ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.359.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 359

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
9 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 359/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 359/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2011/C 359/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6408 – EAH/Mitsubishi Electric/Mitsubishi/ETAM) ( 2 )

4

2011/C 359/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6136 – JCI/Automotive business of Keiper Recaro Group) ( 2 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 359/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Għeluq ta' lakuni fis-saħħa fl-UE permezz ta' azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta' ħajja san

5

2011/C 359/06

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill

9

2011/C 359/07

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill

10

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 359/08

Rata tal-kambju tal-euro

11

2011/C 359/09

Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 359/10

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

13

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2011/C 359/11

Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja: Riżultati tal-Kumitat tal-Għażla ta' EIBURS 2011

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 359/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

17

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 359/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.18760 (NN 10/10)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Taxe pour financer un comité interprofessionnel national porcin (Inaporc)

Il-bażi legali

Code rural, livre sixième, titre III (articles L. 631-1 à L. 632-13). Arrêtés interministériels relatifs à l’extension des accords interprofessionnels; accords interprofessionnels

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Appoġġ Tekniku (AGRI), Promozzjoni ta' prodotti ta' kwalità, Reklamar (AGRI), Riċerka u żvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Servizzi ssussidjati

L-estimi

Baġit globali: EUR 44,03 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

2.2.2004-9.12.2008

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Inaporc

149 rue de Bercy

75595 Paris Cedex 12

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 359/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32638 (11/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Réunion

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aides à la structuration de la filière pêche réunionnaise

Il-bażi legali

Décret no 2009-340 du 27 mars 2009 relatif à l’Agence de services et de paiement, à l'Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) et à l’Office de développement de l’économie agricole d’outre-mer (articles L 621-1 et suivants du code rural nouveau)

Projet de décision du directeur général de FranceAgriMer, approuvé par le conseil d’administration, base juridique aux décisions de financement

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Reġjuni l-aktar imbegħda u l-Gżejjer tal-Eġew

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 9,34 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 1,87 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Mme Françoise SIMON chef du secteur AGRAP au SGAE

FranceAgriMer

12 rue Henri Rol Tanguy

93555 Montreuil sous Bois

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6408 – EAH/Mitsubishi Electric/Mitsubishi/ETAM)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 359/03

Fit-30 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6408. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6136 – JCI/Automotive business of Keiper Recaro Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 359/04

Fis-16 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6136. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/5


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Għeluq ta' lakuni fis-saħħa fl-UE permezz ta' azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta' ħajja san

2011/C 359/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji ta' politika u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Azzjoni mill-Unjoni, li għandha tikkumplimenta l-linji ta' politika nazzjonali, għandha tkun immirata lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard u t-tneħħija tal-kawżi ta' perikolu għas-saħħa fiżika u mentali. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom irawmu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika.

IFAKKAR:

Fid-Dikjarazzjoni Politika ta' Rio dwar id-Determinanti Soċjali tas-Saħħa adottata fil-21 ta' Ottubru 2011 fil-Konferenza Dinjija dwar id-determinanti soċjali tas-saħħa li saret f'Rio de Janeiro;

fid-dikjarazzjoni Politika tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll ta' Mard li ma jitteħidx adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fid-19 ta' Settembru 2011 (1);

fil-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u l-linji gwida għall-implimentazzjoni tagħha;

fir-Rapport annwali tal-2011 tal-Pjattaforma tal-UE għal azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa (2);

fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2010 dwar ekwità u saħħa fil-linji ta' politika kollha; Solidarjetà fis-saħħa (3);

fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2010 dwar “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa” (4);

fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (5);

fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2009 dwar l-alkoħol u s-saħħa (6);

fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar ambjenti bla tipjip (7);

fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 dwar “Is-solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” (8);

fir-Rapport Finali tal-Kummissjoni dwar id-Determinanti Soċjali tas-Saħħa l-“Għeluq tal-lakuna f'ġenerazzjoni: l-ekwità fis-saħħa permezz ta' azzjoni dwar id-determinanti soċjali tas-saħħa”, CSDH (2008);

fir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija għas-Saħħa (WHA62.14) dwar it-tnaqqis tal-inekwitajiet permezz ta' azzjoni dwar il-fatturi determinanti soċjali tas-saħħa, fir-Riżoluzzjoni (WHA 61.18) dwar il-monitoraġġ tal-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDG) relatati mas-saħħa, li t-tnejn ġew adottati, fost l-oħrajn, mill-Istati Membri tal-UE;

fir-Riżoluzzjoni EUR/RC61/R1 “Il-politika Ewropea l-ġdida għas-saħħa – Saħħa 2020: Viżjoni, valuri, direzzjonijiet prinċipali u approċċi” adottata fil-laqgħa tal-Kumitat Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa fl-14 ta' Settembru 2011;

fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport (9);

fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar l-attwazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar kwistjonijiet relatati man-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obesità (10);

fil-White Paper tal-Kummissjoni “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ strateġiku għall-UE 2008-2013” (11);

fil-Green Paper “Lejn Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: għażliet politiċi fuq livell tal-UE” (12);

fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2006 dwar is-Saħħa fil-linji ta' politika kollha (13).

JIRRIKONOXXI LI:

1.

Id-daqs tal-lakuni fis-saħħa fl-UE huwa inkonsistenti mal-valuri fundamentali tal-UE bħas-solidarjetà, l-ekwità u l-universalità.

2.

Il-lakuni fis-saħħa huma mifhuma bħala d-differenzi fil-popolazzjoni fir-rigward tal-mortalità prematura, il-morbożità u d-diżabbiltà bejn l-Istati Membri u fl-Istati Membri, kif ukoll bejn ir-reġjuni tal-UE. Dawn ikunu ġejjin parzjalment mill-imġiba predominanti ta' stili ta' ħajja dannużi għas-saħħa (jiġifieri, użu ta' tabakk, dannu relatat mal-alkoħol, dieta dannuża għas-saħħa u nuqqas ta' attività fiżika) li ħafna drabi huma marbuta ma' determinanti soċjali (14)  (15).

3.

Wara l-ewwel deċennju tal-millenju l-ġdid għad fadal lakuni fis-saħħa fl-UE, li xi wħud minnhom jistgħu jiġu rrinforzati minn ċirkostanzi ekonomiċi avversi kif ukoll l-isfida demografika ta' popolazzjoni tal-UE li dejjem qed tixjieħ.

4.

In-nuqqas ta' saħħa tajba għandha wkoll impatt uman, kif ukoll kost soċjali, ekonomiku u finanzjarju.

5.

Ir-rinfurzar tal-linji ta' politika dwar is-saħħa, u b'mod partikolari l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, għandhom jiffavorixxu s-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa u l-iżvilupp ta' mġiba favur is-saħħa fil-popolazzjoni (biex jitnaqqas l-“illitteriżmu dwar is-saħħa” u ċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jagħmlu għażliet sani).

6.

Għandu jintuża approċċ “Saħħa fil-linji ta' politika kollha” b'fokus fuq l-ekwità f'oqsma ta' politika speċifiċi u attivitajiet ikkoordinati li għandhom l-akbar impatt fuq is-saħħa u li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-lakuni persistenti fis-saħħa. Dan jista' jinkludi l-linji ta' politika dwar is-saħħa, l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-ambjent, l-agrikoltura, l-ekonomija, l-impjiegi u dawk soċjali.

7.

Evalwazzjoni u valutazzjoni mtejba jistgħu jgħinu biex jiġi ddeterminat jekk l-istrateġiji u l-linji ta' politika humiex effettivi biex jiġu indirizzati l-inekwitajiet fis-saħħa u l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-popolazzjonijiet. Għaldaqstant huma jistgħu jsostnu lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi tas-saħħa pubblika u infrastruttura adatta.

JESPRIMI L-IMPENN TIEGĦU BIEX:

8.

Jippromwovi strateġiji biex jiġu indirizzati d-determinanti tas-saħħa bl-użu ta' intervent li jkopri l-popolazzjoni kollha kkumplimentat b'azzjonijiet li jiffukaw fuq gruppi vulnerabbli sabiex jitnaqqsu l-lakuni fis-saħħa, speċjalment dawk li ġejjin minn imġiba ta' stili ta' ħajja dannużi għas-saħħa li jistgħu jkunu evitati.

9.

Iħaffef il-progress fil-ġlieda kontra mġiba ta' stili ta' ħajja dannużi għas-saħħa, bħall-użu tat-tabakk, dannu relatat mal-alkoħol, dieta dannuża għas-saħħa u nuqqas ta' attività fiżika, li jwasslu għal inċidenza akbar ta' mard kroniku li ma jitteħidx, bħall-kanċer, il-mard respiratorju, il-mard kardjovaskulari, id-dijabete u l-mard mentali, li huma rikonoxxuti bħala kawżi importanti ta' mortalità prematura, morbożità u disabbiltà fl-Unjoni Ewropea.

JILQA':

10.

L-inizjattivi li ttieħdu fil-livell tal-UE li jikkontribwixxu biex jingħalqu l-lakuni fis-saħħa permezz tal-indirizzar tal-imġiba għal stili ta' ħajja, il-Programm tas-Saħħa tal-UE, l-Azzjoni Konġunta (Azzjoni ta' Ekwità) dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa (16) u l-ħidma tal-grupp ta' esperti tal-UE dwar id-Determinanti Soċjali u l-Inugwaljanzi fis-Saħħa.

11.

L-istrateġija tal-UE biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tnaqqis tad-dannu relatat mal-alkoħol bħala pass importanti lejn approċċ komprensiv biex jiġi affrontat id-dannu relatat mal-alkoħol fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, waqt li jiġi enfasizzat li l-inekwitajiet fis-saħħa bejn gruppi tal-popolazzjoni fl-Istati Membri u l-lakuni fis-saħħa bejn l-Istati Membri ħafna drabi huma marbutin, fost fatturi oħrajn, ma' konsum dannuż tal-alkoħol (17).

12.

L-isforzi kontinwi fil-livelli nazzjonali u tal-UE biex jiġi affrontat il-konsum tat-tabakk permezz tal-leġislazzjoni dwar prodotti tat-tabakk (18) u r-reklamar tat-tabakk (19), il-koordinazzjoni mal-Istati Membri, kampanji ta' sensibilizzazzjoni u kooperazzjoni internazzjonali biex b'hekk jiġi indirizzat wieħed mill-fatturi ta' riskju maġġuri għall-mortalità prematura, il-morbożità u d-diżabbiltà.

13.

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet tas-saħħa relatati man-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obeżità u b'mod partikolari l-fokus irrinfurzat fuq gruppi vulnerabbli fil-prijoritajiet tal-membri tal-“Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa” u wkoll il-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika li fost kwistjonijiet oħrajn jinkludi ħidma dwar il-riformulazzjoni tal-prodotti.

14.

Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu (20), li għandha l-għan li żżid in-numru ta' snin ta' għejxien f'saħħithom taċ-ċittadini tal-UE.

15.

L-eżitu tal-avvenimenti li ġejjin:

Il-konferenza fil-livell ta' esperti dwar l-Attivitajiet tal-Istati Membri dwar Kwistjonijiet ta' Nutrizzjoni, Attività Fiżika u Kwistjonijiet ta' Saħħa relatati mat-Tipjip li saret f'Budapest (l-Ungerija) fit-30-31 ta' Mejju 2011;

Il-laqgħa tal-esperti dwar l-alkoħol 'il-Politika dwar l-Alkoħol fil-Polonja u madwar l-Ewropa: Żvantaġġi Mediċi u Ekonomiċi tal-Użu tal-Alkoħol' li saret f'Poznan (il-Polonja) fil-11 u t-12 ta' Ottubru 2011;

Il-konferenza ministerjali “Solidarjetà fis-saħħa: Għeluq tal-lakuni fis-saħħa fl-UE” li saret f'Poznan (il-Polonja) fis-7-8 ta' Novembru 2011.

JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

16.

Ikomplu, jintensifikaw u/jew jiżviluppaw linji ta' politika u azzjonijiet li jippromwovu mġiba għal stili ta' ħajja sani u jindirizzaw id-determinanti soċjali sabiex jikkontribwixxu għall-għeluq tal-lakuni fis-saħħa.

17.

Jagħmlu allokazzjoni ottimali tar-riżorsi disponibbli speċjalment fir-rigward tal-promozzjoni tas-saħħa u l-attivitajiet ta' prevenzjoni.

18.

Jappoġġaw u jikkondividu l-aħjar prattiki eżistenti dwar linji ta' politika u azzjonijiet iddedikati lejn it-tnaqqis tal-lakuni fis-saħħa fl-UE.

19.

Isegwu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti bla tipjip.

JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:

20.

Jappoġġaw aktar l-Azzjoni Konġunta (21) sabiex jindirizzaw aħjar il-kwistjonijiet ta' saħħa u ta' ekwità fis-saħħa fil-linji ta' politika u l-istrateġiji.

21.

Iżommu u jsaħħu, kif opportun, dawk l-azzjonijiet u l-linji ta' politika li juru li huma effettivi fit-tnaqqis tal-lakuni fis-saħħa, kif ukoll joħolqu oħrajn ġodda kif u meta meħtieġ inkluż: il-valutazzjoni ta' indikaturi tas-saħħa u tal-imġiba biex jimmonitorjaw il-progress mill-interventi ffokati fuq l-imġiba għal stili ta' ħajja u d-determinati tas-saħħa msemmijin aktar 'il fuq; miżuri għall-prevenzjoni tal-mard u għall-promozzjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta' għażliet sani.

22.

Jippromwovu l-implimentazzjoni effettiva tal-approċċ “Saħħa fil-linji ta' politika kollha” f'fokus fuq l-ekwità, biex jinkoraġġixxu u jikkoordinaw is-setturi rilevanti kollha fit-twettiq tas-sehem tagħhom għat-tnaqqis tal-lakuni fis-saħħa fl-UE.

23.

Isaħħu l-kooperazzjoni u jagħmlu użu aħjar ta' netwerks eżistenti u ta' istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika u oħrajn relatati eżistenti, li jinvestigaw, jimmonitorjaw u jirriċerkaw l-impatt tad-determinati tas-saħħa, biex b'hekk jappoġġaw il-miżuri t'hawn fuq.

24.

Jiżviluppaw approċċi biex jivverifikaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa sabiex jindirizzaw aħjar il-kwistjonijiet ta' saħħa u ta' ekwità fis-saħħa fil-linji ta' politika u l-istrateġiji.

25.

Jirrinforzaw u jkomplu l-azzjoni biex jappoġġaw imġiba għal stili ta' ħajja sani inklużi:

Il-promozzjoni ta' kontroll effettiv tat-tabakk fil-livell nazzjonali, tal-UE u dak internazzjonali f'konformità ma' leġislazzjoni rilevanti tal-UE u l-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u l-linji gwida tagħha, u jikkunsidraw it-tisħiħ tagħha.

L-appoġġ tarr-riformulazzjoni kwantitattiva u/jew kwalitattiva tal-ikel biex jitnaqqas il-kontenut totali tax-xaħam, tax-xaħmijiet saturati, tax-xaħmijiet trans, tal-melħ, taz-zokkor u/jew tal-valur enerġetiku.

Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tas-sett ta' rakkomandazzjonijiet tal-WHO dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel u ta' xorb mhux alkoħoliku lit-tfal u l-adulti fir-rigward ta' ikel li għandu kontenut għoli ta' xaħmijiet saturati, aċidi grassi trans, zokkor liberu jew melħ. F'dan ir-rigward jinkoraġġixxu wkoll aktar ftehimiet volontarji u effettivi mal-industrija tal-ikel fil-qafas tal-“Pjattaforma tal-UE għal azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa” msemmija aktar 'il fuq.

L-implimentazzjoni ta' linji ta' politika u programmi effettivi dwar l-alkoħol biex jiġi indirizzat id-dannu relatat mal-alkoħol, inklużi l-espożizzjoni għal reklamar dwar l-alkoħol, l-informazzjoni, l-edukazzjoni bikrija u interventi biex jiġi skoraġġut il-konsum dannuż tal-alkoħol.

L-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta' politika ambjentali urbana u soċjali li twassal għall-attività fiżika għal kulħadd, filwaqt li jiġi vvalutat u jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta' gruppi differenti fil-popolazzjoni.

26.

Jesploraw modi biex jottimizzaw l-użu tal-programmi finanzjarji tal-UE b'fokus fuq l-ekwità, inkluż, fost oħrajn, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fondi Strutturali, li jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-lakuni fis-saħħa u l-inekwitajiet fl-UE fil-livelli adatti kollha, mingħajr preġudizzju għall-qafas finanzjarju futur.

JAPPELLA LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:

27.

Tirrinforza l-azzjonijiet għall-promozzjoni tas-saħħa u t-tnaqqis tal-lakuni fis-saħħa u tiffoka l-attenzjoni fuq il-lakuni fis-saħħa bejn l-Istati Membri u fl-Istati Membri kif ukoll bejn reġjuni u gruppi soċjali differenti tal-UE u tinkludi dan l-aspett fir-rapport li wasal għall-pubblikazzjoni fl-2012 kif imniżżel fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Is-solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE”.

28.

Tikkunsidra l-ħtieġa għall-aħjar użu tad-data eżistenti u ta' data u informazzjoni komparattiva addizzjonali dwar imġiba għal stili ta' ħajja dannużi għas-saħħa, id-determinanti soċjali tas-saħħa u l-mard kroniku li ma jitteħidx. Dan għandu jinkiseb minn sistemi sostenibbli ta' monitoraġġ tas-saħħa li diġa' jinsabu fis-seħħ jew li jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE.

29.

Tagħti prijorità lill-appoġġ għall-valutazzjoni tal-kosteffettività tal-attivitajiet u l-linji ta' politika għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard u għad-disseminazzjoni tar-riżultati, u għall-għoti ta' informazzjoni aħjar u bbażata fuq l-evidenza għall-implimentazzjoni tal-linji ta' politika u l-attivitajiet fl-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-inekwitajiet fis-saħħa.

30.

Tipprovdi aktar appoġġ għall-mekkaniżmi eżistenti għall-koordinazzjoni tal-politika u l-iskambju ta' prattika tajba dwar inekwitajiet fis-saħħa bejn l-Istati Membri, bħall-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar is-Saħħa Pubblika fil-Livell Għoli, il-grupp ta' esperti tal-UE dwar id-Determinanti Soċjali tas-Saħħa u l-Inugwaljanzi fis-Saħħa u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, kif imniżżel fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Is-solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” biex tiżgura użu u sinerġija ottimali.


(1)  Nazzjonijiet Uniti A/RES/66/2 (A/66/L.1).

(2)  28 ta' Lulju 2011. http://ec.europa.eu/health/nutrition_physical_activity/docs/eu_platform_2011frep_en.pdf

(3)  9947/10.

(4)  ĠU C 74, 8.3.2011, p. 4.

(5)  7110/10 (COM(2010) 2020).

(6)  ĠU C 302, 12.12.2009, p. 15.

(7)  ĠU C 296, 5.12.2009, p. 4.

(8)  14848/09 (COM(2009) 567 finali).

(9)  11811/07 (COM(2007) 391 finali).

(10)  15612/07.

(11)  14689/07 (COM(2007) 630 finali).

(12)  5899/07 (COM(2007) 27 finali).

(13)  15487/06 (Presse 330).

(14)  CSDH (2008). Għeluq tal-lakuna f'ġenerazzjoni: l-ekwità fis-saħħa permezz ta' azzjoni dwar id-determinanti soċjali tas-saħħa. Rapport Finali tal-Kummissjoni dwar id-Determinanti Soċjali tas-Saħħa. Ġinevra, Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

(15)  Id-'determinati soċjali' huma mifhuma kif definiti mid-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Rio de Janeiro, tal-WHO, tal-21 ta' Ottubru 2011.

(16)  Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).

(17)  pereżempju l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2006, “Strateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara rrelatata mal-alkoħol” (COM(2006) 625 finali).

(18)  Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26).

(19)  Id-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklmar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk (ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16).

(20)  Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Dokument ta' gwida għall-grupp ta' tmexxija tal-proġett pilota ta' sħubija Ewropea għall-innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u b'saħħtu, 13.5.2011; SEC(2011) 589 finali.

(21)  L-Azzjoni Konġunta “Azzjoni ta' Ekwità”: Ftehim ta' għotja għall-azzjoni; numru tal-ftehim 2010 22 03. L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi 2010.


9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/9


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill

2011/C 359/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 ġie definittivament adottat fil-15 ta' Diċembru 2010 (3),

(2)

Fit-18 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011,

(3)

Minħabba li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-2011 jeħtieġ li jiġi implimentat fis-sena finanzjarja 2011 għal raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja sana, huwa ġġustifikat li jitnaqqsu l-perijodu ta' tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem għat-tqegħid tal-punt fl-aġenda proviżorja tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fit-30 ta' Novembru 2011.

It-test sħiħ jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 311, 26.11.2011, p. 9.

(3)  ĠU L 68, 15.3.2011.


9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/10


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill

2011/C 359/07

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kien adottat definittivament fil-15 ta' Diċembru 2010 (3),

(2)

Fil-21 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011,

(3)

Minħabba l-fatt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-2011 jeħtieġ li jiġi implimentat fis-sena finanzjarja 2011 għal raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta' tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem biex il-punt jitqiegħed fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fit-30 ta' Novembru 2011.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.

(3)  ĠU L 68, 15.3.2011.


Il-Kummissjoni Ewropea

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Diċembru 2011

2011/C 359/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3410

JPY

Yen Ġappuniż

103,72

DKK

Krona Daniża

7,4344

GBP

Lira Sterlina

0,85280

SEK

Krona Żvediża

9,0140

CHF

Frank Żvizzeru

1,2373

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6840

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,230

HUF

Forint Ungeriż

301,02

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6975

PLN

Zloty Pollakk

4,4763

RON

Leu Rumen

4,3375

TRY

Lira Turka

2,4566

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3011

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3523

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4260

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7147

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7260

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 518,60

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8374

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5313

HRK

Kuna Kroata

7,4980

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 064,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,2000

PHP

Peso Filippin

58,083

RUB

Rouble Russu

42,0400

THB

Baht Tajlandiż

41,236

BRL

Real Brażiljan

2,3994

MXN

Peso Messikan

18,1169

INR

Rupi Indjan

69,3630


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/12


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2011/C 359/09

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 63

In-Noti ta’ Spjega għas-sottointestatura 1209 91 90 huma emendati kif ġej:

1209 91 90   Oħra

Din is-sottointestatura tinkludi ż-żerriegħa tal-qargħa ħamra meta użata għaż-żrigħ.

Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għas-sottointestatura NM 1207 99 97 u għas-sottointestatura 1212 99 70.”

Paġna 65

Fin-Noti ta' Sjegazzjoni għas-sottointestatura 1212 99 70, l-aħħar sentenza hija emendata kif ġej:

“Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (intestaturi 1207 jew 1209) m’hijiex inkluża f’din is-sottointestatura, bl-eċċezzjoni taż-żerriegħa tal-qargħa mqaxxra, li għandha tiġi kklassifikata taħt l-intestatura 1212 skont id-dispożizzjonijiet stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ C-229/06.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/13


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 359/10

Għajnuna Nru: SA.33801 (11/XA)

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Cataluña

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para proyectos de inversión en instalaciones y proyectos de inversión incluidas en el programa del fomento de las energías renovables.

Bażi legali: Resolución por la cual se aprueban las bases reguladoras en régimen de concurrencia competitiva y en régimen reglado, mediante concurrencia pública no competitiva, para la concesión de las subvenciones en el marco del programa de energías renovables y se hace pública la convocatoria para el año 2011.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,72 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 40 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 1 ta’ Diċembru 2011-15 ta’ Novembru 2012

Għan tal-għajnuna: Investiment f'azjendi agrikoli (Art. 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Institut Català d’Energia

Calle Pamplona, 113, tercera planta

08018 Barcelona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.gencat.cat/icaen/ajuts/convocatoria_ER.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33802 (11/XA)

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Cataluña

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para proyectos de inversión en materia de ahorro y eficiencia energética y auditorias en explotaciones agrarias, en el marco del Plan de Acción de la Estrategia de Ahorro y Eficiencia Energética

Bażi legali: Resolución por la cual se aprueban las bases reguladoras en régimen de concurrencia competitiva y en régimen reglado, mediante concurrencia pública no competitiva, per a la concesión de las subvenciones del ahorro y la eficiencia energética en el marco del Plan de acción de la estrategia del ahorro y eficiencia energética, y se hace pública la convocatoria para el año 2011.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 1 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 75 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 1 ta’ Diċembru 2011-30 ta’ Jannar 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006), Investiment f'azjendi agrikoli (Art. 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Institut Català d’Energia

Calle Pamplona, 113, tercera planta

08018 Barcelona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.gencat.cat/icaen/ajuts/convocatoria_2011_EEE.pdf

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/15


Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja: Riżultati tal-Kumitat tal-Għażla ta' EIBURS 2011

2011/C 359/11

Data tal-ħruġ: 9 ta’ Diċembru 2011

Il-Programm ta’ Sponsorship ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI (EIB-University Research Sponsorship Programme — EIBURS) huwa parti mill-Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI, li permezz tagħha l-BEI jimmira li jrawwem ir-relazzjonijiet istituzzjonali tiegħu ma’ universitajiet. EIBURS jipprovdi għotjiet lil ċentri ta’ riċerka universitarja li jaħdmu fuq suġġetti u temi ta’ riċerka ta’ interess ewlieni għall-Bank. Il-boroż ta' studju tal-BEI, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji interessati jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali, b’ħila esperta rikonoxxuta f’oqsma ta’ interess dirett għall-Bank. L-għan tal-borża ta’ studju huwa li jippermetti liċ-ċentri magħżula li jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma.

Għall-perjodu 2011-2014, il-programm EIBURS għażel tliet linji ta’ riċerka:

Skemi Ewropej ta' Proprjetà Intellettwali (PI) u l-impatt tagħhom fuq it-trasferiment tat-teknoloġija/Finanzjament ta' PI

Analiżi tal-ħtiġijiet tal-investiment fis-setturi tal-infrastruttura

Iż-żieda tar-riskju tal-kreditu fil-mikrokreditu: oriġini, sinjali ta' twissija, stat attwali u prospetti futuri

Il-BEI rċieva 22 proposta formali għat-3 sponsorships tal-EIBURS proposti għall-perjodu 2011-2014. It-tabella li ġejja tindika d-distribuzzjoni tal-applikanti skont il-pajjiż u t-tema:

EIBURS 2011

Skemi Ewropej ta' PI u l-impatt tagħhom fuq it-trasferiment tat-teknoloġija/Finanzjament ta' PI

Analiżi tal-ħtiġijiet tal-investiment fis-setturi tal-infrastruttura

Iż-żieda tar-riskju tal-kreditu fil-mikrokreditu: oriġini, sinjali ta' twissija, stat attwali u prospetti futuri

TOTAL

BE

 

1

 

1

DE

1

 

 

1

ES

 

2

1

3

FR

 

 

3

3

GR

 

3

 

3

IT

2

 

2

4

NL

 

 

2

2

PT

1

1

 

2

RO

 

 

1

1

UK

 

 

2

2

Total

4

7

11

22

Il-Kumitat tal-Universitajiet tal-BEI ddeċieda, fit-13 ta’ Ottubru 2011, li jagħti EIBURS fuq il-linja ta’ riċerka:

Analiżi tal-ħtiġijiet tal-investiment fis-setturi tal-infrastruttura lil Katholieke Universiteit Leuven (il-Belġju)

Iż-żieda tar-riskju tal-kreditu fil-mikrokreditu: oriġini, sinjali ta' twissija, stat attwali u prospetti futuri lil Université Paris 1 Sorbonne-Panthéon (Franza)

Ma setgħet tittieħed ebda deċiżjoni dwar il-linja ta’ riċerka “Skemi Ewropej ta' PI u l-impatt tagħhom fuq it-trasferiment tat-teknoloġija/Finanzjament ta' PI”. Ġew magħżula żewġ proposti u deċiżjoni finali dwar min se jirċievi din il-borża ta’ studju hija mistennija li tittieħed dalwaqt. Ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla jitħabbar fuq il-paġna tal-web tal-BEI-Universitajiet.

Il-programm ta’ attivitajiet previst mit-3 EIBURS ser jiġi ppubblikat fuq il-paġna ewlenija tal-Azzjoni ta' Riċerka Universitarja tal-BEI malli jkun ġie ffirmat il-kuntratt mal-Universitajiet.

L-applikanti kollha ġew infurmati direttament dwar dawn ir-riżultati.

Huwa mistenni li l-fażi li jmiss ta’ EIBURS tiġi mnedija fix-xhur li ġejjin. It-temi li għandhom jiġu proposti ser jiġu mħabbra mat-tnedija.

Għal informazzjoni aktar estensiva dwar EIBURS u dwar il-programmi u l-mekkaniżmi l-oħrajn tal-Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI, STAREBEI (STAges de REcherche BEI) u Netwerks Universitarji tal-BEI, jekk jogħġbok żur il-paġna ewlenija tal-Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/17


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 359/12

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Image ” (YANCHENG LONG XIA)

Nru KE: CN-PGI-0005-0625-16.07.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

Image” (Yancheng Long Xia)

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Iċ-Ċina

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Kategorija 1.7:

Ħut, molluski u krostaċji friski, u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Il-“Yancheng Long Xia” (isem xjentifku “Procambarus Clarkii”), huwa gamblu tal-ilma ħelu klassifikat taħt “astacura” tal-krostaċji. Huwa tip ta’ frotta tal-baħar naturali u selvaġġa li tgħix fiż-żoni fejn jiltaqa’ l-ilma ħelu mal-ilma baħar, speċjalment fiż-żona tax-Xmara Doulong li tinsab fid-distrett ta’ Dafeng fil-Belt ta’ Yancheng fiċ-Ċina. Il-“Yancheng Long Xia” jista’ jinbiegħ biss iffriżat f'pakketi ssiġġillati bil-vakwu wara li jkun issajjar. Meta jissajru l-gambli tal-ilma ħelu ħajjin maqbudin friski mis-selvaġġ, dawn jitqiegħdu f'kontenituri tal-plastik, imbagħad jinksew b’zalza speċjali li tikkonsisti l-aktar f’melħ u bużbież, u wara jiġu ssiġġilati bil-vakwu f’boroż tal-plastik li jiġu ppakkjati f’kaxxi. Il-piż nett ta’ kull kaxxa huwa ta’ 1 000 g (il-kwantità tas-soppa tkun skont il-ħtiġiet tal-klijenti); id-daqsijiet regolari jinkludu 8-15-il biċċa/kg, 16-23 biċċa/kg, 23/28 biċċa/kg. Il-prodott għandu jinħażen u jiġi trasportat f’temperatura ta’ – 18 °C jew anqas.

Il-karatterisitiċi nutrittivi ewlenin tal-“Yancheng Long Xia” huma: kontenut ta’ proteina ta' ≥ 18 %, kontenut ta’ xaħam ta' ≤ 3 %, Vitamina A ≥ 2 %. Ir-rata tal-kontenut li jittiekel hija ta’ ≥ 23 %. Il-“Yancheng Long Xia” jista’ jittiekel direttament wara li jinħall mill-friża b’mod naturali jew jinħall mill-friża billi jiddaħħal fil-forn bil-microwave.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-gambli tal-ilma ħelu, li huma l-materja prima tal-“Yancheng Long Xia”, iridu jkunu ġejjin miż-żona tax-Xmara Doulong fil-Belt ta’ Yancheng fiċ-Ċina. Din hija żona ta’ ilma fejn jiltaqa’ l-ilma ħelu ma’ dak tal-baħar, u tinsab bejn żewġ riżervi naturali nazzjonali. Ir-“Red-Crowned Crane” u l-“Milu Deer”.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-qbid u l-ipproċessar tal-gambli tal-ilma ħelu għadhom isiru fiż-żona ġeografika indikata. L-ipproċessar jinkludi l-issortjar, il-ħasil, it-tlaħliħ, it-tisjir, it-tberrid, l-għażla, il-gradazzjoni, it-taħlit tal-ħwawar u l-iffriżar tal-gambli tal-ilma ħelu.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Meta jaslu l-gambli tal-ilma ħelu nejjin friski, f'ħin u f’temperatura maqbula, għandu jitwettaq proċess ta’ użin, ippakkjar bil-vakwu u ffriżar mgħaġġel. Meta t-temperatura interna tal-prodotti tilħaq dik ta’ – 15 °C jew anqas, il-gambli jiġu ppakkjati ġo kartuna kbira skont ċertu piż u mbagħad jiġu trasferiti f'maħżen kiesaħ b’temperatura anqas minn – 18 °C. Matul l-ipproċessar u l-ippakkjar, il-ħin u t-temperatura jiġu kontrollati b’mod xjentifiku, filwaqt li l-iġjene tal-persunal u l-materjal tal-ippakkjar jirrestrinġu li jitnisslu l-mikrobi u jiżguraw is-sikurezza tal-prodott.

L-ippakkjar intern tal-“Yancheng Long Xia” jinkludi kontenituri tal-plastik elastiċi li huma tajbin għall-ikel u boroż rotob elastiċi bil-vakwu li huma tajbin għall-ikel. Il-materjal kollu tal-ippakkjar huwa prodott minn fabbriki kwalifikati għall-ippakkjar. L-ippakkjar intern ta’ kull kunsinna li tintuża għall-“Yancheng Long Xia” irid jgħaddi minn eżami mid-Dipartiment tal-Kontroll tal-Kwalità tal-impjant, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel u jiġi validat minn rapporti jew ċertifikati ta’ kwalifika. L-ebda borża jew kontenitur li ma jikkwalifikawx ma jistgħu jidħlu fl-impjant tal-ipproċessar tal-“Yancheng Long Xia”.

L-ippakkjar ta’ barra (il-kartuna l-kbira) tal-“Yancheng Long Xia” huwa magħmul minn materjal tal-karti. Il-kartuna l-kbira tiġi prodotta minn fabbriki kwalifikati għall-ippakkjar. Il-kartun il-kbir ta’ kull kunsinna li jintuża għall-“Yancheng Long Xia” għandu jgħaddi minn eżaminazzjoni mid-Dipartiment tal-Kontroll tal-Kwalità tal-Impjant tal-Gambli tal-ilma ħelu, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel u jiġi validat minn rapporti jew ċertifikati ta’ kwalifika. L-ebda kartuna kbira li ma tikkwalifikax ma tista’ tidħol fl-impjant tal-ipproċessar tal-“Yancheng Long Xia”.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

It-tikketta tinkludi l-isem tal-prodott (Yancheng Long Xia), is-simboli tal-IĠ u l-isem tal-fabbrika.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tinkludi kemm iż-żona tal-qbid kif ukoll tal-ipproċessar. Il-“Yancheng Long Xia” jinqabad miż-żona fejn jiltaqa’ l-ilma ħelu ma’ dak tal-baħar, fiż-żona tax-Xmara Doulong. Iż-żona tax-Xmara Yancheng Doulong tinsab fejn ix-Xmara Doulong tgħaddi minn Yancheng u d-diversi lokalitajiet tagħha. Iż-żona totali tammonta għal 11 200 kilometru kwadru. Dafeng, l-ewwel belt b’bilanċ ekoloġiku fiċ-Ċina tinsab f’din iż-żona tal-ilma, maġenb il-Baħar l-Isfar, u hija bejn iż-żewġ żoni tar-riżervi naturali nazzjonali tar-“Red-Crowned Crane” u “Milu Deer”. Hija żona ta’ art mistagħdra ma’ xatt il-baħar fejn l-ilma ħelu jiltaqa’ mal-ilma baħar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona tax-Xmara Doulong tinsab fil-Belt ta’ Yancheng fil-Provinċja ta' Jiangsu, li hija maġenb l-Oċean Paċifiku b’kosta ta’ aktar minn 110 kilometru. Fuq din l-art, ix-Xmara Huaihe fit-Tramuntana u x-Xmara Yangtze fin-Nofsinhar rispettivament jiltaqgħu mal-baħar, ilaqqgħu l-marea tal-Baħar l-Isfar jum wara jum u s-sena wara sena. Matul eluf ta’ snin din żviluppat f’art mistagħdra f’bajja wiesgħa. Din iż-żona hija famuża għall-ħamrija fertili tagħha u l-abbundanza tagħha ta’ diversi forom ta’ annimali u pjanti akkwatiċi. Din iż-żona hija tilqa’ fiha annimali u għasafar rari, bħaċ-Ċerva Milu (Milu Deer) u l-għarnuq rasu ħamra.

Il-bajja wiesgħa u ċatta u t-twaħħid tax-xmajjar u l-artijiet mistagħdra fiż-żona, joħolqu lok għall-gambli tal-ilma ħelu biex dawn ikattru u jikbru. It-temp moderat, l-ilma nadif b’ossiġenu maħlul ta’ > 4 mg u l-materja organika abbundanti jifformaw l-ambjent naturali, u flimkien jagħmlu ż-żona tax-Xmara Doulong ġenna tal-art għall-gambli tal-ilma ħelu.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-“Yancheng Long Xia” huwa annimal amfibju akkwatiku li għandu karatteristiċi li huma differenti minn dawk ta' speċi oħrajn. Il-laħam tad-denb huwa rikk fil-proteina u għandu kontenut baxx ta’ xaħam, filwat li x-xaħam tal-gamblu tal-ilma ħelu (xaħam isfar) għandu togħma simili għal dik tax-xaħam delizzjuż tal-ġranċ. Minħabba l-karattru amfibju tiegħu, il-karatteristiċi nutrittivi huma eċċellenti (kontenut ta’ proteina ta' ≥ 18 %, kontenut ta’ xaħam ≤ 3 %, Vitamina A ≥ 2 %), u għandu l-vantaġġi kemm tal-annimali tal-art kif ukoll dawk tal-baħar. Il-partijiet li jittieklu tal-“Yancheng Long Xia” jinkludu l-laħam tad-denb, il-laħam tal-imqass u x-xaħam isfar fir-ras.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Iż-żona tax-Xmara Doulong tinsab maġenb l-artijiet mistagħdra kostali u fil-post fejn l-ilma ħelu jiltaqa' mal-ilma baħar. Il-perjodu mingħajr ġlata f’din iż-żona jdum 240 jum. Hawnhekk, il-kwalità tal-ilma hija nadifa u friska, l-ossiġenu maħlul huwa ta’ > 4 mg, il-pH jibqa’ bejn 7,8 u 9, filwaqt li l-livell tal-ilma jibqa’ stabbli matul is-sena. Iż-żona għandha abbundanza ta’ diversi forom ta’ annimali u pjanti akkwatiċi li joffru materja organika rikka għat-tkabbir tal-gambli tal-ilma ħelu.

Il-fatturi kollha li ssemmew hawn fuq jagħmlu l-“Yancheng Long Xia” differenti minn gambli tal-ilma ħelu f’reġjuni oħrajn. Il-“Yancheng Long Xia” huwa proporzjonat tajjeb, għandu qoxra rqiqa u rata ta’ meterjal li jittiekel ta’ ≥ 23 %. Komparattivament, il-laħam huwa aktar tari u sħiħ. Il-gambli tal-ilma ħelu f’reġjuni oħrajn għandhom ras kbira u qoxra ħoxna; ir-rata tagħom ta’ materjal li jittiekel hija ta’ ≥ 18 % u l-laħam huwa aktar impaħpaħ u ma tantx huwa reżistenti. L-ilma fiż-żona fejn jiltaqa' l-ima ħelu ma’ dak tal-baħar jipprovdi grad ta’ tmelliħ u alkalinità. In-natura amfibja tal-gambli tal-ilma ħelu, flimkien mal-ambjent naturali partikolari jżidu l-kontent nutrittiv u t-togħma uniċi li jinsabu kemm fil-gambli/ġranċijiet tal-ilma ħelu, kif ukoll fil-prodotti akkwatiċi tal-ilma baħar, iżda li rarament jinstabu fi speċi oħrajn ta' gambli tal-ilma ħelu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.