|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.358.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 358/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6331 – KKR/Silver Lake/Go Daddy Group) ( 1 ) |
|
|
2011/C 358/02 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta' pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) ( 1 ) |
|
|
2011/C 358/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6427 – Hermes Europe/Armadillo Holding/B2C) ( 1 ) |
|
|
2011/C 358/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6235 – Honeywell/Sinochem/JV) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 358/05 |
||
|
2011/C 358/06 |
||
|
2011/C 358/07 |
Avviż dwar il-Kodiċi ta' prattika għal ittikkettjar tajjeb tal-ikel tal-annimali |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 358/08 |
Sejħa għal applikazzjonijiet 2012 – It-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6331 – KKR/Silver Lake/Go Daddy Group)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 358/01
Fit-12 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6331. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/2 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta' pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 358/02
1. INTRODUZZJONI
Fis-16 ta' Lulju 2008 il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli (1). Il-Pjan sejjaħ għal reviżjoni tal-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (eco-management and audit scheme - EMAS), strument importanti sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha għall-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli.
Ir-regolament rivedut dwar l-EMAS, (KE) Nru 1221/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 (2), daħal fis-seħħ fl-10 ta’ Jannar 2010. Il-għan tal-EMAS huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz ta':
|
— |
it-twaqqif u l-implimentazzjoni, minn organizzazzjonijiet, ta' skemi għall-ġestjoni tal-ambjent; |
|
— |
il-valutazzjoni sistematika, oġġettiva u perjodika tal-prestazzjoni ta' dawn is-sistemi; |
|
— |
l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali; |
|
— |
djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma’ partijiet interessati oħrajn; |
|
— |
l-involviment attiv tal-impjegati f’organizzazzjonijiet u f’taħriġ xieraq. |
Fost innovazzjonijiet oħrajn, ir-Regolament rivedut jintroduċi l-kunċett ta’ dokumenti ta' referenza settorjali (sectoral reference documents – SRD) li jidentifikaw l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifici għas-settur u jistabbilixxi l-punti ta' riferiment tal-eċċellenza u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali, fejn xieraq.
Għalkemm l-għan primarju tal-iżvilupp ta' dokumenti ta’ referenza settorjali huwa li jgħin u jiggwida l-kumpaniji fl-EMAS f'settur speċifiku, u b’hekk jikkontribwixxu biex tiġi armonizzata u mtejba l-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-EMAS, l-għajnuna u l-gwida mogħtija f'dawn id-dokumenti jistgħu wkoll jintużaw f’settur partikolari biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali indipendentement minn reġistrazzjoni fl-EMAS.
Id-dokumenti ta’ referenza settorjali tal-EMAS se jgħinu wkoll biex iwittu t-triq lejn l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, permezz tad-definizzjoni ta’ punti ta' riferiment u indikaturi speċifiċi għas-settur għal prestazzjoni tajba.
Ir-Regolament rivedut dwar l-EMAS jipprovdi għat-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistipula lista indikattiva ta’ setturi, li għalihom id-dokumenti ta’ referenza settorjali se jitqiesu bħala prijoritajiet, f’dan il-qafas.
2. LISTA INDIKATTIVA TA’ SETTURI
Il-lista indikattiva ta’ setturi, ippreżentata fl-Anness, ġiet stabbilita bl-użu ta' taħlita ta' inputs u ta' sorsi tad-dejta, li qiesu diversi fatturi u approċċi. Il-kriterji ewlenin li tqiesu kienu dawn li ġejjin:
|
(1) |
L-impatt ambjentali tas-settur fil-Komunità; |
|
(2) |
Il-livell tal-adozzjoni tal-EMAS mis-settur; |
|
(3) |
Il-potenzjal għal titjib ambjentali fil-“katina tal-valur” tas-settur. |
2.1. L-impatt ambjentali tas-settur fil-Komunità
Wieħed mill-aspetti tal-analiżi kien il-paragun bejn l-impatti ambjentali tas-setturi ekonomiċi differenti li jistgħu jiġu koperti minn dokumenti ta’ referenza. Intużat id-dejta li kienet ġiet ivvalidata miċ-Ċentru tad-Dejta Ambjentali dwar Riżorsi u Prodotti Naturali (Eurostat). Dan l-eżerċizzju wassal għal lista ta' setturi fit-“top 20”, ikklassifikati abbażi tal-impatti ambjentali ġenerali aggregati tagħhom (3), ikkalkulati fuq il-bażi ta’ erba’ indikaturi: il-Potenzjal ta' Tisħin Globali (Global Warming Potential – GWP), il-Potenzjal ta’ Aċidifikazzjoni (Acidification Potential — AP), il-Potenzjal tal-Ħolqien Fotokimiku ta’ Ożonu (Photochemical Ozone Creation Potential — POCP) u l-Potenzjal ta’ Ewtrofikazzjoni tal-Baħar (Marine Eutrophication Potential -MEP).
Ir-riżultati tar-rapport “Environmental Impact of Products (EIPRO) — Analysis of the Life Cycle Environmental Impacts related to the final Consumption of the EU-25” (L-Impatti Ambjentali tal-Prodotti (EIPRO) – Analiżi tal-Impatti Ambjentali taċ-Ċiklu tal-Ħajja relatati mal-Konsum finali tal-UE-25) ta' Mejju 2006 (4) tqiesu wkoll. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma bbażati fuq Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja, inklużi l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja għall-estrazzjoni, it-trasport, il-produzzjoni, l-użu u l-ġestjoni tal-iskart, tal-prodotti kkunsmati fl-Unjoni Ewropea minn unitajiet domestiċi u mis-settur pubbliku.
Tqies ukoll ir-rapport Key messages on material resource use and efficiency in Europe: Insights from environmental extended input-output analysis and material flow accounts (Messaġġi ewlenin dwar l-użu u l-effiċjenza fl-Ewropa tar-riżorsi materjali – Osservazzjonijiet mill-analiżi ambjentali estiża tal-inputs u l-outputs u mill-istudju tal-flussi tal-materjali) minn ETC/SCP – Iċ-Ċentru Topiku Ewropew dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (5). Dan ir-rapport jagħmel użu minn studji tal-flussi tal-materjali u jidentifika l-gruppi tal-prodotti finali li jużaw l-akbar sehem mir-riżorsi totali u li jirriżulta mill-konsum nazzjonali finali.
Din il-valutazzjoni indikat li l-kriterju tal-impatt ambjentali kien partikolarment importanti għas-setturi speċifiċi li ġejjin: L-Agrikoltura, il-Kostruzzjoni, il-Manifattura tal-ikel u tax-xorb, il-Ġestjoni tal-iskart u l-Manifattura ta’ tagħmir elettriku u elettroniku.
2.2. L-adozzjoni tal-EMAS
Id-dejta dwar l-adozzjoni tal-EMAS fid-diversi setturi tqieset ukoll, bħala wieħed mill-elementi prinċipali fl-eżerċizzju tal-prijoritizzazzjoni. Skont il-Premessa 25 tar-Regolament dwar l-EMAS ir-raġuni għall-produzzjoni ta' dokumenti ta’ referenza settorjali hija “l-għan li tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament”. Huwa importanti li d-dokumenti ta’ referenza settorjali jkopru s-setturi fejn l-adozzjoni tal-EMAS tkun ogħla, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-applikazzjoni armonizzata tar-Regolament b'aktar ħeffa. Għall-finijiet ta' prijoritizzazzjoni, id-definizzjoni ta' adozzjoni ogħla ġiet iddefinita bħala dik ta’ aktar minn 100 organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS li huma attivi fis-settur fl-UE.
Is-setturi li ġejjin għandhom aktar minn 100 kumpanija rreġistrati mal-EMAS: ll-Kostruzzjoni, il-Manifattura tal-ikel u tax-xorb, l-Amministrazzjoni Pubblika, it-Turiżmu, il-Ġestjoni tal-iskart u l-Manifattura ta' prodotti maħduma mill-metall.
2.3. Il-potenzjal għal titjib ambjentali fil-“katina tal-valur” tas-settur
Il-katina tal-valur ġeneralment tirreferi għal sekwenza ta' attivitajiet relatati li jirriżultaw mid-disinn u l-iżvilupp tal-prodotti/tas-servizzi, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ, is-servizz ta' wara l-bejgħ, ir-rimi u r-riċiklaġġ.
L-EMAS diġà hija pjattaforma tajba għal perspettiva taċ-Ċiklu tal-ħajja billi tqis kemm l-aspetti diretti u dawk indiretti, u b'hekk toffri approċċ aktar komprensiv għall-ġestjoni ambjentali bil-potenzjal li teżamina l-katina tal-valur kollha kemm hi.
Għal din ir-raġuni, ġiet ikkunsidrata l-għażla tas-setturi li għandhom possibiltajiet tajbin li jixprunaw it-titjib ambjentali permezz tal-katina tal-valur tagħhom, għaliex dan għandu jgħin ukoll biex tiġi segwita s-sostenibbiltà f’sens usa’, filwaqt li jitqiesu l-effetti diretti u indiretti possibbli fis-setturi differenti.
B'mod partikolari, il-kumpaniji kbar u l-awtoritajiet pubbliċi jinsabu f’pożizzjoni tajba li jinfluwenzaw is-suq billi jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni ambjentali fil-katina tal-valur, li jimplika, għall-fini ta' dan l-eżerċizzju, li s-setturi b'potenzjal tajjeb għal titjib ambjentali fil-katina tal-valur huma: il-Manifattura tal-karozzi, it-Telekomunikazzjonijiet, il-Kummerċ bl-Ingrossa u bl-Imnut, it-Turiżmu u l-Amministrazzjoni Pubblika.
3. KONKLUŻJONI
L-għażla ta' setturi prijoritarji li għalihom ser jiġu elaborati dokumenti ta’ referenza settorjali, saret l-aktar skont l-impatt ambjentali tas-settur, l-adozzjoni tal-EMAS u l-potenzjal għat-titjib ambjentali fil-katina tal-valur.
Dan irriżulta f'lista qasira ta' setturi indikattivi, ippreżentata fl-Anness. Għal dawn is-setturi, id-dokumenti ta’ referenza settorjali jistgħu jżidu l-valur,jikkontribwixxu biex l-impatti ambjentali tagħhom jiġu minimizzati, jiżguraw l-applikazzjoni armonizzata tar-Regolament dwar l-EMAS, jippromwovu sinerġiji pożittivi mal-istrumenti u l-politiki eżistenti; u jaġixxu bħala l-mutur biex tiżdied is-sostenibbiltà f’sens usa’.
Peress li xi wħud minn dawn is-setturi huma kkaratterizzati mill-preżenza ta’ għadd kbir ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), id-dokumenti ta’ referenza settorjali se jqisu l-istruttura u l-metodi ta' ħidma tal-impriżi żgħar u mikro, li ġeneralment mhumiex formali u ddokumentati bħal f’kumpaniji kbar, bħala mezz biex jgħinu l-SMEs jimplimentaw l-EMAS skont id-daqs, il-kapaċità finanzjarja u l-kultura organizzazzjonali tagħhom.
Dan il-pjan ta' ħidma jindika s-setturi li fihom il-Kummissjoni se telabora d-dokumenti ta’ referenza settorjali tal-EMAS fil-ħames snin li jmiss. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi din il-lista fi kwalunkwe ħin, abbażi tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, u skont l-Artikolu 46.3 tar-Regolament, dan il-pjan ta' ħidma għandu jsir pubblikament disponibbli u għandu jiġi aġġornat regolarment.
(1) COM(2008) 397 finali.
(2) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(3) http://www.eu-smr.eu/infohub/documents/IH_2010-004_Reply_Environmental-pressure-by-NACE-Code_15112010.pdf
(4) http://ec.europa.eu/environment/ipp/pdf/eipro_report.pdf
(5) http://scp.eionet.europa.eu/publications/1234
ANNESS
Lista indikattiva ta’ setturi prijoritarji (1)
|
— |
Il-kummerċ bl-Ingrossa u bl-Imnut; |
|
— |
It-Turiżmu; |
|
— |
Il-Kostruzzjoni; |
|
— |
L-Amministrazzjoni Pubblika; |
|
— |
L-Agrikoltura – il-Produzzjoni tal-Għelejjel u l-Produzzjoni tal-Bhejjem; |
|
— |
Il-Manifattura tat-tagħmir elettroniku u tal-elettriku; |
|
— |
Il-Manifattura tal-karozzi; |
|
— |
Il-Manifattura ta' prodotti maħduma mill-metall, għajr il-makkinarju u t-tagħmir; |
|
— |
Il-manifattura tal-Ikel u tax-Xorb; |
|
— |
Il-Ġestjoni tal-iskart; |
|
— |
It-Telekomunikazzjonijiet. |
(1) Għandu jiġi enfasizzat li din il-lista hija indikattiva, kif stabbilit fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Fi kwalunkwe ħin, il-Kummissjoni tista' tirrevedi din il-lista.
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6427 – Hermes Europe/Armadillo Holding/B2C)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 358/03
Fit-2 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6427. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6235 – Honeywell/Sinochem/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 358/04
Fit-2 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6235. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta’ Diċembru 2011
2011/C 358/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3377 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
103,99 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4345 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85745 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,0149 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2413 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,6935 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,328 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
300,23 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6978 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4715 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3455 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,4529 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3043 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3517 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,3994 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7193 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7211 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 512,52 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,8165 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,4905 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5115 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 081,19 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1850 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,977 |
|
RUB |
Rouble Russu |
41,8150 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,255 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4018 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,0790 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,1820 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Diċembru 2011
dwar l-adozzjoni tal-pjan ta’ ħidma tal-2012, li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament fil-qafas tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm u dwar il-ħlas tal-UE lill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk
2011/C 358/06
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) ta’ dan,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 53 (a), 53 (d), 75 u 110 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 90 u 168 (1), (c u f) ta’ dan,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva, bl-isem “Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika”, għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika – b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni tal-Programm”) stabbiliet it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-“tieni Programm tas-Saħħa”. |
|
(2) |
It-tieni Programm tas-Saħħa huwa maħsub li jikkumplementa, jappoġġja u jżid valur għall-politiki tal-Istati Membri u li jikkontribwixxi għal iżjed solidarjetà u prosperità fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-Programm huma li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, li jippromwovi s-saħħa, inkluż it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa, u li jiġġenera u jxerred informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa. |
|
(3) |
Taħt l-Artikolu 8 (1) tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' ħidma annwali li jistabbilixxi prijoritajiet u azzjoniiet li għandhom jitwettqu, inklużi l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji, il-kriterji għall-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE, inklużi l-kriterji sabiex jiġi evalwat jekk l-utilità eċċezzjonali tapplikax jew le, u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 9 tal-istess Deċiżjoni. |
|
(4) |
Taħt l-Artikolu 8 (1) (b) tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta għażla, għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm skont l-Artikolu 4 tal-istess Deċiżjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2004/858/KE, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa u għandha tirċievi l-approprjazzjonijiet meħtieġa għal dak il-fini. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”) u l-Artikolu 90 (1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala r-“Regoli ta’ Implimentazzjoni”), l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-UE għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nfiq u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni tal-Programm, għandhom jiġu adottati pjan ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa kif ukoll kriterji tal-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tat-tieni Programm tas-Saħħa. |
|
(8) |
Billi l-pjan ta’ ħidma tal-2012 huwa qafas dettaljat biżżejjed kif mifhum fl-Artikolu 90 (2) u (3) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għall-infiq previst fil-pjan ta’ ħidma għal għotjiet tal-għajnuna finanzjarja, l-akkwist u azzjonijiet oħra. |
|
(9) |
Taħt l-Artikolu 168 (1) (c) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, jistgħu jingħataw għotjiet tal-għajnuna finanzjarja mingħajr sejħa għall-proposti lill-korpi b’monopolju de jure jew de facto u taħt l-Artikolu 168 (1) (f) għal azzjonijiet b’karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu tip partikolari ta’ korp minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jew is-setgħa amministrattiva tiegħu. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, huwa xieraq li jingħataw għotjiet tal-għajnuna finanzjarja mingħajr sejħa għal proposti lill-korpi indikati fil-pjan ta’ ħidma anness u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni hija wkoll deċiżjoni ta’ finanzjament għal infiq taħt ġestjoni ċentralizzata jew konġunta indiretta debitabbli lill-baġit tal-UE. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni hija wkoll deċiżjoni ta’ finanzjament għall-ħlas tal-UE lill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk. |
|
(12) |
Inkisbet evidenza tal-eżistenza u l-operat tajjeb tal-elementi mniżżla fl-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju, fl-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, li għandha tiġi fdata mill-Kummissjoni bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE fil-ġestjoni ċentralizzata indiretta. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni għandha tippermetti l-ħlas tal-interessi li għandu jsir għal pagament li jitwettaq tard fuq il-bażi tal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 106 (5) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni. |
|
(14) |
Huwa xieraq li jiġu definiti t-termini “bidla sostanzjali” kif mifhum fl-Artikolu 90 (4) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Programm, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-pjan ta’ ħidma għall-2012 għall-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa, kif stabbilit fl-Anness I, u l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm, kif stabbilit fl-Annessi II, III, IV, V, VI u VII, u l-ħlas tal-UE lill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk qegħdin b’dan jiġu adottati.
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament kif mifhum fl-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 2
Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima awtorizzata b’din id-Deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm hija ta’ EUR 51 130 200 li għandha tiġi ffinanzjata mill-intestaturi baġitarji tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2012 li ġejjin:
|
— |
intestatura baġitarja nru 17 03 06 – azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa: EUR 48 300 000, |
|
— |
intestatura baġitarja 17 01 04 02 – Spiża fuq il-ġestjoni amministrattiva: EUR 1 400 000, |
u stima tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE u l-Kroazja għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tas-Saħħa:
|
— |
pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: EUR 1 292 200, |
|
— |
Il-Kroazja: EUR 138 000. |
Dan jammonta għal total ta’ EUR 49 688 800 għall-intestatura baġitarja 17 03 06 u t-total għall-intestatura baġitarja 17 01 04 02 ta’ EUR 1 441 400.
Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima awtorizzata b’din id-Deċiżjoni għall-ħlas lill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk hija ta’ EUR 200 000 taħt l-intestatura baġitarja 17 03 05 “Ftehimiet internazzjonali u sħubija ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk”.
Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll l-interessi li jkollhom jitħallsu minħabba pagament li jitwettaq tard skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju.
L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2012 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2012 mill-awtorità baġitarja.
Artikolu 3
Is-sistema tal-ġestjoni stabbilita mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi li għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE tikkonforma mal-kundizzjonijiet għad-delega tax-xogħlijiet taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta. L-Aġenzija Eżekuttiva se tadotta miżuri ta' prevenzjoni ta’ frodi proporzjonati mar-riskji identifikati. L-implimentazzjoni tal-baġit ta’ xogħlijiet relatati ma’ għotjiet għal proġetti, għotjiet operattivi, għotjiet għal azzjonijiet konġunti, għotjiet għal konferenzi u ftehimiet ta’ għotja diretta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u parti mill-akkwist għalhekk jistgħu jiġu fdati lil din l-entità.
L-allokazzjonijiet tal-baġit meħtieġa għall-ġestjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa għandhom jiġu delegati lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti tal-ammonti stabbiliti fil-pjan ta’ ħidma fl-Anness I.
Is-sussidju operattiv imdaħħal fl-intestatura baġitarja 17 01 04 30 għandu jitħallas lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi.
Artikolu 4
Il-bidliet kumulattivi ta’ allokazzjonijiet lil mekkaniżmi finanzjarji speċifiċi inklużi fl-Anness I li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribuzzjoni massima awtorizzata b’din id-Deċiżjoni għal kull punt baġitarju ma jiġux ikkunsidrati bħala sostanzjali bil-kundizzjoni li ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-pjan ta’ ħidma. Dan jista’ jinkludi ż-żieda tal-kontribuzzjoni massima awtorizzata b’din id-Deċiżjoni sa 20 %.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, jista’ jadotta bidliet bħal dawn skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità.
Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jiżgura l-implimentazzjoni ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni ta' finanzjament.
Artikolu 5
Jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti lil korpi b’monopolju de jure jew de facto skont l-Artikolu 168(1) (c) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni u għal azzjonijiet b’karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu tip partikolari ta’ korp abbażi ta’ kompetenza teknika, grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni jew setgħa amministrattiva skont l-Artikolu 168(1) (f), skont il-kundizzjonijiet imniżżla fid-dettall fil-pjan ta’ ħidma anness. Se titwettaq analiżi speċifika tas-sitwazzjoni ta’ monopolju, appoġġjata b’evidenza dokumentata, qabel ma jingħataw kwalunkwe għotjiet lil benefiċjarji f’sitwazzjoni ta’ monopolju.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(4) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
ANNESS I
Pjan ta’ ħidma tal-2012 għat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13)
1. KUNTEST ĠENERALI
1.1. Politika u kuntest legali
L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-obbligi legali li jirriżultaw u impenji oħra huma l-bażi għal azzjoni ppreżentata f’dan il-pjan ta’ ħidma. It-Trattat jiddikjara li l-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika hija maħsuba sabiex ittejjeb is-saħħa pubblika, tipprevjeni l-mard fiżiku u mentali, u twarrab sorsi ta’ perikolu għas-saħħa fiżika u mentali. Dan għandu jsir b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE stabbilita fil-White Paper tal-Kummissjoni Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 (COM (2007) 630 finali (1) tipprovdi qafas komprensiv għall-azzjoni kollha taħt dan il-pjan ta’ ħidma.
It-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala “t-tieni Programm tas-Saħħa” jew “Pogramm”) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni tal-Programm”) jappoġġja lil din l-istrateġija. Il-missjoni tal-Programm tas-Saħħa hija li l-politiki tal-Istati Membri jiġu kumplementati, appoġġjati u jiżdidilhom il-valur. Hija tfittex li tikkontribwixxi għal iżjed solidarjetà u prosperità fl-UE billi tipproteġi u tippromwovi s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem u billi ttejjeb is-saħħa pubblika. Il-programm jipprova jilħaq l-għanijiet li ġejjin stabbiliti fl-Artikolu 2.2 tad-Deċiżjoni tal-Programm:
|
(1) |
it-titjib tas-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini; |
|
(2) |
il-promozzjoni tas-saħħa, inkluż it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa; |
|
(3) |
il-ġenerazzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa. |
L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni tal-Programm jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tadotta.
|
(a) |
pjan ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm, li jistabbilixxi:
|
|
(b) |
l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm skont l-Artikolu 4. |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”), l-impenn ta’ nfiq għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati setgħat mill-istituzzjoni. Skont l-Artikolu 90 (minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala r-“Regoli ta’ Implimentazzjoni”), tad-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju tista’ tiġi kkunsidrata bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament bil-kundizzjoni li din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed. Dan id-dokument għandu l-għan li jilħaq dawk l-obbligi u jippreżenta l-azzjonijiet għall-2012.
Minbarra l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-Programm tas-Saħħa huwa miftuħ għal parteċipazzjoni min-naħa ta' pajjiżi terzi. L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, li huma pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, jipparteċipaw fil-Programm taħt il-Kundizzjonijiet speċifikati fil-ftehim taż-ŻEE. Pajjiżi terzi oħra, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-politika Ewropea tal-viċinat, il-pajjiżi li qegħdin japplikaw, il-pajjiżi li huma kandidati għall-UE, jew qegħdin jaċċedu għas-sħubija fiha u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent inklużi fil-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni jistgħu jipparteċipaw fil-Programm bil-kundizzjoni li l-ftehimiet meħtieġa jkunu f'posthom. Minn dawn il-pajjiżi l-Kroazja kkonkludiet dawn l-arranġamenti u tipparteċipa fil-Programm.
1.2. Riżorsi
Id-Deċiżjoni tal-Programm tistabbilixxi total tal-baġit ta’ EUR 321 500 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 – sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-baġit għall-2012 huwa ta’ EUR 49 700 000 soġġett għall-approvazzjoni tal-baġit min-naħa tal-awtorità baġitarja:
|
— |
EUR 48 300 000 għall-intestatura baġitarja 17 03 06 “azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa” (baġit operattiv), |
|
— |
EUR 1 400 000 għall-intestatura baġitarja 17 01 04 02 “Infiq fuq ġestjoni amministrattiva” (baġit amministrattiv). |
L-istima tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-pajjiżi EFTA/ŻEE u l-Kroazja hija ta’ EUR 1 292 200 mill-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE u EUR 138 000 mill-Kroazja.
Dan ifisser li t-total għall-intestatura baġitarja 17 03 06 huwa ta’ EUR 49 688 800 u t-total għall-intestatura baġitarja 17 01 04 02 huwa ta’ EUR 1 441 400.
L-ammonti mogħtija fil-kapitoli li ġejjin huma indikattivi. Skont l-Artikolu 90 (4) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, huwa possibbli jkun hemm varjazzjonijiet mhux sostanzjali għall-ammont allokat għal kull mekkaniżmu finanzjarju.
L-intestatura baġitarja 17 01 04 02 – “Spiża fuq ġestjoni amministrattiva” hija maħsuba li tkopri l-ispiża fuq l-istudji, il-laqgħat ta’ esperti, l-informazzjoni, il-pubblikazzjonijiet u l-assistenza teknika u amministrattiva għas-sistemi ta’ IT. Dawn huma konnessi b'mod dirett sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm jew il-miżuri meħuda għal din l-attività.
L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) tassisti l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ ħidma skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 4943 tad-9 ta’ Settembru 2008. L-intestatura baġitarja għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati ma’ EAHC hija 17 01 04 30.
Huwa previst baġit totali ta’ EUR 200 000, soġġett għall-approvazzjoni tal-baġit mill-awtorità baġitarja, għall-ħlas tal-UE lill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk taħt l-intestatura baġitarja 17 03 05 “Ftehimiet internazzjonali u sħubija ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk”.
2. MEKKANIŻMI TA’ FINANZJAMENT
Se jintużaw approprjazzjonijiet disponibbli taħt l-intestatura baġitarja 17 03 06 “azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa” sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti, għotjiet operattivi, għotjiet għal azzjonijiet konġunti, għotjiet għal konferenzi u għotjiet diretti lil organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll għall-kopertura tal-akkwist u azzjonijiet oħra. L-għotjiet kollha huma koperti minn ftehim bil-miktub.
Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, għandha tiġi faċilitata l-kollaborazzjoni ma’ pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fil-Programm. Dan m’għandux jinvolvi finanzjament mill-Programm. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn tali pajjiżi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli f’każijiet eċċezzjonali li għandhom jiġu ġustifikati kif għandu jkun, fejn dan jikkontribwixxi b’mod dirett għall-għanijiet tal-Programm.
2.1. Għotjiet għal proġetti
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-għotjiet għal proġetti hija ta’ EUR 13 171 820. L-għotjiet għal proġetti jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jsiru. Ir-rata massima għal kofinanzjament tal-UE hija ta’ 60 %. Madankollu, din tista’ tiżdied għal 80 % jekk proposta tilħaq il-kriterji għal utilità eċċezzjonali. L-Anness II fih il-kriterji tal-esklużjoni, l-eliġibbiltà, l-għażla u l-għoti ta’ għotjiet għal proġetti. L-Anness VII fih il-kriterji għal utilità eċċezzjonali.
Għandhom jiġu kkunsidrati għal finanzjament dawk il-proposti biss li b’mod dirett jikkorrispondu għas-suġgett u d-deskrizzjoni kif stabbilit f'dan il-pjan ta’ ħidma u fejn l-“għotjiet għal proġett” jiġi indikat bħala l-mekkaniżmu ta' finanzjament. Il-proposti li jindirizzaw biss il-qasam usa’ tas-suġġett mingħajr ma jissodisfaw id-deskrizzjoni speċifika ta’ azzjoni speċifika ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament.
L-iskeda taż-żmien indikattivi għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għal għotjiet għal proġetti fil-Ġurnal Uffiċjali hija l-aħħar tliet xhur tal-2011.
2.2. Għotjiet operattivi
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-għotjiet operattivi hija ta’ EUR 4 400 000. Huma jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru. Ir-rata massima għall-kofinanzjament tal-UE hija ta’ 60 %. Madankollu, din tista’ tiżdied sa 80 % jekk proposta tilħaq il-kriterji għal utilità eċċezzjonali.
Jistgħu jingħataw għotjiet operattivi għat-tiġdid tal-għotjiet operattivi mogħtija lil korpi mhux governattivi u n-netwerks speċjalizzati taħt il-pjan ta’ ħidma għall-2011. Jistgħu jsiru għotjiet operattivi ġodda lil korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati li jkunu attivi f’oqsma li jikkorrispondu mat-tliet għanijiet tal-Programm tas-Saħħa. Ix-xogħol taħt għotjiet operattivi għandu jikkontribwixxi b’mod dirett għall-ilħuq tal-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 2020 tat-3 ta’ Marzu 2010EWROPA 2020 Strateġija għal żvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. (2) Il-kwistjonijiet li huma partikolarment rilevanti jinkludu t-tixjiħ attiv u b’saħħtu, inkluża l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard; il-prevenzjoni tal-inugwaljanzi fis-saħħa, inkluż l-iżgurar ta’ aċċess aħjar għal kura tas-saħħa għal kulħadd, u kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.
Kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, it-tiġdid tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbilit fil-paragrafu 1(b) lil korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati jista’ jiġi eżentat mill-prinċipju tat-tnaqqis gradwali. Bħala regola ġenerali, din l-eżenzjoni ser tapplika għall-organizzazzjonijiet applikanti li ma jkunu qegħdin jirċievu l-ebda parti mill-finanzjament tagħhom mis-settur privat (3) jew interess ieħor konflittwali għall-funzjonament tagħhom (finanzjament ewlieni). Għall-għotjiet operattivi l-oħra kollha li ġġeddew, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' punt perċentwal wieħed meta mqabbel mal-perċentwal tal-kofinanzjament tal-UE li fuqu ntlaħaq qbil fil-ftehim dwar l-għotja wara s-sejħa għal proposti 2011. Fi kwalunkwe każ, l-ammont tal-kofinanzjament tal-UE ma jistax ikun ogħla mill-ammont mogħti fl-2011. L-Anness III fih il-kriterji tal-esklużjoni, l-eliġibbiltà, l-għażla u l-għoti għall-għotjiet operattivi. L-Anness VII fih il-kriterji għall-utilità eċċezzjonali.
L-iskeda taż-żmien indikattiva għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għal għotjiet operattivi fil-Ġurnal Uffiċjali huja l-aħħar tliet xhur tal-2011.
2.3. Għotjiet għal azzjonijiet konġunti
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-azzjonijiet konġunti hija ta’ EUR 8 950 000. L-azzjonijiet konġunti jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri/pajjiżi oħra parteċipanti fil-Programm tas-Saħħa u l-Kummissjoni Ewropea li jwettqu progress f’xogħol dwar kwistjonijiet identifikati b’mod konġunt. Il-korpi pubbliċi jew il-korpi mhux governattivi bbażati fi Stat Membru/pajjiż ieħor parteċipanti fil-Programm li jipparteċipa f'azzjoni konġunta speċifika jistgħu jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta. Madankollu, sabiex jagħmlu dan, għandu jkollhom mandat speċifiku mill-awtoritajiet tal-Istat Membru/pajjiż ieħor parteċipanti kkonċernat.
L-għotjiet għal azzjonijiet konġunti huma kkalkulati fuq il-bażi tal-spejjeż eliġibbli li jkunu saru. Ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-UE hija ta’ 50 %. Madankollu, din tista’ tasal sa 70 % f’każijjiet ta’ utilità eċċezzjonali. Huwa previst kofinanzjament ta’ utilità eċċezzjonali ta’ 70 % għall-azzjoni konġunta “Il-faċilitazzjoni tal-kollaborazzjoni dwar id-donazzjoni ta' organi bejn l-awtoritajiet nazzjonali fl-UE” (ara l-punt 3.1.4.2) minħabba l-kontribut tagħha għall-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam. F’każijiet oħra, japplikaw il-kriterji għal utilità eċċezzjonali fl-Anness VII. L-Anness IV fih il-kriterji tal-esklużjoni, l-eliġibbiltà, l-għażla, u l-għotja għal azzjonijiet konġunti.
L-Istati Membri/pajjiżi oħra li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm tas-Saħħa li jkollhom il-ħsieb li jipparteċipaw f'waħda mill-azzjonijiet konġunti jridu jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tas-sottomissjoni ta' proposti. Bl-eċċezzjoni tal-NGOs li joperaw fuq livell tal-UE, l-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri/ pajjiżi oħra li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm li jkunu għamlu din id-dikjarazzjoni biss jistgħu japplikaw sabiex jipparteċipaw f’azzjonijiet konġunti.
L-iskeda taż-żmien indikattiva għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għal azzjonijiet konġunti fil-Ġurnal Uffiċjali hija l-aħħar tliet xhur tal-2011.
2.4. Għotjiet għal konferenzi
L-ammont indikattiv totali għall-konferenzi huwa ta’ EUR 800 000: EUR 200 000 għall-konferenzi ta’ Presidenza, u EUR 600 000 għal konferenzi oħra. Għal raġunijiet amministrattivi, il-konferenzi eliġibbli għal kofinanzjament, minbarra l-konferenzi ta’ Presidenza, għandhom isiru fl-2013.
2.4.1. Konferenzi ta’ Presidenza – Monopolju de jure
Skont l-Artikolu 168(1)(c) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, jistgħu jiġu allokati għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lil organizzazzjonijiet f’sitwazzjoni ta’ monopolju de jure jew de facto, li għandhom jiġu sustanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti.
Il-konferenzi ta’ Presidenza ta’ natura politika qawwija u li jinvolvu rappreżentanza fl-ogħla livell kemm mill-Awtoritajiet Nazzjonali kif ukoll mir-rappreżentanti Ewropej għandhom jiġu organizzati esklużivament mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-UE. Peress li l-Presidenza għandha rwol uniku fil-qafas tal-attivitajiet tal-UE, jiġi kkunsidrat li l-Istat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni tal-avveniment għandu monopolju de jure.
Żewġ konferenzi organizzati mill-Presidenzi tal-Unjoni Ewropea, waħda għall-Presidenza fit-tieni nofs tal-2012 u l-oħra għall-Presidenza fl-ewwel nofs tal-2013, jistgħu jirċievu sa EUR 100 000 kull waħda. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament tal-UE hija ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru.
Il-Presidenza għandha tissottometti lill-EAHC talba għal għotja għall-konferenza kkonċernata, permezz tar-Rappreżentanza Permanenti, bl-użu ta’ formola pprovduta mill-EAHC. Dan għandu jsir mill-inqas erba’ xhur qabel l-avveniment.
Il-konferenza tal-Presidenza li tkun se tiġi ffinanzjata taħt dan il-pjan ta' ħidma hija “L-Ewwel Passi Lejn Proċess ta' Tixjiħ b'Saħħtu” ppjanata għal Settembru 2012 taħt il-Presidenza Ċiprijotta.
2.4.2. Konferenzi oħra
Jistgħu jingħataw għotjiet għal konferenzi għall-organizzazzjoni ta’ konferenzi li jikkorrispondu għat-tliet għanijiet tal-Programm tas-Saħħa. Sabiex jingħataw finanzjament, il-konferenzi għandhom jippromwovu direttament il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 2020 tat-3 ta’ Marzu 2010Ewropa 2020 Strateġija għal żvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Fost il-kwistjonijiet li huma partikolarment rilevanti hemm tixjiħ attiv u b’saħħtu, inklużi l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, il-prevenzjoni tal-inugwaljanzi fis-saħħa, inkluż l-iżgurar ta’ aċċess aħjar għal kura tas-saħħa għal kulħadd, u mistoqsijiet relatati mal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.
Il-konferenzi għandu jkollhom dimensjoni Ewropea wiesgħa. Għandhom jiġu organizzati minn korp pubbliku jew mingħajr skop ta’ qligħ li jkun stabbilit f’pajjiż parteċipanti fil-Programm tas-Saħħa u li jkollu esperjenza rilevanti ta’ kooperazzjoni fuq livell tal-UE. Il-konferenzi jistgħu jirċievu sa EUR 100 000 (massimu ta’ 50 % tal-baġit totali). L-Anness V fih il-kriterji tal-esklużjoni, l-eliġibbiltà, l-għażla u l-għoti għal konferenzi minbarra l-konferenzi ta’ Presidenza.
L-iskeda taż-żmien indikattiva għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għal konferenzi fil-Ġurnal Uffiċjali hija l-aħħar tliet xhur tal-2011.
2.5. Ftehimiet ta’ għotjiet diretti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-għotjiet diretti hija ta’ EUR 2 633 000. L-għotjiet diretti se jiġu bbażati fuq kollaborazzjoni effettiva mal-Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 168(1)(f) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, il-finanzjament għal azzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali se jiġi allokat permezz ta’ ftehimiet ta’ għotjiet mingħajr sejħa għal proposti dwar temi identifikati b’mod speċifiku f’dan il-pjan ta’ ħidma. L-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-uffiċċji nazzjonali jew reġjonali tagħhom mhumiex eliġibbli għal finanzjament bħala benefiċjarji ewlenin jew assoċjati taħt l-ebda sejħa għal proposti. Ir-rata massima għal kofinanzjament tal-UE hija ta’ 60 % tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu effettivament saru. Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, l-attivitajiet li jinvolvu pajjiżi terzi mhux parteċipanti fil-Programm tas-Saħħa m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li jivvjaġġaw lejn tali pajjiżi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli f’każijiet eċċezzjonali li għandhom jiġu ġustifikati kif xieraq, fejn dan jikkontribwixxi b’mod dirett għall-finijiet tal-Programm tas-Saħħa.
Jingħata finanzjament permezz ta’ għotjiet diretti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali taħt din id-Deċiżjoni ta’ finanzjament minħabba l-kompetenza speċifika u l-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom fl-oqsma koperti bl-għotjiet diretti stabbiliti fit-taqsimiet 3.1, 3.2 u 3.3:
|
— |
il-Kunsill tal-Ewropa (KtE) |
|
— |
l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) |
|
— |
l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (OIM), |
|
— |
l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) |
2.6. Akkwist
L-istima għall-ammont totali indikattiv għall-akkwist hija ta’ EUR 14 463 980.
L-akkwist ikopri attivitajiet bħall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ azzjonijet u politiki; studji; għoti ta’ pariri, dejta u informazzjoni dwar is-saħħa; assistenza xjentifika u teknika; attivitajiet ta’ komunikazzjoni u tqajjim ta’ għarfien u applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni bħala appoġġ ta’ politiki. Huwa previst li s-sejħiet għal offerti jiġu ppubblikati fl-ewwel semestru tal-2012 fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-kuntratti ta’ qafas u l-kuntratti ġodda ta’ servizzi se jintużaw kif indikat f’dan il-pjan ta’ ħidma.
2.7. Azzjonijiet oħra
L-istima tal-ammont totali indikattiv għal azzjonijiet oħra hija ta’ EUR 5 270 000.
Dan għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-UE bħala sottoskrizzjonijiet lil korpi li tagħhom hija membru skont l-Artikolu 108(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, ftehimiet amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) u indennitajiet speċjali mħallsa lil esperti sabiex jipparteċipaw f’laqgħat u jaħdmu fuq opinjonijiet speċifiċi taħt il-punt 3.1.3.1 u jagħtu parir fuq sistemi tas-saħħa taħt il-punt 3.3.2.1.
2.8. Ħlas tal-UE lill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk
L-Unjoni Ewropea hija parti sħiħa mill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Il-pagament tal-kontribuzzjoni tal-UE tal-2012 lill-FCTC se jsir taħt l-intestatura baġitarja 17 03 05 “Ftehimiet internazzjonali u sħubija ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk”, u mhux mill-Programm tas-Saħħa. L-ammont ta’ dan il-ħlas huwa bbażat fuq id-deċiżjoni dwar il-pjan ta’ ħidma u l-baġit għall-perjodu finanzjarju 2012-2013 meħuda mir-Raba’ Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni f’Novembru 2010 (FCTC/COP/4/20).
Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-2012 tkun ta’ USD 145 225. Sabiex ikun hemm kopertura għaċ-ċaqliq tar-rata ta’ skambju, ġie stabbilit li l-ammont massimu għall-2012 ikun ta’ EUR 200 000. Is-Segretarjat tal-FCTC se jamministra l-fondi skont ir-regoli finanzjarji tal-WHO.
3. PRIORITAJIET GĦALL-2012
L-azzjonijiet taħt dan il-pjan ta’ ħidma huma mmirati b'mod wiegħsa sabiex jappoġġjaw it-twettiq ta' prijoritajiet tal-UE stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 u jwieġbu għal obbligi leġiżlattivi u impenji politiċi. Il-prijoritajiet tat-Tkabbir intelliġenti u t-Tkabbir inklużiv taħt l-Istrateġija Ewropa 2020 huma ta’ importanza rilevanti għall-dan il-pjan ta’ ħidma. L-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 huma ekwivalenti għal dawk tal-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE, li ssostni li l-investiment fis-saħħa jista’ jgħin lill-innovazzjoni, joħloq ħiliet u impjiegi ġodda u jnaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa.
Fl-2012, il-Programm tas-Saħħa se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-inizjattivi ewlenin li ġejjin taħt l-Istrateġija Ewropa 2020:
|
|
Is-Sħubija għal Innovazzjoni bi Prova dwar tixjiħ attiv u b’saħħtu taħt l-Unjoni ta’ Innovazzjoni għal Inizjattiva Ewlenija (4) ispirat azzjoni taħt dan il-pjan ta’ ħidma sabiex tippermetti li ċ-ċittadini Ewropej jgħixu ħajja attiva, b’saħħitha u indipendenti li tkun twila kemm jista’ jkun. Din l-azzjoni se tippromwovi s-saħħa fiżika u mentali, inklużi l-promozzjoni ta’ nutrizzjoni u attività fiżika aħjar, u l-prevenzjoni ta’ mġiba li tkun ta’ ħsara għas-saħħa. Se jiġu mfittxija modi sabiex jiġi prevenut il-bidu ta’ mard serju u kroniku permezz ta’ azzjonijiet bħall-iskrining tal-kanċer. L-għoti ta’ pariri u informazzjoni rilevanti se jappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex jilħqu u jżommu sistemi ta’ kura tas-saħħa sostenibbli u effiċjenti. Se tittieħed ukoll azzjoni sabiex jiġu esplorati modi sabiex jiġu żviluppati prodotti u servizzi innovattivi li jirrispondu għall-isfida tat-tixjiħ. Fl-aħħar nett, kull azzjoni tfittex li tikkontribwixxi għall-għan ġenerali tas-sħubija sabiex tiżdied medja ta’ sentejn ta’ ħajja b'saħħitha għal kulħadd fl-Ewropa. |
|
|
Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (5) tal-Istrateġija Ewropa 2020 ispirat azzjonijiet relatati mal-inugwaljanzi. L-għan ta’ dawn l-azzjonijiet huwa t-titjib tal-aċċess ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli għall-kura tas-saħħa, appoġġ għall-inklużjoni soċjali tagħhom u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħha. Huma jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-mira tal-UE li jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020. |
|
|
L-Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda (6) tipprovdi l-qafas għal xogħol fuq il-ħaddiema tal-qasam tas-saħħa. L-għan ta’ dan ix-xogħol huwa li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira ta’ impjiegi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għall-2020 ta’ 75 % tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qiegħda taħdem. Huwa jappoġġa b’mod speċjali l-miri taħt il-Prijorità 2 tal-Aġenda, prinċipalment li l-persuni jingħataw bil-ħiliet tajba għal impjieg. |
Barra dan, dan il-pjan ta’ ħidma jirrispondi għal sfidi addizzjonali fejn azzjoni tista’ tipprovdi valur miżjud reali tal-UE. Soċjetà sigura hija prerekwiżit għal żvilupp ekonomiku u l-benesseri taċ-ċittadini. Numru ta’ theddidiet transkonfinali għas-saħħa f’dawn l-aħħar ftit snin urew biċ-ċar il-ħtieġa u l-valur miżjud ta' azzjoni koerenti u effiċjenti fuq livell tal-UE. L-azzjonijiet maħsuba taħt dan il-pjan ta' ħidma jiffukaw fuq l-esplorazzjoni u t-twaqqif ta' mekkaniżmi effiċjenti għall-iskoperta u l-prevenzjoni tat-tixrid ta’ theddidiet transkonfinali varji, jew il-minimizzazzjoni tal-impatt tagħhom. Il-pjan ta’ ħidma jipprevedi wkoll appoġġ għal sistemi u mekkaniżmi siguri bħala appoġġ tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà u l-kwalità tal-organi u s-sustanzi li joriġinaw mill-bniedem, id-demm u d-derivati tad-demm. L-għan tal-attivitajiet huwa l-ksib u ż-żamma tal-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini tal-UE f’dan il-qasam. Bl-istess mod, il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali se tiġi appoġġjata minn azzjoni mmirata.
Iż-żamma ta’ persuni b'saħħithom u attivi għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività. Għalhekk tiġi ppjanata azzjoni kumplementari fuq il-fatturi ewlenin ta’ riskju għas-saħħa bħan-nutrizzjoni, abbuż mill-alkoħol u t-tipjip kif ukoll fil-qasam tal-mard serju, kroniku u rari.
Finalment, hemm maħsuba ħafna attivitajiet sabiex tintlaħaq konformità mat-tielet għan tal-Programm “Iġġenera u xerred informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa”. B’kooperazzjoni parzjali ma’ organizzazzjonijiet ta’ msieħba esterni, hemm ippjanati serje ta’ attivitajiet għall-ġbir ta’ dejta, il-produzzjoni ta’ evidenza xjentifika u l-ipproċessar b’mod effikaċi ta’ informazzjoni liċ-ċittadini, il-partijiet interessati u dawk li jfasslu l-politika.
3.1. Azzjonijiet taħt l-ewwel għan “Tejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini’”
3.1.1. Ipproteġi ċ-ċittadini kontra t-theddid għas-saħħa – Żviluppa kapaċità u proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji, tejjeb it-tħejjija u l-ippjanar għall-emerġenzi tas-saħħa (Punt 1.1.3. fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.1.1.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa t-titjib u t-tisħiħ tat-tħejjija tal-UE għal rispons kontra riskji potenzjali. L-evalwazzjonijiet nazzjonali u tal-UE tal-pandemija tal-2009 juru biċ-ċar il-ħtieġa li tissaħħaħ it-tħejjija permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u iżjed żvilupp ta' għodod komuni fuq livell tal-UE. Din l-azzjoni tfittex li żżid l-għarfien tal-uffiċjali tal-Istati Membri tar-riskji transkonfinali u l-ġestjoni tar-rispons tas-saħħa pubblika għal dawn, u l-użu effikaċi tal-għodod relatati tal-IT.
Din l-azzjoni hija magħmula minn tliet pakketti ta’ xogħol. L-ewwel wieħed għandu jipprovdi żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ u eżerċizzji għall-uffiċjali tal-Istati Membri dwar it-tħejjija u r-rispons għal theddid transkonfinali serju. It-taħriġ u l-eżerċizzji se jkopru r-responsabbiltajiet u r-rwoli ta’ partijiet interessati differenti; it-tħejjija; il-komunikazzjoni ta’ kriżi u l-użu ta’ għodod tal-IT. It-tieni pakkett ta’ xogħol se jkompli l-iskambju ta’ esperti li nbeda fl-2011, bl-għan li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u l-esperjenzi dwar il-ġestjoni ta’ kriżijiet bejn l-uffiċjali/partijiet interessati mill-Istati Membri tal-UE. It-tieni pakkett ta’ xogħol jikkonsisti fl-iżvilupp ta’ modulu ġdid ta’ tagħlim elettroniku għall-applikazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Emerġenza tas-Saħħa u l-Mard (Hedis) u deskrizzjoni tar-rwoli u l-funzjonijiet differenti sabiex jiġu kumplementati dawk żviluppati fl-2010.
[Kuntratt qafas u sejħa għall-offerti]
3.1.2. Ipproteġi ċ-ċittadini kontra t-theddid għas-saħħa – Żviluppa strateġiji u mekkaniżmi għall-prevenzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar u r-rispons għal theddid għas-saħħa minn mard li jittieħed u li ma jitteħidx u theddid għas-saħħa minn sorsi fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi, inklużi atti ta’ rilaxx deliberat (Punt 1.1.1. fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.1.2.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni hu li tiżgura rispons effiċjenti għal avvenimenti transkonfinali serji maħluqa minn aġenti kimiċi permezz tat-twaqqif ta’ netwerk bi prova ta’ livell tal-UE waqt li tiżgura l-kumplementarjetajiet max-xogħol ta’ setturi oħra, bħall-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (CPM). Netwerk bħal dan jiżgura li l-esperjenzi ta’ u l-aħjar prattiki adottati minn Stat Membru wieħed wara inċident ikunu ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha. Se jippermetti rispons effiċjenti u koerenti fuq livell tal-UE kontra avvenimenti transkonfinali b’potenzjal devastanti. Dan huwa ta’ valur partikolari għall-Istati Membri b’inqas kapaċità u kompetenzi sabiex jirrispondu għal avvenimenti kimiċi. Ma jeżistu l-ebda arranġamenti formali fil-qasam tas-saħħa pubblika fuq livell tal-UE għall-koordinazzjoni ta’ tweġibiet kontra avvenimenti bħal dawn. L-arranġamenti ad hoc użati sa issa wrew biċ-ċar il-ħtieġa u l-valur miżjud tat-twaqqif ta’ mekkaniżmu strutturat sabiex jistimola l-evalwazzjoni tar-riskji u l-koordinazzjoni tal-miżuri tas-saħħa pubblika fuq livell tal-UE. Din l-azzjoni se tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa ġodda.
Din l-azzjoni għandha tikkunsidra mill-qrib l-esperjenzi miksuba min-netwerk għas-sorveljanza u l-kontroll ta’ mard li jittieħed maħluq mid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (7). Għandha tinbena fuq: (a) abbozz ta’ dokument “SOPs għan-netwerk HSC għall-evalwazzjoni ta’ riskji u l-ġestjoni ta’ riskji ta’ avvenimenti kimiċi” mħejji mill-Kummissjoni b’input mit-Taqsima Kimika, Bijoloġika u Radjoloġika Nukleari (CBRN) tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) u li huwa disponibbli bħala parti mir-riżultati tal-inizjattiva CARRA-NET, (b) input ipprovdut mill-proġett “Netwerk tal-Evalwazzjoni ta’ Riskji Kimiċi u ta’ Radjazzjoni (CARRA-NET)” li beda f’Ottubru tal-2010 taħt il-kuntratt ta’ servizz Nru EAHC/2010/Health/12 għall-implimentazzjoni tal-Kuntratt Qafas Nru EAHC/2009/Health/06 Lott 2 li jikkonċerna Kuntratti ta' Oqfsa Multipli bil-ftuħ mill-ġdid ta' kompetizzjoni dwar assistenza esterna li tikkonċerna attivitajiet fil-qasam tas-Sigurtà tas-Saħħa “Għat-Twaqqif ta’ Netwerks għall-Evalwazzjoni tar-Riskji ta' Kimiċi Industrijali Tossiċi u Theddid u Riskji Radjuattivi” - l-offerta ngħatat lill-Aġenzija tal-Protezzjoni tas-Saħħa u r-riżultati se jwittu t-triq għat-twaqqif ta’ netwerks futuri kontra t-theddid minn kimiċi u dak radjuattiv (c) tagħlimiet mittieħda mit-tliet eżeċizzji reġjonali “IRIDIUM” tal-quċċata tat-tabella dwar avvenimenti kimiċi implimentati fl-2011 - tt-tliet eżerċizzji ġew implimentati taħt is-suġġett speċifiku “Eżerċizzji Kimiċi” taħt il-kuntratt qafas Nru SANCO/C3-2007-01 (8), u (d) l-input ipprovdut mill-inizjattiva “Inventarju Kimiku u Radjoloġiku ta’ Kontromiżuri Mediċi (CARIMEC)” li tnieda f’Diċembru 2010 taħt il-kuntratt ta’ servizz Nru EAHC/2010/Health/17 għall-implimentazzjoni tal-Kuntratt Qafas Nru EAHC/2009/Health/06 Lott 2 li jikkonċerna Kuntratti ta’ Oqfsa Multipli bil-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni dwar assistenza esterna li tikkonċerna attivitajiet fil-qasam tas-Sigurtà tas-Saħħa “Għat-Twaqqif Ta’ Inventarju ta’ Miżuri għas-Saħħa Pubblika U Kontromiżuri Mediċi Bħala Rispons Għall-Kimiċi Industrijali Tossiċi u t-Theddid u r-Riskji Radjuattivi”. L-inizjattiva CARIMEC titwettaq mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tas-Saħħa.
In-netwerk għandu jibda jiffunzjona fil-modulu bi prova fl-2013-2014. Għandu jkun konness fis-sħiħ mal-mekkaniżmi u l-istrutturi eżistenti żviluppati u mwaqqaf f’setturi oħra, bħall-programm “Tagħlimiet Mittieħda” taħt il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE rigward id-diżastri kbar, inklużi l-inċidenti kimiċi, li għalihom ġie attivat. In-netwerk ta' prova se jagħti gwida dwar il-ħtieġa għal iżjed azzjoni u ambitu għaliha, inkluż mekkaniżmu iżjed permanenti.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 450 000 |
3.1.2.2.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jiġi żgurat rispons effiċjenti fuq livell tal-UE għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa fuq inġenji tal-ajru. Ma jeżistu l-ebda arranġamenti formali fuq livell tal-UE sabiex jiġi kkoordinat rispons għal theddid bħal dan. L-arranġamenti ad hoc użati sa issa juru biċ-ċar il-ħtieġa u l-valur miżjud tat-twaqqif ta’ mekkaniżmu strutturat sabiex jiġu stimolati l-evalwazzjoni tar-riskju u l-koordinazzjoni ta' miżuri fuq livell tal-UE. Din l-azzjoni se tappoġġja l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa ġodda.
Din l-azzjoni għandha tibni fuq ir-riżultati u l-esperjenzi miksuba fil-qafas ta’ proġetti ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa fil-qafas tat-trasport marittimu, b’mod partikolari l-“Evalwazzjoni tal-Utilità ta’ Programm tal-UE dwar il-Kundizzjonijiet Sanitarji fuq il-Bastimenti u Azzjoni Kkoordinata għall-Kontroll ta’ Mard li Jittieħed fil-Vapuri tal-Kruċiera u l-Vapuretti tat-Trasport” (SHIPSAN) u n-“Netwerk tal-UE għat-Taħriġ dwar il-Kundizzjonijiet Sanitarji tal-Bastimenti” (SHIPSAN TRAINET) (9).
Din l-azzjoni għandha tkopri mill-inqas l-ajruporti internazzjonali ewlenin fl-Istati Membri tal-UE, bl-involviment u l-kollaborazzjoni tal-linji tal-ajru u l-awtoritajiet tal-ajruporti ewlenin. Din l-azzjoni għandha: (a) tiddefinixxi l-ambitu u l-Proċeduri Standard tal-Operat (SOPs), b’mod partikolari r-rwol tal-awtoritajiet differenti involuti u mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni sodisfaċenti, (b) tidentifika punti ta’ kuntatt għal netwerk ta’ awtoritajiet tas-saħħa pubblika għas-sorveljanza ta’ theddid għas-saħħa u r-rispons għalih minn mard li jittieħed u theddid ieħor li jista' jkollu impatt fuq żoni internazzjonali ta' trasport f'ajruporti ddeżinjati, (c) tassisti lill-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-ajruport tagħhom sabiex jiżviluppaw kapaċitajiet ewlenin u jimplimentaw ir-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa ġodda, bi ffukar partikolari fuq l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ewlenin ta’ kapaċitajiet għas-sorveljanza ta’ theddid għas-saħħa u r-rispons għalih minn mard li jittieħed u theddid ieħor transkonfinali li jista’ jkollu impatt fuq żoni ta’ trasport internazzjonali f’ajruporti ddeżinjati, (d) tesplora l-impatt fuq rekwiżiti addizzjonali għall-infrastruttura tal-ajruporti, kemm f’termini ta’ persunal kif ukoll ta’ tagħmir u (e) abbażi ta’ esperjenza fis-settur tat-trasport marittimu, toħloq netwerk ta’ awtoritajiet tas-saħħa pubblika responsabbli għat-trasport ċivili bl-ajru, b’awtorità fuq, mill-inqas, l-ajruporti internazzjonali ewlenin fl-Istati Membri, bl-involviment u l-kollaborazzjoni ta’ linji tal-ajru. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ miżuri simili adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u l-Konferenza dwar l-Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni.
Fl-ewwel fażi għandu jinħoloq netwerk li jkopri mill-inqas l-ajruporti ewlenin fl-Istati Membri tal-UE (minimu ta' 8 Stati Membri u madwar 10 ajruporti) bl-involviment u l-kollaborazzjoni ta’ ajruporti ewlenin Ewropej (minimu ta’ 8 linji tal-ajru b’numru totali ta’ madwar 300 vektor). Fit-tieni fażi, għandu jintlaħaq ftehim u għandhom jiġu ttestjati grupp ta’ SOPs u proċeduri għal konsultazzjoni. Finalment, għandu jsir segwitu ta’ numru limitat ta’ avvenimenti u dawn għandhom jiġu evalwati. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet ewlenin għandu jsir b’mod parallel għall-evalwazzjoni tas-sorveljanza, ir-rispons u l-ħtiġijiet. In-netwerk għandu jibda jiffunzjona fil-modulu bi prova fl-2013-2014. Il-modulu bi prova ser jagħti gwida dwar il-ħtieġa għal iżjed azzjoni u l-ambitu tagħha, inkluż mekkaniżmu iżjed permanenti.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 600 000 |
3.1.2.3.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa l-ħolqien ta' strateġija integrata u sostenibbli fuq livell tal-UE għas-salvagwardja tas-saħħa tal-vjaġġaturi u l-ekwipaġġ ta' bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija u l-prevenzjoni tat-tixrid transkonfinali ta' mard. Il-kontroll u r-rispons għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa permezz tat-trasport marittimu, bħal mard li jittieħed jew theddid minn aġenti kimiċi, bijoloġiċi u radjoloġiċi, hija kwistjoni transkonfinali li teħtieġ li tiġi indirizzata fuq livell tal-UE. Anke l-migrazzjoni lejn pajiiż permezz tal-konfini tal-baħar tagħmel it-titjib tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-mard li jittieħed bit-trasport tal-baħar essenzjali.
Din l-azzjoni se tappoġġja l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar is-sistema ta’ twissija u rispons bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rapportar għall-bastimenti li jkunu se jaslu f’portijiet tal-Istati Membri u/jew li jkunu se jitilqu minnhom u r-revoka tad-Direttiva 2002/6/KE (11), u r-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa ġodda. Tappoġġja wkoll l-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (12).
Din l-azzjoni għandha tibni fuq ir-riżultati u l-esperjenzi miksuba fil-qafas ta’ proġetti ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa fil-qasam tat-trasport marittimu, b’mod partikolari l-“Evalwazzjoni tal-Utilità ta’ Programm tal-UE dwar il-Kundizzjonijiet Sanitarji fuq il-Bastimenti u Azzjoni Kkoordinata għall-Kontroll ta’ Mard li jittieħed fil-Vapuri tal-Kruċieri u l-Vapuretti tat-Trasport” (SHIPSAN) u n-“Netwerk tal-UE għat-Taħriġ dwar il-Kundizzjonijiet Sanitarji tal-Bastimenti” (SHIPSAN TRAINET).
Din l-azzjoni għandha tiffoka fuq: (a) il-funzjonament operattiv tal-pjattaforma ta’ komunikazzjoni żviluppata mill-proġett SHIPSAN għall-koordinazzjoni ta’ risponsi għal avvenimenti reali abbord il-vapuri tal-kruċieri, (b) l-estensjoni għal-bastimenti tal-merkanzija ta' mekkaniżmu adatt u sostenibbli għal gwida, aġġornament ta’ linji gwida, pakketti ta' taħriġ, programmi ta’ eżerċizzji u gwida tal-evalwazzjoni taħt iċ-ċertifikati ta’ kontroll tal-kundizzjonijiet sanitarji tal-bastimenti żviluppati mill-proġett SHIPSAN. Dan se jinkludi konnessjoni permanenti mal-mekkaniżmi eżistenti għall-kontroll ta’ mard li jittieħed fil-bastimenti taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha, (c) taħriġ għall-persunal abbord bastimenti tal-merkanzija, il-persunal tas-saħħa pubblika fil-portijiet, u l-uffiċjali responsabbli għaż-żamma tal-konnessjoni bejn bastimenti, l-awtoritajiet tal-portijiet u l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika responsabbli għan-notifika ta’ Stati Membri oħra, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard, (d) mekkaniżmu li jippermetti l-evalwazzjoni tar-riskji u l-appoġġ għal attivitajiet tal-ġestjoni tar-riskji u (e) l-eżami tal-fatibbilità tal-użu tal-proġett SHIPSAN għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Marittima dwar is-Saħħa f’format elettroniku kif stabbilit fid-Direttiva 2010/65.
|
[Azzjoni konġunta] |
Ammont indikattiv: EUR 1 800 000 |
3.1.2.4.
L-għan ta’ din l-azzjoni konġunta huwa l-promozzjoni tal-integrazzjoni ta’ prattiki tal-garanzija tal-kwalità (QA) u t-titjib tal-kwalità (QI) fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-HIV bl-għan li tittejjeb l-effikaċja tal-programmi tal-prevenzjoni tal-HIV. Iżjed programmi effikaċi ta’ prevenzjoni se jgħinu fit-tnaqqis tan-numru ta’ infezzjonijiet ġodda tal-HIV fl-Ewropa. Huma se jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali, li l-persuni infettati bl-HIV ħafna drabi jkollhom esperjenza tagħhom.
Din l-azzjoni konġunta tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2009) 569 finali tas-26 ta’ Ottubru 2009Il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-viċinat, 2009-2013 (13). Din il-Komunikazzjoni tipprovdi l-qafas għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-istrateġija nazzjonali u tmexxi l-koordinazzjoni tal-politika tal-HIV bejn l-Istati Membri. Hija tiffoka b’mod speċifiku fuq prevenzjoni iżjed effikaċi fil-ġlieda kontra t-trażmissjoni tal-HIV. Din l-azzjoni, flimkien ma’ proġetti oħra relatati mal-prevenzjoni tal-HIV, tbiddel f’azzjoni il-miri ta’ prevenzjoni definiti fil-pjan ta’ azzjoni tal-HIV għall-2009-2013 (14). Din l-azzjoni konġunta se tikkontribwixxi sabiex tingħeleb id-diskriminazzjoni u tiżdied l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilitajiet, tal-minoritajiet etniċi u l-immigranti, tal-irġiel li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' rġiel oħra u ta' gruppi oħra vulnerabbli. Ħafna drabi l-persuni li jkunu l-iktar esposti għal riskju ta' HIV jagħmlu parti minn dawn il-gruppi.
L-azzjoni konġunta maħsuba għandha tkopri l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ metodoloġiji u għodod għall-QA/QI fil-prevenzjoni tal-HIV. Dan għandu jinkludi: (a) l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ karta ta' standards u prinċipji għal QA u QI minn partijiet interessati ewlenin, (b) it-tixrid ta' dawn l-istandards, (c) il-monitoraġġ tal-integrazzjoni tagħhom fi strateġiji u attivitajiet ta’ prevenzjoni bi ffukar partikolari fuq il-gruppi prijoritarji ewlenin identifikati fl-istrateġija tal-UE, (d) il-bini ta’ netwerk sostenibbli ta’ organizzazzjonijiet li jagħmlu segwitu tal-implimentazzjoni ta' QA/QI fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-HIV li jistgħu jipprovdu parir dwar il-QA/QI fil-prevenzjoni tal-HIV u (e) l-identifikazzjoni u l-appoġġ ta’ proġetti bi prova ta’ dimostrazzjoni bbażati fuq evidenza.
Ir-riżultati għandhom jinkludu karta validata dwar il-garanzija tal-kwalità u t-titjib fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-HIV għal implimentazzjoni madwar l-Ewropa u lil hinn minnha; gwida dwar l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ programmi ta’ prevenzjoni tal-HIV; analiżi ta’ kanali ta' tixrid effikaċi għall-informazzjoni dwar is-saħħa pubblika; netwerk tal-garanzija tal-kwalità u esperti fil-prevenzjoni tal-HIV; u qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tal-programmi ta' prevenzjoni tal-HIV.
Din l-azzjoni konġunta se tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi iżjed effikaċi ta’ prevenzjoni tal-HIV, li jistgħu jiġu adattati wkoll għal reġjuni oħra.
|
[Azzjoni konġunta] |
Ammont indikattiv: EUR 1 500 000 |
3.1.3. Tejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini – Parir xjentifiku (Il-punt 1.2.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.1.3.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tipprovdi lill-Kummissjoni b’parir indipendenti u ta’ kwalità għolja dwar ir-riskji għas-saħħa. Dan jgħin sabiex jiżgura bażi xjentifika b’saħħitha għal politiki u miżuri tal-UE b’konformità ma’ prinċipji aħjar ta’ regolazzjoni. Parir bħal dan jiġi pprovdut mill-Kumitati Xjentifiċi skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (15). Din l-azzjoni tikkontribwixxi għaż-żieda fir-rwol tax-xjenza fid-dibattitu politiku tal-UE u tgħin sabiex tgħarraf liċ-ċittadini bir-riskji. Tippermetti wkoll lill-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali sabiex jifhmu aħjar il-politiki tal-UE u l-proposti relatati. Din l-azzjoni għandha żewġ komponenti: l-ewwel nett indennitajiet speċjali mħallsa lil esperti għax-xogħol tagħhom dwar opinjonijiet xjentifiki, u t-tieni nett assistenza xjentifika u teknika għall-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi u l-komunikazzjoni ta’ riskji.
Jitħallsu indennitajiet speċjali lil esperti għax-xogħol tagħhom dwar opinjonijiet xjentifiċi kif previst fid-Deċiżjoni 2008/721/KE.
|
[Azzjonijiet oħra] |
Ammont indikattiv: EUR 270 000 |
L-assistenza xjentifika u teknika għall-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi u l-komunikazzjoni ta’ riskji tinkludi: (a) tfittix, analiżi u sinteżi ta’ letteratura xjentifika, (b) preparazzjoni ta’ verżjonijiet lajċi ta’ opinjonijiet xjentifiċi, (c) preparazzjoni ta’ sommarji, (d) tfittix ta’ dejta, (e) twaqqif tal-bibljografija ta’ temi indirizzati mill-Kumitati u (f) reviżjoni ta’ testi. Dan l-appoġġ huwa meħtieġ, peress li membri tal-Kumitati ma jibbenefikaw minn l-ebda appoġġ mill-organizzazzjonijiet tagħhom. Ikopri wkoll l-organizzazzjoni ta’ seduti xjentifiċi, laqgħat ta’ ħidma u workshops tematiċi.
[Sejħiet għal offerti]
3.1.4. Tejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini – Is-sigurtà u l-kwalità ta’ organi u sustanzi li joriġinaw mill-bniedem, tad-demm u d-derivati tad-demm (Il-punt 1.2.2 fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.1.4.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri ta’ leġiżlazzjoni tal-UE rigward id-demm u l-komponenti u t-tessuti tad-demm, u l-produzzjoni ta’ rapporti relatati dwar is-sitwazzjoni attwali. Il-partijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni huma: (a) id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi standards ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (16) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni relatati (17) u (b) id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelluli tal-bniedem (18) u d-Direttivi ta’ implimentazzjoni relatati (19).
Il-ġbir u l-provvista ta’ demm u komponenti tad-demm huma attività ta’ valur għoli għas-sistemi tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri, li toffri u tappoġġja ħafna opzjonijiet ta' trattament. Dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu wkoll għal żviluppi fis-settur farmaċewtiku. Ir-riskju ta’ trażmissjoni ta’ mard huwa inerenti għall-użu tad-demm u l-komponenti tad-demm u jista’ jwassal għal riskji potenzjali għas-sigurtà u l-kwalità. Id-Direttiva 2002/98/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni relatati jfittxu li jwieġbu għal dan it-tħassib. Is-settur tat-tessuti u ċ-ċelluli qed jikber b’rata mgħaġġla, u qed jipprovdi numru dejjem ikbar ta’ trattamenti. Se jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll għall-iżvilupp tas-settur farmaċewtiku. Dan se jkun possibbli biss jekk ikunu jistgħu jiġu garantita s-sigurtà u l-kwalità tas-sustanzi miġbura li joriġinaw mill-bniedem. Id-Direttiva 2004/23/KE u d-Direttivi relatati ta’ implimentazzjoni jfittxu li jwieġbu għal dan it-tħassib.
Din l-azzjoni se tipproduċi żewġ rapporti li jkun fihom evalwazzjoni ta’ punti ewlenin għall-Istati Membri kollha. Ir-rapporti li jirriżultaw se jikkontribwixxu għal (a) rapporti dwar l-esperjenzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/23/KE, kif meħtieġ bl-Artikolu 26(2) u d-Direttiva 2002/98/KE kif meħtieġ bl-Artikolu 26(2), (b) għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri li kellhom suċċess fl-implimentazzjoni u Stati Membri ta’ appoġġ li ltaqgħu ma’ problemi, (c) għal għajnuna fl-infurzar tal-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u (d) għall-identifikazzjoni ta’ problemi sistematiċi li jistgħu jeħtieġu tibdil fil-leġiżlazzjoni. Huwa kkalkulat li l-kunsinna tar-rapporti għandha ssir fl-aħħar tal-2013.
[Sejħa għal offerti]
3.1.4.2.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa l-appoġġ tal-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ allokazzjoni ottimali u l-użu/trapjant ta’ organi mogħtija permezz ta’ arranġamenti multilaterali u bilaterali u permezz ta’ trapjant fi Stati Membri oħra. Din l-azzjoni se tgħin fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2008) 819/3 tat-8 ta’ Diċembru 2008Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għoti u t-Trapjant ta’ Organi (2009-2015): It-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (20)
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa t-twaqqif ta’ pjattaforma ta’ IT fuq livell tal-UE għall-iskambju multilaterali ta’ organi. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri għandhom korpi nazzjonali ta’ allokazzjoni sabiex iqabblu l-organi disponibbli ma’ riċevituri potenzjali u jiżguraw l-allokazzjoni u l-użu ottimali ta’ kull organu. Xi Stati Membri għaqqdu l-isforzi tagħhom f’organizzazzjoni ta’ skambju bejn diversi pajjiżi, bħal Eurotransplant u Scandiatransplant. Madankollu, mhux l-organi kollha jistgħu jiġu mqabbla, allokati u użati f'dawn il-pajjiżi jew iż-żoni ta’ diversi pajjiżi. Dan huwa partikolarment minnu għall-pazjenti, it-tfal u l-organi rari b’livell għoli ta’ immunizzazzjoni. Pjattaforma fuq livell tal-UE li tgħaqqad il-korpi eżistenti tal-allokazzjoni tal-organi fl-Ewropa se tippermetti li dan iseħħ. Din l-azzjoni tkopri l-iżvilupp ta’ protokolli u formats miftiehma għal skambju faċli u rapidu ta’ dejta. Diġà sar xogħol preparatorju fil-proġett “Koordinazzjoni ta’ inizjattiva Ewropea fost organizzazzjonijiet nazzjonali għat-trapjant ta’ organi” (COORENOR) iffinanzjat mill-Programm tas-Saħħa. Dan se jiġi żviluppat iżjed, se titwaqqaf pjattaforma konkreta u n-numru ta’ Stati Membri involuti se jiżdied. Preparazzjoni legali, finanzjarja u operattiva bir-reqqa li twassal għal ftehimiet konkreti bejn l-Istati Membri se tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-pjattaforma.
Din l-azzjoni se tgħin ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex iwaqqfu ftehimiet bilaterali għall-iskambju ta’ organi bejn l-Istati Membri. Mhux l-Istati Membri kollha għandhom programmi ta’ trapjant għal kull tip ta’ organu. It-twaqqif ta’ ftehimiet bilaterali speċifiċi għall-organi bejn l-Istati Membri jipprovdi aċċess għaċ-ċittadini tal-UE għal kura f’ċentru tat-trapjant fi Stat Membru ieħor li jkun speċjalizzat fl-organu li jkunu jeħtieġu. Dawn l-organi jistgħu jiġu akkwistati wkoll fi Stat Membru wieħed u jintbagħtu f’ieħor. Il-ftehimiet eżistenti żiedu l-mobilità tal-pazjenti u l-użu ta’ organi fl-Ewropa. Din l-azzjoni se tesplora prattiki eżistenti, tidentifika opportunitajiet għal ftehimiet bilaterali, tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw ftehimiet u jwaqqfu struttura operattiva. Ix-xogħol li sar fil-proġett COORENOR se jikkontribwixxi għal dan.
Din l-azzjoni se tindirizza wkoll kwistjonijiet li jfixklu liċ-ċittadini tal-UE milli jaċċessaw programmi ta’ trapjant fi Stati Membri oħra. Din l-azzjoni se tipproduċi deskrizzjoni ġenerali tal-mudelli ta’ mobilità tal-pazjenti fl-Istati Membri għat-trapjant ta’ organi u l-problemi relatati flimkien ma’ proposti sabiex dawn jiġu indirizzati. Din l-azzjoni se tipproduċi wkoll deskrizzjoni ġenerali ta’ sistemi ta’ kunsens u metodi għall-ftehim reċiproku ta’ dawn is-sistemi mill-Istati Membri sabiex tiġi faċilitata d-donazzjoni fi Stati Membri oħra meta donaturi potenzjali ta' organi jmutu barra l-konfini nazzjonali tagħhom. Huwa mistenni li r-riżultati jingħataw fl-aħħar tal-2015.
|
[Azzjoni konġunta] |
Ammont indikattiv: EUR 1 150 000 |
3.1.4.3.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tingħata għajnuna sabiex l-aħjar prattiki fid-donazzjoni u t-trapjant ta' organi, tessuti, ċelluli u demm jixxerdu b'mod effikaċi permezz tal-Kunsill tal-Ewropa (KtE). Din l-azzjoni hija r-riżultat ta’ bosta proġetti ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa u x-xogħol magħmul minn gruppi varji ta' ħidma għall-identifikazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fl-UE. Dawn ikopru b’mod partikolari: (a) kampanji ta’ għarfien pubbliku, (b) l-identifikazzjoni tad-donaturi, ir-reklutaġġ u l-ġestjoni, (c) id-donazzjoni ta’ organi minn donaturi ħajja, (d) il-prattiki ta’ kwalità fl-istabbilimenti tad-demm u t-tessuti, b'mod partikolari dwar il-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħżin u d-distribuzzjoni, (e) il-monitoraġġ tas-sigurtà tas-sustanzi tal-bniedem, (f) kollaborazzjoni ma’ unitajiet ta’ kura intensiva u (g) segwitu tal-perjodu ta’ wara d-donazzjoni u wara t-trapjant/trasfużjoni.
Minħabba l-ilħiq u l-istruttura tiegħu, il-KtE jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tixrid tal-aħjar prattiki u jilħaq udjenzi addizzjonali. Dawn jinkludu l-professjonisti u l-istabbilimenti fil-qasam tas-saħħa, irrappreżentati f’ħafna mill-gruppi esperti ġestiti mill-KtE, u rappreżentanti ta’ awtoritajiet kompetenti fil-gruppi ta’ esperti tiegħu. Dawn l-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta' donazzjoni, trapjanti u trasfużjoni fl-Istati Membri.
Sabiex dan l-ilħiq jiżdied u jiġi żgurat li gruppi addizzjonali jkunu kapaċi li jibbenefikaw mill-għarfien żviluppat bl-għajnuna ta' finanzjament tal-UE, il-KtE se jiżviluppa u jimplimenta pjan ta' tixrid għal gruppi ta' mira u kopertura ġeografika differenti. Attivitajiet konkreti jistgħu jinkludu konferenzi, kampanji ta’ għarfien ta’ bini ta’ pjattaformi, it-tqassim ta’ referenzi permezz tal-posta elettronika/websajts, il-pubblikazzjoni ta’ fuljetti/materjali ta’ gwida u taħriġ.
Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu għal implimentazzjoni aħjar tar-rekwiżiti ta’ sigurtà u kwalità kif stabbilit fid-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istandards ta’ kwalità u sikurezza ta' organi umani maħsuba għal trapjanti (21); id-Direttiva 2002/98/KE u l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tagħha, u d-Direttiva 2004/23/KE u l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tagħha. Se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-effiċjenza ta’ sistemi u l-aċċessibbiltà għal sustanzi li joriġinaw mill-bnedmin, b’mod partikolari għall-organi, b’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar id-donazzjoni u t-trapjant ta’ organi.
|
[Għotja diretta lill-KtE] |
Ammont indikattiv: EUR 100 000 |
3.2. Azzjonijiet taħt it-tieni għan “Ippromwovi s-Saħħa”
3.2.1. Iż-żieda tas-snin ta’ ħajja b’saħħitha u l-promozzjoni ta’ tixjiħ b’saħħtu (Il-punt 2.1.1 fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.2.1.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tikkontribwixxi għal tixjiħ attiv u b’saħħtu, prijorità taħt l-Istrateġija Ewropa 2020. Din l-azzjoni se tappoġġja l-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ta’ Innovazzjoni fil-qasam ta’ tixjiħ attiv u b’saħħtu stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 546 finali tas-6 ta’ Ottubru 2010 dwar Ewropa 2020 Unjoni ta’ Innovazzjoni għal Inizjattiva Ewlenija.
Din l-azzjoni se tiffoka fuq numru ta’ attivitajiet konkreti b’konformità mal-Pjan Strateġiku ta’ Implimentazzjoni tas-Sħubija. L-għan tagħha huwa l-appoġġ tal-iskjerament ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-provvista ta’ kura f’termini ta’ politiki innovattivi u mudelli ta’ negozju għal sistemi kollaborattivi u integrati ta’ kura, abbażi ta’ kontinwazzjoni ta’ approċċ ta’ kura. Se tiffoka wkoll fuq il-ġestjoni ta’ mard kroniku, billi tindirizza b’mod partikolari pazjenti b’kundizzjonijiet kroniċi multipli. Se tkopri tliet tipi differenti ta’ azzjoni: (a) kapital inizjali għal proġetti bi prova mat-tibdil tal-għoti tal-kura, (b) l-appoġġ għal approċċ ta' sħubija lejn tibdil fl-għoti ta' kura u (c) l-appoġġ tas-saħħa tal-persuni anzjani.
a) L-appoġġ tat-tibdil fl-għoti ta’ kura
Se jiġi pprovdut appoġġ fil-forma ta’ kapital inizjali għat-tħejjija u t-twettiq ta’ bidla fis-sistemi soċjali u ta’ kura tas-saħħa li twassal għall-provvista ta’ kura integrata bbażata fuq mudelli ta' negozju u teknoloġiji innovattivi. Din l-attività għandha l-għan li tassisti fit-tibdil lejn l-implimentazzjoni ta’ sistemi integrati ta’ kura li huma bbażati fuq mudelli ta’ kura ċċentrati fuq il-pazjent, ikkoordinati, integrati u kontinwi. Fuq bażi ta’ evidenza eżistenti l-mudelli ta’ kura se jindirizzaw, b’mod partikolari, il-ġestjoni ta’ mard kroniku. Il-mudelli integrati għandhom jgħinu fit-tnaqqis ta’ diżabilità fit-tul u d-dgħjufija tal-pazjenti b’kundizzjonijiet kroniċi multipli u t-tnaqqis ta’ ospitalizzazzjoni mhux meħtieġa u li tkun tista’ tiġi evitata. Minbarra li tappoġġja t-tibdil ta’ sistemi, din l-azzjoni se tiżgura wkoll it-trasferiment ta’ għarfien miksub fil-proċess tal-implimentazzjoni ta’ tibdil lejn entitajiet rilevanti oħra, jiġifieri entitajiet responsabbli għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura madwar l-UE.
b) Dħul fi sħubija għal tibdil
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa l-appoġġ tal-kooperazzjoni tal-partijiet interessati fit-tibdil tas-sistemi soċjali u ta’ kura. L-attivitajiet li għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ approċċ ta' sħubija jistgħu jinkludu: (a) id-deskrizzjoni fil-qosor ta’ mudelli ġodda ta’ negozju li jirriflettu soluzzjonijiet innovattivi, b’mod partikolari li jindirizzaw il-ġestjoni ta’ kundizzjonijiet kroniċi multipli, (b) l-iżvilupp ta’ toroq ġodda ta’ kura tul il-kontinwazzjoni ta’ kura, (c) l-iżvilupp ta’ linji gwida bbażati fuq soluzzjonijiet / mudelli ta’ negozji ġodda, (d) l-iżvilupp ta’ moduli ta’ taħriġ għall-fornituri ta' kura li jirriflettu dawn is-soluzzjonijiet / mudelli ta' negozju ġodda, (e) l-iżvilupp ta' linji gwida għall-provvista informali ta' kura u (f) appoġġ għall-modernizzazzjoni relatata tal-akkwist pubbliku, inkluża speċifikazzjoni funzjonali għall-offerti, il-kriterji ta' kwalità, ir-rekwiżiti ta' interoperabilità, l-akkwist prekummerċjali konġunt, u l-promozzjoni ta’ approċċ ta’ valur ta’ ċiklu tal-ħajja għall-valutazzjoni ta’ investiment. Din l-azzjoni se tiffoka fuq attivitajiet ma’ dak li manifestament jista’ jitwettaq fil-prattika.
c) L-appoġġ għas-saħħa tal-anzjani
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li timmassimizza l-impatt ta' riżorsi li jippromwovu s-saħħa tal-anzjani, permezz ta' (a) kollaborazzjoni u koordinazzjoni aħjar, pereżempju l-appoġġ u t-tixrid ta’ mudelli ta’ prattika tajba/l-aħjar prattika għall-promozzjoni tas-saħħa tal-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu; it-tisħiħ tas-sistemi ta’ dejta, (b) il-bini ta’ kapaċitajiet, pereżempju l-iżvilupp ta’ programmi ta’ għarfien dwar is-saħħa; it-taħriġ fil-ġerontoloġija, (c) l-appoġġ għal interventi li jgħinu fil-prevenzjoni tal-bidu ta’ dgħufija u (d) l-identifikazzjoni ta’ miżuri sabiex jiġi żgurat li l-kunsiderazzjonijiet dwar it-tixjiħ jiġu kkunsidrati fit-tfassil ta’ politiki ġodda dwar is-saħħa.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 4 021 820 |
3.2.2. L-identifikazzjoni tal-kawżi ta’, l-indirizzar u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fi u bejn l-Istati Membri sabiex isir kontribut għall-prosperità u l-koeżjoni; l-appoġġ għall-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta' kura transkonfinali u l-mobilità tal-pazjenti u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa (Il-punt 2.1.2. fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.2.2.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa t-titjib tal-aċċess u l-adegwatezza tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-migranti, ir-Roma u gruppi minoritarji etniċi oħra li jkunu vulnerabbli, inklużi l-migranti irregolari/illegali.
Din l-azzjoni għandha żewġ komponenti. L-ewwel wieħed jiffoka fuq il-promozzjoni tal-għoti ta’ kura tas-saħħa xierqa lill-migranti fil-konfini tan-Nofsinhar tal-UE, u b’hekk iżid is-sigurtà tas-saħħa pubblika fl-UE fit-tul. Din l-azzjoni hija bbażata fuq ir-riżultati tal-proġett “Iż-Żieda tas-Sigurtà tas-Saħħa Pubblika Tul il-Fruntiera Ewropea tal-Lvant” iffinanzjat mill-ewwel Programm għas-Saħħa Pubblika fl-2006. Din l-azzjoni tappoġġja l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE id-Deċiżjoni 2000/57/KE id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu l-ażil (22) u r-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa ġodda. Tirrispondi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2011) 292 tal-24 ta’ Mejju 2011Djalogu għall-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran.
It-tieni komponent jiffoka fuq ir-Roma u gruppi minoritarji etniċi oħra li huma vulnerabbli, inklużi l-migranti irregolari/illegali. Din l-azzjoni se tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu l-inugwaljanzi. Huwa jagħmel kontribut dirett għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2010)758 finali tas-16 ta’ Diċembru 2010Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali (23), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2009) 567 finali tal-20 ta’ Ottubru 2009Solidarjetà fis-Saħħa: It-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fil-Qasam tas-Saħħa fl-UE (24), Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 133 finali tas-7 t’April 2010L-integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-Roma fl-Ewropa (25) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2011) 173 finali tal-5 t’April 2011Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma sal-2020 (26).
Huwa se (a) jistabbilixxi mekkaniżmu għan-netwerking u l-iskambju ta’ prattika tajba bejn l-Istati Membri, pajjiżi tal-adeżjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti għat-titjib tal-aċċess u l-adegwatezza tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni għall-ilħuq tal-ħtiġijiet tal-migranti, ir-Roma u gruppi minoritarji etniċi oħra vulnerabbli, inklużi l-migranti irregolari/illegali, (b) jiddokumenta l-qafas legali u ta' politika, inkluża r-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali għas-saħħa u l-appoġġ għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni għall-migranti/il-minoritajiet etniċi għall-inklużjoni ta’ ffukar speċifiku fuq ir-Roma, (c) jiżviluppa kriterji għal punti ta’ referenza u linji gwida ta’ kunsens dwar il-prattika tajba fuq l-aċċess għal kura tar-Roma u gruppi ta’ migranti u minoritarji etniċi oħra vulnerabbli u (d) jirrevedi programmi ta’ taħriġ u bini ta’ kapaċitajiet rigward is-saħħa tal-gruppi etniċi/il-migranti u l-iżvilupp ta’ qafas ta’ kunsens għall-bini ta’ kapaċitajiet għall-professjonisti, inklużi komponenti bażiċi ta’ programm ta’ taħriġ u l-aspetti operattivi ta’ għoti u evalwazzjoni tagħha. Dan se jirriżulta f’politiki u inizjattivi msaħħa f’livelli nazzjonali u subnazzjonali għall-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa tar-Roma, il-migranti u l-gruppi minoritarji, u kontribut għall-inklużjoni tar-Roma, il-migranti u gruppi vulnerabbli oħra.
|
[Għotja diretta lill-OIM] |
Ammont indikattiv EUR 1 533 000 |
3.2.2.2.
L-għanijiet ta’ din l-azzjoni huma li jiġi analizzat il-konsum ta’ tabakk fi gruppi varji fis-soċjetà u r-rwol tal-użu tat-tabakk bħala kontributur għan-nuqqas attwali u dak futur fir-riżultati fil-qasam tas-saħħa. Se tanalizza wkoll l-impatt tal-interventi meħuda mill-UE, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi relatati mat-tabakk. Fil-mira ta’ dawn il-miżuri b’mod partikolari hemm il-gruppi edukattivi, okkupazzjonali u ta’ dħul, gruppi ta’ ġeneri u età differenti u gruppi bi żvantaġġ soċjali speċifiku bħall-persuni b’diżabilità, il-persuni mingħajr dar, iż-żgħażagħ bi ħtiġijiet speċjali u l-migranti.
Din l-azzjoni se tipprovdi kwadru komprensiv tal-isfidi maħluqa minn inugwaljanzi relatati mat-tabakk madwar l-UE, billi tipprovdi bażi ta’ evidenza u tikkontribwixxi għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki. Billi huwa diffiċli li jintlaħqu ċerti gruppi marġinali, huwa utli għall-Istati Membri li jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin u jevitaw l-użu ta’ riżorsi dwar miżuri li rriżultaw mhux effikaċi. Din l-azzjoni se tipproduċi studju li jippreżenta analiżi komprensiva ta’ inugwaljanzi attwali u futuri relatati mat-tabakk u deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri l-iżjed kosteffettivi sabiex dawn indirizzati. Se tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet dwar l-ekwità tas-saħħa f’politiki u leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk fuq il-livell tal-Istati Membri u l-UE. Ir-riżultati mistennija se jipprovdu lil dawk li jfasslu l-politika fuq livell nazzjonali u tal-UE b’ftehim profond tal-prattiki tajba fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi relatati mat-tabakk. Ġie stimat li l-istudju għandu jiġi sottopost sal-aħħar tal-2013.
[Kuntratt qafas/sejħa għal offerti]
3.2.2.3.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jingħata appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (27). Id-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva hija l-25 ta’ Ottubru 2013. Taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva l-Istati Membri huma meħtieġa li jiddeżinjaw Punt Nazzjonali ta’ Kuntatt (NCPs) jew aktar sabiex jipprovdu lill-pazjenti b’informazzjoni xierqa dwar l-aspetti kollha essenzjali tal-kura tas-saħħa transkonfinali [li] hija meħtieġa sabiex tippermetti [lilhom] li jeżerċitaw fil-prattika d-drittijiet tagħhom fuq il-kura tas-saħħa transkonfinali.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jitfassal u jinxtered studju prospettiv bil-mira li jevalwa kif l-NCPs jistgħu jifformolaw u jippreżentaw bl-aħjar mod informazzjoni lill-pazjenti. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw se jindirizzaw is-sodisfazzjon tal-pazjenti, iż-żamma ta’ informazzjoni u l-ftehim ta’ informazzjoni, prinċipalment il-konsistenza fl-għażliet tal-pazjenti. Se jiġu fformolati ipoteżijiet ta’ riċerka u l-letteratura rilevanti se tiġi skrinjata. Se jiġi abbozzat disinn ta’ studju preliminari li jiddistingwi r-riżultati primarji/sekondarji li għandhom jitkejlu fil-gruppi ta’ pazjenti magħżula b'mod każwali. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju għandhom jiġu tradotti f’rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri.
Din l-azzjoni se tikkontribwixxi għall-għoti ta’ setgħat lill-pazjenti billi żżid iċ-ċarezza dwar id-drittijiet tal-pazjenti rigward it-trattament transkonfinali; is-sigurtà tal-pazjenti billi tipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri tal-kura tas-saħħa, u dwar l-istandards ta' kwalità u sigurtà tal-kura tas-saħħa li huma jipprovdu; u billi ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali permezz tan-netwerk ta’ punti nazzjonali ta’ kuntatt li se jiskambjaw informazzjoni.
[Kuntratt qafas]
3.2.2.4.
L-għanijiet ta’ din l-azzjoni huma li tipprovdi pjattaforma għall-Istati Membri sabiex jaħdmu flimkien fuq il-previżjoni tal-ħtiġijiet tal-ħaddiema tas-saħħa u l-metodoloġiji ta’ ppjanar tal-ħaddiema u sabiex jinstabu soluzzjonijiet possibbli għan-nuqqas ta' ħaddiema tas-saħħa fl-Ewropa. Din l-azzjoni tħabbret fil-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni COM (2010) 0682 finali tat-23 ta’ Novembru 2010Aġenda għal ħiliet u xogħlijiet ġodda: Kontribut Ewropew lejn impjieg għal kulħadd (28). Se tikkontribwixxi b’mod dirett għall-ilħuq tal-għanijiet tal-prijorità 2 Niddotaw in-nies bil-ħiliet it-tajbin għall-impjieg stabbiliti fil-Komunikazzjoni. L-Istati Membri talbu wkoll it-twaqqif ta’ pjattaforma bħal din fil-Konklużjonijiiet tal-Kunsill dwar investiment fil-ħaddiema tas-saħħa tal-Ewropa tal-ġejjieni: Ambitu għal innovazzjoni u kollaborazzjoni adottat fis-7 ta’ Diċembru 2010 (29).
Mekkaniżmi u strateġiji komprensivi u integrati ta’ previżjoni jistgħu jgħinu lill-Istati Membri sabiex jevalwaw in-numru u t-tip ta’ ħaddiema tas-saħħa meħtieġa mis-sistemi tas-saħħa tagħhom. Previżjoni u ppjanar adegwati jikkontribwixxu sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u l-ilħuq tal-isfidi attwali u futuri. Dawn jinkludu ħaddiema li qegħdin jixjieħu u pazjenti li qegħdin jixjieħu; servizzi miżjuda għall-ġestjoni ta' kundizzjoniiet kroniċi, is-saħħa mentali, il-kura fit-tul u l-kura soċjali; mudelli ġodda ta' ħaddiema tas-saħħa u l-migrazzjoni li qiegħda tikber tal-ħaddiema tas-saħħa fost il-pajjiżi. Azzjoni fuq livell tal-UE tista’ żżid valur ukoll fl-elenku tal-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-futur u tgħin sabiex il-ħaddiema tas-saħħa jingħataw l-edukazzjoni meħtieġa, kif ukoll għad-determinazzjoni ta’ fatturi kruċjali għal ambjent tax-xogħol sodisfaċenti.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa: (a) Li tipprovdi informazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki dwar il-metodoloġiji ta' ppjanar li qegħdin jintużaw. Se tipprovdi analiżi dwar il-fatturi li jiddeterminaw is-suċċess tagħhom, inklużi l-kuntest lokali, il-kultura u l-ħaddiema. Se tiġi żviluppata dejtabejż tal-aħjar prattiki u l-linji gwida għall-immudellar aħjar (2013-2014) u se tinħoloq pjattaforma permanenti fuq livell tal-UE (2015), (b) Li tagħmel stima tal-ħtiġijiet futuri f’termini ta’ ħiliet u kompetenzi tal-ħaddiema tas-saħħa u t-tqassim tagħhom. Se jiġi prodott rapport dwar il-metodoloġiji differenti użati fl-UE, flimkien ma’ linji gwida għall-utenti dwar kif għandha ssir stima tal-ħtiġijiet futuri (2013), (c) Tagħti parir dwar kif jistgħu jinbnew il-kapaċitajiet ta’ ppjanar tal-ħaddiema fl-Istati Membri (2014). Din l-azzjoni se tidentifika esperti dwar l-ippjanar tal-ħaddiema fl-Istati Membri li jistgħu jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra sabiex jibnu kapaċitajiet ta’ ppjanar tal-ħaddiema. (d) Tiżviluppa gwida tal-UE dwar kif il-pajjiżi donaturi u dawk riċevituri jistgħu jikkooperaw sabiex isibu soluzzjoni li tkun ta’ benefiċċju reċiproku f’termini ta’ kapaċitajiet ta’ taħriġ u mobilità ċirkolari (2014-2015) u (e) Tipprovdi informazzjoni dwar tendenzi ta’ mobilità tal-professjonisti tax-xogħol fl-Istati Membri (2013-2015). Kollaborazzjoni bħal din inbdiet fi proġetti differenti ta’ Riċerka u Innovazzjoni, bħal “Studju dwar il-Mobilità PROfessjonali fis-SAĦĦA FL-Unjoni Ewropea” (PROMeTHEUS) (30) jew “Previżjoni dwar l-Infermieri: Ippjanar tar-Riżorsi Umani fil-Kamp tal-Infermiera” (RN4CAST) (31) iżda teħtieġ li tiġi appoġġjata aħjar. Il-pjattaforma tal-UE se jkollha din il-funzjoni wkoll. Din l-azzjoni konġunta għandha tikkapitalizza fuq il-proġetti PROMETHEUS, RN4CAST u l-“Mobilità għall-Professjonisti tas-Saħħa” (MoHProf) (32) u tagħmel użu mir-riżultati tagħhom u dak li jipproduċu. Din l-azzjoni se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-“Kodiċi Globali ta’ Prattika tal-WHO dwar ir-Reklutaġġ Internazzjonali tal-Persunal tas-Saħħa” li jservi bħala qafas etiku sabiex jiggwida lill-Istati Membri fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema tas-saħħa, b’mod speċjali dawk mill-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas kritiku ta’ ħaddiema tas-saħħa, billi tgħin lill-Istati Membri tal-UE sabiex jieħdu miżuri effikaċi ħalli jedukaw, iżommu u jsostnu forza tax-xogħol tas-saħħa xierqa mibnija fuq pjan għal forza tax-xogħol tas-saħħa bbażat fuq evidenza (il-punt 5.4 tal-Kodiċi). Din l-azzjoni se tinkludi wkoll pakkett tax-xogħol dwar kif għandha tiġi sostnuta l-kollaborazzjoni ladarba l-azzjoni konġunta tkun spiċċat.
|
[Azzjoni konġunta] |
Ammont indikattiv: EUR 3 000 000 |
3.2.3. L-indirizzar ta’ fatturi determinanti fil-qasam tas-saħħa għall-promozzjoni u t-titjib tas-saħħa fiżika u mentali u t-teħid ta' azzjoni dwar fatturi ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, u dwar fatturi determinanti relatati ma’ vizzji bħat-tabakk u l-alkoħol (Il-punt 2.2.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.2.3.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni konġunta huwa li jitwaqqaf proċess għal xogħol strutturat dwar is-saħħa mentali li jinvolvi lill-Istati Membri, il-partijiet interssati fis-settur tas-saħħa u setturi rilevanti oħra, u organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-WHO u l-OECD. Din l-azzjoni konġunta se tibni fuq il-konferenzi tematiċi tal-2009-2011 taħt il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benesseri Mentali mniedi taħt il-Presidenza Slovena fl-2008. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benesseri Mentali: riżultati u azzjoni futura” adottat f’Ġunju tal-2011 (33) jistiednu lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu azzjoni konġunta dwar is-saħħa u l-benesseri mentali taħt il-Programm tas-Saħħa.
Din l-azzjoni konġunta se tiżviluppa qafas ta’ referenza għal attivitajiet li jiġu appoġġjati b’mod komuni għall-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri mentali u l-prevenzjoni ta' problemi ta' saħħa mentali permezz ta' politiki tas-saħħa u soċjali u s-sitwazzjonijiet tal-ħajja. Fost l-aspetti li għandhom jiġu indirizzati hemm: (a) is-soluzzjoni ta’ diżordnijiet mentali, bi ffukar partikolari fuq id-depressjoni, permezz ta’ sistemi tas-saħħa u dawk soċjali, inkluża d-deistituzzjonalizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa, l-integrazzjoni tagħhom f’komunitajiet lokali u n-netwerking tagħhom mas-servizzi soċjali, (b) id-disponibbiltà u t-taħriġ tal-ħaddiema tas-saħħa, (c) il-promozzjoni ta’ ambjenti b'saħħithom fuq il-postijiet tax-xogħol u (d) il-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ permezz tal-integrazzjoni tas-saħħa mentali fl-ambjenti tal-iskejjel u l-ambjenti tal-komunitajiet lokali, attivitajiet għat-tqajjim tal-għarfien tal-ġenituri u t-taħriġ tal-professjonisti tal-iskejjel.
Din l-azzjoni konġunta se jkollha tliet komponenti: L-ewwel wieħed, il-“Qafas ta” Azzjoni dwar is-Saħħa Mentali’ se jiżviluppa oqfsa ta’ referenza approvati b’mod komuni għal azzjoni fuq is-saħħa mentali permezz ta’ sistemi tas-saħħa u politika soċjali kif ukoll f’ambjenti ewlenin tal-ħajja bħall-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol. Se jintużaw reviżjonijiet tal-pari bħala strument għat-tagħlim minn xulxin. Se jiġu kkunsidrati attivitajiet ikkoordinati għat-tqajjim ta’ għarfien. It-tieni komponent, il-“Kumpass tas-Saħħa Mentali”, jiżviluppa iktar il-“Kumpass tal-UE għal Azzjoni dwar is-Saħħa u l-Benesseri Mentali” sabiex isir mekkaniżmu għall-ġbir, ir-reviżjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajba mis-setturi tas-saħħa u setturi oħra ewlenin. It-tielet komponent, l-“Informazzjoni dwar is-Saħħa Mentali”, se jiffoka fuq il-ġbir ta’ dejta dwar l-istat tas-saħħa mentali fl-Istati Membri. Se jiġi kkunsidrat l-impatt ta’ fatturi determinanti soċjali u se jiġu identifikati gruppi vulnerabbli. Se jiġi kkummissjonat studju dwar l-importanza tas-saħħa u l-benesseri mentali għas-saħħa pubblika fl-UE u r-rilevanza tagħha għall-Istrateġija Ewropa 2020.
Din l-azzjoni konġunta għandha tikkapitalizza fuq il-proġetti ta’ Riċerka u Innovazzjoni elenkati hawn taħt, tħeġġeġ l-implimentazzjoni tagħhom fi prattika klinika, u tagħmel użu mir-riżultati tagħhom u dak li jipproduċu. “It-teħid u r-riżultat ta’ deċiżjoni klinika fil-kura ta’ rutina għall-persuni b’mard mentali gravi” (CEDAR) (34), “Tfal ta” Priġunieri, Interventi u Mitigazzjonijiet għat-Tisħiħ tas-Saħħa Mentali’ (COPING) (35), “Netwerk Ewropea ta’ Ċentri Esperti ta’ Riċerka Bipolari” (ENBREC), “Prevalenza, inċidenza ta' sena u l-gravità tas-sintomi tad-diżordnijiet mentali fl-anzjani: Relazzjoni mal-ħsara fis-saħħa, il-funzjonament (ICF) u l-użu tas-servizz” (MentDis_ICF65+) (36), l-effetti tas-“Sistemi ta’ finanzjament” fuq il-“Kwalità tal-kura tas-saħħa Mentali fl-Ewropa” (REFINEMENT), “Pjan Direzzjonali għar-Riċerka dwar is-Saħħa Mentali fl-Ewropa” (ROAMER), “Salva Ħajjiet Żgħar fl-Ewropa: Il-promozzjoni tas-saħħa permezz tal-prevenzjoni tat-teħid ta’ riskji u mġiba awtodistruttiva” (SEYLE) (37), “Implimentazzjoni mfassla apposta għall-mard kroniku” (TICD) u “Aħdmu Flimkien sabiex Jitwaqqaf l-Iskartar Fost iż-Żgħażagħ” (WE-STAY).
Din l-azzjoni konġunta se tappoġġja lill-Istati Membri fi (a) it-titjib tas-servizzi tas-saħħa mentali tagħhom u t-tisħiħ tal-promozzjoni u l-prevenzjoni, (b) it-tħeġġiġ ta’ sħubijiet bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra għall-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri mentali, (c) il-prevenzjoni tad-diżordnijiet mentali u l-għoti ta’ appoġġ lill-persuni b’diżordnijiet mentali, (d) il-ġestjoni tat-tranżizzjoni minn servizzi ta’ kura istituzzjonali għal mudelli ta’ kura bbażati fil-komunità, (e) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali ta’ persuni bi problemi ta' saħħa mentali u s-soluzzjoni ta' problemi maħluqa mid-diskriminazzjoni u l-istigmatizzazzjoni tagħhom u (f) l-iżvilupp ta' indikaturi tas-saħħa mentali. Ir-riżultati ta’ din l-azzjoni konġunta se jiġu mqassra f’rapport fl-2015 li jipproponi oqfsa ta’ referenza għal azzjoni dwar is-saħħa mentali u opzjonijiet għal iżjed azzjoni fuq livell tal-UE.
|
[Azzjoni konġunta] |
Ammont indikattiv: EUR 1 500 000 |
3.2.3.2.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-mard relata mal-piż żejjed u l-obeżità fost iż-żgħażagħ. Din l-azzjoni tappoġġja l-implimentazzjoni ta' Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta’ saħħa relatati man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità (38) u twieġeb b’mod dirett għal diskussjonijiet fil-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u fil-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa.
Il-miżuri taħt din l-azzjoni għandhom l-għan li jiżviluppaw interventi u kampanji innovattivi mmirati għall-promozzjoni ta’ dieta bbilanċjata u attività fiżika għat-tfal u l-adolexxenti f’sitwazzjonijiet rilevanti. Huma jfittxu li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ għarfien fit-tfassil ta’ interventi li fil-mira tagħhom ikollhom it-tfal u l-adolexxenti, bi ffukar partikolari fuq il-gruppi soċjalment żvantaġġati. Huma jfittxu wkoll li jżidu inizjattivi li jkun intwera b'mod ċar li huma ta' suċċess li fil-mira tagħhom ikollhom komunitajiet u skejjel lokali u li jiżviluppaw kampanji medjatiċi innovattivi li fil-mira tagħhom ikollhom it-tfal u l-adolexxenti. L-approċċi ta’ sħubija EPODE (39) jew Shape up (40) li jinvolvu s-soċjetà ċivili kollha u atturi oħra lokali taħt it-tmexxija ta’ awtoritajiet lokali u/jew tal-iskejjel jistgħu jservu ta’ eżempju. Għandhom jiġu kkunsidrati kampanji komprensivi li jinkludu dimensjoni ta’ komunikazzjoni u edukattiva li tiffoka fuq nutrizzjoni bbilanċjata u attività fiżika għall-adolexxenti bbażati fuq sħubijiet pubbliċi-privati solidi li fil-mira tagħhom ikollhom diversi Stati Membri jew reġjuni. Din l-azzjoni għandha l-ħsieb li tappoġġja proġetti li joħolqu netwerk ta’ inizjattivi eżistenti, jidentifikaw u jxerrdu l-prattika tajba u jappoġġjaw l-iżvilupp u ż-żieda ta’ inizjattivi ta’ sħubija lokali/reġjonali, inklużi kampanji bil-mira li jippromwovu dieti bbilanċjati u stili ta' ħajja attiva fost it-tfal, b'mod partikolari fir-reġjuni fejn dawn l-approċċi ta' kooperazzjoni għadhom ma ġewx stabbiliti kompletament. Il-prattika tajba li tirriżulta għandha tiġi ppreżentata b’mod li tkun tista’ tiġi applikata faċilment f’ambjenti differenti madwar l-Istati Membri u tipprovdi materjal tal-prattiki tajba tal-WHO Euro. Din l-azzjoni għandha tikkapitalizza fuq il-proġetti ta' Riċerka u Innovazzjoni elenkati hawn taħt, tħeġġeġ l-implimentazzjoni tagħhom fi prattika klinika, u tagħmel użu mir-riżultati tagħhom u dak li jipproduċu. “Riċerka Ewropea għal Bilanċ enerġetiku għall-prevenzjoni taż-Żieda ta' piż żejjed fost iż-Żgħażagħ” (ENERGY) (41), “Prevenzjoni sostenibbli tal-obeżità permezz ta’ strateġiji integrati” (SPOTLIGHT), “Tentazzjonijiet sabiex Wieħed Jiekol b’Mod Moderat permezz ta’ Għodod ta’ Awtoregolazzjoni Personali u Ambjentali” (TEMPEST) (42), u “Implimentazzjoni mfassla apposta għall-mard kroniku” (TICD). L-inizjattivi li l-għan tagħhom ikun li jiġġeneraw tibdil, bħall-prevenzjoni ta’ piż żejjed u obeżità, għandhom jinkludu wkoll jew ikunu bbażati fuq studji dwar l-imġiba.
Huwa mistenni li dawn il-miżuri jżidu l-interventi bbażati fuq il-komunità lokali fl-UE u jiġġeneraw tibdil pożittiv fl-imġiba tat-tfal u l-adolexxenti, b’mod partikolari fil-gruppi soċjalment żvantaġġati. Fl-aħħar nett, din l-azzjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-rati ta’ kazijiet ta’ piż żejjed/obeżità jew indikaturi validati oħra ta’ prokura fil-popolazzjoni ta’ mira ta’ tfal u adolexxenti sal-2020.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 1 200 000 |
3.2.3.3.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tevalwa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ sitt snin għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta’ saħħa relatati man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità stabbilita fil-COM (2007) 279 finali tat-30 ta’ Mejju 2007. L-għan tal-istrateġija huwa li tistabbilixxi approċċ integrat tal-UE għal dan it-tħassib ewlieni dwar is-saħħa pubblika li jitfa’ piż kunsiderevoli fuq is-sistemi tas-saħħa u l-ekonomija b’mod ġenerali minħabba l-assenteiżmu mix-xogħol, it-telf ta' produttività u l-irtirar kmieni. L-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam tgħin lill-Istati Membri sabiex jilħqu livell għoli ta’ saħħa taċ-ċittadini tal-UE u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ħżiena ta' saħħa. Din l-azzjoni għandha tikkapitalizza fuq il-proġetti ta’ Riċerka u Innovazzjoni elenkati hawn taħt, tħeġġeġ l-implimentazzjoni tagħhom fi prattika klinika, u tagħmel użu mir-riżultati tagħhom u dak li jipproduċu. “Strateġiji Ambjentali Effikaċi għall-Prevenzjoni tal-Abbuż mill-Alkoħol fost l-Adolexxenti fl-Ewropa” (AAA-PREVENT) (43), “Miżuri tal-Alkoħol għal Alleanza ta’ Riċerka dwar is-Saħħa Pubblika” (AMPHORA) (44), u l-“Ottimizzazzjoni tal-provvista ta’ interventi għall-kura tas-saħħa” (ODHIN). Dan se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar impjiegi aħjar, innovazzjoni u tixjiħ attiv u b’saħħtu.
L-azzjoni tkopri (a) l-analiżi tal-informazzjoni bbażata fuq evidenza dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, (b) l-evalwazzjoni tal-kontribut mill-partijiet interessati tal-UE, b’mod partikolari fil-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, (c) l-evalwazzjoni tal-kontribut ta’ politiki tal-UE, (d) l-evalwazzjoni tal-appoġġ tal-istrateġija lill-Istati Membri, u (e) l-appoġġ tal-proċess tal-evalwazzjoni tal-impatt li jwassal għal segwitu għall-istrateġija. Din l-azzjoni għandha tipprovdi input sinifikanti fid-deċiżjonijiet ta’ politika fuq azzjoni ta’ segwitu. Ġie stimat li l-perjodu meħtieġ sabiex titwettaq din l-azzjoni huwa ta’ sena.
[Kuntratt qafas]
3.2.3.4.
L-għanijiet ta’ din l-azzjoni huma l-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn konsum ta’ alkoħol li jagħmel il-ħsara u t-tqajjim ta’ għarfien ta’ mudelli ta’ konsum b’riskju iżjed baxx. Din l-azzjoni se tappoġġja l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar l-alkoħol stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2006) 625 finali tal-24 ta’ Ottubru 2006Strateġija tal-UE sabiex tappoġġja lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol (45). Twieġeb ukoll għall-konklużjoniiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2009 dwar l-alkoħol u s-saħħa (2009/K 302/07) (46) li jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra passi ulterjuri għall-protezzjoni tat-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ mill-ħsara relatata mal-alkoħol.
Din l-azzjoni għandha żewġ komponenti. L-ewwel wieħed jiffoka fuq l-evalwazzjoni tal-punt safejn jintużaw u l-effikaċja tal-użu tat-tikketti ta' prodotti alkoħoliċi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni relatata mas-saħħa. It-tikketti tax-xorb alkoħoliku qegħdin jintużaw dejjem iżjed fl-UE, prinċipalment fuq bażi volontarja mill-produtturi tal-alkoħol. Madankollu, ma teżistix informazzjoni adegwata dwar sa fejn iwasslu dawn il-prattiki jew dwar l-effikaċja tagħhom f’termini ta’ viżibilità u valur tal-informazzjoni. Sommarji preċedenti ta’ skemi volontarji ta’ tikkettar kienu jiddependu fuq informazzjoni miġbura minn stħarriġ. Ir-riċerka li għandha twassal għal kwadru iżjed komprensiv tinvolvi xogħol fuq il-post għall-ġbir ta’ kampjuni rappreżentattivi ta' pakketti ta' xorb alkoħoliku minn ħwienet tal-bejgħ bl-imnut madwar l-Istati Membri sabiex tiġi evalwata l-effikaċja ta' informazzjoni relatata mas-saħħa. Għal dak li jirrigwarda t-trażżin tax-xorb minn persuni taħt l-età, il-limiti tal-età legali għall-bejgħ u l-għoti ta’ xorb alkoħoliku huma fost l-istrumenti l-iżjed effikaċi. Xogħol li sar qabel dwar l-aħjar prattiki b’konformità dejjem ikbar mal-limiti ta’ età ffoka prinċipalment fuq inizjattvi ta’ NGOs jew operaturi fis-settur tax-xorb alkoħoliku. Madankollu, sabiex jinkiseb kwadru komprensiv, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-esperjenzi minn inizjattivi li jinvolvu awtoritajiet lokali jew nazzjonali, b’mod speċjali billi sejbiet minn riċerka jissuġġerixxu li l-aħjar mod kif jistgħu jinkisbu riżultati huwa permezz ta' kooperazzjoni bejn ħafna partijiet interessati. Se jinġabru eżempji ta’ prattiki tajba u se jiġu faċilitati l-iskambju u t-tixrid ta’ prattiki tajba. Din l-azzjoni se tippermetti lill-Istati Membri, l-NGOs u l-industrija sabiex jiffukaw l-attivitajiet li għaddejjin jew ippjanati tagħhom fuq approċċi tal-aħjar prattiki dwar tikkettar u l-infurzar ta’ limiti ta’ età għall-bejgħ u l-għoti ta' xorb alkoħoliku. Ġie stimat li l-perjodu meħtieġ għat-twettiq ta’ din l-azzjoni huwa ta’ sena.
[Sejħa għal offerti]
It-tieni komponent jiffoka fuq massimu ta’ tliet proġetti mmirati lejn organizzazzjonijiet ewlenin ta’ żgħażagħ fuq livell tal-UE. L-għan huwa li jiġu żviluppati prattika tajba u metodi ta’ xogħol għall-appoġġ ta’ għażliet b’saħħithom u t-titjib ta’ ħiliet tal-ħajja għall-prevenzjoni ta’ ħsara relatata mal-alkoħol integrati f’attivitajiet regolari taż-żgħażagħ, jew permezz ta’ appoġġ minn pari. Dan il-komponent għandu jirriżulta f’deskrizzjoni ġenerali aħjar ta’ prattiki tajba u metodi għall-prevenzjoni ta’ ħsara relatata mal-alkoħol fix-xogħol ta’ organizzazzjonijiet ewlenin taż-żgħażagħ.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 500 000 |
3.2.3.5.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa l-ksib ta’ analiżi indipendenti tal-progress u informazzjoni dwaru tal-Pjattaforma Ewropea għal azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa u l-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa mmexxija minn partijiet interessati ewlenin u operaturi ekonomiċi ewlenin li huma lesti li jappoġġjaw lill-Istati Membri fit-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Hija ta’ appoġġ għall-Istrateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijet ta’ saħħa relatati man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità kif stabbilit fil-COM (2007) 279 finali u l-Istrateġija tal-UE għall-appoġġ tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol kif stabbilit fil-COM (2006) 625 finali.
Din l-azzjoni se tikkontribwixxi għal: (a) il-ksib ta’ ftehim aħjar tal-impenji tal-membri tal-Pjattaforma u l-Forum u r-rilevanza tagħhom għall-għanijiet tal-Pjattaforma u l-Forum, (b) it-tibdil żgħir għat-titjib ta’ dawn l-impenji, (c) il-ftehim ta’ dak li jeħtieġ isir u kif l-impenji jistgħu jiġu integrati b’mod aħjar, (d) it-tnissil ta’ iżjed fiduċja min-naħa tal-partijiet interessati u (e) eventwalment it-tixrid tal-prattiki tajba. Din l-azzjoni se tiffaċilita diskussjonijiet plenarji dwar l-impenji tal-Pjattaforma u l-Forum f'kull qasam ewlieni. Dawn jikkostitwixxu informazzjoni għall-konsumaturi, inkluż it-tikkettar, l-edukazzjoni; il-promozzjoni ta' attività fiżika; il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar; il-kompożizzjoni ta’ ikel, id-disponibbiltà ta’ opzjonijiet ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, u d-daqs tal-porzjonijiet; u l-promozzjoni, ix-xogħol ta’ politika u l-iskambju ta’ informazzjoni għat-titjib tal-impatt ta’ inizjattivi individwali; kif ukoll oqsma ewlenin tal-azzjoni tal-Forum dwar l-Alkoħol kif żviluppat fil-karta tagħha. Din l-azzjoni tkopri wkoll rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-Pjattaforma u l-Forum inklużi impenji individwali u l-impenji tal-Pjattaforma u l-Forum. Ġie stimat li l-perjodu meħtieġ għall-ksib ta’ riżultati huwa ta’ sentejn.
[Kuntratt qafas]
3.2.3.6.
L-għanijiet ta’ din l-azzjoni huma t-tqajjim ta’ għarfien dwar il-ħsara kkawżata mit-tabakk u t-tħeġġiġ tal-persuni sabiex jieqfu mit-tipjip. Hija għandha fil-mira tagħha ż-żgħażagħ, il-gruppi fis-soċjetà fejn il-prevalenza tat-tipjip hija ogħla mill-medja, u l-gruppi żvantaġġati. Anke l-aspett tal-ġeneru għandu jiġi kkunsidrat. Din l-azzjoni ssaħħaħ l-isforzi tal-UE fil-qasam tal-kontroll tat-tabakk u tappoġġja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk (47), id-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mar-reklamar u l-isponsorizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk (48), id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li jikkonċernaw id-dispożizzjoni ta' servizzi awdjoviżivi tal-midja (49) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/54/KE tat-2 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u dwar inizjattivi għat-titjib tal-kontroll tat-tabakk (50).
Din l-azzjoni se tikkumplementa u ssaħħaħ l-isforzi għall-waqfien mit-tipjip imwettqa mill-Istati Membri. Se tagħti messaġġ koerenti fl-Istati Membri kollha, billi tiġġenera ekonomija ta' skala u fl-aħħar nett tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi madwar l-UE. Se jiġu żviluppati u implimentati attivitajiet speċifiċi b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri sabiex jiġu żgurati sinerġiji u tiġi żgurata koordinazzjoni effikaċi.
L-azzjoni li tikkonsisti mill-kampanja hija sforz strutturali sostnut b’tul ta’ żmien totali ta’ tliet snin. Fl-ewwel sena tal-kampanja (2011) sar l-żvilupp u l-ftehim tal-kunċett. It-tieni sena (2012) tiffoka fil-premjazzjoni ta’ dawk li waqfu mit-tipjip, u t-tielet sena (2013) teżibixxi t-testimonjanzi ta' dawk li waqfu mit-tipjip sabiex issir iżjed promozzjoni tal-waqfien mit-tipjip u jintwerew l-ewwel riżultati tal-kampanja. Se jintużaw il-mezzi tal-midja l-iżjed adatti sabiex jiġu mmirati gruppi speċifiċi, bħan-nisa fil-gruppi soċjoekonomiċi iżjed baxxi. Il-komponenti tal-kampanja taħt dan il-pjan ta’ ħidma huma: (a) avvenimenti ta’ tqajjim ta’ għarfien b’dimensjoni Ewropea bħal roadshows, stands, u workshops fuq il-post tax-xogħol, (b) materjal ta’ pubbliċità, bħal pubblikazzjonijiet u vidjos, sabiex tingħata għajnuna għall-ilħuq tal-għanijiet tal-kampanja u (c) iż-żamma ta’ u l-provvista ta’ informazzjoni f’websajt u għodda icoach fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Tkopri wkoll l-ittestjar, il-parir xjentifiku, il-ġbir ta’ dejta, l-evidenza u l-evalwazzjoni.
[Sejħa għal offerti]
3.2.3.7.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jiġi pprovdut appoġġ xjentifiku u tekniku lill-“Forum Ewropew dwar is-Saħħa”. L-involviment attiv tal-partijiet interessati fil-qasam tas-saħħa fl-iżvilupp ta’ politika, b’referenza speċifika għall-“Forum dwar is-Saħħa”, huwa stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2007) 630 finali tat-23 ta’ Ottubru 2007Flimkien għas-Saħħa: Appoġġ Strateġiku għall-UE 2008-2013. Din l-azzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ilħuq tal-għanijiet tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni fil-qasam tat-tixjiħ attiv u b’saħħtu.
Din l-azzjoni tkopri attivitajiet ta’ organizzazzjoni u appoġġ tal-“Forum tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE” u tal-“Forum Miftuħ” fl-2013. Dan jinkludi xogħol xjentifiku u tekniku relatat mal-oqsma prijoritarji strateġiċi li ġejjin: (a) tibdil ekonomiku: is-saħħa bħala mutur ekonomiku u l-ispiża, (b) tibdil demografiku: l-impatt tiegħu fuq is-sistemi tas-saħħa u l-ħtiġijiet tas-saħħa, (c) tibdil ambjentali: l-impatt tiegħu fuq l-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa u l-impatt fuq is-saħħa, (d) tibdil soċjali u s-saħħa pubblika u (e) tibdil teknoloġiku: innovazzjoni u żvilupp.
Din l-azzjoni tippermetti impenn attiv tal-partijiet interessati fil-qasam tas-saħħa u input immirat min-naħa tagħhom fil-politiki tal-UE, b’mod partikolari għall-Inizjattiva għal Sħubija ta’ Innovazzjoni Ewropea dwar tixjiħ attiv u b’saħħtu. Ix-xogħol tal-“Forum dwar is-Saħħa” jgħin ukoll sabiex jiżgura li l-attivitajiet tal-UE dwar is-saħħa jkunu rilevanti għax-xena tas-saħħa pubblika b'mod ġenerali u jiġu mifhuma minnha.
[Kuntratt qafas]
3.2.4. Il-prevenzjoni ta’ mard serju u rari (Il-punt 2.2.2. fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.2.4.1.
L-għanijiet ta’ din l-azzjoni huwa l-ksib tal-informazzjoni l-iżjed reċenti disponibbli dwar il-piż tal-kanċer fl-UE u li jsir avvanz fix-xogħol fuq il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer fuq il-bażi tal-iżviluppi u l-għarfien xjentifiċi l-iżjed reċenti. Din l-azzjoni tikkontribwixxi b’mod dirett għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Isħubija ta’ Innovazzjoni Ewropea dwar tixjiħ attiv u b’saħħtu. Billi r-riżorsi u l-kompetenza disponibbli fuq livell nazzjonali huma limitati, l-azzjoni fuq livell tal-UE toħloq ekonomiji ta’ skala sinifikanti.
Din l-azzjoni tirrispondi għall-ħtieġa ta’ dejta preċiża u li tista’ titqabbel dwar l-inċidenza, il-prevalenza, il-kura, is-sopravivenza u l-mortalità tal-kanċer fl-UE kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2009) 291 finali tal-24 ta’ Ġunju 2009dwar l-Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea (51). Din id-dejta se tipprovdi bażi sabiex jinħoloq kwadru effikaċi dwar il-kanċer.
Twieġeb ukoll għall-ħtieġa li jiġu aġġornati l-linji gwida tal-iskrining tal-kanċer kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar l-iskrining tal-kanċer (2003/878/KE) (52). L-għan huwa li tiġi pprovduta edizzjoni ġdida tal-Linji Gwida Ewropej għall-garanzija tal-kwalità fl-iskrining u d-dijanjożi tal-kanċer tas-sider li tirrifletti l-iżviluppi xjentifiċi l-iżjed reċenti. Ġie stimat li ż-żmien meħtieġ għall-ksib ta' riżultati huwa ta' tliet snin.
Għandha l-għan ukoll li tiżviluppa l-Iskema ta’ Akkreditazzjoni Ewropea Volontarja għas-Servizz tal-Kanċer tas-Sider. Din hija tweġiba għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2008dwar it-tnaqqis tal-piż tal-kanċer (53) u t-talbiet tal-Parlament Ewropew bħad-Dikjarazzjoni bil-Miktub tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2009dwar il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider fl-Unjoni Ewropea (0071/2009). Ġie stimat li l-perjodu meħtieġ għat-twettiq tal-azzjoni huwa ta’ tliet snin.
|
[Ftehim amministrattiv mal-JRC] |
Ammont indikattiv: EUR 3 500 000 |
Din l-azzjoni se tipprovdi wkoll taħriġ dwar il-mammografija diġitali għall-professjonisti tal-qasam tas-saħħa involuti fi programmi ta’ skrining ibbażati fuq ir-riżultati tal-proġett “Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iżvilupp u l-Implimentazzjoni tal-Linji Gwida għall-Iskrining u l-Prevenzjoni tal-Kanċer” (54). Dan jinkludi l-preparazzjoni u l-għoti ta’ żewġ korsijiet ta’ taħriġ. Din l-azzjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 2003/878/KE. Ġie stimat li l-perjodu meħtieġ għat-twettiq tal-azzjoni huwa ta’ sena.
|
[Ftehim amministrattiv mal-JRC/Għotja diretta lill-IARC] |
Ammont indikattiv: EUR 500 000 |
L-għan ta' din l-azzjoni huwa wkoll li toħloq punt ta’ referenza għal kura komprensiva tal-kanċer billi tipprovdi trattament interdixxiplinarju għall-pazjenti, u tipproduċi eżempji tal-aħjar prattika fil-kura komprensiva tal-kanċer. Dan isir bħala rispons għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2009) 291 finali tal-24 ta’ Ġunju 2009 dwar l-Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea li għandha l-għan li tnaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tal-kanċer b’70 % sal 2020.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 500 000 |
3.2.4.2.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tgħin lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw politiki iżjed kosteffettivi dwar il-prevenzjoni tal-mard kroniku.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tappoġġja proġetti li jeżaminaw il-kosteffettività ta’ approċċi integrati għall-prevenzjoni ta' mard kroniku bi ffukar partikolari fuq id-dijabete, il-mard kardjovaskulari jew il-mard respiratorju. Dan se jinkludi l-kosteffettività ta’ interventi varji għall-prevenzjoni, l-iskrining u t-trattament tal-mard kroniku. Il-proġetti se jikkunsidraw ukoll enfażi fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa u l-effett fuq il-popolazzjonijiet bl-ogħla rata ta’ mwiet qabel iż-żmien. Ix-xogħol se jkun iffukat fuq evalwazzjoni ekonomika, b’mod partikolari l-analiżi tal-kosteffettività, u stimi għaż-żieda meħtieġa sabiex jintlaħqu l-livelli nazzjonali u internazzjonali.
Bil-kontribut tagħha għat-tnaqqis fil-mortalità u l-morbidità qabel iż-żmien, inkluż fil-gruppi vulnerabbli, din l-azzjoni se tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2009) 567 tal-20 ta' Ottubru 2009Solidarjetà fis-Saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fl-UE. Tikkontribwixxi wkoll għall-konklużjonijiet tal-Kunsill: “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa” adottati fis-7 ta’ Diċembru 2010 (55). Din l-azzjoni se tiġi mgħarrfa mis-sessjoni speċjali ta’ livell għoli tan-NU dwar il-Mard li ma Jitteħidx u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-riżultati tad-dokument li jirriżulta minnha.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 1 400 000 |
3.2.4.3.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tappoġġja t-twaqqif ta’ reġistri ġodda dwar il-mard rari jew netwerks ta’ informazzjoni dwar il-mard rari. Din l-azzjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2008) 679 finali tal-11 ta’ Novembru 2008dwar il-mard Rari: L-isfidi tal-Ewropa (56) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2009 dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari (2009/K 151/02) (57).
Ir-reġistri u n-netwerks ta’ informazzjoni tal-mard rari huma strumenti ewlenin għaż-żieda fl-għarfien dwar il-mard rari u l-iżvilupp tar-riċerka klinika. Huma l-unika mod kif tista’ tinġabar dejta sabiex jintlaħaq daqs ta’ kampjuni biżżejjed għar-riċerka epidemjoloġika u/jew ir-riċerka klinika. Minħabba d-daqs żgħir tal-kampjuni fuq livell nazzjonali, dawn ir-reġistri u n-netwerks ta' informazzjoni jistgħu jinħolqu biss fuq livell tal-UE. Se jiġu kkunsidrati sforzi kollaborattivi sabiex jitwaqqaf il-ġbir ta’ dejta u ż-żamma tagħha, bil-kundizzjoni li dawn ir-riżorsi jkunu miftuħa u aċċessibbli. Ir-reġistrazzjoni tal-pazjenti hija muftieħ għal kwalunkwe azzjoni oħra għat-titjib tal-kwalità ta’ ħajjithom. Hija meħtieġa għad-deżinjazzjoni tad-drogi orfni, għat-twaqqif ta’ prijoritajiet ta’ riċerka u għad-deżinjazzjoni u l-akkreditazzjoni ta’ Netwerks Ewropej ta’ Referenza (ERN) għall-mard rari. Din l-azzjoni se tikkontribwixxi wkoll għar-riflessjoni dwar il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ ERN fil-qafas stabbilit bid-Direttiva 2011/24/UE. L-oqsma prijoritarji għal din l-azzjoni huma t-tumuri rari, l-anemiji rari, it-trombożi ċerebrali, il-mard newromuskolari, il-fibrożi ċistika, id-diżordnijiet newroloġiċi rari u s-sindromi rari assoċjati mal-awtiżmu. Jista' jiġi kkunsidrat mard ieħor rari. L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tikkofinanzja mill-inqas ħames netwerks.
|
[Għotjiet għal proġetti] |
Ammont indikattiv: EUR 4 500 000 |
3.3. Azzjonijiet taħt it-tielet għan “Iġġenera u xerred informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa”
3.3.1. Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa (Il-punt 3.2.1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.3.1.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tevalwa l-użu u l-impatt tal-indikaturi żviluppati mill-“Azzjoni Konġunta għall-Indikaturi u l-Monitoraġġ tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea” ffinanzjata mill-Programm tas-Saħħa skont il-pjan ta’ ħidma għall-2009. L-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea (ECHI) huma l-komponent ewlieni tas-sistema Ewropea ta’ monitoraġġ tas-saħħa, li jippermetti lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li jidentifikaw u jiskambjaw l-aħjar prattiki kif stabbilit fl-Artikolu 168 TFUE, u li jevalwaw il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa tagħhom kif stabbilit fl-Istrateġija Ewropa 2020. Din l-azzjoni għandha l-għan li tevalwa l-punt safejn dawn l-indikaturi jintużaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Istati Membri u fuq livell tal-UE. Se tanalizza kif l-Istati Membri jużaw l-indikaturi tal-ECHI fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tas-saħħa tagħhom u fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tagħhom, bi ffukar partikolari fuq is-sostenibbiltà.
[Kuntratt qafas]
3.3.1.2.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa l-ġbir, permezz ta’ kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), ta’ informazzjoni essenzjali għat-tfassil ta’ politika fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa. Dan jirrigwarda: (a) l-informazzjoni għas-Sħubija ta’ Innovazzjoni Ewropea fil-qasam tat-tixjieħ attiv u b’saħħtu li se twassal għal approċċi innovattivi għas-saħħa u l-għoti ta' kura soċjali għal popolazzjoni li qiegħda tixjieħ, (b) it-tweġiba għat-talba tal-Istati Membri għal appoġġ u parir dwar is-sostenibbiltà ta' sistemi ta' saħħa nazzjonali permezz ta' investigazzjoni tal-kosteffettività ta' miżuri ta' prevenzjoni u l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt ta' interventi fil-qasam tas-saħħa, u (c) l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ indikaturi ewlenin fil-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-kura tas-saħħa.
Din l-azzjoni għandha żewġ pakketti ta’ ħidma. L-ewwel pakkett ta’ ħidma jiffoka fuq l-evalwazzjoni tal-kosteffettività tal-attivitajiet għall-prevenzjoni tal-mard kroniku u l-implikazzjonijiet ekonomiċi ġenerali tal-mard kroniku bit-tqabbil ta’ xenarji alternattivi ta’ politika/intervent għal politiki futuri ta’ prevenzjoni tal-mard kroniku. Għandha tinkludi interventi relatati mal-fatturi ta’ riskju ewlenin għall-mard kroniku ewlieni (tipjip, nutrizzjoni, attività fiżika u konsum ta’ alkoħol li jagħmel il-ħsara) kif ukoll programmi ta’ prevenzjoni/ġestjoni ta’ mard kroniku għall-kanċer, il-mard kardjovaskulari, id-dijabete, id-diżordnijiet mentali u l-mard respiratorju kroniku. Se tiżviluppa tipoloġija tal-wisa’ u l-profondità ta’ interventi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni bi ffukar partikolari fuq l-abbuż mill-alkoħol, it-tipjip, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika. Se tinkludi l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawn l-interventi fid-dawl tad-Dejta dwar is-Saħħa tal-OECD fuq fatturi determinanti mhux mediċi tas-saħħa – in-nutrizzjoni, l-abbuż mill-alkoħol u t-tipjip – taħt l-aspett ta’ kif dan jista’ jinfluwenza l-mard kroniku u l-impatt ekonomiku tiegħu. Se tevalwa l-kwalità tas-sistemi ta’ kura primarja għall-ilħuq tal-ħtiġijiet ta’ persuni b’kundizzjonijiet kroniċi relatati mas-saħħa billi tikkunsidra l-prestazzjoni tagħhom fid-dawl ta’ miżuri ta’ kwalità magħżula bbażati fuq il-popolazzjoni. Se tirrevedi wkoll ir-rwol u l-impatt potenzjali ta’ programmi ta’ ġestjoni tal-mard u ta' skemi ta’ ħlas għal prestazzjoni u ta’ inċentivi oħra.
It-tieni pakkett ta’ ħidma se jieħu iżjed xogħol fuq indikaturi tas-sigurtà tal-pazjenti magħmul mill-Kummissjoni u l-OECD fil-proġett “Indikaturi tal-Kwalità tal-Kura tas-Saħħa” (58) tal-OECD li tnieda fl-2010. Il-Kummissjoni kkofinanzjat il-proġett fl-2006-2007 permezz tal-proġett 2005 151 “Indikaturi tal-kwalità u l-kura tas-saħħa” u fl-2009-2011 permezz tal-proġett 2009 53 02“Edizzjoni Ewropea tas-Saħħa mal-Ewwel Daqqa t’Għajn u l-Indikaturi tal-Kwalità tal-Kura tas-Saħħa: progress lejn il-livell li jmiss – Dejta dwar is-Saħħa”. Din l-azzjoni twieġeb għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sigurtà tal-pazjenti, inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (2009/K 151/01) (59), li tirrakkomanda l-iżvilupp ta’ grupp ta’ indikaturi affidabbli u kumparabbli sabiex jiġi faċilitat it-tagħlim reċiproku, b’kunsiderazzjoni tax-xogħol li qed isir minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Din l-azzjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE. Dan ix-xogħol se jinkludi (a) it-tkabbir tan-numru ta' indikaturi potenzjali, (b) il-ġbir ta' dejta fl-Istati Membri li għadhom mhumiex qegħdin jikkontribwixxu għall-ġbir ta' dejta u (c) l-iżvilupp ta’ indikaturi li jistgħu jintużaw f’livell ta’ sptar/faċilità.
|
[Għotja diretta lill-OECD] |
Ammont indikattiv: EUR 500 000 |
3.3.1.3.
Din l-azzjoni timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (K(2009) 10213 finali) tal-21 ta’ Diċembru 2009 dwar l-inkorporazzjoni tagħha bħala Organizzazzjoni Parteċipanti tal-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tal-Kura tas-Saħħa sat-tmiem tal-Programm tas-Saħħa attwali fl-2013. Id-Deciżjoni tistabbilixxi li t-tariffa ta’ sħubija tal-Kummissjoni għandha tkun ta’ EUR 500 000 kull sena.
L-għan tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fl-Osservatorju huwa li tiġġenera u xxerred informazzjoni ta’ kwalità u evidenza azzjonabbli dwar sistemi tas-saħħa tal-UE. L-Osservatorju huwa repożitorju ta’ kompetenza teknika, analiżi indipendenti u pariri rispettati. L-Osservatorju huwa proġett ta’ sħubija tal-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-gvernijiet tal-Belġju, il-Finlandja, in-Norveġja, is-Slovenja, Spanja, u l-Isvezja, ir-Reġjun tal-Veneto tal-Italja; il-Kummissjoni Ewropea (matul il-perjodu kollu tal-Programm tas-Saħħa, 2009-2013), il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (Bank Dinji); l-Unjoni Franċiża tal-Fondi għall-Kura tas-Saħħa (UNCAM); l-Iskola tal-Ekonomija ta' Londra (LSE) u l-Iskola ta' Londra għall-Iġjene u l-Mediċina Tropika (LSHTM).
Il-Kummissjoni se tkun imsieħba privileġġata u temi ta’ interess għaliha se jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma tal-Osservatorju, mhux biss dawk relatati mas-sistemi tal-kura tas-saħħa iżda wkoll mal-fatturi determinanti għas-saħħa u l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni ta' mard, b'mod partikolari l-prevenzjoni tal-mard kroniku. Jistgħu jiġu kkummissjonati studji speċifiċi f'oqsma speċifiċi li jkollhom jitwettqu f'perjodu qasir, b'mod speċjali għall-appoġġ tal-implimentazzjonin tad-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali.
|
[Azzjonijiet oħra] |
Ammont indikativ; EUR 500 000 |
3.3.2. Tixrid, analiżi u applikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-saħħa; provvista ta’ informazzjoni liċ-ċittadini, il-partijiet interessati u dawk li jfasslu l-politika (Il-punt 3.2.2. fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.3.2.1.
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tinkiseb faċilità esperta għall-għoti ta’ parir, fuq talba tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tas-saħħa. Skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill fis-6 ta’ Ġunju 2011Lejn sistemi tas-saħħa moderni, risponsivi u sostenibbli l-Kummissjoni għandha twaqqaf mekkaniżmu għal dan il-fini. Dan jista’ jsir permezz tal-ħolqien ta’ facilità multidixxiplinari li tikkonsisti minn esperti bi kwalifiki għolja f’oqsma rilevanti inklużi s-saħħa pubblika, il-ġestjoni ta’ sistemi tas-saħħa, l-epidemjoloġija, is-sigurtà soċjali, l-ekonomiji tas-saħħa u l-finanzi pubbliċi. L-esperti għandhom ikunu mill-qasam akkademiku, l-industrija u s-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni se tiġġestixxi l-faċilità. Dan se jinkludi, fejn ikun meħtieġ, il-preparazzjoni ta’ materjal ta’ sfond li għandu jinhemeż ma’ mistoqsijiet u intermedjazzjoni mal-esperti. L-opinjonijiet approvati mill-esperti għandhom ikunu mfassla apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi u s-sitwazzjoni speċifika ta’ Stat Membru li jkun qed jissottometti talba. Din il-faċilità tista’ tipprovdi wkoll kompetenza fil-qasam tas-saħħa lill-Kummissjoni b’konnessjoni mal-Istħarriġ Annwali dwar l-Iżvilupp u l-pjanijiet nazzjonali ta’ riforma. Din l-azzjoni tkopri l-indennitajiet imħallsa lil esperti għax-xogħol tagħhom.
|
[Azzjonijiet oħra] |
Ammont indikattiv: EUR 1 000 000 |
3.3.2.2.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li ċ-ċittadini tal-UE jingħataw informazzjoni preċiża u opportuna dwar attivitajiet tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika disposta fl-Artikolu 168 TFUE u b’hekk l-Ewropa titqarreb iżjed lejn iċ-ċittadini. Din l-azzjoni għandha wkoll l-għan li tippromwovi azzjonijiet tal-UE relatati mas-saħħa konnessi ma’ prijoritajiet ġodda, inkluża l-Istrateġija Ewropa 2020.
Din l-azzjoni għandha tliet komponenti. L-ewwel wieħed minn dawn hija l-promozzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE. Id-Direttiva tipprovdi approċċ ġdid u innovattiv sabiex jiġi indirizzat ir-rimborż tal-kura tas-saħħa transkonfinali, tiffaċilita r-rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet minn Stati Membri oħra. tgħin lill-pazjenti li jeħtieġu trattament speċjalizzat, u tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-istandards ta' kwalità u sigurtà tal-kura tas-saħħa. Is-suċċess tal-implimentazzjoni tagħha jiddependi fuq kemm ikunu mgħarrfa tajjeb il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali dwar id-dispożizzjonijiet tagħha. Miżuri ċari u mmirati taħt din l-azzjoni jippruvaw jiżguraw dan. Il-miżuri jinkludu fuljetti, it-tixrid ta’ informazzjoni fuq il-web, u l-parteċipazzjoni f’konferenzi mal-partijiet interessati.
It-tieni komponent huwa l-organizzazzjoni tar-raba’ Premju għall-Ġurnalisti tal-UE. L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tkompli tkabbar u żżomm netwerk informali ta’ ġurnalisti fl-Istati Membri li jiffukaw fuq is-saħħa. Dan se jikkontribwixxi għal kopertura aħjar tal-aħbarijiet tal-UE fl-Istati Membri u b’hekk jiżdied l-għarfien tal-azzjoni tal-UE dwar is-saħħa, il-kura tas-saħħa u d-drittijiet tal-pazjenti.
It-tielet komponent ikopri l-preparazzjoni u t-tixrid ta’ materjal ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għall-ispjegazzjoni tal-attivitajiet u l-inizjattivi dwar is-saħħa tal-UE. Minbarra attivitajiet relatati ma' inizjattivi dwar is-saħħa li jkunu għaddejjin u l-promozzjoni tar-riżultati tal-Programm tas-Saħħa, l-attivitajiet jiffukaw b’mod partikolari fuq l-ispjegazzjoni tal-Inizjattiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk u l-Inizjattiva dwar is-Sigurtà tas-Saħħa lill-partijiet interessati u ċ-ċittadini. L-attivitajiet jinkludu l-preparazzjoni u t-tixrid ta’ materjal awdjoviżiv u pubblikazzjonijiet f’format elettroniku u dokument miftuħ, l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’workshops u laqgħat ta’ esperti, u l-provvista ta' stands ta' informazzjoni u materjal ieħor ta' komunikazzjoni/PR.
[Kuntratt qafas]
3.3.2.3.
L-għan tal-miżuri koperti minn din l-azzjoni huwa l-appoġġ tal-politiki tal-UE għas-saħħa pubblika kif stabbilit fl-Artikolu 168 tat-TFUE permezz ta' applikazzjonijiet rilevanti ta' IT. Dawn l-għodod tal-IT jappoġġjaw ukoll l-Istrateġija Ewropa 2020, prinċipalment l-iffukar mill-ġdid tal-innovazzjoni fuq l-isfidi li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom is-soċjetà fil-qasam tas-saħħa, il-promozzjoni tas-saħħa elettronika, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, il-promozzjoni ta' tixjiħ attiv u b'saħħtu, l-indirizzar ta' riskji ġodda għas-saħħa, u l-iżgurar ta' aċċess aħjar għal sistemi tal-kura tas-saħħa.
Din l-azzjoni tkopri l-applikazzjonijiet li ġejjin: (a) Portal tas-Saħħa tal-UE – Websajt tas-Saħħa Pubblika u s-subsiti tagħha Ewropa għall-pazjenti, il-komunikazzjoni ta’ kriżi, il-Premju tal-Ġurnalisti u s-Saħħa taż-Żgħażagħ, (b) Dejtabejż tal-Korriment (IDB) u l-għodda tad-dejta s-Saħħa fl-Ewropa: Interfaċċja tal-Informazzjoni u d-Dejta (HEIDI), (c) HEIDI Wiki, (d) Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Emerġenza tas-Saħħa u l-Mard (HEDIS), Sistema ta’ Intelliġenza Medika (MedIsys), u Proġett għat-Twissija u r-Rapportar Bikri (EAR), (e) Faċilità ta’ Operazzjonijiet ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HEOF) – Intranet ta’ kriżi, (f) skambju ta’ informazzjoni dwar is-sistema ta’ twissija rapida dwar it-theddid għas-saħħa minħabba r-rilaxx deliberat ta’ aġenti kimiċi, bijoloġiċi u radjonukleari – RAS-BICHAT u sistema ta’ twissija rapida għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar inċidenti li jinkludu aġenti kimiċi – RAS-CHEM, (g) Pjattaformi: il-ġbir ta’ dejta dwar azzjonijiet fuq id-Dieta, l-Attività fiżika u s-Saħħa; Dejtabejż għall-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (Kamra tal-Ikklerjar tal-Alkoħol – ACH); Kumpass tas-Saħħa Mentali: Sistema ta’ Ġestjoni tad-Dokumenti relatata ma’ Forum; Dejtabejż ta' NGO; (h) applikazzjonijiet relatati mad-demm, iċ-ċelluli u t-tessuti u t-tabakk: ġbir annwali ta’ dejta ta’ Reazzjonijiet jew Avvenimenti Avversi Serji relatati mat-trasfużjoni tad-demm u t-trapjant ta’ Ċelluli/tessuti (SARE); Reġistru tal-banek kollha tat-tessuti fl-UE aċċessibbli minn awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri; Sistema għar-rapportar annwali dwar donazzjoni volontarja mhux imħallsa, rapportar annwali obbligatorju għall-Istati Membri; Reġistru tal-istabbilimenti tal-ittestjar tal-prodotti tat-tabakk fl-UE u reġistru ta' twissijiet, testi u stampi kontra t-tabakk, aċċessibbli minn awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, u Reġistru għas-sistema ta’ kodifikazzjoni tal-UE għat-tessuti u ċ-ċelluli umani (i) Kura tas-saħħa transkonfinali, reġistru tal-preskrizzjonijiet, reġistru tal-mediċini u (j) Servizzi ta’ transpolitika għal applikazzjonijiet u sistemi tas-saħħa pubblika.
[Kuntratti qafas]
3.3.3. Analiżi u rapportar (Il-punt 3.2.3. fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm)
3.3.3.1.
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tipprovdi analiżi, informazzjoni kumparabbli u dejta xjentifika indipendenti u ta’ kwalità għolja għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni bbażati fuq evidenza ta’ azzjoni għas-saħħa fuq livell tal-UE u fl-Istati Membri, inkluż għas-Sħubija ta’ Innovazzjoni Ewropea fil-qasam tat-tixjiħ attiv u b’saħħtu. Se tgħin fiż-żieda tas-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa, billi żżomm u tibni fuq l-informazzjoni u d-dejta prodotta sa issa. Permezz tal-provvista ta’ evidenza u rapportar dwar is-saħħa fuq livell tal-UE jkun possibbli t-tqabbil ta’ politiki li jappoġġjaw l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ politiki u jgħinu fl-identifikazzjoni, it-tixrid u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki. Dan jippermetti lill-UE u l-Istati Membri sabiex jiskopru xkiel għall-iżvilupp relatat mas-saħħa u b'hekk ikunu jistgħu jappoġġjaw aħjar is-sistemi nazzjonali tas-saħħa.
Din l-azzjoni għandha tliet komponenti. L-ewwel komponent jikkonsisti mill-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta u informazzjoni kumparabbli bbażati fuq evidenza sabiex jiġu appoġġjati u evalwati politiki ta’ saħħa, u l-provvista ta’ informazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika, l-esperti, u ċ-ċittadini Ewropej.
[Kuntratti qafas]
It-tieni komponent iżid dejta bħala appoġġ għal tixjiħ attiv u b’saħħtu u oqsma prijoritarji oħra mas-sistema Ewropea ta’ informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa sabiex tiġi pprovduta informazzjoni aġġornata lil dawk li jfasslu l-politika, l-esperti tas-saħħa u ċ-ċittadini Ewropej.
[Sejħa għal offerti]
It-tielet komponent huwa stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar it-tabakk sabiex jipprovdi dejta dwar l-imġiba fit-tipjip, l-espożizzjoni għal duħħan mit-tabakk sekondaman u ċerti attitudnijiet ewlenin ta’ dawk li jpejpu u dawk li ma jpejpux, u sabiex jiġu aġġornati l-indikaturi ta’ kontroll tat-tabakk għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ kontroll tat-tabakk. Ir-riżultati se jintużaw għall-informazzjoni ta’ diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk (60) kif ukoll diskussjoni interistituzzjonali ta’ inizjattiva possibbli għall-protezzjoni tal-ħaddiema mid-duħħan tat-tabakk fuq il-post tax-xogħol, u l-iżvilupp ta’ inizjattivi oħra għall-kontroll tat-tabakk.
[Kuntratt qafas]
(1) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0630:FIN:EN:PDF
(2) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:2020:FIN:EN:PDF
(3) It-terminu “settur privat” ikopri l-kumpaniji/l-impriżi/il-korporazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tan-negozju jew entitajiet oħra “bi skop ta’ qligħ” irrispettivament min-natura legali tagħħom (irreġistrati/mhux irreġistrati), il-proprjetà (ta’ proprjetà totali jew parzjali privata/ta’ proprjetà totali jew parzjali tal-istat) jew ta’ daqs (kbir/żgħir), jekk ma jkunux ikkontrollati mill-pubbliku.
(4) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0546:FIN:EN:PDF
(5) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0758:FIN:EN:PDF
(6) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0682:FIN:EN:PDF
(8) Riżultati disponibbli fuq http://ec.europa.eu/health/preparedness_response/docs/iridium_1_2011_frep_en.pdf
(9) http://www.shipsan.eu/.
(10) ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32
(11) ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1
(12) ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30
(13) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52009DC0569:EN:NOT
(14) http://ec.europa.eu/health/sti_prevention/docs/eu_communication_2009_action_en.pdf
(15) ĠU L 241,10.9.2008, p. 21
(17) Direttiva tal-Kummissjoni 2005/62/KE tat-30 ta’ Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet Komunitarji relatati ma’ sistema ta’ kwalità għal stabbilimenti tad-demm, GU L 256, 1.10.2005, p. 41 u GU L 287M, 18.10.2006, p. 359; Direttiva tal-Kummissjoni 2005/61/KE tat-30 ta’ Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti ta’ traċċabilità u n-notifikazzjonijiet ta’ raezzjonijiet u avvenimenti avversi serji, GU L 256, 1.10.2005, p. 32 u ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 350; Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE tat-22 ta’ Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-demm u l-komponenti tad-demm, ĠU L 91, 30.3.2004, p. 25
(18) ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48
(19) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta’ Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, l-akkwist u l-ittestjar tat-tessuti u ċ-ċelluli tal-bniedem, ĠU L 38, 9.2.2006, p. 40 u ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 162; Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti ta’ traċċabilità, in-notifikazzjonijiet ta’ rezzjoniiet u avvenimenti avversi serji u ċerti rekwiżiti tekniċi għall-kodifikazzjoni, l-ipproċessar, il-preservazzjoni, il-ħżin u t-tqassim ta’ tessuti u ċelluli tal-bniedem ĠU L 294, 25.10.2006, p. 32 u ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 272
(20) http://ec.europa.eu/health/ph_threats/human_substance/oc_organs/docs/organs_action_en.pdf
(21) ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14
(23) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0758:FIN:EN:PDF
(24) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2009:0567:FIN:EN:PDF
(25) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0133:FIN:EN:PDF
(26) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0173:FIN:EN:PDF
(28) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0682:FIN:EN:PDF
(29) It-3053 laqgħa tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, il-Politika soċjali, is-saħħa, u l-affarijiet tal-konsumatur.
(30) http://www.euro.who.int/en/home/projects/observatory/activities/research-studies-and-projects/prometheus
(31) http://www.rn4cast.eu/en/index.php
(32) http://www.mohprof.eu/LIVE/
(33) It-3095 laqgħa dwar l-Impjieg, il-politika soċjali, is-saħħa u l-affarijiet tal-konsumatur
(34) http://www.cedar-net.eu
(35) http://www.coping-project.eu/
(36) http://www.mentdiselderly.eu
(37) http://www.seyle.org
(38) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0279:FIN:EN:PDF
(39) http://www.epode.org/
(40) http://ec.europa.eu/eahc/phea_ami/pdbview40/printing/print_prjdet.cfm?prjno=2005316
(41) http://www.projectenergy.eu
(42) http://www.tempestproject.eu
(43) http://www.aaaprevent.yse.nl
(44) http://www.amphoraproject.net
(45) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/en/com/2006/com2006_0625en01.pdf
(46) ĠU C 302, 12.12.2009, p. 15
(47) ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.
(48) ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16
(50) ĠU L 22, 25.1.2003, p. 31
(51) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2003:327:0034:0038:EN:PDF
(52) ĠU L 327, 16.12.2003, p. 34,
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2003:327:0034:0038:EN:PDF
(53) http://www.eu2008.si/en/News_and_Documents/Council_Conclusions/June/0609_EPSCO-cancer.pdf
(54) http://ec.europa.eu/eahc/phea_ami/pdbview40/printing/print_prjdet.cfm?prjno=2006322
(55) It-3053 laqgħa tal-Kunsill dwar l-Impjieg, il-politika soċjali, is-saħħa u l-affarijiet tal-konsumatur
(56) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2008:0679:FIN:EN:PDF
(58) http:/project.www.oecd.org/document/34/0,3746,en_2649_37407_37088930_1_1_1_37407,00.html
(60) Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk (2001/37/KE) hija elenkata fl-Anness II (inizjattivi possibbli għall-2012 għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2011(COM (2010) 623 finali).
ANNESS II
Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal proġetti taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4 (1) (a)
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
1. Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta' referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa.
2. L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
|
— |
Regola dwar il-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors li mhumiex il-fondi tal-UE, jew permezz tar-riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew ir-riżorsi finanzjarji tal-partijiet terzi. Il-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji mingħand partijiet terzi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kofinanzjament jekk jiġu kkunsidrati bħala meħtieġa jew xierqa (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni). |
|
— |
Regola tan-nonprofitt: l-għotja jista’ ma jkollix l-għan jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju (L-Artikolu 109 (2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 165 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni). |
|
— |
Regola tan-nonretroattività: l-infiq eliġibbli għall-finanzjament għandu jsir wara l-firma tal-ftehim. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li l-infiq li jkun sar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jiġi kkunsidrat, iżda mhux qabel (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju). |
|
— |
Regola tan-nonkumulazzjoni: għotja waħda biss tista’ tingħata għal proġett speċifiku għal benefiċjarju speċifiku kull sena finanzjarja (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1). |
3. Il-proposti għall-azzjonijiet għandhom jiġu valutati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:
|
— |
kriterji ta’ esklużjoni u eliġibbiltà, għall-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant (l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju), |
|
— |
kriterji ta’ għażla, għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem ta’ azzjoni proposta (l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju), |
|
— |
kriterji tal-għotja, għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-proposta b’kunsiderazzjoni tal-ispiża tagħha. |
Dawn il-kategoriji ta’ kriterji għandhom jiġu kkunsidrati b'mod konsekuttiv waqt il-proċedura tal-valutazzjoni. Proposta li tonqos milli tilħaq ir-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju ta' wara tal-valutazzjoni u tiġi miċħuda.
4. Il-proġetti għandu:
|
— |
ikollhom karattru innovattiv u ma jkunux ta’ natura rikorrenti, |
|
— |
jipprovdu valur miżjud fuq livell tal-UE fuq is-saħħa: il-proġetti għandhom jipproduċu ekonomiji rilevanti ta’ skala, jinvolvu numru xieraq ta’ pajjiżi eliġibbli rigward l-ambitu tal-proġett u jkunu applikabbli f'post ieħor, |
|
— |
jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ politiki tal-UE fil-qasam tas-saħħa u jappoġġjawh, |
|
— |
ikollhom struttura ta’ ġestjoni effiċjenti, proċess ċar ta’ evalwazzjoni u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija, |
|
— |
jinkludu pjan għall-użu u t-tixrid tar-riżultati fuq livell tal-UE lil udjenzi fil-mira xierqa. |
2. KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ
1. L-applikanti jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għotja taħt il-Programm dwar is-Saħħa jekk ikunu jinsabu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 93 (1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.
Evidenza: L-applikanti jridu jpprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, iffirmata u datata kif xieraq, fejn jistqarru li huma ma jinsabu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.
2. Kwalunkwe proposta li tinvolvi biss pajjiż jew reġjun ta’ pajjiż wieħed eliġibbli tiġi miċħuda.
3. Il-proposti rċevuti wara l-iskadenza għall-irċevuta, il-proposti mhux kompluti jew il-proposti li ma jilħqux ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għal proposti ma jiġux ikkunsidrati għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta’ żbalji klerikali ovvji kif mifhum fl-Artikolu 178 (2) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.
Kull applikazzjoni għandu jkollha d-dokumenti rekwiżiti fis-sejħa għal proposti, inklużi:
|
— |
dejta amministrattiva dwar l-imsieħeb ewlieni u l-imsieħba assoċjati, |
|
— |
deskrizzjoni teknika tal-proġett, |
|
— |
baġit globali tal-proġett u l-livell mitlub ta’ kofinanzjament tal-UE, |
Evidenza: Kontenut tal-applikazzjoni.
4. L-azzjonijiet li jkunu diġà bdew sad-data li fiha l-applikazzjoni għall-għotja hija rreġistrata jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-Programm tas-Saħħa.
Evidenza: Id-data tal-bidu u t-tul ta’ żmien skedati tal-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.
3. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-proposti li jilħqu r-rekwiżiti tal-kriterji ta’ esklużjoni u eliġibbiltà biss ikunu eliġibbli għall-evalwazzjoni. Il-kriterji tal-għażla li ġejjin għandhom jintlaħqu.
1. Kapaċità finanzjarja
L-applikanti għandu jkollhom sorsi stabbli u biżżejjed ta’ finanzjament sabiex isostnu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih l-attività tkun qiegħda titwettaq u jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.
Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kontijiet tal-profitti u t-telf u l-karti tal-bilanċ ta’ dawn l-aħħar sentejn finanzjarji kompleti.
Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja mhijiex se tapplika għall-korpi pubbliċi, jew għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa minn ftehimiet intergovernattivi jew għall-aġenziji speċjalizzati maħluqa minn dawn tal-aħħar.
2. Kapaċità operattiva
L-applikanti għandu jkollhom ir-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali rikjesti sabiex iwasslu sat-tmiem l-azzjoni proposta.
Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu r-rapport l-iżjed riċenti tal-attività annwali tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-persunal professjonali rilevanti kollu fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-azzjoni proposta.
3. Dokumenti addizzjonali li għandhom jiġu forniti fuq talba tal-Kummissjoni
Jekk dan jiġi mitlub, l-applikanti għandhom jipprovdu rapport ta’ verifika esterna magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħti valutazzjoni tal-vijabilità finanzjarja tal-applikant.
4. KRITERJI TAL-GĦOTJA
Il-proġetti li jilħqu r-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà u l-għażla biss ikunu eliġibbli għal evalwazzjoni ulterjuri fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja li ġejjin.
1. Politika u rilevanza kuntestwali (40 punt, livell limitu: 20 punt):
|
(a) |
Il-kontribuzzjoni tal-proġett biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet kif definiti fil-pjan ta’ ħidma għall-2012 (8 punti); |
|
(b) |
Rilevanza strateġika rigward l-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE (2) u rigward il-kontribuzzjoni mistennija għall-għarfien u l-implikazzjonijiet eżistenti għas-saħħa (8 punti); |
|
(c) |
Valur miżjud fuq livell tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika (8 punti):
|
|
(d) |
Pertinenza tal-kopertura ġeografika (8 punti): L-applikanti għandhom jiżguraw li l-kopertura ġeografika tal-proġett hija proporzjonata mal-għanijiet tiegħu, u tispjega r-rwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala msieħba u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew il-popolazzjonijiet destinatarji li jirrappreżentaw: |
|
(e) |
Kuntest soċjali, kulturali u politiku (8 punti): L-applikanti għandhom jispjegaw kif il-proġett jirrelata mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew iż-żoni speċifiċi involuti, billi jiżguraw il-konformità tal-azzjonijiet maħsuba mal-kultura u l-fehmiet tal-pubbliku destinatarju. |
2. Kwalità teknika (30 punt, livell limitu: 15-il punt)
|
(a) |
Bażi tal-evidenza (6 punti): L-applikanti għandhom jinkludu analiżi tal-problemi u jiddeskrivu b’mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effettività u l-applikabilità tal-miżuri proposti; |
|
(b) |
Speċifikazzjoni tal-kontenut (6 punti): L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-għanijiet u l-objettivi, il-pubbliku destinatarju, inklużi l-fatturi ġeografiċi rilevanti, il-metodi, l-effetti previsti u r-riżultati; |
|
(c) |
In-natura innovattiva, il-kumplementarjetà teknika u l-evitar tad-duplikazzjoni ta’ azzjonijiet eżistenti oħra fuq livell tal-UE (6 punti): L-applikanti għandhom jidentifikaw b’mod ċar il-progress li l-proġett għandu l-għan li jagħmel f’qasam speċifiku relatat mal-ogħla livell ta’ żvilupp u jiżguraw li ma jkun hemm la dupplikazzjoni mhux xierqa u lanqas sovrappożizzjoni, la parzjali u lanqas totali, bejn proġetti u attivitajiet li diġà twettqu fuq livell tal-UE u dak internazzjonali. |
|
(d) |
Strateġija tal-evalwazzjoni (6 punti): L-applikanti għandhom jispjegaw b’mod ċar il-metodi proposti u l-indikaturi magħżula u l-adegwatezza tagħhom. |
|
(e) |
Strateġija tat-tixrid (6 punti): L-applikanti għandhom juru b’mod ċar l-adegwatezza tal-istrateġija u l-metodoloġija maħsuba sabiex jiżguraw it-trasferibbiltà tar-riżultati u sostenibbiltà tat-tixrid. |
3. Kwalità u baġit tal-ġestjoni (30 punt, livell limitu: 15-il punt):
|
(a) |
Ippjanar u organizzazzjoni (5 punti): L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-attivitajiet li jkunu se jitwettqu, l-iskeda taż-żmien u l-avvenimenti importanti, ir-riżultati li għandhom jinkisbu, in-natura u d-distribuzzjoni tal-kompiti, u jipprovdu analiżi tar-riskji. |
|
(b) |
Kapaċità organizzattiva (5 punti): L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-persunal, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, u l-monitoraġġ u s-sorveljanza; |
|
(c) |
Il-kwalità tas-sħubija (5 punti): L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar is-sħubija maħsuba f’termini ta’ estensività, rwoli u responsabbiltajiet, relazzjonijiet bejn l-imsieħba, u s-sinerġija u l-kumplementarjetà tal-imsieħba u l-istruttura tan-netwerk: |
|
(d) |
Strateġija tal-komunikazzjoni (5 punti) L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istrateġija tal-komunikazzjoni f’termini ta’ ppjanar, pubbliku destinatarju, adegwatezza tal-kanali użati, u viżibbiltà tal-kofinanzjament tal-UE. |
|
(e) |
Baġit ġenerali u dettaljat, inkluża l-ġestjoni finanzjarja (10 punti, livell limitu: 5 punti):
|
Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-limiti kollha tiġi miċħuda..
Wara l-evalwazzjoni, tiġi kkompilata lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, li jkunu klassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika jingħataw kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.
(1) Dan ifisser li azzjoni speċifika, sottomessa minn applikant wieħed għal għotja, tista’ tiġi approvata għal kofinanzjament mill-Kummissjoni darba biss kull sena, irrispettivament mit-tul ta’ din l-azzjoni.
(2) COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm
ANNESS III
Kriterji għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-funzjonament ta’ korp mhux governattiv jew netwerk speċjalizzat (għotjiet operattivi) taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4 (1) (b)
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
|
1. |
Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa. |
|
2. |
L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
|
|
3. |
Il-proposti għal azzjonijiet jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:
Dawn il-kategoriji ta’ kriterji jiġu kkunsidrati b’mod konsekuttiv waqt il-proċedura ta’ evalwazzjoni. Proposta li ma tilħaqx ir-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju ta' evalwazzjoni li jkun imiss u tiġi miċħuda. |
2. KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ
|
1. |
Jistgħu jingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-UE għall-funzjonament ta’ korp mhux governattiv jew l-ispejjeż assoċjati mal-koordinazzjoni ta’ netwerk speċjalizzat minn korp mingħajr skop ta’ qligħ. Netwerk speċjalizzat huwa netwerk li jirrappreżenta korpi mingħajr skop ta’ qligħ attivi fl-Istati Membri jew f’pajjiżi parteċipanti fil-Programm tas-Saħħa u li jippromwovu prinċipji u politika konsistenti mal-għanijiet tal-Programm, li jkollhom rekord ta’ xogħol rilevanti ta’ għanijiet milħuqa b’mod konġunt (pereżempju proġetti li jkunu ġew mitmuma b’suċċess u/jew pubblikazzjonijiet konġunti) u regoli stabbiliti ta’ kollaborazzjoni (pereżempju SOPs jew memorandum ta’ ftehim). Organizzazzjoni jew netwerk speċjalizzat jistgħu jirċievu finanzjament jekk:
L-applikanti li jaħdmu ma’ atturi tas-settur privat meqjusa ineliġibbli minħabba n-natura tal-attività tagħhom li ma tkunx konformi mal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-UE jistgħu jiġu kkunsidrati bħala mhux aċċettabbli. |
|
2. |
Il-proposti li jaslu wara l-iskadenza għall-irċevuta, il-proposti mhux kompluti jew il-proposti li ma jilħqux ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għal proposti ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta’ żbalji klerikali ovvji kif mifhum fl-Artikolu 178 (2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni. |
|
3. |
Il-kriterju “indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi konflittwali oħra” se jiġi evalwat skont l-Anness VI. |
3. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-proposti li jilħqu l-kriterji ta’ esklużjoni u eliġibbiltà biss ikunu eliġibbli għal evalwazzjoni.
Il-kriterji tal-għażla jagħmluha possibbli li ssir evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda tapplika sabiex twassal sat-tmiem il-programm tax-xogħol propost.
L-organizzazzjonijiet bir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw il-funzjonament tagħhom biss jistgħu jingħataw għajnuna finanzjarja. Bħala evidenza ta’ dan huma għandhom:
|
— |
jehmżu kopja tal-kontijiet annwali tal-organizzazzjoni għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni għall-għotja tkun minn organizzazzjoni ġdida Ewropea, l-applikant għandu jipproduċi l-kontijiet annwali (inklużi l-karta tal-bilanċ u d-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf) tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, |
|
— |
jippreżenta baġit preliminari dettaljat għall-organizzazzjoni, ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nfiq, |
|
— |
jehmeż rapport ta’ verifika esterna prodott minn awditur approvat f’każ li jkun qed jopera applikazzjonijiet għal għotja ta’ iżjed minn EUR 100 000, waqt li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħmel evalwazzjoni tal-vijabilità finanzjarja tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda tapplika. |
L-organizzazzjonijiet bir-riżorsi, il-ħiliet u l-esperjenza professjonali operattivi biss jistgħu jingħataw għajnuna finanzjarja. Għal dan il-fini, l-informazzjoni li ġejja għandha tinhemeż bħala appoġġ tal-applikazzjoni:
|
— |
ir-rapport l-iżjed reċenti tal-attivitajiet annwali tal-organizzazzjoni, jew, fil-każ ta’ organizzazzjoni li tkun għadha kif ġiet kostitwita, il-curricula vitae tal-membri tal-bord tal-ġestjoni u persunal ieħor u r-rapporti tal-attivitajiet annwali tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid, |
|
— |
kwalunkwe referenza konnessa mal-parteċipazzjoni f’azzjonijiet iffinanzjati mill-UE jew applikazzjonijiet għalihom, il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja u l-konklużjoni ta’ kuntratti mill-baġit tal-UE. |
4. KRITERJI TAL-GĦOTJA
Il-proposti li jilħqu l-kriterji ta’ esklużjoni u eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla biss ikunu eliġibbli għal evalwazzjoni.
Il-kriterji tal-għotja jagħmluha possibbli li jintgħażlu programmi tax-xogħol li jistgħu jiggarantixxu konformità mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE u jistgħu jiggarantixxu t-tixrid u l-komunikazzjoni tajba, inkluża l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-UE.
Għal dan il-fini, il-programm tax-xogħol annwali ppreżentat bl-għan li jinkiseb finanzjament tal-UE għandu jilħaq il-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Ir-rilevanza politika u kuntestwali tal-korp mhux governattiv jew il-programm tax-xogħol annwali tan-netwerk speċjalizzat (25 punt, livell limitu 13-il punt):
|
|
2. |
Il-kwalità teknika tal-programm tax-xogħol annwali propost (40 punt, livell limitu 20 punt):
|
|
3. |
Kwalità tal-Ġestjoni (35 punt, livell limitu 18-il punt)
|
Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-livelli limitu kollha tiġi miċħuda.
Wara l-evalwazzjoni, tiġi elenkata lista tal-proposti rakkomandati għal finanzjament, li jiġu klassifikati skont in-numru totali ta' punti mogħtija. Il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika ser jingħataw kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.
(1) Dan ifisser li programm tax-xogħol annwali sottomess minn applikant wieħed għal għotja operattiva jista’ jiġi approvat darba biss għal kofinanzjament mill-Kummissjoni.
(2) L-attivitajiet ta’ lobbying immirati esklużivament għal Istituzzjonijiet tal-UE huma esklużi mill-finanzjament.
ANNESS IV
Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-azzjoniiet konġunti taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(3)
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
|
1. |
Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa. |
|
2. |
L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
|
|
3. |
Il-proposti għal azzjonijiet jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:
Dawn il-kategoriji ta’ kriterji jiġu kkunsidrati b’mod konsekuttiv waqt il-proċedura ta’ evalwazzjoni. Proposta li ma tilħaqx ir-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju tal-evalwazzjoni li jkun imiss u tiġi miċħuda. |
2. KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ
|
1. |
L-azzjonijiet konġunti jistgħu jiġu implimentati ma’ korpi pubbliċi jew korpi mhux governattivi:
L-applikanti li jaħdmu ma’ atturi tas-settur privat meqjusa ineliġibbli minħabba n-natura tal-attività tagħhom li ma tkunx konformi mal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-UE jistgħu jiġu kkunsidrati bħala mhux aċċettabbli. |
|
2. |
Il-proposti li jaslu wara l-iskadenza għall-irċevuta, il-proposti mhux kompluti jew il-proposti li ma jilħqux ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għal proposti ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta’ żbalji klerikali ovvji kif mifhum fl-Artikolu 178 (2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni. |
|
3. |
Il-kriterju “indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi konflittwali oħra” se jiġi evalwat skont l-Anness VI. |
3. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-proposti li jilħqu l-kriterji ta’ esklużjoni u eliġibbiltà biss ikunu eliġibbli għal evalwazzjoni.
Il-kriterji tal-għażla jagħmluha possibbli li ssir valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem l-azzjoni proposta..
L-applikanti għandu jkollhom ir-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa sabiex iwettqu kompletament l-azzjoni proposta.
L-applikanti għandu jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati sabiex isostnu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq l-attività u sabiex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.
Kull applikant għandu jipprovdi:
|
— |
stima baġitarja ċara, eżawrjenti u dettaljata tajjeb tal-ispejjeż b’konnessjoni mal-attivitajiet korrispondenti mwettqa minn kull korp li jkun qed jieħu sehem fl-azzjoni konġunta. |
|
— |
kopja tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni (għall-korpi mingħajr skop ta’ qligħ minbarra l-korpi pubbliċi). |
4. KRITERJI TAL-GĦOTJA
L-azzjonijiet konġunti li jkunu laħqu l-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà u l-għażla biss ikunu eliġibbli għal evalwazzjoni ulterjuri fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja li ġejjin.
|
1. |
Rilevanza politika u kunteswali (40 punt, livell limitu: 20 punt):
|
|
2. |
Kwalità teknika (30 punt, livell limitu: 15-il punt)
|
|
3. |
Kwalità u baġit tal-ġestjoni (30 punt, livell limitu: 15-il punt)
|
Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-livell limitu tiġi miċħuda.
Wara l-evalwazzjoni, tiġi elenkata lista tal-proposti rakkomandati għal finanzjament, li jiġu klassifikati skont in-numru totali ta' punti mogħtija.
(1) Dan ifisser li azzjoni speċifika sottomessa minn applikant wieħed għal għotja, tista’ jiġi approvata darba biss għal kofinanzjament mill-Kummissjoni irrispettivament mit-tul ta’ din l-azzjoni.
(2) COM (2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm
ANNESS V
Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-azzjoniiet konġunti taħt it-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4 (1) (a)
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
1. Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa.
2. L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
|
— |
Ir-regola tal-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sorsi li ma jkunux fondi tal-UE, jew permezz tar-riżorsi tal-benefiċjarju nnifsu jew ir-riżorsi finanzjarji ta’ partijiet terzi. Il-kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kofinanzjament jekk jiġu kkunsidrati meħtieġa jew xierqa (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 172 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni), |
|
— |
Ir-regola tan-nonprofitt: l-għotja jista’ ma jkollhiex l-għan jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju (l-Artikolu 109 (2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 165 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni), |
|
— |
Ir-regola tan-nonretroattività: l-infiq eliġibbli għal finanzjament għandu jsir wara li jiġi ffirmat il-ftehim. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li jiġi kkunsidrat l-infiq li jkun sar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja, iżda mhux iktar kmieni (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju), |
|
— |
Regola tan-nonkumulazzjoni: tista’ tingħata għotja waħda biss għal azzjoni konġunta speċifika lil benefiċjarju speċifiku (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1). |
3. Il-proposti għal azzjonijiet jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:
|
— |
il-kriterji ta’ esklużjoni u eliġibbiltà, għall-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant (l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju), |
|
— |
kriterji tal-għażla, għall-evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant li jwassal sat-tmiem azzjoni proposta (l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju), |
|
— |
il-kriterji tal-għotja, sabiex tiġi evalwata l-kwalità tal-proposta b’kunsiderazzjoni tal-ispiża tagħha. |
Dawn il-kategoriji ta’ kriterji jiġu kkunsidrati b’mod konsekuttiv waqt il-proċedura ta’ evalwazzjoni. Proposta li ma tilħaqx ir-rekwiżiti taħt kategorija waħda ma tiġix ikkunsidrata fl-istadju tal-evalwazzjoni li jkun imiss u tiġi miċħuda.
2. KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ
1. L-applikanti jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-għotja tal-Programm tas-Saħħa jekk ikunu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 93 (1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.
Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, iffirmata u datata kif xieraq, fejn jistqarru li ma huma fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla hawn fuq.
2. Il-proposti rċevuti wara l-iskadenza għall-irċevuta, il-proposti mhux kompluti jew proposti li ma jilħqux ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għall-proposti ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament. Dan ma japplikax f’każ ta’ żbalji klerikali ovvji kif mifhum fl-Artikolu 178 (2) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.
3. Kull applikazzjoni għandu jkollha d-dokumenti rekwiżiti skont is-sejħa għall-proposti, inklużi:
|
— |
dejta amministrattiva dwar l-imsieħeb ewlieni, |
|
— |
deskrizzjoni teknika tal-konferenza, |
|
— |
baġit globali tal-konferenza u l-livell mitlub ta’ kofinanzjament tal-UE. |
Evidenza: Kontenut tal-applikazzjoni.
4. L-azzjonijiet li jkunu diġà bdew sad-data li fiha l-applikazzjoni għall-għotja tiġi rreġistrata jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-Programm dwar is-Saħħa. It-tul taż-żmien tal-azzjoni m’għandux jaqbeż it-12-il xahar.
Evidenza: Id-data tal-bidu u t-tul ta’ żmien skedati tal-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.
3. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-proposti li jilħqu r-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà biss ikunu eliġibbli għal evalwazzjoni. Il-kriterji tal-għażla li ġejjin iridu jintlaħqu.
1. Kapaċità finanzjarja
L-applikanti għandu jkollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex isostnu l-attività tagħħom matul il-perjodu li fih l-attività tkun qiegħda titwettaq u sabiex jipparteċipaw fil-kofinanzjament.
Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kont tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċ għal dawn l-aħħar sentejn finanzjarji sħaħ.
Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja m’għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi, jew għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa minn ftehimiet intergovernattivi jew għal aġenziji speċjalizzati maħluqa minn dawn tal-aħħar.
2. Kapaċità operattiva
L-applikanti għandu jkollhom r-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali rekwiżiti sabiex iwettqu l-azzjoni proposta.
Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu r-rapport tal-attività annwali l-iżjed riċenti tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-persunal professjonali rilevanti kollu fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-azzjoni proposta.
3. Dokumenti addizzjonali għandhom jiġu pprovduti fuq talba tal-Kummissjoni
Jekk jintalab dan, l-applikanti għandhom jipprovdu rapport ta’ verifika esterna prodott minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħti valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant.
4. KRITERJI TAL-GĦOTJA
1. Kontenut tal-proposta (60 punt, livell limitu 30 punt):
|
(a) |
Rilevanza tal-kontenut u riżultati mistennija tal-avveniment b’konnessjoni mal-għanijiet u l-prijoritajiet deskritti fil-pjan ta’ ħidma għall-2012; |
|
(b) |
Parteċipazzjoni (15-il punt): L-applikanti għandhom jiddeskrivi b’mod ċar in-numru mistenni u l-profil/funzjoni tal-parteċipanti destinatarji fl-avveniment, billi jagħmlu referenza għad-distribuzzjoni mil-Istat Membru, l-organizzazzjoni u t-tip ta’ kompetenza: |
|
(c) |
Dimensjoni Ewropea (15-il punti): Il-konferenzi għandu jkollhom dimensjoni wiesgħa fuq livell ta’ Unjoni Ewropea, b'parteċipanti minn 10 pajjiżi jew iżjed li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm tas-Saħħa; |
|
(d) |
Metodoloġija tas-segwitu u l-evalwazzjoni (15-il punt): L-applikanti għandhon jiddeskrivu b’mod ċar l-istrateġija tagħhom tat-tixrid. Għandha tiġi prrovduta evalwazzjoni adegwata bbażata fuq pjan ta' evalwazzjoni b'disinn, metodu, responsabbiltajiet u ħinijiet korrispondenti bl-użu ta' indikaturi. |
2. Kwalità tal-Ġestjoni (40 punt, livell limitu 20 punt)
|
(a) |
Ippjanar tal-avveniment (15-il punt) L-applikanti għandhom jiddeskrivi b’mod ċar il-metodoloġija, l-għodod, l-iskeda taż-żmien u l-avvenimenti ewlenin, ir-riżultati li għandhom jintlaħqu, in-natura u d-distribuzzjoni tal-kompiti, u ċ-ċirkuwiti finanzjarji u jipprovdu analiżi tar-riskji; |
|
(b) |
Kapaċità organizzattiva (10 punti) L-applikanti għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenzi tal-persunal, ir-responsabbiltajiet, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljanza. |
|
(c) |
Baġit ġenerali u dettaljat (15-il punt) L-applikanti għandhom jiżguraw li l-baġit huwa rilevanti, adatt, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu u rigward l-għan/ijiet tal-konferenza. |
Kwalunkwe proposta li ma tilħaqx il-livelli limitu kollha tiġi miċħuda.
Wara l-valutazzjoni, tiġi elenkata lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, li jkollhom jiġu klassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika ser jingħataw kofinanzjament skont id-disponibilità tal-baġit.
(1) Dan ifisser li azzjoni speċifika, sottomessa minn applikant wieħed għal għotja, tista’ jiġi approvata darba biss għal kofinanzjament mill-Kummissjoni irrispettivament mit-tul ta’ din l-azzjoni.
ANNESS VI
Kriterji għall-indipendenza minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew minn interessi konflittwali oħra applikabbli għal għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4 (1) (b) u l-Artikolu 4 (3)
Interess konflittwali jseħħ meta individwu jew organizzazzjoni jkollhom interessi multipli, li wieħed minnhom possibilment ikun jista’ jikkorrompi l-motivazzjoni għal aġir fl-ieħor.
Il-kriterju “indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew interessi konflittwali oħra” jirreferi għal tliet rekwiżiti li għandhom jinlaħqu kollha mill-organizzazzjoni applikanti:
1. INDIPENDENZA LEGALI
Sabiex tkun eliġibbli għal finanzjament, NGO għandha tkun indipendenti minn entitajiet oħra li jirrappreżentaw l-industrija, il-kummerċ u n-negozju jew interessi konflittwali oħra.
Żewġ entitajiet legali għandhom jiġu kkunsidrati bħala indipendenti minn xulxin meta l-ebda waħda minnhom ma tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett tal-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta' parti terza bħall-oħra.
Il-kontroll jista’ b’mod partikolari jieħu waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
Iż-żamma diretta jew indiretta ta’ iżjed minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-entità legali kkonċernata, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew l-assoċjati ta’ dik l-entità. |
|
(b) |
Iż-żamma diretta jew indiretta ta’ setgħat tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, bil-fatt jew skont il-liġi, fl-entità legali kkonċernata. |
Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn entitajiet legali m’għandhomx fihom infushom jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu relazzjonijiet ta’ kontroll:
|
(c) |
Iż-żamma diretta jew indiretta ta’ iżjed minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-organizzazzjoni applikanti jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew l-assoċjati tal-entitajiet legali tkun miżmuma mill-istess korp pubbliku; |
|
(d) |
L-entitajiet legali kkonċernati jkunu l-proprjetà jew ikunu sorveljati mill-istess korp pubbliku. |
2. INDIPENDENZA FINANZJARJA
Sabiex jiġu kkunsidrati bħala indipendenti, l-organizzazzjonijiet applikanti għandhom b'mod unilaterali jikkommettu ruħhom li ma jirċevux iżjed minn 20 % tal-finanzjament ewlieni tagħhom minn organizzazzjonijiet tas-settur privat (1) li jirrappreżentaw interess konflittwali waqt is-snin finanzjarji koperti mill-għotja.
Il-finanzjament ewlieni għandu jfisser il-finanzjament rekwiżit għall-istruttura bażika ta’ organizzazzjoni, inklużi s-salarji tal-persunal full-time, il-faċilitajiet, it-tagħmir, il-komunikazzjonijiet, u l-ispejjeż diretti tax-xogħol ta’ kuljum. Il-finanzjament ewlieni jinkludi wkoll il-finanzjament tal-attivitajiet kollha permanenti u ripetuti b’mod regolari. Ir-rekwiżiti tal-finanzjament ewlieni ħafna drabi jiġu bbaġitjati b’mod separat minn spejjeż oħra bħal azzjonijiet jew proġetti speċifiċi.
3. TRASPARENZA TAL-ATTIVITAJIET U L-FINANZJAMENT TAL-APPLIKANT
L-attivitajiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-applikant (2).
L-informazzjoni kollha dwar il-finanzjament għandha ssir disponibbli lill-pubbliku permezz tal-websajt tal-applikant, disaggregata skont it-tip (il-finanzjament ewlieni u tal-proġett, il-kontribuzzjoni in natura) u skont l-entità tal-finanzjament.
Id-dikjarazzjonijiet eżistenti dwar il-pożizzjoni tal-applikant li jirrigwardaw ir-rekwiżit tagħhom dwar it-trasparenza għandhom ikunu disponibbli pubblikament.
4. EVALWAZZJONI TAL-INDIPENDENZA
L-indipendenza u t-trasparenza legali jiġu valutati fuq bażi tal-informazzjoni l-iżjed riċenti disponibbli pprovduta mill-applikant flimkien mal-applikazzjoni. L-indipendenza finanzjarja għandha tiġi valutata fuq bażi tal-informazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja li għaliha tkun attribwita l-għotja fil-ħin tar-rapport finali. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont il-formola ppubblikata mas-sejħa għall-proposti u għandha tkun ċertifikata minn awditur indipendenti. Jekk dawn il-kontijiet juru li waqt kwalunkwe waħda mis-snin finanzjarji koperti mill-għotja, il-benefiċjarji jkunu rċevew iżjed minn 20 % tal-finanzjament ewlieni tagħhom minn organizzazzjonijiet tas-settur privat li jirrappreżentaw interess konflittwali, jew minn sorsi oħra li jirrappreżentaw interess konflittwali, l-ammont kollu tal-għotja għandu jiġi rkuprat.
(1) It-terminu “settur privat” ikopri l-kumpaniji/l-impriżi/il-korporazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tan-negozju jew entitajiet oħra “bi skop ta’ qligħ” irrispettivament min-natura legali tagħħom (irreġistrati/mhux irreġistrati), il-proprjetà (ta’ proprjetà totali jew parzjali privata/ta’ proprjetà totali jew parzjali tal-istat) jew ta’ daqs (kbir/żgħir), jekk ma jkunux ikkontrollati mill-pubbliku.
(2) Il-kollaboraturi f’pożizzjoni li tista’ twassal għal konflitt ta’ interess (l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 34 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni) għandhom jiġu elenkati.
ANNESS VII
Kriterji għal użu eċċezzjonali għall-għotjiet għal proġett, għotjiet operattivi u azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4 (1) (a), l-Artikolu 4 (1) (b) u l-Artikolu 4 (3)
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
Jista’ jingħata l-permess għal użu eċċezzjonali għall-proposti li jkollhom valur miżjud Ewropew għoli ħafna fl-oqsma li ġejjin:
Kontribuzzjoni għal:
|
— |
titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif imkejla fejn possibbli minn indikaturi xierqa, inkluż l-indikatur tas-Snin ta’ Ħajja b’Saħħitha, |
|
— |
tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom, |
|
— |
bini ta’ kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika effettiva tas-saħħa pubblika b’mod partikolari f’oqsma ta’ ħtieġa għolja, |
|
— |
involviment ta’ atturi ġodda (mhux tradizzjonali) għas-saħħa f'azzjonijiet solidi mill-aspett tal-koordinazzjoni u dak etiku u li huma sostnuti, kemm f’livell reġjonali jew lokali u fil-pajjiżi parteċipanti. Dan jinkludi s-settur pubbliku, is-settur privat u l-partijiet interessati fis-soċjetà ċivili usa’ li l-miri primarji tagħhom mhumiex limitati għas-saħħa pubblika (pereżempju miż-żgħażagħ, il-gruppi etniċi u sferi oħra ta’ interess pubbliku bħall-ambjent u l-isport). |
Il-proposti li jilħqu l-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jiġu kkunsidrati ta’ utilità eċċezzjonali. L-applikanti għandhom ikunu kapaċi li juru kif l-azzjoni proposta għandha tikkontribwixxi għall-oqsma msemmija hawn fuq billi tikkonforma mal-kriterji speċifikati hawn taħt.
2. L-UTILITÀ EĊĊEZZJONALI TAL-PROĠETTI
Kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull benefiċjarju (jiġifieri għal kull benefiċjarju ewlieni u għal kull benefiċjarju assoċjat) ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tista’ tiġi kkunsidrata fejn proposta tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat taħt it-taqsima “Prinċipji ġenerali” ta’ hawn fuq. Mhux iżjed minn 10 % tal-proġetti finanzjati għandhom jirċievu kofinanzjament tal-UE ta’ iżjed minn 60 %. Il-proposti għall-proġetti li jitolbu iżjed minn 60 % tal-kofinanzjament jeħtieġu jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
|
— |
Mill-inqas 60 % tal-baġit totali tal-azzjoni għandu jintuża għall-finanzjament tal-persunal. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jippromwovi l-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika effettiva tas-saħħa pubblika, |
|
— |
Mill-inqas 25 % tal-baġit tal-azzjoni proposta għandu jiġi allokat lill-Istati Membri bi PDG per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tagħha) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE, |
|
— |
Għandu jintlaħaq riżultat ta’ mill-inqas 5 marki minn 8 għall-kriterji tal-għotja kollha skont il-blokk tal-politika ta’ rilevanza msemmi fl-Anness II. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi t-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, fis-sens tat-titjib tar-rilevanza tal-politika. |
|
— |
Mill-inqas 10 % tal-baġit għandu jiġi allokat għall-oganizzazzjonijiet li ma jkunu rċevew l-ebda finanzjament taħt l-ewwel u t-tieni Programm dwar is-Saħħa fl-aħħar ħames snin. Dan il-kriterju huwa maħsub li jippromwovi l-involviment ta’ atturi ġodda għas-saħħa. |
3. UTILITÀ EĊĊEZZJONALI TAL-GĦOTJIET OPERATTIVI
Tista’ tiġi kkunsidrata kontribuzzjoni massima tal-UE ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli fejn proposta għal għotja operattiva ġdida tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat taħt it-taqsima “Prinċipji ġenerali” ta’ hawn fuq. Il-proposti għal għotjiet operattivi ġodda li jitolbu iżjed minn 60 % ta’ kofinanzjament ikollhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
|
— |
Mill-inqas 25 % tal-membri jew membri kandidati tal-korpi jew organizzazzjonijiet mhux governattivi li jifformaw in-netwerk speċjalizzat jiġu minn Stati Membri b’PDG per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tagħha) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha. |
|
— |
It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fuq livell tal-UE, dak nazzjonali jew reġjonali jintwera fil-missjoni kif ukoll fil-programm annwali tax-xogħol tal-organizzazzjoni applikanti/netwerk speċjalizzat. |
Għall-għotjiet operattivi li jiġġeddu, l-istat ta' utilità eċċezzjonali għandu jibqa’ l-istess bħal ma kien għas-sejħa għal proposti tal-2011 bil-kundizzjoni li s-sitwazzjoni tal-benefiċjarju rigward iż-żewġ kriterji ta’ hawn fuq ma tkunx inbidlet.
4. UŻU EĊĊEZZJONALI TA’ AZZJONIIET KONĠUNTI
Kontribuzzjoni massima tal-UE ta’ 70 % ta’ spejjeż eliġibbli tista’ tiġi kkunsidrata fejn proposta għal azzjoni konġunta tkun ta’ użu eċezzjonali, kif speċifikat taħt il-“Prinċipji ġenerali" ta’ hawn fuq. Il-proposti għal azzjonijiet konġunti li jitolbu iżjed minn 50 % ta’ kofinanzjament ikollhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
|
— |
Mill-inqas 60 % tal-baġit totali tal-azzjoni għandu jintuża għall-finanzjament tal-persunal. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jippromwovi l-bini ta’ kapaċitajiet għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki effikaċi tas-saħħa pubblika. |
|
— |
Mill-inqas 25 % tal-baġit tal-azzjoni proposta għandu jiġi allokat lil Stati Membri b'PDG per capita (kif ippubblikat minn EUROSTAT fl-aħħar rapport statistiku tagħha) fl-iċken kwartili mill-Istati Membri kollha. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE. |
|
— |
Għandu jinkiseb punteġġ ta’ mill-inqas 5 minn 8 għall-kriterji kollha ta’ għotja taħt il-blokk ta’ rilevanza tal-politika msemmi fl-Anness IV. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi t-titjib fis-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, fis-sens ta’ titjib tar-rilevanza tal-politika. |
|
— |
Mill-inqas 10 % tal-baġit għandu jiġi allokat lil organizzazzjonijiet li ma rċevew l-ebda finanzjament taħt l-ewwel u t-tieni Programm tas-Saħħa f’dawn l-aħħar 5 snin. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jippromwovi l-involviment ta’ atturi ġodda għas-saħħa. |
|
— |
Fl-azzjoni konġunta għandhom jipparteċipaw korpi minn mill-inqas 10 pajjiżi parteċipanti jew korpi minn 3 pajjiżi parteċipanti, fejn l-azzjoni tiġi proposta minn korp minn Stat Membru li jkun aċċeda għall-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju 2004 jew minn pajjiż kandidat. |
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/49 |
Avviż dwar il-Kodiċi ta' prattika għal ittikkettjar tajjeb tal-ikel tal-annimali
2011/C 358/07
F’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE:
Titolu: KODIĊI TA' PRATTIKA GĦAL ITTIKKETTJAR TAJJEB TAL-IKEL TAL-ANNIMALI, il-verżjoni ta' Ottubru 2011
Awtur: il-European Pet Food Industry (F.E.D.I.A.F.): http://www.fediaf.org
Referenza: http://ec.europa.eu/food/food/animalnutrition/labelling/index_en.htm
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/50 |
Sejħa għal applikazzjonijiet 2012
It-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 358/08
Illum qed tiġi mnedija s-sejħa għal applikazzjonijiet “Saħħa – 2012” fi ħdan il-qafas tat-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) (1)
Din is-sejħa għal applikazzjonijiet tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
— |
Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ proġetti |
|
— |
Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet speċifiċi fil-forma ta’ konferenzi |
|
— |
Sejħa għal proposti għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għat-tħaddim ta’ korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati (għotjiet operanti) |
|
— |
Stedina lill-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti għas-sottomissjoni ta’ azzjonijiet konġunti |
L-iskadenza għal sottomissjonijiet tal-proposti taħt kull sejħa hija t-9 ta’ Marzu 2012.
L-informazzjoni kollha, inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tal-pjan ħidma għall-2012 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-azzjonijiet ta’ dan il-programm (2), huma disponibbli fuq is-sit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/eahc
(1) Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi t-Tieni Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).
(2) Ara paġna 8 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.