv hu ffinanzjat prinċipalment permezz ta’ self; jissottolinja għalhekk li hu importanti li l-awtoritajiet ta’ viġilanza nazzjonali jikkontrollaw il-modifiki tal-lieva finanzjarja kif ukoll il-livelli ġenerali relattivi, ladarba l-modifiki importanti jistgħu jkunu sinjal ta’ awment fir-riskji; hu mħasseb, barra minhekk, mill-fatt li fih innifsu indiċi ta’ lieva finanzjarja “krud” (indifferenzjat) jista’ joħloq inċentivi perversi għall-ispostament tal-attivi lejn espożizzjonijiet aktar riskjużi;

56.

Jitlob lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni jivvalutaw b’mod adegwat l-opzjonijiet tar-ratio tal-effett tal-lieva applikabbli għal-Livell u għal-Livell 2, billi jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju tal-Unjoni;

57.

Jistieden lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni jivvalutaw ukoll il-possibilità li jintroduċu limiti ta’ konteniment għal-linji ta’ negozju, l-attivi ponderati f’funzjoni tar-riskji u l-portafolli; jemmen li valutazzjoni tal-attivi bħala totali netti jew grossi għandhom ikunu eżaminati f’dan il-kuntest;

58.

Jitlob lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni li barra minn kulma ntqal jeżaminaw possibilità ta’ element ta’ proporzjonalità fl-indiċi tal-lieva finanzjarja krud b’rikors għal solli predefiniti għall-intervent regolamentari;

59.

Jinnota d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Basel li jkun hemm perjodu ta’ monitoraġġ fil-Pilastru 2 bl-intenzjoni li ssir migrazzjoni lejn trattament skont il-Pilastru 1; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi klawżola ta’ rieżami fil-proposta leġiżlattiva dwar is-CRD 4;

60.

Jinnota li l-indiċi tal-lieva finanzjarja huwa strument indispensabbli għall-kalkolu tal-espożizzjoni komplessiva tal-banek, għad li xorta jħeġġeġ lill-Kummissjoni telabora strumenti regolmentari intiżi li jillimitaw b’mod effikaċi l-effett lieva eċċessiv (b’mod partikolari, ir-rikors eċċessiv għall-finanzjament fit-terminu l-qasir u fuq skala wiesgħa);

61.

Jitlob li jkun hemm eżami ulterjuri tal-modalitajiet alternattivi ta’ indiċi ta’ lieva finanzjarja fil-pilastru 2; jindika li l-indiċi tal-lieva finanzjarja jista' pereżempju jkunu marġini flessibbli u l-awtoritajiet ta’ viġilanza għandu jkollha l-fakoltà tintervjenix jew le f'każ ta’ vjolazzjoni tal-limiti;

62.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li proporzjon ta’ lieva ma jwassalx għal titolizzazzjoni inadegwata tat-tip li nġieb għad-dawl mill-kriżi finanzjarja, jew sostituti u anqas kreditu, partikolarment tal-krediti favur l-ekonomija reali (billi dawn huma mezzi li x'aktarx jużaw il-banek biex inaqqsu l-proporzjon ta’ lieva tagħhom);

Riskju tal-kreditu tal-kontroparti (CCR)

63.

Jitlob għal standards imtejba f'dak li jirrigwarda t-testijiet ta’ reżistenza, il-back-tests u l-indirizzar tar-riskji għan-naħa l-ħażina kif ukoll valutazzjoni tar-riskji soċjali u ambjentali fit-tul konnessi ma’ impriżi u proġetti li jirċievu self bankarju;

64.

Iħeġġeġ lill-Kumitat ta’ Basel u lill-Kummissjoni jesploraw alternattivi għal approċċ aħjar tar-riskju ta’ rettifika tal-valur tal-kreditu b'segwitu għad-deterjorament tal-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tal-banek;

65.

Iqis li l-Credit Default Swaps (CDS) ma għandhomx ikunu utlizzati għalbiex jiġu elużi r-rekwiżiti patrimonjali;

66.

Jitlob trattament tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti proporzjonat għar-riskju u r-rekwiżiti patrimonjali aktar elevati għat-tranżazzjonijeit li ma humiex kumpensati f’livell ċentrali mqabblin ma’ tranżazzjonijiet permezz ta’ kontroparti ċentrali (CCP), sakemm is-CCP tissodisfa r-rekwiżiti ta’ livell għoli li għandhom jiġu definiti fil-leġiżlazzjoni Ewropea filwaqt li jitqiesu l-istandards miftiehma fil-livell internazzjonali, b'attenzjoni xierqa għall-ispejjeż potenzjali għas-settur korporattiv għall-użu ta’ derivattivi biex jitħarsu l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jitlob li jkunu inċentivati l-ogħla standards f’każ ta’ kumpensazzjoni bilaterali;

67.

Jenfasizza li l-kriżi wriet li l-interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji hija ikbar mill-interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji, u hu tal-fehma li r-rekwiżiti tal-kapital għal CCR għandhom ikunu aktar stretti fir-rigward tar-riskji tal-istituzzjonijiet finanzjarji versu istituzzjonijiet finanzjarji oħra kif ukoll jirriflettu n-natura dinamika ta’ dak ir-riskju mal-mixja taż-żmien; jisħaq li l-monitoraġġ bl-attenzjoni tal-interkonnettività huwa neċessarju għalbiex tinstab konċentrazzjoni ta’ transazzjonijiet bejn atturi ta’ daqs kbir u li għandhom jittieħdu miżuri regolamentarji ulterjuri dwar il-CCR;

*

* *

68.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Euro u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  Direttiva 2006/48/KE (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1) u d-Direttiva 2006/49/KE (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

(2)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97.

(3)  Basel II: Il-Konverġenza Internazzjonali tal-Kejl tal-Kapital u l-Istandards tal-Kapital: Qafas Ri-eżaminat – Verżjoni Komprensiva ta’ Ġunju 2006, http://www.bis.org/publ/bcbs128.htm.

(4)  Proposti konsultattivi tal-Kumitat ta’ Basel biex tissaħħaħ l-elastiċità tas-settur bankarju, is-17 ta’ Diċembru 2009, http://www.bis.org/press/p091217.htm.

(5)  Il-proposti konsultattivi tal-Kumitat ta’ Basel dwar qafas internazzjonali għall-kejl tar-riskju tal-likwidità, l-istandards u l-monitoraġġ mis-16.12.2009, http://www.biz.org/publ/bcbs165.htm.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0206.

(7)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/30


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana u s-Saħħa Dinjija

P7_TA(2010)0355

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana u s-Saħħa Dinjija (2010/2070(INI))

2011/C 371 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem li jirrikonoxxi s-saħħa bħala dritt fundamentali,

wara li kkunsidra d-dritt li kulħadd jibbenefika mill-aqwa stat ta’ saħħa fiżika jew mentali li jkun jista' jilħaq,

wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta’ Bamako tal-1987 u l-objettiv tagħha “is-saħħa għal kulħadd fis-sena 2000”,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Alma-Ata tal-1978 li tiddefinixxi l-kunċett ta’ kura tas-saħħa primarja,

wara li kkunsidra l-Karta ta’ Ottawa tal-1986 dwar il-promozzjoni tas-saħħa,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Fond Internazzjonali għat-Tfal, approvata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1987, li l-għan tagħha huwa li terġa' tniedi politika tal-kura tas-saħħa primarja u li tiġġieled kontra l-mortalità infantili,

wara li kkunsidra l-Pjattaforma ta’ Abidjan tal-1998 dwar it-tema “Strateġiji ta’ appoġġ lill-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa fl-Afrika”,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti tas-sena 2000, partikolarment dwar l-iżvilupp uman (saħħa u edukazzjoni), l-ilma u l-enerġija, l-iżvilupp rurali, l-agrikoltura u s-sikurezza alimentari u speċjalment l-għanijiet 1, 4, 5, 6, u 8,

wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta’ Cotonou tat-23 ta’ Ġunju 2000, riveduti fl-25 ta’ Ġunju 2005,

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea ddefiniti f'Diċembru 2005 fil-“Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp”,

wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali ta’ Ouagadougou tal-2008 dwar il-kura tas-saħħa primarja u s-sistemi tas-saħħa fl-Afrika u l-impenn li daħlu għalih il-Kapijiet ta’ Stat preżenti biex iżidu r-riżorsi allokati għas-saħħa għal livell minimu ta’ 15 % tal-baġit nazzjonali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent (WAEMU) li l-għan tagħhom huwa l-implimentazzjoni ta’ assigurazzjoni tas-saħħa universali għall-ġid tal-popolazzjonijiet u r-Regolament (Nru 7/2009) tagħha tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar ir-regolamentazzjoni tal-mutwalità soċjali fi ħdan l-WAEMU,

wara li kkunsidra l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jkopri l-perjodu 2008-2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Diċembru 2005,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ta’ Marzu 2007 li rriżultat wara l-Konferenza “Consortium” (G8, ILO, WHO, Bank Dinji, FMI, OECD) dwar il-kopertura tar-riskju ta’ mard,

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-Fond Fiduċjarju UE-Afrika ddefiniti f'April 2007 u speċjalment il-parti li tirrigwarda l-iżvilupp tan-netwerks ta’ infrastrutturi fl-Afrika,

wara li kkunsidra l-inizjattiva globali “International Health Partnership” ta’ Londra tal-5 ta’ Settembru 2007 għal koordinament aħjar tal-għajnuna esterna fuq livell bilaterali u multilaterali,

wara li kkunsidra s-samit tal-G8 ta’ Ġunju 2007 u t-tnedija tal-inizjattiva “Providing for health” għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ finanzjament tas-saħħa sostenibbli, ekwi, “pro-poor” u b'kopertura universali,

wara li kkunsidra l-istrument ta’ finanzjament il-ġdid ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (10/2008) dwar l-għajnuna Ewropea lis-servizzi tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana,

wara li kkunsidra l-istrateġija komuni Unjoni Afrikana/Unjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa ddefinita f'Lisbona f'Diċembru 2007,

wara li kkunsidra d-dokument konġunt mhux uffiċjali tal-Presidenza u tal-Kummissjoni adottat waqt il-laqgħa informali tal-Ministri għall-Iżvilupp ta’ Settembru 2008 f'Bordeaux dwar il-kopertura tar-riskju ta’ mard u l-finanzjament tas-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Alġeri tal-2008 dwar ir-riċerka fil-qasam tas-saħħa,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Ethekwini tal-2008 dwar l-iġjene u s-sanità,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Libreville ta’ Awwissu 2008 dwar s-saħħa u l-ambjent fl-Afrika,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Bali tal-2008 dwar il-ġestjoni tal-iskart għas-saħħa tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta’ Oslo ta’ Ottubru 2008 dwar il-prinċipji ta’ gwida bħala għodda għall-infurzar tad-drittijiet ta’ persuni spustati internament, jiġifieri persuni li ġew imċaqalqa kontra r-rieda tagħhom minħabba kunflitti, persekuzzjonijiet, diżastri naturali jew proġetti ta’ żvilupp, li jkunu qasmu jew ma qasmux fruntiera statali,

wara li kkunsidra l-objettivi ddefiniti minn EuropAid għall-perjodu 2009-2013,

wara li kkunsidra l-istudju dwar id-Dritt Konswetudinarju magħmul mill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, b'mod partikolari l-identifikazzjoni tas-saħħa bħala regola konswetudinarja li għandha tiġi rrispettata taħt id-dritt umanitarju internazzjonali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Mutwalità (Ġunju 2009) dwar ir-rwol tal-mutwalità fis-sistemi universali tal-ħarsien tas-saħħa,

wara li kkunsidra l-ħidma li saret mill-programm STEP I u II (Strateġiji u tekniki kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar) tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol favur il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-promozzjoni ta’ xogħol deċenti permezz tal-istrateġiji innovattivi ta’ estensjoni tal-protezzjoni soċjali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Yaoundé ta’ Settembru 2009, approvata mill-membri tal-Konċertazzjoni bejn l-atturi tal-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa fl-Afrika, li jqisu lill-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa bħala tweġiba adegwata għall-ilħuq tal-objettiv ta’ kopertura universali fil-pajjiżi bi dħul baxx jew medju,

wara li kkunsidra l-adozzjoni, f'April 2009, mill-“Kunsill tal-Kapijiet tas-Segretarjat” tal-entitajiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti tal-“Inizjattiva Dinjija ta’ Livell Minimu Universali ta’ Protezzjoni Soċjali” imsejsa fuq ġabra koerenti u artikolata ta’ trasferimenti soċjali essenzjali u ta’ servizzi soċjali fundamentali, fosthom is-saħħa, li għalihom iċ-ċittadini kollha għandu jkollhom aċċess,

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Assemblea Parlamentari paritarja UE-AKP tat-3 ta’ Diċembru 2009, u partikolarment ir-riżoluzzjoni tagħha dwar il-problemi agrikoli u t-tibdil fil-klima li jista' jkollhom biss effett negattiv fuq is-saħħa pubblika, kif ukoll l-inizjattiva “Klima għall-Iżvilupp tal-Afrika”,

wara li kkonsulta l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 (COM(2010)0128) dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali,

wara li kkonsulta l-konklużjonijiet tat-3011-il Kunsill “Affarijiet Barranin” tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa dinjija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0245/2010),

A.

billi l-fondi vertikali fil-qasam tas-saħħa rnexxielhom inaqqsu l-mortalità marbuta mal-patoloġiji l-kbar, bħat-tuberkolożi, il-malarja, eċċ., u li l-isforzi f'din id-direzzjoni għandhom jibqgħu jsiru,

B.

billi l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, għandha tappoġġa lill-Istati fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tagħhom fil-qasam tas-saħħa, u billi s-servizzi tal-kura tas-saħħa ffinanzjati mill-awtoritajiet pubbliċi u aċċessibbli għal kulħadd għandhom ikunu fil-qofol ta’ dawn il-miżuri;

C.

billi s-sistemi tas-saħħa bażika għandhom jiggarantixxu li jkunu koperti l-patoloġiji kollha u, konsegwentement, iż-żewġ approċċi, kemm dak orizzontali kif ukoll dak vertikali, huma neċessarji u komplementari,

D.

billi approċċ orizzontali strutturat sew jippermetti li jiġu previsti sistemi ta’ assigurazzjoni (organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa, mikroassigurazzjoni tas-saħħa, eċċ.) fejn il-benefiċjarji jsiru l-atturi tas-saħħa tagħhom stess,

E.

billi s-saħħa mhijiex merkanzija, kemm fl-Afrika kif ukoll fi bnadi oħra, u li jeħtieġ li jinstabu approċċi ta’ assigurazzjoni tas-saħħa mhux lukrattivi, ibbażati fuq valuri ta’ solidarjetà u ta’ demokrazija,

F.

billi fl-Afrika bosta inizjattivi li l-għan tagħhom huwa li jistabbilixxu sistemi ta’ kopertura kontra r-riskji ta’ mard inħolqu fis-snin disgħin, u li d-dinamika soċjali li juru għandha tiġi sostnuta,

G.

billi jeżistu differenzi fit-terminoloġija użata fil-pajjiżi fejn jiġu mitkellma, rispettivament, l-Ingliż, il-Franċiż jew il-lingwi Afrikani, u l-kunċetti bażiċi mhumiex dejjem l-istess, minħabba li xi pajjiżi jitkellmu dwar “organizzazzjonijiet tas-saħħa mutwi” (“mutuelles de santé/mutual health organisations”), oħrajn dwar “assigurazzjoni tas-saħħa fuq bażi Komunitarja” (“assurance maladie à base communautaire/Community Based Health insurance”) u oħrajn dwar “mikroassigurazzjoni tas-saħħa” u dawn it-termini jkopru firxa wiesgħa ta’ skemi solidali bbażati fuq il-mutwalizzazzjoni tar-riskji bil-għan li jkopru parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha tas-servizzi tas-saħħa,

H.

billi t-terminu “mutwi” jiffokalizza fuq id-dinamika soċjali u l-azzjoni konġunta ta’ grupp ta’ membri, filwaqt li l-kunċett ta’ “assigurazzjoni” jimplika (1) il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet bil-quddiem, jiġifieri qabel ma jitfaċċa r-riskju, (2) il-qsim tar-riskji u (3) il-kunċett ta’ garanzija; u billi l-organizzazzjonijiet mutwi jistgħu jiġu definiti, skont il-pjattaforma ta’ Abidjan (1998), bħala organizzazzjonijiet awtonomi u mhux bi skop ta’ lukru bbażati fuq is-solidarjetà u l-parteċipazzjoni demokratika, l-aktar permezz tal-kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom, bl-għan li jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa ta’ kwalità għall-membri u għall-familji tagħhom f'forma ta’ prevenzjoni u għajnuna reċiproka,

I.

billi persuni li jgħixu f'ċerti kondizzjonijiet soċjali u umanitarji mhux dejjem jifhmu l-kunċett tal-prevenzjoni u għaldaqstant ma jarawx għaliex għandhom jikkontribwixxu f'assigurazzjoni biex jilqgħu kontra riskji tas-saħħa li jistgħu ma jsirux realtà, speċjalment billi hemm NGOs ta’ kull tip li jistgħu jipprovdu kura tas-saħħa u mediċina b'mod parallel u bla ħlas,

J.

billi l-membri tad-dijaspora Afrikana sub-Saħarjana li qed jgħixu f'pajjiżi fejn l-iskemi ta’ assigurazzjoni mutwa tas-saħħa huma żviluppati sew saru konxji tal-utilità u l-valur ta’ dawn l-iskemi, u billi ħafna membri tad-dijaspora spiss jibqa' jkollhom relazzjoni mill-qrib mal-pajjiż tal-oriġini tagħhom,

K.

billi huwa impossibbli li tiġi implimentata sistema monolitika tal-kura tas-saħħa fl-Afrika, kif inhu l-każ fl-Ewropa, fejn jeżistu differenzi bejn is-sistemi ta’ sigurtà soċjali universali fuq naħa waħda, u l-assigurazzjoni soċjali obbligatorja min-naħa l-oħra,

1.

Ifakkar li s-saħħa tirrifletti l-livell soċjoekonomiku, id-demokrazija u l-governanza tajba tal-Istati;

2.

Ifakkar l-influwenza, għall-ekonomiji tal-pajjiżi sub-Saħarjani, ta’ fatturi determinanti esterni, bħar-regoli tas-suq internazzjonali, il-politiki tal-kooperazzjoni, il-kriżi finanzjarja, it-tibdil fil-klima, il-politika tal-kumpaniji farmaċewtiċi l-kbar, il-politika tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali l-kbar;

3.

Jenfasizza li dawn il-fatturi determinanti esterni jistgħu jnaqqsu drammatikament il-marġni ta’ azzjoni ta’ Stati li jixtiequ jiggarantixxu governanza tajba u jħallu impatt profond fuq is-saħħa tal-popolazzjonijiet;

4.

Ifakkar li d-dritt universali għas-saħħa huwa dritt trasversali li jikkoinċidi ma’ setturi oħra tad-dritt, bħad-dritt tas-saħħa u dak soċjali, id-dritt tax-xogħol u d-dritt ċivili;

5.

Ifakkar fl-impenji tal-komunità internazzjonali rigward l-MDGs, u lill-UE fl-impenn tagħha biex ittejjeb l-appoġġ li tipprovdi għas-servizzi tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana;

6.

Ifakkar id-dritt tan-nisa li jikkontrollaw mingħajr restrizzjonijiet il-kwestjonijiet relatati mas-saħħa riproduttiva tagħhom, anki f'dak li jirrigwarda l-prokreazzjoni, il-kontraċezzjoni, l-abort jew il-mard trażmess sesswalment; jikkundanna l-mutilazzjonijiet ġenitali u l-vjolenzi bla preċedent li tagħhom għadhom vittmi, filwaqt li l-istupru għadu arma tal-gwerra; jitlob għalhekk li n-nisa jkollhom dritt għall-aċċess għall-kura tas-saħħa f'dawn l-oqsma permezz ta’ approċċ orizzontali, u jappella għal approċċ djagonali biex dan il-qasam tas-saħħa jingħata prijorità;

7.

Ifakkar fid-dritt ta’ kull tifel u tifla li jkollhom aċċess għal programmi ta’ vaċċinazzjoni u ta’ immunizzazzjoni; ifakkar ukoll li 8,8 miljun tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin (nofshom fl-Afrika sub-Saħarjana) għadhom imutu kull sena minħabba mard li jista' jiġi evitat jew li jista' jitfejjaq;

8.

Ifakkar kif il-pulmonite u d-dijarrea huma l-kawżi ewlenin tal-mortalità infantili fl-Afrika sub-Saħarjana;

9.

Jinsab inkwetat li xi organizzazzjonijiet privati li jibbenefikaw minn fondi Ewropej u li jipprovdu kura tas-saħħa lill-popolazzjonijiet Afrikani jistgħu jillimitaw, taħt l-influwenza ta’ xejriet reliġjużi, ċerti prattiki ta’ kura jew ta’ prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa riproduttiva;

10.

Jenfasizza li, fil-qasam tas-saħħa riproduttiva, l-organizzazzjonijiet privati li jirċievu fondi mill-UE għandhom jipprovdu servizzi tal-kura tas-saħħa b'konformità mad-drittijiet fundamentali u mal-prinċipji tad-dinjità umana u l-libertà personali;

11.

Jikkundanna l-proliferazzjoni ta’ organizzazzjonijiet settarji li jabbużaw mill-kredulità tal-popolazzjonijiet l-aktar fraġli biex jipprovdu psewdokuri mingħajr reazzjoni tal-awtoritajiet tal-post;

12.

Jinsab inkwetat dwar il-fatt li l-kura tas-saħħa kulma jmur qed issir dejjem aktar komodità u dwar il-fatt li tfaċċat sistema medika b'żewġ veloċitajiet fil-pajjiżi li qed jesperjenzaw diffikultajiet politiċi u nuqqasijiet f'termini ta’ governanza tajba;

13.

Jappoġġa l-ħidma spiss ammirabbli ta’ assoċjazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu f'reġjuni f'kunflitti, iżda jfakkar li din il-ħidma urġenti la tista' tkun għal dejjem u lanqas ma tista' tieħu post is-sistemi tas-saħħa u tal-assigurazzjoni sostenibbli;

14.

Jenfasizza s-sehem importanti ta’ atturi mhux statali, fosthom organizzazzjonijiet reliġjużi, inklużi sptarijiet privati mingħajr skop ta’ lukru, fit-titjib tas-saħħa tal-popolazzjonijiet u fil-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar is-saħħa;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa t-tisħiħ tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa, inkluż permezz ta’ metodu li jiffokalizza fuq l-interess pubbliku u jirrikonoxxi li s-sħubija bejn is-settur pubbliku u privat hija importanti għas-settur tas-saħħa, inkluż il-komponent mingħajr skop ta’ lukru, skont kriterji ta’ effiċjenza u ekwità, sabiex jinkisbu riżultati solidi u sostenibbli;

16.

Jinnota li parti kbira tal-popolazzjoni tal-Afrika sub-Saħarjana, partikolarment fiż-żoni rurali, ma jifilħux iħallsu l-ispejjeż tas-saħħa u tal-mediċini, anki dawk ġeneriċi;

17.

Huwa mħasseb ħafna dwar iċ-ċirkolazzjoni fis-suq Afrikan ta’ mediċini skaduti, mittiefsa jew foloz, u dwar ir-rispons dgħajjef tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-komunità internazzjonali;

18.

Huwa mħasseb dwar in-nuqqas gravi ta’ persunal mediku mħarreġ u l-fatt li ħafna tobba ma jibqgħux f'pajjiżhom; jissuġġerixxi li t-tobba jingħataw opportunitajiet għall-viżi ta’ dħul multiplu sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jingħataw it-taħriġ fl-Ewropa, filwaqt li jibqgħu bbażati fl-Afrika;

19.

Jiddeplora n-nuqqas ta’ persunal tas-saħħa kwalifikati – tobba, infermiera, spiżjara – f'bosta pajjiżi Afrikani u r-reklutaġġ ta’ għadd ta’ dawn il-persuni mill-Istati Ewropej, li b'hekk qegħdin iċaħħdu lill-pajjiżi Afrikani minn riżorsi prezzjużi meħtieġa għall-iżvilupp;

20.

Jenfasizza li fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed tiżdied dejjem aktar il-patoloġija devastanti tal-kanċer fit-tfal, u jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ kampanji ta’ informazzjoni għall-promozzjoni ta’ dijanjożi bikrija u kura effikaċi;

21.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, minkejja d-diffikultajiet soċjali, ekonomiċi u politiċi, għadd ta’ pajjiżi sub-Saħarjani jippruvaw jistabbilixxu politiki li jistgħu jtejbu jew jippermettu l-aċċess tal-popolazzjoni tagħhom għal kuri tas-saħħa, anki jekk dawn ikunu elementari; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tevalwa bir-reqqa r-riżultati miksuba f'termini ta’ titjib tas-saħħa (il-mortalità materna u infantili), permezz tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-għajnuna għall-baġit ġenerali tal-Istati; jitlob ukoll li jitqiesu mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament;

22.

Ifakkar l-importanta tal-edukazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tal-iġjene fil-politiki tas-saħħa;

23.

Huwa tal-fehma li l-Istati jeħtieġ li jorganizzaw servizzi tas-saħħa funzjonali, soċjalment effikaċi u finanzjarjament aċċessibbli filwaqt li jintegraw il-kwestjonijiet ta’ organizzazzjoni tad-domanda għas-saħħa u għaldaqstant tar-rwol tal-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa fis-sistema tas-saħħa; jemmen li din l-istrateġija timplika l-ħolqien minn qabel ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni ċivili;

24.

Jenfasizza s-sehem essenzjali tal-awtoritajiet lokali fit-titjib tal-prevenzjoni u tal-aċċess għall-kura tas-saħħa;

25.

Jilqa' b'sodisfazzjon is-suċċess li kellhom il-fondi vertikali billi ġibdu lejhom bosta donaturi u l-progress li sar biex battew il-patoloġiji l-kbar bħall-AIDS, it-tuberkolożi, il-malarja, il-poljomjelite u mard gravi ieħor; jinsisti madankollu fuq il-fatt li dan l-approċċ vertikali bl-ebda mod ma jista' jissostitwixxi approċċ orizzontali u sostenibbli fil-qasam tal-kura tas-saħħa bażika;

26.

Ifakkar li approċċ orizzontali, f'termini ta’ sistemi tas-saħħa bażika, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, iżda wkoll ta’ bosta atturi oħra, huwa l-uniku approċċ kapaċi li jipproduċi fl-aħħar mill-aħħar titjib dejjiemi tal-kundizzjonijiet ta’ ħajja u tas-saħħa tal-popolazzjonijiet;

27.

Jenfasizza li ftit li xejn jidher li f'terminu qasir dawn l-Istati jistgħu jiffinanzjaw, bid-dħul fiskali tagħhom biss, sistemi tas-saħħa nazzjonali, u li wieħed għandu jfittex taħlita ta’ finanzjamenti; u jfakkar li l-kofinanzjament huwa mezz favur is-sjieda tal-proġetti mill-pajjiżi sħab;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ djagonali ta’ ċerti fondi vertikali li ddeċidew li jallokaw parti mir-riżorsi tagħhom għall-konsolidament tas-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi milquta mill-patoloġiji fil-mira; jinnota wkoll il-ħtieġa li tiġi promossa l-kooperazzjoni relatata mas-saħħa fuq il-bażi ta’ ġemellaġġi u skambji regolari – inkluż l-użu tat-telemediċina – bejn sptarijiet u professjonisti tas-saħħa statali jew mhux statali li jaħdmu fis-settur tas-saħħa fil-pajjiżi tat-Tramuntana u fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tad-dinja, b'enfasi fuq it-taħriġ ta’ professjonisti lokali fil-qasam tas-saħħa;

29.

Jemmen li għandhom jinbnew alleanzi strateġiċi fost il-partijiet ewlenin involuti fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali u li jeħtieġ li jkun hemm djalogu istituzzjonali bejn il-gvern, il-fornituri tas-servizzi tas-saħħa u l-atturi min-naħa tal-assigurazzjonijiet mutwi biex tiġi ddefinita l-politika tas-saħħa u jitfassal il-mod kif din tiġi introdotta;

30.

Iqis, bl-istess fehma tad-WHO, li l-estensjoni tal-kura tas-saħħa għandha neċessarjament tkun assoċjata ma’ sistema ta’ sigurtà soċjali bbażata fuq ħlas minn qabel u qsim, aktar milli fuq pagament dirett mill-utenti, u li r-riformi mmirati biex jistabbilixxu kopertura universali huma prerekwiżit għall-provvista ta’ kura tas-saħħa aktar ġusta;

31.

Iqis li sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa tista' tgħin fil-konsolidament mil-lat finanzjarju ta’ sistema tas-saħħa u li l-isforzi kollha għandhom imorru biex jistrutturawha b'mod effikaċi f'livell lokali;

32.

Jinnota li jeżistu żewġ sistemi ewlenin li jistgħu jipprovdu kura tas-saħħa bla ħlas meta hemm il-bżonn, jiġifieri s-sistemi universali tas-sigurtà soċjali permezz ta’ fondi tat-taxxa u s-sistemi obbligatorji ta’ assigurazzjoni soċjali;

33.

Iqis li sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa għandha tkun solidali u tadatta ruħha għall-kuntest kulturali, soċjali u politiku li fih jopera: għaldaqstant la tista' tkun sempliċement it-traspożizzjoni ta’ mudell importat u lanqas il-wirt ta’ passat kolonjali li ma nbidilx;

34.

Iqis li sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa għandha tippermetti l-aċċess għall-kura lil kulħadd, ma tkunx lukrattiva u tkun parteċipattiva;

35.

Iqis li sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa tista' tgħin biex tidderieġi u tinfluwenza l-politika tas-saħħa tal-Istat fejn teżerċita l-attivitajiet tagħha, u dan għall-ġid tal-benefiċjarji tagħha;

36.

Iqis li l-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa huma dawk l-aktar kapaċi li joħolqu dinamika soċjali barra milli jkunu mirfuda minn valuri ta’ solidarjetà u jippermettu l-aċċess għall-kura lil kulħadd;

37.

Iqis li l-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa jiżvolġu rwol importanti fit-titjib tal-koeżjoni soċjali, fil-kapaċità li jiffaċilitaw l-aċċess għal kura ta’ kwalità u fil-parteċipazzjoni reali taċ-ċittadini fl-orjentament u fit-twettiq tal-politiki fil-qasam tas-saħħa, u jkunu kkoordinati tajjeb mas-sistemi formali tal-protezzjoni soċjali;

38.

Jafferma li l-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa rnexxielhom jadattaw ix-xogħol tal-assigurazzjoni għall-karatteristiċi soċjoekonomiċi tal-popolazzjonijiet tal-ekonomija informali li għadhom esklużi mis-sistemi formali u mill-assigurazzjonijiet kummerċjali u li, għalhekk, dawn jikkostitwixxu tweġiba adegwata biex jintlaħaq l-objettiv ta’ kopertura universali fil-pajjiżi bi dħul baxx jew medju;

39.

Jafferma li l-objettiv primarju tal-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa mhuwiex dak li jieħdu post l-Istati, iżda li jikkostitwixxu alternattiva biex jitneħħew l-ostakli għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u jippermettu aċċess aħjar għall-kura ta’ kwalità għaċ-ċittadini kollha indipendentement mid-dħul finanzjarju tagħhom, filwaqt li jixprunaw l-Istat biex jerġa' jinvesti fil-qasam;

40.

Jinkoraġġixxi l-isforzi ta’ xi Stati li jirrikonoxxu s-sitwazzjonijiet u l-bżonnijiet lokali u għalhekk jappoġġaw inizjattivi għal ċerti setturi tas-soċjetà (bħall-bdiewa, il-produtturi tal-kafè, gruppi tan-nisa, residenti tal-istess lokalità), gruppi jew komunitajiet etniċi, jew skemi tradizzjonali bħall-fondi tontini;

41.

Jinnota li diversi pajjiżi bħall-Burundi, il-Burkina Faso, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Benin, ir-Rwanda, it-Tanzanija, il-Gana, in-Niġerja, il-Ginea u l-Kamerun għandhom sistemi li xi kultant huma ferm differenti, iżda li jagħtu l-frott;

42.

Jinsisti fuq l-adattament tas-sistemi għall-valuri ta’ solidarjetà u għall-kultura Afrikana, minħabba li l-kunċett tal-familja huwa estiż ħafna fl-Afrika, u dan iqajjem il-kwestjoni tal-għadd ta’ benefiċjarji tal-għajnuna jekk din tkun organizzata b'mod oċċidentali;

43.

Jenfasizza s-sehem ta’ faċilitaturi li jista' jkollhom il-membri tad-dijaspora mill-Afrika sub-Saħarjana sabiex iżidu l-għarfien fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom dwar il-benefiċċji tal-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa u l-adozzjoni ta’ skemi ta’ dan it-tip;

44.

Jinsisti fuq l-interdipendenza bejn is-sistemi tal-assigurazzjoni u l-istrutturar tal-kura tas-saħħa orizzontali, għax il-popolazzjoni ma tarax l-utilità tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet jekk l-aċċess għall-kura u għall-mediċini mhuwiex garantit;

45.

Jinsab konvint li l-approċċ f'termini ta’ assigurazzjoni jitlob sensibilizzazzjoni estiża tal-popolazzjoni permezz ta’ programmi adatti;

46.

Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-programmi tagħha tkompli tagħmel enfasi, fuq proġetti konkreti mmirati għad-determinanti soċjoekonomiċi tas-saħħa – ilma tax-xorb, infrastrutturi relatati mat-toroq, sikurezza alimentari, ambjent u xogħol deċenti, ħarsien tal-ambjent, ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

47.

Jistieden lill-Istati Membri u lil-laboratorji Ewropej, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim TRIPS, biex jinnegozjaw “strateġija ta’ partenarjat” li tirrispetta l-protezzjoni tal-privattivi fis-swieq żviluppati u tkopri ftehimiet volontarji ta’ liċenzji, appoġġ għall-programmi tas-saħħa, arranġamenti għat-trasferiment tat-teknoloġija u żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni lokali bil-ħsieb li jitnaqqas il-prezz tal-mediċini fil-pajjiżi bi dħul baxx (permezz ta’ ffissar ta’ prezzi f'livelli differenti jew differenzjali);

48.

Jitlob lill-UE biex ma tinkludix fl-Approvazzjonijiet Ewropej tal-Partijiet dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jkomplu jxekklu l-aċċess għal mediċini essenzjali; jirrimarka li, skont id-Dikjarazzjoni ta’ Doha tal-2001 dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, l-UE impenjat ruħha biex tqiegħed is-saħħa pubblika qabel l-interessi kummerċjali, u jitlob li jintuża l-qafas tal-Approvazzjonijiet Ewropej tal-Partijiet biex jgħin lill-pajjiżi AKP jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ flessibilità tad-Dikjarazzjoni ta’ Doha;

49.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti xi indikaturi ta’ finanzjament trasparenti tas-saħħa għall-pajjiżi differenti: kemm tqum il-marda f'termini ta’ kuri u inkapaċità għax-xogħol, ir-rati ta’ mortalità infantili u materna, il-kobor tal-popolazzjoni, il-livell tad-dħul tal-pajjiż, eċċ.;

50.

Jitlob lill-Kummissjoni ssostni l-mudell orizzontali tas-saħħa u tqis fil-prinċipji tagħha tal-politika tas-saħħa li l-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa għandha rwol x'jiżvolġu bħala mekkaniżmu tal-protezzjoni tas-saħħa, flimkien ma’ modi oħra, biex jipparteċipaw fl-estensjoni tal-kopertura tas-saħħa;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li ċerti kategoriji li għandhom diffikultà rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa, bħar-rgħajja, ikunu jistgħu jużaw is-sistemi ta’ kura tas-saħħa;

52.

Jitlob lill-Kummissjoni tadotta pożizzjoni soda waqt il-laqgħa tal-Fond Dinji għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja li se ssir fi New York f'Ottubru 2010 u timpenja ruħha fi proġetti konkreti għall-perjodu 2011-2013;

53.

Jitlob lill-Kummissjoni tabbina l-għajnuna tagħha mal-fondi vertikali ta’ rakkomandazzjonijiet fid-dawl ta’ sforz “djagonali” ta’ sostenn għall-kura bażika fil-pajjiżi kkonċernati; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet rigward il-fondi vertikali sabiex jiżviluppaw strateġiji ta’ ħruġ għall-pajjiżi sħab fit-terminu medju, b'konformità mal-progress li jkun sar rigward il-kisba tal-għanijiet li għalihom ġew stabbiliti;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koerenza akbar fil-politiki tar-relazzjonijiet esterni billi tiżviluppa Komunikazzjoni dwar il-Protezzjoni soċjali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif propost mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Promozzjoni tal-Impjieg permezz tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-UE (21 ta’ Ġunju 2007); Iqis li din il-komunikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi pjan ta’ azzjoni konkret, marbut biż-żmien u mgħammar b'riżorsi adegwati;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-introduzzjoni ta’ tesseri tas-saħħa fil-pajjiżi sħab mal-Unjoni Ewropea u biex tikkoopera – fil-livell reġjonali, jekk ikun meħtieġ – mal-pajjiżi kkonċernati biex tiżgura mezzi adegwati għall-ħtiġijiet f'dan il-qasam;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi azzjonijiet fil-kuntest tal-azzjoni umanitarja għall-kura tas-saħħa biex issaħħaħ is-sistema tas-saħħa orizzontali, billi tqis l-approċċ ta’ Kollegament tal-Għajnuna ta’ Emerġenza, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (Linking relief, rehabilitation and development - LRRD);

57.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea tivvalorizza l-potenzjal tal-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa fl-organizzazzjoni tad-domanda tas-saħħa, u tappoġġa l-bosta inizjattivi mutwalisti eżistenti li l-għan tagħhom huwa li jaġevolaw l-aċċess għall-kura tas-saħħa;

58.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu, skont l-oqsma tal-għarfien espert differenti tagħhom, appoġġ finanzjarju u tekniku akbar lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimplimentaw u jestendu s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali;

59.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew tal-Investiment biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ sistemi mutwi tal-assigurazzjoni soċjali u l-finanzjament tagħhom, pereżempju permezz ta’ garanziji ta’ kreditu, (ko)finanzjament ta’ investimenti fi kliniki u l-finanzjament sħiħ jew parzjali tas-salarji ta’ professjonisti tas-saħħa;

60.

Jistieden lill-kumpaniji ta’ assigurazzjoni tal-UE, lill-banek u lill-organizzazzjonijiet mutwi tas-saħħa fl-UE biex jieħdu inizjattivi sabiex jittrasferixxu l-għarfien u l-kapaċitajiet kbar tagħhom, miksuba matul aktar minn żewġ sekli ta’ storja ta’ assigurazzjoni, għas-sistemi ġodda ta’ assigurazzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa b'mod attiv u tiffaċilita inizjattivi bħal dawn;

61.

Jistieden lill-UE tappoġġa b'mod attiv l-iżvilupp ta’ infrastruttura bażika perenni tas-saħħa, bħal sptarijiet, kliniki u spiżeriji, it-taħriġ ta’ persunal tas-saħħa kwalifikat u l-aċċess għall-mediċini;

62.

Jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-politiki Ewropej fil-qasam tas-saħħa riproduttiva jiġu promossi sew fl-assoċjazzjonijiet kollha li jibbenefikaw mill-fondi Ewropej;

63.

Jitlob lill-Kunsill jagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri biex jirrispettaw l-impenji finanzjarji tagħhom fil-qasam tal-għajnuna għall-kooperazzjoni; jiddispjaċih b'mod partikolari li xi Stati Membri ma jiddedikawx 0,56 % tal-PDG tagħhom għall-kooperazzjoni internazzjonali;

64.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni jallokaw mill-inqas 20 % tal-infiq globali għall-iżvilupp għas-saħħa u l-edukazzjoni bażiċi, biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Fond Dinji għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja u l-finanzjament tagħhom ta’ programmi oħra maħsuba biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa, u sabiex jagħtu prijorità lis-saħħa materna u lill-isforzi fil-ġlieda kontra l-mortalità infantili;

65.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonforma ruħha mal-osservazzjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet li indirizzatilha l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (dokument 10/2008) f'dak li għandu x'jaqsam mal-għajnuna għall-iżvilupp li tagħti lis-servizzi tas-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana fil-qafas tal-impenji tagħha bil-għan li jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju, li għandhom assolutament jitwettqu sal-2015;

66.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/39


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea wara l-2013

P7_TA(2010)0356

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013

2011/C 371 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “EWROPA 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-25 u t-26 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 (UECO 13/10) u b’mod partikolari l-adozzjoni tiegħu tal-Istrateġija Ewropa 2020,

wara li kkunsidra d-dokument ta’ pożizzjoni approvat mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali fil-laqgħa tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rapport Strateġiku tal-2010 mill-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni adottati fil-laqgħa Nru 3023 tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu fl-14 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-14 ta’ Lulju 2010 lill-Kummissjoni dwar il-Politika ta’ Koeżjoni u Reġjonali tal-UE wara l-2013 (O-0110/2010 – B7-0466/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jinsisti li l-politika ta’ koeżjoni, li hi mmirata biex tnaqqas l-inugwaljanzi bejn il-livelli ta’ żvilupp fir-reġjuni Ewropej u biex tattwa l-potenzjal ta’ tkabbir biex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, uriet li hi essenzjali għall-proċess tal-integrazzjoni Ewropea, li hi politika b’valur miżjud Ewropew, li tiffaċilita t-tfittxija tal-modernizzazzjoni u t-tkabbir sostenibbli, kif ukoll tixhed solidarjetà Ewropea, u li, b’konformità mal-ispirtu tat-Trattati, dawn il-karatteristiki jirrikjedu politika reġjonali għall-UE kollha li tiġi implimentata fit-territorju sħiħ tal-Unjoni u li tħaddan lir-reġjuni Ewropej kollha;

2.

Jinnota li l-akkumulazzjoni attwali ta’ sfidi fuq perjodu twil u qasir (1) li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea tinvolvi l-adozzjoni ta’ strateġija UE2020 adattata li tkun kapaċi toħloq qafas favorevoli għal tkabbir ekonomiku u ħolqien ta’ impjiegi stabbli u sostenibbli fl-Ewropa; jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni hija indispensabbli għas-suċċess ta’ din l-istrateġija, filwaqt li tibqa’ politika indipendenti li tipprovdi qafas biex jiġu stabbiliti sinerġiji b’saħħithom bejn il-politiki Ewropej kollha;

3.

Jiċħad kull tentattiv li l-politika tiġi rinazzjonalizzata; jikkunsidra, barra minn hekk, li, minħabba li l-qafas finanzjarju preżenti għandu impatt importanti fuq l-iżvilupp reġjonali, jeħtieġ li d-dimensjoni reġjonali tiġi kkunsidrata kompletament fir-rieżami propost tal-baġit tal-UE u tal-Qafas Finanzjarju futur, u li politika reġjonali tal-UE b’saħħitha u ffinanzjata tajjeb hija kundizzjoni sine qua non biex tinkiseb il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali;

4.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona, il-koeżjoni territorjali timplika approċċ immirat għall-iżvilupp territorjali, waqt li jiġi żgurat żvilupp poliċentriku, billi jinħolqu sinerġiji u jiġi evitat it-tixrid settorjali tar-riżorsi tal-politika reġjonali, u għal dan il-għan għandu jkun hemm ukoll biżżejjed flessibilità biex jiġu akkomodati l-ispeċifiċitajiet reġjonali u jiġu appoġġati r-reġjuni li għadhom lura fl-isforzi tagħhom biex jegħlbu d-diffikultajiet soċjoekonomiċi tagħhom; jikkunsidra li r-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni tal-fruntieri, ir-reġjuni b’karatteristiki ġeografiċi speċifiċi u r-reġjuni l-oħra li jiffaċjaw sfidi speċifiċi fir-rigward tal-iżvilupp iridu jkomplu jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet speċifiċi;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa li tintuża l-esperjenza tal-passat, l-eżempji tal-aħjar prattiki u l-inizjattivi Komunitarji tal-passat li kienu ta’ suċċes sabiex jiġi adottat approċċ aktar iffokat lejn id-dimensjoni urbana tal-politika ta’ koeżjoni; jisħaq ukoll fuq il-fatt li l-bliet għandhom rwol dinamiku fl-iżvilupp ekonomiku reġjonali, peress li jagħtu stimolu ekonomiku pożittiv liż-żoni rurali tal-madwar, u jikkunsidra, għalhekk, li, fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, għandhom ikunu allokati riżorsi finanzjarji għall-investimenti kemm fi proġetti urbani, kif ukoll fi proġetti suburbani u hu tal-fehma li għandha tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni ta’ strument xieraq biex jinkisbu dawn l-objettivi;

6.

Jisħaq fuq il-fatt li l-governanza fuq diversi livelli hija wieħed mill-prinċipji kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni u hi fundamentali biex tiġi żgurata l-kwalità tal-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-ippjanar strateġiku u l-implimentazzjoni tal-objettivi; jikkunsidra għalhekk li, fil-futur, għandu jkun obbligatorju approċċ integrat għall-implimentazzjoni tal-politiki; jikkunsidra wkoll li l-prinċipju tas-sussidjarjetà, fis-sura msaħħa u mwessa’ tiegħu kif definit fit-TFUE, kif ukoll prinċipju ta’ sħubija definit aħjar u t-trasparenza huma elementi essenzjali għall-implimentazzjoni korretta tal-politiki kollha tal-UE u għandhom jissaħħew b’dan il-mod;

7.

Hu tal-fehma li t-tifsil bażiku tal-objettivi attwali għandu jibqa’ u l-koperazzjoni territorjali, li għandha valur miżjud Ewropew ċar, għandha tissaħħaħ, waqt li miżuri oħra, inklużi l-assenjazzjoni ta’ allokazzjonijiet u l-prattiki tajbin, għandhom jiġu valutati u għandhom jiġu identifikati l-problemi komuni u s-soluzzjonijiet tagħhom; jikkunsidra li dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-istipular ta’ objettivi komuni u l-użu razzjonali tar-riżorsi maqsuma u li l-infiq għandu jkun ikkonċentrat fuq il-prijoritajiet fundamentali li jikkostitwixxu l-valur miżjud Ewropew;

8.

Jitlob li l-arkitettura tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 toffri reġim ta’ tranżizzjoni sempliċi, ġust u trasparenti li jqis l-esperjenzi tal-passat u l-aħħar tendenzi fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tar-reġjuni kkonċernati; kif ukoll li jippermettilhom ikomplu fi triqthom lejn it-tkabbir u l-iżvilupp;

9.

Jikkunsidra li l-PDG għandu jibqa’ l-kriterju ewlieni biex tiġi stabbilita l-eliġibilità għall-assistenza tal-politika reġjonali, filwaqt li indikaturi oħrajn li jistgħu jitkejlu jistgħu jiġu miżjuda jekk jintwera li jkunu relevanti, filwaqt li jitħalla spazju biex l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw, fil-livell xieraq ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, indikaturi oħra li jqisu l-attributi speċifiċi tar-reġjuni u l-bliet;

10.

Jinsisti li l-Fond Soċjali Ewropew għandu jibqa’ fil-qafas tar-regolament dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, iżda jeħtieġ ir-regoli proprji tiegħu;

11.

Jitlob li l-iżvilupp rurali, fil-qafas tat-tieni pilastru tal-PAK, jiġi koordinat mal-objettivi tal-iżvilupp tal-koeżjoni u li jiġi ġestit fil-livell reġjonali biex jiġi żgurat li jkun adattat għall-ħtiġijiet;

12.

Jippreferi li l-politika ta’ koeżjoni u s-sistema li permezz tagħha tiġi pprovduta jkunu aktar orjentati lejn ir-riżultati u jimmiraw lejn aktar effiċjenza u effikaċja, filwaqt li jistabbilixxu bilanċ ottimali bejn il-kwalità tal-prestazzjoni u l-kontroll finanzjarju; jindika li dan jirrikjedi titjib sinifikanti fis-sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, iżjed effiċjenza fil-kapaċità amministrattiva u fil-livelli ta’ tnaqqis fl-ammont ta’ żbalji, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ indikaturi oġġettivi u li jistgħu jitkejlu li jkunu kumparabbli madwar l-UE;

13.

Jaqsam il-fehma li s-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politiki għandha tkompli u għandha tkun akkumpanjata mis-semplifikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali u reġjonali; f’dan il-kuntest, jisħaq fuq l-ħtieġa li jiġi stabbilit il-bilanċ korrett bejn is-sempliċità proċedurali u l-effiċjenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba, bit-tama li, għalhekk, il-politika ta’ koeżjoni ssir politika faċli biex tintuża mill-utenti u b’aktar viżibilità;

14.

Iħeġġeġ l-użu ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, ta’ fondi rinnovabbli (revolving funds) u ta’ għotjiet globali, u jitlob li jkun hemm aċċess semplifikat għall-kapital ta’ riskju u għall-mikrofinanza; Jemmen li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu akbar mir-riżorsi ta’ assistenza teknika disponibbli biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ta’ partijiet interessati oħra, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

15.

Hu tal-fehma li l-politika tal-iżvilupp reġjonali tinsab fil-qalba tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-Unjoni u, għaldaqstant, jixirqilha struttura ministerjali formali biex tingħata pjattaforma politika, u li r-rwol ta’ ġestjoni u tfassil tal-politiki tal-Kummissjoni għandu jissaħħaħ ukoll;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Ara “Reġjuni 2020: Valutazzjoni tal-Isfidi Futuri għar-Reġjuni tal-UE”, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Novembru 2008.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/41


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew

P7_TA(2010)0357

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew

2011/C 371 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, COM(2010)2020,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 (UECO13/10), u b’mod partikolari l-adozzjoni minnu tal-Istrateġija Ewropa għall-2020,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2010 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OKŻE) dwar ir-rwol tal-edukazzjoni tul dan iż-żmien ta’ kriżi,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rapport Strateġiku tal-2010 mill-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni adottati fil-laqgħa Nru 3023 tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu fl-14 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 6(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 156 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 162 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jinnota r-rwol prinċipali tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fit-titjib tal-opportunitajiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, fil-promozzjoni tal-adattament tal-ħiliet tal-ħaddiema għad-domandi tas-suq tax-xogħol, fl-integrazzjoni tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol, u fit-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali;

2.

Jiġbed l-attenzjoni għall-erba’ Linji Gwida dwar l-Impjiegi adottati mill-Parlament Ewropew u jilqa’ l-fatt li l-objettivi jinkludu l-promozzjoni tal-impjiegi u l-ġlieda kontra l-faqar fil-kuntest ta’ integrazzjoni/reintegrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol permezz tat-taħriġ;

3.

Jenfasizza li l-progress sostantiv biex jinkisbu l-miri u l-Objettivi tal-Ewropa 2020, b’mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, huwa essenzjali jekk l-istrateġija għandha tkun kredibbli;

4.

Jemmen li l-miri u l-objettivi tal-Ewropa 2020 jistgħu jintlaħqu bl-użu ta’ dan l-istrument bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju u li s-sistemi ta’ edukazzjoni u l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet tal-impriżi ta’ daqs żgħir u medju;

5.

Jemmen li attenzjoni akbar fuq swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw kif suppost u fuq il-kundizzjonijiet soċjali hija vitali sabiex jissaħħu t-tkabbir u l-produttività u jitjieb ir-rendiment tal-impjiegi fl-Ewropa;

6.

Jemmen ukoll li, sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020, jeħtieġ li jkun hemm enfasi konsiderevoli fuq l-aġġornament tas-sistemi ta’ edukazzjoni u tal-ETV, fuq xogħol deċenti, inkluża l-ġlieda kontra x-xogħol prekarju u mhux iddikjarat, fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favur ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata, u fuq l-iżgurar li n-nies li bħalissa huma esklużi mis-suq tax-xogħol ikunu jistgħu jiksbu aċċess għalih;

7.

Iqis li l-FSE għandu jissaħħaħ bħala l-mutur prinċipali li jsostni l-istrateġija tal-Ewropa 2020; jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jużaw il-FSE biex jinvestu f’attivitajiet ta’ ħiliet, impjiegi, taħriġ u taħriġ mill-ġdid bil-għan li jinħolqu iktar impjiegi u impjiegi aħjar;

8.

Iqis li l-effikaċja tal-FSE tiddependi fuq l-abilità tiegħu li jadatta ruħu għad-diversi problemi li jirriżultaw min-natura speċifika lokali u territorjali; jinkoraġġixxi, għalhekk, approċċ minn isfel għal fuq fl-identifikazzjoni tal-għanijiet tiegħu;

9.

Iqis li l-politiki dwar it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa huma prekundizzjonijiet għall-kisba tal-koeżjoni soċjali u territorjali;

10.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, filwaqt li l-koeżjoni territorjali hija importanti, hemm bżonn saħansitra ikbar li jinżammu l-isforzi biex tinkiseb il-koeżjoni soċjali skont l-ispirtu tat-Trattati, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tat-TFUE;

11.

Jenfasizza li l-politika reġjonali tal-UE u l-politika soċjali tal-UE huma interrelatati u li t-tnejn huma vitali għas-suċċess tal-istrateġija Ewropa 2020, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi qafas ċar għall-istabbiliment ta’ sinerġiji b’saħħithom bejn il-politiki Ewropej u l-fondi strutturali;

12.

Jenfasizza li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandha tissaħħaħ billi jittejbu l-impjegabilità u l-opportunitajiet tax-xogħol, jitħeġġeġ livell għoli ta’ impjiegi u jiġu żgurati aktar impjiegi u impjiegi aħjar;

13.

Jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jsiru l-isforzi kollha possibbli sabiex ikun żgurat li l-politiki u l-istrumenti tal-UE jaħdmu flimkien b’mod ikkoordinat u b’sostenn reċiproku sabiex jgħinu lin-nies fl-Ewropa jsibu impjiegi ta’ kwalità, il-progress fil-karrieri tagħhom, joħorġu mill-faqar, permezz tal-inklużjoni fil-ħajja tax-xogħol permezz tat-taħriġ, jevitaw kull forma ta’ esklużjoni soċjali u, b’mod ġenerali, jiggwadanjaw mill-benefiċċji tat-tkabbir futur;

14.

Jirrikonoxxi li l-fondi strutturali għadhom fil-biċċa l-kbira l-istrument ewlieni ta’ finanzjament sabiex jintlaħqu l-objettivi soċjali u jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi sinerġiji ma’ programmi oħra u biex tappoġġja l-koerenza bejn il-programmi ta’ qafas pluriennali, bħal Daphne, Progress, il-Programm tas-Saħħa Pubblika, u l-programm “Ewropa għaċ-ċittadini”;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-potenzjal tal-fondi strutturali permezz tas-simplifikazzjoni, speċjalment tal-kontrolli, il-flessibilità u t-titjib tal-proċeduri, u tas-segwitu għalihom, billi tenfasizza d-dimensjoni tal-integrazzjoni soċjali, bil-għan li l-Istati Membri jkunu megħjuna jottimizzaw ir-riżultati tal-politiki soċjali u tal-impjiegi u joħolqu tkabbir sostenibbli; jenfasizza li l-FSE għandu bżonn li jsir aktar trasparenti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-fondi, sabiex tingħata viżibilità reali lill-isforzi tal-Unjoni Ewropea favur l-impjiegi;

16.

Jenfasizza l-importanza tal-FSE bħala għodda ewlenija fil-ġlieda kontra l-qgħad u fit-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja għall-impjegati - speċjalment fil-kriżi kurrenti tal-impjiegi - kif ukoll fil-ġlieda kontra l-faqar u esklużjoni;

17.

Huwa tal-fehma li r-rwol tal-FSE fit-titjieb tal-impjegabilità u tal-adattabilità tal-ħaddiems għandu jissaħħaħ; Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-għażliet politiċi kollha possibbli biex jissaħħaħ il-kontribut tal-FSE fil-kuntest tal-arkitettura futura tal-fondi strutturali; ħalli jitjieb il-mudell soċjali fl-Unjoni Ewropea; jemmen li hemm vantaġġi konsiderevoli fiż-żamma tal-FSE taħt ir-regolament bażiku dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi, imma bir-regoli tiegħu stess;

18.

Iqis li, bħala riżultat tal-moviment ħieles tal-persuni fis-suq intern, qed jitfaċċaw problemi ġodda f’xi partijiet tal-UE, b’mod partikulari fil-bliet il-kbar, b’rabta mal-għoti tal-protezzjoni soċjali ta’ emerġenza lil persuni li ma jkunux jistgħu jmantnu lilhom infushom, u li dan qed iżid il-pressjoni fuq is-servizzi pubbliċi (tal-karità) u privati li jipprovdu għajnuna ta’ emerġenza, pereżempju lil min ma jkollux dar jew lil gruppi ta’ persuni marġinalizzati fis-soċjetà;

19.

Jenfasizza li l-prinċipju ta’ sħubija jikkontribwixxi għat-trasparenza u s-simplifikazzjoni u li l-imsieħba, għalhekk, hemm bżonn li jkunu awtorizzati biex iwettqu r-rwol tagħhom b’mod xieraq; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ aktar l-approċċ ta’ sħubija billi jiġi provdut appoġġ għall-FSE għall-bini tal-kapaċitajiet u t-taħriġ tal-imsieħba;

20.

Iqis li l-FSE għandu rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-dimensjoni soċjali tat-tkabbir ekonomiku u l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, u b’hekk iżid l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd bħala mezz għas-solidarjetà soċjali u interġenerazzjonali u l-ħolqien ta’ soċjetà iktar inklussiva, bl-għan li jitnaqqas il-faqar;

21.

Iqis li r-riżultati tas-Sena Ewropea 2010 għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali jistgħu jgħinu lill-Kummissjoni biex timmirra lejn l-appoġġ għall-FSE b’mod aktar effettiv fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-UE billi tappoġġa edukazzjoni aħjar għall-impjiegi futuri;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010

20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/44


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Estensjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawn ir-Regolamenti unikament abbażi tan-nazzjonalità tagħhom ***II

P7_TA(2010)0342

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawn ir-Regolamenti unikament abbażi tan-nazzjonalità tagħhom (11160/4/2010 – C7-0208/2010 – 2007/0152(COD))

2011/C 371 E/09

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11160/4/2010 – C7-0208/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0439),

wara li kkunsidra l-Artikoli 63(4) u l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0289/2007),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 79(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa (COM(2009)0665)- “omnibus”) (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-16 ta’ Jannar 2008 (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali (A7–0261/2010),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 259.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0126.

(3)  ĠU C 151, 17.6.2008, p. 50.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/45


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur Lazaros Stavrou Lazarou - CY)

P7_TA(2010)0343

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nomina ta’ Lazaros Stavrou Lazarou bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0188/2010 – 2010/0818(NLE))

2011/C 371 E/10

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C7–0188/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0254/2010),

A.

billi Lazaros Stavrou Lazarou jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar in-nomina ta’ Lazaros Stavrou Lazarou bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (u jistieden lill-Kunsill biex jirtira n-nomina tiegħu u biex jippreżenta waħda ġdida lill-Parlament);

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/46


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur Gijs M. de Vries - NL)

P7_TA(2010)0344

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar in-nomina proposta ta’ Gijs M. de Vries bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0191/2010 – 2010/0819(NLE))

2011/C 371 E/11

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0191/2010),

wara li kkunsidra l-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0255/2010),

A.

billi Gijs M. de Vries jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta’ Gijs M. de Vries bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/46


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Spanja/Tessuti ta’ Galizja

P7_TA(2010)0345

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/003 ES/Tessuti tal-Galizja minn Spanja) (COM(2010)0437 – C7-0205/2010 – 2010/2136(BUD))

2011/C 371 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0437 – C7-0205/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament EGF),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0259/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed jbatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-EGF twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli bl-iktar mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-EGF,

D.

billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw 703 sensja minn 82 intrapriża, li joperaw fid-Diviżjoni 14, Reviżjoni 2 tan-NACE (manifattura ta’ ħwejjeġ) fir-reġjun NUTS II ta’ Galizja,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament EGF,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-EGF;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta’ darba, u limitat fiż-żmien, bħala għajnuna lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-EGF fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament EGF, għandu jkun żgurat li l-EGF jagħti appoġġ lill-ħaddiema ssensjati individwali biex jiġu integrati mill-ġdid fl-impjieg; itenni li l-għajnuna mill-EGF ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-EGF tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-EGF, sors alternattiv tal- approprjazzjonijiet ta’ ħlas għall-fondi mhux użati mill-FSE ġie propost mill-Kummissjoni, wara li l-Parlament Ewropew spiss kien fakkar li l-EGF kien maħluq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk ikunu identifikati;

6.

Jinnota li, sabiex timmobilizza l-EGF għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament se jiġu trasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ tal-SMEs u favur l-innovazzjoni; jiddispjaċih għan-nuqqasijiet serji tal-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment waqt kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa għal appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li l-funzjonament u l-valur miżjud tal-EGF għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/003 ES/Galicia Textiles minn Spanja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Spanja bagħtet applikazzjoni biex timmobilizza l-EGF, fir-rigward tas-sensji fi 82 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 14, Reviżjoni 2 tan-NACE (manifattura ta’ ħwejjeġ) f’reġjun NUTS II uniku, il-Galizja (ES11), fil-5 ta’ Frar 2010 u ssupplimentatu b’tagħrif addizzjonali sal-11 ta’ Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 844 700.

(5)

L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 844 700 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmulha fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/50


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Danimarka/Danfoss Group

P7_TA(2010)0346

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/015 DK/Danfoss Group tad-Danimarka) (COM(2010)0416 – C7-0200/2010 – 2010/2134(BUD))

2011/C 371 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0416 – C7-0200/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament EGF),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0258/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed jbatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-EGF twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli bl-iktar mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-EGF,

D.

billi d-Danimarka talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw 1 443 individwu ssensjat fi 3 impriżi tal-Grupp Danfoss, li jopera fid-Diviżjonijiet 27 u 28, Reviżjoni 2 tan-NACE fir-reġjun NUTS II ta’ Syddanmark,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament EGF,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-EGF;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta’ darba, u limitat fiż-żmien, bħala għajnuna lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-EGF fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament EGF, għandu jkun żgurat li l-EGF jagħti appoġġ lill-ħaddiema ssensjati individwali biex jiġu integrati mill-ġdid fl-impjieg; itenni li l-għajnuna mill-EGF ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-EGF tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-EGF, sors alternattiv tal- approprjazzjonijiet ta’ ħlas għall-fondi mhux użati mill-FSE ġie propost mill-Kummissjoni, wara li l-Parlament Ewropew spiss kien fakkar li l-EGF kien maħluq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk ikunu identifikati;

6.

Jinnota li, sabiex timmobilizza l-EGF għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament se jiġu trasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ tal-SMEs u favur l-innovazzjoni; jiddispjaċih għan-nuqqasijiet serji tal-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment waqt kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa għal appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li l-funzjonament u l-valur miżjud tal-EGF għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/015 DK/Danfoss Group tad-Danimarka)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Id-Danimarka ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fil-Grupp Danfoss. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 8 893 336.

(5)

L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mid-Danimarka.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 8 893 336 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmulha fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/53


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Danimarka/Linak A/S

P7_TA(2010)0347

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni EGF/2009/031 DK/Linak mid-Danimarka) (COM(2010)0417 – C7-0199/2010 – 2010/2133(BUD))

2011/C 371 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0417 – C7–0199/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament EGF),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0257/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed jbatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli bl-iktar mod effiċjenti u malajr kemm jista’ jkun, b’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-EGF,

D.

billi d-Danimarka talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw 198 sensja fl-impriża Linak li topera fis-settur tal-elettronika u tal-mekkanika fir-reġjun NUTS II ta’ Syddanmark,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament EGF,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-EGF;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta’ darba, u limitat fiż-żmien, bħala għajnuna lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza l-irwol li jista’ jkollu l-EGF fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li, b’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament EGF, għandu jkun żgurat li l-EGF jagħti appoġġ lill-ħaddiema ssensjati individwali biex jiġu integrati mill-ġdid fl-impjieg; itenni li l-għajnuna mill-EGF ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-EGF tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-EGF, sors alternattiv tal- approprjazzjonijiet ta’ ħlas għall-fondi mhux użati mill-FSE ġie propost mill-Kummissjoni, wara li l-Parlament Ewropew spiss kien fakkar li l-EGF kien maħluq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk ikunu identifikati;

6.

Jinnota li, sabiex timmobilizza l-EGF għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament se jiġu trasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ tal-SMEs u favur l-innovazzjoni; jiddispjaċih għan-nuqqasijiet serji tal-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment waqt kriżi ekonomika li għandha żżid b’mod sinifikanti l-ħtieġa għal appoġġ bħal dan;

7.

Ifakkar li l-funzjonament u l-valur miżjud tal-EGF għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.

Jilqa’ l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

10.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/031 DK/Linak mid-Danimarka)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-EGF twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Id-Danimarka ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fil-Linak A/S. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 213 508.

(5)

L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mid-Danimarka.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 213 508 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  OJ C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 371/56


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri ***I

P7_TA(2010)0349

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (COM(2010)0256 – C7-0134/2010 – 2010/0137(COD))

2011/C 371 E/15

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0256),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0134/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0256/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Il-Ħamis 7 ta’ Ottubru 2010
P7_TC1-COD(2010)0137

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Ottubru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1091/2010)