ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.357.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 357

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
7 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 357/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6420 – Dong Energy/Shell Gas Direct) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 357/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 357/03

Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11)

3

2011/C 357/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

11

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 357/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6421 – Daimler/Europcar/car2go Europe JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6420 – Dong Energy/Shell Gas Direct)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 357/01

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6420. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Diċembru 2011

2011/C 357/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3394

JPY

Yen Ġappuniż

104,15

DKK

Krona Daniża

7,4348

GBP

Lira Sterlina

0,85655

SEK

Krona Żvediża

9,0552

CHF

Frank Żvizzeru

1,2388

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7160

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,230

HUF

Forint Ungeriż

300,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6978

PLN

Zloty Pollakk

4,4548

RON

Leu Rumen

4,3540

TRY

Lira Turka

2,4618

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3094

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3640

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4095

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7209

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7223

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 513,76

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,7993

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4847

HRK

Kuna Kroata

7,5100

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 124,79

MYR

Ringgit Malażjan

4,1990

PHP

Peso Filippin

58,111

RUB

Rouble Russu

41,8780

THB

Baht Tajlandiż

41,294

BRL

Real Brażiljan

2,3995

MXN

Peso Messikan

18,1040

INR

Rupi Indjan

68,7310


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/3


Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11)

2011/C 357/03

Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

SPANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

“Dokument ta' akkreditazzjoni tal-Missjonijiet Diplomatiċi”, b'referenza għall-“Persunal Diplomatiku” (aħmar)

Din it-tessera tintbagħat lill-persunal tal-Missjonijiet Diplomatiċi bi status diplomatiku akkreditat fi Spanja, kif ukoll lil żwieġhom u lil uliedhom. Fil-każ ta' ambaxxaturi akkreditati, fin-naħa ta' isfel fuq ix-xellug tat-tessera tkun inkluża ir-referenza “Ambaxxatur” jew “Ambaxxatriċi”.

Image

Image

“Dokument ta' akkreditazzjoni tal-Missjonijiet Diplomatiċi”, b'referenza għall-“Persunal Amministrattiv u Tekniku” (isfar)

Din it-tessera tintbagħat lill-persunal amministrattiv u tekniku tal-Missjonijeit Diplomatiċi akkreditat fi Spanja, kif ukoll lil żwieġhom u lil uliedhom.

Image

Image

“Dokument ta' akkreditazzjoni konsulari”, b'referenza għall-“Uffiċjal konsulari” (aħdar skur).

Din it-tessera tintbagħat lill-uffiċjali konsulari permanenti u lill-konsli onorarji akkreditati fi Spanja, kif ukoll lil żwieġhom u lil uliedhom. Fuq in-naħa ta' isfel fuq ix-xellug tat-tessera ikun indikat jekk il-persuna tkunx uffiċjal permanenti jew uffiċjal onorarju.

Image

Image

“Dokument ta' akkreditazzjoni konsulari”, b'referenza għall-“Impjegat konsulari” (aħdar ċar).

Din it-tessera tintbagħat lill-impjegati konsulari akkreditati fi Spanja, kif ukoll lil żwieġhom u lil uliedhom.

Image

Image

“Dokument ta' akkreditazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali” (ikħal).

Din it-tessera tintbagħat lill-persunal akkreditat f'organizzazzjonijiet internazzjonalli u uffiċċji tal-Unjoni Ewropea fi Spanja, kif ukoll lil żwieġhom u lil uliedhom.

Image

Image

“Dokument ta' akkreditazzjoni tal-Missjonijiet Diplomatiċi u Konsulati”, b'referenza għall-“Persunal ta' Servizz” (griż)

Din it-tessera tintbagħat lill-persunal ta' servizz fil-Missjonijiet Diplomatiċi u Konsulati u lill-persunal fis-servizz personali tal-persunal diplomatiku u tal-uffiċjali konsulari permanenti, inkluż dawk f'organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll lil żwieġhom u lil uliedhom.

Image

Image

“Dokument ta' akkreditazzjoni tal-Missjonijiet Diplomatiċi u Konsulati”, b'referenza għall-“Qraba dipendenti” (beige)

Din it-tessera tintbagħat lill-ġenituri tal-persunal akkreditat u lill-ulied li jkunu għalqu it-23 sena matul l-akkreditatzzjoni tat-titular li fuqhu jiddependu.

Image

Image

Karatteristiċi ġenerali

Id-Dokument ta' Identità u Akkreditazzjoni jintbagħat lill-persunal akkreditat tal-Missjonijiet Diplomatiċi, Uffiċċji Konsulari u Organizzazzjonijiet Internazzjonali b'Sede jew Uffiċċju fi Spanja u lill-qraba dipendenti.

Huwa magħmul fil-fomat ta' ID-1 (85,6 × 53,98 mm), mill-PVC u jinkludi bħal Numru tad-Dokument, in-Numru tal-Identifikazzjoni Fiskali speċifiku tal-persuna akkreditata.

Barra mill-istrippa manjetika għal-kontroll tad-dejta, jinkorpora wkoll elementi ġodda u aħjar ta' sigurtà:. inka inviżibbli li meta tagħmel reazzjoni ssir kaħla, sfond ta' sigurtà magħmul minn linji irqaq, stampar mikro fuq wara tat-tessera, stampar kodifikat, laminazzjoni trasparenti ta' sigurtà u ologramma tal-FNMT-RCM.

Bil-għan li tkun iffaċilitata identifikazzjoni viżwali aktar rapida u faċli tat-tesseri, ġew iffissati seba' tipi ġodda ta' dokumenti b'kuluri differenti, li jikkorrispondu mal-kategoriji distinti tal-persunal akkreditat.

aħmar: persunal bi status diplomatiku f'missjonijiet diplomatiċi.

Isfar: persunal amministrattiv u tekniku f'missjonijiet diplomatiċi.

Aħdar skur: uffiċjali konsulari permanenti jew konsli onorarji.

Aħdar ċar: impjegati konsulari.

Ikħal: persunal akkreditat f'Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Uffiċċji tal-UE.

Griż: Persunal ta' servizz fil-missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari u persunal fis-servizz personali tal-persunal diplomatiku u uffiċjali konsulari permanenti, inkluż dawk tal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Beige: Għall-ġenituri tal-persunal akkreditat u lill-ulied li jkunu għalqu it-23 sena matul l-akkreditatzzjoni tat-titular li fuqhu jiddependu.


7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/11


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 357/04

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

15.11.2011

Tul ta' żmien

15.11.2011-31.12.2011

Stat Membru

Il-Polonja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32. (HER/3D-R30)

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6421 – Daimler/Europcar/car2go Europe JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 357/05

1.

Fil-25 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Europcar Groupe SA (“Europcar”, Franza), proprjetà ta' Eurazeo SA, (Franza) u car2go GmbH (“car2go”, il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Daimler AG (“Daimler”, il-Ġermanja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' car2go Europe GmbH (“car2go Europe”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Europcar: servizzi ta’ kiri tal-karozzi fi stati membri differenti taż-ŻEE, kif ukoll madwar id-dinja. Europcar tappartjeni lil Eurazeo, kumpanija ta’ investiment elenkata Franċiża li tinvesti f’kumpaniji attivi f’diversi setturi bħal ma huma lukandi, servizzi ta’ kiri ta’ tessuti jew inkella l-proprjetà immobbli,

għal car2go: stabbilita biex twettaq proġett pilota fis-suq tal-kiri tal-karozzi għal żmien qasir u biex wara dan tkun responsabbli biex tibda n-negozju f’dan il-qasam madwar id-dinja għal Daimler. Daimler tipproduċi vetturi tat-triq u vetturi kummerċjali madwar id-dinja,

għal car2go Europe: servizzi għal żmien qasir ta' kiri tal-karozzi f’diversi bliet u żoni metropolitani fi ħdan iż-ŻEE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6421 – Daimler/Europcar/car2go Europe JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).