ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.364.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 364

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
14 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 364/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta’ dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 364/02

Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

4

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUNSILL

 

Il-Kunsill

2011/C 364/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar il-ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

6

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 364/04

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2011/100)

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 364/05

Rata tal-kambju tal-euro

8

2011/C 364/06

Qafas dwar għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri

9

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2011/C 364/07

Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2011 Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-addattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta’ sajd disponibbli?

14

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 364/08

Sejħa għall-proposti 2011 – Il-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini (2007-2013) – Implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-programm: Ċittadini Attivi għall-Ewropa, Soċjetà ċivili attiva fl-Ewropa u Tifkira Ewropea Attiva

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 364/09

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.654 – Il-Kodiċijiet tal-Istrument Reuters (RICs) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9391)  ( 1 )

21

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 364/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta’ dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 364/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.11.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 549/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Bayern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Verlängerung der Beihilferegelung zur Unterstützung der Filmproduktion in Bayern

Il-bażi legali

Richtlinien für die FilmFernsehFonds Bayern GmbH, Haushaltsgesetz des Freistaates Bayern

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja rimborsabbli, Għotja diretta, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 13,5 miljun

 

Baġit globali: EUR 54 miljun

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

FilmFernsehFonds Bayern GmbH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.10.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 330/10

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Programme national «Très haut débit» — Volet B

Il-bażi legali

Loi no 2009-1572 du 17 décembre 2009 relative à la lutte contre la fracture numérique. Code général des collectivités territoriales (articles L 1425-1 et L 1425-2). Loi no 2010-237 du 9 mars 2010 de finances rectificative pour 2010. Code des postes et des communications électroniques (articles L 34-8 et L 34-8-3). Décision no 2010-1314 de l'ARCEP en date 14 décembre 2010 précisant les conditions d’accessibilité et d’ouverture des infrastructures et des réseaux éligibles à une aide du fonds d’aménagement numérique des territoires

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali, Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 750 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-1.1.2016

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Fonds national pour la societé numérique, collectivités territoriales

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

9.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31722 (11/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

A sporttevékenység támogatásához kapcsolódó társaságiadó-, és illetékkedvezmény

Il-bażi legali

A sporttal összefüggő egyes törvények módosításáról szóló 2010. évi LXXXIII. törvény. A társasági adóról és az osztalékadóról szóló 1996. évi LXXXI. törvény. Az illetékekről szóló 1990. évi XCIII. törvény

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Allowance fiskali

L-estimi

 

Baġit annwali: HUF 21 200 miljun

 

Baġit globali: HUF 127 200 miljun

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

sat-30.6.2017

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Nemzeti Fejlesztési Minisztérium és Nemzeti Erőforrás Minisztérium

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/4


Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

2011/C 364/02

Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli mal-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1649 – rapport tas-47 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-47 SESSJONI TAL-HSC – MARZU 2011)

DOK. NC1649

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS

Kapitolu 29

R/11


Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

2106.90/26-27

R/3

2208.90/4-6

R/2

4410.11/1

R/4

8517.62/20

R/5

8528.51/1

R/6

8543.70/5

R/7

Skont l-Artikolu 17 tal-Kodiċi Doganali, informazzjoni tariffarja vinkolanti ma tibqax valida, mill-1 ta' Jannar 2012 jekk issir inkompatibbli mal-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali kif tirriżulta mill-miżuri tariffarji internazzjonali segwenti:

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1649, anness Q/4, rapport tas-47 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-47 SESSJONI TAL-HSC – MARZU 2011)

DOK. NC1649

Modifiki għan-noti ta' spjegazzjoni tan-nomenklatura annessa mal-Konvenzjoni HS u taħt ir-rakkomandazzjoni tas-26 ta' Ġunju 2009 u żviluppata mill-HSC fis-47 sessjoni tiegħu. Dokument NC1649.

Noti ta' spjegazzjoni

Q/4

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1705, anness N, rapport tas-48 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-48 SESSJONI TAL-HSC – SETTEMBRU 2011)

DOK. NC1705

Modifiki għan-noti ta' spjegazzjoni tan-nomenklatura annessa mal-Konvenzjoni HS u taħt ir-rakkomandazzjoni tas-26 ta' Ġunju 2009 u żviluppata mill-HSC fis-48 sessjoni tiegħu. Dokument NC1705.

Noti ta' spjegazzjoni

N

Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, 1049 Brussell, Belgium) jew tista' titniżżel mis-sit tal-internet tad-Direttorat-Ġenerali:

http://ec.europa.eu/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/index_en.htm


III Atti preparatorji

IL-KUNSILL

Il-Kunsill

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/6


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar il-ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 364/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

Peress li huwa neċessarju li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew wara d-deċiżjoni tas-Sur Lorenzo BINI SMAGHI li jirriżenja b'effett minn tmiem il-31 ta' Diċembru 2011,

B'DAN JIRRAKKOMANDA LILL-KUNSILL EWROPEW:

Biex jaħtar lis-Sur Benoît COEURÉ bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/7


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2011

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2011/100)

2011/C 364/04

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2011 (1) dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skont l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropew.

Osservazzjonijiet Ġenerali

1.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li kienet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li dwarha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE qed jiġu kkonsultati, jirrikkmanda li jinħatar Benoît COEURÉ bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal terminu ta’ uffiċċju ta’ tmien snin.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni li l-kandidat propost huwa persuna ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u esperjenza professjonali f’oqsma monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġeżżjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jinħatar Benoît COEURÉ bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Diċembru 2011

2011/C 364/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3181

JPY

Yen Ġappuniż

102,60

DKK

Krona Daniża

7,4366

GBP

Lira Sterlina

0,84625

SEK

Krona Żvediża

9,0605

CHF

Frank Żvizzeru

1,2345

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7110

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,633

HUF

Forint Ungeriż

304,39

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6970

PLN

Zloty Pollakk

4,5608

RON

Leu Rumen

4,3485

TRY

Lira Turka

2,4641

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3016

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3528

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2548

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7215

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7158

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 519,49

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8795

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3877

HRK

Kuna Kroata

7,4986

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 005,28

MYR

Ringgit Malażjan

4,1850

PHP

Peso Filippin

57,795

RUB

Rouble Russu

41,7115

THB

Baht Tajlandiż

41,138

BRL

Real Brażiljan

2,4292

MXN

Peso Messikan

18,1647

INR

Rupi Indjan

70,1100


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/9


QAFAS DWAR GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BINI TAL-VAPURI

2011/C 364/06

1.   INTRODUZZJONI

1.

Sa mill-bidu tas-snin '70, l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri kienet suġġetta għal sensiela ta' reġimi speċifiċi ta' għajnuna mill-Istat, li gradwalment ġew allinjati mad-dispożizzjonijiet orizzontali tal-għajnuna mill-Istat. Il-Qafas attwali dwar għajnuna mill-Istat għall-bini ta’ vapuri (1) ser jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2011. Konformement mal-politika tal-Kummissjoni biex ikun żgurat titjib fit-trasparenza u s-simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni biħsiebha li, sa l-aktar limitu possibli, tneħħi d-differenzi bejn ir-regoli applikabbli għall-industrija tal-bini tal-vapuri u għal setturi industrijali oħra billi testendi dispożizzjonijiet orizzontali ġenerali lis-settur tal-bini tal-vapuri (2).

2.

Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf li ċerti karatteristiċi jagħmlu l-bini tal-vapuri differenti minn industriji oħra, bħas-sensiliet qosra ta' produzzjoni, il-qies, il-valur u l-komplessità ta’ unitajiet prodotti u l-fatt li l-prototipi huma ġeneralment użati kummerċjalment.

3.

Fid-dawl ta' dawk il-karatteristiċi speċjali, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq li tkompli tapplika dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni għas-settur tal-bini tal-vapuri filwaqt li tiżgura li tali għajnuna ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali u l-kompetizzjoni sa dak il-punt li jmur kontra l-interess komuni.

4.

L-għajnuna mill-Istat għall-innovazzjoni għandha twassal biex min jibbenefika mill-għajnuna jibdel l-imġiba tiegħu b’tali mod li jżid il-livell tiegħu ta’ attività ta’ innovazzjoni u ta' proġetti ta’ innovazzjoni jew iwettaq attivitajiet li altrimenti ma kinux jitwettqu, jew kienu jitwettqu b’mod iktar limitat. L-effett ta’ inċentiv huwa identifikat b’analiżi kontrafattwali, bit-tqabbil tal-livelli ta’ attività maħsuba bl-għajnuna u mingħajrha. Għaldaqstant, dan il-Qafas jidentifika rekwiżiti speċifiċi li se jippermettu lill-Istati Membri jiżguraw il-preżenza ta' effett ta' inċentiv.

5.

Flimkien mal-industrija, ġie żviluppat sett informali ta' regoli dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni għall-bini tal-vapuri, rigward, b'mod partikolari, l-ispejjeż eliġibbli u l-konferma tan-natura innovattiva tal-proġett, u dan huwa applikat mill-Kummissjoni fil-prattika tagħha tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Fl-interessi tat-trasparenza, dawk ir-regoli għandhom jiġu formalment integrati fir-regoli dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni.

6.

Rigward l-għajnuna reġjonali, fl-2013 il-Kummissjoni se tirrevedi l-Linji Gwida orizzontali dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 (3). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser tissokta bl-applikazzjoni tal-istess regoli speċifiċi għall-għajnuna reġjonali fis-settur tal-bini tal-vapuri li bħalissa huma previsti fil-Qafas tal-2003 sa dak iż-żmien. Hija ser tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali.

7.

Rigward il-krediti għall-esportazzjoni, l-għan ta' dan il-Qafas huwa li jiġu rispettati l-obbligi internazzjonali applikabbli.

8.

Għaldaqstant il-qafas jiġbor fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni u l-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-krediti għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, l-għajnuna għas-settur tal-bini tal-vapuri tista' titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-istrumenti orizzontali tal-għajnuna mill-Istat (4), sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn l-istrumenti.

9.

F'konformità mal-Artikolu 346 tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 348 tat-Trattat, kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu fir-rigward tal-finanzjament għall-bastimenti militari.

10.

Il-Kummissjoni biħsiebha tapplika l-prinċipi li jinsabu f'dan il-Qafas mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2013. Wara dik id-data, il-Kummissjoni tipprevedi li tinkludi d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni fil-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-innovazzjoni (5) u li tintegra l-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

11.

Skont dan il-Qafas, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuna lit-tarzni; fil-każ ta' krediti għall-esportazzjoni, għajnuna lis-sidien tal-vapuri li tingħata għall-bini, it-tiswija jew il-konverżjoni ta' vapuri; u għajnuna għall-innovazzjoni li tingħata għall-bini ta' strutturi 'l barra mill-kosta li jżommu f'wiċċ l-ilma u li jiċċaqilqu.

12.

Għall-finijiet ta' dan il-Qafas, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(a)

“bini tal-vapuri” tfisser il-bini, fl-Unjoni, ta’ bastimenti kummerċjali li jitmexxew bil-magni tagħhom stess;

(b)

“tiswija tal-vapuri” tfisser it-tiswija jew il-kundizzjonament mill-ġdid, fl-Unjoni, ta’ bastimenti kummerċjali li jitmexxew bil-magni tagħhom stess;

(c)

“konverżjoni tal-vapuri” tfisser il-konverżjoni, fl-Unjoni, ta’ bastimenti kummerċjali ta’ mhux anqas minn 1 000 gt (6) li jitmexxew bil-magni tagħhom stess, bil-kundizzjoni li l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni jinvolvu alterazzjonijiet radikali tal-pjan ta’ merkanzija, tal-qoxra, tas-sistema ta’ propulsjoni jew tal-akkomodazzjoni tal-passiġġieri;

(d)

“bastiment kummerċjali li jitmexxa bil-magni tiegħu stess” tfisser bastiment li, permezz tas-sistema ta’ propulsjoni u ta' direzzjoni permanenti tiegħu, għandu l-karatteristiċi kollha biex ibaħħar waħdu fuq l-ibħra miftuħa jew fuq passaġġi tal-ilma interni u li jaqa' taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i)

bastimenti tal-baħar ta' mhux inqas minn 100 gt u bastimenti li jbaħħru f’passaġġi fuq l-ilma interni ta' daqs ekwivalenti użati għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tal-merkanzija;

(ii)

bastimenti tal-baħar ta’ mhux anqas minn 100 gt u bastimenti li jbaħħru f’passaġġi fuq l-ilma interni ta' daqs ekwivalenti użati għall-prestazzjoni ta’ servizz speċjalizzat (pereżempju, dreġers u ice breakers);

(iii)

laneċ tal-irmonk ta' mhux inqas minn 365 kW;

(iv)

qxur mhux kompluti tal-bastimenti msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) li huma f’wiċċ l-ilma u mobbli;

(e)

“strutturi 'l barra mill-kosta li jżommu f'wiċċ l-ilma u li jiċċaqalqu” tfisser strutturi għall-esplorazzjoni, għall-esplojtazzjoni jew għall-ġenerazzjoni taż-żejt, tal-gass jew tal-enerġija rinnovabbli li għandhom il-karatteristiċi kollha ta' bastiment kummerċjali ħlief li ma jitmexxewx bil-magni tagħhom stess u huma maħsuba li matul l-operazzjoni tagħhom jitmexxew kemm-il darba.

3.   MIŻURI SPEĊIFIĊI

3.1.   Għajnuna reġjonali

13.

L-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri, għat-tiswija tal-vapuri jew għall-konverżjoni tal-vapuri tista’ tiġi meqjusa kompattibli mas-suq intern jekk tissodisfa, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

l-għajnuna għandha tingħata għall-investiment f’titjtib fil-livell u fl-immodernizzar ta’ tarzna(i) eżistenti, u m’għandhiex tkun konnessa ma’ ristrutturazzjoni finanzjarja tat-tarzna(i) kkonċernata(i), bl-għan li tiġi mtejba l-produttività tal-installazzjonijiet eżistenti;

(b)

fir-reġjuni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u konformement mal-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru għall-għoti ta’ għajnuna reġjonali, l-intensità tal-għajnuna m’għandhiex taqbeż it-22,5 % tal-ekwivalenti tal-valur gross tal-għotja;

(c)

fir-reġjuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u konformement mal-mappa approvata mill-Kummissjoni għall-għoti ta’ għajnuna reġjonali għal kull Stat Membru, l-intensità tal-għajnuna m’għandhiex taqbeż it-12,5 % tal-ekwivalenti tal-valur gross tal-għotja jew il-limitu applikabbli għall-għajnuna reġjonali, liema minnhom ikun l-inqas;

(d)

l-għajnuna għandha tiġi limitata għas-sostenn tal-ispiża eliġibbli kif imfissra fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013.

3.2.   Għajnuna għall-innovazzjoni

3.2.1.   Applikazzjonijiet eliġibbli

14.

L-għajnuna mogħtija għall-innovazzjoni fil-bini tal-vapuri, fit-tiswija tal-vapuri jew fil-konverżjoni tal-vapuri tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern sa massimu ta' intensità tal-għajnuna ta' 20 % gross, sakemm din tkun tirrigwarda l-applikazzjoni industrijali ta' prodotti u proċessi innovattivi, jiġifieri prodotti u proċessi li huma teknoloġikament ġodda jew mibdula sostanzjalment meta mqabbla mal-iktar teknoloġija avvanzata li teżisti fl-industrija tal-bini tal-vapuri fi ħdan l-Unjoni, li jġorru riskju ta' falliment teknoloġiku jew industrijali. L-għajnuna għall-innovazzjoni għat-tagħmir u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti tas-sajd mhijiex ser titqies kompatibbli mas-suq intern, sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25(2) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (7), jew fid-dispożizzjonijiet li jissuċċeduhom. L-ebda għajnuna ma tista’ tingħata lil tarzna jekk tingħata, fir-rigward tal-istess bastiment, għajnuna mill-Fond Ewropew għas-Sajd, jew mill-istrument li jissuċċedih, jew għajnuna pubblika oħra.

15.

Prodotti u proċessi innovattivi skont it-tifsira tal-punt 14 jinkludu t-titjib fil-qasam ambjentali relatat mal-kwalità u l-prestazzjoni, bħall-ottimizzazzjoni tal-konsum tal-karburant, l-emissjonijiet mill-magni, l-iskart u sikurezza.

16.

Fejn l-innovazzjoni jkollha l-għan li ssaħħaħ il-ħarsien ambjentali u twassal għal konformità mal-istandards adottati tal-Unjoni tal-anqas sena qabel ma dawk l-istandards jidħlu fis-seħħ jew iżżid il-livell ta' ħarsien ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-Kummissjoni jew tagħmilha possibbli li wieħed imur lil hinn mill-istandards tal-Unjoni, l-intensità massima tal-għajnuna tista' tiżdied sa 30 % gross. L-espressjonijiet “standards tal-Unjoni” u “ħarsien ambjentali” għandhom jinftiehmu kif inhuma definiti fil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent.

17.

Sakemm ikunu konformi mal-kriterji li jinsabu fil-punt 14, prodotti innovattivi se jirreferu jew għal klassi ġdida ta' bastiment kif iddefinita mill-ewwel bastiment ta' sensiela potenzjali ta' vapuri (prototip) jew għal partijiet innovattivi ta' bastiment, li jistgħu jkunu iżolati mill-bastiment bħala element separat.

18.

Sakemm ikunu konformi mal-kriterji li jinsabu f'punt 14, proċessi innovattivi għandhom jirreferu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proċessi ġodda rigward l-oqsma tal-produzzjoni, il-ġestjoni, il-loġistika jew l-inġinerija.

19.

L-għajnuna għall-innovazzjoni tista' titqies kompatibbli mas-suq intern biss jekk tingħata għall-ewwel applikazzjoni industrijali ta' prodotti u proċessi innovattivi.

3.2.2.   Spejjeż eliġibbli

20.

L-għajnuna għall-innovazzjoni għall-prodotti u l-proċessi trid tkun limitata għal sostenn tal-infiq fuq l-investimenti, l-attivitajiet li jirrigwardaw id-disinn, l-inginerija u l-ittestjar relatati direttament u esklużivament mal-parti innovattiva tal-proġett u li jsiru wara d-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-innovazzjoni (8).

21.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-ispejjeż tat-tarzna kif ukoll l-ispejjeż biex jiġu akkwistati oġġetti u servizzi mingħand partijiet terzi (pereżempju, fornituri ta' sistemi, fornituri ta' proġetti kompleti u kumpaniji ta' subkuntratturi), sal-limitu li dawk l-oġġetti u s-servizzi jkunu strettament relatati mal-innovazzjoni. L-ispejjeż eliġibbli huma ddefiniti f'iktar dettall fl-Anness.

22.

L-awtorità nazzjonali rilevanti, maħtura mill-Istat Membru għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-għajnuna għall-innovazzjoni, għandha teżamina l-ispejjeż eliġibbli fuq il-bażi tal-istimi pprovduti u ssostanzjati mill-applikant. Fejn l-applikazzjoni tinkludi spejjeż għall-akkwist ta' oġġetti u servizzi mingħand fornituri, il-fornitur ma jistax ikun irċieva għajnuna mill-Istat għall-istess għanijiet rigward dawk l-oġġetti u servizzi.

3.2.3.   Konferma tan-natura innovattiva tal-proġett

23.

Sabiex l-għajnuna għall-innovazzjoni titqies kompatibbli mas-suq intern skont dan il-Qafas, applikazzjoni għal għajnuna għall-innovazzjoni għandha titressaq lill-awtorità nazzjonali rilevanti qabel ma l-applikant jidħol fi ftehim vinkolanti biex jimplimenta l-proġett speċifiku li għalih qed ifittex l-għajnuna għall-innovazzjoni. L-applikazzjoni trid tinkludi deskrizzjoni tal-innovazzjoni, kemm f'termini kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi.

24.

L-awtorità nazzjonali rilevanti għandha tikseb konferma mingħand espert indipendenti u teknikament kompetenti li l-għajnuna qed tintalab għal proġett li jirrappreżenta prodott jew proċess teknoloġikament ġdid jew imtejjeb sostanzjalment meta mqabbel mal-iktar teknoloġija avvanzata li teżisti fl-industrija tal-bini tal-vapuri fi ħdan l-Unjoni (evalwazzjoni kwalitattiva). L-għajnuna tista' titqies kompatibbli mas-suq suq intern biss jekk l-espert indipendenti u teknikament kompetenti jikkonferma lill-awtorità nazzjonali rilevanti li l-ispejjeż eliġibbli għall-proġett ġew ikkalkulati biex ikopru esklużivament il-partijiet innovattivi tal-proġett rilevanti (evalwazzjoni kwantitattiva).

3.2.4.   Effett ta' inċentiv

25.

L-għajnuna għall-innovazzjoni skont dan il-Qafas għandu jkollha effett ta’ inċentiv, jiġifieri għandha tirriżulta f'bidla fl-imġiba ta’ benefiċjarju biex b'hekk iżid il-livell tal-attività ta' innovazzjoni tiegħu. B’riżultat tal-għajnuna, l-attività ta’ innovazzjoni trid tiżdied f’termini ta’ daqs, ambitu, ammont minfuq jew veloċità.

26.

F'konformità mal-punt 25, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tkunx tippreżenta inċentiv għall-benefiċjarju jekk il-proġett (9) ikun diġà inbeda qabel ma l-benefiċjarju jressaq applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtoritajiet nazzjonali.

27.

Sabiex jivverifikaw li l-għajnuna tkun twassal biex il-benefiċjarju tal-għajnuna jibdel l-imġiba tiegħu b’tali mod li jżid il-livell ta’ attività ta’ innovazzjoni tiegħu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evalwazzjoni ex ante taż-żieda fl-attività ta’ innovazzjoni fuq il-bażi ta’ analiżi li tqabbel sitwazzjoni mingħajr għajnuna ma’ sitwazzjoni bl-għajnuna. Il-kriterji li għandhom jintużaw jistgħu jinkludu ż-żieda fl-attivitajiet ta' innovazzjoni f’termini ta’ daqs, ambitu, ammont minfuq u veloċità, flimkien ma’ fatturi kwantitattivi u/jew kwalitattivi oħra rilevanti mressqa mill-Istat Membru li jkun għamel in-notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

28.

Jekk ikun jista’ jintwera effett sinifikanti fuq mill-inqas wieħed minn dawk l-elementi, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-imġiba normali ta’ intrapriża fis-settur rispettiv, il-Kummissjoni normalment tikkonkludi li l-għajnuna jkollha effett ta’ inċentiv.

29.

Meta tiġi evalwata skema ta’ għajnuna, il-kundizzjonijiet relatati mal-effett ta’ inċentiv ser jitqiesu li huma sodisfatti jekk l-Istat Membru jkun impenja ruħu li jagħti għajnuna individwali taħt l-iskema ta’ għajnuna approvata biss wara li jkun ivverifika li jeżisti effett ta’ inċentiv u li jissottometti rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna approvata.

30.

L-approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jikkonkludi ftehim vinkolanti biex jimplimenta l-proġett jew proċess speċifiku tal-bini tal-vapuri, it-tiswija tal-vapuri jew il-konverżjoni tal-vapuri li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna għall-innovazzjoni. Il-ħlasijiet jistgħu jsiru biss wara li jiġi ffirmat il-kuntratt rilevanti. Jekk il-kuntratt jitħassar jew il-proġett jiġi abbandunat, kull għajnuna li tkun tħallset trid tiġi rimbursata bl-imgħax minn dik id-data meta l-għajnuna kienet tħallset. Bl-istess mod, jekk il-proġett ma jitlestiex, għajnuna li ma tkunx intużat għall-infiq ta' innovazzjoni eliġibbli trid tiġi rimbursata bl-imgħax. Ir-rata tal-imgħax trid tkun mill-inqas daqs ir-rati ta' referenza adottati mill-Kummissjoni.

3.3.   Krediti għall-esportazzjoni

31.

L-għajnuna għall-bini tal-vapuri fil-forma ta' faċilitajiet ta' kreditu sostnuti mill-Istat mogħtija lil sidien ta' vapuri jew partijiet terzi nazzjonali u mhumiex għall-bini jew għall-konverżjoni ta' bastimenti tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Arranġament tal-OECD tal-1998 dwar il-Linji Gwida għal Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġjati Uffiċjalment u mal-Ftehim tas-Settur tagħha dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Vapuri jew kwalunkwe kundizzjoni suċċessiva stipulata f'tali arranġament jew li tissostitwixxi l-Arranġament.

4.   MONITORAĠĠ U RAPPURTAR

32.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu tal-1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (10) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (11) jirrikjedu lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti annwali fuq l-iskemi kollha ta’ għajnuna. Meta tkun qed tadotta deċiżjoni skont dan il-Qafas għal kull għajnuna għall-innovazzjoni mogħtija taħt skema approvata lil intrapriżi kbar, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri biex jirrapportaw dwar kif ġie mħares ir-rekwiżit għal effett ta’ inċentiv rigward l-għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar, b’mod partikolari bl-użu tal-kriterji msemmija fil-punt 3.2.4.

5.   KUMULU

33.

Il-limiti tal-għajnuna stipulati f'dan il-Qafas huma applikabbli irrispettivament minn jekk l-għajnuna inkwistjoni tkunx kompletament jew parzjalment iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat jew mir-riżorsi tal-Unjoni. Għajnuna awtorizzata skont dan il-Qafas ma tistax tingħata flimkien ma’ forom oħra ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat jew ma’ forom oħra ta’ finanzjament mill-Unjoni, meta l-akkumulazzjoni tipproduċi intensità ta’ għajnuna ogħla minn dik stabbilita f'dan il-Qafas.

34.

Fejn l-għajnuna taqdi skopijiet differenti u tinvolvi l-istess spejjeż eliġibbli, japplika l-aktar limitu għall-għajnuna favorevoli.

6.   APPLIKAZZJONI TA' DAN IL-QAFAS

35.

Il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipi stabbiliti f'dan il-Qafas mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2013. Il-Kummissjoni ser tapplika dawk il-prinċipji għall-miżuri ta' għajnuna kollha li ġew notifikati u li fir-rigward tagħhom hija msejħa tieħu deċiżjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2011, anke fejn il-proġetti jkunu ġew notifikati qabel dik id-data.

36.

F'konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istati illegali (12), il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dan il-Qafas għal għajnuna mhux notifikata li tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2011.


(1)  ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11.

(2)  Ara l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat COM(2005) 107 finali, pt. 65: “il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk għadux meħtieġ Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri jew jekk is-settur għandux ikun irregolat sempliċement minn regoli orizzontali”.

(3)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(4)  Pereżempju, il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1) jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom tista' tiġi awtorizzata għajnuna lit-tarzni għal produzzjoni li hija iktar ekoloġika. Barra minn hekk, is-sidien tal-vapuri jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna biex jakkwistaw mezzi ta' trasport ġodda li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni jew li jgħollu l-livell ta' protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni, u b'hekk jingħata kontribut għal trasport marittimu ġeneralment iktar nadif.

(5)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(6)  Tunnellati grossi.

(7)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(8)  Ħlief għal spejjeż għall-istudji ta' fattibbiltà li jsiru fi żmien 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna għal proċess innovattiv.

(9)  Dan ma jeskludix li l-benefiċjarju potenzjali jista' jkun diġà wettaq studji ta' fattibbiltà li mhumiex koperti bit-talba għal għajnuna mill-Istat.

(10)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(11)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(12)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.


ANNESS

Spejjeż eliġibbli għal għajnuna għall-innovazzjoni għall-bini tal-vapuri

1.   KLASSI ĠDIDA TA' BASTIMENT

Għall-kostruzzjoni ta' klassi ġdida ta' bastiment li hija eliġibbli għal għajnuna għall-innovazzjoni, l-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli:

(a)

spejjeż għall-iżvilupp tal-kunċett;

(b)

spejjeż għad-disinn tal-kunċett;

(c)

spejjeż għad-disinn funzjonali;

(d)

spejjeż għad-disinn fid-dettall;

(e)

spejjeż għal studji, ittestjar, mudelli; u spejjeż simili relatati mal-iżvilupp u d-disinn tal-bastiment;

(f)

spejjeż għall-ippjanar tal-implimentazzjoni tad-disinn;

(g)

spejjeż għal testijiet u provi tal-prodott;

(h)

spejjeż addizzjonali tax-xogħol u spejjeż fissi għal klassi ġdida ta' bastiment (learning curve).

Għall-finijiet tal-punti (a) sa (g), huma esklużi spejjeż relatati ma' disinn standard ta' inġinerija ekwivalenti għal klassi preċedenti ta' bastiment.

Għall-finijiet tal-punt (h), spejjeż fuq produzzjoni addizzjonali li huma strettament neċessarji sabiex jivvalidaw l-innovazzjoni teknoloġika jistgħu jkunu eliġibbli sal-punt li huma limitati għall-ammont minimu li huwa neċessarju. Minħabba l-isfidi tekniċi assoċjati mal-kostruzzjoni ta' prototip, l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ewwel bastiment normalment jeċċedu l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' vapuri simili sussegwenti. Id-definizzjoni ta' spejjeż ta' produzzjoni addizzjonali hija d-differenza bejn l-ispejjeż tax-xogħol u l-ispejjeż fissi assoċjati magħhom għall-ewwel bastiment minn klassi ġdida ta' bastiment u l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' bastimenti sussegwenti fl-istess sensiela ta' vapuri (sister ships). L-ispejjeż tax-xogħol jinkludu l-pagi u l-ispejjeż soċjali.

Għalhekk, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, massimu ta' 10 % tal-ispejjeż ta' produzzjoni addizzjonali assoċjati mal-kostruzzjoni ta' klassi ġdida ta' bastiment jistgħu jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli: jekk dawk l-ispejjeż ikunu neċessarji għall-validazzjoni tal-innovazzjoni teknika. Każ huwa kkunsidrat debitament iġġustifikat jekk l-ispejjeż ta' produzzjoni addizzjonali jkunu stmati li jaqbżu t-3 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta' vapuri fl-istess sensiela sussegwenti.

2.   KOMPONENTI JEW SISTEMI ĠODDA TA' BASTIMENT

Għal komponenti jew sistemi ġodda li huma eliġibbli għall-għajnuna għall-innovazzjoni, l-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli sakemm dawn ikunu strettament relatati mal-innovazzjoni:

(a)

spejjeż tad-disinn u tal-iżvilupp;

(b)

spejjeż għall-ittestjar tal-parti li tirrigwarda l-innovazjoni, il-mudelli;

(c)

spejjeż għall-materjal u l-apparat;

(d)

f'każijiet eċċezzjonali, l-ispejjeż tal-kostruzzjoni u tal-istallazzjoni ta' komponent ġdid jew ta' sistema ġdida li huma meħtieġa biex tiġi vvalidata l-innovazzjoni, sa fejn dawn ikunu limitati għall-ammont minimu meħtieġ.

3.   PROĊESSI ĠODDA

Għal proċessi ġodda li huma eliġibbli għall-għajnuna għall-innovazzjoni, l-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli sa fejn dawn ikunu strettament relatati mal-proċess ta' innovazzjoni:

(a)

spejjeż tad-disinn u tal-iżvilupp;

(b)

spejjeż għall-materjal u l-apparat;

(c)

fejn applikabbli, spejjeż għall-ittestjar tal-proċess il-ġdid;

(d)

spejjeż għall-istudji ta' fattibbiltà li jsiru fi żmien 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna.


Il-Qorti tal-Awdituri

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/14


Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2011 “Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-addattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta’ sajd disponibbli?”

2011/C 364/07

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 12/2011 “Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-addattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta’ sajd disponibbli?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/15


Sejħa għall-proposti 2011 – Il-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini (2007-2013)

Implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-programm: Ċittadini Attivi għall-Ewropa, Soċjetà ċivili attiva fl-Ewropa u Tifkira Ewropea Attiva

2011/C 364/08

INTRODUZZJONI

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (1). Il-kondizzjonijiet dettaljati ta’ din is-sejħa għall-proposti jinstabu fil-Gwida tal-Programm għall-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” ppubblikata fuq is-sit elettroniku Europa (ara l-punt VII). Il-Gwida tal-programm tikkostitwixxi parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti.

I.   Għanijiet

Il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini għandu dawn l-għanijiet speċifiċi:

li jlaqqa’ flimkien nies minn komunitajiet lokali mill-Ewropa kollha ħalli jaqsmu u jiskambjaw l-esperjenzi, l-opinjonijiet u l-valuri tagħhom, biex jitgħallmu mill-istorja u biex jibnu għall-ġejjieni;

li jrawwem azzjoni, dibattitu u riflessjoni relatati maċ-ċittadinanza Ewropea u mad-demokrazija, valuri kondiviżi, storja u kultura komuni permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq il-livell Ewropew;

li jqarreb lill-Ewropa maċ-ċittadini tagħha billi jippromwovi l-valuri u l-kisbiet tal-Ewropa, filwaqt li tinżamm il-memorja tal-imgħoddi tagħha;

li jħeġġeġ l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi parteċipanti kollha li jagħtu kontribut favur id-djalogu interkulturali u jagħti prominenza kemm lid-diversità u kemm lill-għaqda tal-Ewropa, b’attenzjoni partikolari fuq l-attivitajiet immirati lejn l-iżvilupp ta’ rabtiet eqreb bejn iċ-ċittadini mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif kostitwit fit-30 ta’ April 2004 u dawk bejn iċ-ċittadini mill-Istati Membri li aderew minn dak iż-żmien ’il hawn.

II.   Applikanti eliġibbli

Il-Programm miftuħ għall-promoturi kollha stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm u jiddependi minn jekk ikunux:

Korp pubbliku, jew

Organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt bi status legali (personalità legali)

Madankollu kull azzjoni tal-Programm hija mmirata għal firxa aktar speċifika ta’ organizzazzjonijiet. Għalhekk l-eliġibbiltà tal-organizzazzjonijiet applikanti hija definita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull miżura/sottomiżura.

Il-pajjiżi eliġibbli taħt dan il-Programm huma:

L-Istati Membri tal-UE (2)

Il-Kroazja,

L-Albanija,

L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (FYROM).

III.   Azzjonijiet eliġibbli

Il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini jappoġġa proġetti li jippromwovu ċ-ċittadinanza Ewropea attiva.

Din is-sejħa tkopri l-azzjonijiet li ġejjin tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini, li huma appoġġati b’żewġ tipi ta’ għotjiet: għotjiet tal-proġett u għotjiet operattivi

Azzjoni 1:   Ċittadini Attivi għall-Ewropa

Miżura 1:   Ġemellaġġ bejn l-Ibliet

Din il-miżura hija mmirata lejn attivitajiet li jinvolvu jew jippromwovu skambji diretti bejn ċittadini Ewropej permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet.

Miżura 1.1:   Laqgħat għaċ-ċittadini dwar il-ġemellaġġ bejn l-ibliet (għotja ta’ proġett)

Din il-miżura hija mmirata lejn attivitajiet li jinvolvu jew jippromwovu skambji diretti bejn ċittadini Ewropej permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet. Proġett għandu jinvolvi muniċipalitajiet minn mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-UE. Il-proġett għandu jkollu minimu ta’ 25 parteċipant internazzjonali li jkunu ġejjin mill-muniċipalitajiet mistiedna. It-tul ta’ żmien massimu tal-laqgħa għandu jkun 21 jum. L-għotja massima li għandha tingħata hija EUR 25 000 għal kull proġett. L-għotja minima mogħtija hija EUR 5 000.

L-għotjiet għal-laqgħat taċ-ċittadini dwar il-ġemellaġġ bejn l-ibliet huma mmirati biex jikkoffinanzjaw l-ispejjeż organizzattivi tal-belt li tospita u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti mistiedna. Il-kalkolu tal-għotja jiġi bbażat fuq rati fissi/somma f’daqqa.

Miżura 1.2:   Netwerks ta’ bliet imsieħba f’ġemellaġġ (għotja ta’ proġett)

Din il-miżura tappoġġa l-iżvilupp ta’ netwerks maħluqa fuq il-bażi ta’ rabtiet ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet, li huma importanti biex jiżguraw kooperazzjoni strutturata, b’saħħitha u komprensiva bejn il-muniċipalitajiet, u għalhekk biex jikkontribwixxu biex jiġi massimizzat l-impatt tal-Programm. Kull proġett għandu jipprevedi mill-inqas tliet avvenimenti, u għandu jinvolvi muniċipalitajiet minn mill-inqas erba’ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-UE. Il-proġett għandu jkollu minimu ta’ 30 parteċipant internazzjonali li jkunu ġejjin mill-muniċipalitajiet mistiedna. It-tul ta’ żmien massimu tal-proġett huwa 24 xahar; it-tul ta’ żmien massimu ta’ kull avveniment huwa 21 jum.

L-ammont massimu eliġibbli għal proġett fi ħdan din il-miżura huwa EUR 150 000. L-ammont minimu eliġibbli huwa EUR 10 000. Il-kalkolazzjoni tal-għotja tiġi bbażata fuq rati fissi/somma f’daqqa.

Miżura 2:   “Proġetti taċ-ċittadini” u “Miżuri ta’ appoġġ”

Miżura 2.1:   Proġetti taċ-ċittadini (għotja ta’ proġett)

Din il-miżura tindirizza sfida kurrenti ewlenija tal-Unjoni Ewropea: kif tressaq liċ-ċittadini u lill-Unjoni Ewropea eqreb lejn xulxin. Timmira li tesplora metodoloġiji oriġinali u innovattivi li kapaċi jħeġġu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u jistimulaw id-djalogu bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Kull proġett għandu jinvolvi mill-inqas ħames pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-UE. Dan għandu jinvolvi mill-inqas 200 parteċipant. It-tul ta’ żmien massimu ta’ proġett huwa 12-il xahar.

L-ammont tal-għotja ser jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta’ previżjoni bilanċjat u dettaljat, espress fil-munita euro. L-għotja mogħtija ma tistax taqbeż is-60 % tal-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett. L-għotja minima ser tkun EUR 100 000. L-għotja massima eliġibbli għal proġett fi ħdan din il-miżura hija EUR 250 000.

Miżura 2.2:   Miżuri ta’ appoġġ (għotja ta’ proġett)

Din il-miżura timmira li tappoġġa l-attivitajiet li jistgħu jwasslu għat-twaqqif ta’ sħubiji u netwerks fit-tul li jilħqu numru sinifikanti ta’ partijiet interessati differenti li jippromwovu ċ-ċittadinanza Ewropea attiva, u b’hekk tikkontribwixxi biex jiġi pprovdut rispons aħjar għall-għanijiet tal-programmi u jiġu massimizzati l-impatt u l-effettività globali tal-programm.

Kull proġett għandu jinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-UE. It-tul ta’ żmien massimu huwa 12-il xahar. Għandhom jiġu previsti mill-inqas żewġ avvenimenti għal kull proġett.

L-ammont tal-għotja ser jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta’ previżjoni bilanċjat u dettaljat, espress fil-munita euro. L-għotja ma tistax taqbeż rata massima ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni inkwistjoni. L-għotja minima eliġibbli hija EUR 30 000. L-għotja massima eliġibbli għal proġett fi ħdan din il-miżura hija EUR 100 000.

Azzjoni 2:   Soċjetà ċivili attiva fl-Ewropa

Miżuri 1 u 2:   Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika pubblika Ewropea u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE (għotjiet operattivi (3))

Il-Miżura 1– Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika pubblika Ewropea (think tanks) – timmira li tappoġġa l-ħidma tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika pubblika Ewropea (think tanks), li jkunu kapaċi jipprovdu ideat ġodda u riflessjonijiet fuq kwistjonijiet Ewropej, fuq iċ-ċittadinanza attiva fuq il-livell Ewropew jew fuq il-valuri Ewropej.

Il-Miżura 2– Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq il-livell tal-UE – tipprovdi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta’ dimensjoni Ewropea bil-kapaċità u l-istabilità biex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom fuq il-livell Ewropew. L-għan tagħha huwa li tagħti kontribut favur l-emerġenza ta’ soċjetà ċivili strutturata, koerenti u attiva fuq il-livell Ewropew.

Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għandu jikkorrespondi għas-sena baġitarja tal-applikant, kif muri mill-kontijiet iċċertifikati tal-organizzazzjoni. Jekk is-sena baġitarja tal-applikant tikkorrespondi għas-sena kalendarja, il-perjodu ta’ eliġibbiltà jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Għal applikanti b’sena baġitarja li tkun differenti mis-sena kalendarja, il-perjodu ta’ eliġibbiltà jkun il-perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-bidu tas-sena baġitarja tagħhom.

L-għotja tista’ tiġi kkalkulata bl-użu ta’ żewġ metodi differenti:

(a)

Rati fissi/somma f’daqqa.

(b)

Baġit ibbażat fuq spejjeż reali. L-ammont tal-għotja ser jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta’ previżjoni bilanċjat u dettaljat, espress fil-munita euro. L-għotja ma tistax taqbeż rata massima ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni kkonċernata.

L-għotja massima hija EUR 100 000.

Miżura 3:   Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (għotja ta’ proġett)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa proġetti konkreti promossi minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappartienu lil pajjiżi parteċipanti differenti. Dawn il-proġetti għandhom iqajmu kuxjenza dwar suġġetti ta’ interess Ewropew u jikkontribwixxu biex irawmu l-fehim xulxieni fuq kulturi differenti u biex jidentifikaw valuri komuni permezz tal-kooperazzjoni fuq il-livell Ewropew.

Kull proġett għandu jinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-UE. It-tul ta’ żmien massimu tal-proġetti huwa 18-il xahar.

L-għotja tista’ tiġi kkalkulata bl-użu ta’ żewġ metodi differenti, li jikkorrespondu għal approċċi differenti u li għalihom japplikaw regoli speċifiċi:

(a)

Rati fissi/somma f’daqqa.

(b)

Baġit ibbażat fuq l-ispejjeż reali. L-għotja mitluba f’dak il-każ ma tistax taqbeż is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni inkwistjoni.

L-għotja massima hija EUR 150 000. L-għotja minima eliġibbli hija EUR 10 000.

L-organizzazzjonijiet ta’ interess Ewropew ġenerali magħżulin biex jirċievu għotja operattiva fl-2012 taħt miżuri 1 u 2 tal-azzjoni 2 mhumiex eleġibbli għall-finanzjament taħt din il-miżura fl-2012.

Azzjoni 4:   Tifkira Ewropea Attiva (għotja ta’ proġett)

L-għan tal-proġetti appoġġati fl-ambitu ta’ din l-azzjoni huwa li jżommu ħajja t-tifkira tal-vittmi tan-Nażiżmu u tal-Istaliniżmu u li jtejbu l-għarfien u l-fehim tal-ġenerazzjonijiet preżenti u ġejjiena dwar dak li seħħ fil-kampijiet u f’siti oħra ta’ qerda tal-massa, u r-raġuni għaliex.

It-tul ta’ żmien massimu ta’ proġett huwa 18-il xahar.

L-għotja tista’ tiġi kkalkulata bl-użu ta’ żewġ metodi differenti:

(a)

Rati fissi/somma f’daqqa.

(b)

Baġit ibbażat fuq l-ispejjeż reali. L-għotja mitluba f’dak il-każ ma tistax taqbeż is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni kkonċernata.

L-għotja massima hija EUR 100 000. L-għotja minima eliġibbli hija EUR 10 000.

IV.   Kriterji tal-għoti

Għal għotjiet tal-proġett:

Kriterji kwalitattivi (80 % tal-punti disponibbli):

Rilevanza tal-proġett għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini (25 %).

Kwalità tal-proġett u l-metodi proposti (25 %).

Impatt (15 %).

Viżibilità u Segwitu (15 %).

Kriterji kwantitattivi (20 % tal-punti disponibbli):

Impatt ġeografiku (10 %).

Grupp fil-Mira (10 %).

Fuq il-bażi tas-sussidjarjetà, għall-pajjiżi li huma manifestament inqas irrappreżentati, u li jirrispettaw trattament ġust fir-rigward tal-kwalità, il-Kummissjoni u l-Aġenzija eżekuttiva jżommu d-dritt li jiżguraw distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-proġetti magħżula għal kull azzjoni.

Għal għotjiet operattivi:

Kriterji kwalitattivi (80 % tal-punti disponibbli):

Rilevanza tal-proġett għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini (30 %).

Adegwatezza, koerenza u kompletezza tal-programm ta’ ħidma (20 %).

Impatt tal-programm ta’ ħidma (10 %).

Valur miżjud Ewropew (10 %).

Viżibilità tal-attivitajiet u d-disseminazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżultati liċ-ċittadini Ewropej u partijiet interessati oħrajn (10 %).

Kriterji kwantitattivi (20 % tal-punti disponibbli):

Impatt ġeografiku (10 %).

Grupp fil-Mira (10 %).

Fuq bażi sussidjarja, il-Kummissjoni u l-Aġenzija eżekuttiva jirriservaw id-dritt li jiżguraw distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-proġetti magħżula għal kull azzjoni.

V.   Baġit

Baġit previst għall-2012 għall-azzjonijiet li ġejjin

Azzjoni 1 Miżura 1.1

Laqgħat taċ-ċittadini dwar ġemellaġġ bejn l-ibliet

EUR 6 107 000

Azzjoni 1 Miżura 1.2

In-netwerking tematiku bejn bliet imsieħba f’ġemellaġġ

EUR 4 528 000

Azzjoni 1 Miżura 2.1

Proġetti taċ-ċittadini

EUR 1 308 000

Azzjoni 1 Miżura 2.2

Miżuri ta’ appoġġ

EUR 805 000

Azzjoni 2 Miżura 3

Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

EUR 2 807 000

Azzjoni 4

Tifkira Ewropea Attiva

EUR 2 414 000

L-implimentazzjoni ta’ din is-Sejħa għall-Proposti hija soġġetta għall-adozzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2012 mill-awtorità baġitarja.

VI.   Skadenzi għall-applikazzjonijiet – Azzjonijiet

Azzjonijiet

Skadenza għas-sottomissjoni

Azzjoni 1 Miżura 1.1

Laqgħat taċ-ċittadini dwar ġemellaġġ bejn l-ibliet

l-1 ta’ Frar

l-1 ta’ Ġunju

l-1 ta’ Settembru

Azzjoni 1 Miżura 1.2

In-netwerking tematiku bejn bliet imsieħba f’ġemellaġġ

l-1 ta’ Frar

l-1 ta’ Settembru

Azzjoni 1 Miżura 2.1

Proġetti taċ-ċittadini

l-1 ta’ Ġunju

Azzjoni 1 Miżura 2.2

Miżuri ta’ appoġġ

l-1 ta’ Ġunju

Azzjoni 2 Miżura 1 u 2

Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika tal-UE (think tanks) u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE

il-15 ta’ Ottubru

Azzjoni 2 Miżura 3

Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

l-1 ta’ Frar

Azzjoni 4

Tifkira Ewropea Attiva

l-1 ta’ Ġunju

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu qabel 12.00 p.m. (nofsinhar ħin ta’ Brussell) fid-data finali għall-applikazzjonijiet. Jekk l-iskadenza tinzerta fi tmiem il-ġimgħa, l-ewwel ġurnata tax-xogħol wara tmiem il-ġimgħa titqies bħala l-ġurnata tal-iskadenza.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil dan l-indirizz:

EACEA

Unit P7 Citizenship

Applications — ‘Measure XXX’

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 (BOUR 01/04A)

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Jitqiesu biss dawk il-proposti li jitressqu bl-użu tal-formola elettronika (eForm) uffiċjali tal-applikazzjoni għall-għotja mimlija kif suppost u ffirmata mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenn ġuridiku f’isem l-applikant.

L-applikazzjonijiet imressqa fuq karta bil-posta jew bil-faks jew mibgħuta direttament b’email ma jiġux aċċettati għal aktar valutazzjoni.

VII.   Aktar informazzjoni

Il-kondizzjonijiet dettaljati tat-tressiq tal-proposti tal-proġetti u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu fil-Gwida tal-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini kif emendata l-aħħar fuq is-siti li ġejjin:

http://ec.europa.eu/citizenship/index_en.html

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura:

http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.htm


(1)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

(2)  Is-27 Stat Membru tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(3)  Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna l-għotjiet operattivi annwali għas-sena finanzjarja 2013.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/21


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.654 – Il-Kodiċijiet tal-Istrument Reuters (RICs)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9391)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 364/09

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jintemm ksur u l-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu biex isibu tarf tat-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari – li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'hemmx aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sal-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

Fid-19 ta' Settembru 2011 il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Il-valutazzjoni kienet relatata mas-settur għas-servizzi tal-informazzjoni finanzjarja, partikolarment is-suq għal datafeeds f'ħin reali konsolidati (2). Din kienet indirizzata lil Thomson Reuters Corporation u kumpaniji taħt il-kontroll dirett jew indirett tagħha, inkluż Thomson Reuters Limited (Thomson Reuters). Il-Kummissjoni għandha tħassib li xi wħud mill-prattiki ta' liċenzjar ta' Thomson Reuters fir-rigward tal-Kodiċijiet ta' Strument Reuters (RICs) jistgħu jammontaw għal ksur tal-Artikolu 102 tat-TFUE (3). Fit-30 ta’ Ottubru 2009 infetħu proċedimenti kontra Thomson Reuters.

(3)

Skont il-valutazzjoni preliminari, Thomson Reuters hija dominanti fis-suq globali għal datafeeds f'ħin reali konsolidati.

(4)

Thomson Reuters setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi timponi restrizzjonijiet fuq il-klijenti tagħha fir-rigward tal-użu tar-RICs. Thomson Reuters (a) tipprojbixxi lill-klijenti tagħha milli jużaw RICs biex jirkupraw dejta minn datafeeds f'ħin reali konsolidati minn fornituri oħra u (b) twaqqaf lil partijiet terzi milli joħolqu u jżommu tabelli tal-immappjar li jinkorporaw RICs li jippermettu lis-sistemi tal-klijenti ta' Thomson Reuters li jinteraġixxu mad-datafeeds f'ħin reali konsolidati minn fornituri oħra (4).

(5)

Dawn ir-restrizzjonijiet jidhru li joħolqu ostakli sostanzjali biex wieħed jibdel il-fornitur. Il-klijenti ta' Thomson Reuters jużaw ħafna r-RICs fl-applikazzjonijiet li huma bbażati fuq server u l-persunal li jopera dawn l-applikazzjonijiet sar familjari mas-simboloġija tar-RICs. Minħabba restrizzjonijiet imdaħħla minn Thomson Reuters, fejn ir-RICs saru parti mill-applikazzjonijiet ibbażati fuq server, jekk wieħed jibdel il-fornitur, dan ikun jinvolvi t-tneħħija tar-RICs u l-kodifikar ta' dawk l-applikazzjonijiet biex jissostitwixxu r-RICs b'simboloġija alternattiva. Dan huwa proċess diffiċli u spiss biċċa xogħol bi spejjeż eċċessivi. L-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni hija li Thomson Reuters, fil-fatt, rabtet il-klijenti eżistenti tad-datafeeds f'ħin reali konsolidati li integraw ir-RICs fl-applikazzjonijiet tagħhom. Bħala riżultat, fornituri oħra ta' datafeeds f'ħin reali konsolidati ma jistgħux jikkompetu b'mod effettiv ma' Thomson Reuters fis-suq għal datafeeds f'ħin reali konsolidati.

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

(6)

Thomson Reuters ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni fejn tidħol il-kompetizzjoni. L-impenji offruti minn Thomson Reuters (“l-Impenji”) huma spjegati fil-qosor hawn taħt. Hemm verżjoni mhux kunfidenzjali tal-impenji ppubblikata bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

(7)

L-Impenji jikkonsistu f'li l-klijenti eżistenti u futuri ta' Thomson Reuters tas-servizzi RT (5) jiġu offruti liċenzja (Liċenzja RIC Estiża jew “ERL” (6)) li tagħtihom drittijiet addizzjonali għall-użu tas-simboloġija RIC. Dan jippermettilhom, bi ħlas ta’ liċenzja li trid titħallas kull xahar, li jużaw ir-RICs biex jirkupraw datafeeds f'ħin reali konsolidati li joriġinaw minn kompetituri ta' Thomson Reuters għall-iskop li jibdlu uħud mill-applikazzjonijiet ibbażati fuq is-server jew l-applikazzjonijiet kollha għal fornituri alternattivi ta' datafeeds f'ħin reali konsolidati. Barra minn hekk, Thomson Reuters se jipprovdu liċenzji ERL b'aġġornamenti regolari tar-RICs rilevanti inkluż, fejn applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa marbuta mar-RIC (post tan-negozjar rilevanti, sors, kodiċi uffiċjali, valuta u/jew deskrizzjoni).

(8)

L-Impenji jkopru (i) klijenti li parzjalment u/jew b'mod sħiħ jibdlu minn datafeeds f'ħin reali konsolidati ta' Thomson Reuters għal datafeeds f'ħin reali konsolidati alternattivi; u (ii) klijenti li se jabbonaw għal datafeeds f'ħin reali konsolidati ta' parti terza barra s-servizz ta' Thomson Reuters RT service (pereżempju, bħala soluzzjoni ta' riżerva fil-każ ta' waqfien ta' emerġenza jew biex jippermettu li jiġu ttestjati l-funzjonalitajiet u l-affidabbiltà ta’ datafeeds f'ħin reali konsolidati ġodda. Fil-każ ta' bidla parzjali, Thomson Reuters timpenja ruħha li ma tiddiskriminax kontra l-klijenti tagħha li jibdlu għal fornituri oħra ta' datafeeds f'ħin reali rigward it-termini li fuqhom jingħataw id-datafeeds f'ħin reali konsolidati ta' Thomson Reuters (7).

(9)

Il-liċenzja ta' simboloġija RIC estiża tingħata b'mod perpetwu u tkun disponibbli permezz ta' Impenn għal perjodu ta' 5 snin. Għalhekk, klijent jista' jikseb il-liċenzja tas-simboloġija RIC estiża minn Thomson Reuters fi żmien perjodu ta’ 5 snin, iżda mbagħad ikun jista’ jkompli juża din il-liċenzja mingħajr ebda limitazzjoni taż-żmien, soġġetta għal ħlas ta' miżata rilevanti u l-konformità mat-termini l-oħra tal-liċenzja.

(10)

Ir-rimedju jkun japplika għas-simboli RIC kollha direttament marbutin mal-prezz għal strument finanzjarju individwali jew valur għal indiċi li jinġarr fuq Thomson Reuters RT service, għalhekk inter alia għal (i) dejta minn skambji u Faċilitajiet tal-Kummerċ Multilaterali (MTFs); u (ii) l-aktar strumenti nnegozjati OTC li mhumiex elenkati fuq skambji jew fuq l-MTFs (8). Huma esklużi biss RICs relatati ma' strumenti nnegozjati mal-OTC li fir-rigward tagħhom Thomson Reuters iġġib id-dejta minn kontributur wieħed li huwa identifikabbli mir-RIC (“RICs b'sors uniku”) (9).

(11)

Barra minn hekk Thomson Reuters se tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tiffaċilita l-kapaċità tal-klijenti li jqabblu s-simboloġija tar-RICs ma' dik ta' provvedituri oħra. L-impenji jippermettu wkoll lill-klijenti li jirrikorru għal żviluppaturi terzi biex jiżviluppaw għodod tal-iswiċċjar biex jiffaċilitaw din il-bidla, u biex jawtorizzaw lil dawn il-partijiet terzi biex jużaw is-software li huma żviluppaw għal klijenti multipli fejn kull wieħed mill-klijenti jkun abbonat fl-ERL. Il-partijiet terzi madankollu m'hu se jkollhom ebda drittijiet għas-simboloġija RIC infisha.

(12)

Hemm tipi oħra ta' liċenzji li huma diġà mogħtija minn Thomson Reuters b’kundizzjonijiet kummerċjali u li mhumiex inklużi fl-ERL. Pereżempju, l-iżvilupp ta’ għodod għall-bidla li jeħtieġu liċenzja għad-dritt tal-iżvilupp mingħand Thomson Reuters. It-tieni nett, Thomson Reuters tagħti Liċenzja għall-Ipproċessar tat-Tranżazzjoni lil klijenti li jixtiequ jużaw ir-RICs bħala identifikaturi fi ħdan straight through processing. Dan jikkonċerna pereżempju r-ridistrubuzzjoni ta' RICs lil partijiet oħrajn minn klijenti ta' Thomson Reuters. Thomson Reuters timpenja ruħha li ma tiddiskrimina kontra l-ebda wieħed mill-klijenti tagħha li jibdlu l-fornitur(i) tad-datafeeds f'ħin reali konsolidati fuq il-kundizzjonijiet ta’ liċenzji oħrajn bħal dawn jew partijiet terzi li jiżviluppaw software jew teknoloġija li tiffaċilita l-bidla għad-detenturi tal-liċenzja ERL (10).

(13)

Ġeografikament, il-liċenzja proposta, fil-prinċipju hija limitata għal applikazzjonijiet ta' klijenti li jservu negozju bbażat fiż-ŻEE. Madankollu, applikazzjonijiet li jservu negozji x'imkien ieħor huma inklużi wkoll jekk “raġonevolment meħtieġa” li jagħtu effett lill-bidla għall-benefiċċju ta' negozji bbażati fiż-ŻEE (11). Thomson Reuters pprovdiet sett ta’ eżempji ta’ każijiet fejn din il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet sodisfatta. L-eżempji huma integrati fl-Impenji bħala l-Anness IV.

(14)

Il-tariffi ta' liċenzji ERL ta’ kull xahar li Thomson Reuters għandha l-ħsieb li titlob jirriflettu l-istruttura tal-kundizzjonijiet kummerċjali relatati mad-dejta li hija twassal attwalment għall-użu f'applikazzjonijiet ibbażati fuq is-server (12). It-tariffi huma bbażati fuq l-għadd ta' simboli RIC li l-klijent jixtieq jilliċenzja biex jirkupra dejta minn kompetitur f’ċerti attività tan-negozju. It-tariffi jkopru d-drittijiet addizzjonali tal-użu fis-simboloġija RIC u l-ispejjeż tas-servizz li jrid jiġi pprovdut minn Thomson Reuters lill-klijenti tagħha skont l-Impenji. Skont Thomson Reuters, il-livell tat-tariffa jammonta għal proporzjon żgħir tal-prezz tad-datafeeds f'ħin reali konsolidati ta’ Thomson Reuters għall-istess ambitu ta’ liċenzjar u użu tar-RICs. L-iskeda tat-tariffi fiha wkoll tariffa mensili minima ta’ USD 750. Għad-dettalji dwar l-iskeda tat-tariffi ERL jekk jogħġbok ikkonsulta l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-Impenji kif ippubblikata fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (l-Anness I).

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

(15)

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb, soġġett għall-ittestjar tas-suq, li tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikkjara l-Impenji li jinsabu fis-sommarju hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, bħala vinkolanti. Jekk ikun hemm xi tibdiliet sostanzjali fl-Impenji jitnieda test ġdid tas-suq.

(16)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-Impenji.

(17)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob b’mod parikolari lill-partijiet interessati biex jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-mistoqsijiet li ġejjin dwar il-bidla minn klijent ta’ applikazzjoni bbażata fuq is-server mis-Servizz ta' RT ta' Thomson Reuters għal fornitur alternattiv ta' datafeeds f'ħin reali konsolidati:

(a)

Il-livell tat-tariffi – inkluża t-tariffa minima – jippermetti tnaqqis fl-ispejjeż relatati mal-bidla fis-simboloġija li jkun biżżejjed biex ikun vijabbli għall-klijenti ta' Thomson Reuters biex jaqilbu għal fornitur alternattiv jekk ikunu jixtiequ? Jekk jogħġbok ipprovdielna stimi dwar dan li ġej:

(i)

it-tariffi ERL li l-kumpanija tiegħek ikollha bżonn tħallas fil-każ li taqbleb parzjalment u/jew totalment mid-datafeeds f'ħin reali konsolidati ta' Thomson Reuters;

(ii)

il-proporzjon li jirrappreżentaw it-tariffi ERL mit-tariffa inizjali tad-datafeeds f'ħin reali konsolidati (f'kull każ wara l-iskonti applikabbli) li l-kumpanija tiegħek qed tħallas bħalissa lil Thomson Reuters: 1-3 %, (ii) 4-6 %, (iii) 7-9 % jew (iv) aktar minn 10 %; u

(iii)

il-kategorija tat-tariffa li tapplika għall-kumpanija tiegħek fix-xahar għal kull attività kummerċjali (ara l-iskeda tat-tariffa fl-Anness I mal-Impenji).

(b)

Taħseb li aġġornamenti regolari tar-RICs huma parti essenzjali tal-liċenzja ERL li hija meħtieġa mill-kumpanija tiegħek biex tkun faċilitata il-bidla lejn fornituri ta' datafeeds f'ħin reali konsolidati?

(c)

Taħseb li l-limitazzjoni tal-ERL li taqleb biss dawk l-applikazzjonijiet ibbażati fuq is-server (mhux speċifikament li jkopru kwalunkwe użu mill-operaturi umani tagħhom) tkun biżżejjed biex tirrimedja t-tħassib dwar ir-RIC espress mill-Kummissjoni hawn fuq?

(d)

L-ambitu ġeografiku tal-Impenji huwa limitat għal applikazzjonijiet ibbażati fuq is-server li jaqdu n-negozju taż-ŻEE. Dawn jinkludu applikazzjonijiet ibbażati fuq is-server li jaqdu postijiet oħra jekk “raġonevolment meħtieġa”. Taħseb li dan huwa biżżejjed biex jippermetti lin-negozji bbażati fiż-ŻEE li jibbenefikaw mill-Impenji u li jibdlu l-fornitur jekk ikunu jixtiequ? Jekk le, jekk jogħġbok spjega għalfejn l-ambitu ġeografiku propost ifixkel il-kapaċità tiegħek biex tibdel il-fornitur għan-negozju tiegħek ibbażat fiż-ŻEE. Jekk jogħġbok niżżel, jekk applikabbli, aktar eżempji, barra dawk ipprovduti minn Thomson Reuters fl-Anness IV.

(e)

Skont Thomson Reuters, ir-RICs koperti mir-rimedju jammontaw għal 95 % tal-likwidità globali. Thomson Reuters tgħid li la huwa meħtieġ u lanqas fattibbli li tinkludi RICs OTC li jidentifikaw unikament kontributur individwali u l-prezz tiegħu fi ħdan l-ambitu tar-rimedju. Taqbel li dan huwa biżżejjed għal rimedju effettiv?

(f)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar partijiet terzi li possibilment għandhom il-kapaċità u/jew l-inċentiv kummerċjali biex jiżviluppaw għodod għall-bidla biex jiffaċilitaw il-bdil tal-fornitur. Jekk jogħġbok, jekk possibbli, agħti wkoll stima tal-ispejjeż għall-konsumaturi ta’ servizz bħal dan.

(g)

Taħseb li d-dispożizzjonijiet ta' non-diskriminazzjoni fl-Impenji minn Thomson Reuters fir-rigward ta' liċenzji oħrajn (ara l-paragrafi 8 u 12 hawn fuq) huma biżżejjed u adatti (i) għal klijenti li jixtiequ jibdlu għal fornitur ieħor u (ii) għal żviluppaturi terzi li jaspiraw li jiffaċilitaw il-bidla?

(18)

It-tweġibiet u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu raġunati u għandhom jistabbilixxu l-fatti relevanti. Jekk tidentifika problema b'xi kwalunkwe parti tal-Impenji proposti, jekk jogħġbok issuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

(19)

Il-limitu taż-żmien biex tissottometti osservazzjonijiet jiskadi sitt ġimgħat wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż. Il-partijiet interessati huma wkoll mitluba jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”.

(20)

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta' referenza “COMP/39.654 – RICs” jew permezz ta’ e-mail (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), jew bil-faks (+32 22950128) jew bil-posta, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Antitrust

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u, rispettivament, 102 tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma fis-sustanza identiċi. Għall-għanijiet ta' dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

(2)  Dan il-każ jikkonċerna speċifikament datafeeds konsolidati f'ħin reali u ma jikkonċernax dejta fi żmien reali mibgħuta permezz ta' prodotti tad-desktop.

(3)  Skont Thomson Reuters, ir-RICs huma kodiċijiet alfanumeriċi li huma l-mekkaniżmu ta' rkupru maħluq u provdut minn Thomson Reuters lill-klijenti tagħhom bħala parti integrali mis-servizzi ta' informazzjoni finanzjarja ta' Thomson Reuters sabiex jidentifikaw, jinnavigaw u jirkupraw sett strutturat ta' oġġetti ta' dejta relatati minn netwerk ta' distribuzzjoni u ġbir ta' tad-dejta f’ħin reali ta' Thomson Reuters (IDN Netwerk ta' Dejta Integrata).

(4)  Thomson Reuters stqarret li ma timpedixxix il-klijenti tagħha tad-Datafeeds f'ħin reali konsolidati milli jqabblu RICs mas-simboloġija ta’ provvedituri oħra, sakemm il-bażi tad-dejta riżultanti jew it-tabella tal-immappjar ma jintużawx biex jirkupraw dejta minn fornitur ieħor. Fi kliem ieħor, Thomson Reuters ma tipprojbixxix il-ħolqien ta’ tabelli ta' mmappjar bħala tali, iżda topponi l-użu dirett u indiretti tar-RICs biex jirkupraw dejta f'ħin reali minn fornituri oħra.

(5)  Thomson Reuters tikkumerċjalizza l-offerta tad-datafeed tas-suq f'ħin reali konsolidat tagħha taħt l-isem Thomson Reuters Real-time Service (“RT Service” – qabel kienet magħrufa bħala Reuters Datascope Real-Time Service, jiġifieri RDRT), għall-konsum f'applikazzjonijiet bażati fuq server.

(6)  Ara l-Anness II tal-Impenji.

(7)  Ara klawsola 6.4.2 tal-Impenji

(8)  Skont Thomson Reuters, RICs komposti jirrappreżentaw prezz aggregat wieħed mill-kontributuri kollha validati li jidentifikaw strumenti finanzjarji (RICs kontibwiti aggregati) jirrappreżentaw aktar minn 95 % tal-likwidità globali u huma inklużi fl-ambitu tal-impenn.

(9)  Skont Thomson Reuters, strument ta' OTC kkummerċjati li għalihom Thomson Reuters toriġina d-dejta minn sors wieħed jammontaw għal anqas minn 5 % tal-likwidità globali.

(10)  Ara klawżoli 6.4 u 6.5 tal-Impenji.

(11)  Taħt l-impenni ż-ŻEE tinkludi l-Isvizzera.

(12)  Jiġifieri datafeeds f'ħin reali konsolidati taħt is-servizz RT.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/25


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 364/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“BOVŠKI SIR”

Nru KE: SI-PDO-0005-0423-29.10.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Dan is-sommarju jiddeskrivi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet ta' informazzjoni.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Ministrstvo RS za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano (Ministeru tal-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel tar-Repubblika tas-Slovenja)

Indirizz:

Dunajska cesta 22

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14789000

Fax

+386 14789055

Posta elettronika:

varnahrana.mkgp@gov.si

2.   Applikant:

Isem:

Društvo rejcev drobnice Bovške (Assoċjazzjoni ta' persuni li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż f'Bovec)

Indirizz:

Soča 50

SI-5232 Soča

SLOVENIJA

Tel.

+386 53889510

Fax

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' Prodott:

Klassi 1.3:

Ġobon

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Bovški sir”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-“Bovški sir” huwa kklassifikat bħala ġobon iebes, magħmul mill-ħalib sħiħ. Huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tan-nagħġa mir-razza nattiva tan-nagħaġ ta' Bovec, iżda jista' jkollu wkoll sa 20 % ħalib tal-baqra jew tal-mogħża.

Il-ġobon sħiħ, ta’ forma tonda, għandu dijametru ta' 20-26 ċm u għoli ta' 8-12 ċm, u jiżen bejn it-2,5 u l-4,5 kg. Il-qoxra hija soda, lixxa u uniformi, ta' lewn griż fil-kannella li jkanġi fil-beige. Il-ġnub huma kemxejn konvessi u t-truf ġejjin kemxejn għat-tond.

Il-ġobon huwa kompatt, elastiku, sfiq, jinqasam malajr mingħajr ma jiġi frak. Huwa ta' lewn uniformi griż li jkanġi fil-beige, b'toqob mifruxa u mqassma b'mod ugwali u li għandhom daqs ta' għadsa jew piżella żgħira u xi toqob u xquq żgħar ’l hemm u ’l hawn. Il-ġobon iktar matur jinħass aktar kumpatt u aktar fraġli.

Għandu aroma u togħma partikolarment qawwija, intensi u kemxejn pikkanti. Jekk jiġi miżjud il-ħalib tal-baqra jew tal-mogħża, it-togħma u l-aroma jkunu ftit inqas qawwija.

Il-“Bovški sir” għandu minn tal-inqas 60 % ta' materja xotta u 45 % ta' xaħam fil-materja xotta.

4.3.   Żona ġeografika:

Il-produzzjoni tal-ħalib għall-“Bovški sir” u l-ġobon innifsu jsiru fiż-żona delimitata fit-Tramuntana u fil-Punent mill-fruntiera nazzjonali mal-Italja, minn Mali u Veliki Mangrt għall-qsim tal-fruntiera ta' Učje. Mill-fruntiera, il-perimetru taż-żona jgħaddi minn Mali u Velinki Muzec, b'hekk ikopri ż-żona sħiħa minn Planina Božca sa Na Vrhu, u jkompli sa Hrib, jaqsam minn Pirovec, Krasji Vrh, Planina Zaprikraj, Zapleč sa Lopatnik u Krn, Mali Šmohor, Bogatin, Vratca sa Lanževica, Mala Vrata, Velika Vrata, Travnik, Malo Špičje u Kanjevec, jgħaddi minn Triglav u Luknja sa Križ, Prisojnik, Mala Mojstrovka, minn Travnik għal Jalovec, Kotovo Sedlo, Mali Mangart u lura għall-fruntiera nazzjonali mal-Italja. Ir-reġjuni mal-fruntieri hawn fuq imsemmija jinsabu fi ħdan iż-żona ġeografika.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Il-proċeduri jew il-miżuri indikati hawn taħt isiru biex jiggarantixxu t-traċċabbiltà tal-“Bovški sir”.

Il-produzzjoni tal-ħalib: Il-ħalib għandu jkun prodott fiż-żona ġeografika definita. Iż-żamma ta' ktieb tal-merħla tiżgura li l-kompożizzjoni tar-razza tal-merħla hija waħda adattata. L-azjendi agrikoli jżommu wkoll reġistru bir-razzjonijiet tal-għalf u x-xiri tal-għalf.

Il-ġbir tal-ħalib: Il-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Bovški sir” għandu jinġabar u jinħażen b'mod separat minn ħalib ieħor. Il-kwantitajiet ta' ħalib (ħalib tan-nagħġa, tal-mogħża jew tal-baqra) magħmul u mixtri kuljum jiġu rreġistrati skont kull azjenda agrikola.

L-ipproċessar tal-ħalib: Il-produtturi tal-“Bovški sir” iżommu reġistru tal-kwantitajiet ta' ħalib ipproċessat kuljum, u tal-kwantitajiet ta' ġobon prodott kuljum għal kull lott. Lott ifisser il-kwantità ta' ġobon magħmul minn koagulazzjoni waħda ta' ħalib. Jekk f'ġurnata partikolari jiġi prodott lott wieħed ta' ġobon, id-data tal-produzzjoni tal-ġobon tikkostitwixxi wkoll l-identifikazzjoni tal-lott.

Il-maturazzjoni tal-ġobon: Sabiex ikun żgurat li kull lott ta' ġobon jimmatura għal mill-inqas 60 jum, il-produtturi jżommu reġistru tal-maturazzjoni tal-ġobon. Id-data tal-produzzjoni tal-ġobon hija wkoll id-data ta' meta tibda l-maturazzjoni tal-ġobon.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-“Bovški sir” huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tan-nagħġa mir-razza nattiva tan-nagħaġ ta' Bovec jew minn taħlita ta' ħalib tan-nagħġa, tal-mogħża u tal-baqra. Il-proporzjon tal-ħalib tal-mogħża jew tal-baqra ma jistax jaqbeż l-20 % tal-volum totali tal-ħalib.

Il-produzzjoni tal-“Bovški sir” hija limitata għall-perjodu tal-ħlib tal-annimali, li jikkoinċidi maċ-ċiklu tat-tkabbir tal-mergħat fejn jirgħu l-annimali. Il-parti l-kbira tar-razzjonijiet tal-għalf bażiku fil-perjodu tal-ħlib tal-annimali hija ħaxix frisk, għalkemm dan jista' jiġi mħallat ukoll mal-ħuxlief u mal-ħaxix maħżun. Ir-razzjon bażiku jrid jammonta għal tal-inqas 75 % tal-materja xotta tar-razzjon ta' kuljum.

Ħalib maturat, li miegħu jista' jiġi miżjud il-ħalib frisk qabel il-koagulazzjoni, jiġi użat fil-produzzjoni tal-“Bovški sir”. Il-maturazzjoni tal-ħalib iddum mill-inqas 12-il siegħa; din tiżviluppa l-mikroflora nattiva u tiżgura li l-ħalib ikollu livell adattat ta' aċidità. Sabiex titħaffef il-fermentazzjoni, huwa permess l-użu ta' fermenti li jitħejjew fid-djar (il-maturazzjoni ta' kwantità żgħira ta' ħalib f'temperatura pjuttost għolja għal mill-inqas 12-il siegħa) jew ta' kulturi magħżulin. Qabel il-koagulazzjoni, il-ħalib jissaħħan f'temperatura ta' 35-36 °C. Il-koagulazzjoni tieħu madwar 30 u 45 minuta. Il-koagulu mbagħad jitkisser f'ċapep bid-daqs ta' fażola jew ta' piżella li, ladarba jinxfu, jinbidlu f'daqs ta' granelli tal-qamħ. Il-baqta titferra' fil-forom u ssir aktar konsistenti; l-ippressar idum madwar 4 u 6 sigħat.

It-tmelliħ jista' jsir fin-niexef (il-ġobon jiġi mmellaħ u mqalleb darbtejn kuljum għal jumejn) jew fis-salmura (għal 24 sa 48 siegħa). Wara t-tmelliħ, kull ġobna tiġi mmarkata bid-data tal-bidu tal-maturazzjoni jew bl-identifikazzjoni tal-lott. Il-“Bovški sir” jieħu minn tal-inqas 60 jum biex jimmatura. Huwa importanti ħafna li l-ġobon jingħata attenzjoni (jinqaleb, jintmesaħ u jitnaddaf) waqt il-maturazzjoni.

4.6.   Rabta:

Il-“Bovški sir” huwa prodott li l-importanza tiegħu tmur lura bosta sekli. Sejbiet arkeoloġiċi juru wkoll li ż-żona ta’ Bovec kienet kolonizzata għal eluf ta' snin. Għaldaqstant huwa preżunt li l-manifattura tal-ġobon fil-mergħat tal-muntanji għoljin żviluppat f'din iż-żona tlitt elef sena ilu, fl-istess żmien tax-xogħol bil-ħadid.

L-ewwel dokumentazzjoni tal-Bovec tmur lura sa qabel l-1174, filwaqt li l-ewwel dokumentazzjoni ta' ġobon f'din iż-żona tmur lura għas-seklu 14. Reġistri tal-art u dokumentazzjoni oħra minn din l-epoka jindikaw li l-ġobon kellu valur għoli minħabba li taxxi marbuta mal-azjenda agrikola, kiri fuq is-sajd u l-bqija kienu kkalkulati fi kwantitajiet ta' ġobon (Rutar 1882).

L-isem “Bovški sir” (bit-Taljan, “Formaggio di Plezo vero”) issemma għall-ewwel darba fl-1756 f'lista tal-prezzijiet fil-belt ta' Videm (Udine), u dan juri wkoll li l-“Bovški sir” kien jilħaq prezzijiet ogħla minn diversi tipi oħra ta' ġobon.

Il-metodi użati fil-mergħat, fil-manifattura tal-ġobon u fil-ġestjoni tal-mergħat tal-muntanji kienu deskritti fil-“Pašni red” (regolamenti dwar il-ġestjoni tal-mergħat). Dr Henrik Tuma kiteb rendikont tal-Pašni red u l-ġurnata xogħol f'Zapotek, mergħa tal-muntanja li tinsab fuq Zadnja Trenta, qabel l-ewwel gwerra dinjija, li kien ippubblikat fil-Planinski Vestnik. Dan juri li l-mod kif jiġi prodott il-“Bovški sir” illum, meta wieħed iqis il-progress teknoloġiku, huwa pjuttost l-istess bħalma kien sekli ilu.

Il-mergħat tal-muntanji għoljin u t-telgħat weqfin ifissru li ftit hemm spazju għal biedja intensiva fiż-żona ġeografika. Iż-żona ġeografika sħiħa tinsab fi ħdan iż-żona Natura 2000 u parti sostanzjali taż-żona ġeografika tinsab ukoll fi ħdan il-Park Nazzjonali ta' Triglav. Iż-żona ġeografika hi karatterizzata minn klima Alpina u kontinentali, parzjalment influwenzata mill-klima Mediterranja, li tibqa' dieħla 'l ġewwa tul ix-xmara Soča. Il-livelli ta' preċipitazzjoni huma għoljin matul is-sena (il-medja għas-snin 1961-1990 f'Bovec kienet ta' 2 735 mm/sena). Minħabba l-qċaċet għoljin li jdawruhom, ċerti widien ma jintlaħqux mix-xemx sa xahrejn fis-sena. Minkejja x-xita abbundanti, nixfa u rwiefen b'saħħithom fuq il-ħamrija rqiqa jnaqqsu b'mod regolari l-produzzjoni tal-ħaxix, u b'hekk jagħmlu ż-żona ideali għat-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż.

Il-ħalib tan-nagħġa li jintuża fil-produzzjoni tal-“Bovški sir” ġej mir-razza nattiva tan-nagħaġ ta' Bovec, li żviluppat matul is-sekli fil-wied ta' fuq ta' Soča, u li kienet imsemmija għall-belt ta' Bovec. Ir-razza tan-nagħaġ ta' Bovec hija razza karatteristika li tipproduċi l-ħalib, u għandha rasha strutturata b'mod fin u widnejha qosra. Sal-ġurnata tal-lum, l-għan fundamentali tat-trobbija għadu l-iżvilupp tal-adattabbiltà għal kundizzjonijiet ħorox ta' ragħa u trobbija, il-kapaċità li jirgħu f'mergħat fuq għoljiet u muntanji, temperament kalm, ħajja twila u reżistenza. Il-ħalib tan-nagħaġ ta' Bovec għandu kontenut ta' xaħam fil-materja xotta li huwa ogħla minn tal-bqija tar-razez tan-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib fis-Slovenja, u li jinfluwenza l-produzzjoni tal-ġobon kif ukoll it-togħma tiegħu.

Waqt il-perjodu tal-ħlib, l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-produzzjoni tal-“Bovški sir” jitħallew jirgħu f'mergħat maż-żona kollha. L-annimali jitħallew jirgħu skont il-metodu tradizzjonali, li fl-istess waqt huwa l-unika għażla finanzjarjament possibbli. Dan ifisser li l-għalf matul il-perjodu li fih jipproduċu l-ħalib għall-“Bovški sir” huwa essenzjalment ħaxix frisk, li jagħti kontribut sostanzjali lit-togħma u l-aroma tipiċi tal-“Bovški sir”. Fl-art għall-mergħa, wieħed isib varjetà eċċezzjonali ta' flora li hija assoċjata mal-altitudni, mal-klima u mal-għamla ġeoloġika tal-ħamrija. Fiż-żona ġeografika hemm pjanti li huma tipiċi ta' żoni Alpini, kontinentali u Mediterranji.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Bureau Veritas d.o.o.

Indirizz:

Linhartova cesta 49 a

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 14757600

Fax

+386 14757601

Posta elettronika:

info@si.bureauveritas.com

4.8.   Tikkettar:

Il-ġobon li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni jiġi mmarkat bl-isem tal-produttur, bl-isem “Bovški sir” u bil-logo (li jidher hawn taħt), il-logo tal-Unjoni Ewropea korrispondenti u s-simbolu ta' kwalità nazzjonali. Jekk jintuża ħalib tal-mogħża jew tal-baqra, dan il-perċentwal irid jiġi indikat ukoll.

Il-produtturi jistgħu jindikaw ukoll jekk il-ġobon kien immaturat għal aktar minn sena jew jekk ġie prodott f'maħleb fil-muntanji.

Image


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.