ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2011.364.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 364A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
14 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kunsill

2011/C 364A/01

Avviż ta' Post Vakanti CONS/AD/096

1


REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

19

(PL)

24

 

35

(DE/EN/FR)

37

(PL/RO)

60

 

68

 

76

(DE/EN/FR)

82

 

91

 

98

 

114

(DA)

121

(DA)

122

 

135

 

140

(BG/ET/HU/MT/PL/SL/SV)

142

 

146

 

147

(EN/IT/MT/SV)

155

(EN/ES/ET/FR/NL/PL/PT/SK/SL/SV)

156

 

157

 

162

 

169

(EN)

177

(DE/EN/FR)

180

(BG/RO)

181

(DA)

183

(SL)

185

 

193

(BG/RO)

198

(CS/HU/LT/MT/PL/SK)

206

(CS/ES/LV/MT/SV)

208

(DE/EN/FR)

221

 

222

(BG/RO)

223

 

229

 

257

 

258

 

270

 

271

 

278

(EN)

279

(FR)

281

(DA)

284

(DE)

285

(LT)

286

(NL)

292

(RO)

294

(DE/EN/FR)

303

(DE/EN/FR)

304

(DA/EN)

307

 

309

(DE/EN/FR)

312

(DE/EN/FR)

315

 

321

(EN/FR)

324

 

330

(DE/EN/FR)

334

 

336

(EL/EN/ET/FI/FR/GA/HU/IT)

339

 

344

 

350

 

351

(EN/FR)

359

 

361

 

364

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kunsill

14.12.2011   

MT EN FR

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 364/1


AVVIŻ TA' POST VAKANTI CONS/AD/096

(2011/C 364 A/01)

Informazzjoni ġenerali

Dipartiment

Direttorat Ġenerali K (Kunsill Affarijiet Barranin, Tkabbir, Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili)

Post tax-xogħol

Brussell

Titlu tal-pożizzjoni

Direttur (DGK 2)

Grupp ta' funzjoni u grad

AD 14

Awtorizzazzjoni tas-sigurtà meħtieġa

SECRET EU


Skadenza għall-applikazzjonijiet

fid-19 ta' Jannar 2012.

Min aħna

Id-Direttorat huwa magħmul minn 30 kollega u huwa responsabbli għall-politika tat-Tkabbir inġenerali, inklużi l-istrateġiji ta' qabel l-adeżjoni, in-negozjati mat-Turkija u l-Islanda dwar l-adeżjoni u r-relazzjonijiet bilaterali ma' dawn il-pajjiżi, is-segwitu tat-Trattat tal-Adeżjoni mal-Kroazja, is-segwitu tat-Trattat tal-Adeżjoni (Ċipru) tal-2003 u l-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika għall-Bulgarija u r-Rumanija. Barra minn hekk, aħna nkopru relazzjonijiet mal-Istati Ewropej kollha li mhumiex fl-UE, inklużi l-pajjiżi tal-EEA u l-EFTA, ir-Russja u l-pajjiżi tal-KSI l-oħrajn (inkluża l-Asja Ċentrali) u l-Ġeorġja, kif ukoll il-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fil-qafas tal-Appoġġ għall-Kunsill Affarijiet Barranin, aħna responsabbli għall-kwistjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) (inkluż il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komunii (PSDK)), il-Viċinat tan-Nofsinhar, ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab, il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) u l-Israel, l-Iran, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm. Aħna naħdmu ma' diversi Gruppi ta' Ħidma rilevanti. Id-Direttorat jissorvelja t-tħejjija u s-segwitu għall-attivitajiet politiċi u leġislattivi fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) u barra u f'kooperazzjoni mal-Presidenza, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri. L-attivitajiet tagħna jkopru wkoll il-konvokazzjoni tal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma f'koordinazzjoni mal-Presidenza (dik permanenti kif ukoll dik ta' kull sitt xhur) u l-provvediment ta' parir lill-Presidenti, l-Istati Membri u l-ġerarkija tas-SĠK. Aħna responsabbli għat-tħejjija u t-trasmissjoni lid-Delegati tad-dokumenti kollha rilevanti għall-Gruppi ta' Ħidma, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) u l-Kunsill. Aħna nħejju wkoll noti ta' informazzjoni fil-qosor għall-Coreper u l-Kunsill, u għall-KPS, kif adatt.

X'qegħdin nipproponu

Il-pożizzjoni hija waħda ta' profil għoli f'waħda mill-istituzzjonijiet prinċipali Ewropej. Id-Direttur imexxi d-Direttorat “it-Tkabbir, l-Ewropa (mhumiex fl-UE), Appoġġ għall-Kunsill Affarijiet Barranin” fid-Direttorat Ġenerali K (Kunsill Affarijiet Barranin, Tkabbir, Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili), u l-kandidat magħżul ser ikun mistenni jagħti kontribut sostanzjali għall-iżvilupp u l-progress tal-attivitajiet tad-Direttorat. Huwa ser jaħdem f'ambjent politiku li joffri sfidi kbar f'varjetà wiesgħa ta' oqsma differenti, imexxi u jimmotiva tim multikultirali u ser jingħata possibbiltà kbira li juri l-ħila tiegħu li jiddefinixxi u jikseb objettivi, jieħu deċiżjonijiet tajba u juri ħiliet tajba ta' ġestjoni tan-nies. Barra minn dan noffru pakkett ta' salarju attraenti.

Skop tal-pożizzjoni

Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, id-Direttur imexxi d-Direttorat K2 fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jappoġġa t-tmexxija tajba tal-Kunsill (il-Kunsill Affarijiet Ġenerali u l-Kunsill Affarijiet Barranin) u l-Kunsill Ewropew u jkopri l-oqsma li ġejjin (1): it-Tkabbir; l-Ewropa (pajjiżi li mhumiex fl-UE); Appoġġ għall-Kunsill Affarijiet Barranin.

Minħabba l-ispeċifiċità ta' dan is-servizz, il-persuna fil-kariga ser tkun qed taħdem ukoll mill-qrib ma'/tappoġġa lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u s-SEAE.

Kompiti

Imexxi d-Direttorat tiegħu u jorganizza l-attivitajiet tiegħu, u jappoġġa u jimmotiva lill-persunal f'xogħlu.

Jiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu u jgħin biex dawn jinkisbu permezz tat-tfassil ta' programm ta' ħidma tad-Direttorat u jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha, kif adatt.

Jagħti pariri lill-Presidenza u lis-Segretarju Ġenerali, id-Direttur Ġenerali u d-dipartimenti tas-SĠK dwar l-aspetti kollha ta' dossier sabiex jgħin biex jinstabu soluzzjonijiet u jwettaq studji speċjalizzati ta' livell għoli relatati mal-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat.

Jirrappreżenta lis-servizz tiegħu kemm fil-livell tad-Diretturi fis-SĠK kif ukoll esternament, b'mod partikolari fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Presidenza, u fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Istituzzjonijiet l-oħrajn, b'mod partikolari mas-SEAE.

Jiżgura l-kwalità tas-servizzi u l-eżiti fid-Direttorat.

Jiżgura t-tmexxija professjonali tar-riżorsi tad-Direttorat.

Jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni effettivi kemm fid-Direttorat kif ukoll mad-dipartimenti l-oħrajn tas-SĠK.

Jissorvelja l-politika tat-Tkabbir tal-UE, inklużi n-negozjati dwar l-adeżjoni u l-istrateġiji ta' qabel l-adeżjoni, kif ukoll ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi kandidati.

Jissorvelja r-relazzjonijiet mal-pajjiżi Ewropej l-oħrajn li mhumiex fl-UE, b'mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet speċjali li jinvolvuhom (l-EEA/EFTA, il-Viċinat, il-pajjiżi tal-COEST, il-Balkani tal-Punent, eċċ.).

Jappoġġa lill-Kunsill Affarijiet Barranin, il-Coreper, il-KPS, il-Gruppi ta' Ħidma, b'mod partikolari fil-Viċinat tan-Nofsinhar, ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab, il-PPLN, l-Iżrael, l-Iran, il-materji tal-PESK inkluża l-PSDK, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni: appoġġ għall-attivitajiet politiċi u l-leġislattivi f'dan il-qasam, kif meħtieġ, u f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE.

Kompetenzi mitluba

Għarfien tajjeb tal-linji politiċi ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam kopert mid-Direttorat.

Kapaċità li jmexxi x-xogħol u r-riżorsi u jippjana, jorganizza, jissorvelja u jiddelega x-xogħol u juża r-riżorsi b'mod adatt sabiex jintlaħqu miri speċifiċi.

Konoxxenza tal-organizzazzjoni: jifhem l-ambjent tal-organizzazzjoni, jkun kapaċi jidentifika kwistjonijiet strateġiċi f'dak il-kuntest u jikkomunikahom lil interlokuturi interni u esterni.

Ħiliet tajbin fit-teħid ta' deċiżjonijiet: kapaċità li janalizza sitwazzjonjiet u jiżen azzjonijiet alternattivi u jieħu deċiżjonijiet li huma adatti għas-sitwazzjoni, inkluża l-kapaċità li jieħu riskji raġonevoli, b'kont meħud tal-impatti fuq is-servizz, fuq l-interlokuturi interni u esterni u fuq l-organizzazzjoni kollha kemm hi.

Kapaċità li jmexxi u jimmotiva gruppi multikulturali u li jibni u jżomm koeżjoni u kooperazzjoni fil-grupp.

Kapaċità li jipprovdi gwida u feedback f'waqthom lill-membri individwali tal-grupp u jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom abbażi tal-ħtiġijiet tas-servizz u tal-persuna.

Kapaċità li jmexxi negozjati u jżomm relazzjonijiet interpersonali tajbin fl-ogħla livell f'ambjent internazzjonali u multikulturali.

Għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra fil-livell meħtieġ għat-twettiq tad-doveri meħtieġa. Fil-prattika, fid-dawl tal-oqsma ta' attività koperti, huwa meħtieġ l-għarfien ta' mill-inqas l-Ingliż u l-Franċiż.

Kondizzjonijiet għall-ammissjoni

L-applikanti għandhom:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini.

Ikunu wettqu kwalunkwe obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar il-lieva.

Jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għad-doveri li jridu jitwettqu.

Ikollhom livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ċċertifikati b'diploma meta t-tul ta' żmien normali ta' tali studji huwa ta' erba' snin jew aktar, jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ċċertifikati b'diploma u esperjenza adatta ta' mill-inqas sena meta t-tul ta' żmien normali ta' tali studji huwa ta' mill-inqas tliet snin.

Ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali, li f'mill-inqas 5 snin minnhom huma kienu inkarigati minn entità amministrattiva kbira, u jkunu effettivament eżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali u organizzattivi.

L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha għall-ammissjoni fil-ħin tal-applikazzjoni.

Proċedura tal-għażla

Il-proċedura tal-għażla titwettaq permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Sabiex jassisti lill-Awtorità tal-Ħatra biex tagħmel l-għażla tagħha, ser jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv ta' Għażla, bir-responsabbiltà li jfassal lista tal-aħjar applikanti. Inizjalment, dan il-Kumitat ser jeżamina l-kwalifiki u l-esperjenza tal-applikanti, u l-applikanti magħżula ser jiġu mistiedna għal intervista.

Applikazzjoni

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta, preferibbilment irreġistrata, lir-Recruitment Service, General Secretariat of the Council of the European Union, rue de la Loi/Wetstraat, 1048 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, sa mhux aktar tard mid-data msemmija f'dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti, bit-timbru tal-posta jiġi meqjus bħala prova.

Jiġu kkunsidrati biss id-dossiers kompluti li jinkludu:

(a)

il-formola ta' applikazzjoni (ANNEX 3/ANNEXE 3) mimlija, datata u ffirmata kif meħtieġ (bil-firma oriġinali tiegħek fuqha);

(b)

ittra ta' motivazzjoni flimkien ma' curriculum vitae ddettaljat, bl-Ingliż jew Franċiż, preferibbilment fil-format Europass (http://europass.cedefop.europa.eu), li jkopri l-karriera sħiħa tal-applikant, u jelenka, fost l-oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien tal-lingwi, l-esperjenza, u d-dmirijiet attwali tal-applikant; u

(c)

dokumenti ta' sostenn relatati mad-diplomi u l-esperjenza professjonali (fotokopji biss). Dokumenti ta' sostenn relatati mal-esperjenza professjonali għandhomjiġu minn parti terza u mhux biżżejjed li sempliċiment jintbagħat s-CV msemmi f'b).

L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jintbagħat lura.

N.B.

Din il-pożizzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għal dokumenti klassifikati (livell SECRET UE). Ikun ta' vantaġġ jekk l-applikant ikollu diġà din l-awtorizzazzjoni. Inkella, bl-applikazzjoni għall-post, il-kandidati jkunu qed jaqblu li jagħmlu skrining tas-sigurtà, jekk jintgħażlu (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE (3)).

Rieżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-proċeduri relatati mat-talbiet għal rieżami, appelli u riferimenti għall-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness 1 għal dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.

Protezzjoni tad-data

Ir-regoli li jirregolaw l-ipproċessar ta' data personali inkonnessjoni ma' din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-Anness 2 għal dan l-avviż.

Opportunitajiet indaqs

L-Istituzzjonijiet Ewropej japplikaw politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċettaw applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f'minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

Minħabba r-rappreżentanza baxxa ta' nisa fil-livelli maniġerjali ogħla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jilqa' b'mod partikolari applikazzjonijiet minn kandidati nisa għal din il-pożizzjoni.


(1)  Din il-lista tirrifletti l-organizzazzjoni attwali tax-xogħol — id-Direttorat Ġenerali u/jew l-attivitajiet tiegħu jistgħu jiġu ristrutturati.

(2)  Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1 — http://eur-lex.europa.eu

(3)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


ANNESS 1

TALBA GĦAL RIEŻAMI — PROĊEDURI GĦAL APPELLI

ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

Jekk, f'xi stadju tal-proċedura tal-għażla, inti tqis li xi deċiżjoni tolqtok b'mod negattiv, tista' tuża l-mezzi li ġejjin:

Talba għal rieżami tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Konsultattiv ta' Għażla

Fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-ittra li tinnotifika deċiżjoni meħuda mill-Kumitat Konsultattiv ta' Għażla, inti tista' tippreżenta talba bil-miktub għal rieżami ta' tali deċiżjoni, billi tagħti r-raġunijiet għat-talba tiegħek, lil:

Council of the European Union

Recruitment Service

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: service.recrutement@consilium.europa.eu

Appelli

Inti tista' tippreżenta ilment lill-awtorità tal-ħatra minħabba tweġiba negattiva għat-talba tiegħek għal rieżami jew xi att ieħor li qed jaffettwak ħażin, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-limiti ta' żmien previsti, lil:

Council of the European Union

Advisers Unit, DGA 1B

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Inti tista' tressaq każ quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal jekk l-ilment imsemmi hawn fuq ġie miċħud.

Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

Bħal kull ċittadin ieħor tal-Unjoni, inti tista' tressaq ilment lil:

The European Ombudsman

1, avenue du Président Robert Schuman — BP 403

67001 Strassburgu Cedex

FRANCE

skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1).

Għandek tinnota li lmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew ma għandhom ebda effett sospensiv fuq il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal biex jiġu ppreżentati lmenti jew appelli quddiem il-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.


ANNESS 2

PROTEZZJONI TAD-DATA

Bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-organizzazzjoni tal-proċedura ta' għażla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata konformement mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1).

Il-bażi legali għall-proċedura ta' għażla hija r-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE. Il-proċedura ta' għażla titmexxa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani (DGA A I A), Unità tal-Persunal u Mobbiltà, u l-kontrollur huwa l-kap ta' dik l-unità. L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti tkun aċċessibbli għall-membri tas-Servizz ta' Reklutaġġ u tal-Kumitat Konsultattiv ta' Għażla, u, jekk meħtieġ, għall-unità tal-konsulenti legali.

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-ġbir ta' data li tidentifika lill-applikanti kollha għal pożizzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-sostenn tal-proċeduri ta' għażla.

Id-data inkwistjoni hija:

data personali għall-identifikazzjoni tal-applikanti (kunjom, isem, data tat-twelid, sess, nazzjonalità),

informazzjoni pprovduta mill-applikanti sabiex tiġi ffaċilitata l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefon),

informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex ikun jista' jiġi vvalutat jekk huma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni stabbiliti fl-avviż ta' pożizzjoni vakanti (ċittadinanza; lingwi; languages; kwalifiki tal-applikanti u s-sena meta nkisbu, tip ta' diploma/lawrja, isem tal-istituzzjoni minn fejn inkisbu; esperjenza professjonali),

fejn applikabbli, informazzjoni dwar it-tip u t-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-applikanti.

L-ipproċessar jibda mid-data ta' meta tkun waslet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jiġu ffajljati u jinħażnu fl-arkivji għal sentejn.

L-applikanti kollha jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess u d-dritt li jirrettifikaw id-data personali. Talbiet issostanzjati għandhom jintbagħatu permezz tal-posta elettronika lis-Servizz ta' Reklutaġġ fl-indirizz service.recrutement@consilium.europa.eu.

L-applikanti jistgħu jirrikorru fi kwalunkwe ħin għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNEX 3

Image

Image

Image

Image


ANNEXE 3

Image

Image

Image

Image