|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.366.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2011/C 366/01 |
||
|
2011/C 366/02 |
||
|
2011/C 366/03 |
||
|
2011/C 366/04 |
||
|
2011/C 366/05 |
||
|
2011/C 366/06 |
||
|
2011/C 366/07 |
||
|
2011/C 366/08 |
||
|
2011/C 366/09 |
||
|
2011/C 366/10 |
||
|
2011/C 366/11 |
||
|
2011/C 366/12 |
||
|
2011/C 366/13 |
||
|
2011/C 366/14 |
||
|
2011/C 366/15 |
||
|
2011/C 366/16 |
||
|
2011/C 366/17 |
||
|
2011/C 366/18 |
||
|
2011/C 366/19 |
||
|
2011/C 366/20 |
||
|
2011/C 366/21 |
||
|
2011/C 366/22 |
||
|
2011/C 366/23 |
||
|
2011/C 366/24 |
||
|
2011/C 366/25 |
||
|
2011/C 366/26 |
||
|
2011/C 366/27 |
||
|
2011/C 366/28 |
||
|
2011/C 366/29 |
||
|
2011/C 366/30 |
||
|
2011/C 366/31 |
||
|
2011/C 366/32 |
||
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Awdituri
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/1 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/01
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Vigo, twaqqfet permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet tal-kontroll tas-sajd u l-attivitajiet ta’ spezzjoni mill-Istati Membri sabiex tiżgura applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 11-il miljun meta mqabbel ma’ EUR 10,1 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 54 meta mqabbel ma’ 49 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f'dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Uħud mill-impenji tal-baġit tal-2010 tal-Aġenzija kellhom x'jaqsmu ma’ nefqa għal proġetti tal-2011, li jmorru kontra l-prinċipju baġitarju t'annwalità. |
|
14. |
Ġew innotati dgħufijiet fil-proċeduri tal-Aġenzija għall-assigurazzjoni lid-dokumenti ta’ akkwist ikunu ffirmati u datati kif xieraq. |
KWISTJONIJIET OĦRA
|
15. |
Fir-rigward tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal, la l-limiti li l-kandidati kellhom jissodisfaw sabiex jiġu msejħa għal intervista u lanqas dawk neċessarji biex jitpoġġew fuq il-lista tar-riżerva ma ġew iffissati bil-quddiem. Dawn il-prattiki jpoġġu f'riskju t-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://cfca.europa.eu/.
ANNESS
L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (Vigo)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 38 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond [skont] il-politika komuni dwar is-sajd, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw kontroll, spezzjoni u infurzar effettiv tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd u li jikkoperaw ma’ xulxin u ma’ pajjiżi terzi għal dan l-għan. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd. |
||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005) |
L-Objettivi Ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, li l-għan tagħha huwa li torganizza koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u tgħinhom jikkoperaw sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tagħha. Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv Jikkonsisti f'rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni. 2 – Id-Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord Amministrattiv minn lista ta’ mill-anqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri 4 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali EUR 11,0-il miljun (EUR 10,1 miljun) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 53 (55) persunal temporanju pprovdut fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 52 (44) 2 (5) Persunal kuntrattwali It-total tal-persunal: 54 (49) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 |
Il-Koordinazzjoni Operazzjonali
Il-Bini tal-Kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
Sabiex torganizza laqgħat u missjonijiet operattivi ppjanati minn qabel għall-ewwel kwart tal-2011, l-Aġenzija inkludiet l-ispejjeż rilevanti fil-baġit 2010. L-Aġenzija ħadet nota tal-kumment tal-Qorti u ser tieħu miżuri sabiex tevita l-iżvilupp ta’ ċirkustanzi simili fil-ġejjieni. |
|
14. |
Is-CFCA tieħu nota tal-kummenti tal-Qorti u saħħet l-għarfien tagħha tal-partijiet involuti kollha fir-rigward tal-obbligu li d-dokumenti rilevanti jkunu datati u ffirmati kif suppost. |
Kwistjonijiet oħra
|
15. |
L-Aġenzija rranġat l-oqsfa għall-proċeduri tas-selezzjoni u qed tistabbilixxi limitu standard mill-bidu nett li jista' jintuża mill-kumitat tas-selezzjoni sabiex tiżgura t-trasparenza. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/6 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/02
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, inħolqot fl-1958 (1). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 (2) issostitwiet l-Istatuti ta’ qabel tal-Aġenzija. Il-kompiti prinċipali tal-Aġenzija huma li tipprovdi lill-Unjoni b’għarfien espert dwar is-suq tal-materjali u servizzi nukleari u tissorveljah. |
|
2. |
Fl-2010, simili għall-2009 u l-2008, l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju biex tkopri l-operazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni refgħet l-ispejjeż imġarrba mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-2010. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008. |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur Ġenerali (6) huwa responsabbli li jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati. Id-Direttur Ġenerali huwa responsabbli mit-twaqqif tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (7). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet li jikkonċernaw l-affidabilità tal-kontijiet. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (8) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Enfasi dwar kwistjoni
|
12. |
Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu 11, il-Qorti tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni li ġejja. L-Artikolu 54 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jipprovdi li l-Aġenzija għandu jkollha awtonomija finanzjarja. L-Artikolu 7 tal-Istatuti tal-Aġenzija jipprovdi li “l-infiq tal-Aġenzija għandu jikkonsisti fi spejjeż amministrattivi tal-persunal tagħha u tal-Kumitat, kif ukoll spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma’ partijiet terzi.” Fil-fatt, l-Aġenzija, mill-2008 ’l hawn, ma rċevietx baġit. F’dak il-każ, il-Kummissjoni Ewropea ħallset b'mod dirett l-ispejjeż tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 7 hawn fuq. Fl-opinjoni tal-Qorti, din is-sitwazzjoni tmur kontra l-Istatuti tal-Aġenzija u l-Qorti tqis li l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom, flimkien mal-partijiet interessati kollha, iqisu miżuri biex jeliminaw din is-sitwazzjoni. Il-Qorti tinnota li l-Aġenzija bi ħsiebha titlob baġit għall-2012. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) Ir-responsabbiltajiet tad-Direttur Ġenerali huma deskritti fl-Artikoli 7 u 8 tad-Deċiżjoni 2008/114/KE, Euratom.
(7) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(8) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-5 ta’ Mejju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-14 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/euratom/accounts_en.html.
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
Sabiex is-sitwazzjoni tiġi solvuta, sar qbil li terġa' tiġi stabbilita l-linja tal-baġit speċifika għall-Aġenzija tal-Provvista tal-Euratom fil-Baġit Ġenerali tal-UE għall-2012. Ladarba tiġi adottata, tkun tirrappreżenta kisba kbira fl-indirizzar tat-tħassib attwali. Fl-20 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat din il-proposta li fiha l-linja nr 32 01 06 għall-Aġenzija tal-Povvista tal-Euratom ikkreditata b'98 000 EUR. Il-proposta tressqet lill-awtoritajiet baġitarji tal-UE għall-adozzjoni. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Istatuti tal-Aġenzija, in-nefqa fuq il-persunal qiegħda u se tibqa' fil-baġit tal-Kummissjoni. Dan l-Artikolu jistipula li “il-persunal tal-Aġenzija għandhom ikunu […] uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej” u “is-salarji tagħhom għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni”. Abbażi tal-esperjenza miksuba fl-2012, l-ESA se tevalwa jekk l-ammont tas-sussidju mitlub ikollux jiġi adattat fil-ġejjieni. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/9 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/03
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fi Vjenna, kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha b’assistenza u b’kompetenza fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li għandha x’taqsam mad-drittijiet fundamentali (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 20,2 miljun, meta mqabbel mal-EUR 17,2 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 90 meta mqabbel mas-77 tas-sena ta’ qabel. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi jew sew jekk minħabba xi żball, jiddependu fuq l-evalwazzjoni tal-verifika tagħha. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
F’Diċembru 2010, l-Aġenzija impenjat 48 % (EUR 4,6 miljun) tan-nefqa operattiva annwali tat-Titolu III tagħha. Din il-konċentrazzjoni ta’ nfiq fl-aħħar ġimgħat tas-sena, tindika l-ħtieġa għal titjib fl-ippjanar tal-implimentazzjoni baġitarja, peress li kkontribwixxiet b'mod sinifikanti għal livell għoli ta’ ammonti miġjuba ’l quddiem — EUR 6,9 miljun. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-28 ta’ Marzu 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-20 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.fra.europa.eu/fraWebsite/home/home_eh.htm.
ANNESS
L-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (Vjenna)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 337 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Biex twettaq il-kompiti fdati lilha, il-Kummissjoni tista' tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat. |
||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007) |
L-Objettivi Li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji rilevanti tal-Komunità u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja b'assistenza u b'kompetenza relatati mad-drittijiet fundamentali biex tagħtihom appoġġ meta jieħdu miżuri jew jifformulaw pjanijiet ta’ azzjoni fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom sabiex ikunu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali. Il-Kompiti
|
||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Kompożizzjoni Persuna waħda indipendenti maħtura minn kull Stat Membru, persuna waħda indipendenti maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kompitu Jadotta l-baġit, il-programm tax-xogħol u r-rapporti annwali. Jadotta l-baġit finali u l-pjan ta’ stabbiliment. Jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali. 2 – Il-Bord Eżekuttiv Kompożizzjoni
3 – Il-Kumitat Xjentifiku Kompożizzjoni
4 – Id-Direttur Maħtur mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni u wara l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (li jiddikjaraw il-preferenzi tagħhom). 5 – Il-Verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 6 – L-Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-baġit finali EUR 20,2 miljun (EUR 17,2 miljun) li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 99 % (99 %) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 72 (61) fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 69 (48). + 18 (16)-il persunal ieħor (persunal b'kuntratt, esperti nazzjonali sekondati) Total tal-persunal: 90 (77), li qed jagħmlu l-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
Raxen 162 (189) Kontribuzzjonijiet mis-27 punt fokali nazzjonali 1 (1) laqgħat Fralex 131 (227) Kontribuzzjonijiet minn esperti legali, 0 (1) laqgħat Ir-Rapporti ta’ Riċerka 37 (19) rapporti, 11 (20) laqgħat u 2 (2) Rapporti annwali L-Attivitajiet mhux marbuta ma’ Riċerka 1 (1) Konferenza dwar id-Drittijiet Fundamentali u 3 (1) Bosta pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija 2 (3) Avveniment dwar Jum id-Diversità Il-laqgħat ma’ Stati Membri u Istituzzjonijiet oħrajn L-Istati Membri: 12 (10) Il-Kunsill tal-UE: 6 (2) Il-Kummissjoni Ewropea: 20 (17) Il-Parlament Ewropew: 5 (2) Il-Kumitat tar-Reġjuni: 2 (2) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: 1 (1) Il-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali: 2 (2) Il-Kunsill tal-Ewropa: 10 (16) L-OSCE: 3 (6) In-Nazzjonijiet Uniti: 6 (3) Il-Partijiet Interessati Esterni 30 (22) Il-Korpi Speċjalizzati: 7 (9) Laqgħat oħra u Round Tables: 20 (11) |
||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||
IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA
|
13. |
L-Aġenzija ħadet il-miżuri xierqa (eż. l-ippjanar sentejn minn qabel) sabiex l-implimentazzjoni tal-baġit tinfirex aħjar matul is-sena, u tiġi evitata l-konċentrazzjoni matul l-aħħar xahar. Dan kien ikkunsidrat bħala “l-aħjar prattika” mill-IAS fir-rapport tagħhom dwar “Ippjanar u Monitoraġġ”. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/15 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/04
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Heraklion, ġiet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 (1), emendata mir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 (2). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tevita u tirrispondi għall-problemi ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Unjoni (3). |
|
2. |
Il-baġit finali tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 8,1 miljun meta mqabbel ma’ EUR 8,1 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 53 meta mqabbel ma’ 56 is-sena ta’ qabel. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġu kkunsidrati sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (12) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Fl-2010, 52 % tal-baġit operattiv tal-Aġenzija (it-Titolu III) kien impenjat imma mhux minfuq. Dan il-livell ta’ ammonti miġjuba ’l quddiem huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. |
KWISTJONIJIET OĦRA
|
14. |
Fir-rigward tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal, la l-limiti li l-kandidati kellhom jissodisfaw sabiex jiġu msejħa għal intervista u lanqas dawk neċessarji għalihom biex jitpoġġew fuq il-lista tar-riżerva ma ġew iffissati bil-quddiem. Dawn ġew stabbiliti mill-bord tal-għażla wara l-evalwazzjoni tal-kandidati. Dawn il-prattiki jpoġġu f’riskju t-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 1.
(3) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(4) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(5) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(8) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 tad- ta’ Novembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(9) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(10) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(11) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(12) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-7 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fit-30 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.enisa.europa.eu/about-enisa/accounting-finance.
ANNESS
Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (Heraklion)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Frar 2004, meħuda fuq il-bażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, bi ftehim komuni, adottaw stqarrija dwar il-ħolqien ta’ Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni. L-Aġenzija għandha topera bħala punt ta’ referenza u toħloq kunfidenza permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-parir li hija tagħti u l-informazzjoni li tqassam, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u tal-metodi li bihom topera, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha. |
||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004) |
L-Objettivi
Il-Kompiti L-Aġenzija:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord tat-Tmexxija Il-Bord tat-Tmexxija se jkun kompost minn rappreżentant minn kull Stat Membru, tliet rappreżentanti maħturin mill-Kummissjoni, kif ukoll tliet rappreżentanti, proposti mill-Kummissjoni u maħturin mill-Kunsill, mingħajr id-dritt tal-vot, kull wieħed minnhom jirrappreżenta lill-gruppi li ġejjin:
2 – Id-Direttur Eżekuttiv
3 – Il-verifika esterna Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 4 – L-Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali EUR 8,1 (8,1) miljun li minnhom is-sussidju tal-Komunità huwa 100 % (100 %). Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 44 (44) kariga mniżżla fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 40 (43). Karigi oħrajn okkupati: 11 (9) Aġenti kuntrattwali, 2 (4) Esperti Nazzjonali Sekondati. Persunal totali: 53 (56), li se jagħmlu x-xogħlijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
MTP (1) 1: It-titjib tal-flessibbiltà fin-netwerks Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika Fl-2010, l-isforz ewlieni f'dan il-qasam kien li l-għoti ta’ appoġġ ta’ ħidmiet deskritti fil-komunikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni f'Marzu 2009. (Riżultati tanġibbli: 6) MTP 2: L-iżvilupp u żamma tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri Fl-2010, koperazzjoni bejn Stati Membri kien żviluppat aktar u ġew esplorati opportunitajiet ta’ koperazzjoni internazzjonali bil-għan li jitjiebu il-ħiliet tal-Istati Membri kollha u tiżdied l-koerenza ġenerali tal-approċ għal NIS fil-livell pan-Ewropew. Minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Aġenzija koperat mill-viċin mas-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tnaqqas l-isforzi tagħha u jiżdiedu r-riżultati. (Riżultati tanġibbli: 12) MTP 3: L-identifikazzjoni ta’ riskji emerġenti għall-ħolqien ta’ fiduċja u kunfidenza L-Aġenzija se tistabbilixxi qafas li se jippermetti lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jifhmu u jivvalutaw aħjar ir-riskji emerġenti li jinħolqu minħabba tekonoloġiji u applikazzjonijiet ġodda. Barra dan, l-Aġenzija kompliet tipprepara rapporti ta’ Valutazzjoni u Riskju biex tesprimi l-opinjoni tal-Aġenzija dwar riskji emerġenti li jinħolqu minħabba tekonoloġiji u applikazzjonijiet ġodda. Barra minn hekk, l-Aġenzija esplorat suġġetti relatati mar-responsabbiltà u l-fiduċja fl-Internet tal-futur. Dan l-MTP jipprovdi funzjoni ta’ antenna għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa u possibbilment lil hinn minnha. (Riżultati tanġibbli: 2) PA (2) 1: L-identità, responsabbiltà u fiduċja fl-Internet tal-futur L-għan ġenerali ta’ din l-azzjoni preparatorja kien li “jiżgura li l-Ewropa żżomm livell għoli ta’ sigurtà u fiduċja kemm tal-utenti kif ukoll tal-industrija fuq l-infrastruttura elettronika ta’ komunikazzjoni u servizzi pprovduti, waqt li fl-istess ħin tillimita t-theddid għal libertajiet ċivili u privatezza”. (Riżultati tanġibbli: 5) PA2: L-identifikazzjoni ta’ muturi u oqfsa għal Koperazzjoni NIS settorjali tal-UE L-għan ta’ dan il-PA kien li jikkjarifika l-kwistjoni dwar kif jinġiebu impenji minn atturi rilevanti għal azzjoni kollettiva biex jiġu indirizzati sfidi NIS fuq livell pan-Ewropew. (Riżultati tanġibbli: 1) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||
(1) MTP: programm tematiku multi-annwali.
(2) PA: Azzjoni Preparatorja.
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
Iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-attivitajiet ta’ ENISA flimkien mat-tibdil kontinwu fil-persunal ikkontribwixxew għal-livell ta’ trasferimenti nnotati mill-Qorti. L-Aġenzija twettaq proġett biex tkompli tottimizza l-proċeduri tagħha, ittejjeb l-ippjanar dwar l-akkwist, u timplimenta għodda dwar il-ġestjoni ta’ proġetti u s-segwitu. |
|
14. |
Attwalment qegħdin isiru Linji gwida għall-Bordijiet tal-Għażla. Barra minn hekk, il-lista ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-minuti tal-Bordijiet tal-Għażla ġiet riveduta u tipprevedi l-istabbiliment ta’ livelli qabel ma tiġi evalwata l-lista ta’ kandidati adatti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/21 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/05
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Kolonja, kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li żżomm livell għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, li tiżgura l-iżvilupp xieraq ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u li tipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti ajrunawtiċi (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 137 miljun meta mqabbel mal-EUR 122 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd tal-persunal (temporanju u kuntrattwali) impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 578 meta mqabbel mal-509 s-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti għat-tfassil tal-kontijiet finali (9) kif imħejjija mill-uffiċjal ta’ kontabilità tal-Aġenzija, li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-GESTJONI TAL-BAGIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
L-Aġenzija tmexxi l-kompiti ta’ ċertifikazzjoni li huma parzjalment ikkuntrattati ’l barra lil awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni. In-nefqa dovuta relatata fi tmiem is-sena ġiet stmata permezz ta’ suppożizzjoni ta’ perċentwal ġenerali ta’ kompletezza għal kull kategorija tat-tip ta’ ċertifikazzjoni, bl-użu ta’ esperjenza storika insuffiċjenti. Biex tikkonforma mal-prinċipju ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti, huwa aktar xieraq il-perċentwal ta’ kompletezza jew il-metodu ta’ żmien li jkun għadda. |
KWISTJONIJIET OHRA
|
14. |
Għal żewġ proċeduri kbar tal-akkwist, il-metodu ta’ evalwazzjoni ma ppermettiex lill-offerti li tefgħu l-aqwa offerta finanzjarja jiksbu l-ogħla punteġġ ta’ prezz. Din is-sitwazzjoni poġġiet f’riskju t-trasparenza tal-proċess tal-akkwist kif ukoll il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. |
|
15. |
Fir-rigward tal-proċeduri ta’ għażla tal-persunal, ma kien hemm ebda evidenza li l-livelli limiti biex wieħed jiġi mistieden għal intervista jew jitpoġġa fuq il-lista tar-riżerva kienu ġew definiti qabel ma beda t-tgħarbil tal-applikazzjonijiet. Dawn il-prattiki poġġew f’riskju t- trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma integrati fil-fatt fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.easa.europa.eu.
ANNESS
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (Kolonja)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva, jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa dwar it-trasport bil-baħar u bl-ajru. Huma għandhom jaġixxu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni. |
||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill (ir-“Regolament Bażiku”)) |
L-Objettivi
Il-Miżuri li jridu jiġu adottati mill-Aġenzija
|
||||||||||
|
It-tmexxija |
1 — Il-Bord ta’ Tmexxija jikkonsisti f'rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, iwaqqaf korp ta’ konsulenza tal-partijiet interessati. 2 — Id-Direttur Eżekuttiv imexxi l-Aġenżija u huwa maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni. 3 — Il-Bord tal-Appell jiddeċiedi dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija rigward xi aspetti bħal ċertifikazzjoni, drittijiet, ħlasijiet u kontrolli fl-intrapriżi. 4 — Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 5 — L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Bagit Il-baġit totali: EUR 137,2 (122,2) miljun, inklużi: Id-dħul minn drittijiet u ħlasijiet: EUR 72,9 (54,9) miljun (53,1 %) Is-sussidju tal-Unjoni: EUR 34.2 (33,9) miljun (24,9 %) Dħul u sovvenzjonijiet oħra, inkluża Kontribuzzjoni tal-Pajjiżi Terzi mill-EFTA: EUR 2,9 (3,9) miljun Id-dħul assenjat (nefqa tad-drittijiet u ħlasijiet): EUR 27,1 (29,5) miljun Il-persunal fil-31.12.2010 570 (506) persunal temporanju fil-pjan ta’ stabbiliment. Il-karigi okkupati: 524 (1) (460) Persunal ieħor: 63 (56), persunal kuntrattwali 54 (49), esperti nazzjonali ssekondati 8 (6), konsulent speċjali 1 (1) It-total tal-persunal temporanju: 524 (460)
|
||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi |
L-opinjonijiet L-opinjonijiet (7) dwar emendi għar-Regolamenti (KE) Nru 2042/2003 u (KE) 1702/2003 Id-deċiżjonijiet dwar l-Għemil tar-Regoli Id-deċiżjonijiet relatati mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni (7), Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità u Materjal ta’ Gwida (7), programm tal-Għemil tar-Regoli (1) Ir-riżultati addizzjonali fl-2010 (li jwasslu għal Regoli fis-snin li ġejjin) 26 ToRs, 14 NPAs, 9 CRDs Il-koperazzjoni Internazzjonali 8 Arranġamenti ta’ Ħidma mas-CAAC (iċ-Ċina) Il-proċedura ta’ Implimentazzjoni għall-Arranġament ta’ Ħidma bejn l-IAC-AR (il-Federazzjoni Russa) 2 Modifiki għall-Arranġament ta’ Ħidma bejn l-EASA u l-JCAB (il-Ġappun) (modifika tal-appendiċi Ċ) 27 rakkomandazzjoni mogħtija lill-Ittri tal-Istati ICAO Tħejjija ta’ laqgħa 1 CMR mal-FAA u mat-TCCA Tħejjija ta’ laqgħa 1 mal-FAA dwar l-istandards tat-titjir Id-deċiżjonijiet ta’ ċertifikazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2010 Iċ-ċertifikati tat-Tip/Ċertifikati tat-Tip Restritt: 8 Iċ-ċertifikati ta’ tip supplimentari: 750 Id-Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà: 284 Il-Metodi Alternattivi ta’ Konformità: 70 European Technical Standard Order Authorisation (L-Awtorizzazzjoni Ewropea dwar l-Ordni tal-Istandards Tekniċi): 150 Bidliet kbar/Tiswijiet kbar/Derivattivi Ġodda: 879 Bidliet żgħar/Tiswijiet żgħar: 1 117 Il-manwali tat-titjir tal-ajruplani: 411 L-approvazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tat-titjir: 561 L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-Iddisinjar: 486 L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ Manutenzjoni (bilaterali) (2): 1 511 L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ Manutenzjoni (barranin) (2): 267 L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ taħriġ dwar il-Manutenzjoni (2): 41 L-approvazzjonijiet tal-Manifattura: (2): 21 L-ispezzjonijiet dwar l-Istandardizzazzjoni (għadd ta’ pajjiżi skont it-tip) fil-31 ta’ Diċembru 2010 Fil-qasam tat-Tkomplija tal-Ajrunavigabbiltà: 28 Fil-qasam tal-Produzzjoni: 14 Fil-qasam tal-Operazzjonijiet: 22 Fil-qasam tal-liċenzji tal-ekwipaġġ tat-titjir: 28 |
||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||
(1) Nota: Żewġ piloti part-time jokkupaw biss post wieħed.
(2) L-attività ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni hija suddiviża f’attività ta’ sorveljanza prinċipali ta’ organizzazzjonijiet diġà approvati (b’tiġdid kull sentejn sa tliet snin) u attività marbuta ma’ approvazzjonijiet ġodda. Id- data mogħtija tikkonċerna l-għadd totali ta’ approvazzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2010.
TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
L-EASA tagħraf il-ħtieġa għal titjib kontinwu u għaldaqstant għadha l-ħsieb li tiżviluppa aktar metodoloġija xierqa permezz ta’ informazzjonii medja fuq id-dewmien tal-proġetti flimkien ma’ informazzjoni estensiva storika. |
|
14. |
L-għan tal-EASA kien li tivvaluta l-offerti finanzjarji kemm jista' jkun b'mod oġġettiv. Il-formula finanzjarja kienet ibbażata fuq tbassir konkret ta’ xiri, anki jekk il-kumplikazzjoni tal-istruttrura tal-prezzijiet tas-swieq relevanti għamlitha diffiċli ħafna li jiġu mbassra l-interazzjonijiet kollha fost il-komponenti tal-prezz. Fil-prattika l-ebda impatt negattiv fuq l-eżitu ma għandu jiġi rappurtat. |
|
15. |
L-EASA tappoġġa r-rimarki tal-Qorti fil-linji gwida tal-membri tal-bord u stabbiliet il-limitu minimu ta’ kandidati li jridu jiġi mistiedna għal intervista (50 %) jew impoġġija fuq lista ta’ riserva (65 %). L-EASA, madanakollu, tirriserva d-dritt li tiddeċiedi fuq in-numru raġonevoli ta’ kandidati li jridu jiġu mistiedna skont il-pożizzjoni li jkunu kisbu fil-lista. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/27 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/06
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Londra, twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta’ Lulju 1993, li ġie sostitwit mir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 (1). L-Aġenzija topera permezz ta’ netwerk u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-evalwazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 208,4 miljun meta mqabbel ma’ EUR 194,4 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 698, meta mqabbel ma’ 664 fis-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f’dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
L-Aġenzija esperjenzat dewmien fl-implimentazzjoni tat-Titolu II “In-nefqa amministrattiva” tal-baġit tagħha. L-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem għall-2011 fuq it-Titolu II ammontaw għal EUR 17,6 miljun, 33,3 % tal-approprjazzjonijiet korrispondenti. 36 % biss mill-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem jikkorrispondu għal nefqa dovuta tas-sena, jiġifieri 64 % tal-ammonti miġjuba ’l quddiem ma kellhomx x’jaqsmu mas-sena finanzjarja 2010. Din is-sitwazzjoni kienet tmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità. |
|
14. |
Ġew innutati dgħufijiet fis-sistema tal-Aġenzija għall-validazzjoni tal-klejms tal-kredituri fir-rigward tal-kuntratturi tal-IT. |
KWISTJONIJIET OĦRA
|
15. |
L-Aġenzija ma għamlitx biżżejjed distinzjoni bejn ir-reklutaġġi ta’ persunal tal-aġenzija tal-impjiegi u dawk tal-persunal fuq kuntratt. Għandha tuża persunal tal-aġenzija tal-impjiegi biex tkopri biss ħtiġijiet fuq terminu ta’ żmien qasir u tagħti aċċess trasparenti lil pożizzjonijiet ta’ persunal fuq kuntratt. |
SEGWITU TAS-SEJBIET TAL-VERIFIKI PREĊEDENTI
|
16. |
F’rapporti preċedenti, il-Qorti nnutat il-ħtieġa li l-Aġenzija tintroduċi sistema ta’ remunerazzjoni għas-servizzi mogħtija minn awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri abbażi tal-ispejjeż reali tal-Istati Membri. S’issa, minkejja xi sforzi mill-Aġenzija, din għadha ma saritx. Hemm lok għal progress f’din il-kwistjoni. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 214, 24.8.1993, p. 18 u ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Skont dan l-aħħar Regolament, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, inbidel għal dak ta’ Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-16 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.ema.europa.eu.
ANNESS
Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-Azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri il-[l-] ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
L-Objettivi
Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP), magħmul minn membru wieħed u supplenti wieħed minn kull Stat Membru u ħames membri koptjati, jagħti pariri fuq kull mistoqsija li għandha x'taqsam mal-evalwazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. 2 – Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP), magħmul minn membru wieħed u supplenti wieħed minn kull Stat Membru, jagħti pariri fuq kull mistoqsija li għandha x'taqsam mal-evalwazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju. 3 – Il-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni - (COMP), jikkonsisti f'membru wieħed u supplenti wieħed minn kull Stat Membru, jagħti pariri dwar kull mistoqsija li għandha x'taqsam mal-evalwazzjoni ta’ prodotti mediċinali orfni. 4 – Il-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali mill-Ħxejjex – (HMPC), huwa magħmul minn membru wieħed u supplenti wieħed minn kull Stat Membru u ħames membri koptjati, jagħti pariri dwar kull mistoqsija li għandha x'taqsam mal-evalwazzjoni ta’ prodotti mediċinali mill-ħxejjex. 5 – Il-Kumitat Pedjatriku – (PDCO), huwa magħmul minn membru wieħed u supplenti wieħed minn kull Stat Membru, sitt membri u supplenti li jirrappreżentaw professjonisti fil-kura tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, responsabbli mill-valutazzjoni xjentifika u ftehim dwar pjanijiet investigattivi tal-pedjatrija u għas-sistema ta’ rinunzji u diferimenti ta’ dawn. 6 – Il-Kumitat dwar it-Terapija Avvanzata - (CAT), magħmul minn ħames membri tas-CHMP u l-(ħames) supplenti tagħhom, membru wieħed u supplenti wieħed minn kull Stat Membru, żewġ membri u żewġ supplenti li jirrappreżentaw lil min imexxi l-kliniki, żewġ membri u żewġ supplenti li jirrappreżentaw l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, huwa responsabbli għal kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-valutazzjoni tal-prodotti mediċinali tat-terapija avvanzata u ċertifikazzjoni u klassifika AMTP. 7 – Il-Bord Amministrattiv huwa magħmul minn membru wieħed u supplenti wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, żewġ rappreżentanti maħtura mill-Parlament Ewropew, żewġ rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti, rappreżentant mill-organizzazzjonijiet tat-tobba u rappreżentant mill-organizzazzjonijiet veterinarji. Il-Bord jadotta l-programm ta’ xogħol u r-rapport annwali. 8 – Id-Direttur Eżekuttiv huwa maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni. 9 – Il-verifika interna Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni. 10 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 11 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali EUR 208,4 (194,4) miljun; kontribuzzjoni tal-Unjoni: 13,6 % (1) (18,7 %) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 567 (530) kariga mniżżla fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 546 (511). 152 (160) persunal ieħor (persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati, persunal tal-aġenzija tal-impjiegi) It-total tal-persunal: 698 (664), li minnhom:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
Il-Prodotti Mediċinali għall-Użu tal-Bniedem
Il-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju
L-ispezzjonijiet L-ispezzjonijiet: 300 (233) Il-Prodotti Mediċinali mill-Ħxejjex Il-monografi mill-ħxejjex: 19 (17) Lista ta’ sustanzi mill-ħxejjex, preparazzjonijiet u taħlitiet li ġejjin minnhom: 3 (0) Il-Prodotti Mediċinali Orfni
L-Impriżi Żgħar u Medji (SME)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Agenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Dan huwa l-perċentwal tal-kontribuzzjoni bbaġitjata tal-UE (mingħajr il-kontribuzzjoni speċjali għal tnaqqis fl-onorarji tal-mediċini orfni u mingħajr l-użu tal-bilanċ favur li ġej mis-sena finanżjarja n-2 mill-awtorità tal-baġit) għal dak li jirrigwarda l-baġit finali.
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
L-Aġenzija baqgħet ittejjeb b'mod kontinwu l-ġejbien 'il quddiem amministrattiv tagħha mill-2008, b'ġejbien 'il quddiem awtomatiku fit-Titolu II 2008/09 għal 45,3 %, 2009/10 għal 36,2 % u 2010/11 għal 33,3 %. L-ammonti inkwistjoni għall-2010 għandhom x'jaqsmu mal-proġetti telematiċi ICT plurjennali. Dawn il-proġetti telematiċi huma ta’ natura operattiva u għaldaqstant ser jitqiesu fit-Titolu III mill-2011. Għalhekk mill-2011/12 l-Aġenzija tistenna tnaqqis fil-ġejbien 'il quddiem fin-nefqa amministrattiva għal massimu ta’ madwar 30 % (li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ EUR 10,0 miljuni). |
|
14. |
L-Aġenzija rrinfurzat is-sistema tagħha biex tivvalida l-klejms tal-kredituri u biħsiebha tuża l-istrumenti fornuti mis-SAP sabiex tittratta kwalunkwe żball uman fil-proċess. |
|
15. |
L-Aġenzija tqis l-osservazzjonijiet tal-Qorti. Ittieħdet azzjoni sabiex tittejjeb it-trasparenza billi ġie żgurat li kull kariga ta’ aġent kuntrattwali tkun ippubbliċizzata b'mod estern qabel ma tiġi okkupata u li jitħarsu bis-sħiħ ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-EMA dwar l-għażla u r-reklutaġġ ta’ aġenti kuntrattwali, inkluż bl-użu ta’ aġenziji ta’ reklutaġġ kemm fil-pubbliċità ta’ avviżi ta’ karigi battala u kemm fl-organizzar ta’ testijiet bil-miktub f'isem l-Aġenzija. |
|
16. |
Wara t-tlestija tal-proġett pilota tal-grupp rigward l-ispejjeż fl-2009, tressqet proposta dwar sistema ġdida ta’ pagament mill-Bord ta’ Tmexxija waqt il-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2009. Madankollu l-Bord ta’ Tmexxija ma aċċettax din il-proposta. L-EMA ser tipprova tqajjem id-diskussjonijiet waqt il-laqgħat ġejjiena tal-Bord ta’ Tmexxija u ser tfakkar lill-Bord fil-ħtieġa li jsir progress f'dan ir-rigward. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/33 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/07
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Helsinki, kienet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 (1). Il-kompiti priċinpali tagħha huma li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kif ukoll il-moviment ħieles ta’ sustanzi, waħidhom, f’taħlitiet u f’oġġetti, filwaqt li ttejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tippromovi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għall-valutazzjoni ta’ perikli ta’ sustanzi (2). L-Aġenzija saret finanzjarjament indipendenti mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Jannar 2008. |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 75 miljun meta mqabbel mal-EUR 70,4 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 472 meta mqabbel mat-355 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, jiddependu fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-verifika tagħha. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixtħux f’dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Fl-2010, l-Aġenzija saret awtosuffiċjenti għal kollox fir-rigward tal-finanzjament. Hemm lok għal reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija biex jiġi inkluż mekkaniżmu għaż-żamma ta’ dħul proprju żejjed biex jiffinanzja l-attivitajiet futuri tal-Aġenzija. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti deskrizzjoni tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-23 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://echa.europa.eu/publications/annual_accounts_en.asp.
ANNESS
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Ħelsinki)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat |
Il-bażi legali tar-regolament fondatur tal-ECHA, ir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006, huwa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Agenzija (Ir-Regolamenti (KE) 1907/2006 (ir-Regolament REACH) u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008) |
L-Objettivi L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż [inkluża] il-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli ta’ sustanzi kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni. (L-Artikolu 1 tar-Regolament REACH). L-Aġenzija għandha tkun ċentrali sabiex tiżgura li l-liġi dwar is-sustanzi kimiċi kif ukoll il-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u l-bażi xjentifika sottostanti għaliha jkunu kredibbli għall-partijiet interessati kollha u għall-pubbliku. L-Aġenzija ghandha jkollha wkoll rwol ċentrali fil-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni u fl-implementazzjoni fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. Il-kunfidenza fl-Aġenzija tal-istituzzjonijiet tal-Komuntià [Unjoni], l-Istati Membri, il-pubbliku ġenerali u l-partijiet interessati hija għaldaqstant essenzjali. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li jkunu żgurati l-indipendenza, il-kapaċitajiet xjentifiċi, tekniċi u regolatorji għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tagħha (il-premessa 95 tar-Regolament REACH). Il-Kompiti L-ECHA hija stabbilita għall-finijiet tal-ġestjoni u f'xi każijiet għat-twettiq tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi tar-Regolament REACH u sabiex tiġi żgurata konsistenza fil-livell Komunitarju [tal-Unjoni] fir-rigward ta’ dawn l-aspetti. (L-Artikolu 75 tar-Regolament REACH). L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Komunità [Unjoni] bl-aqwa parir xjentifiku u tekniku possibbli għal kwistjonijiet dwar sustanzi kimiċi li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tagħha u li jiġu riferiti lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH. (L-Artikolu 77(1) tar-Regolament REACH). L-ECHA għandha wkoll kompiti relatati mal-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta’ sustanzi kimiċi li ġejjin mir-Regolament CIP (KE) Nru 1272/2008. B’mod partikolari l-Aġenzija għandha tagħti lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-aqwa pariri xjentifiċi possibbli u tagħti lill-industrija u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri gwida teknika u xjentifika. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 — Il-Bord ta’ Tmexxija Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u massimu ta’ sitt rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni, inklużi tliet individwi mill-partijiet interessati mingħajr drittijiet ta’ votazzjoni, kif ukoll żewġ persuni indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew. (L-Artikolu 79 tar-Regolamenti REACH). Kompiti: L-Artikolu 78 tar-Regolament REACH u r-regolament finanzjajru qafas għall-aġenziji, prinċipalment l-adozzjoni tal-programm ta’ xogħol annwali u multiannwali, il-baġit finali, rapport ġenerali, regoli ta’ proċeduri interni u l-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u l-awtorità tad-dixxiplina fuq id-Direttur Eżekuttiv. Ukoll, il-ħatra ta’ Bord ta’ Appell u membri tal-Kumitat. 2 — Id-Direttur Eżekuttiv Kompiti: L-Art 83 tar-Regolament REACH 3 — Il-Kumitati L-ECHA tinkludi tliet Kumitati (tal-Istima tar-Riskji, tal-Istati Membri u tal-Analiżi Soċjo-Ekonomika). Kompiti: L-Artikolu 76(1) (c-e) tar-Regolament REACH. 4 — Il-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar Kompiti: L-Artikolu 76 ((1) (g) tar-Regolament REACH. 5 — Is-Segretarjat Kompiti: L-Artikolu 76 ((1) (g) tar-Regolament REACH. 6 — Il-Bord tal-Appell Kompiti: L-Artikolu 76 ((1) (h) tar-Regolament REACH. 7 — Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 8 — L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-baġit (inkluż il-baġit ta’ emenda) EUR 75,5 (70,4) miljun, inkluż dħul minn onorarji: EUR 35,03 (2,2) miljun u kontribuzzjoni tal-Unjoni: 36,0 (66,6) miljun. L-għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 426 (324) kariga fil-pjan ta’ stabbiliment. L-għadd ta’ karigi okkupati: 382 (293). Persunal ieħor: 90 (62) aġent kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u persunal interim. Persunal totali: 472 (355) Assenjati fid-dmirijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2010 (2009) (1) |
Il-Programm ta’ Ħidma tal-ECHA kien maqsum fil-11-il Attività li ġejjin: 1. Ir-Reġistrazzjoni, il-Prereġistrazzjoni u l-qsim ta’ Data
2. L-evalwazzjoni
3. L-awtorizzazzjoni u r-restrizzjonijiet
4. Il-Klassifika u t-Tikkettar (C&L)
5. Il-pariri u l-għajnuna
6. Is-sostenn tal-IT lill-operazzjonijiet
7. Il-Pariri Xjentifiċi u Prattiċi għall-iżvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni
8. Il-Kumitati u l-Forum
9. Il-Bord tal-Appell
10. Il-Komunikazzjoni
11. Ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Koperazzjoni Internazzjonali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Fejn xieraq, iċ-ċifri ġew miżjuda/imnaqqsa sal-eqreb 10, 100, jew 1000.
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
L-Aġenzija biħsiebha tinkludi proposta għal mekkaniżmu li jippermetti l-ġestjoni tad-dħul eċċessiv fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/39 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/08
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Varsavja, inħolqot mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 t' Ottubru 2004 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (sostenn għall-kooperazzjoni operazzjonali, assistenza teknika u operazzjonali, analiżi tar-riskju) (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 93 miljun meta mqabbel ma’ EUR 89 miljun tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 279 meta mqabbel ma’ 226 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixtħux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Ammont ta’ EUR 26,5 miljun, li jirrappreżenta 28 % tal-baġit disponibbli, inġiebu 'l quddiem għall-2011. EUR 12-il miljun biss ta’ dan l-ammont kienu marbuta mad-dovuti. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità. |
|
14. |
Ġew innotati dgħufijiet fis-sistema għar-rikonċiljazzjoni tar-rendikonti tal-fornituri mar-rekords korrispondenti fl-Aġenzija. |
|
15. |
Is-sistema ta’ kontabilità tal-Aġenzija għad trid tiġi validata mill-Uffiċjal tal-Kontabilità, kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-14 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fit-8 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.frontex.europa.eu/budget_and_finance/.
ANNESS
Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (Varsavja)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikoli 74 u 77 tat-TFUE) |
Il-Kunsill għandu jadotta miżuri sabiex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi [id-dipartimenti] kompetenti tal-Istati Membri fl-(oqsma deskritti minn hawn ’il quddiem) kif ukoll bejn dawk is-servizzi [id-dipartimenti] u l-Kummissjoni. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika bil-għan li: (…)
|
||||||||||||||||||
|
Il-Kompetenzi tal-Aġenzija (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004) |
L-Objettivi Il-Frontex ġiet stabbilita bl-intenzjoni li ttejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Il-Frontex għandha:
Kompiti prinċipali
|
||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Kompost minn:
2 – Id-Direttur Eżekuttiv Maħtur, fuq proposta tal-Kummissjoni, mill-Bord ta’ Tmexxija. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 4 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||
|
Ir-Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Bagit EUR 93,2 (88,8) miljun li minnhom sussidju tal-Kummissjoni: EUR 89,1 (85) miljun L-Għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010
Karigi oħra:
L-Għadd totali ta’ persunal: 294 (226) Assenjati fil-kompiti okkupati li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
|
Il-Prodotti u Servizzi fl-2010 (2009) |
L-Analiżi tar-Riskju pproduċiet 10 valutazzjonijiet strateġiċi fuq terminu ta’ żmien twil, erba’rapporti ta’ kull tliet xhur, 160 prodott analitiku li jsostnu l-Operazzjonijiet Konġunti (inklużi Sessonijiet ta’ Tagħrif ta’ Kull Ġimgħa), 47 rapport ta’ tipi oħra, inklużi sessonijiet ta’ tagħrif għall-Maniġment tal-Frontex u kontribuzzjonijiet lil organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet oħrajn. Erba’ laqgħat regolari tal-FRAN u erba’ Laqgħat ta’ Esperti reġjonali ġew organizzati. In-Netwerk Analitiku tar-Riskju tal-Frontex kif ukoll netwerks reġjonali għal skambju ta’ informazzjoni komplew ġew żviluppati. Ġew implimentati 14-il sitt sessjoni ta’ taħriġ fil-qafas tal-Proġett tal-Komunità Analitika tal-Fruntieri tal-Frontex bil-parteċipazzjoni totali ta’ 232 analist tal-MS u r-RAU. Fl-2010, l-Unità tal-Operazzjonijiet Konġunti (JOU) organizzat 17-il operazzjoni konġunta, li saru taħt ħames Programmi, disa’ proġetti pilota (PP), 40 operazzjoni konġunta ta’ ritorn u erba’ konferenzi. Barra minn dan, l-Operazzjoni tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABIT) ġiet implimentata fil-Greċja. L-għadd totali ta’ ġranet fl-operat żdied b’27 % għal 6 471. Il-JOU kkontribwixxiet ukoll għat-twaqqif tal-Uffiċċju Operazzjonali tal-Frontex PP fil-Piraeus. Fil-qafas tat-tliet programmi li jikkonsistu fi 18-il proġett, l-Unità tat-Taħriġ organizzat 176 attività fl-2010 u attendew 4 015-il parteċipant (esperti tat-taħriġ, apprendisti, eċċ.); total ta’ madwar 11 000 jum tax-xogħol kienu investiti minn partijiet interessati f’attivitajiet ta’ taħriġ. L-Unità ta’ Riżorsi Konġunti (PRU) implimentat disa’ proġetti fl-2010 biex ittejjeb l-effettività tal-operazzjonijiet tal-Frontex. Fit-tmiem tal-2010, il-PRU kkordinat l-iskjerament tal-Operazzjoni RABIT 2010 fil-Greċja (567 uffiċjal imħaddem, 19 186 jiem tax-xogħol, 68 oġġetti ta’ tagħmir, 5 371 jum fl-operat). Iċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Frontex ipprovda sorveljanza ta’ sitwazzjoni li twassal 500 rapport ta’ sitwazzjoni, avviżi ta’ twissijiet bikrija u 14-il rapport dwar l-għarfien tal-missjoni għal konsumaturi interni u esterni. Fuljetti tal-aħbarijiet ta’ kuljum twasslu lil 350 kont, fosthom ħafna portali esterni li jagħtu distribuzzjoni lil ħafna aktar klijenti esterni. Iċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Frontex, bħala l-punt ta’ kuntatt waħdieni għall-iskambju ta’ informazzjoni, immaniġġja madwar 20 000 korridpondenza postali u implimenta l-FOSS, portal ta’ skambju tal-informazzjoni abbażi tal-web, u li qiegħed jintuża minn 30 pajjiż u 900 utent. Minbarra l-appoġġ tal-programm intensiv EUROSUR, ingħata bidu għal attivitajiet oħra ta’ ġestjoni ta’ proġett - li jimmiraw li jawtomatizzaw skambju ta’ informazzjoni, sorveljanza u servizzi ta’ rappurtar tas-sitwazzjoni u l-midja. Fl-2010, l-Unità tal-Iżvilupp u r-Riċerka (R&D) organizzat 32 laqgħa. Ħadet sehem f’il fuq minn 110 workshops interni u esterni, konferenzi u laqgħat ta’ ħidma. L-R&D ipproduċa 10 rapporti, tliet pubblikazzjonijiet u dokument wieħed ta’ gwida. L-unità tat bidu għal ħames proġetti ġodda u kompliet bil-proġetti mill-2008 u l-2009. Ġew ikkummissjonati erba’ studji fl-2010 (li se jitlestew fl-2011) u ġew iffirmati erba’ kuntratti dwar il-EUROSUR u l-proġett dwar l-intelliġenza u l-komunikazzjoni. Il-Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kienet tinkludi l-konklużjoni ta’ arranġament ta’ xogħol mal-Aġenzija tas-Servizzi fil-Fruntieri tal-Kanada u memorandum mas-Servizz ta’ Koordinazzjoni tal-Kunsill ta’ Kmandanti ta’ Truppi fil-Fruntieri CIS. Ġew iffirmati wkoll Pjanijiet ta’ Kooperazzjoni mal-Kroazja, l-Ukraina, l-Istati Uniti u l-Belarus. Intlaħqet żieda fil-parteċipazzjoni tal-imsieħba kollha tal-pajjiżi terzi fl-attivitajiet koordinati mill-Frontex. Issuktat u ssaħħet il-kooperazzjoni ma’ korpi tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Sa tmiem l-2010, kien ġie ffirmat ftehimiet ta’ ħidma (WAs) mal-Europol, l-Interpol, l-SGC Sitcen, is-Cepol, l-IOM, l-ICMPD, l-UNHCR, l-EMSA, is-CFCA u l-FRA. Ġie ffirmat Memorandum ta’ Ftehim mad-DĠ JLS għall-iżvilupp tal-ICONet u ntlaħaq ftehim mas-CCWP dwar dokument tal-Kunsill dwar mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni. L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kooperazzjoni qed jipproċedi mal-Europol u l-IOM. Bdew diskussjonijiet mal-Kontroll Demokratiku tal-Forzi Armati (DCAF), iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-UE (JRC) u l-Eurojust, kif ukoll mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali dwar l-iffirmar tal-WAs li għandu jitlesta sal-2011 |
||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
In-natura permanenti jew għal żmien twil tal-operazzjonijiet konġunti ta’ Frontex tagħmilha inevitabbli li t-twettiq tal-impenji korrispondenti jiġi estiż lil hinn mill-aħħar tas-sena. Madankollu, Frontex ser tkompli tnaqqas kemm jista' jkun possibbli l-volum tal-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem billi ssaħħaħ il-monitoraġġ tagħha ta’ attivitajiet konġunti sabiex l-għotjiet jiġu aġġustati kmieni kemm jista' jkun. |
|
14. |
Il-biċċa l-kbira tal-entitajiet pubbliċi m'għandhomx sistemi ċentralizzati ta’ kontabbiltà u xi wħud minnhom ma jimplimentawx kontabbiltà bbażata fuq żjieda, b'hekk il-proċess tar-rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-bejjiegħa jkun diffiċli. Frontex ser tagħmel kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali biex tipprova timplimenta proċeduri alternattivi bil-ħsieb tar-rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tagħha ma’ dawk tal-fornituri tagħha. |
|
15. |
Fil-bidu tal-2011, Frontex bdiet proġett dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Proċess tan-Negozju għall-proċessi finanzjarji. Id-deskrizzjoni tal-maġġoranza tal-proċessi finanzjarji ġiet attwata matul l-ewwel nofs tal-2011. Il-validazzjoni ser tkun kompluta matul it-tieni nofs tal-2011. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/45 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/09
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Bilbao, kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tiġbor u tqassam informazzjoni dwar il-prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li ssostni organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 15,5-il miljun, bejn wieħed u ieħor l-istess ammont tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 67 meta mqabbel ma’ 68 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha,huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament kien emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet, flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji, li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://osha.europa.eu/en/about/finance/.
ANNESS
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s- Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (Bilbao)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati mit-Trattat (Is-Siltiet mill-Artikoli 151 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Id-Dispożizzjonijiet Soċjali L-Unjoni u l-Istati Membri …, għandu jkollhom bħala mira il-[l-] promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni. Bl-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Artikolu 151, l-Unjoni għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005) |
L-Objettivi Sabiex ikun imtejjeb l-ambjent tax-xogħol, fejn għandhom x'jaqsmu l-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kif previst fit-Trattat u strategiji suċċessivi u programmi ta’ azzjoni li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-iskop tal-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-korpi tal-Unjoni, lill-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali u lil dawk involuti f’dan il-qasam bl-informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika fil-kamp ta’ sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol. Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Il-Kompożizzjoni
Membri u membri alterni mill-ewwel tliet kategoriji għandhom jiġu maħtura mill-membri u mill-membri alterni tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq Il-Post tax-Xogħol. Il-Kompitu Jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, il-baġit u r-rapport ġenerali annwali. 2 – L-Uffiċċju Il-Kompożizzjoni
kompitu 3 – Id-Direttur Maħtur mill-Bord Amministrattiv abbażi ta’ lista mqassra mill-Kummissjoni. 4 – Il-Kumitati Il-Konsultazzjoni obbligatorja mal-Kummissjoni u tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward tal-programm ta’ xogħol u l-bagit. 5 – Il-Verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 6 – L-Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew,waqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 15,5 miljun (EUR 15,0 miljun) li minnhom:
L-Għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 44 (44) kariga mogħtija fil-pjan ta’ twaqqif, li minnhom 41 (42) kienu okkupati Persunal ieħor:
It-total tal-persunal: 67 (68) Allokati lil:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-attivitajiet u s-servizzi pprovduti fl-2010 |
Il-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni L-Osservatorju Ewropew tar-Riskji: antiċipazzjoni tal-bidla
L-Informazzjoni dwar l-Ambjent tax-Xogħol: qsim ta’ għarfien dwar prattika tajba fil-livell tal-post tax-xogħol
Il-Komunikazzjoni, it-twettiq tal-Kampanji u l-Promozzjoni
Il-Ħidma bin-Netwerk u l-Koordinazzjoni:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
1. |
L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/52 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/10
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Lisbona, twaqqfet mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis mill-vapuri, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u kif ukoll li tevalwa l-effettività tagħha (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 50,1 miljun meta mqabbel ma’ EUR 53,3 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 219, meta mqabbel ma’ 212 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-8 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fil-21 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.emsa.europa.eu.
ANNESS
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (Lisbona)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-politika tat-trasport komuni “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond [skont] il-proċedura leġislattiva [leġiżlattiva] ordinarja, jistgħu jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni marittima u tal-ajru.” |
||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolamenti (KE) Nru 1644/2003 u (KE) Nru 724/2004) |
L-Objettivi
Il-Kompiti L-Aġenzija tidħol għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà marittima, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis u r-reazzjoni għat-tniġġis minn vapuri. L-ewwel nett, l-Aġenzija ġiet inkarigata bl-assistenza lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li għandha x’taqsam, fost oħrajn, ma’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni, Kontroll mill-Istat tal-Port, ilqugħ ta’ skart minn bastimenti f’portijiet tal-UE, ċertifikazzjoni ta’ tagħmir tal-baħar, sigurtà tal-vapuri, taħriġ ta’ baħrin f’pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE u monitoraġġ tat-traffiku ta’ bastimenti. It-tieni nett, l-Aġenzija tiżviluppa u topera kapaċitajiet ta’ informazzjoni marittima fil-livell tal-UE. Eżempji sinifikanti huma s-sistema ta’ monitoraġġ tat-traffiku tal-bastiment SafeSeaNet, biex bastimenti u l-merkanziji tagħhom ikunu jistgħu jiġu traċċati b’mod effettiv; iċ-Ċentru tad-Data LRIT tal-UE, biex jiżgura l-identifikazzjoni u l-intraċċar ta’ vapuri li jtajru l-bandiera tal-UE madwar id-dinja; THETIS, is-sistema ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-reġim tal-Kontroll mill-Istat tal-Port tal-UE. B’mod parallel, ġiet stabbilita kapaċità ta’ stat ta’ tħejjija, sejba u reazzjoni għal tniġġis tal-baħar, inkluż netwerk Ewropew ta’ bastimenti ta’ reazzjoni għal tixrid taż-żejt kif ukoll servizz ta’ monitoraġġ Ewropew bis-satellita dwar tixrid taż-żejt (CleanSeaNet), it-tnejn li huma bil-għan li jikkontribwixxu għal sistema effettiva għall-ħarsien tax-xtut u l-ilmijiet tal-UE minn tniġġis minn vapuri. Fl-aħħar nett, l-Aġenzija tagħti pariri tekniċi u xjentifiċi lill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima u fil-prevenzjoni ta’ tniġġis minn vapuri fil-proċess kontinwu ta’ evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri fis-seħħ, u fl-aġġornament u fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni ġdida. Hija tagħti wkoll sostenn lil, u tiffaċilita l-koperazzjoni bejn, l-Istati Membri u xxerred l-aqwa prattiki. Programm sostanzjali ta’ taħriġ sar disponibbli lill-esperti tal-Istati Membri. Fl-istess ħin tingħata assistenza lil Stati Membri ġodda u li għadhom deħlin, fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE. |
||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv Il-Kompożizzjoni Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni, u erba’ rappreżentanti, mingħajr id-dritt li jivvutaw, mis-setturi professjonali kkonċernati. Il-Kompiti
2 – Id-Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord Amministrattiv. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi kandidat wieħed jew aktar. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 4 – L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali L-Approprjazzjonijiet għall-Impenji EUR 54,4 (48,3) miljun L-Approprjazzjonijiet għall-Pagamenti EUR 50,6 (53,3) miljun Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Il-Persunal Statutorju 200 (192) kariga mniżżla fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 196 (179). L-Aġenti Kuntrattwali: 27 (27) ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: 23 (23). L-Esperti Nazzjonali Ssekondati: 15 (15) ippjanati fil-baġit, li minnhom okkupati: 12 (10). |
||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi 2010 |
|
||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||
TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
1. |
L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/57 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/11
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Kopenħagen, kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 (1). Hija responsabbli mit-twaqqif ta’ netwerk ta’ osservazzjoni li jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri u, b’mod aktar ġenerali, lill-pubbliku b’informazzjoni affidabbli dwar l-istat tal-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tippermetti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jissalvagwardjaw l-ambjent u jevalwaw l-effettività ta’ tali azzjoni (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 50,6 miljun meta mqabbel ma’ EUR 39,9 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 125, meta mqabbel ma’ 133 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, jiddependu fuq l-evalwazzjoni tal-verifika tagħha. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-31 ta’ Mejju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eea.europa.eu/about-us/documents/administrativedocuments/eea-accounts-for-the-year-2009/.
ANNESS
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Kopenħagen)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-Politika tal-Ambjent Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jinkisbu (…) l-għanijiet tas-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima. Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas. (…) Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika dwar l-ambjent (…), l-Unjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni dati [data] xjentifiċi u tekniċi eżistenti, il-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Unjoni, il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni in ġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha(…). |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90) |
L-Objettivi L-istabbiliment ta’ network tal-informazzjoni u l-osservazzjoni tal-ambjent Ewropew biex jipprovdu lill-Unjoni u l-Istati Membri:
Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Il-Kompożizzjoni
Il-Kompiti L-adozzjoni tal-programmi multiannwali u annwali ta’ xogħol u li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom. 2 – Id-Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni. 3 – Il-Kumitat Xjentifiku Jikkonsisti minn persuni kwalifikati fil-qasam tal-ambjent, maħtur mill-Bord ta’ Ġestjoni. 4 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 5 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 50,6 (39,9) miljun li minnhom huma sussidju tal-Unjoni: 70 % (87 %) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 L-għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ twaqqif: 133 (133) Il-karigi okkupati: 125 (121) kif ukoll 76 (56) kariga oħra (persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati). Il-persunal totali: 201 (177) kariga |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 |
Matul l-2010, apparti attivitajiet regolari, għaddejjin il-ħin kollu u xogħol speċifiku għall-presidenza Spanjola u għal dik Belġjana, l-Aġenzija poġġiet enfasi addizzjonali fuq ħames oqsma maġġuri li qegħdin jissemmew fil-qosor hawn taħt: Il-Bijodiversità
Il-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) F’Ottubru 2010, il-KE ppubblikat ir-“Regolament dwar il-GMES” tagħha u l-operat inizjali tiegħu’ (għall-perjodu 2011-2013) biex tikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-GMES bħala program operattiv sal-2013; Il-GMES jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta’ prinċipji ta’ “Sistemi ta’ informazzjoni Ambjentali Kondiviża” u huwa parti integrali tal-Grupp dwar l-Osservazzjonijiet tad-Dinja. Daqqa t’Għajn fuq id-Dinja Wara ż-żieda b’suċċess ta’ Airwatch mal-Waterwatch inizjali tard fl-2009, ix-xogħol fl-2010 iffoka b’mod speċjali fuq l-iżvilupp ta’ verżjoni 3 tal-pjattaforma Eye on Earth (Għajn fuq id-Dinja). Dan sejjer jiffaċilita l-inklużjoni ta’ temi aktar ambjentali, sejjer jippermetti attivitajiet ta’ xjenza taċ-ċittadini f’Eye on Earth, u jipprovdi pjattaforma għall-kondiviżjoni globali tad-data. L-Istat tar-rapport tal-Ambjent (SOER) 2010 SOER 2010 jinkludi erba’ komponenti ewlenin li jirriflettu l-firxa wiesgħa ta’ ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’ dawk kollha b’interess tagħna:
L-Aġenzija kompliet ukoll tikkollabora mill-qrib mad-DĠ Ambjent, ESTAT u maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka fil-“Grupp ta’ Erbgħa” sabiex tarmonizza r-rapportar ambjentali. L-Aġenzija hija fuq quddiem nett fil-ħames oqsma li ġejjin: it-tibdil fil-klima, il-kwalità tal-arja, l-ilma u l-ambjent tal-baħar, il-biodiversità u l-użu tal-art. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||
TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
1. |
L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/63 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/12
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, ġiet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta’ Jannar 2005 (1). L-Aġenzija tmexxi programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta’ proġetti tekniċi (2). |
|
2. |
Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 49 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 47,7 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 412, meta mqabbel ma’ 414 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9), li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk l-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti temmen li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(7) L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
(8) L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Mejju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-1 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.europa.eu/agencies/executive_agencies/eacea/index_en.htm.
ANNESS
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (L-Artikoli 165(1), 166(1), 167(1) u 173(1) tat-Trattat) |
L-Unjoni Ewopea għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità. L-Unjoni Ewopea għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali. L-Unjoni Ewopea għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri. L-Unjoni Ewopea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE) |
L-Objettivi Fil-qafas tal-politika edukattiva, kulturali u industrijali, ittieħdu diversi miżuri sabiex jippromovu l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-awdjoviżiv, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni Ewropea. L-objettivi prinċipali ta’ dawn il-miżuri huma sabiex jirrinforzaw il-koeżjoni soċjali u sabiex jikkontribwixxu lejn il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u unjoni dejjem akbar bejn il-popli tal-Ewropa. Dawn il-miżuri jinkludu varjetà ta’ programmi. L-Aġenzija hija responsabbli mit-tmexxija ta’ ċerti linji ta’ dawn il-programmi (pereżempju “Tagħlim tul il-ħajja”, “Kultura”, “Żgħażagħ fl-Azzjoni”, “L-Ewropa għaċ-Ċittadin”, “il-MEDIA”, “Erasmus Mundus” (inklużi l-“Azzjoni 2”) il-ġdida u “Tempus”]. F’dan ir-rigward, hija timplimenta l-għajnuna tal-Unjoni, minbarra l-evalwazzjoni tal-programm, studji strateġiċi u kull kompitu ieħor li jeħtieġu poteri diskrezzjonali sabiex jispjegaw l-għażliet politiċi. Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Kumitat Direttiv Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività tagħha. 2 – Id-Direttur Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 4 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2010 laħaq EUR 49 (48) miljun (100 % ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea). L-Aġenzija ġestiet EUR 600 (629) miljun li għandhom x’jaqsmu mal-programmi u mal-proġetti delegati mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva. Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Il-persunal temporanju: 102 (99) persunal temporanju fil-pjan ta’ stabbiliment. Il-karigi okkupati: 97 (91) Il-persunal kuntrattwali: 330 (327) persunal kuntrattwali, Il-karigi okkupati: 315 (323) Il-persunal totali: 412 (414)-il kariga okkupati fil-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
Il-komunikazzjoni
L-għażliet
Iż-żjarat ta’ monitoraġġ
Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni
Il-koperazzjoni mad-DĠs prinċipali
Il-verifiki
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Pjattaforma elettronika għat-tixrid u l-utilizzazzjoni ta’ riżultati ta’ proġetti appoġġjati minn programmi ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza.
TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
1. |
L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/69 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/13
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, ġiet imwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 (1). L-Aġenzija twaqqfet għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2017 bil-għan li ġġesti l-programm speċifiku ‘Ideat’ fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kien EUR 29,3 miljun. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 316. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba fi frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti biex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika sabiex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontrolli interni rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġu kkunsidrati sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet stipulati hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet, flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji, li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(7) L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
(8) L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-1 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://erc.europa.eu/.
ANNESS
Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 182 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
|
||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007) |
L-Objettivi L-Aġenzija hija responsabbli mit-twettiq tal-implimentazzjoni tal-kompiti għall-ġestjoni tal-Programm Speċifiku Ideat (ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE) taħt is-Seba’ Programm Qafas jew riċerka tal-Komunità FP7 (2007-2013), kif adottata mid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kompiti Fi ħdan il-Programm Speċifiku Ideat, taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka tal-Komunità, l-Aġenzija hija responsabbli mill-kompiti li ġejjin (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)5694 tat-8 ta’ Ottubru 2008):
|
||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Kumitat ta’ Tmexxija Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha. 2 – Il-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER) Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC huwa inkarigat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/134/KE li jistabbilixxi strateġija xjentifika ġenerali għall-Programm Speċifiku Ideat, ikollu l-awtorità kollha fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tkun iffinanzjata skont l-Artikolu 6(6) tad-Deċiżjoni 2006/972/KE u jaġixxi bħala l-garanti tal-kwalità tal-attività minn perspettiva xjentifika. Il-kompiti tiegħu jkopru, partikolarment, l-istabbiliment tal-programm tax-xogħol annwali għall-Programm Speċifiku Ideat, u tal-proċess tar-reviżjoni bejn il-pari, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku “Ideat”, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni. 3 – Id-Direttur Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba’ snin. 4 – Il-Verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 5 – L-Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 29,3 miljun (EUR 14,5 miljun). L-Għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Il-baġit operattiv tal-2010 jipprevedi pjan ta’ stabbiliment ta’ 100 Persunal Temporanju (TS) u baġit għal 215 Persunal b'Kuntratt (CS) u 15-il Espert Nazzjonali Ssekondati (ENS), b'total ta’ 330 persunal, li minnhom 316 kienu okkupati fit-tmiem tal-2010, meta mqabbla ma’ 262 fl-2009):
Allokati lil:
|
||||||||||||||
|
L-attivitajiet u s-servizzi mogħtija fl-2010 |
|
||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Agenzija. |
|||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
1. |
L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/75 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2010 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/14
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, kienet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006 (1), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/593/KE (2). L-Aġenzija twaqqfet għal perjodu li beda fl-1 ta’ Novembru 2006 u li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2015 għall-ġestjoni ta’ azzjonijiet tal-UE fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (3). L-Aġenzija kisbet l-indipendenza finanzjarja tagħha fil-15 ta’ April 2008. |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kien EUR 9,8 miljun. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 93. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (7). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (12) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għall-perjodu li ntemm, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Approprjazzjonijiet imressqa ’l quddiem sal-31 ta’ Diċembru 2010 ammontaw għal EUR 1,4 miljun jew 14,5 % tal-impenji totali għas-sena, li jindikaw il-ħtieġa għal applikazzjoni aktar stretta mill-Aġenzija tal-prinċipju baġitarju tal-annwalità. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sur Harald NOACK, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu waqt il-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) ĠU L 190, 18.7.2008, p. 35.
(3) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(4) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(5) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(8) L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
(9) L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.
(10) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).
(11) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(12) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://tentea.ec.europa.eu/en/about_us/mission__introduction/key_documents.htm.
ANNESS
Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat |
(L-Artikolu 170 TFUE)
(L-Artikolu 171 TFUE) |
||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija |
L-Objettivi It-TEN-T EA) hija responsabbli mit-tmexxija tal-implimentazzjoni teknika u finanzjarja tal-Programm TEN-T tal-Kummissjoni. Ir-rwol tagħha huwa li ttejjeb l-effettività tal-implimentazzjoni tat-TEN-T bi spiża inqas; li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn it-TEN-T u l-komunitajiet tal-esperti; li timmobilizza livell għoli ta’ għarfien u tiffaċilita aktar ir-reklutaġġ ta’ persunal speċjalizzat; li tiżgura koordinazzjoni aħjar tal-fondi ma’ strumenti oħra Komunitarji; tippermetti s-simplifikazzjoni u l-flessibilità tal-implimentazzjoni tat-TEN-T; li tgħolli l-profil tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tat-TEN-T; u b’mod ġenerali żżid mal-valur tat-tmexxija tal-Programm TEN-T. Il-Kompiti
Id-DĠ MOVE, li hija taqa’ taħtu, ikompli jindirizza l-kompiti kollha ta’ tfassil tal-politika u istituzzjonali marbuta mat-TEN-T. |
||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Kumitat Direttiv L-attivitajiet tal-Aġenzija huma ssorveljati minn Kumitat Direttiv li bħalissa huwa magħmul minn ħames membri u osservatur wieħed. Il-membri tal-Kumitat Direttiv huma maħtura għal sentejn. Fi prinċipju l-Kumitat Direttiv jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena. Ċerti miżuri jew deċiżjonijiet jeħtieġu l-approvazzjoni tiegħu qabel ma jistgħu jiġu implimentati. Dan japplika pereżempju għall-baġit amministrattiv, il-pjan ta’ stabbiliment, il-Programm ta’ Xogħol, ir-Rapport ta’ Attività Annwali, il-kontijiet provviżorji tad-dħul u l-infiq kollu, ir-rapport ta’ evalwazzjoni esterna u l-adozzjoni ta’ bosta regoli u miżuri speċjali eċċ. Il-kumitat jinżamm infurmat fuq għadd ta’ azzjonijiet oħra. F’każijiet eċċezzjonali u urġenti, id-deċiżjonijiet jittieħdu permezz ta’ proċedura bil-miktub. 2 – Id-Direttur Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal ħames snin. 3 – Il-verifika interna Is-Servizz ta’ Verifika Interna tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kapaċità tal-Verifika Interna tal-Aġenzija. 4 – Il-verifika esterna Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 5 – L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit
Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Karigi TA: 33 kariga elenkati fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom 31 (94 %) kienu okkupati. Persunal kuntrattwali: 66 kariga ppjanati, li minnhom 62 (94 %) kienu okkupati. tal-persunal Total: 99 (93 okkupati) Allokati lil
|
||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi 2010 |
L-Aġenzija identifikat erba’ objettivi speċifiċi għal attivitajiet operattivi għall-2010 li kienu marbuta mal-prijoritajiet stabbiliti mid-DĠ MOVE. L-ewwel wieħed kien li tagħti appoġġ għat-tlestija tal-infrastruttura TEN-T bil-ġestjoni effettiva u effiċjenti teknika u finanzjarja tal-Programm TEN-T u l-proġetti, billi jiġi enfasizzat il-valur miżjud u l-għarfien tal-Aġenzija. It-tieni wieħed kien li tagħti appoġġ partikolarment għall-użu ta’ infrastruttura Intelliġenti ta’ Trasport madwar it-TEN-T kollu. It-tielet kien li tagħti appoġġ lid-DĠ MOVE fil-kuntest tar-reviżjoni tal-politika TEN-T u l-analiżi tal-programm f’nofs it-term, b’mod partikolari bit-twettiq ta’ evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġetti. Ir-raba’ wieħed kien għarfien miżjud dwar il-Programm TEN-T, l-Aġenzija u l-kisbiet tagħha, u appoġġ imtejjeb lill-imsieħba tagħha, l-aktar fuq kwistjonijiet relatati mal-iffinanzjar ta’ proġetti u Sħubiji Pubbliċi-Privati. L-Aġenzija stabbiliet ukoll żewġ objettivi speċifiċi għall-attivitajiet orizzonatali tagħha: wieħed kien effiċjenza miżjuda tal-ħidmiet tal-Aġenzija bit-tħaffif tal-metodi ta’ ħidma tagħha, l-organizzazzjoni interna, il-ġestjoni tal-istruttura u tal-persunal, u l-iżvilupp ta’ għodda ġodda (IT u għodda ra’ rappurtar) għat-titjib tal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett u għal analiżi tal-istatistika, tar-rappurtar u għal għanijiet ta’ monitoraġġ. L-ieħor kien għal aktar żieda fl-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll intern sabiex tkun tista' tingħata assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-attivitajiet huma użati skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji li jikkonċernaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. L-2010 kienet it-tieni sena kompleta ta’ tħaddim ta’ TEN-T EA. L-isfidi ewlenin għas-sena kienu biex isir kontribut attiv lill-oqsma ta’ prijorità ta’ ħidma identifikati fid-DĠ li taqa’ taħtu l-Aġenzija, it-tkomplija u t-titjib tal-ġestjoni teknika u finanzjarja tal-proġetti TEN-T għall-modi kollha ta’ trasport, u biex turi bis-sħiħ il-valur miżjud tal-aġenzija eżekuttiva fil-kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Programm. |
||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni provduta mill-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport. |
|||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
L-approprazzjonijiet ta’ EUR 1,4 miljun immexxijin ’il quddiem jirrigwardaw l-iżjed is-servizzi fornuti fl-2010 li sal-aħħar tas-sena baqgħet ma waslet l-ebda rċevuta tagħhom. L-akbar ammonti huma konnessi ma’ Ftehimiet dwar il-Livell tas-Servizz (SLAs) li saru ma’ servizzi tal-Kummissjoni u mal-ġarr lejn il-bini l-ġdid f’Novembru 2010. L-Aġenzija ħadet passi ulterjuri biex tkompli ttejjeb il-prestazzjoni baġitarja tagħha, fosthom ippjanar aħjar u l-introduzzjoni ta’ pagamenti intermedi għall-SLAs li għandhom inaqqsu l-ammonti mmexxija ’l quddiem. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/81 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/15
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, hija dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (IEEA). Il-mandat tagħha u t-tul ta’ żmien tagħha ġew mibdula wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE tal-31 ta’ Mejju 2007 (1) li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 (2). L-Aġenzija kienet stabbilita għal perjodu ta’ żmien limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2004 u li issa se jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015 bil-għan li tmexxi azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija, l-intraprenditorjat u l-innovazzjoni, u t-trasport sostenibbli tal-merkanzija (3). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kien EUR 15,9 miljun. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 142. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (7). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba fi frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (12) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f'dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Il-baġit inizjali ta’ EUR 15,9 miljun kien jinkludi EUR 10,7 miljun għall-ispejjeż tal-persunal. Il-baġit kien stmat aktar minħabba li n-nefqa attwali tal-persunal kienet biss EUR 9,2 miljun. Il-fondi żejda kienu trasferiti għan-nefqa operattiva u użati fuq xogħlijiet ta’ adattament għall-istabbilimenti l-ġodda tal-Aġenzija. Madankollu, il-Qorti għamlet rimarki simili għall-baġits tal-2008 u l-2009 (13) u ttenni li dan jindika l-ħtieġa għal approċċ aktar strett meta jkunu qed jiġu previsti l-ħtiġijiet tal-persunal. |
|
14. |
L-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem fil-31 ta’ Diċembru 2010 ammontaw għal EUR 2 miljun jew 13 % tal-impenji totali għal dik is-sena, li jindikaw il-ħtieġa għal applikazzjoni aktar rigoruża mill-Aġenzija tal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sur Harald NOACK, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.
(3) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(4) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(5) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(8) L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
(9) L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.
(10) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).
(11) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(12) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-28 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta’ Settembru 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://ec.europa.eu/eaci/index_mt.htm.
(13) Ara l-paragrafu 13 tar-Rapport Annwali għall-2008 (ĠU C 304, 15.12.2009, p. 77) u l-paragrafu 13 tar-Rapport dwar il-kontijiet annwali għall-2009 (ĠU C 338, 14.12.2010, p. 83).
ANNESS
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) |
(L-Artikolu 191 tat-TFUE)
(L-Artikolu 173 tat-TFUE)
(L-Artikoli 91(1) u 100(2) tat-TFUE) |
||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE emendata mid-Deċiżjoni 2007/372/KE) |
L-Objettivi Fi ħdan il-qafas tal-istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi, l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri biex tippromwovi u tiżviluppa l-kompetittività u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri jinkludu l-istabbiliment tal-Programm Kwadru tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) 2007-2013 (Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE), notevolment mal-programmi tal-Enerġija Intelliġenti - Ewropa (IEE) u tal-Intraprenditorjat u Innovazzjoni (EIP). Dawn jinkludu wkoll il-Programm Marco Polo (MP) (ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006). L-objettivi ewlenin b'mod partikolari huma t-trawwim tal-kompetittività tal-impriżi, b'mod partikolari Impriżi Żgħar u ta’ daqs Medju (SMEs); il-promozzjoni tal-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluż l-ekoinnovazzjoni; il-promozzjoni ta’ effiċjenza tal-enerġija u sorsi tal-enerġija ġodda u rinnovabbli fis-setturi kollha inkluż dak tat-trasport. Taħt dawn il-programmi tal-UE, l-Aġenzija hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-kompiti kolha li jikkonċernaw l-għajnuna tal-UE, ħlief għall-evalwazzjoni tal-programmi, is-sorveljanza tal-leġiżlazzjoni u l-istudji strateġiċi, jew kwalunkwe azzjoni oħra li taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kompiti Timplimenta l-programmi tal-UE skont id-delegazzjonijiet irċevuti mill-Kummissjoni:
|
||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 - Il-Kumitat Direttiv Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha. 2 - Id-Direttur Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea. 3 - Il-verifika esterna Qorti tal-Awdituri. 4 - L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill |
||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit
L-għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 It-total tal-persunal: 142 (141) Il-karigi Temporanji (TA): 37 (37) kariga elenkati fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom 33 (28) huma okkupati. Il-persunal kuntrattwali: 115 (110) karigi ppjanati, li minnhom 109 (113) kienu okkupati. Allokati lil
|
||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 |
Għall-programm Enerġija Intelliġenti Ewropa (IEE), l-Aġenzija ssorveljat 314 proġetti tal-IEE li kienu għadhom għaddejjin u ffirmat 62 ftehimiet ta’ għotja. Għas-sejħa tal-2010, ġew ippreżentati 348 proposta. Għall-ewwel darba, l-Aġenzija organizzat żewġ laqgħat għall-kuntratturi fejn attendew aktar minn 50 kordinatur biex iħarrġuhom fil-fażi tal-bidu tal-proġett tagħhom. Il-Jiem ta’ Informazzjoni Nazzjonali u Ewropea attiraw 3 500 parteċipant, madwar 20 % aktar mill-2009. Għall-ewwel darba, l-Aġenzija kienet responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għall-Enerġija Sostenibbli (EUSEW), li inkludiet 330 avveniment, aktar mid-doppju tal-2009. L-għadd ta’ jiem ta’ enerġija tal-EUSEW organizzati barra minn Brussell żdiedu għal erba' darbiet biex jilħqu 250 avveniment, ix-xogħol tal-midja li twettaq b'rabta mal-EUSEW patta b'aktar minn 200 tismija fil-midja u l-avvenimenti ta’ Brussell weħidhom attiraw aktar minn 6 000 parteċipant. F'isem il-Kummissjoni, l-Aġenzija tat bidu għal diversi inizjattivi ta’ komunikazzjoni tal-UE biex jiġu adottati prattiki tal-enerġija sostenibbli bħall-inizjattiva ManagEnergy, il-kompetizzjoni tal-iskejjel kollha tal-UE u l-Portal Vetturi Nodfa. Barra minn hekk, l-Aġenzija implimentat identità viżwali IEE ġdida u karta grafika. Sforzi oħra ta’ komunikazzjoni jinkludu d-doppju ta’ żjarat lill-paġni tad-database tal-proġetti IEE (1,5 miljun) meta mqabbla mal-2009, avviżi elettroniċi ta’ aħbarijiet b'25 % aktar abbonati (17 000) mis-sena l-oħra, fuljetti, opuskoli dwar proġetti, Rivisti l-Aħbarijiet u vidjows. Il-programm EIP - Netwerk tal-Ewropa Intraprenditorjali huwa magħmul minn aktar minn 580 organizzazzjonijiet imsieħba f'47 pajjiż, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE. Minbarra kompiti tal-ġestjoni tal-proġett ta’ 92 kuntratt (ftehimiet speċifiċi ta’ għotjiet) u l-proġett IpeuropAware, l-EACI hija responsabbli wkoll għall-“animazzjoni” tan-Netwerk tal-Ewropa Intraprenditorjali u għall-ġestjoni tal-għodod u d-databases tal-IT għall-komunikazzjoni interattiva fost l-imsieħba tan-netwerk. Il-websajt pubblika l-ġdida, l-intranet u d-Direttorju tan-Netwerk ġew varati kollha matul is-sena u ntgħażlet it-teknoloġija għas-sistema l-ġdida tal-IT “Merlin”. Il-Konferenza Annwali f'Antwerp, organizzata b'assoċjazzjoni mal-Presidenza Belġjana tal-UE, sabiex tippromwovi avvenimenti u politiki ma’ msieħba tan-netwerk fil-livell tal-UE ta’ rilevanza diretta għall-SMEs, attirat aktar minn 900 parteċipant u kisbet rata ta’ sodisfazzjoni ta’ aktar minn 94 %. Aktar minn 800 membru tal-persunal tal-Imsieħba tan-netwerk kienu mħarrġa fl-2010; 50 storja ta’ suċċess u 3 vidjows ta’ stejjer b'suċċess kienu prodotti biex juru l-benefiċċju tas-servizzi tan-netwerk, li jilħqu udjenza ta’ kważi 4,7 miljun ruħ. Biex tappoġġa implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Proġett tan-netwerk, l-Aġenzija ottimizzat l-istruttura organizzativa tagħha minn Ottubru 2010 li tirriżulta f'organigramma ġdida b'unità waħda li tagħti aktar appoġġ individwali lill-imsieħba f'termini ta’ operazzjonijiet ta’ netwerk u unità waħda li tipprovdi appoġġ orizzontali lin-Netwerk kollu. Għall-proġetti ta’ ekoinnovazzjoni tar-replikazzjoni tas-suq, l-Aġenzija ssorveljat 90 proġett li għadhom għaddejjin u ffirmat 47 ftehimiet tal-għotjiet. Is-sejħa tal-2010 attirat 42 % aktar proposti (287) mill-2009 u ngħatat promozzjoni permezz ta’ jum wieħed Ewropew ta’ informazzjoni u 11-il jum nazzjonali ta’ informazzjoni, li għalihom attendew aktar minn 1 500 ruħ. Giet varata database online ta’ tiftix li tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti kollha tal-ekoinnovazzjoni u rreġistrat 109 000 viżitatur u 121 000 żjarat lill-paġni. L-għadd ta’ abbonati għall-avviżi ta’ aħbarijiet elettroniċi żdied b'41 % (7 200). Sforzi biex tiġi promossa l-iskema jinkludu wkoll charter grafiku, posters, volantini u żvilupp ta stqarrija għall-istampa b'vidjow. Għall-programm Marco Polo, l-Aġenzija ssorveljat 66 proġett li għadhom għaddejjin u ffirmat 21 kuntratt. Għas-sejħa tal-2010, ġew ippreżentati 101 proposta, żieda ta’ 44 % meta mqabbel mal-2009. Il-Jum Ewropew ta’ Informazzjoni fi Frar attira 346 parteċipant minn 30 pajjiż. Il-konferenza Marco Polo fi Vjenna attirat aktar minn 180 parteċipant u ħolqot 16-il tismija fil-midja, bejn wieħed u ieħor, miljun ruħ qarrej. L-Aġenzija tippromwovi l-programm ukoll permezz tal-websajt imġedda Marco Polo bi 430 000 telespettatur, avviżi tal-aħbarijiet elettroniċi bi 15 % aktar abbonati (1 500) mis-sena l-oħra u żewġ vidjows ġodda għall-programm Marco Polo. L-isforzi tal-komunikazzjoni jinkludu wkoll fuljetti ta’ proġetti, volantini u DVDs tal-vidjow. Ix-xogħol tal-midja ġġenera 25 % aktar materjal għall-istampa (81) aktar mill-2009. |
||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-EACI. |
|||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
It-tnaqqis ta’ kważi 1,5 miljun euro huwa minħabba fatturi diffiċli li wieħed ibassarhom fil-baġit inizjali bħal bidla aktar spiss tal-persunal u salarju iktar baxx milli mistenni, inċertezza fil-ħlasijiet tal-aġġustamenti tas-salarji għall-2009 u aktar ħaddiema jaħdmu part-time jew fuq liv parentali. Madankollu, kif irrimarkat il-Qorti, il-flus żejda ppermettew il-ħlas kmieni tax-xogħlijiet fuq il-bini l-ġdid tal-Aġenzija, u għaldaqstant l-interessi li riedu jitħallsu kienu inqas. Mill-2011 l-Aġenzija fittxet li ttejjeb it-tbassir billi tikkonsidra l-impatt tal-mobilità tal-persunal fuq in-numru ta’ xhur tas-salarju mħallas. |
|
14. |
L-ammonti miġjuba ’l quddiem huma relatati mal-obbligi kuntrattwali sal-aħħar tal-2010 u fatturati fl-2011. Meta mqabbla mas-snin preċedenti, iż-żidiet ewlenin fl-approrjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem huma relatati mal-ġarr lejn il-bini l-ġdid f’Novembru 2010, mal-ispejjeż tal-valutazzjoni f’Novembru-Diċembru ta’ sejħa b’suċċess li rċeviet 40 % aktar proposti fl-2010 milli fl-2009 u ma’ fatturi kuntrattwali għall-istrateġija l-ġdida ta’ verifika ex-post progressivament implimentata mill-Aġenzija sal-2010. L-ammonti miġjuba ’l quddiem fuq linji baġitarji oħra naqsu maż-żmien. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/87 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/16
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, ġiet imwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 (1). L-Aġenzija twaqqfet għal perjodu limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2017 bil-għan li ġġesti attivitajiet speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka (2). Fil-15 ta’ Ġunju 2009 l-Aġenzija uffiċjalment ingħatat l-awtonomija amministrattiva u operazzjonali tagħha mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
2. |
Il-baġit finali tal-Aġenzija għall-2010 kien ta’ EUR 33,6 miljun. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 408. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(7) L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
(8) L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-24 ta’ Mejju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-6 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/research/rea/.
ANNESS
Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (Brussell)
Kompetenzi u l-attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikoli 179 u 180 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni għandha jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta’ riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u tal-industrija tagħha. Għal dan l-għan l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-impriżi, inklużi l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju, liċ-ċentri ta’ riċerka u lill-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku ta’ livell għoli; għandha wkoll tappoġġa l-isforzi tagħhom li jikkoperaw ma’ xulxin, u timmira fuq kollox li tippermetti lir-riċerkaturi li jikkoperaw liberament lil hinn mill-fruntieri u lill-impriżi li jisfruttaw il-potenzjal kollu tas-suq intern, (…) id-definizzjoni ta’ standards komuni u t-tneħħija ta’ xkiel legali u fiskali għal dik il-koperazzjoni. Filwaqt li tfittex li tikseb dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha twettaq dawn l-attivitajiet li ġejjin, li jikkomplementaw l-attivitajiet li jsiru fl-Istati Membri:
|
||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007) |
L-Objettiv L-objettiv tal-Aġenzija huwa li ġġesti l-Programmi fdati lilha taħt l-FP7 (il-programm Nies, l-azzjonijiet tal-SMEs tal-Programm Kapaċitajiet, u t-temi tal-Ispazju u s-Sigurtà tal-Programm Kooperazzjoni) b’mod effiċjenti u effettiv, li twassal servizzi effiċjenti u effettivi lill-komunità tar-riċerka u li tagħti servizzi ċentralizzati ta’ sostenn tal-FP7 lis-servizzi rispettivi tal-Kummissjoni għall-oqsma kollha tal-Programmi Speċifiċi Kooperazzjoni, Kapaċitajiet u Nies. Rigward l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-Programmi, l-Aġenzija – bħala promotur taż-Żona Ewropea tar-Riċerka – timmira lejn it-titjib fil-ġestjoni ta’ proġetti, l-istabbiliment ta’ kuntatt mill-qrib ma’ benefiċjarji finali u l-għoti ta’ viżibbiltà kbira lill-Unjoni Ewropea. Il-Kompiti Rigward il-ġestjoni ta’ proġetti, ir-REA tikkonkludi u ġġesti ftehimiet tal-għotja, u dan jinvolvi l-operazzjonijiet li ġejjin:
Rigward is-Servizzi ta’ Sostenn tal-FP7, l-Aġenzija twettaq il-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Kumitat Direttiv Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-Rapport tal-Attività Annwali tagħha. 2 – Id-Direttur Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea, imexxi l-aġenzija flimkien mal-Kumitat Direttiv, jimplimenta l-baġit amministrattiv, jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u kontroll intern adattati għall-kompiti fdati lill-aġenzija u jħejji r-rapporti li l-aġenzija eżekuttiva trid tippreżenta lill-Kummissjoni. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 4 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Amministrattiv EUR 33,6 (21,6) miljun. L-Aġenzija timplimenta l-baġit amministrattiv b’mod awtonomu. L-Aġenzija timplimenta skont deċiżjoni ta’ delega tal-Kummissjoni EUR 962,6 (811,2) miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 709 (679) miljun f’approprjazzjonijiet għall-pagamenti. Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru Il-Karigi ta’ persunal temporanju: 106 (88) imniżżla fil-pjan ta’ stabbiliment li minnhom 99 (72) okkupati. Il-Persunal kuntrattwali: 318 (261) persunal ippjanat, li minnhom 309 (238) kienu f’posthom fil-31 ta’ Diċembru 2010. It-total tal-persunal: 408 (310) assenjati l-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
Għall-Programm Nies, disa’ sejħiet ingħalqu fl-2010 u disa’ evalwazzjonijiet tlestew. 1 670 ftehim tal-għotja ġodda ġew iffirmati u saru 1 732 pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). Issa l-Aġenzija ġġesti total ta’ 4 125 (2 495) proġett taħt dan il-programm. Għall-azzjonijiet tal-SMEs tal-Programm Kapaċitajiet, ingħalqet sejħa u tlestiet evalwazzjoni. 163 ftehim tal-għotja ġodda ġew iffirmati u saru 243 pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). L-Aġenzija issa ġġesti total ta’ 408 (247) proġett taħt din l-iskema. Għat-temi tal-Ispazju u s-Sigurtà tal-Programm Koperazzjoni, żewġ sejħiet ingħalqu fl-2010 u żewġ evalwazzjonijiet tlestew. 86 ftehim tal-għotja ġodda ġew iffirmati u saru 133 pagament (esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). L-Aġenzija issa ġġesti total ta’ 153 (78) proġett taħt dawn it-temi. Rigward is-servizzi ta’ sostenn tal-FP7, ir-riżultati milħuqa għall-2010 huma kif ġejjin (iċ-ċifri għall-2009 jirreferu għall-perjodu 15.6.2009 – 31.12.2009 biss):
|
||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Agenzija. |
|||||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
1. |
L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/93 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/17
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, kienet imwaqqfa bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE (1) u emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544 KE (2). L-Aġenzija twaqqfet għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2005 u li jispiċċa fl-2013 għat-tmexxija ta’ azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-politika tal-konsumatur (3). |
|
2. |
Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 6,8 miljun meta mqabbel ma’ EUR 6,4 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 45 meta mqabbel ma’ 48 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (4) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (7). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (8). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (12) tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixtħux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Għat-Titolu III – Infiq marbut mal-operazzjonijiet tal-Aġenzija, EUR 1,1 miljun, jew 59 % tal-impenji li saru, inġiebu ’l quddiem għas-sena tal-baġit 2011. Skont l-informazzjoni tal-kontabilità, madwar EUR 0,8 miljun tal-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem jikkorrispondu ma’ attivitajiet li għad ma kinux implimentati fi tmiem is-sena. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ annwalità, li jitlob li n-nefqa li ġejja minn dawn il-kuntratti għandha titħallas mill-baġit tas-sena finanzjarja li tkun saret fiha. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Olavi ALA-NISSILÄ, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-20 ta’ Lulju 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
(2) ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.
(3) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(4) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(5) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludu d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu l-kont tar-riżultat tal-baġit u n-noti korrispondenti tiegħu.
(8) L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
(9) L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004
(10) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 15).
(11) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(12) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-16 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ec.europa.eu/eahc/about/about.html.
ANNESS
L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (il-Lussemburgu)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 168 u 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-Azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih. L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara għas-saħħa marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni. Sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, s-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kompetenzi tal-Aġenzija |
L-Objettivi
Il-Kompiti Taħt il-programmi Komunitarji msemmija hawn taħt, l-Aġenzija hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-kompiti li ġejjin kif definiti fl-att ta’ delegazzjoni adottat fid-9 ta’ Settembru 2008 (1):
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Kumitat ta’ Tmexxija Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Il-membri tal-Kumitat Direttiv huma maħtura għal sentejn. Jadotta l-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija u r-rapport tal-attività annwali tagħha. 2 – Id-Direttur Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba' snin. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 4 – L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali Il-baġit amministrattiv tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 6,77 miljun. Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Fil-31 ta’ Diċembru 2010 l-Aġenzija impjegat 45 membru tal-persunal statutorju, inklużi 11-il persunal temporanju u 34 persunal kuntrattwali. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
1. Il-Monitoraġġ tal-għotjiet tal-2005, 2006, 2007, 2008 u l-2009 pprovduti taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHP) 2003-2008, iffinalizza negozjati b'suċċess għal għotjiet taħt is-Sejħiet għal proposti tal-2009, inklużi proġetti, Konferenzi, Għotjiet Operattivi, Azzjonijiet Konġunti u mexxa Sejħa għal proposti tal-2010. Ġew finalizzati l-għotjiet u l-kuntratti mogħtija taħt is-sejħiet għal proposti tal-2008 u s-sejħiet għal offerti tal-Programm tal-Konsumatur (CP) tal-2007 – 2013 u ġew sorveljati l-kuntratti mogħtija taħt is-sejħiet għal offerti tal-2008 u l-2009 skont Miżuri ta’ Taħriġ dwar is-Sigurtà fl-Ikel. 2.1. Il-programm ta’ ħidma PHP
2.2. Il-programm ta’ ħidma CP
2.3. Il-programm ta’ ħidma BTSF
3. Il-ġenerazzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-Programm tas-Saħħa Pubblika, il-Programm tal-Konsumaturi, proġetti ffinanzjati mill-programm tal-BTSF u l-attivitajiet tal-Aġenzija Eżekuttiva fl-2010. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Settembru 2008 - li tiddelega l-poteri lill-Aġenzija.
IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA
|
13. |
L-Aġenzija ħadet nota tal-fehma tal-Qorti li l-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem, b’mod partikulari t-Titolu III tal-baġit operattiv tal-Aġenzija, għandu jkompli jitnaqqas. Għal dan il-għan, l-Aġenzija ser tkompli tirrevedi l-ippjanar baġitarju u l-għodda ta’ rapportar tagħha, u biħsiebha tagħti bidu għall-Programm ta’ Ħidma fi stadju iżjed bikri tal-eżerċizzju. Għaldaqstant ir-rati tal-approprjazzjonijiet tal-pagamenti magħmula għandhom jiżdiedu fi tmiem l-eżerċizzju. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/100 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finananzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/18
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f'Lille-Valenciennes, kienet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 (1). L-għan tal-Aġenzija huwa li ttejjeb il-livell ta’ interoperabilità tas-sistemi tal-ferroviji u li tiżviluppa approċċ komuni dwar is-sigurtà sabiex tikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta’ settur Ewropew tal-ferroviji aktar kompetittiv b'livell għoli ta’ sigurtà (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 24,1 miljun meta mqabbel ma’ EUR 21 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 142 meta mqabbel mal-127 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontrolli interni rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f'dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
L-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem għall-2011 ammontaw għal EUR 5,5 miljun, li minnhom EUR 4,3 miljun (78 %) huma marbuta ma’ oġġetti u servizzi li se jiġu pprovduti fl-2011. Dan il-livell ta’ riport huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.era.europa.eu.
ANNESS
Aġenzija Ferrovjarja Ewropea - Lille/Valenciennes
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi partikolari tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jistabbilixxu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
L-Objettivi: Tikkontribwixxi, fi kwistjonijiet tekniċi, lejn l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni mmirata lejn:
sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u tiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà. Il-Kompiti: 1 Tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar
2 Tagħti opinjonijiet dwar
3 Il-Koordinazzjoni tal-korpi nazzjonali Il-koordinazzjoni ta’ awtoritajiet ta’ sigurtà nazzjonali u l-korpi investigattivi nazzjonali (kif deskritti fid-Direttiva 2004/49/KE, l-Artikoli 17 u 21). 4 Il-pubblikazzjonijiet u d-databases
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv Jikkonsisti f'rappreżentant minn kull Stat Membru, erba' rappreżentanti mill-Kummissjoni, u sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, mis-setturi professjonali kkonċernati. 2 – Id-Direttur Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri 4 – L-Awtorità ta’ Kwittanza: Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 24 (21) miljun L-għadd tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Il-karigi elenkati fil-pjan ta’ stabbiliment: 139 (124) Il-karigi okkupati fil-31.12.2010: 133 (113) Persunal ieħor: 15 (14) It-total tal-persunal: 148 (127) li minnhom allokati f':
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-attivitajiet u s-servizzi mogħtija fl-2010 |
Ir-rakkomandazzjonijiet relatati ma’ Ċertifikazzjoni tas-Sigurtà, inkluża l-migrazzjoni lejn ċertifikat uniku tas-sigurtà tal-Unjoni, rakkomandazzjonijiet għal mudell tal-Unjoni ta’ liċenzja u reġistru ta’ sewwieq tal-ferroviji, ċertifikazzjoni ta’ workshops ta’ manutenzjoni u entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet rigward regolazzjoni tas-sigurtà, inkluża l-evalwazzjoni tal-mod kif isiru disponibbli r-regoli ta’ sigurtà nazzjonali, tgħarbil tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ferrrovjarja fl-Istati Membri. Ir-rakkomandazzjonijiet relatati ma’ Rappurtar dwar is-Sigurtà, inklużi Indikaturi Komuni tas-Sigurtà, koordinazzjoni ta’ korpi ta’ awtoritajiet tas-sigurtà u ta’ investigazzjoni u rappurtar dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà fl-Istati Membri. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà, inklużi Metodi Komuni ta’ Sigurtà. Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ abbozzar għal Speċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà u r-Reviżjoni tagħhom. L-evalwazzjoni tal-estensjoni tal-ambitu u l-korrezzjoni tal-iżbalji. Il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar is-sigurtà tal-ferroviji. Il-Provvediment ta’ Alternattivi Tekniċi dwar regoli nazzjonali u sorveljanza tax-xogħol tal-Korpi Notifikati. Tistabbilixxi u żżomm serje ta’ reġistri għall-Interoperabilità u s-sigurtà. Taġixxi bħala l-Awtorità tas-Sistema u l-Maniġer tal-Kontroll tal-Bidla għall-ERTMS (Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju)li jgħin lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni ta’ proġetti tal-ERTMS. Tiddefinixxi u tiġbor id-Dokument ta’ Referenza ta’ regoli nazzjonali għall-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u tikklassifika l-ekwivalenza tagħhom għal aċċettazzjoni transnazzjonali. Takkumpanja lir-rakkomandazzjonijiet kollha b'valutazzjoni tal-impatt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
13. |
L-Aġenzija qed tanalizza l-possibiltà li tikkonkludi kuntratti ta’ qafas għal studji, li jippermetulha tiffirma kuntratti speċifiċi aktar kmieni wara li jkun ġie adottat il-baġit. Barra minn hekk, għas-snin 2011 u 2012, l-Aġenzija ser tirrevedi t-tbassir baġitarju sabiex issir konformi mal-bżonnijiet reali u ttejjeb l-infieq tar-riżorsi baġitarji. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/106 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità
2011/C 366/19
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”), li tinstab f'Parma, kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tipprovdi l-informazzjoni xjentifika neċessarja sabiex tiġi ppreparata leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li tiġbor u tanalizza data sabiex ir-riskji jkunu jistgħu jiġu identifikati u ssorveljati u li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq dawn ir-riskji (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Awtorità għall-2010 ammonta għal EUR 74,7 miljun meta mqabbel mal- EUR 71,4 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Awtorità fi tmiem is-sena kien 433 meta mqabbel ma’ 407 s-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Awtorità, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Awtorità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Awtorità u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Awtorità jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KWISTJONIJIET OHRA
|
13. |
Reviżjoni tad-Dikjarazzjonijiet ta’ Interess tal-Membri tal-Bord tat-Tmexxija titwettaq mill-President bl-għajnuna ta’ Viċi Presidenti. Dan il-proċess ta’ reviżjoni mhuwiex biżżejjed rigoruż u ma fihx biżżejjed dettall. Approċċi differenti għall-amministrazzjoni ta’ kunflitt ta’ kwistjonijiet ta’ interess huma adottati għal sitwazzjonijiet simili. Hemm lok għal titjib fil-kompletezza u fit-trasparenza ta’ din il-proċedura. |
|
14. |
Ġew innutati dgħufijiet f'xi wħud mill-proċeduri ta’ reklutaġġ: l-anonimità tat-testijiet bil-miktub ma kinitx rispettata, il-punteġġ biex wieħed jgħaddi għall-istadji varji tal-proċess ta’ għażla ġie deċiż wara li l-proċess ta’ evalwazzjoni kien beda, u ntużaw kriterji vagi. Dawn il-prattiki poġġew it-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ f'riskju. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Awtorità. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72)
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-16 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-1 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.efsa.europa.eu/EFSA/AboutEfsa/HowWeWork/Funding/efsa_locale-1178620753812_Accounts.htm.
ANNESS
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat |
Il-ġbir ta’ informazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Awtorità (Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
L-Objettivi
Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Il-kompożizzjoni 14-il membru maħtura mill-Kunsill (b'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni. Il-kompitu Jadotta l-programm ta’ ħidma u l-baġit u jiżgura li huma implimentati. 2 – Id-Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni u wara seduta quddiem il-Parlament Ewropew. 3 – Il-Forum Konsultattiv Il-kompożizzjoni Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. Il-kompitu Jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv. 4 - Il-Kumitat Xjentifiku u l-panels xjentifiċi Jippreparaw l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità. 5 – Il-Verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 6 – Internal audit Il-kapaċita tal-verifika interna tal-EFSA. Is-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni Ewropea. 7 – L- Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 74,7 (71,4) miljun li minnhom is-sussidju tal-Unjoni Ewropea huwa 100 % (100 %) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 355 (355) kariga prevista fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 330 (326) persunal (aġenti temporanji u uffiċjali) Persunal ieħor 103 (81) (persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati) Persunal totali 433 (407) li minnhom għal:
Jekk jogħġbok innota li 21 ittra ta’ offerta ntbagħtu fil-31.12.2010 li jammontaw għal 454 kariga tal-persunal b'kollox |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi 2010 (2009) |
Prodotti Xjentifiċi u Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn 2010 (2009) (1) L-Attività 1: L-għoti ta’ opinjonijiet xjentifiċi u pariri u approċċi għal valutazzjonijiet tar-riskji
It-total tal-attività ta’ prodotti xjentifiċi 1 = 66 (91) L-Attività 2: L-evalwazzjoni ta’ prodotti, sustanzi u klejms soġġetti għal awtorizzazzjoni
It-total tal-attività ta’ prodotti xjentifiċi 2 = 331 (412) L-Attività 3: Il-Ġbir ta’ Data, koperazzjoni xjentifika u bin-netwerking
It-total tal-attività ta’ prodotti xjentifiċi 3 = 111 (120) Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn
Total ta’ Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn = 57 (13) Dħul totali = 565 (636)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Hekk jogħġbok innota li, għal skopijiet ta’ komparabilità, id- data (tal-2009) ġiet adattata sabiex tirrifletti l-klassifika l-ġdida tal-prodotti tal-Awtorità. L-għadd totali tal-prodotti ma nbidilx
IT-TWEĠIBIET TAL-AWTORITÀ
|
13. |
Sabiex tissaħħaħ l-awtovalutazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet ta’ Interess tal-Membri, f’Ġunju 2011 il-Bord ta’ Amministrazzjoni adotta kodiċi ta’ kondotta. Barra minn hekk, il-Bord ta’ Amministrazzjoni adotta abbozz ta’ politika fuq il-Proċessi ta’ Deċiżjonijiet Indipendenti u Xjentifiċi għall-konsultazzjoni pubblika. Dan l-abbozz ta’ politika ġdida jipprevedi li għal kwalunkwe ċirkostanzi li jistgħu jkunu relatati mal-indipendenza tal-membri tal-Bord, l-Awtorità tista’ tikkonsulta mal-istituzzjonijiet tal-UE li jkunu kkontribwew fil-proċess tal-ħatra (il-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni). Dan huwa mistenni li jiġi adottat sal-aħħar tal-2011. |
|
14. |
Anki jekk il-linji gwida ta’ qabel issodisfaw il-ħtiġijiet tar-regoli ta’ implimentazzjoni fuq ir-reklutaġġ ivvalidat mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, f’Diċembru 2010 l-Awtorità adottat linji gwida sabiex tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-prattiċi tajba tal-ECA. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/112 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2011/C 366/20
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ewropea GNSS (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 (1) sabiex tmexxi l-interessi pubbliċi fir-rigward tal-programmi Ewropej tal-GNSS u biex taġixxi bħala l-aġenzija regolatorja għall-programm matul il-fażijiet ta’ skjerament u ta’ operazzjoni tal-Programm Galileo. Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 (2) naqqas ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija għall-kontroll tas-sigurtà tas-sistemi Galileo u għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Sal-2010, l-Aġenzija kienet magħrufa bħala l-Awtorità ta’ Viġilanza tal-GNSS Ewropea (3). |
|
2. |
Il-baġit adottat tal-Aġenzija għall-2010 ammonta għal EUR 15,9 miljun meta mqabbel ma’ EUR 44,4 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 42 meta mqabbel mal-35 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali tal- Aġenzija (4), li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (5) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (8).Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (9) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (10) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (11). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni kwalifikata tagħha dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u għall-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
Il-bażi għal opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Matul l-2010 l-Aġenzija xtrat attivi fiss tanġibbli (12) relatati mal-programm Galileo (13) għal ammont ta’ EUR 4,4 miljun. Dawn l-attivi għandhom jiġu trasferiti mill-Aġenzija lill-Kummissjoni Ewropea. Dawn l-attivi ġew irreġistrati bħala nefqa tar-riċerka iżda minflok kien imisshom ġew klassifikati bħala attivi miżmuma għat-trasferiment. Ir-riżultat ta’ din it-tranżazzjoni huwa sottodikjarazzjoni ta’ attivi fl-ammont ta’ EUR 4,4 miljun u sottodikjarazzjoni tal-kont tar-riżultat ekonomiku bl-istess ammont. |
Opinjoni kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, ħlief għall-effett tal-kwistjoni deskritta fil-paragrafu 10, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (14) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
12. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
13. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f’dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
14. |
Fir-rigward tal-proċeduri ta’ għotja għas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka / Galileo/ it-Tieni Sejħa b’baġit ta’ EUR 26 miljun, il-proċess ta’ evalwazzjoni ma għamilx distinzjoni ċara bejn il-kriterji tal-għażla u tal-għoti. Ma ġewx definiti l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikanti. Għalkemm l-istatus tal-applikant iddetermina r-rata massima ta’ rimborż, dan l-istatus ma kienx ikkonfermat mill-Aġenzija. |
|
15. |
Fir-Rigward tas-Sitt Programm ta’ Qafas (FP6)/ it-Tielet Sejħa, f’żewġ ftehimiet ta’ għotja vverifikati, il-klejms għall-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji kienu bbażati fuq rati standard, minflok spejjeż attwali. Dan ma kienx f'konformità mal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ qligħ għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE. |
|
16. |
Ħames għotjiet ivverifikati, relatati l-aktar mas-Sitt Programm ta’ Qafas, urew dewmien ta’ bejn sena u tliet snin biex jiġu implimentati. Ġew innutati żidiet suċċessivi fil-valur iniżjali tal-kuntratti. |
|
17. |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet u l-attivi relatati mal-programmi tal-EGNOS u l-Galileo ġew trasferiti lill-Kummissjoni f’Diċembru 2009. Fil-31 ta’ Diċembru 2010, għad kellu jiġi determinat l-istatus ta’ EUR 2 miljun miżmuma mill-Aġenzija fir-rigward ta’ sostenn tekniku mill-Aġenzija Spazjali Ewropea. |
KWISTJONIJIET OHRA
|
18. |
Fil-proċeduri tal-għażla tal-persunal ivverifikati, ma ġewx determinati l-punteġġi ta’ livell limitu għal aċċess għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti jew għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa. Dawn il-prattiki poġġew f’riskju t-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.
(2) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(3) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(4) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(5) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(8) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(9) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(10) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(11) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(12) Magnetotorquers tas-satelliti, magni ta’ imbottatura bi propulsjoni għas-satelliti, tankijiet tal-fjuwil tas-satelliti (Validazzjoni fl-Orbita) u arloġġi atomiċi tar-rubidju fuq l-art (Kapaċità Operattiva Sħiħa).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo).
(14) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-16 ta’ Settembru 2011 u rċevuti mill-Qorti fit-3 ta’ Ottubru 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://gsa.europa.eu.
ANNESS
L-Aġenzija Ewropea GNSS (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat |
|
||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament (KE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010) |
L-Objettivi
Il-Kompiti L-Aġenzija għandha:
|
||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv Il-Kompożizzjoni:
Il-Kompiti
2 – Id-Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord Amministrattiv. 3 – Kumitat għas-Sigurtà u l-Protezzjoni tas-Sistema Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni. 4 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 5 – L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament, jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali EUR 15,9 (44,4) miljun; dan huwa magħmul mis-sussidju tal-UE ta’ EUR 8,7 (7,4) miljun, li huwa s-sussidju operattiv mill-Kummissjoni, u EUR 7,2 (37) miljun f’fondi operazzjonali mill-Kummissjoni. Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 (2009) 28 (23) kariga mniżżla fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 26 (23). + 14 (12)-il persunal ieħor (persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati), li minnhom okkupati: 14 (12). It-total tal-persunal prevvist: 42 (35), It-total tal-persunal impjegat fil-31 ta’ Diċembru 2010: 40 (35), li qegħdin jagħmlu l-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 |
Il-programmi
Is-Sistemi tas-Sigurtà
L-iżvilupp tas-suq
Ir-riċerka u l-iżvilupp
|
||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Agenzija. |
|||||||||||||||||||||
TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
|
10. |
Il-GSA ma rreġistratx dan it-tagħmir bħala parti mill-assi tagħha fil-kontijiet tagħha minħabba dawn ir-raġunijiet: i/l-għan tal-fażi IOV/FOC huwa li jivvaluta il-fattibbiltà teknika tas-sistema li ma ġietx ivvalidata fl-2010; ii/skont l-Arranġament Matimop, qatt ma kien hemm ħsieb li l-GSA takkwista dan it-tagħmir u dan la qatt kien u lanqas qatt ser ikun fil-kontroll tal-GSA; iii/mill-perspettiva tal-kontabbiltà ma deherx għaqli li t-tagħmir jiġi rikonoxxut ġaladarba ma kellu l-ebda benefiċċju/valur ekonomiku għall-GSA; iv/abbażi tal-punti msemmija hawn fuq u b'mod konformi mal-prattiki tal-kontabbiltà li tħaddem il-Kummissjoni f’tali sitwazzjonijiet, l-ispejjeż tat-tagħmir tniżżlu bħala nfiq fuq ir-riċerka fl-2010 |
|
14. |
Il-GSA ssegwi proċessi ta’ valutazzjoni standard FP7, li jistipulaw sensiela ta’ kriterji ta’ eleġibbiltà u sensiela ta’ kriterji ta’ valutazzjoni. Madankollu bħalissa l-GSA qiegħda tirrevedi l-aħħar linji gwida u regoli tal-FP7 tal-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm konformità sħiħa qabel ma tiġi ffirmata t-tielet sejħa tal-ftehimiet ta’ sovvenzjoni tal-FP7. Minkejja li l-verifiki standard tal-kapaċità finanzjarja saru tabilħaqq, dawn ma ġewx iddokumentati sewwa. Il-GSA qiegħda taġġorna l-proċeduri interni ħalli tiżgura li kull verifika standard tal-kapaċità finanzjarja tiġi rreġistrata kif suppost. |
|
15. |
Il-ftehimiet ta’ sovvenzjoni ġestiti mill-GSA għall-FP6 kienu ntirtu mill-predeċessur tal-GSA, l-Impriża Konġunta Galileo (GJU). Il-GJU u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) min-naħa tagħhom kienu stipulaw regoli għall-FP6 li kienu daqsxejn differenti mir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea. Il-ftehimiet ta’ sovvenzjoni tal-FP6 li għad fadal miftuħa għandhom jingħalqu skont l-istipulazzjonijiet ta’ dawn il-kuntratti, li kienu ssejsu fuq ir-rati standard użati u vverifikati ex-ante mill-ESA. |
|
16. |
Iż-żidied suċċessivi tal-valur inizjali ta’ ċerti kuntratti FP6 bħala regola sar qbil dwarhom billi tqiesu l-kompiti addizzjonali li kellhom isiru mill-benefiċjarju. Dment li l-kompiti l-ġodda tqiesu tabilħaqq importanti, permezz ta’ pakketti ta’ ħidma ddokumentati, il-ftehimiet ta’ sovvenzjoni ġew emendati ħalli jappoġġaw il-kompiti l-ġodda li kellhom jiġu żviluppati. Dan mhux xi avveniment ġdid fil-ġestjoni tal-kuntratti tal-UE. In-natura dejjem oriġinali teknoloġika ta’ dawn l-attivitajiet, li tinbidel il-ħin kollu, kienet ir-raġuni fundamentali li ġġustifikat id-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar dawn l-emendi u l-estensjonijiet (mhux neċessarjament ittardjar). |
|
17. |
Il-GSA rrispettat l-obbligi kuntrattwali u legali kollha rigward “It-Talba Uffiċjali Teknika Nru 7 tal-ESA”. Fl-aħħar l-GSA kellha tiċħad it-talba għal pagament mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) li laħħaq iż-żewġ miljun euro, għax l-ESA ma pprovdietx ir-rapporti meħtieġa biex isiru l-pagamenti fi żmien l-iskadenzi maħsuba. Għaldaqstant il-fondi mhux użati kellhom jiġu ttrasferiti lill-Kummissjoni Ewropea, bl-obbligu li dawn il-fondi jintużaw fl-implimentazzjoni tal-ftehim IOV bejn l-ESA u l-GSA. It-trasferiment ser ikun iffinalizzat f’Settembru 2011. |
|
18. |
Il-GSA rrevediet il-proċedura tal-għażla. Mill-2011, il-panil ta’ pre-selezzjoni beda jiffissa minn qabel il-limiti tal-iskala tal-punteġġi għall-eżamijiet bil-miktub u għall-intervisti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/117 |
RAPPORT
fuq il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru
2011/C 366/21
INTRODUZZJONI
|
1. |
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ iċ-“Ċentru”), li jinsab fil-Lussemburgu, kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). L-irwol taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lil kwalunkwe Istituzzjonijiet u Korpi tal-Unjoni Ewropea li jitolbu s-servizzi tiegħu bis-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom (2). |
|
2. |
Il-baġit taċ-Ċentru għall-2010 ammonta għal EUR 55,9 miljun meta mqabbel mal-EUR 62.6 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 225 meta mqabbel ma’ 218 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba fi frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontrolli interni rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġu kkunsidrati sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti temmen li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet stipulati hawn taħt. |
Opinjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu. |
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
SEGWITU MIS-SEJBIET TAS-SENA TA’ QABEL
|
12. |
Matul l-2010, iċ-Ċentru naqqas il-bilanċ favorevoli tiegħu akkumulat tal-2009 ta’ EUR 24 miljun għal EUR 9,2 miljun prinċipalment billi għamel trasferiment tal-fondi lill-Iskema tal-Pensjoni tal-Komunità u billi rrimborża lill-klijenti taċ-Ċentru. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet taċ-Ċentru. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkompanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifiki (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Mejju 2011 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.cdt.europa.eu.
ANNESS
Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni |
Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri bi ftehim reċiproku adottaw dikjarazzjoni, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, fuq il-ħolqien ta’ Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni, biex jipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-ħidma tal-korpi u tas-servizzi li l-lok tagħhom kien stabbilit bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 1993. |
||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi taċ-Ċentru (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1645/2003) |
Objettivi Jipprovdi s-servizzi neċessarji tat-traduzzjoni għall-operazzjoni tal-korpi segwenti:
Il-korpi mwaqqfa mill-Kunsill, barra dawk imsemmija hawn fuq jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea li ġa għandhom is-Servizzi ta’ Traduzzjoni tagħhom stess jistgħu, jekk jiġi l-każ, isaqsu għas-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja. Iċ-Ċentru jieħu sehem bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni. Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Bord tat-Tmexxija Il-Kompożizzjoni:
Il-Kompiti Jadotta l-programm annwali ta’ xogħol u r-rapport annwali taċ-Ċentru. 2 – Id-Direttur Maħtur mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni. 3 – Il-Verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 4 – L-Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali EUR 55,9 miljun (EUR 62,6 miljun) Il-Persunal 225 (233) kariga mogħtija fil-pjan ta’ twaqqif, li minnhom 215 (202) kienu okkupati. + 10 (16) aġenti b'kuntratt Persunal totali: 225 (218), li huma responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u -servizzi fl-2010 (2009) |
L-għadd ta’ paġni tradotti: 819 598(736 008) L-għadd ta’ paġni għal kull lingwa:
In-numru ta’ paġni tradotti għal kull klijent:
L-għadd ta’ paġni tradotti mill-freelancers: 448 160(409 788) |
||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. |
|||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU
|
12. |
Fl-isfond tal-qafas tal-politika l-ġdida tal-prezzijiet, intiża sabiex tirrispetta l-ekwilibriju bejn id-dħul u l-ħruġ effettiv, iċ-Ċentru ppropona lill-Bord Amministrattiv sabiex joħloq riserva ta’ EUR 4,3 miljun għal investimenti fi programmi e-CDT biex jitwettqu matul il-perjodu 2012-2013 u riserva ta’ EUR 4,9 miljun għal stabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, sabiex jikkumpensa għat-tnaqqis potenzjali tad-dħul minħabba tnaqqis antiċipat fit-talbiet ta’ traduzzjoni mingħand l-ikbar klijent. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/122 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru
2011/C 366/22
INTRODUZZJONI
|
1. |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”), li jinsab fi Stokkolma, kien imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 (1). Il-kompiti prinċipali tiegħu huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u biex jagħti opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew tal-korpi li joperaw f'dan il-qasam (2). |
|
2. |
Il-baġit taċ-Ċentru għall-2010 ammonta għal EUR 57,8 miljun meta mqabbel ma’ EUR 51 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 254, meta mqabbel ma’ 199 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontrolli interni rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f'dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Fl-2010, ammont ta’ EUR 15,6 miljun, ekwivalenti għal 27 % tal-baġit totali li jinkludi 50 % tat-Titolu III – In-Nefqa Operazzjonali, ġiet miġjuba 'l quddiem għall-2011. Dan il-livell għoli ta’ tmexxija 'l quddiem, imqabbel ma’ livell baxx ta’ nfiq dovut (EUR 5,5 miljun), huwa eċċessiv u ma jaqbilx mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità. |
KWISTJONIJIET OĦRA
|
14. |
Fir-rigward tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal, la l-limiti li l-kandidati kellhom jissodisfaw sabiex jiġu msejħa għal intervista u lanqas dawk neċessarji biex jitpoġġew fuq il-lista tar-riżerva ma ġew iffissati bil-quddiem. It-testijiet bil-miktub ma tqisux b'mod konsistenti meta kienu qed jiġu vvalidati l-kandidati. Dawn il-prattiki jpoġġu f'riskju t-trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-10 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fit-28 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://ecdc.europa.eu/en/aboutus/Pages/Aboutus_KeyDocuments.aspx.
L-ANNESS
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (Stokkolma)
Il-kompetenzi u l-attivitajiet
|
L-Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-Azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih. |
||||||||||||||
|
Il-Kompetenzi taċ-Ċentru (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2004) |
L-Objettivi
Il-Kompiti
|
||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Ġestjoni Il-Kompożizzjoni: Membru wieħed nominat minn kull Stat Membru, żewġ membri nominati mill-Parlament Ewropew u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni. Il-Kompiti: Il-Bord jadotta l-programm annwali u l-baġit taċ-Ċentru u jsegwi l-implimentazzjoni tagħhom. 2 – Id-Direttur: Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni. 3 – Forum Konsultattiv Il-Kompożizzjoni: Rappreżentant minn kull Stat Membru u tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni mingħajr dritt tal-vot. Il-Kompiti: Il-Forum għandu jiżgura li x-xogħol huwa xjentifikament eċċellenti u l-indipendenza tal-attivitajiet u l-opinjonijiet taċ-Ċentru. 4 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 5 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||
|
Ir-Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 (2009) |
Il-Baġit finali EUR 57,8 (51) miljun Il-Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Awtorizzati: 200 (170) Okkupati: 175 (129) Karigi oħra: 79 (70) It-Total: 254 (199), assenjati għad-doveri segwenti: Allokati lil:
|
||||||||||||||
|
Il-Prodotti u s-Servizzi fl-2010 (2009) |
93 (1) (191) theddid sorveljat permezz tal-Għodda tat-Traċċar tat-Tħeddid (Threat Tracking Tool) (TTT); 52 (52) rapport ta’ theddid kull ġimgħa dwar mard li jittieħed mibgħut lil 431 riċevitur; L-għoti ta’ sostenn lill-intelliġenza dwar l-epidemiji għal 5 (5) avvenimenti kbar tal-massa; Barra minn dan, 5 avvenimenti ta’ naturali eċċezzjonali/importanza pubblika ġew issorveljati wkoll; Il-preparazzjoni ta’ 32 (25) evalwazzjoni ta’ theddid oriġinali u 10(6) aġġornamenti ta’ theddid; It-tmexxija ta’ 3 (2) eżerċizzji ta’ simulazzjoni għall-ittestjar u titjib fit-tħejjija u fir-reazzjoni għal mard li jittieħed, barra minn dan ingħata appoġġ għal 4 eżerċizzji esterni (il-Kummissjoni, l-Istati Membri); 80 (78) imsieħeb imħarreġ skont il-Programm Ewropew dwar it-Taħriġ fuq Interventi Epidemjoloġiċi (EPIET) (European Programme for Intervention Epidemiology Training); 6 imsieħba mħarrġa fit-Taħriġ Ewropew dwar il-Mikrobijoloġija tas-Saħħa Pubblika (EUPHEM); 106 (2) (346) espert dwar is-saħħa pubblika minn 30 pajjiż tal-UE-ŻEE (iż-Żona Ekonomika Ewropea) ipparteċipaw f’moduli qosra ta’ taħriġ tal-ECDC; 495 000 viżitatur fuq il-portal tal-internet tal-ECDC (varat fl-2009) u 70 000 fajl imniżżel; 34 (3) (43) pubblikazzjoni xjentifika ppubblikata; L-Organizzazzjoni tat-Tielet Ġurnata Ewropea dwar l-Għarfien fuq l-Antibijotiċi b’parteċipazzjoni ta’ 36 (34) pajjiż; Is-sorveljanza mtejba; integrazzjoni fl-ECDC ta’ 11 mis-17-il netwerk ta’ sorveljanza apposta fl-aħħar tal-2010; Il-pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali dwar l-Epidemjoloġija; Ir-rapporti annwali ippubblikati dwar it-Tuberkulosi u l-HIV/AIDS u kontra l-mikrobijoreżistenza; 38 (28) bullettin ta’ kull ġimgħa dwar l-influwenza/ħarsiet ġenerali ta’ kull ġimgħa lejn is-sorveljanza tal-influwenza għall-2010; 20 (4) (50) għażliet xjentifiki prodotti, ibbażati fuq talbiet ta’ partijiet interessati; L-Organizzazzjoni tar-raba’ Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija tal-Mard Infettuż Applikat (European Scientific Conference on Applied Infectious Disease Epidemiology) (ESCAIDE) f’Novembru 2010 f’Lisbona, b’aktar minn 600 (500) parteċipant; L-Organizzazzjoni tat-tieni konferenza tal-vaċċin Ewropew (Eurovaccine) ma’ 600 (400) parteċipant; Il-pubblikazzjoni fil-ġimgħa tal-ġurnal xjentifiku Eurosurveillance, bi 12 665 abbonat online (4 300 riċevitur ta’ kopji stampati fl-2009); 1 618 artiklu relatat mal-ECDC ippubblikati f’49 pajjiż mad-dinja kollha. |
||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. |
|||||||||||||||
(1) it-tnaqqis fl-2010 huwa parzjalment relatat ma’ bidla fi proċeduri relatati mal-monitoraġġ ta’ gruppi legionellis assoċjati mal-ivvjaġġar u parzjalment relatati mal-pandemija tal-influwenza tal-2009, li ħolqot reazzjoni kbira mad-dinja kollha.
(2) il-korsijiet għal perjodu qasir ma baqgħux prijorità fl-2010, il-flus reġgħu ġew allokati mill-ġdid għal programmi għal perjodu twil ta’ taħriġ għall-imsieħba.
(3) in-nuqqas fl-għadd ta’ pubblikazzjonijiet hu minħabba l-fatt li ħafna rapporti fl-2009 kienu konsegwenza diretta tal-pandemija tal-influwenza.
(4) l-opinjonijiet xjentifiċi, ibbażati fuq it-talbiet tal-partijiet interessati, żdiedu fl-2009 minħabba l-pandemija tal-influwenza.
IT-TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU
|
13. |
Iċ-Ċentru naqqas il-ġejbien ’il quddiem tat-Titolu III – Nefqa operattiva b’10 % apparagun mad-2009. Madankollu ċ-Ċentru jagħraf il-ħtieġa li jkompli jnaqqas kemm jista’ jkun ir-rata tal-ġejbien ’il quddiem. |
|
14. |
Iċ-Ċentru ħa nota tar-rimarki tal-Qorti u qiegħed jirrevedi l-proċedura tal-għażla tiegħu biex iżid it-trasparenza. Fl-2011, bħala regola ġenerali, iċ-Ċentru ddeċieda li jintervista lil dawk il-kandidati li jkollhom l-ikbar għadd ta’ kwalitajiet u kwalifiki rilevanti għall-postijiet battala. Il-kandidati li fl-intervista ġabu tal-inqas punteġġ ta’ 70 % ser jitpoġġew fuq il-listi aħħarija u fuq il-lista ta’ riżerva. Iċ-Ċentru qiegħed jirrevedi wkoll il-proċedura tal-għażla tiegħu ħalli jibda jagħti iżjed piż lir-riżultat tal-eżami bil-miktub. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/127 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru
2011/C 366/23
INTRODUZZJONI
|
1. |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”), li jinsab f’Tessaloniki, kien imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1). Il-mandat prinċipali tiegħu huwa li jservi l-iżvilupp tat-taħriġ professjonali fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jilħaq dan l-objettiv, huwa għandu l-kompitu li jiġbor u li jxerred dokumentazzjoni fuq is-sistemi ta’ taħriġ professjonali (2). |
|
2. |
Il-baġit taċ-Ċentru għall-2010 ammonta għal EUR 18,3 miljun meta mqabbel mal-EUR 18,6 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 125, meta mqabbel ma’ 129 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali taċ-Ċentru (3), li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Iċ-Ċentru jirċievi kontribuzzjonijiet annwali minn żewġ Stati Membri li mhumiex fl-UE li jibbenefikaw mix-xogħol taċ-Ċentru. Dawn il-fondi huma ġestiti bħala dħul assenjat, jinħtiġilhom li jkunu impenjati għal proġetti speċifiċi. Il-mira għall-2010 biex jintużaw dawn il-fondi ma ntlaħqitx. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-21 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-24 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fil-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cedefop.europa.eu/about/budget_discharge.asp.
ANNESS
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Vokazzjonali (Tessaloniki)
Kompetenzi u attivitajiet
|
Il-qasam ta’ kompetenza tal-Unjoni skont it-Trattat (L-Artikolu 166(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissuplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-[tal-] formazzjoni vokazzjonali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenza taċ-Ċentru (l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75) |
Il-mandat taċ-Ċentru Fil-kapaċità tiegħu bħala ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali, iċ-Ċentru jipprovdi lill-persuni politiċi li jieħdu d-deċiżjonijiet, lir-riċerkaturi u lill-professjonisti b'informazzjoni mmirata li tiżviluppa ftehim aktar ċar tat-tendenzi kurrenti u b'hekk tippermettilhom li jilħqu deċiżjonijiet ibbażati aktar fis-sod bil-ħsieb ta’ azzjoni futura. Iċ-Ċentru jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-promozzjoni u fl-iżvilupp tat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Il-Kompożizzjoni Għal kull Stat Membru:
Tliet membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea. 2 – Il-Bureau Il-Kompożizzjoni Il-President u t-tliet viċi presidenti tal-Bord ta’ Tmexxija (wieħed minn kull grupp), koordinatur wieħed għal kull grupp u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. 3 – Id-Direttur Maħtur mill-Kummissjoni minn lista' ta’ kandidati mogħtija mill-Bord ta’ Tmexxija, huwa responsabbli mit-tmexxija taċ-Ċentru u jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija u tal-Bureau. 4 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 5 – L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali EUR 18,3 (18,6) miljun Il-kontribuzzjoni mill-Unjoni: 98 % (97 %) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 L-għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment: 101 (101) Il-karigi okkupati: 96 (96 ) Persunal ieħor:
It-total tal-persunal: 125 (129)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
Il-punti ewlenin fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma 2010: L-analiżi u r-rappurtar tal-politika “A bridge to the future” (Pont lejn il-ġejjieni), ir-raba' rapport tal-politika, irreveda l-progress miksub fil- proċess ta’ Kopenħagen 2002-10 u ġie diskuss f'konferenza ministerjali f'Diċembru. Ir-rapport ukoll sostna t-tħejjija tal-communiqué ta’ Bruges, liema tħejjija tiddefinixxi prijoritajiet u prodotti li għandhom jitwasslu għall-koperazzjoni Ewropea fit-Taħriġ Edukattiv Vokazzjonali (ETV) sal-2020. Rapporti tal-politika tan-National ReferNet irrevedew il-progress f'livell nazzjonali u tmaw ir-rapport tal-politika tas-Cedefop. Ir-riċerka fuq mekkaniżmi ta’ qsim tal-ispejjeż għall-finanzjament tal-ETV ġiet diskussa f'bosta workshops, u b'hekk wittiet it-triq għal analiżi komparattiva tal-mekkaniżmi l-aktar effettivi u effiċjenti. Is-sostenn tal-iżvilupp ta’ għodod u prinċipji Ewropej għall-ETV u t-tagħlim tul il-ħajja
Il-ħiliet u analiżi tal-kompetenza
Il-kwalifiki għal tagħlim tul il-ħajja
Ir-riċerka tal-ETV
Il-komunikazzjoni u t-tixrid Impatt pożittiv tal-websajt il-ġdida u formati mmirati lejn il-pubblikazzjoni bħan-noti ta’ informazzjoni. Żieda fir-rispons tal-istampa permezz ta’ stqarriji għall-istampa regolari. Formati elettroniċi ta’ pubblikazzjoni jnaqqsu d-dewmien fit-twassil u huma aċċettati tajjeb. Gruppi ewlenin ta’ mira - pereżempju membri tal-Parlament Ewropew - huma appoġġati minn inputs diretti għal inizjattivi u koorganizzazzjonijiet ta’ workshops. Indikaturi ewlenin juru impatt għoli ta’ fuq l-attivitajiet tas-CEDEFOP: ix-xogħol taċ-Ċentru huwa kkwotat fi 88 dokument ta’ politika tal-UE, 21 mandat li jitlob għal kontribuzzjonijiet futuri. Is-Cedefop ikkontribwixxa direttament għal 31 dokument ta’ politika tal-UE. Żieda qawwija ta’ traffiku fil-websajt: żjarat (+ 53 % sal-2009), viżitaturi uniċi (+ 70 %), parteċipazzjoni f'94 konferenza; 107 laqgħat/avvenimenti organizzati mis-Cedefop fl-2010; sodisfazzjon kbir mill-parteċipanti (3,7 fuq skala ta’ 4 punti). 39 pubblikazzjonijiet “ġodda” u 54 traduzzjoni addizzjonali ppubblikati; 579 artiklu tal-midja reġistrati li jkopru x-xogħol tas-Cedefop. Aktar informazzjoni u indikaturi tas-sistema ta’ kejl tal-prestazzjoni jinsabu fir-Rapport Annwali 2010 (EN,DE,FR) u fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2010 (www.cedefop.europa.eu). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU
|
13. |
Iċ-Ċentru ħa nota tal-kummenti tal-Qorti u jikkonferma l-impenn sabiex jimplimenta l-pjan maqbul sal-2013. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/134 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ
2011/C 366/24
INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kulleġġ”), li jinsab fi Bramshill, twaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/820/ĠAI, kif imħassra fl-2005 u sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (1). Il-kompitu tal-Kulleġġ huwa li jaħdem bħala netwerk u jgħaqqad flimkien l-istituti nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri sabiex jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għal uffiċjali għolja tal-pulizija (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Kulleġġ għall-2010 ammonta għal EUR 7,8 miljun meta mqabbel ma’ EUR 8,8 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 31, meta mqabbel ma’ 28 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Kulleġġ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Istitut u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi jew sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontrolli interni rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Kulleġġ jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-flussi ta’ likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f’dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Aktar minn EUR 1,6 miljun, ekwivalenti għal 48 % tal-approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mill-2009, kellhom jiġu kkanċellati fl-2010. Din is-sitwazzjoni ma taqbilx mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità. |
|
14. |
In-nefqa għall-organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars tirrappreżenta parti sinifikanti tal-baġit tal-Qorti. Kien hemm nuqqas ta’ dixxiplina fil-proċess tal-Kulleġġ għall-approvazzjoni tal-klejms tal-ispejjeż għal dawn l-attivitajiet, partikolarment fir-rigward ta’ kompletezza ta’ evidenza pprovduta. |
SEGWITU DWAR SEJBIET PREĊEDENTI TAL-VERIFIKA
|
15. |
Sar kontroll ex-post estern dwar l-approprjazzjonijiet li ntużaw biex jiffinanzjaw nefqa privata matul l-2007 u l-2008. Ir-reviżuri esterni qiesu li ebda fondi ulterjuri mhuma rekuperabbli fir-rigward ta’ din il-kwistjoni. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Kulleġġ. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-fluss tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Kulleġġ.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali ġew imfassla fit-8 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fit-22 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġejja http://eca.europa.eu jew https://www.cepol.europa.eu/index.php?id=final-accounts.
ANNESS
Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Bramshill)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 87 TFUE) |
L-approssimazzjoni tal-liġijiet
|
||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Kulleġġ (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI) |
L-Objettivi Il-mira tas-CEPOL għandha tkun li jgħin fit-taħriġ tal-uffiċjali għolja tal-pulizija fl-Istati Membri billi joħroġ l-aħjarm mill-kooperazzjoni bejn id-diversi istituti tas-CEPOL. Dan għandu jappoġġa u jiżviluppa approċċ Ewropew għall-problemi prinċipali li jaffaċċjaw l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-sigurtà pubblika, b’mod partikolari d-dimensjonijiet trans-konfinali ta’ dawk il-problemi. Il-Kompiti
|
||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Il-Kompożizzjoni: Delegazzjoni waħda minn kull Stat Membru. Kull delegazzjoni għandu jkollha vot wieħed. Rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Europol għandhom ikunu mistiedna biex jattendu l-laqgħat bħala osservaturi mingħajr vot. 2 – Id-Direttur Imexxi l-Kulleġġ, huwa maħtur u mneħħi mill-Bord Governattiv. 3 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 4 – L-awditur intern Is-Servizz ta’ Verifika Interna tal-Kummissjoni Ewropea. 5 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Kulleġġ fl-2010 (2009) |
Il-Bagit EUR 7,8 (8,8) miljun Il-Persunal Il-Pjan ta’ Stabbiliment 2010 previst. 26 (26) Aġenti Temporanji. Barra minn hekk: 10 (13) Postijiet ta’ Aġenti Kuntrattwali ngħataw fil-baġit. Stati Membri ssekondaw ukoll total ta: 4 (2) Esperti Nazzjonali matul il-kors tas-sena. |
||||||||||||
|
Prodotti u Servizzi fl-2010 (2009) |
1 – Il-korsijiet u s-seminars Il-Kulleġġ organizza 91 (88) kors, seminars u konferenzi. Stima preliminari tal-valutazzjonijiet turi li l-livell ġenerali tas-sodisfazzjon bl-attivitajiet tal-Kulleġġ u bl-eżiti edukattivi tiegħu huma għoljin. Is-CEPOL laqqa' flimkien 2 198 uffiċjal tal-infurzar tal-liġi (841 ħarrieġ u 1 997 parteċipant) minn 36 pajjiż (Stati Membri tal-UE u Pajjiżi Terzi). Il-Kulleġġ organizza 10 attivitajiet (7) biex jappoġġa n-netwerk u implimenta ftehim qafas tas-sistema ta’ sħubija, u b’hekk ippermetta li jsiru ftehimiet ta’ għotjiet għall-Programm tal-2011 u għall-ġejjieni. Ma sar l-ebda postponiment ta’ xi attività għas-sena kalendarja sussegwenti. 2 – Ir-Relazzjonijiet Esterni Il-Kulleġġ iffirma Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni mal-Istitut Nazzjonali Tork tal-Pulizija u mal-kulleġġ tal-Pulizija Kroat fis-7 ta’ Diċembru 2010. Fid-9 ta’ Diċembru 2010 l-Kulleġġ iffirma wkoll Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni riveduti mal-Kulleġġ Nazzjonali tal-Pulizija Islandiż u mal-Università tal-Pulizija Norveġiża. Bdew ukoll negozjati mal-Federazzjoni Russa, mal-Ġeorġja, mal-Albanija u ma’ Montenegro rigward Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni ġejjiena. (ftehim wieħed u memorandum ta’ fehim). 3 – Il-Kurrikuli Komuni Fl-2010 l-Kurrikulu Komuni dwar il-Ħasil tal-Flus żdied mal-ħames Kurrikuli Komuni li kienu diġà tnedew biex jiġu implimentati fl-Istati Membri: Europol, Etika tal-Pulizija u Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, Vjolenza (I & II), Traffikar tal-Bnedmin, Traffikar tad-Droga. 4 – Il-Valutazzjoni Fl-2010 tlestiet evalwazzjoni ta’ ħames snin dwar l-attività tas-CEPOL. 5 – Ir-Riċerka u x-Xjenza In-netwerk tal-Korrispondenti Nazzjonali tar-Riċerka u x-Xjenza u l-Grupp ta’ Ħidma tar-Riċerka u x-Xjenza appoġġaw it-tħejjijiet għal tliet attivitajiet ta’ riċerka u xjenza ddedikati fil-programm ta’ ħidma tas-CEPOL:
Ġew ippubblikati fuq il-websajt żewġ ħarġiet oħrajn tal-“European Police Science and Research Bulletin”. Ġie ffinalizzat ir-rapport dwar “Survey on European Police Education and Bologna”. Il-kontributi tas-CEPOL ġew ippreżentati lis-“Simpożju tal-Kriminoloġija ta’ Stokkolma” u lill-Konferenza Annwali tas-Soċjetà Ewropea tal-Kriminoloġija. Il-librerija elettronika qiegħda tkompli tikber u tintuża bħala maħżen ta’ għarfien għall-utenti rreġistrati tal-e-Net. 6 – Il-Proġett Euromed Police II Il-proġett EUROMED laħaq l-għanijiet operattivi tiegħu u ngħalaq fit-30 ta’ Settembru 2010. 7 – Il-Programm ta’ Skambju Il-Programm ta’ Skambju tal-Kulleġġ, li huwa programm ta’ sena, beda fl-2009 u ntemm fl-2010. L-ewwel perjodu ta’ skambju sar bejn Ottubru u Diċembru 2009 u t-tieni wieħed sar bejn Jannar u Marzu 2010. L-iskambju għall-uffiċjali għolja tal-pulizija dam 12-14-il jum u dak tal-persunal tat-taħriġ dam 18-22 jum. Fl-ewwel żewġ perjodi ta’ skambju ħadu sehem 51 parteċipant minn 21 Stat Membru. Is-suġġetti prijoritarji kienu ż-Żamma tal-Ordni fil-Komunità jew il-Kriminalità Organizzata (uffiċjali għolja tal-pulizija) u l-Ambjent tat-Tagħlim (ħarrieġa). Wara l-emenda fl-għotja, il-bqija tal-baġit intuża fuq it-tielet perjodu ta’ skambju li involva 88 uffiċjal għoli tal-pulizija. 8 – In-Network Elettroniku (e-Net) L-e-Net (Network Elettroniku) tal-Kulleġġ irċieva 102 000 viżitatur uniku (żieda ta’ 34 % apparagun mal-2009) (76 000) u sal-aħħar tal-2010 kellu 6 226 utent irreġistrat (903). Irriżulta li l-LMS tas-CEPOL (Learning Management System) kellha suċċess kbir mhux biss fl-appoġġ tal-attivitajiet tradizzjonali tas-CEPOL bħall-korsijiet u seminars iżda wkoll fl-offerta ta’ pjattaforna għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Programm ta’ Skambju CEPOL/ISEC u ma’ bosta Gruppi ta’ Ħidma. Fl-2010 d-DMS (Document Management System) sar is-sors ewlieni tad-dokumenti tal-laqgħat li l-gruppi kollha ta’ Governanza kellhom ma’ diversi gruppi li jużawha b’mod esklużiv għad-disseminazzjoni tad-dokumenti. |
||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Kulleġġ. |
|||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-KULLEĠĠ
|
13. |
Sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni msemmija mill-Qorti, il-bilanċ miġjub ‘il quddiem tal-approprjazzjonijiet kien suġġett għal kriterji stretti sabiex il-kanċellazzjonijiet għall-2011 ikunu minimizzati. Fl-Ġunju 2011, il-kompiti miftuħa ġew reveduti sabiex il-monitoraġġ tal-konsumazzjoni tal-baġit ikun imħares aħjar u tittejjeb l-implimentazzjoni tal-baġit għall-2011. |
|
14. |
CEPOL irreveda l-proċess għall-approvazzjoni tal-ispejjeż tal-klejms u l-evidenza tagħhom. Barra minn hekk, CEPOL organizza kors ġdid ta’ taħriġ għall-Mexxejja tal-Korsijiet sabiex itejbu aktar il-kontroll fuq il-korsijiet kif ukoll il-kwalità tal-pagamenti tal-fajls. |
|
15. |
CEPOL għaraf il-kummenti tal-Qorti. Madanakollu, CEPOL se jibqa’ jaħdem biex jipprova jirkupra kemm jista’ jkun il-fondi possibbli li għadhom ma nġabrux. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/140 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust
2011/C 366/25
INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-Eurojust, li tinsab fl-Aja, ġiet imwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/187/JHA (1) bi ħsieb li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jkopru t-territorji ta’ bosta Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk ta’ Stati li mhumiex membri (2). |
|
2. |
Wara l-adozzjoni tal-baġit li jemenda, il-baġit finali tal-Eurojust għall-2010 ammonta għal EUR 32,3 miljun meta mqabbel ma’ EUR 28,2 miljun tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Eurojust fi tmiem is-sena kien 295 meta mqabbel ma’ 248 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Eurojust, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Eurojust li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Istitut u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontrolli interni rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Eurojust jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-flussi ta’ likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-Kontijiet Annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f’dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Il-livell tat-Titolu III nefqa operazzjonali miġjuba ’l quddiem għall-2011 ammontat għal 38 % tat-Titolu III baġit. Dan il-livell ta’ riport kien eċċessiv u ma jaqbilx mal-prinċipju ta’ annwalità. |
KWISTJONIJIET OĦRA
|
14. |
Id-Direttur tal-Eurojust huwa responabbli vis-à-vis l-awtorità ta’ kwittanza għall-kompiti dettaljati fil-paragrafu 5. “Ir-responsabbiltà tad-Direttur”, madankollu hu mhuwiex responsabbli de facto għall-maġġoranza tad-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni ta’ kuljum li jittieħdu mill-Kulleġġ tal-Eurojust abbażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament fundatur (12). Hemm l-ambitu li wieħed jikkunsidra li jiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi mill-ġdid tal-atturi involuti biex jittratta din il-kooinċidenza tar-responabbiltà. |
|
15. |
Fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist, f’każ wieħed il-kumitat ta’ evalwazzjoni naqas milli japplika d-differenzi fis-salarji ppubblikati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta. |
|
16. |
Minkejja l-fatt li r-reklutaġġi ma jistgħux isiru minn listi ta’ riżerva skaduti, fl-2010 ġie rreklutat uffiċjal li juża lista ta’ riżerva li kienet skadiet f’Jannar 2009. |
SEGWITU MIS-SEJBIET TAS-SENA TA’ QABEL
|
17. |
Ir-rata ta’ postijiet vakanti tal-Eurojust fi tmiem l-2009, 24 %, tnaqqset għal 13 % sa tmiem l-2010. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) Id-Deċiżjoni tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Eurojust.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-17 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fil-5 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.eurojust.europa.eu/adm_budg_finance.htm.
(12) L-Artikoli 28, 29, 30 u 36 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/JHA (ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14).
ANNESS
L-Eurojust (L-Aja)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-Missjoni tal-Eurojust għandha tkun li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażi komuni, abbażi ta’ operazzjonijiet immexxija u informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-Europol. |
||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Eurojust (Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA) |
L-Objettivi
Il-Kompiti Torganizza l-koperazzjoni bejn il-varji sistemi legali nazzjonali, l-Eurojust taħdem:
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedu li ma jwiġbux għat-talba maħruġa mill-Eurojust bħala Kulleġġ huma għandhom jinfurmaw lill-Eurojust bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom. |
||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Kulleġġ huwa responsabbli mill-organizzazzjoni u l-operat tal-Eurojust. 2 – Il-Kulleġġ huwa magħmul minn membri nazzjonali ssekondati minn kull Stat Membru skont is-sistema legali tiegħu, li huma prosekuturi, imħallfin jew uffiċjali tal-puliżija b’kompetenza ekwivalenti. 3 – Il-Kulleġġ jeleġi lill-President tiegħu minn fost il-membri nazzjonali. 4 – Il-Korp Konġunt ta’ Sorveljanza jiċċekkja l-ipproċessar tad-data personali. 5 – Id-Direttur Amministrattiv huwa maħtur unanimament mill-Kulleġġ. 6 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 7 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Eurojust fl-2010 (2009) |
Il-Bagit EUR 32,3 (28,2) miljun inkluż id-dħul assenjat, EUR 2 miljuni (Proġett tal-iskwadra investigattiva Konġunta). Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 Il-membri tal-kulleġġ u l-persunal assoċjat: 58 (47) li minnhom: 27 Membru Nazzjonali, 3 Prosekuturi ta’ Kollegament, 16-il deputat u 12-il assistent. 185 (185) kariga mniżżla fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 162 (141) Pożizzjonijiet Oħrajn: 75 (60) li minnhom: 36 aġent kuntrattwali, 17-il Espert Nazzjonali Ssekondat, 22 persunal interim. It-total tal-persunal: 295 (248) Allokati lil:
|
||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
L-għadd ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni 141 (131) L-għadd totali ta’ każijiet 1 424(1 193) Il-frodi: 631 (612) It-traffikar tad-droga: 254 (230) It-terroriżmu: 25 (19) Il-qtil: 83 (90) It-traffikar ta’ bnedmin: 87 (74) |
||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Eurojust. |
|||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-EUROJUST
|
13. |
Minħabba ammont akbar ta’ attivitajiet fl-2010, ir-riporti awtomatiċi żdiedu meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, l-aktar minħabba l-proġett ta’ Reviżjoni Strutturali Organizzattiva, spejjeż fuq l-infrastruttura tal-kompjuters ġdida u spejjeż fuq il-Proċess tad-Dejta. Jekk wieħed jagħmel astrazzjoni ta’ dawn it-tliet elementi, jirriżulta li kien hemm tnaqqis fir-riporti b’mod ġenerali fuq il-bażi ta’ xorta ma’ xorta. |
|
14. |
Il-Kulleġġ jeħtieġ jikkoreġi din l-anomalija jew inkella regolament ġdid għandu jirrimedja dan in-nuqqas strutturali. |
|
15. |
Sabiex jimpedixxi milli jerġgħu jseħħu żbalji ta’ dan it-tip fil-futur, il-Eurojust sejjer jagħmel ċert li l-istandards ta’ kwalità tal-proċedura użata fis-sejħa għall-offerti tal-Unjoni tiġi rispettata u li l-evalwaturi tal-Eurojust jkunu magħmulin konxji tar-responsabbiltà tagħhom meta jipparteċipaw fi proċeduri konġunti ma’ organizzazzjonijiet oħrajn. |
|
16. |
Għalkemm id-dokumentazzjoni li tikkorrespondi għall-fajl ta’ reklutaġġ imsemmi ma kinitx kompleta, l-Aġent Direttur Amministrattiv ta’ dak iż-żmien ikkonferma li kienet ittieħdet deċiżjoni għall-estensjoni tal-lista ta’ riservi msemmija. Sabiex jiġi żgurat li fil-futur ma tirriżultax sitwazzjoni bħal din, il-Eurojust sejjer jieħu miżuri sabiex jagħmel ċert li d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw ir-reklutaġġi jiġu ddokumentati b’mod adegwat. |
|
17. |
Il-Eurojust sejjer jissokta l-isforzi tiegħu biex itejjeb is-sitwazzjoni aktar. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/145 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni
2011/C 366/26
INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f'Turin, twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1). L-iskop tal-Fondazzjoni huwa li ssostni r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba mal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, hija tgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ programmi varji (PHARE, TACIS, CARDS u MEDA) (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Fondazzjoni għall-2010 ammonta għal EUR 19,3 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 20,2 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Fondazzjoni fi tmiem is-sena kien 128 meta mqabbel ma’ 124 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat Dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awtur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-fluss ta’ likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-16 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.etf.europa.eu/Archive.
ANNESS
Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 166(3)tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali. |
||||||||||||||||||||
|
Il-Kompetenzi tal-Fondazzjoni Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 |
L-Objettivi
Il-Kompiti Bil-għan li jinkiseb l-objettiv stabbilit, il-Fondazzjoni, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-Bord tat-Tmexxija, u filwaqt li ssegwi l-linji gwida ġenerali stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandha jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 - Il-Bord tat-Tmexxija
2 - Id-Direttur Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni 3 - Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. |
||||||||||||||||||||
|
Ir-Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 19,3 (20,2) miljun Għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010
Persunal totali: 128 (124), assenjati għad-doveri segwenti:
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Prodotti u servizzi mogħtija matul is-sena finanzjarja fl-2010 (2009) |
Il-Fondazzjoni tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politiki ta’ relazzjonijiet esterni tal-UE, għat-titjib tal-iżvilupp tal-kapital uman (HCD) fid-29 Pajjiżi Imsieħba maħtura skont ir-Regolament tagħha u l-Bord tat-Tmexxija. L-attivitajiet ewlenin huma l-appoġġ għal politiki u proġetti tal-UE, il-provvediment ta’ analiżi ta’ politika, it-tixrid u l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza u appoġġ għal bini tal-kapaċitajiet tal- pajjiżi msieħba. Il-valur miżjud tal-Fondazzjoni jiġi mill-bażi ta’ għarfien stabbilit bħala newtrali, mhux kummerċjali u uniku li jikkonsisti f'kompetenza fl-iżvilupp ta’ kapital uman u r-rabtiet mal-impjiegi. Dan jinkludi kompetenza fl-adattament tal-approċċi għall-iżvilupp ta’ kapital uman fl-UE u l-Istati Membri tagħha għall-kuntest tal-pajjiżi msieħba. Fl-2010, il-Fondazzjoni temmet b'suċċess l-ewwel sena tal-Proċess ta’ Turin (24 valutazzjoni ta’ politika fit-Taħriġ Edukattiv Vokazzjonali tal-Pajjiżi Msieħba) b'kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ politiki strateġiċi, il-promozzjoni tal-aħjar prattiki għall-iżvilupp, u t-tħaffif ta’ koordinazzjoni u armonizzazzjoni, kif ukoll fid-dimensjoni esterna tal-Politiki Interni tal-Unjoni Ewropea. Ħadmet ukoll fuq il-funzjonijiet ewlenin tagħha kif ġej:
Il-prestazzjonijiet ikejlu t-twettiq tar-riżultati ta’ proġett, u jirrelataw il-baġit mal-funzjonijiet tal-Fondazzjoni. Barra minn hekk, għal dawn il-funzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programm ta’ xogħol tagħha, il-Fondazzjoni wieġbet ukoll għal talbiet diretti mill-Kummissjoni Ewropea matul is-sena. Fl-2010 rrappurtat 105 (101) talba kontinwa, 62 % (56 %) ġew indirizzati lil pajjiżi IPA u 30 % (40 %) lil ENPI u 7 % (4 %) lil DCI. Talba waħda teknika ma kinitx marbuta mal-ebda waħda minn dawn it-tliet strumenti.
|
||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. |
|||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-FONDAZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/150 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni
2011/C 366/27
INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Dublin, kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 (1). L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Fondazzjoni tal-2010 ammonta għal EUR 20,8 miljun meta mqabbel mal-EUR 20,2 miljun tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Fondazzjoni fl-aħħar tas-sena kien 101, meta mqabbel mal-94 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u r-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet stipulati ta’ hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali ġew imfassla fit-30 ta’ Ġunju 2011 u ġew irċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġejja http://eca.europa.eujew www.eurofound.europa.eu.
ANNESS
Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta’ Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg [impjieg] li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Fondazzjoni (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005) |
L-Objettivi L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:
Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv (BA)
2 – Il-Bureau tal-BA
3 – Id-Direttur huwa maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta’ kandidati ppreżentata mill-BA, huwa jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BA u tal-Bureau tal-BA u jmexxi l-Fondazzjoni. 4 – Il-Kumitat tal-esperti huwa magħmul minn mhux aktar minn tliet membri mill-Kummissjoni, mill-gvernijiet u mill-imsieħba soċjali, bil-għan li jagħti pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar u dwar il-valutazzjoni tar-riżultati. 5 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 6 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2010 (2009) |
Il-Bagit EUR 20,9 miljun (EUR 20,2 miljun) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 101 kariga u waħda mogħtija fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom 91 (81) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2010. Persunal Ieħor:
Allokati lil
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-attivitajiet u s-servizzi pprovduti |
Il-Monitoraġġ u l-Istħarriġ In-Netwerk tal-Osservatorji Ewropej (NEO):
L-Istħarriġ:
L-Impjiegi u l-kompetittività
Ir-Relazzjonijiet industrijali u żviluppi fuq il-post tax-xogħol
Il-koeżjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja
Il-Komunikazzjoni u l-qsim ta’ ideat u esperjenzi Tqassmu 85 511-il pubblikazzjoni stampata; 679 pubblikazzjoni ġodda fuq il-web u stampati; 873 kuntatti u laqgħat ta’ għoti ta’ informazzjoni ma’ persuni li jfasslu l-politika fuq livell Ewropew; 1,8 miljun sessjoni tal-utent; attivitajiet tal-midja rriżultaw fl-ilħuq ta’ 130 miljun ċittadin Ewropew; 252 inkjesta minn ġurnalisti.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-EUROFOUND
|
1. |
L-Eurofound ħa nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/156 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru
2011/C 366/28
INTRODUZZJONI
|
1. |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”), li jinsab f'Lisbona, twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 (1). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jiġbor data dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga sabiex jipprepara u jippubblika informazzjoni li hija oġġettiva, affidabbli u komparabbli fuq livell Ewropew. L-informazzjoni hija intenzjonata biex tipprovdi bażi sabiex tkun analizzata d-domanda għad-droga u l-modi biex titnaqqas, u kif ukoll b'mod ġenerali, il-fenomeni assoċjati mas-suq tad-droga (2). |
|
2. |
Il-baġit taċ-Ċentru għall-2010 ammonta għal EUR 16-il miljun meta mqabbel ma’ EUR 14,7 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat miċ-Ċentru fi tmiem is-sena kien 78, l-istess bħas-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) taċ-Ċentru, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji taċ-Ċentru li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali taċ-Ċentru (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Dan ir-Regolament u l-emendi tiegħu kienu mħassra mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-20 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.emcdda.europa.eu/html.cfm/index115776EN.html.
ANNESS
Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Lisbona)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 168(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi taċ-Ċentru (Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill) |
L-Objettivi Li jipprovdi lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha b'informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli fil-livell tal-Unjoni rigward id-droga u d-dipendenza fuq id-droga u l-konsegwenzi tagħhom. Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ għandu jiffoka fuq dawn l-oqsma ta’ prijorità:
Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Tmexxija Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ esperti indipendenti, nominati mill-Parlament Ewropew. Jadotta l-programm tax-xogħol, il-baġit u r-rapport tal-attivitajiet ġenerali. 2 – Id-Direttur Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni. 3 – Il-Kumitat Xjentifiku Jagħti opinjonijiet. Huwa magħmul minn mhux aktar minn ħmistax-il xjentist magħrufa sew maħtura in vista tal-eċċellenza xjentifika tagħhom mill-Bord ta’ Tmexxija wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Il-Bord ta’ Tmexxija jista' jaħtar ukoll panel ta’ esperti għall-Kumitat Xjentifiku estiż għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. 4 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 5 – L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 15,9 miljun (EUR 14,7 miljun). Sussidju tal-Unjoni 94 % (97 %). L-Għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 L-għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment: 84 (82) Il-karigi okkupati 78 (78) + 27 (26) membru tal-persunal ieħor (esperti nazzjonali ssekondati, persunal kuntrattwali u sostituzzjonijiet temporanji) It-total tal-persunal: 105 (104) Allokati lil
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
In-Netwerk Iċ-Ċentru jmexxi netwerk kompjuterizzat għall-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni msejjaħ in- Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox); dan in-netwerk jikkonnettja lin-netwerks nazzjonali tal-informazzjoni dwar id-droga, ċentri speċjaliżżati fl-Istati Membri u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu maċ-Ċentru. Il-Pubblikazzjonijiet
Websajts oħrajn It-twaqqif/l-aġġornament/l-iżvilupp tal-kontenut tal-websajt pubblika EMCDDA inklużi:
L-Opuskoli promozzjonali: 1 (1); Il-materjali għall-konferenzi 1 (0); Il-prodotti tal-midja: 14 (12)-il stqarrija għall-aħbarijiet (5 fi 23 lingwa) u 9 (6) skedi informattivi; 1 (0) preżentatzzjoni bil-Power Point fi 23 lingwa; Il-Parteċipazzjoni f'konferenzi/laqgħat internazzjonali: 183 (174). L-Organizzazzjoni ta’ laqgħat xjentifiċi u tekniċi: 83 (29). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
TWEĠIBIET TAĊ-ĊENTRU TA’ MONITORAĠĠ
|
1. |
Iċ-Ċentru ħa nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/162 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju
2011/C 366/29
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”), li jinsab f’Angers, kien stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 (1). L-iskop prinċipali tiegħu huwa li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għotja ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali tal-Unjoni għal varjetajiet ta’ pjanti u biex jiżgura li l-eżamijiet tekniċi neċessarji huma mwettqa mill-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-2010 tal-Uffiċċju kien EUR 13,1 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 13,2 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Uffiċċju fi tmiem is-sena kien 45, meta mqabbel ma’ 46 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u “rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 111 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94. |
Ir-responsabbiltà tal-President
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, il-President jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Il-President huwa responsabbli mit-twaqqif (7) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll intern rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (8) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (9). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Uffiċċju (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 fl-aspetti materjali kollha, huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Fir-Rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-2009 (11), il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għal ċertu dgħufijiet fl-osservanza tal-Uffiċċju għal regoli ta’ akkwist rilevanti. Waqt li l-prestazzjoni tal-Uffiċċju tjiebet f’dan il-qasam, ġew innotati dgħufijiet inkluż ibbukkjar ta’ impenji baġitarji qabel ma jsiru l-impenji legali u fit-twettiq ta’ proċedura ta’ ksib negozjata. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(7) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(8) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.
(9) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(10) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fil-5 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.cpvo.europa.eu/main/en/home/about-the-cpvo/financing.
(11) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 168.
ANNESS
Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (Angers)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (Silta mill-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-Moviment liberu ta’ merkanzija Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet iġġustifikati fuq [il-bażi tal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali] m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fil-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Uffiċċju (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94) |
L-Objettivi
Il-Kompiti
|
||||||||||
|
It-tmexxija |
1 - Il-President Imexxi l-Uffiċċju. Huwa maħtur mill-Kunsill minn lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv. 2 - Il-Kunsill Amministrattiv Jissorvelja l-programm ta’ xogħol tal-Uffiċċju u jfassal ir-regoli dwar il-metodi ta’ xogħol tal-Uffiċċju. Huwa kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni u l-alternati tagħhom. 3 - Deċiżjonijiet rigward l-għotja ta’ drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti jiġu adottati minn Kumitati magħmula minn tliet membri tal-persunal tal-Uffiċċju u mill-Bord tal-Appell fi proċeduri tal-appell. 4 - Kontroll tal-legalità tal-atti tal-Uffiċċju Reviżjoni mill-Kummissjoni dwar il-legalità tal-atti tal-President tal-Uffiċċju li dwarhom il-liġi tal-Unjoni ma tipprovdix għall-kontroll fuq il-legalità minn xi korp ieħor, u ta’ dawk l-atti tal-Kunsill Amministrattiv li għandhom x’jaqsmu mal-baġit tal-Uffiċċju. 5 - Il-verifika esterna Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 6 - L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Kunsill Amministrattiv. |
||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2010 (2009) |
Il-Baġit Finali EUR 13,1 miljun (EUR 13,2 miljun) Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 L-għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment: 46 (46) Il-karigi okkupati: 45 (46) It-total tal-persunal: 45 (46) assenjati għall-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi fl-2010 (2009) |
L-applikazzjonijiet irċevuti: 2 886(2 768) Id-drittijiet mogħtija: 2 303(2 596) Id-drittijiet tal-Unjoni fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2010: 17 610(16 785) Il-Koperazzjoni Internazzjonali fil-Ħarsien ta’ Varjetajiet tal-Pjanti
|
||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju. |
|||||||||||
(1) Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti.
(2) International Community of Breeders of Asexually Reproduced Ornamental and Fruit Plants (Il-Komunità Internazzjonali ta’ Dawk li Jrabbu Pjanti Ornamentali u ta-Frott b’Mod Asesswali).
(3) European Seed Association (L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Żerriegħa).
(4) Organisation africaine de la Propriété intellectuelle (L-Organizzazzjoni Afrikana ta—Proprjetà Intellettwali).
(5) Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
(6) Il-Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tas-Sajd (JP).
IT-TWEĠIBIET TAL-UFFIĊĊJU
|
13. |
L-Uffiċċju qed jieħu nota tar-rimarka tal-Qorti u ser jiżgura li ser jagħti attenzjoni partikulari lin-nuqqasijiet identifikati mill-awdituri. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/167 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju
2011/C 366/30
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Uffiċċju”), li jinsab f’Alicante, kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) tal-20 ta’ Diċembru 1993. Il-mandat tiegħu huwa li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trade marks u d-disinni, biex jagħti protezzjoni uniformi lill-impriżi tul iż-żona kollha tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Uffiċċju għall-2010 ammonta għal EUR 365 miljun meta mqabbel ma’ EUR 338 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Uffiċċju fi tmiem is-sena kien 741 meta mqabbel ma’ 742 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Uffiċċju, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni hija indirizzata lill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 137 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94. |
Ir-responsabbiltà tal-President
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, il-President jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Il-President huwa responsabbli mit-twaqqif (7) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (8) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (9). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet stipulati hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Uffiċċju (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-likwidità tiegħu għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
L-Uffiċċju għadu ma adottax regoli għar-rimborż ta’ onorarji. Rimborżi relatati mas-snin 2005, 2006 u 2007 kienu għadhom pendenti fil-kontijiet fil-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
14. |
Fl-2010, intefqu EUR 15-il miljun fuq 156 konsulent. Fosthom, 29 kienu ħadmu fil-bini tal-Uffiċċju fuq bażi full-time għal aktar minn ħames snin u sebgħa għal aktar minn disa’ snin. Hemm lok biex jitqiesu l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-konsulenti esterni tiegħu. |
SEGWITU MIS-SEJBIET TAS-SENA TA’ QABEL
|
15. |
Il-likwidità miżmuma mill-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2010 ammontat għal EUR 495,4 miljun b’kollox (EUR 474,2 miljun fl-2009). Ġiet adottata politika ta’ ġestjoni tat-teżor mill-Uffiċċju. Il-bilanċ favur baġitarju akkumulat fil-31 ta’ Diċembru 2010 kien ta’ EUR 428,8 miljun. Iċ-ċifra korrispondenti għall-2009 kienet ta’ EUR 402,6 miljun. |
|
16. |
Matul is-snin suċċessivi, l-onorarji ċċarġjati mill-Uffiċċju għas-servizzi tiegħu, qabżu l-ispejjeż veri tal-Uffiċċju, u b’hekk wasslu għal dan il-bilanċ favur sinifikanti u dejjem jikber. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-27 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(7) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(8) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.
(9) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(10) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-30 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-1 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew www.oami.europa.eu.
ANNESS
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Alicante)
Kompetenzi u attivitajiet
|
Il-qasam ta’ kompetenza tal-Unjoni skont it-Trattat (L-Artikoli 36 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-moviment ħieles tal-merkanzija Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġustifikati abbażi tal-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali m'għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Istat Membru li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi. |
||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Uffiċċju (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94) |
L-Objettiv Jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fuq it-trade marks u d-disinni, li tagħti lill-impriżi d-dritt għal protezzjoni uniformi tul iż-żona kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv Il-kompożizzjoni:
Il-kompitu
2 – Il-President tal-Uffiċċju
3 – Il-Kumitat tal-Baġit Il-kompożizzjoni
Il-kompitu
4 – Id-deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet Id-deċiżjonijiet huma meħuda:
5 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 6 – L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju. |
||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2010 (2009) |
Il-Bagit EUR 365 (338) miljun. Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 643 (658) kariga fil-pjan ta’ stabbiliment, karigi okkupati 608 (614) + 133 (128) persunal ieħor (kuntratti tal-awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, persunal lokali u tal-aġenzija tal-impjiegi, konsulenti speċjali) It-total tal-persunal: 741 (742) |
||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi mogħtija fl-2010 (2009) |
Trade marks L-għadd ta’ applikazzjonijiet: 98 200 (88 300) L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet: 100 800 (90 000) Il-każijiet ta’ oppożizzjoni: 17 700 (13 900) L-appelli lill-Bordijiet tal-Appell: 2 570 (1 588) L-appelli pendenti: 2 157 (1 378) Id-Disinni Id-disinni rċevuti: 74 700 (69 500) Id-disinni rreġistrati: 73 500 (71 500) |
||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju. |
|||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-UFFIĊĊJU
|
13. |
L-Uffiċċju biħsiebu jieħu deċiżjoni amministrattiva fl-2011 u jirrinforza l-proċeduri ta’ kontroll intern sabiex inaqqas l-ammonti pendenti li jenħtieġ jiġu aġġustati fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji. |
|
14. |
Matul tmiem l-2010 l-Uffiċċju nieda eżerċizzju ta’ verifika tal-IT biex jibbilanċja u jaġġusta aħjar l-politika tiegħu dwar il-politika tal-esternalizzazzjoni b’mod ġenerali. B’segwitu għall-Pjan Strateġiku tiegħu, li nħareġ f'Mejju 2011 u ġie approvat waqt sessjoni konġunta mill-Bord Amministrattiv u l-Kumitat Baġitarju, l-Uffiċċju qiegħed jissokta jirrevedi l-istrateġija tad-domanda tiegħu għal riżorsi esterni billi jqis l-analizi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji u l-prinċipji tal-effiċjenza u l-effikaċja. L-Uffiċċju qiegħed jieħu l-passi meħtieġa biex jinternalizza funzjonijiet speċjalizzati u kritiċi u biex jintroduċi bl-aktar mod adegwat struttura ta’ governanza u qafas tad-domanda għal riżorsi esterni għall-ġestjoni tal-kuntratturi esterni. |
|
15. |
Fil-31 ta’ Diċembru 2010 l-kapital tal-Uffiċċju kien jinkludi EUR 67 miljun f’pagamenti avvanzati magħula mill-klijenti tiegħu kif ukoll f’approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mill-2010 għall-2011. Għaldaqstant dan l-ammont ma jistax jingħadd b’bilanċ pożittiv tal-Uffiċċju. (L-ammont ekwivalenti fl-2009 kien EUR 72 miljun). B’mod konformi mal-politika għall-ġestjoni tat-teżor adottata mill-Kumitat Baġitarju (skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri), il-fondi tal-Uffiċċju qed jitqegħdu f’Banek Ċentrali, f’Banek bi klassifikazzjoni AAA u f’banek internazzjonali oħrajn b’reputazzjoni tajba. Barra dan ġie deċiż li jibda jsir rapport annwali lill-Kumitat Baġitarju. Inkwantu l-bilanċ baġitarju pożittiv miġmugħ sa tmiem is-sena, l-Uffiċċju naqqas it-tariffi tiegħu fl-2005 u fl-2009, u dan ħalla impatt negattiv fuq l-introjtu mit-tariffi tas-CTM (trejdmarks Komunitarji) ta’ 24 % u 30 % rispettivament (stima bbażata fuq ċifri baġitarji). Il-fatturi li ġejjin għandhom inaqqsu b’mod sinifikanti l-bilanċ baġitarju pożittiv miġmugħ: L-ewwel nett, l-investimenti li saru fil-pjan strateġiku, li ġie approvat mill-bord amministrattiv u l-awtorità baġitarja tal-Uffiċċju f’Mejju 2011, maħsub biex jistabbilixxi l-eċċellenza organizzattiva u l-koperazzjoni internazzjonali, li jlaħħqu l-EUR 129 miljun. Dan il-pjan stratrġiku jinkludi investimenti f’bini li jlaħħqu d-EUR 69 miljun, EUR 40 miljun għall-fond ta’ kooperazzjoni, EUR 4 miljuni għas-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni ulterjuri tal-IT u kunċetti importanti oħrajn li għandhom jagħtu kontribut favur l-ilħiq tal-għanijiet imsemmija. It-tieni nett, il-proposti leġiżlattivi l-ġodda li qed jitħejjew bħalissa mill-Kummissjoni bil-għan li ssir reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trejdmarks u tal-ftehim politiku li 50 % tat-tariffa tat-tiġdid titqassam lill-uffiċċji nazzjonali tat-trejdmarks bħala bażi għall-kooperazzjoni sabiex tissaħħaħ l-armonizzazzjoni tal-prattiki u tal-għodod fil-qasam tat-trejdmarks u d-disinji għall-benefiċċju tal-utenti (ara l-konklużjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni ġejjiena tas-sistema tat-Trejdmarks fl-UE), ser jagħtu kontribut ukoll favur baġit iżjed ibbilanċjat. It-tielet nett, il-Kummissjoni qed tqis l-introduzzjoni ta’ reviżjoni bijennali tal-mekkaniżmu tal-qagħda finanzjarja tal-Uffiċċju. Barra minn hekk, l-Uffiċċju lest isir aġenzija tal-proprjetà intellettwali tal-UE, jippromwovi l-interessi tal-UE kollha, u joħloq netwerk Ewropew mal-uffiċċji nazzjonali fl-interess tal-utenti finali. B’konformità ma’ dan kollu, dan l-aħħar il-Kummissjoni u l-Uffiċċju ffirmaw memorandum ta’ fehim li għandu jafda f’idejn l-Uffiċċju għadd ta’ attivitajiet relatati mal-Osservatorju Ewropew fuq l-Falsifikazzjoni u l-Piraterija. Il-Kummissjoni varat proposta leġiżlattiva (COM (2011/288)) biex tittrasferixxi bis-sħiħ l-Osservatorju Ewropew fuq l-Falsifikazzjoni u l-Piraterija ħalli tevita li ssir ħidma doppja għalxejn mill-aġenzija tal-UE. Il-valutazzjoni inizjali tal-impatt tal-ispejjeż maniġerjali ta’ dan l-Osservatorju tlaħħaq bejn it-EUR 3,3 and l-5,5 miljun fis-sena. L-awtonomija finanzjarja u amministrattiva li kienet ġiet stabbilita fir-regolament ta’ twaqqif tal-Uffiċċju, li hija riflessa wkoll fil-qafas finanzjarju tal-Uffiċċju, ippermettiet li l-Uffiċċju jdaħħal fis-seħħ għodod li jtejbu b’mod sinifikanti l-parametri tal-prestazzjoni f’ambjent tal-utenti esiġenti u volatili u li l-Uffiċċju jkompli jtejjeb it-tmexxija finanzjarja tiegħu. |
|
16. |
Mhuwiex minnu sabarra li t-tnaqqis tat-tariffi jnaqqas b’mod awtomatiku l-bilanċ baġitarju pożittiv tal-Uffiċċju. L-esperjenza wrietna li bl-implimentazzjoni ta’ din il-miżura l-volum tad-dħul tal-applikazzjonijiet jiżdied b’mod kunsiderevoli. Difatti, fl-istess perjodu, iż-żieda tal-applikazzjonijiet għal trejdmarks għamlet tajjeb b’mod sinifikanti għat-tnaqqis fit-tariffi. Barra dan, l-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku li ġie approvat mill-korpi governattivi tal-Uffiċċju u l-fatturi l-oħra msemmija fir-rimarka 15 għandhom kull ma jmur iressqu l-Uffiċċju lejn baġit bilanċjat u jassorbu parti sinifikanti mill-bilanċ pożittiv miġmugħ għal finijiet relatati esklużivament mas-sistema tal-Proprjetà Intellettwali. Fl-aħħar nett, l-Uffiċċju jixtieq jirrimarka li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trejdmarks Komunitarji jisħaq biċ-ċar fuq il-prinċipju tal-koeżistenza bejn is-sistema tat-trejdmarks u tad-disinji Komunitarji u nazzjonali. B’rispett lejn ir-rieda tal-leġiżlatur, l-OHIM qiegħed jimplimenta pjan strateġiku li jiżviluppa miżuri konkreti ħalli jkompli jiżviluppa dan il-mudell għall-ġid tal-utenti u tal-industrija. L-Uffiċċju jemmen li tnaqqis bl-addoċċ fit-tariffi mhux bilfors iwassal għal tnaqqis fil-bilanċ, iżda wkoll jipperikola s-sopravvivenza tal-UffiċċjI Nazzjonali. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/173 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut
2011/C 366/31
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Istitut”), li jinsab f’Vilnius, kien imwaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 (1). Il-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodda metodoloġika sabiex isostni l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali li jirriżultaw minnha (2). L-Istitut sar awtonomu għal kollox fl-2010. |
|
2. |
Il-baġit tal-Istitut għall-2010 kien EUR 6,5 miljun. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Istitut fi tmiem is-sena kien 29. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Istitut, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Istitut, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Istitut u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t’hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Istitut jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Istitut.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-16 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://eige.europa.eu/.
ANNESS
Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Vilnius)
Kompetenzi u attivitajiet
|
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. |
||||||||||||||||||||||||
|
Kompetenzi tal-Istitut (Ir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Objettivi Li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-linji politiċi tal-Unjoni kollha u l-linji politiċi nazzjonali li joħorġu minnha, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, u li jżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||
|
Tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv Kompożizzjoni: 18-il rappreżentant maħtur mill-Kunsill, abbażi ta’ proposta minn kull wieħed mill-Istati Membri konċernati u membru wieħed li jirrapreżenta lill-Kummissjoni. maħtur mill-Kummissjoni; Il-membri maħtura mill-Kunsill għandhom jirrappreżentaw 18-il Stat Membru fl-ordni tar-rotazzjoni tal-Presidenzi. Kompiti: Li jiġu adottati l-programmi ta’ ħidma annwali u ta’ nofs it-terminu, il-baġit, ir-rapport annwali u r-regoli interni tal-Istitut u r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv. 2 – Kompożizzjoni tal-Forum ta’ Esperti Membri mill-korpi kompetenti speċjalizzati fil-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi, rappreżentant wieħed nominat minn kull Stat Membru, żewġ membri li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet rilevanti oħra speċjalizzati fl-ugwaljanza bejn is-sessi nominati mill-Parlament Ewropew, kif ukoll tliet membri nominati mill-Kummissjoni. Kompiti: Jappoġġaw id-Direttur fl-iżgurar tal-eċċellenza u l-indipendenza ta’ attivitajiet tal-Istitut, jiskambjaw informazzjoni u jiġbru l-għarfien b’mod kollettiv fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istitut u l-korpi kompetenti fl-Istati Membri. 3 – Id-Direttur huwa maħtur mill-Bord Amministrattiv abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni. Kompiti: Responsabbli għat-twettiq tal-kompiti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1922/2006, iħejji u jimplimenta l-programmi ta’ attivitajiet annwali u ta’ nofs it-terminu tal-Istitut; iħejji l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv u tal-Forum ta’ Esperti; iħejji u jippubblika r-rapport annwali; kwistjonijiet kollha marbuta mal-persunal; kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum; u l-implimentazzjoni ta’ monitoraġġ effettiv u proċeduri ta’ evalwazzjoni marbuta mal-prestazzjoni tal-Istitut. 4 – Il-verifika esterna Qorti tal-Awdituri. 5 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||
|
Riżorsi disponibbli għall-Istitut fl-2010 |
Il-baġit finali EUR 6,5 miljun li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 100 % Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 25 prevvisti fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom okkupati: 23 6 persunal ieħor (aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati) Total tal-persunal: 29 li qed jagħmlu l-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||
|
Prodotti u servizzi fl-2010 |
Twaqqif istituzzjonali tal-Istitut Il-finalizzazzjoni ta’ independenza amministrattiva u finanzjarja u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għal funzjonament sħiħ tal-EIGE Tlestija tal-pjan ta’ stabbiliment 2010 Avvenimenti ta’ taħriġ għall-persunal: 11 Għadd ta’ laqgħat: 10 Oqsma Fokali: Sostenn għal-xogħol ta’ riċerka u politika, integrazzjoni bejn is-sessi, ħolqien ta’ kuxjenza u netwerk Għadd ta’ reġistrazzjonijiet: 8 Għadd ta’ kontribuzzjonijiet għal pajjiżi li jkollhom il-Presidenza: 2 Għadd ta’ laqgħat: 3 Rapporti dwar ir-Riċerka Għadd ta’ laqgħat: 2 Affarijiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ riċerka Skedi Informattivi dwar l-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 3 Konferenzi u Avvenimenti Prinċipali Kompetizzjoni tal-logo mal-Ewropa kollha: 1 Seminar dwar Strateġija ta’ Komunikazzjoni Internazzjonali: 1 Laqgħat ta’ esperti u gruppi ta’ ħidma: 11 Kooperazzjoni mal-Istati Membri u Istituzzjonijiet oħrajn L-Istati Membri: 2 Il-Kummissjoni Ewropea: 2 Il-Parlament Ewropew: 1 Eurostat: 1 Partijiet Interessati Esterni: 12 Aġenziji assoċjati: 2 Total ta’ Laqgħat, Gruppi ta’ Ħidma u Roundtables: 12 |
||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Istitut. |
|||||||||||||||||||||||||
TWEĠIBIET TAL-ISTITUT
|
1. |
L-Istitut ħa nota tar-rapport tal-Qorti. |
|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/179 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju
2011/C 366/32
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (minn hawn 'il quddiem “l-Uffiċċju”), li jinsab fl-Aja, ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 (2009/371/JHA) (1). Din id-Deċiżjoni, li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, tissotitwixxi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (il- Konvenzjoni Europol). L-objettiv tal-Uffiċċju huwa li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-koperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Uffiċċju għall-2010 ammonta għal EUR 92,8 miljun. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Uffiċċju fi tmiem is-sena kien 436. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali (3) tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Uffiċċju, taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali (11) tal-Uffiċċju jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
|
12. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux f'dubju l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
|
13. |
Ammont ta’ EUR 22,6 miljun inġieb 'il quddiem għall-2011, li jirrappreżenta 25 % tal-baġit għall-2010. Ir-rata ta’ approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem kienet ta’ 49 % fit-Titolu II – In-nefqa amministrattiva u 59 % fit-Titolu III – In-nefqa operazzjonali. Il-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem, flimkien mal-livell baxx ta’ nefqa dovuta (EUR 2,9 miljun), huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Jiġi ppreżentat għal-skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fit-8 ta’ Settembru 2011 u rċevuti mill-Qorti fit-12 ta’ Settembru 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.europol.europa.eu/.
ANNESS
Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (L-Aja)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (l-Artikoli 87, 88 u 89 TFUE) |
L-Objettiv L-objettiv tal-Uffiċċju huwa li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-koperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kompetenzi tal-Uffiċċju (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Europol, 2009/371/ĠAI (1) tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) ) |
Il-kompetenza Il-kompetenza tal-Uffiċċju għandha tkopri l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja, li jolqtu żewġ Stati Membri jew aktar b'tali mod li jkun jenħtieġ approċċ komuni mill-Istati Membri minħabba l-iskala, l-importanza u l-konsegwenzi tar-reati. Il-kompiti prinċipali
Il-kompiti addizzjonali
Addizzjonalment, jassisti lill-Istati Membri permezz ta’ appoġġ, pariri u riċerka fl-oqsma li ġejjin
U L-Uffiċċju għandu jservi wkoll bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-Euro skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni [6], permezz tan-nomina tal-Uffiċċju bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro. L-Uffiċċju jista' jħeġġeġ ukoll il-koordinazzjoni ta’ miżuri, mwettqa fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-kuntest ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti, fejn ikun il-każ b'kollegament ma’ entitajiet tal-Unjoni u ma’ korpi ta’ Stati terzi. Fuq talba, l-Uffiċċju jista' jappoġġa finanzjarjament investigazzjonijiet kontra l-falsifikazzjoni tal-euro. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 – Il-Bord ta’ Amministrazzjoni Delegat wieħed (u supplent) minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni. 2 – Id-Direttur
3 – Il-Verifika Esterna
4 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2010 |
Il-Baġit (2010) EUR 92,8 miljun Il-Persunal L-għadd totali tal-persunal li sar disponibbli skont il-pjan ta’ stabbiliment: 453 (aġent temporanju), żid magħhom 25 espert nazzjonali ssekondat u 78 aġent kuntrattwali (inklużi 6 membri tal-persunal lokali). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti u s-servizzi 2010 |
Is-sodisfazzjon ġenerali Ir-riżultati tal-Istħarriġ Indipendenti tal-Utenti tal-Europol 2010 (ta' 584 utent, eż. investigaturi) indikaw l-ogħla livelli ta’ sodisfazzjon bl-Uffiċċju fost l-Istati Membri li qatt ġew irreġistrati sa minn meta beda jsir l-istħarriġ tal-utenti fl-2002. 1. Il-prodotti u s-servizzi strateġiċi (il-kapaċità ta’ analiżi strateġika)
2. Il-prodotti u s-servizzi operattivi 2.1 L-Uffiċċju bħala ċentru ta’ appoġġ għal operazzjonijiet ta’ infurzar tal-liġi (Il-Fajls tal-Ħidma ta’ Analiżi, ir-rapporti operattivi ta’ analiżi u rappurtar ieħor, l-appoġġ operattiv fuq il-post u mill-kwartieri ġenerali, it-Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta)
2.2 L-Uffiċċju bħala ċ-ċentru tal-informazzjoni kriminali tal-UE (Il-kapaċitajiet ta’ amministrazzjoni tal-informazzjoni, l-Applikazzjoni Sigura ta’ Netwerk għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (SIENA), is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol (EIS), in-Netwerk ta’ Uffiċċji ta’ Kollegament)
2.3 L-għarfien espert u t-taħriġ [Pjattaforma tal-Europol għall-Esperti (EPE), pjattaformi għall-iskambju ta’ data u soluzzjonijiet ta’ ħażna, prodotti u servizzi ta’ għarfien, taħriġ, konferenzi u sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni]
2.4 Ir-relazzjonijiet esterni (Relazzjonijiet mal-imsieħba ta’ koperazzjoni)
Il-Kapijiet tal-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol (HENUs) tal-Istati Membri kollha, inklużi osservaturi mill-imsieħba tal-koperazzjoni (bħall-Eurojust u l-Interpol) u l-Kummissjoni, jiltaqgħu regolarment sabiex jgħinu lill-Uffiċċju rigward kwistjonijiet operattivi u sabiex jipprovdu appoġġ fl-istabbiliment ta’ Timijiet Konġunti ta’ Investigazzjoni li jinvolvu l-Uffiċċju. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Tissotitwixxi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (il-Konvenzjoni Europol).
(2) L-Evalwazzjoni tal-Kriminalità Organizzata Ffaċilitata bl-Internet.
(3) L-Evalwazzjoni tat-Theddida tal-Kriminalità Organizzata tal-Amerika Latina u l-Karibew.
(4) Il-Kumitat Permanenti għall-koperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna.
(5) L-Evalwazzjoni tat-Theddida tal-Kriminalità Organizzata.
(6) L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (ICPO).
(7) L-Applikazzjoni Sigura ta’ Netwerk għall-Iskambju ta’ Informazzjoni.
IT-TWEĠIBIET TAL-UFFIĊĊJU
|
13. |
L-Europol jaċċetta l-prinċipju iżda jindika li ammont sinifikanti miġjub 'il quddiem kien dovut għaċ-ċirkostanza unika tal-bdil mill-aġenzija tal-kwartieri ġenerali tagħha fl-2011, minħabba dewmien fil-bini fl-2010. L-analiżi tal-ammont miġjub 'il quddiem (EUR 22,6 miljun) hija kif ġej:
Jekk titwarrab in-nefqa fuq il-kwartieri ġenerali l-ġodda tal-Europol u l-Artikolu 58.4 tal-ECD, ir-rata tal-ammont miġjub 'il quddiem kienet 10,24 % fir-rigward tad-dħul baġitarju. L-Europol sejjer jieħu miżuri abbażi tal-kummenti mill-QEA. |