ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2011.351.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 351E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
2 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2010-2011
Dati tas-seduti: 6 – 8 ta' Lulju 2010
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 298 E, 4.11.2010.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010

2011/C 351E/01

L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u r-rwol tal-makroreġjuni fil-politika ta’ koeżjoni futura
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u r-rwol tal-makroreġjuni fil-politika ta’ koeżjoni futura (2009/2230(INI))

1

2011/C 351E/02

Il-kontribut tal-politika reġjonali tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika u finanzjarja, b’referenza speċjali għall-Objettiv 2
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-kontribut tal-politika reġjonali tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika u finanzjarja, b’referenza speċjali għall-Objettiv 2 (2009/2234(INI))

8

2011/C 351E/03

Futur sostenibbli għat-trasport
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar futur sostenibbli għat-trasport (2009/2096(INI))

13

2011/C 351E/04

Rapport annwali dwar l-attivitajiet 2009 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar id-deliberazzjonijiet 2009 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (2009/2139 (INI))

23

2011/C 351E/05

Il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat (2009/2221(INI))

29

2011/C 351E/06

Kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri u forom ġodda ta’ djalogu soċjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta’ djalogu soċjali (2009/2220(INI))

39

2011/C 351E/07

Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea (2009/2153(INI))

48

 

L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010

2011/C 351E/08

Ir-rimunerazzjoni tad-diretturi ta’ kumpaniji elenkati u l-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rimunerazzjoni tad-diretturi ta’ kumpaniji elenkati u l-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (2010/2009(INI))

56

2011/C 351E/09

L-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju (2010/2006(INI))

61

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI

65

2011/C 351E/10

Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri

69

2011/C 351E/11

L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea

73

 

Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010

2011/C 351E/12

Il-Kosovo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo

78

2011/C 351E/13

L-Albanija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar l-Albanija

85

2011/C 351E/14

Is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan

92

2011/C 351E/15

L-HIV/AIDS fil-perspettiva tat-XVIII-il Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS (Vjenna, 18-23 ta’ Lulju 2010)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għar-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS

95

2011/C 351E/16

Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-Tip Cluster (CCM) fl-1 ta' Awwissu 2010 u rrwol tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2010 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE

101

2011/C 351E/17

Il-futur tal-PAK wara l-2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 (2009/2236(INI))

103

2011/C 351E/18

Is-sistema ta’ importazzjoni fl-UE ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fid-dawl tar-riforma futura tal-PKS
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta’ Lulju 2010 dwar is-sistema ta’ importazzjoni fl-UE ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fid-dawl tar-riforma futura tal-PKS (2009/2238(INI))

119

2011/C 351E/19

Iż-Żimbabwe, b'mod partikolari l-każ ta’ Farai Maguwu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar iż-Żimbabwe, b'mod partikolari l-każ ta’ Farai Maguwu

128

2011/C 351E/20

Il-Venezwela, b'mod partikolari l-każ ta’ Maria Lourdes Afiuni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-Venezwela, b'mod partikolari l-każ ta’ Maria Lourdes Afiuni

130

2011/C 351E/21

Il-Korea ta’ Fuq
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-Korea ta’ Fuq

132

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010

2011/C 351E/22

It-talba għad-difiża tal-immunità parlamentari tas-Sur Valdemar Tomaševski
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar it-talba ta’ difiża tal-immunità parlamentari ta’ Valdemar Tomaševski (2010/2047(IMM))

137

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010

2011/C 351E/23

L-adeżjoni ta’ l-Istati Membri jidħlu għall-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit-22 ta’ Novembru 1928 ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-Istati Membri jidħlu fil-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit-22 ta’ Novembru 1928 u supplimentata mill-Protokolli tal-10 ta’ Mejju 1948, is-16 ta’ Novembru 1966, it-30 ta’ Novembru 1972 u l-Emenda tal-24 ta’ Ġunju 1982 u l-Emenda tal-31 ta’ Mejju 1988 (08100/2010 – C7-0105/2010 – 2010/0015(NLE))

139

2011/C 351E/24

Il-konklużjoni tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz ta’ proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (09132/2010 – C7-0128/2010 – 2010/0016(NLE))

140

2011/C 351E/25

Ftehim ma’ l-Islanda u n-Norveġja: Applikazzjoni ta’ Ċerti Dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropew u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (05309/2010 – C7-0031/2010 – 2009/0191(NLE))

140

2011/C 351E/26

Parteċipazzjoni tal-Isvizzera u tal-Liechtenstein fl-attivitajiet ta'' FRONTEX ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (05707/2010 – C7-0217/2009 – 2009/0073(NLE))

141

2011/C 351E/27

Kwalità tad-dejta tal-istatistika *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (COM(2010)0053 – C7-0064/2010 – 2010/0035(NLE))

142

2011/C 351E/28

Id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***II
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004) (05218/3/2010 – C7-0077/2010 – 2008/0237(COD))

149

P7_TC2-COD(2008)0237Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ( 1 )

150

ANNESS I

166

ANNESS II

167

2011/C 351E/29

Id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli ***II
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (14849/3/2009 – C7-0076/2010 – 2008/0246(COD))

168

P7_TC2-COD(2008)0246Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

169

2011/C 351E/30

Sistema Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u interkonnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport ***II
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-varar ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (06103/4/2010 – C7-0119/2010 – 2008/0263(COD))

169

ANNESS

170

2011/C 351E/31

Formalitajiet ta’ dikjarazzjoni tal-bastimenti meta jidħlu fil-portijiet jew joħorġu minnhom ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għal bastimenti li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità, u li tirrevoka d-Direttiva 2002/6/KE (COM(2009)0011 – C6-0030/2009 – 2009/0005(COD))

171

P7_TC1-COD(2009)0005Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE

172

ANNESS

173

 

L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010

2011/C 351E/32

Prodotti ġodda tal-ikel ***II
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1331/2008 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (11261/3/2009 – C7-0078/2010 – 2008/0002(COD))

174

P7_TC2-COD(2008)0002Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 ( 1 )

175

2011/C 351E/33

L-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Tfassil mill-ġdid) ***II
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Tfassil mill-ġdid) (11962/2/2009 – C7-0034/2010 – 2007/0286(COD))

193

P7_TC2-COD(2007)0286Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)

194

2011/C 351E/34

L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam ***II
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (05885/4/2010 – C7-0053/2010 – 2008/0198(COD))

194

P7_TC2-COD(2008)0198Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

195

2011/C 351E/35

Is-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2009)0576 – C7-0251/2009 – 2009/0161(COD))

195

2011/C 351E/36

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2009)0503 – C7-0167/2009 – 2009/0144(COD))

267

2011/C 351E/37

Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD))

321

2011/C 351E/38

Awtorità Bankarja Ewropea ***I
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD))

337

2011/C 351E/39

Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ***I
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD))

391

2011/C 351E/40

Ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni (COM(2009)0362 – C7-0096/2009 – 2009/0099(COD))

446

P7_TC1-COD(2009)0099Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) Nru. …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni

447

2011/C 351E/41

Kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar r-Riskju Sistemiku *
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (05551/2010 – C7-0014/2010 – 2009/0141(CNS))

447

 

Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010

2011/C 351E/42

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-USA dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (11222/1/2010/REV 1 u COR 1 – C7-0158/2010 – 2010/0178(NLE))

453

2011/C 351E/43

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna *
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (08029/2010 – C7-0090/2010 – 2010/0816(NLE))

454

P7_TC1-NLE(2010)0816Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-8 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

455

ANNESS

468

ANNESS

470

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2010-2011 Dati tas-seduti: 6 – 8 ta' Lulju 2010 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 298 E, 4.11.2010. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/1


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u r-rwol tal-makroreġjuni fil-politika ta’ koeżjoni futura

P7_TA(2010)0254

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u r-rwol tal-makroreġjuni fil-politika ta’ koeżjoni futura (2009/2230(INI))

2011/C 351 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2009)0248), kif ukoll il-pjan ta’ azzjoni indikattiv li jakkumpanja l-istrateġija,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill fis-26 ta’ Ottubru 2009 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 dwar l-impatt fuq l-ambjent tal-pajplajn tal-gass fil-Baħar Baltiku ppjanat biex jgħaqqad lir-Russja mal-Ġermanja (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar Strateġija tal-Baħar Baltiku għad-Dimensjoni tat-Tramuntana (2),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (ECO/261) u dwar “Il-kooperazzjoni makroreġjonali. L-applikazzjoni tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku għal makroreġjuni oħra fl-Ewropa” (ECO/251),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-21 u t-22 ta’ April 2009 dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istrateġija l-ġdida tal-Baħar Baltiku”,

wara li kkunsidra l-Opinjoni fuq inizjattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Governanza f'Diversi Livelli”, (CdR 89/2009 finali),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0202/2010),

A.

billi mit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fl-2004, il-Baħar Baltiku sar baħar intern tal-UE, li jgħaqqad lill-pajjiżi iżda fl-istess ħin huwa sfida għalih innifsu, u billi l-pajjiżi ta’ dan ir-reġjun juru interdipendenza kbira u jaffrontaw sfidi simili,

B.

billi l-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku hija strateġija pilota għal strateġiji makroreġjonali futuri u s-suċċess tal-Istrateġija jista' jkun mudell għall-mod kif jistgħu jiġu implimentati strateġiji tal-futur,

C.

billi l-idea li jinħolqu reġjuni funzjonali, miġbura skont objettivi jew problemi komuni ta’ żvilupp, tista' tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-effikaċja tal-politika reġjonali tal-Unjoni Ewropea,

D.

billi sabiex tiżdied l-effikaċja tal-politika reġjonali, b'mod partikolari fid-dawl tar-riforma tagħha prevista wara l-2013, huwa tajjeb li jsir minn kollox biex jiġi appoġġat u żviluppat il-kunċett li jikkonsisti fl-adozzjoni ta’ approċċ integrat u t-tfassil tal-istrateġiji dwar il-makroreġjuni li japplikaw għall-Unjoni Ewropea kollha, iżda li l-implimentazzjoni tagħhom m'għandhiex iġġib magħha nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-politika ta’ koeżjoni,

E.

billi l-Baħar Baltiku għadu l-aktar baħar imniġġes fl-Unjoni Ewropea, u l-istat ambjentali tiegħu m'għandux imur għall-agħar minħabba l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali fuq skala kbira fil-Baħar Baltiku u madwaru (inklużi pajjiżi mhux fl-UE),

1.

Jifraħ bil-fatt li l-Istrateġija għall-Baħar Baltiku, li ntalbet mill-Parlament mill-2006, ġiet adottata mill-Kummissjoni u tibbenefika mill-appoġġ tal-Kunsill Ewropew;

2.

Jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod partikolari, il-fatt li din l-istrateġija tirriżulta minn konsultazzjoni twila tal-partijiet interessati fi ħdan l-Istati Membri, mhux biss fil-livell tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, iżda wkoll fil-livell tad-dinja akkademika u ta’ dik tal-intrapriżi kif ukoll tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jinsab konvint li l-proċess ta’ konsultazzjoni u ta’ sħubija tal-imsieħba, mill-bidu nett, fl-ambitu tax-xogħlijiet relatati ma’ din l-istrateġija huwa fattur determinanti għas-suċċess tagħha; f'dan ir-rigward jilqa' t-twaqqif ta’ forum tas-soċjetà ċivili fir-reġjun bħalma hu s-Samit tal-Baħar Baltiku u jitlob li jkun hemm aktar inizjattivi simili għall-makroreġjuni li jlaqqgħu flimkien atturi pubbliċi u privati hekk li jippermettulhom li jkunu aktar involuti fl-iżvilupp ta’ strateġiji makroreġjonali;

3.

Jirrakkomanda f'dan il-kuntest li jiżdied l-involviment ta’ komunitajiet lokali billi jitwaqqfu strumenti ta’ komunikazzjoni u konsultazzjoni usa' u aktar iffukati, inkluż permezz tal-midja lokali (televiżjoni lokali, radju u ġurnali online u stampati); jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq portal speċjali fuq l-internet dedikat għall-Istrateġija tal-Baħar Baltiku li jaġixxi bħala forum għall-iskambju tal-esperjenzi dwar proġetti attwali u futuri ta’ gvernijiet ċentrali u lokali, NGOs u entitatijiet oħra attivi fil-Baħar Baltiku;

4.

Jilqa' l-Istrateġija tal-UE2020, li hija konsistenti mal-miri stabbiliti dwar l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u jinnota li l-UE2020 tista' taġixxi bħala qafas effiċjenti għall-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku;

5.

Jinsab konvint li l-oqfsa l-ġodda ta’ kooperazzjoni, ibbażati fuq il-prinċipji ta’ approċċ integrat u previsti minn din l-istrateġija, għandhom iħejju t-triq għal użu iktar razzjonali u iktar effikaċi tar-riżorsi maħsuba għall-iffinanzjar tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-iżvilupp fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku, kemm minn fondi Komunitarji u nazzjonali kif ukoll permezz ta’ diversi istituzzjonijiet finanzjarji;

6.

Jiġbed l-attenzjoni għad-disproporzjon f'termini ta’ żvilupp ekonomiku u innovazzjoni li jeżisti fir-reġjun tal-Baħar Baltiku u għall-ħtieġa li jiżdied il-potenzjal taż-żoni kollha, inklużi dawk l-aktar żviluppati, billi dawn jistgħu jgħinu jmexxu 'l quddiem ir-reġjuni lanqas vantaġġati; jindika l-ħtieġa ta’ promozzjoni ta’ żoni ġodda ta’ żvilupp u innovazzjoni potenzjali u li tittieħed l-opportunità li jintuża l-valur miżjud tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u ta’ strateġiji makroreġjonali futuri sabiex jintlaħaq livell ġdid ta’ sinerġija li jista' jnaqqas id-disparitajiet eżistenti sabiex tinħoloq żona ġdida permanenti ta’ prosperità komuni b'livell għoli ta’ kompetittività, li hija kruċjali vis-à-vis l-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-mudelli ġodda ta’ globalizzazzjoni;

7.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni pronta u konsistenti tal-atti legali tal-UE eżistenti mfassla għat-tisħiħ tas-suq intern, bħad-Direttiva dwar is-Servizzi, hija neċessarja għaż-żieda tal-attrazzjoni tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku bħala żona ekonomika;

8.

Jitlob lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom biex jużaw il-Fondi Strutturali disponibbli għall-2007-2013 sabiex jingħata appoġġ kemm jista' jkun kbir għall-Istrateġija, b'mod partikolari biex jippromwovu opportunitajiet ta’ impjieg u t-tkabbir ekonomiku fiż-żoni l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika, filwaqt li fl-istess ħin jirrakkomanda, fejn ikun ġustifikat, li jkun hemm dispożizzjonijiet għal bidliet fil-Programmi Operattivi fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali; jenfasizza li l-esplojtazzjoni ta’ karatteristiċi partikolari tar-reġjuni tista' twassal għal użu aktar effettiv tal-Fondi Strutturali u għall-ħolqien ta’ valur miżjud fil-livell reġjonali;

9.

Jinnota l-impatt qawwi li kellha l-kriżi dinjija finanzjarja u ekonomika fuq il-pajjiżi kollha fir-reġjun, b'mod partikolari fl-Istati Baltiċi; jistieden lill-partijiet interessati kollha biex ma jnaqqsux l-impenn tagħhom lejn l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku minħabba l-kriżi;

10.

Iqis li l-azzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-politiki settorjali b'dimensjoni territorjali huma ta’ importanza kruċjali għas-suċċess tal-Istrateġija attwali u t-twettiq ta’ objettivi ambizzjużi fl-ambitu tal-istrateġiji makroreġjonali futuri, inklużi l-politika agrikola komuni, il-politika tas-sajd, il-politika tat-trasport, il-politika industrijali, il-politika tar-riċerka u politika attwali għall-infrastruttura, kif ukoll il-ġabra flimkien ta’ fondi disponibbli għal objettivi definiti b'mod konġunt f'żona partikulari; f'dan ir-rigward, għandu jkun hemm reviżjoni tal-politiki mill-perspettiva ta’ dawn l-isfidi l-ġodda, jitwaqqaf qafas xieraq fil-livell tal-UE u għandu jiġi determinat kif dan il-qafas għandu jirrelata mal-istrutturi nazzjonali u lokali eżistenti;

11.

Iqis li d-dimensjoni territorjali tal-istrateġija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp konkret tal-idea ta’ koeżjoni territorjali, li t-Trattat ta’ Lisbona jqiegħed fuq l-istess livell tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u filwaqt li jikkunsidra dan, jappella lill-Kummissjoni biex tinvolvi ruħha fi djalogu attiv dwar ir-rwol u l-effett tal-politiki makroreġjonali tal-UE wara l-2013;

12.

Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fir-regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali li se jkun hemm abbażi ta’ dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni territorjali, li jkunu ċari u li jikkunsidraw il-kulturi amministrattivi differenti u ma jimponux piżijiet amministrattivi żejda fuq il-benefiċjarji, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati u r-reġjuni u l-iżvilupp ta’ aktar strateġiji ta’ azzjoni komuni li jistgħu jseddqu l-attrazzjoni tar-reġjun fil-livell Ewropew u dak internazzjonali u li wara jistgħu jikkostitwixxu mudell għall-kooperazzjoni transkonfinali;

13.

Jenfasizza li l-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku għandha tiġi kkunsidrata bħala proċess li l-prinċipji tiegħu ta’ azzjoni u ta’ kooperazzjoni huma suġġetti għal żvilupp kontinwu, u dan jitlob li l-istrateġija tiġi aġġornata u li l-objettiv ewlieni huwa li jitfasslu l-aħjar mekkaniżmi li jistgħu jiġu applikati għall-istrateġiji makroreġjonali futuri; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza li jinġabru u jsir sommarju u promozzjoni tal-inizjattivi li jirnexxu u tar-riżultati miksuba; jappoġġa l-pjan tal-Kummissjoni li tinħoloq database tal-aħjar prattiki bl-iskop li dawn il-prattiki jintużaw biex jiżviluppaw strateġiji makroreġjonali futuri;

14.

Jinsab konvint li l-kooperazzjoni territorjali żviluppata fl-ambitu tal-istrateġiji makroreġjonali tista' tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tisħiħ tal-proċess ta’ integrazzjoni permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u permezz tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti; f'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni ta’ elementi soċjali, ekonomiċi, kulturali, edukattivi u turistiċi hija rakkomandata għall-istrateġiji makroreġjonali u, sabiex jissaħħu l-parteċipazzjoni u s-sussidjarjetà tas-soċjetà ċivili lokali, iqis li huwa importanti wkoll li jiġu promossi strateġiji makroreġjonali billi jitwaqqfu EGTCs (European Groupings of Territorial Cooperation);

15.

Jenfasizza li huwa importanti li wieħed ikompli jippromwovi l-iżvilupp tal-kultura, l-edukazzjoni u r-riċerka u l-innovazzjoni, u jħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jikkooperaw iktar mill-qrib partikolarment f'dawn l-oqsma msemmija l-aħħar; jirrikonoxxi li fil-qasam tal-edukazzjoni, il-kooperazzjoni m'hemmx dubju li tista' tkun ta’ benefiċċju kbir, iżda l-kompetenza għandha tibqa' f'idejn l-Istati Membri jirrakkomanda t-tisħiħ tal-approċċ strateġiku u l-ippjanar fit-tul fir-rigward tal-makroreġjuni;

16.

Iggwidat mill-prinċipju ta’ sussidjarjetà u b'konsiderazzjoni tal-possibilitajiet enormi ta’ kooperazzjoni fil-livelli lokali u reġjonali, jenfasizza l-importanza konsiderevoli li titwaqqaf struttura ta’ kooperazzjoni effikaċi f'diversi livelli permezz tal-promozzjoni ta’ sħubiji settorjali, b'laqgħat regolari ta’ persuni kompetenti li jfasslu l-politiki, li għandu jsaħħaħ ir-responsabilità kondiviża bejn l-entitajiet imsieħba varji filwaqt li titħares s-sovranità organizzazzjonali tal-Istati Membri u r-reġjuni; f'dan ir-rigward, jappella biex il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali stabbiliti fil-livell lokali u reġjonali jiġu mtejba, żviluppati u msaħħa;

17.

Jenfasizza l-fatt li l-qafas ġdid 'makroreġjonali' għall-kooperazzjoni għandu approċċ qawwi “minn fuq għal isfel” hekk li l-Istati Membri għandhom irwol deċissiv fl-iżvilupp tiegħu u joħloq livell ġdid ta’ governanza; fil-qafas ta’ dan il-mudell ġdid ta’ kooperazzjoni ġie żgurat li l-iżvantaġġi naturali ta’ żewġ reġjuni perferali issa saru patrimonji u opportunitajiet, u li l-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni ġie stimulat;

18.

Iqis li makroreġjuni jiġbru fihom il-potenzjal kbir ħafna f'termini tal-aħjar użu tar-risposti għal sfidi għal territorju partikolari mal-potenzjal li jintużaw l-opportunitajiet u r-riżorsi partikolari ta’ kull reġjun b'mod effiċjenti u effettiv;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tanalizza l-ewwel riżultati u esperjenzi b'konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku li jgħin biex jidentifika s-sorsi u l-metodi possibbli għall-finanzjament ta’ strateġiji għal makroreġjuniu jgħin biex jintuża l-eżempju tal-istrateġija bħala proġett pilota għal strateġiji għal makrokreġjuni oħrajn sabiex tintwera l-funzjonalità tagħhom; jenfasizza madankollu li l-iżvilupp ta’ makroreġjuni huwa essenzjalment ta’ natura kumplimentarja u m'għandux ikollu l-iskop li jieħu post il-finanzjament tal-UE għal programmi individwali u reġjonali bħala prijorità ta’ finanzjament;

20.

Jinnota li l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku s'issa mxiet bil-mod wisq; iqis li l-approprjazzjonijiet allokati fil-baġit 2010 tal-UE jistgħu jintużaw biex titjieb l-implimentazzjoni; jiddispjaċih, għalhekk, li dawn l-approprjazzjonijiet għadhom ma tħallsux u jfakkar lill-Kummissjoni dwar l-importanza li dawn il-flus jiġu allokati mill-aktar fis possibbli għal iskopijiet li huma konformi mal-miri tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku;

21.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-dawl tal-funzjonament tajjeb possibbli tal-istrateġiji makroreġjonali futuri, jeħtieġ li l-Kummissjoni tirregola l-kwistjoni tar-riżorsi tagħha sabiex dawn l-istrateġiji jiġu antiċipati fir-reġjuni konċernati abbażi tar-realtajiet territorjali billi tipprovdi lill-Istati Membri parteċipanti b'idejat ġodda rigward suġġetti ta’ interess Ewropew u billi tappoġġahom biex ifasslu strateġija; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji billi taġixxi ta’ koordinatur u billi tirrevedi l-prijoritajiet il-ġodda filwaqt li talloka r-riżorsi abbażi tal-ħtiġijiet speċjalizzati u rekwiżiti ta’ għarfien espert, filwaqt li tevita duplikazzjoni ta’ xogħol;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li wieħed jipproċedi għal evalwazzjoni ta’ nofs iż-żmien tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku, biex tfassal b'attenzjoni strumenti u kriterji għall-evalwazzjoni tal-proġetti fuq il-bażi ta’ indikaturi li jippermettu li jsir paragun;

23.

Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-membri tiegħu stess biex isibu soluzzjoni għall-mistoqsijiet dwar in-natura tal-istrateġiji makroreġjonali u kif jistgħu jiġu ttratati b'mod ekwu (bħala programmi separati jew fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni), min se jkun inkarigat mill-implimentazzjoni tagħhom u kif, liema fondi għandhom jiġu allokati sabiex ma tinħoloqx multiplikazzjoni mhux meħtieġa u frammentazzjoni tal-finanzjament tal-UE, partikolarment fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE għall-2020, ir-reviżjoni tal-baġit tal-UE u d-diskussjoni dwar il-politika futura ta’ koeżjoni;

24.

Jenfasizza li l-valur miżjud Ewropew tal-makroreġjuni jissarraf f'kooperazzjoni akbar bejn l-istati u r-reġjuni, u għalhekk il-Programmi Ewropej għall-Kooperazzjoni Territorjali għall-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali huma element ewlieni fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-makroreġjuni; jipproponi wkoll li l-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku għandha titqies bħala strateġija tal-Unjoni Ewropea, ibbażata fuq diversi politiki tal-UE, li għandu jkollha skadenza u miri definiti; minħabba n-natura orizzontali tagħha,l-istrateġija tista' tiġi ttrattata bħala makroreġjonali u l-koordinazzjoni tagħha tista' taqa' taħt il-politika reġjonali;

25.

Jemmen li l-iżvilupp ta’ strateġiji fuq skala kbira, bħal strateġiji makroreġjonali, għandu jikkontribwixxi biex jikber ir-rwol tal-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE b'mod aktar ġenerali;

Dimensjoni esterna

26.

Jitlob li jkun hemm titjib, fil-kuntest tal-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku kif ukoll tal-istrateġiji makroreġjonali futuri, fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-istati mhux tal-UE, b'mod partikulari fl-implimentazzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira li jkollhom impatt ambjentali sinifikattiv; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-istati mhux tal-UE sabiex tissaħħaħ is-sigurtà fir-reġjun u jingħata appoġġ għall-ġlieda kontra kriminalità transkonfinali;

27.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li titfittex kooperazzjoni akbar b'mod partikolari bejn ir-Russja u l-Belarus u l-Istati Baltiċi fil-bini ta’ netwerk tal-enerġija, u biex jittieħed vantaġġ akbar mid-djalogu dwar l-enerġija bejn l-UE u r-Russja għal dan l-għan, li fl-istess ħin jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-involviment tar-Russja fl-Istrateġija tal-Baħar Baltiku; jistenna li l-atturi kollha madwar il-Baħar Baltiku jissħeħbi ma’ ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Espoo u l-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki, li jikkonformaw mal-linji gwida tal-Kummissjoni ta’ Ħelsinki (HELCOM) u li jikkooperaw fi ħdan dan il-qafas;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni effikaċi mal-HELCOM u mal-Istati Membri tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, biex tiżgura delinjazzjoni ċara tal-kompiti u r-responsabilitajiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2007 tal-HELCOM għall-Baħar Baltiku u l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE msemmijin hawn fuq, u biex b'hekk tiżgura li jkun hemm strateġija globali effikaċi għar-reġjun;

29.

Jinnota speċifikament l-istatus tat-territorju tal-Oblast ta’ Kaliningrad, li hu mdawwar minn Stati Membri tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stimulat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f'dan ir-reġjun, bħala reġjun li jkun ta’ “passaġġ” jew “pilota” għal relazzjoni eqreb bejn l-UE u r-Russja li tinvolvi NGOs, istituzzjonijiet edukattivi u kulturali u awtoritajiet lokali u reġjonali;

30.

Jemmen li l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni l-ġdid mar-Russja għandu jqis il-kooperazzjoni fiż-Żona tal-Baħar Baltiku; jilqa' l-isforzi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-reġjun biex jikkooperaw mar-Russja f'għadd kbir ta’ oqsma, bħall-konnessjonijiet tat-trasport, it-turiżmu, theddid transkonfinali għas-saħħa, il-ħarsien ambjentali u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-ambjent, id-dwana u l-kontrolli fuq il-fruntieri u, b'mod partikolari, il-kwistjonijiet dwar l-enerġija; jemmen li l-ispazji komuni tar-Russja u l-UE se jipprovdu qafas siewi f'dan ir-rigward, u jistieden lir-Russja biex ikollha sehem ugwali f'din il-kooperazzjoni;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li tonqos id-dipendenza tar-reġjun fuq l-enerġija Russa; jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa għal iżjed interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri fir-reġjun u diversifikazzjoni ikbar tal-provvisti tal-enerġija; jitlob f'dan ir-rigward għal iżjed appoġġ għall-ħolqien ta’ portijiet tal-gass naturali likwifikat (LNG);

32.

Jemmen li sabiex tinkiseb protezzjoni effettiva tal-ambjent u tal-bijodiversità, għandhom jintlaħqu ftehimiet mal-istati li mhumiex fl-UE li huma parti miż-żoni funzjonali li jinteressawhom l-istrateġiji, biex ikunu jistgħu jaqsmu l-istess valuri, drittijiet u impenji inkorporati fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni Ewropea;

33.

Iqis li l-Kooperazzjoni fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku għandha tiġi prijoritizzata u għandha ssir fl-ogħla livell politiku ta’ Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern, minħabba li hija importanti biex titmexxa 'l quddiem il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Baħar Baltiku u biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-ambizzjonijiet politiċi; jistenna li jsiru laqgħat regolari bejn il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fir-reġjun tal-Baħar Baltiku biex dan jintlaħaq;

Kwistjonijiet dwar l-ambjent u l-enerġija

34.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġetti infrastrutturali tal-enerġija (kemm dawk li qed jinbnew bħalissa kif ukoll dawk futuri), filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni b'mod partikolari għall-konvenzjonijiet internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal pjan ta’ reazzjoni adegwat għall-inċidenti tekniċi u kwalunkwe katastrofi oħra possibbli, u tipprovdi wkoll modi kif jiġu trattati dawn l-okkorrenzi mill-perspettiva ekonomika; jenfasizza li l-istess approċċ għandu jiġi adottat għal kwalunkwe proġett futur sabiex is-sigurtà tal-pajjiżi madwar il-Baħar Baltiku involuti fi strateġiji makroreġjonali futuri, il-kundizzjonijiet ambjentali u tat-trasport bil-baħar ma jiġux ipperikolati; iqis li huwa fl-interess tal-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ambjentali li tinkiseb protezzjoni ambjentali qawwija fil-makroreġjuni kollha, kif ukoll li tingħata konsiderazzjoni ugwali għall-protezzjoni ambjentali, l-ivvjaġġar u aspetti oħra;

35.

Jenfasizza l-ħtieġa għat-twaqqif ta’ Ċentru ta’ Monitoraġġ Ewropew, sistema ta’ twissija bikrija għall-inċidenti u għat-tniġġiż serju transkonfinali, u forza ta’ azzjoni konġunta għal tali sitwazzjonijiet;

36.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza strateġika li għandu r-reġjun tal-Baħar Baltiku għall-iżvilupp ta’ proġetti konġunti dwar l-infrastruttura tal-enerġija li jtejbu d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija u l-provvista, b'enfasi speċjali fuq proġetti ta’ enerġiji rinnovabbli, bħall-enerġija mir-riħ (fuq l-art jew fil-baħar) jew l-impjanti tal-bijogass għall-bijofjuwils, li hemm f'dan ir-reġjun;

37.

Jiġbed l-attenzjoni għall-kooperazzjoni effettiva diġà miksuba fis-settur tal-enerġija u l-klima bejn il-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku u l-Kunsill Nordiku fil-kuntest tad-Dimensjoni tat-Tramuntana;

38.

Jenfasizza li fid-dawl tal-espansjoni ppjanata tal-enerġija nukleari fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, il-pajjiżi tal-UE jridu jsegwu l-aktar standards stretti ta’ sikurezza u ambjentali u l-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja u timmoniterja jekk l-istess approċċ u l-konvenzjonijiet internazzjonali humiex jiġu segwiti fil-pajjiżi ġirien, speċjalment f'dawk li qed jippjanaw li jibnu impjanti tal-enerġija nukleari viċin il-konfini esterni tal-UE;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha li jinsabu madwar ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku jindirizzaw b'urġenza l-problemi ambjentali serji li qed jaffettwaw lir-reġjun, li ewlenin fosthom hemm l-ewtrofikazzjoni, l-impatt ta’ sustanzi perikolużi ddepożitati f'qiegħ il-baħar u t-theddid għall-bijodiversità akkwatika, b'referenza partikolari għall-popolazzjonijiet ta’ ħut li jinsab f'periklu ta’ estinzjoni; ifakkar li l-Baħar Baltiku huwa wieħed miż-żoni tal-baħar l-aktar imniġġsa fid-dinja;

40.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi introdott metodu komuni għall-Istati Membri kollha biex jitfassal inventarju tas-sorsi ta’ tniġġis u pjan għall-eliminazzjoni gradwali tagħhom;

41.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-sostenibilità ambjentali bħala pilastru ċentrali fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u l-pjan ta’ azzjoni ta’ magħha;

42.

Iqis li wieħed mill-aktar ostakli serji biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku huwa n-nuqqas ta’ konsistenza ma’ oqsma oħra ta’ politika fl-UE, bħal ma hi l-PAK, li jaggrava l-ewtrofikazzjoni, u l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), li mhix ambjentalment sostenibbli; iqis li r-riformi tal-PAK u tal-PKS għandhom isiru b'mod li jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żona tal-Baħar Baltiku ambjentalment sostenibbli;

Statistiċi tat-trasport u t-turiżmu

43.

Jenfasizza li hemm prijorità sabiex jitwaqqaf netwerk ta’ komunikazzjoni u ta’ trasport bil-baħar, fuq l-art u 'l ġewwa (b'netwerk tal-baħar li jagħtu rwol prominenti lit-trasport tal-merkanzija) li jkun effikaċi u ekoloġiku li jista' jantiċipa u jirrispondi fil-ħin għall-isfidi attwali u futuri bil-konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-verżjoni aġġornata tad-dokument ta’ Natura 2000 filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-konnessjonijiet bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku u reġjuni oħra Ewropej tul il-Kuritur Baltiku-Adrijatiku u l-Kuritur ta’ Trasport tal-Ewropa Ċentrali;

44.

Iqis li konnessjonjiet imtejba li jinvolvu l-modi kollha tat-trasport jirrappreżentaw kontribut essenzjali għall-iżvilupp ta’ ekonomija b'aktar saħħa u koeżjoni fir-reġjun tal-Baħar Baltiku;

45.

Jisħaq fuq is-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Baltiċi, li fil-preżent huma iżolati min-netwerk tat-trasport Ewropew, u huwa tal-fehma li din l-istrateġija għandha, inter alia, tgħin biex tindirizza n-nuqqas ta’ infrastruttura u aċċessibbiltà adegwati, kif ukoll interoperabbiltà baxxa bejn id-diversi netwerks nazzjonali tat-trasport minħabba sistemi tekniċi differenti u ostakli amministrattivi, biex tintlaħaq sistema komprensiva tat-trasport multimodali fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku;

46.

Jenfasizza l-importanza li r-Reġjun tal-Baħar Baltiku jiġi integrat aktar mill-qrib fl-assi prijoritarji tat-TEN-T, b'mod partikolari rigward l-Awtostradi tal-Baħar (TEN-T 21), l-estensjoni tal-assi ferrovjarja minn Berlin sal-kosta tal-Baltiku (TEN-T 1), it-titjib tal-assi ferrovjarja bejn Berlin u l-kosta tal-Baltiku flimkien mal-konnessjoni marittima Rostock-Danimarka, u l-ilħiq ta’ progress aktar rapidu fit-titjib u l-użu tal-assi Rail Baltica (TEN-T 27); jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu kkompletati l-interkonnessjonijiet bejn ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku u reġjuni Ewropej oħra permezz tal-kuritur Baltiku-Adrijatiku;

47.

Jisħaq li huwa importanti li l-kapaċità tat-trasport tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tittejjeb lejn il-Lvant, partikolarment biex tippromwovi l-interoperabbiltà tat-trasport, speċjalment għall-ferroviji, u li jitħaffef it-tranżitu tal-merkanzija fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea;

48.

Jemmen li għandha tingħata prijorità partikolari lill-konnessjonijiet bejn il-portijiet u r-reġjuni interni, inkluż permezz tal-ilmijiet interni navigabbli, b'tali mod li jkun żgurat li l-partijiet kollha tar-reġjun jistgħu jibbenefikaw mit-tkabbir tat-trasport marittimu tal-merkanzija;

49.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward il-ħtieġa għal koordinament u l-kooperazzjoni transkonfinali effikaċi bejn il-ferroviji, il-portijiet tal-baħar, il-portijiet interni, it-terminals fl-intern u l-loġistika biex tiżviluppa sistema tat-trasport intermodali aktar sostenibbli;

50.

Jenfasizza l-importanza ta’ traffiku marittimu għal distanzi qosra fil-Baħar Baltiku u l-kontribut tiegħu lejn netwerk ta’ trasport effiċjenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jinnota li l-kompetittività ta’ konnessjonijiet marittimi qosra jeħtieġ li tiġi promossa biex niżguraw użu effiċjenti ta-baħar; jemmen, għal din ir-raġuni, li l-Kummissjoni jeħtieġ li tipprovdi lill-Parlament Ewropew, mill-aktar fis possibbli, imma mhux aktar tard minn tmiem l-2010, valutazzjoni tal-impatt tal-effetti tal-Anness VI rivedut għall-Konvenzjoni MARPOL, li mill-2015 jillimita l-kubrit fil-fjuwil marittimu għal 0,1 % fiż-żoni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku fejn isir monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-kubrit;

51.

Jilqa' l-inklużjoni, fil-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, tal-mira li l-Baħar Baltiku jsir reġjun mudell għat-tbaħħir nadif u jkun minn ta’ quddiem fid-dinja f'dak li jirrigwarda s-sikurezza u s-sigurtà marittima; iqis li dawn il-miri huma kruċjali biex il-potenzjal tar-reġjun għat-turiżmu jinżamm u jissaħħaħ;

52.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi b'appoġġ għal din il-mira, inklużi l-użu xieraq ta’ bdoti marittimi jew baħħara ta’ esperjenza bil-provi għall-istretti u l-portijiet l-aktar diffiċli, u l-istabbiliment ta’ skemi affidabbli ta’ finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp dwar is-sostenibbiltà tat-tħaddim tal-bastimenti;

53.

Jagħraf li l-lok ġeografiku tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku huwa eċċezzjonali, u li dan il-lok jipprovdi opportunitajiet biex ir-rabtiet mal-UE u mal-pajjiżi esterni ġirien jiġu żviluppati aktar attivament, u jenfasizza wkoll l-importanza tat-turiżmu għal-ekonomija reġjonali flimkien mal-lok għall-espansjoni; jilqa' d-dikjarazzjoni adottata fit-Tieni Forum dwar it-Turiżmu fil-Baħar Baltiku, fejn saru referenzi għal attivitajiet promozzjonali konġunti, għal sforzi biex jinsabu swieq internazzjonali ġodda u għall-iżvilupp tal-infrastrutturi;

54.

Jenfasizza l-opportunità unika għal turiżmu sostenibbli li toffri l-attrazzjoni tal-bliet Ħanseatiċi fir-Reġjun tal-Baltiku; jappoġġa, barra minn hekk, il-promozzjoni ta’ turiżmu transkonfinali bir-roti, li joħloq effetti ta’ benefiċċju reċiproku għall-ambjent kif ukoll għall-impriżi żgħar u medji;

55.

Iqis li temi bħalma huma t-turiżmu tal-isport nawtiku, it-turiżmu tal-benessri u tal-kuri termali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġi joffru potenzjal kbir biex jiżviluppaw il-profil tar-reġjun bħala destinazzjoni turistika; jisħaq, għaldaqstant, fuq il-ħtieġa tal-protezzjoni taż-żoni naturali tal-kosta, tal-pajsaġġi u tal-wirt kulturali bħala riżorsa li tiżgura ekonomija sostenibbli fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku fil-ġejjieni;

56.

Iqis li t-titjib tal-konnessjonijiet tat-trasport u l-eliminazzjoni tal-passaġġi diffiċli xejn mhuma anqas importanti, u jinnota li d-diffikultajiet fil-qsim bejn pajjiż u ieħor fil-punti ta’ kontroll fil-fruntiera tal-Lvant tal-UE mal-Federazzjoni Russa, li jikkawżaw kjuwijiet twal ta’ trakkijiet u jirrappreżentaw theddida għall-ambjent, għall-armonija soċjali, għas-sikurezza tat-traffiku u għal dik tas-sewwieqa, jistgħu jissolvew permezz ta’ din l-istrateġija biex ikun żgurat il-fluss bla intoppi tal-merkanzija fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku;

*

* *

57.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet tal-Federazzjoni Russa, tal-Belarus u tan-Norveġja.


(1)  ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 3.

(2)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 330.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/8


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Il-kontribut tal-politika reġjonali tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika u finanzjarja, b’referenza speċjali għall-Objettiv 2

P7_TA(2010)0255

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-kontribut tal-politika reġjonali tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika u finanzjarja, b’referenza speċjali għall-Objettiv 2 (2009/2234(INI))

2011/C 351 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni “Konsultazzjoni dwar l-Istrateġija futura ‘UE 2020’ ” (COM(2009)0647),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-politika ta’ koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” (COM(2010)0110),

wara li kkunisdra s-Sitt Rapport ta’ progress tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali (COM(2009)0295),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nixprunaw l-irkupru Ewropew” (COM(2009)0114),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Politika ta’ Koeżjoni: ninvestu fl-ekonomija reali” (COM(2008)0876),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda: L-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa” (COM(2008)0868),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2008)0706),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aġġornament tal-2009 tal-linji gwida wiesgħa għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2009)0034),

wara li kkunsidra r-Rapporti Strateġiċi Nazzjonali mill-Istati Membri għall-2009,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-Politika għall-Koeżjoni: investiment fl-ekonomija reali (2),

wara li kkunisdra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Sitt Rapport ta’ progress tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali (COTER-IV-027),

wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew - Ħarifa 2009/Ekonomija Ewropea 10/2009 - DĠ Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji - Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ kull tliet xhur dwar iż-Żona tal-Euro - Vol. 8 Nru 4 (2009) - DĠ Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji - Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0206/2010),

A.

billi bejn l-2000 u l-200615,2 % tal-Ewropej (69.8 miljun) kienu jgħixu f'żoni tal-Objettiv 2 u bbenefikaw minn finanzjament totali ta’ EUR 22.5 biljuni (9,6 % tar-riżorsi totali), bil-ħolqien ta’ 730 000 impjieg “gross” u bil-biċċa l-kbira tal-indikaturi juru livelli għoljin ta’ rendiment (xogħol, innovazzjoni, riċerka u żvilupp (R&D), intensità ta’ kapital uman, edukazzjoni u taħriġ, tagħlim għal tul il-ħajja) filwaqt li, min-naħa l-oħra, indikaturi oħrajn (investiment barrani dirett (FDI), produttività) juru livelli aktar baxxi minn dawk tar-reġjuni ta’ konverġenza, u, fir-rigward tat-tkabbir tal-PGD per capita meta mqabbel mal-medja tal-UE, ir-reġjuni involuti huma ħafna iktar avvanzati (122 %) mir-reġjuni ta’ konverġenza (59 %) iżda safrattant juru tnaqqis ta’ 4,4 % f’dak il-perjodu,

B.

billi jinnota li, bir-riforma tal-2006, l-Objettiv 2 issa jirrigwarda t-tisħiħ tal-kompetittività reġjonali u l-impjiegi f'total ta’ 168 reġjun fi 19-il Stat Membru, jiġifieri 314 miljun abitant, b'finanzjament totali għall-2007-2013 ta’ EUR 54.7 biljun (kemm kemm anqas minn 16 % tar-riżorsi kollha), u, ta’ min wieħed jinnota, li 74 % ta’ dan l-ammont huwa intenzjonat sabiex itejjeb l-għarfien u l-innovazzjoni (33,7 %) u għal aktar impjieġi u impjiegi aħjar (40 %),

C.

billi, abbażi tat-tbassir l-aktar reċenti tal-Kummissjoni (2009-2011), is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol se tibqa’ sfavorevoli u r-rata tal-qgħad se tilħaq l-10,25 % fl-UE, bit-telf ta’ 2,25 % tal-impjiegi għall-2009 u 1,25 % għall-2010 u fost affarijiet oħra b’żieda fid-diviżjoni soċjali fil-pajjiżi membri; billi s-setturi kruċjali tar-reġjun tal-UE juru: (a) żieda fl-ordnijiet ġodda u fil-fiduċja, b’titjib fis-sitwazzjoni industrijali ġenerali tal-UE, għalkemm b'rata ta’ produzzjoni ta’ 20 % aktar baxxa milli kienet fil-bidu tal-2008, (b) tkomplija tat-tnaqqis tal-attività fis-settur tal-manifattura, u (c) tkomplija tad-diffikultà tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju sabiex ikollhom aċċess għall-mikrokreditu/finanzjament,

D.

billi, anki jekk huwa minnu li għall-ewwel il-kriżi affettwat aktar lill-irġiel, attwalment ir-rata tat-telf tal-impjiegi hija simili għall-irġiel u għan-nisa, u l-preżenza tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija inferjuri għall-preżenza tal-irġiel fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE; billi minn kriżijiet oħra tgħallimna li hemm aktar ċans li n-nisa li jitilfu xogħolhom ma jkunux jistgħu jsibu xogħol ieħor; billi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku u billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha ħafna benefiċċji soċjali u ekonomiċi,

E.

waqt li jenfasizza l-fatt li, abbażi tar-Rapporti Strateġiċi Nazzjonali għall-2009, ir-Rapport Strateġiku għall-2010 tal-Kummissjoni rigward il-politika ta’ koeżjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2007-2013, l-Istati Membri jidher li għamlu użu pjuttost differenti mill-istrumenti, il-mezzi u l-metodi biex tiġi ffaċilitata l-politika ta’ koeżjoni proposti mill-Kummissjoni sabiex jikkumbattu l-kriżi u jżidu n-nefqa reali, bħal bidliet fil-linji gwida strateġiċi, il-pernijiet u l-finanzjament għall-programmi operattivi u t-tweġiba għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ implimentazzjoni,

F.

waqt li jenfasizza li, minn Ottubru 2008 'l quddiem, il-Kummissjoni pproponiet sensiela ta’ miżuri biex iħaffu l-implimentazzjoni tal-programmi taħt il-politika ta’ koeżjoni 2007-2013 sabiex jiġu mobilizzati r-riżorsi u l-mezzi kollha tagħha biex jingħata appoġġ immedjat u effettiv għall-isforzi ta’ rkupru fil-livell nazzjonali u reġjonali,

G.

billi l-istrateġija tal-Kummissjoni sabiex taċċellera l-investiment u tissimplifika l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri u permezz ta’ miżuri leġiżlattivi, kif ukoll mhux leġiżlattivi, hija bbażata fuq dawn it-tliet pernijiet: (a) flessibilità akbar għall-programmi ta’ koeżjoni, (b) l-għoti ta’ vantaġġ inizjali lir-reġjuni, u (c) investiment għaqli għall-programmi ta’ koeżjoni; billi fl-2010, mill-EUR 64.3 biljun intenzjonati għall-impjiegi u l-kompetittività, EUR 49.4 biljun għandhom jintużaw għall-koeżjoni (żieda ta’ 2 % fuq l-2009) u EUR 14.9 biljun għall-kompetittività (żieda ta’ 7,9 % fuq l-2009),

1.

Jenfasizza li, fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija u tat-tnaqqis attwali fl-attività ekonomika, il-politika reġjonali tal-UE hija strument ta’ forniment fundamentali, li jagħti kontribut deċiżiv għall-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku u jikkostitwixxi l-akbar sors ta’ investiment tal-Komunità fl-ekonomija reali u jipprovdi appoġġ notevoli għall-investiment pubbliku, inkluż fil-livell reġjonali u lokali; jinnota li huwa essenzjali li jiġi żgurat li noħorġu b’suċċess mill-kriżi biex jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tul billi jissaħħu l-kompetittività, l-impjiegi u l-attrazzjoni tar-reġjuni Ewropej;

2.

Jinnota li l-Fondi Strutturali huma strumenti qawwija, imfasslin sabiex jgħinu lir-reġjuni fir-ristrutturar ekonomiku u soċjali tagħhom u biex jippromwovu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku u, b’mod partikolari, l-iżvilupp tal-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi, permezz ta’ appoġġ għall-użu sistematiku u effettiv tagħhom; jenfasizza li l-objettiv tal-kompetittività ma jistax jintlaħaq bi ħsara għall-koperazzjoni u s-solidarjetà bejn ir-reġjuni;

3.

Jinnota bi pjaċir ir-riżultati pożittivi osservati fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi fil-perjodu ta’ qabel il-kriżi ekonomika fir-reġjuni tal-Objettiv 2, speċifikament il-livelli għoljin ta’ rendiment fl-impjiegi, l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), l-intensità ta’ kapital uman, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u t-tagħlim tul il-ħajja; jenfasizza li l-impatt tal-kriżi fuq l-ekonomija ma tridx tirriżulta fi tnaqqis fl-appoġġ għal iktar impjiegi u impjiegi aħjar, u jitlob li dawn il-vantaġġi komparattivi jiġu sostnuti permezz ta’ tisħiħ tal-istrumenti tal-Objettiv 2;

4.

Jappoġġa bil-ħerqa l-prijoritajiet fundamentali tal-istrateġija tal-UE 2020, b’mod partikolari, tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li jinkiseb, inter alia, billi jiġu sfruttati modijiet ġodda biex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli permezz tal-ekonomija diġitali, titjib fil-qafas regolatorju għat-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali u soċjali u promozzjoni ta’ kundizzjonijiet aħjar u ambjent kummerċjali aħjar għall-kompetittività, il-ħolqien ta’ impjiegi, l-intraprenditorjat u l-innovazzjoni fir-reġjuni kollha, l-iżvilupp tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u l-appoġġ għall-potenzjal tagħhom biex jikbru; jappoġġa wkoll l-isforzi biex ikun hemm aktar impjiegi u impjiegi aħjar, b’kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għall-irġiel u n-nisa u aċċess garantit għal taħriġ bażiku u avvanzat; jitlob li dawn il-politiki jkomplu jissaħħu, anke permezz ta’ miżuri għall-kapitalizzazzjoni tal-vantaġġi li joffri s-suq uniku Ewropew fil-qafas tal-intensifikazzjoni li ġejja tal-istrateġija UE 2020, filwaqt li jiġi żgurat li l-Objettiv 2 jibqa’ bbażat fuq il-forniment ta’ koeżjoni territorjali tal-UE;

5.

Jinnota bi tħassib l-konsegwenzi soċjali negattivi li ġabet magħha l-kriżi fir-reġjuni tal-Objettiv 2, b’żieda fil-qgħad, fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali u ħsara lill-gruppi soċjali l-aktar vulnerabbli (il-persuni qiegħda, in-nisa, l-anzjani), u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu inizjattivi ta’ appoġġ għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju sabiex tiżgura l-vijabilità tal-impjiegi eżistenti u, fejn ikun possibbli, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda;

6.

Jenfasizza li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tikkostitwixxi ċ-ċentru tal-Istrateġija UE 2020; il-politika ta’ koeżjoni u l-fondi strutturali huma strument fundamentali biex jinkisbu l-prijoritajiet ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Istati Membri u r-reġjuni;

7.

Jenfasizza l-problema sinifikanti li tirriżulta mit-tnaqqis fil-kontribut għall-kofinanzjament nazzjonali tal-programmi, li għandha wkoll implikazzjonijiet għall-Objettiv 2 minħabba l-problemi finanzjarji kbar ta’ bosta Stati Membri, u jappoġġa l-politika tal-Kummissjoni rigward l-użu tal-kontribut Komunitarju; iqis, għaldaqstant, li hemm bżonn li l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fil-forma attwali tagħha, kif adottata mill-Parlament, tiġi implimentata malajr, huwa tal-fehma li finanzjament ta’ 100 % huwa żżejjed, minħabba li jneħħi l-inċentiv għall-Istati Membri biex jiżguraw li l-miżuri appoġġati jkunu effettivi u effiċjenti permezz ta’ kofinanzjament nazzjonali, u jaqbel mal-fehma tal-Kunsill li jirrifjuta l-hekk imsejjaħ “frontloading” fil-verżjoni ppreżentata;

8.

Jinnota li, minn total ta’ 117-il programm operattiv finanzjati mill-FSE, 13 ġew emendati (għall-Awstrija, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, tnejn għar-Renju Unit, kif ukoll tnejn għal Spanja) bl-għan li jiġu indirizzati bżonnijiet speċifiċi li rriżultaw mill-kriżi, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-Istati Membri jużaw din il-flessibilità biex jerġgħu jorjentaw il-programmi operattivi tagħhom u biex l-atturi reġjonali u lokali kkonċernati jiġu infurmati dwarhom b’mod estensiv u malajr kemm jista’ jkun bl-intenzjoni li tiġi pprovduta għajnuna fil-qasir għall-gruppi u kategoriji speċifiċi fir-riskju;

9.

Jinnota li s-Sitt rapport ta’ progress dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali jirrifletti s-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi differenti tat-tliet tipi ta’ reġjuni, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kapaċità tagħhom għall-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorjat. Kemm il-kriżi ekonomika attwali, kif ukoll id-diversi elementi varjabbli li jaffettwaw l-opportunitajiet għal żvilupp reġjonali (id-demografija, l-aċċessibilità, il-kapaċità għall-innovazzjoni, eċċ.) jipprovdu evidenza tal-eżistenza ta’ data importanti li għandha tiġi kkunsidrata meta tiġi evalwata s-sitwazzjoni tal-ekonomiji lokali u reġjonali u meta titfassal politika ta’ koeżjoni effikaċi;

10.

Jappoġġa l-proposta tal-Kunsill biex, fl-2010, jiżdiedu l-fondi avvanzati mill-FSE b’4 % u mill-Fond ta’ Koeżjoni bi 2 %, iżda għal dawk l-Istati Membri biss li l-PDG tagħhom naqas b’aktar minn 10 % biss jew li ngħataw għajnuna mill-FMI biex isaħħu l-bilanċ tal-pagamenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina minn fejn ġej id-dewmien fir-rigward tal-implimentazzjoni u biex issib soluzzjonijiet flessibbli għar-regoli n+2/n+3 sabiex l-Istati Membri ma jitilfux il-fondi;

11.

Jiddispjaċih li s-Sitt rapport ta’ progress mill-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali ma jinkludix informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva speċifika dwar l-impatt fil-qasir u fit-tul tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fir-reġjuni tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-indikaturi ekonomiċi u soċjali l-aktar sinifikanti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rapport/studju speċjali dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fir-reġjuni tal-UE, b’mod partikolari r-reġjuni tal-Objettiv 2 u dawk fejn l-għajnuna qed titwaqqaf gradwalment, kif ukoll dwar il-possibilità ta’ żieda jew tnaqqis fl-inugwaljanzi reġjonali fil-kuntest tal-kriżi; jinnota li dawn il-valutazzjonijiet iridu jitwettqu bla dewmien sabiex ikunu jistgħu jikkontrobattu żviluppi mhux mixtieqa u jkunu jistgħu jintużaw bħala l-bażi għal proposta dwar it-tkomplija tal-Objettiv 2 f’dawk l-inħawi fejn jista’ jipprovdi valur miżjud fir-rigward tal-fondi nazzjonali;

12.

Jilqa’ l-miżuri ta’ appoġġ għall-intrapriżi fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni (madwar EUR 55 biljun bejn l-2007 u l-2013), li l-biċċa l-kbira tagħhom tirrigwarda t-tisħiħ tal-innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-modernizzazzjoni tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju, jenfasizza l-imporanza li jiġu promossi l-mudelli ta’ suċċess f’dan il-qasam, u jifhem li l-miżuri ta’ intervent proposti favur l-intrapriżi jridu jkunu mmirati lejn ir-riżultati tar-ristrutturar fit-tul u t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, mhux lejn interventi ta’ emerġenza għas-sopravvivenza ekonomika, li bosta drabi jkunu inkompatibbli mal-politiki tal-għajnuna Statali;

13.

Jenfasizza li, sabiex tiġi affrontata l-kriżi, hemm bżonn ta’ investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, fl-innovazzjoni, fl-edukazzjoni u f’teknoloġiji li jużaw ir-riżorsi b’mod effikaċi; investiment ta’ dan it-tip ikun ta’ benefiċċju għas-setturi tradizzjonali, l-inħawi rurali, kif ukoll l-ekonomiji tas-servizzi ta’ ħiliet avvanzati, u għaldaqstant isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jinnota li jeħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu għal finanzjament li ma jinvolvix spiża eċċessiva u li jkun aċċessibbli, li fih il-fondi strutturali jkollhom rwol essenzjali;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkontrollaw, b’mod kontinwu, l-impatt tal-kriżi fuq l-oqsma varji strutturali u ta’ żvilupp u l-użu li jsir mill-opportunitajiet li joffru l-istrumenti għal finanzjament allokati għall-Objettiv 2 prinċipalment sabiex jappoġġaw l-intraprenditorjat u l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u l-korpi li jaħdmu favur ekonomija soċjali, inklużiva, bl-intenzjoni li tiżdied il-kompetittività tagħhom u b’hekk il-potenzjal għal aktar impjieg, u jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-istrumenti ta’ inġinerija fiskali (Jaspers, Jeremie, Jessica, Jasmine); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw din l-evidenza biex iħejju u jiffukaw l-Objettiv 2 tal-ġejjieni tal-Koeżjoni tal-UE fuq dawk l-oqsma, fil-livell reġjonali u lokali, fejn il-valur miżjud tal-interventi tal-UE jista’ jintwera' (b’mod partikolari, innovazzjonijiet fis-setturi tat-turiżmu, tas-servizzi, tal-informatika u tal-industrija, flimkien mal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent u l-iżvilupp potenzjali tal-enerġija li tiġġedded jew tat-teknoloġiji li jtejbu b’mod sinifikanti l-intrapriżi tal-enerġija konvenzjonali, billi jimmiraw biex ikollhom emissjonijiet baxxi u jimminimizzaw il-produzzjoni tal-iskart, kif ukoll innovazzjonijiet fis-settur primarju);

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jutilizzaw u jippromwovu s-sinerġiji kollha bejn l-istrumenti għall-politika ta’ koeżjoni u l-kompetittività fil-livell reġjonali, nazzjonali, transkonfinali u Ewropew;

16.

Jilqa' l-politika tal-Kummissjoni dwar (a) l-estensjoni tal-perjodu ta’ eliġibilità skont il-programmi operattivi 2000-2006 sabiex ikunu jistgħu jintużaw għall-massimu r-riżorsi kollha tal-politika ta’ koeżjoni, (b) is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri amministrattivi u l-immaniġġjar finanzjarju tal-programmi, filwaqt li fl-istess ħin jibqa’ jiġi żgurat il-kontroll meħtieġ għal kull każ ta’ żbalji jew frodi; hu tal-fehma f’dan ir-rigward, li għandhom jinħolqu kundizzjonijiet bl-intenzjoni li jitħeġġu l-proġetti raġonevoli u li titwaqqaf l-imġiba illegali minn qabel;

17.

Jappoġġa l-politika ta’ “finanzjament minn qabel” għal programmi taħt il-politika ta’ koeżjoni 2007-2013 li pproduċiet likwidità immedjata ta’ EUR 6.25 biljun għall-2009 għal investiment fil-qafas tal-pakketti finanzjarji miftehma għal kull Stat Membru;

18.

Jinnota li r-reġjuni urbani u ċ-ċentri urbani, fin-natura tagħhom, jippreżentaw problemi soċjali speċifiċi u sinifikanti (rati għolja ta’ qgħad, emarġinazzjoni, esklużjoni soċjali, eċċ.) li żdiedu minħabba l-impatt tal-kriżi u li jridu jiġu studjati b’attenzjoni sabiex jittieħdu l-azzjoni xierqa u l-miżuri kemm fil-qosor u kemm fit-tul;

19.

Jappoġġa l-politika ta’ assistenza u l-istrumenti ta’ finanzjament ġodda għall-proġetti ewlenin għar-reġjuni (spiża totali ppjanata ta’ EUR 50 miljun u aktar) li l-Kummissjoni introduċiet fl-2009, japprezza l-importanza tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u l-koperazzjoni BEI/FEI, speċjalment JASPERS, JEREMIE AND JESSICA u jitlob li jkun hemm żieda ulterjuri ta’ aktar minn 25 % għall-finanzjament ipprovdut permezz ta’ JASPERS (Joint Assistance in Supporting Projects in European Regions) li jkollha x’taqsam speċifikament mar-reġjuni tal-Objettiv 2, bl-intenzjoni li titħeġġeġ it-tħejjija sħiħa u l-implimentazzjoni malajr ħafna tagħhom, allavolja, attwalment, dawn il-proġetti għadhom ftit; jittama li ż-żieda preċedenti fil-fondi għal JASPERS kellha impatt fuq perjodu medju u fuq perjodu twil fuq it-tkabbir tal-kompetittività ekonomika tar-reġjuni Ewropej, u hu favur l-inklużjoni regolari ta’ analiżi komparattiva tar-riżultati miksuba u l-objettivi segwiti, u tal-finanzjament mogħti u l-finanzjament meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-objettivi rispettivi;

20.

Jisħaq fuq il-fatt li l-politika tal-UE, dik nazzjonali u reġjonali tista’ tkun effiċjenti u effikaċi biss b’governanza f’diversi livelli u realment integrata bejn l-awtoritajiet pubbliċi lokali, reġjonali, nazzjonali, transkonfinali u tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-possibilitajiet tal-koperazzjoni territorjali relatata mal-innovazzjoni, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali, f’kull objettiv tal-politika ta’ koeżjoni, u biex tanalizza l-possibilitajiet li jissaħħaħ l-objettiv tal-koperazzjoni territorjali Ewropea fir-rigward tat-trawwim tal-koperazzjoni bejn ir-reġjuni relatata mal-innovazzjoni; b’mod parallel mat-tisħiħ tal-Objettiv tal-Koperazzjoni Territorjali (Objettiv 3), il-possibilità li jiġu żviluppati azzjonijiet ta’ koperazzjoni territorjali tranżnazzjonali fil-qafas tal-Objettiv 2 għandha tissaħaħ wkoll; jinnota li possbilità ta’ dan it-tip issa ssir possibbli permezz tal-Artikolu 37(6)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006; hu tal-opinjoni li t-tisħiħ tal-koperazzjoni territorjali għandu jkun akkumpanjat, mingħajr ma jinbidel il-baġit ġenerali tal-objettivi ta’ koeżjoni, b’bidla lejn baġit ikbar għal din il-koperazzjoni territorjali estiża;

21.

Jappoġġa l-bidliet proposti għar-regoli ta’ implimentazzjoni li għandhom l-iskop li jsaħħu l-flessibilità tal-Fondi Strutturali u l-adattament tagħhom sabiex jissodisfaw il-bżonn, fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi eċċezzjonali, ta’ implimentazzjoni immedjata ta’ 455 programm taħt il-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-programmi tal-Objettiv 2, filwaqt li xorta jiġi kkunsidrat il-bżonn li istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali u awtoritajiet maniġerjali jadattaw ruħhom għal din is-sitwazzjoni ġdida, b’mod li jiġu evitati ġestjoni jew użu ħżiena tal-fondi u li tiġi żgurata l-possibilità li l-fondi li jifdal jiġu indirizzati mill-ġdid lejn proġetti eżistenti jew li se jsiru; jitlob lill-awtoritajiet maniġerjali jipproponu modi biex l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tal-Objettiv 2 issir aktar effikaċi;

22.

Jinsisti li f’ċirkustanzi speċjali (bħall-kriżi ekonomika) b’mod eċċezzjonali tista’ tiġi rikjesta flessibilità akbar fir-regola N+2 minħabba l-objettivi segwiti mill-politika ta’ koeżjoni u l-effetti tal-bidliet ekonomiċi ċikliċi fuq il-finanzi pubbliċi u l-investiment privat;

23.

Jirrakkomanda li l-fondi kollha li jibqgħu ma jintefqux f’reġjun taħt N+2 u N+3 jerġgħu jiġu allokati għal proġetti b’bażi reġjonali u inizjattivi fil-komunitajiet;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-pjan ta’ azzjoni/l-inizjattiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-proposti leġiżlattivi wara sena ta’ implimentazzjoni (Diċembru 2008), prinċipalment f’dak li jirrigwarda riżultati miksuba fit-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji ż-żgħar u l-aċċess għall-kapital ta’ finanzjament u operattiv kif ukoll il-promozzjoni ta’ negozji innovattivi li jkunu għadhom jidbew, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv, eċċ.;

25.

Jenfasizza l-effett pożittiv li għandha l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fuq it-tkabbir ekonomiku; jinnota f’dan ir-rigward li jirriżulta minn xi studji li, kieku r-rati tal-impjiegi, tax-xogħol fuq bażi part-time u tal-produttività tan-nisa kienu simili għal dawk tal-irġiel, il-PDG jitla’ bi 30 % għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2013; jitlob, għaldaqstant, li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk il-proġetti ffinanzjati bil-Fondi Strutturali li jippromwovu l-ugwaljanza u l-inklużjoni tal-mara fis-suq tax-xogħol;

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0124.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/13


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Futur sostenibbli għat-trasport

P7_TA(2010)0260

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar futur sostenibbli għat-trasport (2009/2096(INI))

2011/C 351 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Futur sostenibbli għat-trasport: Lejn sistema integrata, immexxija mit-teknoloġija u li tista' tintuża faċilment” (COM(2009)0279),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-17 u t-18 ta’ Diċembru 2009 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Futur sostenibbli għat-trasport: Lejn sistema integrata, immexxija mit-teknoloġija u li tista' tintuża faċilment” (17456/2009),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni “Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010: żmien li niddeċiedu” (COM(2001)0370),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna - Reviżjoni ta’ nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea” (COM(2006)0314),

wara li “kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar strumenti bbażati fuq is-suq għall-ambjent u għanijiet ta’ politika relatati” (COM (2007)0140),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni” (COM(2008)0435),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nagħmlu t-trasport aktar ekoloġiku” (COM(2008)0433),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-limitazzjoni tal-bidla klimatika globali għal żewġ gradi Celsius – It-triq 'il quddiem għall-2020 u wara” (COM(2007)0002),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni “TEN-T: Lejn netwerk transewropew integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni tat-trasport” (COM(2009)0044),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni għall-iskjerament ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa” (COM(2008)0886),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-aġenda tal-UE fil-qasam tat-trasport: Intejbu l-effiċjenza, l-integrazzjoni u s-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa” (COM(2007)0606),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija” (COM(2007)0607),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Loġistika tat-Trasport ta’ Merkanzija fl-Ewropa - il-muftieħ għal mobilità sostennibbli” (COM(2006)0336),

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq tal-ferroviji (COM(2009)0676),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018” (COM(2009)0008),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni u l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona Ewropea tat-trasport marittimu mingħajr konfini (COM(2009)0010),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-Trasport bil-Baħar fuq Distanza Qasira” (COM(2004)0453),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar politika Ewropea għall-portijiet (COM(2007)0616),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-kummissjoni “Lejn Mobilità aktar Sikura, aktar Nadifa u aktar Effiċjenti madwar l-Ewropa: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti” (COM(2007)0541),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq — Innaqqsu bin-nofs l-għadd ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sal-2010: Responsabbiltà komuni'” (COM(2003)0311),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Programm ta’ azzjoni Ewropea għas-sikurezza tat-toroq: Reviżjoni f'nofs triq” (COM(2006)0074),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana” (COM(2007)0551),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana” (COM(2009)0490),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar l-UE 2020 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ April 2005 dwar it-tbaħħir fuq distanzi qosra (2),

wara li “kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2005 dwar il-Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq: Innaqqsu bin-nofs l-għadd ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni Ewropea sal-2010: Responsabbiltà komuni'” (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2007 dwar il-Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sigurtà fit-Toroq: Reviżjoni f'nofs triq (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007“Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel pakkett ferrovjarju (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Settembru 2007“Il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa u l-mobilità sostenibbli (7)”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar politika Ewropea tat-trasport sostenibbli li tqis il-linji politiċi Ewropej dwar l-enerġija u l-ambjent (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2008 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn Mobilità aktar Sikura, aktar Nadifa u aktar Effiċjenti madwar l-Ewropa: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar politika Ewropea dwar il-portijiet (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2009“Trasport aktar ekoloġiku u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni” (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2009 dwar il-Green Paper dwar il-ġejjieni tal-politika TEN-T (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni fil-qasam tas-sistemi intelliġenti tat-trasport (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni rigward il-mobilità urbana (15),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-avjazzjoni Ewropea (16),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0189/2010),

A.

billi s-settur tat-trasport huwa element importanti fl-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea u r-reġjuni u l-ibliet tagħha, settur li għandu influwenza diretta fuq il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tar-reġjuni u l-ibliet u b'hekk jagħti kontribut sinifikanti għall-kisba tas-Suq Intern Ewropew,

B.

billi t-trasport għandha rwol triplu: rwol ekonomiku, rwol soċjali u rwol ta’ koeżjoni territorjali, li kollha huma essenzjali għall-integrazzjoni Ewropea,

C.

billi s-settur tat-trasport għandu rwol ewlieni fl-ekonomija u l-impjieg, peress li dan jirrappreżenta 10 % tal-prosperità tal-UE (bħala proporzjon tal-prodott gross domestiku) u jipprovdi aktar minn 10 miljun impjieg u għalhekk se jkollu rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija UE 2020,

D.

billi t-trasport huwa element essenzjali tal-politika Ewropea, u billi, għalhekk, l-UE teħtieġ qafas finanzjarju li jwieġeb għall-isfidi tal-politika tat-trasport fis-snin li ġejjin, jistimula l-ekonomija fit-terminu qasir, iżid il-produttività fuq perijodu medju u fit-tul u jsaħħaħ l-Ewropa bħala post tar-riċerka,

E.

billi s-settur tat-trasport għandu impatt konsiderevoli fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tan-nies u, filwaqt li jiffaċilita l-mobilità privata u professjonali tan-nies, kien responsabbli, b'mod ġenerali, għal 27 % tal-emissjonijiet totali tas-CO2 fl-2008, u billi din iċ-ċifra kompliet togħla minn dak iż-żmien; billi t-trasport bit-triq ammonta għal 70,9 %, l-avjazzjoni għal 12,5 %, it-trasport bil-baħar u fuq l-ilmijiet interni għal 15,3 % u t-trasport ferrovjarju għat 0,6 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali mis-settur tat-trasport fl-2007,

F.

billi fl-Ewropa l-mezzi kollha tat-trasport għamlu sforzi biex itejbu s-sigurtà; billi, madankollu, fl-2008 madwar 39 000 persuna mietu f'inċidenti tat-traffiku u 300 000 persuna weġġgħu serjament, li jfisser li huma meħtieġa aktar sforzi fir-rigward tal-aspetti kollha tas-sikurezza, b'mod partikulari s-sikurezza fit-toroq,

G.

billi l-UE impenjat ruħha, fil-pakkett tat-tibdil fil-klima, biex tikseb 20 % tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra sal-2020 meta mqabbla mal-1990, objettiv li jibqa' vinkolanti,

H.

billi l-għanijiet stabbiliti fil-White Paper tal-2001 intlaħqu biss parzjalment, b'mod li trid tiġi eżaminita l-kwistjoni dwar jekk dawn għandhomx jinżammu jew jitfasslu mill-ġdid u, fejn jiġi ppruvat li huwa meħtieġ, l-isforzi għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet iridu jissaħħu,

I.

billi l-problemi bit-traspożizzjoni, bħat-traspożizzjoni tard jew mhux korretta, għandhom impatt konsiderevoli fuq l-effettività tal-leġiżlazzjoni Ewropea; billi, għalhekk, hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni f'dan ir-rigward,

J.

billi l-ħidma tal-Parlament għandha tkun konsistenti, partikolarment fl-oqsma li jaffettwaw il-politika tat-trasport b'mod dirett bħal, per eżempju, il-politika ambjentali u soċjali, l-ippjanar urban u tal-użu tal-art u l-politika ekonomika u dik dwar l-impjiegi,

K.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika laqtet lill-settur tat-trasport bil-qawwi, sitwazzjoni li għandha, madankollu, tittieħed bħala opportunità għall-appoġġ u l-promozzjoni tal-industrija tat-trasport b'mod li jħares 'il quddiem, speċjalment permezz tal-promozzjoni tas-sostenibilità tal-mezzi tat-trasport u investimenti fit-trasport ferrovjarju u fuq l-ilma, fost oqsma oħra; billi dan se jassigura livell aktar ugwali fis-suq,

L.

billi, bħala parti mir-reviżjoni li jmiss tal-aġenziji, il-valur miżjud tal-aġenziji għandu jkun analizzat, bħall-ħtieġa li titwaqqaf aġenzija Ewropea tat-trasport,

M.

billi huwa essenzjali li jitwaqqfu objettivi li jistgħu jitkejlu għas-settur tat-trasport, bħala mezz kemm ta’ monitoraġġ tal-effiċjenza tal-politika tat-trasport b'mod aktar effettiv kif ukoll biex jiġu stabbiliti l-linji ta’ gwida soċjali u ekonomiċi tal-ippjanar, u jintwera li l-miżuri proposti huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tat-trasport stabbilita,

N.

billi l-iżviluppi sinifikanti fir-riċerka, l-infrastruttura u t-teknoloġija jeħtieġu aġġustamenti fil-qasam tar-riżorsi u l-istrumenti finanzjarji,

O.

billi l-iżviluppi fis-soċjetà u f'firxa wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi jwasslu għal domanda akbar fis-settur tat-trasport, u b'hekk il-mezzi kollha tat-trasport huma vitali; billi, madankollu, dawn għandhom jitkejlu skont l-effiċjenza tagħhom f'termini tal-politiki ekonomiċi, ambjentali, soċjali u tal-impjieg,

P.

billi, fil-futur, l-interoperabilità sostenibbli tal-mezzi kollha tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija se tkun meħtieġa sabiex jinkisbu ktajjen tat-trasport sikuri, sostenibbli, loġistikament konsistenti u għalhekk effiċjenti, inklużi soluzzjonijiet multi-modali u l-konnessjoni tat-trasport lokali ma’ dak fuq distanzi twal,

Sfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali

1.

Huwa konvint li l-politika tal-UE b'mod ġenerali teħtieġ viżjoni ċara u koerenti tal-futur tat-trasport bħala settur fil-qalba tas-suq uniku, li tiggarantixxi moviment liberu ta’ persuni u oġġetti u tiżgura l-koeżjoni territorjali fl-Ewropa; huwa tal-fehma li, filwaqt li jkompli jiġġenera parti sinifikanti tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-Ewropa, is-settur tat-trasport għandu jiggarantixxi l-effiċjenza ekonomika u jiżviluppa fi ħdan standards soċjali u ambjentali konsistentement għolja;

2.

Huwa konvint li l-bidla demografika, b'mod partikolari f'żoni urbani, se tagħti lok għal sfidi rigward is-sikurezza u l-kapaċità għat-trasport u l-mobilità, u li d-dritt bażiku għall-mobilità, assigurat, fost affarijiet oħra, permezz tal-aċċessibilità mtejba u l-bini ta’ konnessjonijiet infrastrutturali neqsin, u l-applikabbiltà ta’ dan id-dritt, huma kruċjali f'dan ir-rigward; jenfasizza li, f'dan il-kuntest, ktajjen multimodali tat-trasport integrati tajjeb inklużi l-mixi u ċ-ċikliżmu u t-trasport pubbliku huma l-mezzi għall-ġejjien għaż-żoni urbani; jirrimarka f'dan ir-rigward li fiż-żoni urbani hija l-istruttura eżistenti, b'mod partikolari, li tiddetermina liema huwa l-mezz l-aktar xieraq; iqis li l-kollegamenti tajbin tat-trasport pubbliku f'inħawi rurali jnaqqsu l-użu tal-karozzi privati; jappella għall-ħolqien ta’ Reġjuni Urbani Funzjonali, bil-għan li jinħolqu sistemi tat-trasport urbani u suburbani koerenti u sabiex il-popolazzjonijiet rurali ma jinfirxux;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tintroduċi Pjanijiet ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs) għall-ibliet ta’ aktar minn 100 000 abitant u, b'rispett xieraq għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà, tinkoraġġixxi l-ibliet biex ifasslu pjanijiet ta’ mobilità li jipproponu kunċett ta’ trasport integrat bil-għan li titnaqqas il-ħsara ambjentali u biex il-mobbiltà ssir aktar b'saħħitha u aktar effiċjenti;

4.

Iqis li d-domanda dejjem akbar twassal ukoll, fost fatturi oħra, għal tensjoni żejda rigward il-kapaċità u għal tnaqqis fl-effiċjenza minħabba problemi ta’ infrastruttura fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija u li, primarjament, l-użu komodali u s-sikurezza tal-utenti tat-trasport u l-oġġetti ttrasportati għalhekk għandhom jiżdiedu u li jeħtieġ li jsir titjib fundamentali tal-infrastruttura, b'mod partikulari t-tneħħija tal-postijiet ta’ konġestjoni;

5.

Jenfasizza li d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport hija waħda mill-isfidi ewlenin tal-politika tat-trasport tal-UE għall-ġejjieni u li għandhom jintużaw il-mezzi sostenibbli kollha disponibbli sabiex jinkiseb dan, bħal taħlita ta’ enerġija li tippromwovi r-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u mezzi li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent, miżuri tal-formazzjoni tal-prezz u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-mezzi kollha tat-trasport, sakemm id-dħul iġġenerat fil-livell tal-UE jintuża biex titjieb is-sostenibbiltà tal-mobilità u jittieħdu miżuri biex tiġi adattata l-imġiba tal-utenti tat-trasport u l-professjonisti (ħolqien ta’ kuxjenza, imġiba favur l-ambjent, eċċ); jenfasizza li, għal dan il-għan, għandu jkun hemm żvilupp prijoritarju ta’ inċentivi finanzjarji li jeskludi kull tgħawiġ tal-kompetizzjoni bejn il-mezzi tat-trasport u l-Istati Membri fil-proċess;

6.

Jirrikonoxxi li, skont l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), it-trasport marittimu jikkaġuna minn 3 sa 5 darbiet anqas CO2 mit-trasport bl-art iżda jinsab mħasseb dwar l-emissjonijiet mbassra ta’ SOx u ta’ NOx mit-trasport marittimu li se jkunu bejn wieħed u ieħor daqs tat-trasport fuq l-art sal-2020, u dwar it-tentattiv inkonklużiv tal-IMO li tistabbilixxi sistema ta’ tnaqqis tas-CO2;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-pubbliku ġenerali jkun infurmat aħjar dwar il-konsegwenzi tal-ivvjaġġar għar-rikreazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-ivvjaġġar għar-rikreazzjoni fl-approċċ tal-politika tagħha;

Is-Sikurezza

8.

Jenfasizza li s-sigurtà għandha tibqa' waħda mill-għanijiet prijoritarji tal-politika tat-trasport tal-ġejjieni u li s-sigurtà ta’ utenti attivi u passivi tal-mezzi kollha tat-trasport għandha tkun garantita; iqis li hija ta’ importanza kbira li jitnaqqsu l-effetti tat-trasport fuq is-saħħa, speċjalment permezz tal-użu ta’ teknoloġiji moderni, u li jiġu żgurati d-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport, partikolarment dawk b'mobilità mnaqqsa, permezz ta’ regolamenti ċari u trasparenti; jappoġġja l-ħolqien ta’ karta ta’ drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta studju qasir ħafna li jagħi dettalji dwar l-aħjar prattiki tal-Istati Membri dwar l-impatt tal-limitaturi tal-veloċità għat-tipi kollha ta’ vetturi u ta’ toroq, kemm urbani u kemm inter-urbani, bil-ħsieb li jitressqu miżuri leġiżlattivi bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet u tittejjeb is-sikurezza tat-toroq;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ garanzija kemm tas-sigurtà personali kif ukoll taċ-ċertezza legali għall-ħaddiema fis-settur tat-trasport billi, fost ħwejjeġ oħra, jinħoloq għadd suffiċjenti ta’ postijiet ta’ parking sikuri u jiġi armonizzat l-infurzar tar-regoli tat-trasport bit-triq u s-sanzjonijiet li jipprovdu għalihom; jenfasizza wkoll li l-introduzzjoni ta’ infurzar transkonfinali tas-sanzjonijiet se ttejjeb is-sigurtà fit-toroq għall-utenti kollha;

11.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-provvista ta’ żoni ta’ parking fin-netwerk tat-toroq trans-Ewropej (TERN) ma żammitx il-pass maż-żieda fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jfisser li l-konformità mal-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ permissibbli stabbiliti għas-sewwieqa professjonali, speċjalment waqt il-ħinijiet ta’ bil-lejl, u s-sikurezza tat-toroq b'mod aktar ġenerali, se tkun serjament kompromessa jekk il-kwalità u l-kwantità ta’ faċilitajiet ta’ mistrieħ ma jittejbux fl-Istati Membri tal-UE;

Il-komodalità effiċjenti

12.

Jinnota li l-iżvilupp tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija b'mod ġenerali jiddependi ħafna fuq l-użu effettiv tal-mezzi differenti tat-trasport, u li l-għan tal-politika Ewropea tat-trasport għalhekk għandu jkun il-komodalità effettiva, li hija marbuta mill-qrib mad-dekarbonizzazzjoni, is-sikurezza u l-aspetti ekonomiċi tat-trasport; jemmen li dan se jwassal għal riallokazzjoni aħjar bejn il-mezzi differenti tat-trasport u bidla lejn mezzi iktar sostenibbli tat-trasport, u se jipprovdi għall-interoperabilità fi ħdan u bejn il-mezzi, jippromwovi ktajjen tat-trasport u tal-loġistika u għażliet modali aktar sostenibbli u jsaħħaħ il-flussi tat-traffiku bla ostakli fil-mezzi u l-interkonnessjonijiet differenti;

13.

Jenfasizza li l-komodalità effiċjenti għandha titkejjel mhux biss f'termini ta’ vijabilità, iżda wkoll skont il-kriterji tal-protezzjoni ambjentali, il-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol, is-sikurezza u l-koeżjoni territorjali, u għandhom jitqiesu wkoll il-possibilitajiet u l-livelli inizjali tekniċi differenti tal-mezzi differenti tat-trasport u tal-pajjiżi, ir-reġjuni u l-ibliet fl-Ewropa;

14.

Jenfasizza li l-komodalità effiċjenti tfisser titjib fl-infrastruttura - fost affarijiet oħra permezz tal-iżviluppa ta’ kurituri ħodor, tnaqqis tal-konġestjoni u t-titjib tat-trasport ferrovjarju u fuq l-ilma-, l-avvanz tas-sikurezza permezz ta’ teknoloġiji ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

Il-kisba tas-suq waħdieni

15.

Jitlob għal reviżjonijiet regolari tal-leġiżlazzjoni Ewropea u t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tagħha, bil-ħsieb li tiġi ggarantita l-effettività tagħha; jistieden lill-Kummissjoni konsistentement biex tneħħi l-ostakoli kkawżati minn traspożizzjoni inkoretta jew fit-tard tal-leġiżlazzjoni Ewropea fl-Istati Membri;

16.

Jipproponi li fil-qafas il-ġdid tat-Trattat ta’ Liżbona, u bil-kunsens tal-Kummissjoni, issir mill-inqas laqgħa waħda konġunta kull sena mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali responsabbli għat-trasport, bil-għan li jaqsmu l-għarfien bejniethom u jikkooperaw sabiex jiżguraw implimentazzjoni aħjar u aktar effettiva tal-leġislazzjoni tal-UE dwar it-trasport;

17.

Iqis li t-trasport għandu rwol essenzjali fit-tlestija tas-suq uniku Ewropew u l-moviment ħieles għall-persuni u l-merkanzija, u li l-ftuħ irregolat tas-suq għandu jinkiseb, primarjament fis-settur tat-trasport ferrovjarju, fl-Istati Membri kollha tal-UE; huwa tal-fehma li dan il-ftuħ sħiħ tas-suq se jibbenefika l-konsumaturi u għandu jkun akkumpanjat minn miżuri ta’ salvagwardja tal-kwalità tas-servizzi pubbliċi, kif ukoll pjan ta’ investiment fit-tul għall-infrastruttura u l-interoperabbiltà teknika sabiex jittejbu l-effiċjenza u s-sigurtà u miżuri mmirati biex jiġi evitat tgħawiġ tal-kompetizzjoni intra-modali u inter-modali, inter alia fl-oqsma soċjali, fiskali, ambjentali u tas-sikurezza; l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni soċjali u ambjentali għandha ssir gradwalment, u għandha tibda mit-trasport bit-triq u tal-ajru, li jniġġsu aktar;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jiffaċilitaw it-tlestija tal-liberalizzazzjoni tat-trasport ta’ kabotaġġ, biex inaqqsu l-frekwenza ta’ mili fil-vojt u biex jipprovdu netwerk tat-triq u tal-ferrovija aktar sostenibbli f'forma ta’ ċentri tat-trasport tat-tagħbija;

19.

Jemmen li huwa essenzjali, sabiex tinkiseb sistema effiċjenti tat-trasport marittimu li tikkomplementa l-mezzi l-oħra, li għal darb'oħra niffukaw fuq proċess ta’ liberalizzazzjoni ċar li jippermetti li din tkun verament kompetittiva;

20.

Jenfasizza, fir-rigward tal-ħtiġiet ekonomiċi, l-importanza tal-ġestjoni ġenwinament Ewropea tal-infrastruttura tat-trasport (il-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, is-Sema Uniku Ewropew, il-portijiet u l-konnessjonijiet tagħhom man-netwerk tat-trasport, iż-żona marittima mingħajr fruntieri, l-ilmijiet interni navigabbli) bil-ħsieb li jiġi eliminat l-“effett transkonfinali” fil-mezzi kollha tat-trasport u jissaħħu l-kompetittività u l-fattur ta’ attrazzjoni tal-UE;

21.

Jitlob għall-ħolqien ta’ sistema ta’ riservazzjoni komuni Ewropea sabiex issaħħaħ l-effettività tal-mezzi tat-trasport differenti u tissimplifika u tkabbar l-interoperabilità tagħhom;

22.

Jenfasizza t-trasport għandu impatti fuq il-politika soċjali, tas-saħħa u tas-sigurtà u li, fil-kuntest tal-ħolqien ta’ żona waħda tat-trasport, il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jiġu armonizzati fuq livell għoli u jittejbu kontinwament fuq il-bażi ta’ djalogu soċjali effettiv fil-livell Ewropew; jenfasizza li l-ħolqien ta', fost l-oħrajn, ċentri tat-taħriġ Ewropej u ċentri ta’ eċċellenza tal-UE fl-Istati Membri rilevanti jista' jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kwalità tat-taħriġ li tista' tikejjel u l-istatus tal-impjegati tas-settur tat-trasport, kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ korsijiet tat-taħriġ;

23.

Iqis li, sabiex tinkiseb effettività akbar fil-politika tat-trasport, jeħtieġ li ssir evalwazzjoni tal-programmi (bħall-Galileo u l-ITS għall-mezzi kollha tat-trasport) u, skont ir-riżultati, l-istrateġija u l-ipprogrammar għandhom jiġu orjentati mill-ġdid kif xieraq; jara bżonn konsegwenti, fost affarijiet oħra, ta’ programm ġdid tas-sigurtà tat-traffiku fit-toroq, ta’ spinta mill-ġdid lit-TEN-Ts, ta’ reviżjoni ta’ nofs it-term ta’ NAIADES, l-implimentazzjoni urġenti u sħiħa tal-programm Sema Waħdieni Ewropew, SESAR u t-Tmien Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-kontinwazzjoni tal-programm Marco Polo f'forma simplifikata;

Aġenziji Ewropej

24.

Huwa tal-fehma li l-interoperabilità teknika u l-iffinanzjar tagħha, iċ-ċertifikazzjoni Ewropea, l-istandardizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku huma elementi essenzjali ta’ suq waħdieni li jiffunzjona b'mod effettiv, u li l-infurzar ta’ dawn għandu jkollu pożizzjoni aktar prominenti fil-ħidma tal-aġenziji varji; jenfasizza li l-aġenziji kollha għandhom iħabirku għal, u malajr jiksbu, livell għoli simili ta’ responsabbiltà u kompetenza u għandhom jiġu evalwati regolarment; jinkoraġġixxi b'mod partikolari l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, inklużi t-teħid progressiv mill-aġenzija tar-responsabbilità għaċ-ċertifikazzjoni tar-rolling stock ġdid kollu u l-infrastruttura tal-ferroviji u għal verifiki regolari tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jew entitajiet ekwivalenti fl-Istati Membri, kif stabbilit fid-Direttiva 2004/49/KE tad-29 ta’ April 2004;

25.

Jenfasizza li 75 % tat-trasport isir bit-toroq, u jitlob li jitqies il-bżonn ta’ aġenzija għat-trasport bit-triq, b'mod partikolari biex ittejjeb is-sikurezza fit-toroq u biex tiggarantixxi d-dritt fundamentali tal-persuni għall-mobilità sikura billi tappoġġja applikazzjonijiet ġodda (bħall-Galileo u teknoloġiji xierqa bl-istess mod għal sistemi ta’ trasport intelliġenti) u tmexxi programmi ta’ riċerka; iqis, barra minn hekk, li din l-aġenzija għandha tkun kapaċi tieħu azzjoni regolatorja f'każ li jkollhom jitneħħew l-ostakli għas-suq waħdieni sostenibbli;

26.

Jirrimarka li t-trasport fuq l-ilmijiet interni navigabbli għadu jħabbat wiċċu ma’ qafas istituzzjonali differenti u jitlob li titwaqqaf kooperazzjoni permanenti u strutturata bejn l-istituzzjonijiet kompetenti sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ dan il-mezz ta’ trasport;

Ir-riċerka u t-teknoloġija

27.

Jitlob li jkun hemm aġenda għar-riċerka u t-teknoloġija għas-settur tat-trasport; iqis li din l-aġenda għandha jitħejja b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha sabiex jiġu mifhuma l-ħtiġijiet tas-settur u, għaldaqstant, tittejjeb l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE; huwa tal-fehma li għandha tingħata prijorità lil proġetti sabiex jiddekarbonizzaw it-trasport, tiżdied it-trasparenza tal-katina tal-provvista u s-sigurtà tat-trasport, titjieb il-ġestjoni tat-traffiku u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi;

28.

Jenfasizza li r-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni jeħtieġu l-appoġġ, billi jwasslu għal titjib ambjentali konsiderevoli fil-mezzi kollha tat-trasport minħabba t-tnaqqis fil-gassijiet tal-exhaust u l-istorbju tat-traffiku, itejbu s-sikurezza permezz tal-ħolqien ta’ soluzzjonijiet li jiżguraw użu aħjar tal-kapaċità infrastrutturali eżistenti u jnaqqsu l-konġestjoni u, mhux l-inqas, iwasslu għal aktar indipendenza rigward l-enerġija fil-mezzi kollha fi ħdan in-netwerk tat-trasport; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-organizzazzjoni tat-trasport intelliġenti, interoperabbli u konnessa flimkien ma’ sistemi tas-sigurtà, bħal ERTMS, Galileo, SESAR, l-ITS u teknoloġiji xierqa oħra, jeħtieġu appoġġ f'termini ta’ riċerka u żvilupp kif ukoll fl-applikazzjoni tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha madwar Ewropa jibbenefikaw minn dawn is-sistemi ta’ trasport intelliġenti; jinnota li għandhom jiġu introdotti l-kundizzjionijiet ta’ qafas meħtieġa u standards miftuħin għal teknoloġiji promettenti mingħajr ma’ jingħata vantaġġ mhux mistħoqq lil xi teknoloġija partikolari;

29.

Jenfasizza li fil-qafas tal-ħarsien tal-klima u tal-indipendenza tal-enerġija tal-UE, kull mezz tat-trasport għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 tiegħu u jkun appoġġjat minn riċerka u żvilupp fit-teknoloġiji innovattivi, effiċjenti rigward l-enerġija u nodfa u fl-enerġiji li jiġġeddu li jwasslu biex, fost affarijiet oħra, ikun hemm vetturi aktar sostenibbli fil-mezzi kollha tat-trasport; iqis li dan fl-istess ħin isaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej;

30.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ definizzjoni uniformi ta’ termini rilevanti relatati mas-sigurtà fit-toroq u r-riċerka dwar l-inċident, sabiex tiġi żgurata l-komparabilità tar-riżultati u ta’ kwalunkwe miżuri li jistgħu jiġu implimentati;

31.

Jenfasizza li l-armonizzazzjoni tad-dokumenti tat-trasport b'konformità mal-aktar istandards reċenti ta’ komunikazzjoni, kif ukoll l-applikabilità multimodali u internazzjonali tagħhom, tista' twassal għal titjib konsiderevoli fis-sigurtà u l-loġistika u tnaqqis drastiku fil-piż amministrattiv;

Fond tat-Trasport u n-netwerk tat-trasport Ewropew

32.

Jenfasizza li politika tat-trasport effiċjenti teħtieġ qafas finanzjarju li jkun xieraq għall-isfidi li jitfaċċaw u li, għalhekk, ir-riżorsi attwali għat-trasport u l-mobilità għandhom jiżdiedu; iqis li dawn huma meħtieġa:

a.

il-ħolqien ta’ faċilità li tikkoordina l-użu ta’ sorsi differenti ta’ finanzjament għat-trasport, fondi disponibbli mill-politika ta’ koeżjoni, u l-PPPs jew strumenti finanzjarji oħra, bħall-garanziji; dawn is-sorsi kkoordinati ta’ finanzjament għandhom jintużaw fil-livelli kollha tal-gvern għat-titjib tal-infrastruttura tat-trasport, l-appoġġ tal-proġetti TEN-T, biex jiżgura l-interoperatbilità teknika u operattiva, jappoġġja r-riċerka u jippromwovi l-implimentazzjoni ta’ sistemi intelliġenti tat-trasport fil-mezzi kollha tat-trasport; il-finanzjament għandu jkun iggwidat minn kriterji ta’ għoti trasparenti li jqisu l-komodalità effiċjenti kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-politika soċjali, is-sigurtà u l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali;

b.

impenn baġitarju għal politika tat-trasport taħt il-qafas finanzjarju multiannwali;

c.

il-possibbiltà li, fil-qafas tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, u bil-ħsieb tal-promozzjoni tas-sostenibbiltà fiż-żmien medju u fit-tul, in-natura fit-tul tal-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport, li ttejjeb il-kompetittività tal-ekonomija, titqies meta jiġi kkalkulat id-defiċit pubbliku, sakemm il-Kummissjoni tkun approvat dan minn qabel;

d.

l-użu tal-fond biex jirrekjedi, fost affarijiet oħra, ko-finanzjament minn dħul iġġenerat mill-internalizzazzjoni ta’ spejjeż esterni;

33.

Jitlob li l-politika tat-trasport tkun kapaċi tippromwovi, fost l-oħrajn, it-trasport bil-ferrovija u bil-vapur, il-politika tal-port u t-trasport pubbliku permezz ta’ appoġġ finanzjarju li ma jitkejjilx bl-użu tal-kriterji tal-kompetittività b'konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna statali;

34.

Iqis li l-kriżi finanzjarja u ekonomika għandha sservi bħala opportunità biex jingħata appoġġ immirat għall-qasam tat-trasport u biex tippermetti investiment fi trasport li jkun l-ewwelnett sikur, li jirrispetta l-ambjent u għalhekk li jkun sostenibbli permezz tal-provvista ta’ għajnuna finanzjarja; huwa tal-fehma li l-investimenti l-UE fi proġetti tat-trasport għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-istrateġija UE 2020, billi s-sistemi tat-trasport u tal-mobilità joffru opportunitajiet uniċi għall-ħolqien ta’ impjiegi stabbli;

35.

Huwa konvint li d-definizzjoni ta’ netwerk ewlieni Ewropew fi ħdan in-netwerk ġenerali tat-TEN, li għadha prijorità għall-politika tat-trasport tal-UE, għandha tiġi evalwata skont kriterji ta’ żvilupp sostenibbli fuq livell Ewropew u wkoll reġjonali u lokali, u li l-pjattaformi multimodali u l-portijiet xotti jibqgħu element essenzjali tal-provvista infrastrutturali, peress li dawn jippermettu interkonnessjonijiet effettivi bejn il-mezzi differenti tat-trasport;

36.

Huwa tal-fehma li l-proġetti TEN-T għandhom jibqgħu prijorità tal-politika tat-trasport tal-UE u li hemm ħtieġa urġenti biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ infrastruttura u biex jingħelbu l-ostakoli storiċi u ġeografiċi li għad hemm fil-fruntieri; jenfasizza li t-TEN-T għandhom jiġu integrati f'netwerk pan-Ewropew b'konnessjonijiet li jestendu lil hinn mill-UE, u jqis li dan il-proċess jista' jiġi aċċellerat billi jiżdiedu l-fondi;

37.

Jitlob li t-trasport fuq l-ilmijiet interni navigabbli, il-portijiet interni u l-konnessjonijiet multimodali tal-portijiet tal-baħar mal-intern jingħataw rwol akbar fil-politika Ewropea tat-trasport, kif ukoll appoġġ akbar, sabiex jgħinu biex jitnaqqas l-impatt ambjentali u tiżdied is-sikurezza tat-transport fl-UE; iqis li l-prestazzjoni ambjentali ta’ bastimenti li jinnavigaw fuq l-ilmijiet interni tista' tittejjeb b'mod radikali jekk jiġu installati magni ġodda mgħammra bit-teknoloġija l-aktar moderna li tikkontrolla l-emissjonijiet;

38.

Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iqis it-trasport bil-baħar fuq distanza qasira u proġetti ta’ “awtostradi fil-baħar” f'kuntest usa' li jħaddan il-pajjiżi li ġeografikement huma l-eqreb lejn l-Ewropa; jinnota li dan se jirrikjedi sinerġija aħjar li trid tintlaħaq bejn il-politika reġjonali, il-politika tal-iżvilupp u l-politika tat-trasport;

39.

Jirrikonoxxi li l-ajruporti reġjonali għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ reġjuni periferiċi u tar-reġjuni l-aktar imbiegħda permezz taż-żieda fil-konnettività ma’ ċentri; jikkunsidra li tkun ħaġa partikolarment utli li jiġu applikati soluzzjonijiet intermodali fejn ikun possibbli; huwa tal-opinjoni li l-konnessjonijiet tal- ferroviji (b'veloċità kbira) bejn l-ajruporti joffru opportunità ideali sabiex issir konnessjoni sostenibbli bejn it-tipi differenti tat-trasport.

It-trasport fil-kuntest globali

40.

Jenfasizza li l-ħolqien ta’ żona Ewropea tat-trasport hija prijorità importanti li tiddependi ħafna fuq l-aċċettazzjoni internazzjonali fil-qafas ta’ ftehimiet li għad iridu jiġu konklużi għall-mezzi kollha tat-trasport, b'mod partikolari f'konnessjoni mat-trasport bl-ajru u bil-baħar, u li l-UE għandu jkollha rwol dejjem aktar formattiv fl-entitajiet internazzjonali relevanti;

Objettivi li jistgħu jitkejlu għall-2020

41.

Jitlob li jkun hemm konformità ma’ objettivi aktar ċari u li jistgħu jitkejlu aktar u li għandhom jintlaħqu fl-2020 b'referenza għall-2010, u għalhekk jipproponi:

tnaqqis ta’ 40 % fl-imwiet u fil-korrimenti serji fit-toroq għall-utenti attivi u passivi tat-trasport bit-triq, u li din il-mira għandha tiġi stipulata kemm fil-White Paper dwar it-Trasport li se tiġi ppubblikata kif ukoll fil-Programm ġdid ta’ Azzjoni għas-Sikurezza tat-Toroq;

żieda ta’ 40 % fil-provvista ta’ zoni ta’ parkeġġ għall-vetturi li jġorru l-merkanzija tqila fin-netwerk tat-toroq trans-Ewropew (TERN) f'kull Stat Membru sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u tiġi żgurata l-konformità mal-perjodi ta’ mistrieħ stabbiliti għas-sewwieqa professjonali;

l-irduppjar tan-numru tal-passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja, it-tramm u l-ferrovija (u, jekk rilevanti, il-passiġġieri tal-vapuri) u żieda ta’ 20 % fil-finanzjament għall-kunċetti ta’ trasport li ma joħolqux kunflitt ma’ persuni mexjin fit-triq u dawk li jużaw ir-roti, sabiex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, notevolment id-drittijiet tal-passiġġieri b'diżabilità u b'mobilità mnaqqsa;

tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet tal-exhaust tas-CO2 mit-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija fit-toroq, li jrid jintlaħaq permezz ta’ innovazzjonijiet xierqa, il-promozzjoni ta’ enerġija alternattiva u l-ottimizzazzjoni loġistika tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija;

tnaqqis ta’ 20 % fl-enerġija użata minn vetturi tal-ferrovija meta mqabbla mal-livell u l-kapaċità tal-2010 u tnaqqis ta’ 40 % fl-użu tad-diżil fis-settur ferrovjarju, li għandu jintlaħaq permezz ta’ investimenti mmirati fl-elettrifikazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja;

l-installazzjoni ta’ sistema kompatibbli mal-ERTMS u li tikkontrolla l-veloċità tal-ferrovija b'mod awtomatiku u interoperabbli għar-rolling stock kollu ġdid tal-ferroviji kkummissjonat mill-2011, u għal-linji ta’ konnessjoni ġodda u rijabilitati fl-2011; żieda fl-isforzi finanzjarji tal-UE għall-implimentazzjoni u l-estensjoni tal-pjan ta’ skjerament ERTMS;

tnaqqis ta’ 30 % fl-emissjonijiet ikkawżati mit-trasport bl-ajru madwar l-ispazju tal-ajru tal-UE sa l-2020, wara din id-data, kwalunkwe tkabbir fit-trasport bl-ajru għandu jkun newtrali rigward il-karbonju;

appoġġ finanzjarju għall-ottimizzazzjoni, l-iżvilupp u, fejn meħtieġ, il-ħolqien ta’ konnessjonijiet multimodali (pjattaformi) għat-trasport fil-ilmijiet navigabbli interni, il-portijiet interni u l-ferroviji u żieda ta’ 20 % fin-numru ta’ dawn il-pjattaformi;

mill-inqas 10 % tal-fondi TEN-T jiġi ddedikat għall-proġetti rigward l-ilmijiet interni navigabbli;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-progress lejn l-ilħiq ta’ dawn l-għanijiet u biex kull sena tirrapporta dwarhom lill-Parlament;

*

* *

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0053.

(2)  ĠU C 33 E, 9.2.2006, p.142.

(3)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p.609.

(4)  ĠU C 244 E, 18.10.2007, p.220.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2007)0345.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2007)0344.

(7)  ĠU C 187 E, 24.07.2008, p.154.

(8)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p.1.

(9)  ĠU C 286 E, 27.11.2009, p.45.

(10)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p.79.

(11)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p.74.

(12)  Testi adottati, P6_TA(2009)0119.

(13)  Testi adottati, P6_TA(2009)0258.

(14)  Testi adottati, P6_TA(2009)0308.

(15)  Testi adottati, P6_TA(2009)0307.

(16)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/23


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Rapport annwali dwar l-attivitajiet 2009 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet

P7_TA(2010)0261

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar id-deliberazzjonijiet 2009 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (2009/2139 (INI))

2011/C 351 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 202(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0186/2010),

A.

billi l-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2009 kienet ikkaratterizzata bit-tranżizzjoni mis-sitt leġiżlatura għas-seba' waħda, u l-kompożizzjoni tal-Kumitat inbidlet b'mod konsiderevoli, b'żewġ terzi tal-membri jieħdu posthom għall-ewwel darba,

B.

billi l-2009 kienet ikkaratterizzata bit-tmiem tal-mandat tal-Ombudsman Ewropew filwaqt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kien involut direttament fis-smigħ tal-kandidati għall-kariga,

C.

billi t-Trattat ta’ Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009 u ħoloq il-kundizzjonijiet neċessarji għal parteċipazzjoni ikbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, fi sforz biex tissaħħaħ il-leġittimità u r-responsabilità tagħha,

D.

billi ċ-ċittadini tal-UE huma rrappreżentati direttament mill-Parlament, u d-dritt ta’ petizzjoni kif imħaddan fit-Trattat joffri l-mezzi sabiex jindirizzaw lir-rappreżentanti tagħhom kull meta jqisu li d-drittijiet tagħhom ikunu nkisru,

E.

billi l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea għandu impatt dirett fuq iċ-ċittadini, li jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jevalwaw l-effikaċa u n-nuqqasijiet tagħha u biex jindikaw il-lakuni li baqa' u li jeħtieġ li jiġu solvuti sabiex tiġi żgurata konformità mal-objettivi tal-Unjoni,

F.

filwaqt li jżomm f'moħħu li ċ-ċittadini Ewropej, individwalment jew b'mod kollettiv, iduru fuq il-Parlament għal rimedju meta tinkiser liġi Ewropea,

G.

billi l-Parlament, permezz tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu, għandu obbligu li jinvestiga dan it-tħassib u li jagħmel l-almu tiegħu biex iwaqqaf dan il-ksur tal-liġi; billi, sabiex iċ-ċittadini jiġu offruti l-iktar rimedji xierqa u rapidi, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kompla jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni, ma’ kumitati parlamentari oħrajn, korpi, aġenziji u netwerks Ewropej u mal-Istati Membri,

H.

billi l-għadd ta’ petizzjonijiet li rċieva l-Parlament fl-2009 kien ftit iktar minn dak irreġistrat fl-2008 (jiġifieri 1924 meta mqabbel ma’ 1849), u billi t-tendenza li qed tikber fir-rigward ta’ petizzjonijiet ippreżentati b'mod elettroniku ġiet ikkonfermata (madwar 65 % waslu f'din il-forma fl-2009 meta mqabbla ma’ 60 % fl-2008),

I.

billi l-għadd ta’ petizzjonijiet inammissibbli li waslu fl-2009 jindika li għandu jkun hemm iktar enfasi sabiex iċ-ċittadini jiġu infurmati aħjar dwar il-kompetenzi tal-Unjoni u r-rwol tal-istituzzjonijiet varji tagħha,

J.

billi, bosta drabi, iċ-ċittadini jippetizzjonaw lill-Parlament dwar deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti fl-Istati Membri, u billi ċ-ċittadini għandhom bżonn mekkaniżmi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali biex jagħtu rendikont tal-parti tagħhom kemm fil-proċess leġiżlattiv Ewropew kif ukoll fil-proċess ta’ infurzar leġiżlattiv,

K.

billi ċ-ċittadini għandhom, b'mod partikulari, jkunu konxji – kif rikonoxxut mill-Ombudsman Ewropew fid-deċiżjoni ta’ Diċembru 2009 li għalqet l-investigazzjoni fir-rigward tal-ilment 822/2009/BU kontra l-Kummissjoni – li l-proċedimenti fil-qrati nazzjonali huma parti mill-proċess tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fl-Istati Membri, u li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ma jistax jindirizza kwistjonijiet soġġetti għal proċedimenti fi qrati nazzjonali u lanqas ma jista' jirrevedi r-riżultat ta’ tali proċedimenti,

L.

billi l-ispejjeż għoljin tal-proċeduri tal-qorti b'mod partikulari f'xi Stati Membri, jistgħu jikkostitwixxu ostaklu għaċ-ċittadini u li dan jista' jwaqqafhom milli jressqu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti meta jikkunsidraw li l-awtoritajiet nazzjonali ma rrispettawx id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE,

M.

billi l-Parlament jaffaċċja problema partikulari meta titressaqlu petizzjoni dwar nuqqas allegat mill-ġudikatura nazzjonali biex jitlob deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja f'nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 267 tat-TFUE, speċjalment jekk il-Kummissjoni ma tużax il-poteri tagħha skont l-Artikolu 258 sabiex tieħu azzjonijiet kontra l-Istat Membru kkonċernat,

N.

billi l-proċess tal-petizzjonijiet – permezz tal-mekkaniżmi ta’ ħidma tiegħu u minħabba li d-dritt ta’ petizzjoni huwa mogħti liċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat – huwa differenti minn rimedji oħrajn disponibbli għaċ-ċittadini fil-livell tal-UE, bħalma hija l-preżentazzjoni ta’ lmenti lill-Ombudsman Ewropew jew lill-Kummissjoni,

O.

billi ċ-ċittadini huma intitolati għal rimedju rapidu u orjentat lejn is-soluzzjoni u għal livell għoli ta’ trasparenza u ċarezza min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej kollha u billi l-Parlament talab repetutament lill-Kummissjoni biex tuża l-prerogattivi tagħha bħala gwardjan tat-Trattat sabiex tieħu azzjoni kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni Ewropea żvelat mill-petizzjonanti, speċjalment meta t-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali tirriżulta fil-ksur tagħha,

P.

billi ħafna petizzjonijiet għadhom iqajmu tħassib dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-suq intern u l-ambjent, u filwaqt li jżomm f'moħħu t-talbiet preċedenti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-kontrolli ta’ infurzar f'dawn l-oqsma jissaħħu u jsiru aktar effiċjenti,

Q.

billi, minkejja li l-Kummissjoni tista' biss tivverifika kompletament il-konformità mal-liġi tal-UE meta tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet nazzjonali biss, huwa importanti, b'mod partikulari fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-ambjent u fil-każijiet kollha meta l-aspett ta’ żmien ikun sinifikanti b'mod speċjali, li minn stadju bikri jiġi vverifikat li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali japplikaw b'mod korrett ir-rekwiżiti proċedurali relevanti kollha skont il-liġi tal-UE u, meta jkun meħtieġ, jagħmlu studji ddettaljati dwar l-applikazzjoni u l-impatt tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, sabiex jiksbu t-tagħrif kollu meħtieġ,

R.

filwaqt li jżomm f'moħħu l-importanza li jiġi evitat iktar telf irreparabbli tal-bijodiversità, speċjalment fis-siti tan-Natura 2000, u l-impenn tal-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni ta’ żoni ta’ konservazzjoni speċjali skont id-Direttiva tal-Ħabitats (92/43/KEE) u d-Direttiva dwar l-Għasafar (79/409/KEE),

S.

billi l-petizzjonijiet jenfasizzaw l-impatt tal-leġiżlazzjoni Ewropea fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE, u filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li jittieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiġi kkonsolidat il-progress miksub fit-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini mogħtija lilhom mill-UE,

T.

billi, fir-rapport ta’ ħidma preċedenti tiegħu u fl-opinjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet talab li jinżamm infurmat regolarment dwar l-istadji milħuqa fil-proċeduri ta’ ksur li s-suġġett tagħhom ikun kopert ukoll mill-petizzjonijiet,

U.

filwaqt li jżomm f'moħħu li l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità primarja għat-traspożizzjoni korretta u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea, u filwaqt li jirrikonoxxi li ħafna minnhom kienu involuti dejjem iżjed fil-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2009,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-tranżizzjoni bla xkiel għal-leġiżlatura l-ġdida u jinnota li ħafna mill-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b'differenza mill-ħidma ta’ kumitati parlamentari oħrajn, ġiet ittrasferita għal-leġiżlatura l-ġdida minħabba li l-eżami ta’ għadd konsiderevoli ta’ petizzjonijiet kien għadu ma ġiex komplut;

2.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u għandu fiduċja li l-Parlament se jkun involut mill-qrib fl-iżvilupp tal-inizjattiva taċ-ċittadini l-ġdida sabiex dan l-istrument ikun jista' jilħaq l-għan tiegħu b'mod sħiħ u jiġu żgurati trasparenza u responsabilità ikbar fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jissuġġerixxu titjib jew żidiet fir-rigward tal-liġi tal-UE;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Green Paper dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (1), ippubblikata mill-Kummissjoni fl-aħħar tal-2009, bħala l-ewwel pass sabiex dan il-kunċett jitqiegħed fil-prattika;

4.

Jinnota li l-Parlament irċieva petizzjonijiet b'xejra ta’ kampanja b'iktar minn miljun firma u jinsisti dwar il-bżonn li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu konxji b'mod sħiħ bid-distinzjoni bejn din it-tip ta’ petizzjoni u l-inizjattiva taċ-ċittadini;

5.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (2), li fir-rigward tagħha l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikkontribwixxa opinjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli implimentattivi li jinftiehmu li jidentifikaw b'mod ċar ir-rwoli u l-obbligi tal-istituzzjonijiet involuti fil-proċessi ta’ eżami u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

6.

Jilqa' b'sodisfazzjon is-saħħa legali vinkolanti li akkwistat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u jenfasizza l-importanza tal-Karta li tiċċara iżjed id-drittijiet fundamentali u tagħmilhom iżjed viżibbli għaċ-ċittadini kollha;

7.

Iqis li kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri tagħha għandhom obbligu li jiżguraw li d-drittijiet fundamentali inklużi fil-Karta jiġu osservati b'mod sħiħ, u għandu fiduċja li l-Karta se tgħin biex jiġi żviluppat il-kunċett ta’ ċittadinanza tal-Unjoni;

8.

Għandu fiduċja li se jittieħdu l-passi proċedurali neċessarji kollha sabiex jiġi żgurat li l-aspetti istituzzjonali tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali jiġu ċċarati malajr, u jinnota l-intenzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Parlament fir-rigward ta’ din il-kwistjoni;

9.

Ifakkar fit-talba preċedenti tiegħu li titwettaq reviżjoni sħiħa tal-proċeduri ta’ rimedju disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE mis-servizzi relevanti tal-Parlament u l-Kummissjoni u jenfasizza l-importanza li jitkomplew in-negozjati dwar il-Ftehim Qafas rivedut bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni sabiex jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ id-drittijiet miżjuda taċ-ċittadni tal-UE b'mod partikulari permezz tal-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej;

10.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi meħuda mill-Kummissjoni biex tissimplifika s-servizzi ta’ assistenza pubblika eżistenti, sabiex iċ-ċittadini jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom tal-UE u l-mezzi ta’ rimedju disponibbli f'każ ta’ ksur, permezz tar-raggruppament tal-paġni tal-Internet relevanti varji (bħal dawk tas-SOLVIT u l-ECC-Net) taħt it-titolu “Drittijietek fl-UE” fil-paġna ewlenija tal-Internet tal-UE;

11.

Jinnota li l-Parlament talab repetutament lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema sabiex tissenjala b'mod ċar il-mekkaniżmi varji għall-ilmenti disponibbli għaċ-ċittadini u jemmen li jeħtieġ li jittieħdu passi ulterjuri, bil-għan aħħari li l-paġna tal-Internet “Drittijietek fl-UE” tinbidel f'waħda fejn tkun tista' tinqeda minn kollox permezz tal-Internet u li tkun tista' tintuża faċilment; jistenna bil-ħerqa l-valutazzjonijiet inizjali tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2008 tiegħu (3), li mistennija joħorġu fl-2010;

12.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2008 u jħeġġeġ lill-Ombusman li għadu kif ġie elett mill-ġdid biex ikompli jaħdem sabiex ikabbar il-ftuħ u r-responsabilità tal-amministrazzjoni Ewropea u biex jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u kemm jista' jkun fl-aktar livell viċin taċ-ċittadini;

13.

Jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jappoġġja l-uffiċċju tal-Ombudsman fl-isforzi tiegħu biex iqajjem kuxjenza pubblika fir-rigward tal-ħidma tiegħu u biex jidentifika u jaġixxi kontra l-każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet Ewropej; jemmen li l-Ombudsman jirrappreżenta sors siewi ta’ informazzjoni fil-ħidma ġenerali biex titjieb l-amministrazzjoni Ewropea;

14.

Jinnota li l-petizzjonijiet li waslu fl-2009, li kważi 40 % ġew meqjusa mhux ammissibbli, komplew jiffukaw fuq l-ambjent, id-drittijiet fundamentali u s-suq intern; f'termini ta’ xejra ġeografika, ħafna mill-petizzjonijiet kienu jirrigwardaw l-Unjoni b'mod ġenerali – segwita mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja u r-Rumanija – u dan juri li ċ-ċittadini jsegwu b'attenzjoni l-ħidma tal-Unjoni u jduru lejha sabiex tieħu azzjoni;

15.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma tal-petizzjonanti u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent tal-Unjoni; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-kumitat li ordna studju dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, b'antiċipazzjoni tas-Sena Internazzjonali tal-Bijodiversità u jikkunsidraha bħala għodda utli għall-evalwazzjoni tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-UE s'issa u għall-abbozzar ta’ strateġija ġdida;

16.

Josserva li qed ikun hemm dejjem iżjed petizzjonijiet li jenfasizzaw il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom; dawn il-petizzjonijiet jirreferu għat-tul ta’ żmien eċċessiv min-naħa tal-Istati Membri ospitanti biex joħorġu permessi ta’ residenza lil membri tal-familja minn pajjiżi terzi, għal diffikultajiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ votazzjoni u għar-rikonoxximent tal-kwalifiki;

17.

Itenni t-talbiet preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti prattiċi sabiex il-protezzjoni tal-konsumatur kontra l-prattiki kummerċjali inġusti tiġi estiża għan-negozji ż-żgħar, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kumpaniji tad-direttorju qarrieqa (4), minħabba li l-Kumitat għadu jirċievi petizzjonijiet minn vittmi ta’ inganni tad-direttorji kummerċjali;

18.

Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-Kummissjoni fil-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li għadu joqgħod fuq il-kompetenza tagħha fil-valutazzjoni tal-petizzjonijiet, fl-identifikazzjoni tal-ksur tal-leġiżlazzjoni Ewropea u biex jinstab rimedju, u jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni biex ittejjeb il-ħin totali ta’ reazzjoni għat-talbiet ta’ investigazzjoni tal-Kumitat sabiex il-każijiet li ġew irrappurtati miċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu solvuti kemm jista' jkun malajr;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tintervjeni fi stadju bikri kull meta l-petizzjonijiet jagħtu sinjal ta’ danni potenzjali għal żoni protetti speċjali, billi tfakkar lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati dwar l-impenji tagħhom li jiżguraw l-integrità tas-siti kklassifikati bħala Natura 2000 skont id-Direttiva 92/43/KEE (Ħabitats) u, fejn meħtieġ, billi tieħu miżuri preventivi biex tiżgura r-rispett tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

20.

Jilqa' lill-Kummissarji eletti ġodda – b'mod partikulari l-Kummissarju responsabbli għar-relazzjonijiet u l-amministrazzjoni interistituzzjonali – u jittama li se jikkooperaw mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet mill-viċin u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun u li jirrispettawh bħala wieħed mill-mezzi ta’ komunikazzjoni l-aktar importanti bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej;

21.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma indirizzatx it-talbiet ripetuti tal-Kumitat għal aġġornamenti uffiċjali u regolari dwar il-progress tal-proċedimenti ta’ ksur fir-rigward ta’ petizzjonijiet miftuħa; jinnota li l-pubblikazzjoni ta’ kull xahar tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar proċedimenti ta’ ksur – skont l-Artikoli 258 u 260 tat-Trattat – minkejja li ta’ min ifaħħarha f'termini ta’ trasparenza, ma tirrappreżentax tweġiba adegwata għal dawn it-talbiet;

22.

Jemmen li jekk il-Kumitat isib il-proċedimenti ta’ ksur billi jsegwi l-istqarrijiet għall-istampa tal-Kummissjoni u jqabbilhom ma’ ċerti petizzjonijiet ikun qed jaħli l-ħin u r-riżorsi tiegħu inutilment, speċjalment fil-każ ta’ ksur orizzontali u jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar kwalunkwe ksur tal-proċeduri;

23.

Itenni t-twemmin tiegħu li ċ-ċittadini għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta’ trasparenza mill-Kummissjoni kemm jekk jagħmlu lment formali kif ukoll jekk jippreżentaw petizzjoni lill-Parlament u jistieden lill-Kummissjoni, għal darba oħra, biex tiżgura li jingħata rikonoxximent akbar għall-proċess tal-petizzjonijiet u għar-rwol ta’ dan il-proċess li jiżvela l-ksur tal-leġiżlazzjoni Ewropea li fir-rigward tiegħu sussegwentement jitniedu proċedimenti ta’ ksur;

24.

Ifakkar li, f'ħafna każijiet, il-petizzjonijiet jiżvelaw problemi relatati mat-traspożizzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea u jirrikonoxxi li t-tnedija ta’ proċedimenti ta’ ksur mhux neċessarjament tipprovdi liċ-ċittadini b'soluzzjonijiet immedjati għall-problemi tagħhom, minħabba t-tul ta’ żmien medju li jieħdu dawn il-proċedimenti;

25.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżviluppa mezzi alternattivi sabiex tiġi promossa l-implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni Ewropea, u l-attitudni pożittiva ta’ ċerti Stati Membri li jieħdu l-passi neċessarji biex jikkoreġu l-ksur fi stadju bikri tal-proċess ta’ implimentazzjoni;

26.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-involviment ikbar tal-Istati Membri fl-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-preżenza tar-rappreżentanti tagħhom fil-laqgħat; jemmen li tali kooperazzjoni għandha tissaħħaħ minħabba li l-awtoritajiet nazzjonali huma primarjament responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea ladarba din tiġi trasposta fl-ordni legali tagħhom;

27.

Jisħaq li l-kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri hija importanti ħafna għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jemmen li waħda mis-soluzzjonijiet tista' tkun li tiġi msaħħa l-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali b'mod partikulari fil-kuntest tat-Trattat ta’ Lisbona,

28.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikunu ppreparati li jkollhom parti aktar trasparenti u proattiva meta jirrispondu l-petizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi Ewropea;

29.

Iqis li, fid-dawl tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ta’ dan il-Parlament għandu jsawwar rabtiet ta’ ħidma aktar mill-qrib ma’ kumitati simili fil-parlamenti reġjonali u nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jiġi promoss fehim reċiproku tal-petizzjonijiet dwar il-kwistjonijiet Ewropej u biex tiġi żgurata r-risposta l-aktar veloċi liċ-ċittadin fil-livell l-aktar xieraq;

30.

Jiġbed l-attenzjoni għall-konklużjonijiet fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja u jitlob lill-awtoritajiet Spanjoli biex ikomplu jipprovdu valutazzjonijiet tal-miżuri meħuda, hekk kif kienu qegħdin jagħmlu sa issa;

31.

Jinnota l-għadd dejjem ikbar ta’ petizzjonanti li jduru fuq il-Parlament għal rimedju dwar kwisjonijiet li jaqgħu barra mill-qasam ta’ kompetenza tal-UE, bħalma huma, pereżempju, il-kalkolu tal-benefiċċji tal-irtirar, l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali u l-passività min-naħa tal-amministrazzjonijiet nazzjonali; il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel l-almu tiegħu biex jidderieġi mill-ġdid dawn l-ilmenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

32.

Jemmen li, filwaqt li l-użu estensiv tal-Internet għandu jkun imħeġġeġ minħabba li jiffaċilita l-komunikazzjoni maċ-ċittadini, għandha tinstab soluzzjoni sabiex jiġi evitat li l-Kumitat jitgħabba b'nonpetizzjonijiet; iqis li tista' tinstab soluzzjoni possibbli fir-reviżjoni tal-proċess ta’ reġistrazzjoni fil-Parlament u jħeġġeġ lill-persunal responsabbli biex jidderieġi mill-ġdid il-fajls inkwistjoni lill-Unità tal-Korrispondenza maċ-Ċittadini, minflok ma jippreżentahom lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

33.

Jenfasizza l-bżonn li titkompla l-ħidma fuq iż-żieda tat-trasparenza tal-immaniġġjar tal-petizzjonijiet: internament permezz tal-immodernizzar kontinwu tal-applikazzjoni “E-petition” – li tipprovdi lill-Membri b'aċċess dirett għall-fajls tal-petizzjonijiet – u esternament billi jiġi stabbilit portal tal-petizzjonijiet interattiv u li jkun jista' jintuża faċilment li jippermetti li l-Parlament jilħaq liċ-ċittadini b'mod iktar effikaċi, u li barra minn hekk jagħmel il-proċeduri ta’ votazzjoni u r-responsabilitajiet tal-Kumitat iktar ċari għall-pubbliku;

34.

Iħeġġeġ il-ħolqien ta’ portal li joffri mudell interattiv b'diversi stadji għall-petizzjonijiet, li jkun jista' jinforma liċ-ċittadini dwar dak li jista' jinkiseb jekk issir petizzjoni lill-Parlament u dwar il-kompetenzi tal-Parlament, u li jkun jista' jinkludi konnessjonijiet għal mezzi ta’ rimedju alternattivi fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali; jitlob li jiġu deskritti kemm jista' jkun f'dettal ir-responsabilitajiet tal-Unjoni f'diversi oqsma sabiex tiġi eliminata kwalunkwe konfużjoni bejn il-kompetenzi tal-UE u l-kompetenzi nazzjonali;

35.

Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ta’ inizjattiva bħal din mhux se tkun mingħajr spejjeż iżda jħeġġeġ lis-servizzi amministrattivi relevanti biex jaħdmu mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex isibu l-iktar soluzzjonijiet xierqa, minħabba li portal bħal dan ikun ta’ importanza enormi mhux biss biex jitjieb il-kuntatt bejn il-Parlament u ċ-ċittadini tal-UE iżda wkoll biex jitnaqqas l-għadd ta’ petizzjonijiet inammissibbli;

36.

Jisħaq li sakemm tiġi risolta b'mod sodisfaċenti l-kwistjoni tar-riżorsi, huwa meħtieġ titjib immedjat tal-websajt eżistenti;

37.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-approvazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura ġodda tal-Parlament u r-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tal-petizzjonijiet; iħeġġeġ il-ħidma tas-Segretarjat u r-rappreżentanti tal-gruppi politiċi fuq gwida riveduta għall-Membri dwar ir-regoli u l-proċeduri interni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, minħabba li dokument bħal dan mhux biss jassisti lill-Membri fil-ħidma tagħhom iżda jkompli jżid it-trasparenza tal-proċess tal-petizzjonijiet;

38.

Itenni t-talba tiegħu lid-dipartimenti amministrattivi relevanti biex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi stabbilit reġistru elettroniku li permezz tiegħu ċ-ċittadini jkunu jistgħu jappoġġjaw jew jirtiraw l-appoġġ tagħhom fir-rigward ta’ petizzjoni skont l-Artikolu 202;

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom kif ukoll lill-ombudspersons nazzjonali tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.


(1)  COM(2009)0622 tal-11.11.2009.

(2)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 b'talba lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini (Testi adottati, 7.5.2009, P6_TA(2009)0389).

(3)  Pjan ta’ azzjoni dwar approċċ integrat biex jiġu pprovduti Servizzi ta’ Assistenza għas-Suq Uniku liċ-ċittadini u n-negozji - Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2008)1882.

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kumpaniji ta’ direttorju qarrieqa (ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 17).


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/29


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat

P7_TA(2010)0262

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat (2009/2221(INI))

2011/C 351 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dokument ta’ evalwazzjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona (SEC(2010)0114),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda - L-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa (COM(2008)0868),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Anness għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Ħiliet Ġodda għall-Impjieg Ġodda (SEC(2008)3058),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Impenn Komuni għall-Impjiegi (COM(2009)0257),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008) 0426),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda - L-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa, adottata fi Brussell fid-9 ta’ Marzu 2009,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u fuq ix-xogħol (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni biex jinġieb 'il quddiem is-sehem sħiħ taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, l-impjieg u s-soċjetà (COM(2007)0498), akkumpanjata mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Impjieg taż-żgħażagħ fl-UE (SEC(2007)1093),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-progress imwettaq fl-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni fl-UE (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE) (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni. Metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ (COM(2009)0200),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (3),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-Promozzjoni tal-mobilità taż-żgħażagħ (COM(2009)0329),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat l-Impjiegi fl-Ewropa 2009, Novembru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport indipendenti intitolat Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda: Azzjoni Issa mħejji għall-Kummissjoni, li jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet ewlenin dwar aktar żvilupp tal-inizjattiva fil-kuntest tal-istrateġija futura tal-UE għall-2020 għat-tkabbir u l-impjiegi, Frar 2010,

wara li kkunsidra r-rapport indipendenti intitolat Aċċess għax-Xogħol: Prattiki attwali u ħtiġijiet futuri għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ, Iż-żgħażagħ li għandhom Impjieg u dawk Qiegħda: Naħsbu dwar l-integrazzjoni aħjar tagħhom fis-suq tax-xogħol, ikkummissjonat mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Proġett taż-Żgħażagħ (ir-Rapport Finali dwar iż-Żgħażagħ, Settembru 2008),

wara li kkunsidra r-riċerka tal-Eurofound dwar iż-Żgħażagħ u l-Impjiegi, Marzu 2007,

wara li kkunsidra l-istudju tas-Cedefop dwar Il-professjonalizzazzjoni tal-gwida għall-karrieri: Ħiliet tal-professjonist u r-rotot għall-kwalifiki fl-Ewropa, Marzu 2009,

wara li kkunsidra r-riċerka tas-Cedefop dwar Ħiliet għall-futur tal-Ewropa: antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ ħiliet okkupazzjonali, Mejju 2009,

wara li kkunsidra r-raba' rapport tas-Cedefop dwar l-edukazzjoni vokazzjonali u riċerka dwar it-taħriġ fl-Ewropa: rapport ta’ sintesi intitolat Nimmodernizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, Diċembru 2009,

wara li kkundsidra l-Ħarsa Ġenerali lejn l-Impjieg 2008 tal-OECD intitolata Ser Nibdew bit-Tajjeb? Tranżizzjonijiet għas-Suq tax-Xogħol taż-Żgħażagħ f'Pajjiżi tal-OECD, Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ li għandu l-għan li jippromwovi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fl-edukazzjoni, l-impjiegi u s-soċjetà, Marzu 2005,

wara li kkunsidra l-Petizzjoni 1452/2008 mis-Sra Anne-Charlotte Bailly, ta’ nazzjonalità Ġermaniża, f'isem il-Génération Précaire, dwar apprendistat ġust u aċċess xieraq taż-żgħażagħ għas-Suq Ewropew tax-Xogħol,

wara li kkunsidra s-sentenza (C-555/07) tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età, Jannar 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar id-djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji: sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0197/2010),

A.

billi l-kriżi ekonomika kkawżat żieda qawwija fir-rata tal-qgħad fl-Istat Membri tal-UE; billi ż-żgħażagħ ġew affettwati b'mod sproporzjonat minn din it-tendenza; billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ qed tiżdied aktar bil-qawwi fir-rigward tar-rata medja tal-qgħad; billi aktar minn 5.5 miljun żgħażugħ fl-UE taħt il-25 sena kienu qiegħda f'Diċembru 2009, ekwivalenti għal 21,4 % taż-żgħażagħ kollha, u dan joħloq paradoss li filwaqt li ż-żgħażagħ, minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni, huma l-bażi tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, fl-istess ħin dawn qed jibqgħu fil-marġini ekonomika,

B.

billi hemm ftit possibilitajiet għaż-żgħażagħ biex isibu impjieg permanenti regolari; billi ż-żgħażagħ prinċiparjament jidħlu fis-suq tax-xogħol permezz ta’ forom ta’ impjieg atipiċi, verament flessibbli, insiguri u inċerti (part time marġinali, impjieg temporanju u għal terminu fiss etc.), u l-probabilità li dan ikun pass 'il quddiem lejn impjieg permanenti hija waħda baxxa,

C.

billi jidher li min iħaddem qed juża t-taħriġ u l-internships iktar ta’ spiss biex jissostitwixxi impjieg regolari, billi jisfrutta l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ meta jkunu qed jippruvaw jidħlu fis-suq tax-xogħol; billi tali forom ta’ sfruttament taż-żgħażagħ jeħtieġ li jiġu indirizzati u eliminati b'mod effikaċi mill-Istati Membri,

D.

billi erbgħa mill-għaxar miżuri adottati fis-samit straordinarju tal-UE ta’ Praga fl-2009 dwar l-impjiegi jirrigwardaw l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, l-apprendistati, l-iffaċilitar tal-mobilità, u tbassir aħjar tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u ħiliet komplementari,

E.

billi l-qgħad u rata baxxa ta’ impjiegi taż-żgħażagħ jimponu spejjeż soċjali u ekonomiċi kbar, li jirriżultaw fit-telf ta’ opportunitajiet għal tkabbir ekonomiku, erożjoni tal-bażi tat-taxxa li ddgħajjef l-investiment fl-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi, żieda fl-ispejjeż tal-għajnuna soċjali, investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhuwiex użat biżżejjed u r-riskju ta’ qgħad u esklużjoni soċjali fuq medda twila ta’ żmien,

F.

billi ġenerazzjonijiet iżgħar se jkollhom inaqqsu d-dejn pubbliku enormi kkawżat mill-ġenerazzjoni preżenti,

G.

billi l-previżjonijiet ekonomiċi u demografiċi juru li se jiżdiedu 80 miljun opportunità ta’ xogħol fl-UE fl-għaxar snin li ġejjin, li l-maġġoranza tagħhom ser ikunu jeħtieġu ħaddiema li huma mħarrġa sew fis-sengħa tagħhom; billi r-rata ta’ impjegar għal persuni b'livelli għolja ta’ ħiliet madwar l-Ewropa inġenerali hija ta’ madwar 85 %, għal persuni b'livelli medji hija ta’ 70 % u għal dawk b'livelli baxxi ta’ 50 %,

H.

billi t-tkabbir ekonomiku huwa kruċjali għall-ħolqien tal-impjieg, minħabba li aktar ma jkun hemm tkabbir ekonomiku aktar se jkun hemm possibilitajiet ta’ impjieg; billi aktar minn 50 % tal-impjiegi l-ġodda fl-Ewropa jinħolqu mill-SMEs,

I.

billi t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol u bejn l-impjiegi hija sfida strutturali għaż-żgħażagħ madwar l-UE kollha; billi l-apprendistati għandhom impatt ġeneralment pożittiv fuq l-aċċess taż-żgħażagħ għall-impjieg, partikolarment jekk jippermettu l-akkwist intern dirett tal-ħiliet tax-xogħol u tal-għarfien,

J.

billi l-programmi ta’ edukazzjoni għandhom jitjiebu b'mod sinifikanti, filwaqt li għandhom jiġu inkoraġġiti sħubijiet università-negozju, skemi effiċjenti ta’ apprendistat, self għall-iżvilupp tal-karriera u investiment fit-taħriġ ipprovdut minn dawk li jħaddmu,

K.

billi ż-żgħażagħ sikwit jaffaċċjaw diskriminazzjoni fuq bażi ta’ età meta jidħlu fis-suq tax-xogħol u meta jkunu qed jitnaqqsu l-impjiegi; billi hu iktar probabbli li żgħażagħ nisa jaffaċjaw il-qgħad u l-faqar, jew li jkunu impjegati b'mod każwali jew mhux iddikjarat, minn żgħażagħ irġiel; billi mil-lat l-ieħor iż-żgħażagħ irġiel intlaqtu l-aktar mill-qgħad minħabba l-kriżi ekonomika attwali; billi ż-żgħażagħ b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma’ ostakoli anke ikbar fir-rigward tal-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

L.

billi permezz ta’ xogħol diċenti ż-żgħażagħ, minn dipendenti soċjalment ikunu jistgħu jsiru awtosuffiċjenti, u b'hekk ikunu jistgħu jaħarbu l-faqar u jikkontribwixxu b'mod attiv għas-soċjetà, ekonomikament u soċjalment; filwaqt li leġiżlazzjoni f'ċerti Stati Membri tintroduċi d-diskriminazzjoni skont l-età permezz ta’ limiti għad-drittijiet taż-żgħażagħ li huma bbażati biss fuq l-età, bħal-livelli aktar baxxi ta’ pagi minimi għaż-żgħażagħ fir-Renju Unit, aċċess limitat għar-Revenu de solidarité active fi Franza u l-benefiċċji mnaqqsa għall-qgħad taż-żgħażagħ fid-Danimarka, li kollha kemm huma, minkejja li huma maħsuba biex iħaddmu liż-żgħażagħ, mhumiex aċċettabbli u jistgħu jkollhom l-effett oppost billi jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jidħlu f'ħajja ekonomikament indipendenti, partikolarment fi żminijiet ta’ kriżi fejn ikun hemm livell ogħli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ,

M.

billi l-punti ta’ referenza tal-Istrateġija ta’ Lisbona dwar iż-żgħażagħ u l-modernizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali (ETV) ma ntlaħqux bis-sħiħ,

N.

billi l-flessigurtà kienet l-istrateġija ġenerali għas-swieq tax-xogħol tal-UE li jimmiraw għall-kuntratti flessibbli u affidabbli, it-tagħlim tul il-ħajja, il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol u s-sigurtà soċjali; billi sfortunatament, din l-istrateġija f'bosta pajjiżi ġiet interpretata b'mod ristrett bħala “flessibilità” u b'hekk intilfet kull perspettiva ta’ approċċ olistiku u ta’ sigurtà fl-impjieg u sigurtà soċjali,

O.

billi bħala riżultat tal-bidla demografika wara l-2020, in-nuqqas kbir ta’ ħaddiema b'ħiliet se jaffettwa bil-kbir iż-żona ekonomika Ewropea u din it-tendenza tista' tiġi ffaċċjata biss permezz ta’ livell adegwat ta’ edukazzjoni, taħriġ u taħriġ mill-ġdid,

P.

billi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom ir-rwol tagħhom fl-istruttura ekonomika Ewropea kemm minħabba l-għadd numeruż tagħhom kif ukoll minħabba r-rwol strateġiku tagħhom fil-ġlieda kontra l-qgħad,

1.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu approċċ ibbażat fuq id-drittijiet lejn iż-żgħażagħ u l-impjiegi. L-aspett kwalitattiv ta’ xogħol diċenti għaż-żgħażagħ m'għandux ikun kompromess, l-istandards ewlenin tax-xogħol u standards oħra marbuta mal-kwalità tax-xogħol, bħall-ħin tax-xogħol, il-paga minima, is-sigurtà soċjali, u s-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol, għandhom ikunu kunsiderazzjonijiet ċentrali fl-isforzi li qed isiru;

Il-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar u l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol

2.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu strateġija tal-impjiegi għall-UE li tgħaqqad strumenti finanzjarji u politiki tal-impjieg sabiex jiġi evitat it-“tkabbir tal-qgħad”, u li tinvolvi t-twaqqif ta’ punti ta’ referenza ambizzjużi għall-impjiegi taż-żgħażagħ; jinkoraġġixxi bis-sħiħ li l-istrateġija tax-xogħol ikollha fokus speċjali fuq l-iżvilupp ta’ impjiegi ekoloġiċi u impjiegi fl-ekonomija soċjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-Parlament ikun involut fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

3.

Jenfasizza kemm huwa importanti għall-Istati Membri li jiżviluppaw impjiegi ħodor, pereżempju billi jipprovdu taħriġ f'teknoloġiji ambjentali;

4.

Jistieden lill-Istati Membri biex joħolqu inċentivi effiċjenti, bħas-sussidji tal-impjieg jew il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għaż-żgħażagħ li jiggarantixxu kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol diċenti; sabiex min iħaddem fis-settur pubbliku u privat ikun imħeġġeġ biex iħaddem liż-żgħażagħ, jinvesti kemm fil-ħolqien tal-impjiegi ta’ kwalità tajba għaż-żgħażagħ, u kemm fit-taħriġ u t-titjib kontinwu tal-ħiliet tagħhom matul l-impjieg u sabiex jappoġġa l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ; jinnota r-rwol speċjali u l-importanza tal-intrapriżi żgħar rigward l-għardien espert u l-għarfien tradizzjonali; iħeġġeġ biex jiġi żgurat l-aċċess taż-żgħażagħ għall-Faċilità Ewropea għall-Mikrofinanzja li ġiet stabbilita reċentement;

5.

Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni intraprenditorjali, li hija parti integrali mill-proċess tal-ksib tal-ħiliet meħtieġa għal tipi ġodda ta’ impjiegi;

6.

Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw politiki ambizzjużi dwar it-taħriġ taż-żgħażagħ;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi u tappoġġa – fil-kunsiderazzjoni tas-sħubijiet nazzjonali ta’ benefiċċju bejn l-iskejjel, l-universitajiet, l-intrapriżi u l-imsieħba soċjali – proġetti pilota fis-setturi l-ġodda ta’ żvilupp strateġiku li jipprovdu taħriġ xieraq xjentifiku u teknoloġiku u orjentat lejn l-impjieg għaż-żgħażagħ, u speċjalment għan-nisa, sabiex jiġu promossi l-innovazzjoni u l-kompetittività fi ħdan l-intrapriżi, bl-użu ta’ għotjiet għall-istudju, apprendistati b'livell ta’ edukazzjoni ogħla u kuntratti tax-xogħol mhux atipiċi;

8.

Jistieden lill-universitajiet biex jagħmlu kuntatt ma’ min iħaddem fi stadju bikri u jipprovdu l-opportunità lill-istudenti biex jiksbu l-ħiliet li jeħtieġu għas-suq tax-xogħol;

9.

Jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu miżuri mifruxa ħafna maħsuba biex jistimulaw l-ekonomija, bħal tnaqqis fit-taxxa u tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs, sabiex ikun hemm tkabbir u jinħolqu impjiegi ġodda, b'mod speċjali għaż-żgħażagħ;

10.

Jittama li l-mikroself jittieħed b'suċċess miż-żgħażagħ; iqis li l-fundaturi tan-negozji l-ġodda għandhom jingħataw pariri konsistenti u professjonali;

11.

Jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu politiki inklussivi u mmirati għas-suq tax-xogħol li jiżguraw l-inklużjoni dinjituża u xogħol li għandu skop għaż-żgħażagħ, eż. permezz tat-twaqqif ta’ netwerks inspirazzjonali, arranġamenti għal min jitħarreġ li jinkludu għajnuna finanzjarja sabiex min jitħarreġ ikun jista'jmur joqgħod xi mkien ieħor u joqgħod qrib il-post fejn ikun qed isir it-taħriġ, ċentri internazzjonali tal-karrieri u ċentri taż-żgħażagħ għal gwida individwali dwar kwistjonijiet bħall-organizzazzjoni u l-għarfien kollettivi tal-aspetti legali li jirrigwardaw it-taħriġ tagħhom;

12.

Jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ biex ikollhom aċċess għall-fondi sabiex joħolqu u jiżviluppaw in-negozju tagħhom stess; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jadottaw miżuri biex jiġi ffaċilitat l-aċċess taż-żgħażagħ għall-fondi, u biex f'kooperazzjoni mal-komunità tan-negozju jitwaqqfu programmi ta’ konsulenza għaż-żgħażagħ dwar il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi;

13.

Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ħiliet tal-persuni li jitilqu kmieni mill-iskola u biex iħejjuhom għall-impjieg permezz ta’ proġetti innovattivi;

14.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu kooperazzjoni bejn l-iskejjel u min iħaddem fil-pjanijiet bikrija tagħhom għat-tfassil mill-ġdid tal-iskemi ta’ taħriġ; iqis li l-awtoritajiet lokali u tad-distrett għandhom jiġu inklużi fl-ippjanar tal-edukazzjoni u t-taħriġ billi huma għandhom il-kuntatti fin-netwerk ta’ min iħaddem u jafu dan x'jeħtieġ;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tespandi l-kapaċità finanzjarja, u tiżgura użu aħjar tal-Fond Soċjali Ewropew, tassenja minimu ta’ 10 % ta’ dan il-fond għal proġetti li għandhom liż-żgħażagħ fil-mira u biex tiffaċilita l-aċċess għall-fond; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jipperikolawx it-twettiq ta’ proġetti żgħar u innovattivi b'kontroll eċċessiv u biex jirrevedu wkoll l-effikaċja u l-valur miżjud tal-programmi, bħall-programm “Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni”, f'termini tal-opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimmiraw aħjar lejn iż-żgħażagħ;

16.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-kooperazzjoni ma’ min jipprovdi edukazzjoni dwar in-negozju bħala l-għodda t-tajba għall-ġlieda kontra l-qgħad strutturali;

L-Edukazzjoni u t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol

17.

Jitlob lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi biex inaqqsu t-tluq kmieni mill-iskola sabiex jiksbu l-miri stabbilit fl-Istrateġija tal-UE 2020 ta’ mhux aktar minn 10 % ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola sal-2012; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu mill-firxa wiesgħa ta’ miżuri biex jiġġieldu t-tluq kmieni mill-iskola u l-analfabetiżmu, eż. inaqqsu n-numru ta’ studenti f'kull klassi, jipprovdu għajnuna għall-istudenti li ma jistgħux iħallsu biex itemmu l-edukazzjoni obbligatorja, iżidu l-enfasi fuq aspetti prattiċi fis-sillabu, jintroduċu konsulenti fl-iskejjel kollha, jistabbilixxu segwitu immedjat ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola; juża lill-Finlandja bħala eżempju ta’ pajjiż li naqqas b'suċċess in-numru ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola billi tiġi studjata magħhom il-possibilità li tinstab direzzjoni ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina proġett fuq l-aqwa prattiki;

18.

Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu r-rabtiet bejn is-sistema edukattiva u d-dinja tax-xogħol u jfasslu mezzi biex wieħed jipprevedi d-domanda għall-ħiliet u għall-kapaċitajiet;

19.

Jitlob biex isiru sforzi biex jiġi żgurat li t-tfal kollha jingħataw l-inkoraġġiment li jeħtieġu mill-bidu nett, u b'mod partikolari biex jitħares l-inkoraġġiment maħsub għat-tfal li għandhom problemi fil-lingwa jew diżabilitajiet oħra, sabiex dawn it-tfal jingħataw l-aqwa opportunitajiet possibbli fir-rigward tal-edukazzjoni u l-karriera;

20.

Jitlob għal aktar apprendistati li jkunu aħjar; jirreferi għall-esperjenzi pożittivi bis-sistema doppja fi ħdan l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) f'pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Awstrija u d-Danimarka fejn is-sistema titqies bħala parti importanti mit-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-iskemi ta’ apprendistat u jħeġġu lill-kumpaniji biex jipprovdu opportunitajiet ta’ taħriġ liż-żgħażagħ saħansitra fi żmien il-kriżi; jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ adegwat għall-iżgurar ta’ forza tax-xogħol ta’ kapaċitajiet għolja li l-kumpaniji se jeħtieġu fil-futur; jenfasizza li l-apprendistati ma għandhomx jieħdu post impjiegi normali;

21.

Jitlob għal internships aħjar u aktar siguri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, sabiex wara l-impenn mogħti bil-Komunikazzjoni COM(2007)0498, “tipproponi […] inizjattiva għal statut ta’ kwalità Ewropew dwar l-apprendistati”, biex iħejju Karta Ewropea ta’ Kwalità dwar it-Taħriġ, bi standards minimi għall-internships, sabiex jiżguraw il-valur edukattiv tagħhom u jevitaw l-isfruttament, billi jitqies li l-internships jiffurmaw parti mill-edukazzjoni u ma għandhomx jieħdu post l-impjiegi proprji. Dawn l-istandards minimi għandhom jinkludu spjegazzjoni tad-deskrizzjoni tax-xogħol jew il-kwalifiki li għandhom jinkisbu, limitu ta’ żmien għall-internships, paga minima abbażi tal-istandard tal-ħajja fil-post fejn issir l-internship li jikkonformaw mat-tradizzjonijiet nazzjonali, assigurazzjoni fil-qasam tax-xogħol, benefiċċji tas-sigurtà soċjali skont l-istandards lokali u rabta ċara mal-programm edukattiv inkwistjoni;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi statistika dwar l-internships f'kull Stat Membru li tinkludi:

in-numru ta’ internships

it-tul tal-internships

il-benefiċċji soċjali għall-interns

l-allowances imħallsa lill-interns

il-gruppi tal-età tal-interns

u biex jagħmlu studju komparattiv dwar l-iskemi differenti ta’ internship li jeżistu fl-Istati Membri tal-UE;

23.

Jistieden lil kull Stat Membru biex jimmonitorja l-konformità;

24.

Jissuġġerixxi lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sistema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni u ta’ rikonoxximent tal-għarfien u l-ħiliet miksuba permezz tat-tagħlim u t-taħriġ, sistema li tikkontribwixxi wkoll għal żieda fil-mobilità tal-forza tax-xogħol taż-żgħażagħ;

25.

Jitlob li ż-żgħażagħ jitħarsu kontra dawk l-impjegaturi – pubbliċi u privati – li permezz ta’ programmi għall-kisba ta’ esperjenza tax-xogħol, apprendistati jew skemi ta’ taħriġ ikopru ħtiġijiet essenzjali u bażiċi bi spejjeż baxxi jew kważi mingħajr spejjeż billi jisfruttaw ir-rieda taż-żgħażagħ għat-tagħlim mingħajr ma jkun hemm l-ebda perspettiva għal inklużjoni sħiħa, fil-futur, taż-żgħażagħ li jkunu fil-forza tax-xogħol tagħhom;

26.

Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-mobilità tax-xogħol u tat-taħriġ taż-żgħażagħ madwar l-Istati Membri u l-ħtieġa li jittejbu r-rikonoxximent u t-trasparenza tal-kwalifiki, tal-ħiliet u tad-diplomi fl-UE; jitlob li jkunu rduppjati l-isforzi favur l-iżvilupp tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u tal-Qafas Ewropew ta’ Referenza għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tisħiħ tal-programm “Leonardo da Vinci”;

27.

Jitlob lill-Istati Membri biex iħaffu l-armonizzazzjoni tal-profili ta’ kwalifiki nazzjonali u l-profili ta’ kwalifiki Ewropej sabiex iżidu aktar il-mobilità taż-żgħażagħ fl-oqsma tal-edukazzjoni u x-xogħol;

28.

Jenfasizza r-rwol tal-fornituri edukattivi tas-settur privat peress li s-settur privat is-soltu huwa aktar innovattiv fit-tfassil ta’ korsijiet u aktar flessibbli fil-provvista tagħhom;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu liż-żgħażagħ li qed jitħarrġu jew li qed jagħmlu internship jew apprendistat drittijiet sħaħ b'rabta max-xogħol u s-sigurtà soċjali billi jissussidjaw, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti, perċentwali mill-kontribuzzjonijiet tagħhom għas-sigurtà soċjali;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorbtu l-apprendistati, l-iskemi ta’ taħriġ u l-programmi għall-kisba ta’ esperjenza tax-xogħol mas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

31.

Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu s-sistemi tagħhom ta’ gwida edukattiva f'livell primarju u sekondarju, bil-għan li jkunu megħjuna ż-żgħażagħ u l-familji tagħhom fl-għażla ta’ triq edukattiva u ta’ taħriġ li verament tkun taqbel mal-ħiliet, il-kapaċitajiet u x-xewqat reali tagħhom u b'hekk tnaqqas ir-riskju ta’ tluq kmieni u falliment;

32.

Jirrikonoxxi li, fi żminijiet ta’ kriżi, iż-żgħażagħ ifittxu l-edukazzjoni u għandhom ikunu inkoraġġuti biex jagħmlu dan; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw aċċess ugwali għall-edukazzjoni għal kulħadd billi jiggarantixxu dritt minimu ta’ edukazzjoni bla ħlas mill-edukazzjoni ta’ qabel l-iskola sal-università u jiżguraw appoġġ finanzjarju għal studenti żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri biex jinvestu aktar fl-edukazzjoni u t-taħriġ, anke jekk restrizzjonijiet fiskali u soċjali huma preżenti, biex jimplimentaw il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki mill-iktar fis possibbli u biex jistabbilixxu oqfsa tal-ħiliet nazzjonali, fejn meħtieġ;

33.

Ifakkar li l-għan tal-proċess ta’ Kopenħagen huwa li jinkoraġġixxi lil individwi biex jagħmlu użu minn firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet disponibbli ta’ tagħlim vokazzjonali (eż. fl-iskola, f'edukazzjoni ogħla, fuq il-post tax-xogħol, jew permezz ta’ korsijiet privati);

34.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tespandi l-programmi tal-UE li jappoġġaw l-edukazzjoni u titjib fil-ħiliet bħat-Tagħlim tul il-Ħajja, il-Fond Soċjali Ewropew, l-Azzjonijiet Marie Curie u Erasmus Mundus u l-Inizjattiva ta’ Edukazzjoni Xjentifika;

35.

Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu Task Forces Nazzjonali dwar iż-Żgħażagħ biex jiżguraw koerenza msaħħa bejn is-sistema edukattiva u s-suq tax-xogħol, u b'hekk tiġi promossa responsabilità aktar b'saħħitha u maqsuma bejn il-gvern, min iħaddem u l-individwi, biex isir investiment fil-ħiliet; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu korpi konsultattivi fi ħdan l-iskejjel kollha biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol u biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn atturi pubbliċi u privati;

36.

Jikkunsdra li huwa ferm importanti li s-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ tiġi adattata għas-suq tax-xogħol li qed jinbidel malajr u għad-domanda għal professjonijiet ġodda;

37.

Iqis li t-tagħlim tal-lingwi huwa kruċjali biex jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol u għall-promozzjoni tal-mobilità u l-opportunitajiet indaqs tagħhom;

Adattament għall-ħtiġijiet tal-individwu u s-suq tax-xogħol

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu liż-żgħażagħ b'informazzjoni dwar id-domanda fis-suq tax-xogħol, bil-patt li jiġu introdotti mekkaniżmi ta’ reviżjoni xierqa għall-iżviluppi ta’ monitoraġġ fl-impjiegi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki u strateġiji bbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, li fihom l-edukazzjoni u l-impjiegi huma integrati aħjar, fejn tranżizzjoni sikura hija punt ewlieni u fejn hemm titjib kontinwu tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol għall-kisba tal-kompetenzi ewlenin mitluba mis-suq tax-xogħol;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-ħidma tagħha dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, inklużi t-tagħlim mhux formali u l-esperjenza tax-xogħol, bil-għan li titmexxa 'l quddiem il-mobilità taż-żgħażagħ;

40.

Jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu r-rikonoxximent tal-kisbiet edukattivi fil-qafas tat- tagħlim mhux formali u dak informali sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu juru aktar l-edukazzjoni u l-kompetenzi tagħhom, kif mitlub meta jkunu qed ifittxu impjieg fis-suq tax-xogħol;

41.

Jitlob għal appoġġ u prestiġju akbar fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali;

42.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-istrateġija tal-flessigurtà flimkien mas-sħab soċjali, sabiex tpoġġi s-sigurtà tat-tranżizzjoni fuq nett tal-aġenda filwaqt li toħloq mobilità u aċċess aktar faċli għaż-żgħażagħ; jenfasizza li l-flessibilità mingħajr is-sigurtà soċjali mhix mod sostenibbli biex jiġu miġġielda l-problemi li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, iżda huwa mod ta’ kif qed jiddgħajfu d-drittijiet taż-żgħażagħ b'rabta max-xogħol u s-sigurtà soċjali;

43.

Jappella lill-Istati Membri biex jinkludu l-erba' komponenti tal-flessigurtà fil-pjanijiet nazzjonali għall-istrateġiji tal-impjiegi taż-żgħażagħ, jiġifieri:

a.

arranġamenti flessibbli u affidabbli,

b.

programmi komprensivi ta’ taħriġ jew tagħlim tul il-ħajja li jiżguraw l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet,

c.

politiki effikaċi tas-suq tax-xogħol u tar-rati ta’ xogħol li jiffukaw fuq il-ħiliet, impjiegi ta’ kwalità u l-inklużjoni,

d.

mekkaniżmi effikaċi ta’ mobilità tax-xogħol,

e.

sistemi tas-sigurtà soċjali li jipprovdu liż-żgħażagħ b'siġurtà fit-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ impjieg għal oħra, mill-qgħad għall-impjieg jew mit-taħriġ għall-impjieg, aktar milli jġegħluhom ikunu flessibbli,

f.

mekkaniżmi effikaċi ta’ monitoraġġ li jiggarantixxu d-drittijiet tal-ħaddiema;

44.

Jitlob lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex jiżguraw xogħol ta’ kwalità sabiex jevitaw li ż-żgħażagħ jaqgħu fin-“nassa tal-prekarjetà”; jitlob lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali, abbażi ta’ liġijiet nazzjonali li diġà jeżistu u f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, biex jistabbilixxu u jimplimentaw standards aħjar li jipproteġu lil dawk li jaħdmu f'impjiegi mhux siguri u ta’ kwalità baxxa;

45.

Jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt, fuq medda twila ta’ żmien, tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u tal-preżenza ta’ relazzjoni ġusta bejn il-ġenerazzjonijiet;

46.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ djalogu soċjali b'saħħtu u strutturat fuq il-postijiet kollha tax-xogħol bil-għan li l-ħaddiema żgħażagħ jitħarsu mill-isfruttament u x-xogħol temporanju li ta’ spiss ikun ta’ natura prekarja; jenfasizza l-ħtieġa li s-sħab soċjali jindirizzaw lill-ħaddiema żgħażagħ u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar sforzi biex jiżguraw it-traspożizzjoni korretta u l-implimentazzjoni effikaċi tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni, fir-rigward tal-impjiegi, abbażi tal-età; huwa tal-fehma li ħafna aktar għandu jsir biex jiġi żgurat li kemm l-impjegati u kemm min iħaddem ikunu konxji mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni;

48.

Jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex japplikaw strateġiji biex jinfurmaw u jedukaw liż-żgħażagħ dwar id-drittijiet tagħhom fuq ix-xogħol kif ukoll dwar id-diversi modi alternattivi li hemm għall-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex irawmu r-rikonċiljazzjoni bejn id-dinja tax-xogħol u l-edukazzjoni sabiex il-mogħdijiet tat-taħriġ, bħal taħriġ doppju, jistgħu jitfasslu sabiex jikkombinaw n-nozzjonijiet teoretiċi mal-esperjenza prattika, sabiex iż-żgħażagħ jakkwistaw ħiliet ġenerali u esperti speċifiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu wkoll fl-appoġġ għal kampanja ta’ għarfien dwar it-taħriġ vokazzjonali (VET) u studji tekniċi u intraprenditorjali, sabiex dawn il-mogħdijiet għall-karriera ma jibqgħux interpretati bħala għażla ta’ skwalifika, iżda bħala ċans li jimtela' l-vojt fis-suq għall-impjiegi tekniċi, domanda li kulma jmur dejjem qed tiżdied, u sabiex l-ekonomija Ewropea terġa' taqbad;

50.

Jitlob lill-Istati Membri u s-sħab soċjali biex iwettqu ppjanar u implimentazzjoni aktar intensiv ta’ programmi biex jiżdied l-aċċess taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, permezz ta’ politiki attivi tal-impjieg, b'mod partikolari f'dawk ir-reġjuni u s-setturi b'qgħad għoli fost iż-żgħażagħ;

51.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jassorbu l-impatt li se jkollu l-qgħad fost iż-żgħażagħ fuq id-drittijijiet tal-pensjoni ta’ dik il-ġenerazzjoni u billi jikkunsidraw sew iż-żmien mgħoddi fl-istudju jagħtu liż-żgħażagħ inċentiv biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom għal perjodu twil;

52.

Jitlob lis-sħab soċjali biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jinfurmaw liż-żgħażagħ dwar id-drittijiet tagħhom li jipparteċipaw fid-djalogu soċjali, u biex jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni ta’ din il-parti kbira tal-popolazzjoni attiva ekonomikament fl-istrutturi tal-korpi rappreżentattivi tagħhom;

Żvantaġġi u diskriminazzjoni

53.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-liġi nazzjonali eżistenti li taffettwa liż-żgħażagħ u b'mod partikolari leġiżlazzjoni nazzjonali bbażata fuq id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (2000/78/KE) ma tintużax biex jiġi ddiskriminat l-aċċess tal-ħaddiema żgħażagħ għall-benefiċċji soċjali; huwa tal-fehma li ħafna aktar għandu jsir biex jiġi żgurat li kemm l-impjegati u kemm min iħaddem ikunu konxji mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni;

54.

Jitlob lill-Istati Membri biex jipprovdu inizjattivi li jistgħu jiżguraw li l-immigranti ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż ospitanti tagħhom, li l-kwalifiki li huma kisbu f'pajjiżhom huma rikonoxxuti u li jkollhom l-aċċess għal ħiliet ewlenin, għalhekk ikunu jistgħu japplikaw l-integrazzjoni soċjali tagħhom u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol;

55.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jipprovdu opportunijiet adegwati u aħjar ta’ kura tat-tfal, bħal skejjel għall-ġurnata kollha, għal ġenituri żgħażagħ bi prezz aċċettabbli, u b'hekk tiġi ffaċilitata l-possibilità li l-ġenituri żgħażagħ, partikolarment l-ommijiet, jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol;

56.

Jappella biex l-assistenza mogħtija mill-Istati Membri lill-ġenituri żgħażagħ f'għamla ta’ kura tat-tfal jew crèches tkun sostanzjali biżżejjed li ma tiskoraġixxihomx milli jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol;

57.

Jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sforz għal terminu qasir iffukat fuq iż-żgħażagħ irġiel qiegħda fis-setturi affettwati mill-kriżi, mingħajr ma jittraskuraw il-problemi fit-tul esperjenzati miż-żgħażagħ nisa fl-aċċess għas-suq tax-xogħol;

58.

Jitlob lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri ta’ azzjoni affirmattivi għaż-żgħażagħ f'dawk l-oqsma tas-suq fejn iż-żgħożija ftit li xejn hija rappreżentata, sabiex jingħelbu l-konsegwenzi ta’ diskriminazzjoni ta’ qabel fuq bażi tal-età u tinħoloq forza tax-xogħol tabilħaqq bi kwalitajiet differenti, li jippermettu adattamenti raġjonevoli xierqa għaż-żgħażagħ b'diżabilità;jenfasizza l-esperjenza tajba fir-rigward ta’ azzjoni affirmattiva fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

59.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati programmi speċifiċi għal persuni b'diżabilità bil-għan li jkabbru l-possibilitajiet tagħhom ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol;

60.

Jenfasizza l-importanza li jiġu inkoraġġiti t-traineeships u l-mobilità għaż-żgħażagħ involuti fl-iskejjel jew fit-taħriġ għal attivitajiet artistiċi bħaċ-ċinema, il-mużika, iż-żfin, it-teatru jew iċ-ċirklu;

61.

Iqis li għandu jkun hemm appoġġ akbar għal programmi tal-voluntiera f'oqsma varji, inklużi, inter alia, l-oqsma soċjali, kulturali u sportivi;

62.

Jappella lid-diversi fergħat tal-industrija biex jistabbilixxu sħubijiet ġenerazzjonali fin-negozji u l-organizzazzjonijiet u biex b'dan il-mod jiġi ġġenerat skambju attiv ta’ għarfien espert u b'mod produttiv tiġi kkombinata l-esperjenza ta’ ġenerazzjonijiet differenti;

63.

Jirrikonoxxi l-importanza li ż-żgħażagħ jkunu kapaċi jkunu indipendenti finanzjarjament u jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha jkunu individwalment intitolati għal livell diċenti ta’ dħul li jiżguralhom il-possibilità li huma jgħixu ħajja ekonomikament indipendenti;

64.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu, jekk jixtiequ, jirċievu assistenza effettiva fl-għażla tal-karriera tagħhom, biex isiru jafu dwar id-drittijiet tagħhom u biex jamministraw id-dħul minimu tagħhom;

Strateġiji u għodod ta’ governanza fil-livell tal-UE

65.

Jissuġġerixxi li l-Kunsill u l-Kummissjoni jressqu Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ li tiżgura d-dritt għal kull żagħżugħ fl-UE li jiġi offrut impjieg, appendistat, taħriġ addizzjonali jew xogħol u taħriġ ikkumbinati wara perjodu massimu ta’ 4 xhur bla impjieg;

66.

Jilqa' l-progress li qed isir biex tiġi definita l-Istrateġija tal-UE għall-2020 iżda jiddispjaċih li ma kienx hemm evalwazzjoni pubblika u trasparenti tal-Istrateġija ta’ Lisbona, u b'mod partikolari tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, inklużi l-punti ta’ referenza għaż-żgħażagħ, u jiddispjaċih li l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ma kinux ikkonsultati biżżejjed matul il-proċess ta’ żvilupp tal-Istrateġija tal-UE għall-2020;

67.

Jitlob lill-Istati Membri biex jintroduċu u jivvalutaw punti ta’ referenza ġodda u vincolanti għaż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni biex kull sena tevalwa l-punti ta’ referenza eżistenti għaż-żgħażagħ u l-Garanzija taż-Żgħażagħ sabiex dawn iwasslu biex jintlaħqu riżultati u progress ibbażati fuq informazzjoni statistika li hija diżaggregata u analizzata, speċjalment skont il-ġens u l-grupp ta’ età;

68.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaqblu li u jaħdmu fuq għodod ta’ governanza u ta’ informazzjoni ġodda u mtejba għax-xogħol fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ;

69.

Jissuġġerixxi l-formazzjoni ta’ grupp ta’ ħidma permanenti taż-żgħażagħ tal-UE li jinvolvi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-imsieħba soċjali biex jimmonitorja żviluppi dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ, jippermettu politiki trasversali, iqasmu l-aqwa eżempji prattiki u jibdew politiki ġodda;

70.

Jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ jiġu involuti fit-tfassil tal-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex il-ħtiġijiet tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati aħjar; jirrakkomanda f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni tikkonsulta mar-rappreżentanti tal-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ dwar il-prijoritajiet għaż-żgħażagħ;

71.

Jitlob lill-Istati Membri biex jivvalutaw l-impatti tal-politika fuq iż-żgħażagħ, jinkludu liż-żgħażagħ fil-proċessi kollha u jistabbilixxu kunsilli taż-żgħażagħ biex jimmonitorjaw politiki marbuta maż-żgħażagħ;

72.

Jitlob lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jagħtu eżempju tajjeb bit-tneħħija tar-reklamar tagħhom għat-taħriġ bla ħlas mill-websajts rispettivi tagħhom u jħallsu:

allowance minima abbażi tal-ispejjez skont il-livell tal-għajxien fejn isir l-internship,

benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-interns kollha tagħhom;

*

* *

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(2)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 23.

(3)  ĠU C 137 E, 27.5.2010, p.68.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0187.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/39


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri u forom ġodda ta’ djalogu soċjali

P7_TA(2010)0263

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta’ djalogu soċjali (2009/2220(INI))

2011/C 351 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Impenn Komuni għall-Impjiegi' (COM(2009)0257),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari l-Artikolu 30 dwar il-protezzjoni fil-każ ta’ tkeċċija inġusta, l-Artikolu 31 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa, u l-Artikolu 33 dwar il-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku' (COM(2008)0800) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwarha tal-11 ta’ Marzu 2009 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Nixprunaw l-irkupru Ewropew' (COM(2009)0114),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Sħubija għall-bidla f'Ewropa wara t-tkabbir – It-titjib tal-kontribut tad-djalogu soċjali Ewropew' (COM(2004)0557),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Lejn Prinċipji Komuni ta’ Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà' (COM(2007)0359) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwarha tad-29 ta’ Novembru 2007 (3),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni 'Li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21' (COM(2006)0708), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwarha tal-11 ta’ Lulju 2007 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2008-2010,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (COM(2008)0639) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwarha tat-8 ta’ April 2009 (5),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2009 (il-flessigurtà fi żminijiet ta’ kriżi),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni għall-Flessigurtà, 'L-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-flessigurtà fil-qafas tar-rawnd tal-perjodu 2008-2010 tal-Istrateġija ta’ Lisbona', tat-12 ta’ Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tal-5 u s-6 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tas-sħab soċjali Ewropej fir-rapport bl-isem, “Sfidi ewlenin li qed jiffaċċjaw is-swieq tax-xogħol Ewropej: analiżi konġunta tas-sħab soċjali Ewropej”, tat-18 ta’ Ottubru 2007,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali f'Berlin, tat-18-20 ta’ Jannar 2007, dwar 'ix-xogħol ta’ kwalità',

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0193/2010),

A.

billi l-impjieg mhux standard kiber b'mod sinifikanti mill-1990 u l-impjiegi mitlufa bħala riżultat tal-kriżi ekonomika attwali kienu primarjament dawk fis-settur atipiċi; billi tipi ġodda ta’ kuntratti b'waħda, jew b'aktar minn waħda, mill-karatteristiki li ġejjin huma kklassifikati bħala impjiegi “atipiċi”: xogħol part-time, xogħol każwali, xogħol temporanju, xogħol b'kuntratti għal perjodu fiss, xogħol mid-dar u teleworking, impjieg part-time ta’ 20 siegħa jew anqas fil-ġimgħa,

B.

billi l-ħtieġa għal impjieg flessibbli ġiet enfasizzata f'bosta okkażjonijiet,

C.

billi l-globalizzazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi mgħaġġla qed jikkawżaw ristrutturar ekonomiku estensiv, filwaqt li qed jikkawżaw tibdiliet fir-relazzjonijiet tal-impjiegi u fl-għamla tal-kompiti tal-ħaddiema, flimkien ma’ mewġiet suċċessivi ta’ negozji indipendenti ġodda b'persuna waħda fis-setturi u fil-gruppi tal-età kollha, u qed tinħoloq il-ħtieġa għal definizzjoni mill-ġdid tar-relazzjonijiet tal-impjiegi, bl-għan li jiġu evitati d-distorsjonijiet (bħall-fenomenu tal-ħaddiema indipendenti 'foloz'),

D.

wara li kkunsidra l-kriżi finanzjarja u ekonomika, li saret kriżi serja tal-impjiegi b'telf kbir ta’ impjiegi u li wasslet għal swieq tax-xogħol instabbli u biex il-faqar u l-esklużjoni soċjali komplew jiżdiedu, b'mod partikolari għall-individwi li diġà kienu vulnerabbli u l-gruppi żvantaġġati,

E.

billi l-għadd ta’ nies li jaħdmu u li jgħixu fil-faqar qed jiżdied, u laħaq it-8 % tal-forza tax-xogħol Ewropea, u l-proporzjon ta’ dawk li jaqilgħu pagi baxxi attwalment huwa ta’ madwar 17 %,

F.

billi għandu jkun żviluppat approċċ sostanzjali u komplementari tal-UE, li jiffoka sew fuq il-governanza effikaċi u taħlita ta’ miżuri politiċi li jappoġġaw lil xulxin fl-oqsma tal-politiki ekonomiċi, ambjentali, tal-impjiegi u soċjali u tal-intraprenditorjat, konsistenti mal-prinċipji tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES), li l-iskop tagħha hu li ġġiegħel lill-Istati Membri jkollhom l-istess għanijiet ibbażati fuq l-erba' prinċipji tal-impjieg, l-intraprenditorjat, l-adattabilità u l-opportunitajiet ugwali,

G.

billi r-rata tal-qgħad fl-UE 27 żdiedet għal 10 % (2009), u l-qgħad x'aktarx jilħaq l-ogħla livell tiegħu qabel l-ewwel nofs tal-2011,

H.

billi analiżi tal-bidliet fl-impjiegi skont il-livell edukattiv turi li n-numru ta’ persuni bi ftit kompetenzi professjonali li għandhom impjieg naqas f'dawn l-aħħar snin,

I.

billi kull sena l-medja hi li bejn wieħed minn kull ħamsa u kwart tal-ħaddiema Ewropej ibiddlu l-impjieg,

J.

billi r-rata ta’ tranżizzjoni bejn il-qgħad u l-impjieg hija għolja, b'terz min-nies qiegħda u 10 % tal-popolazzjoni inattiva jsibu impjieg fi żmien sena, iżda billi għadd kbir ta’ ħaddiema, speċjalment dawk b'impjieg atipiku, jitilfu x-xogħol tagħhom mingħajr ma jsibu ieħor ġdid,

K.

billi, fl-UE 27, 45 % tal-perjodi kollha ta’ qgħad idumu iktar minn sena, meta mqabbla ma’ madwar 10 % fl-Istati Uniti,

L.

billi r-rata ta’ bdil fl-impjiegi hija ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel (differenza ta’ ħames punti perċentwali) u fost il-ħaddiema żgħażagħ (li għandhom inqas minn 24 sena) u tonqos aktar ma l-livell edukattiv jogħla, dan juri li l-bidla spiss tiġi sfurzata aktar milli magħżula u hija marbuta ma’ kuntratti insikuri fuq medda qasira ta’ żmien, u li ż-żgħażagħ sikwit ma jsibux impjieg li jaqbel mal-kwalifiki akkademiċi tagħhom,

M.

billi huwa stmat li wieħed minn kull sitt ħaddiema għandu responsabilitajiet ta’ kura għal xi qarib jew ħabib akbar minnu jew dipendenti minnu,

N.

billi f'xi Stati Membri kien hemm żieda fl-inċidenza ta’ xogħol mhux iddikjarat, li tista' twassal għal problemi ekonomiċi (b'mod partikolari, fiskali), soċjali u politiċi serji,

O.

billi l-valutazzjoni tal-flessigurtà hija kumplessa u huwa essenzjali li jkun hemm approċċ olistiku, speċjalment fid-dawl tat-tibdiliet li l-kriżi attwali tista' wkoll tikkawża fl-imġiba tal-kumpaniji billi tistimulahom jimpenjaw ruħhom f'relazzjonijiet tax-xogħol dejjem inqas protetti u tassew prekarji,

P.

billi, fil-kuntest tal-politiki tal-impjiegi, l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel, u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja edukattiva, professjonali u tal-familja, kif ukoll il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni jeħtieġ li jiġu promossi b'mod attiv,

Q.

billi, filwaqt li d-djalogu soċjali żviluppa b'modi differenti fl-Ewropa, b'mod ġenerali d-diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji li qed jiżdiedu wasslu għal djalogu tripartitiku intensifikat,

R.

billi n-negozjar kollettiv huwa l-aktar mod komuni biex jiġu determinati l-pagi fl-Ewropa – tnejn minn kull tliet ħaddiema huma koperti minn ftehim kollettiv tal-pagi, jew fil-livell tal-kumpanija jew f'livell ogħla,

S.

billi l-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Impjiegi tal-UE u l-Ministri għall-Affarijiet Soċjali li saret f'Berlin fid-19 ta’ Jannar 2007 kkonkludiet li “L-Ewropa teħtieġ aktar sforzi konġunti biex tippromwovi xogħol ta’ kwalità. Xogħol ta’ kwalità jfisser id-drittijiet tal-ħaddiem u l-parteċipazzjoni, pagi ġusti, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol kif ukoll organizzazzjoni tax-xogħol favur il-familja. Kundizzjonijiet tax-xogħol tajba u ġusti, kif ukoll ħarsien soċjali xieraq, huma indispensabbli sabiex iċ-ċittadini Ewropej jaċċettaw l-Unjoni Ewropea”,

T.

billi l-kunċett ta’ xogħol ta’ kwalità għandu jipprovdi l-gwida fundamentali għall-fażi li jmiss tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi,

A.     Il-kuntratti atipiċi

1.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2010 biex jipprovdi gwida ċara u miżuri konkreti bil-għan li jiġu salvagwardati l-impjiegi u jinħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi fil-qafas ta’ Strateġija UE2020 ambizzjuża li tqis l-impatt tal-kriżi fuq l-ekonomija, is-soċjetà u s-suq tax-xogħol;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-isforzi li saru mill-Missjoni għall-Flessigurtà; jistieden l-Istati Membri jistabbilixxu implimentazzjoni aktar ibbilanċjata u ġusta tal-prinċipji tal-flessigurtà, u jirrimarka li t-tagħlim reċiproku u l-iskambji tal-aħjar prattika, kif ukoll il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (OMC) huma għodda essenzjali biex jiġu kkoordinati l-approċċi politiċi differenti tal-Istati Membri; jinnota, madankollu, li l-OMC jista' jitjieb u li, biex tiżdied l-effikaċja, il-governanza tal-ħtiġijiet tal-OMC jeħtiġilha tissaħħaħ;

3.

Jinnota l-varjetà wiesgħa tat-tradizzjonijiet tax-xogħol, tal-forom kuntrattwali u tal-mudelli tan-negozju li jeżistu fis-swieq tax-xogħol, waqt li jenfasizza l-ħtieġa, f'dan l-isfond ta’ diversità, li tingħata prijorità lill-protezzjoni tal-mudelli Ewropej u d-drittijiet tax-xogħol stabbiliti;jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ approċċ minn isfel għal fuq fl-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda tal-impjiegi sabiex jiġi faċilitat id-djalogu u l-involviment tal-awtoritajiet politiċi u soċjali fil-livelli kollha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jappoġġaw il-pożizzjoni speċjali tal-ħaddiema freelance indipendenti bħala forza vitali fl-irkupru ekonomiku, bħala “dħul” jew alternattiva għas-suq tax-xogħol; jinnota li l-ħidma indipendenti qed jikber fil-popolarità, speċjalment fost il-ħaddiema żgħażagħ u n-nisa u bħala tranżizzjoni mix-xogħol għall-irtirar; jemmen li l-ħaddiema freelance indipendenti għandhom jiġu trattati bħala subsett uniku tal-mikronegozji u jitlob għal miżuri li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas il-piż tar-regolamentazzjoni u biex jinkoraġġixxu u jappoġġaw ħaddiema freelance indipendenti jibdew/ikabbru negozji freelance indipendenti u jippromwovu tagħlim tul il-ħajja għal dan il-grupp;

5.

Jenfasizza l-importanza ta’ xogħol indipendenti, b'mod partikolari għal negozji mikro u żgħar, u jenfasizza l-importanza tal-professjonijiet liberali, bil-karatteristiki partikolari tagħhom; jenfasizza li t-terminu “professjoni liberali” tfisser sempliċement xogħol ta’ ħila partikolari li jista' jitwettaq ukoll b'mod indipendenti;

6.

Jikkunsidra li l-impjegati kollha, irrispettivament mill-istatus ta’ impjieg tagħhom, għandhom jiġu garantiti sett ta’ drittijiet ewlenin; jirrakkomanda li l-prijoritajiet għar-riforma tal-liġi tax-xogħol, fejn hi meħtieġa, għandha tiffoka fuq: l-estensjoni urġenti tal-protezzjoni tal-ħaddiema f'forom atipiċi ta’ impjieg; ir-raggruppament ta’ kuntratti atipiċi bl-iskop ta’ simplifikazzjoni; il-ħolqien sostenibbli ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg normali; il-kjarifika tas-sitwazzjoni tal-impjiegi dipendenti, inkluża l-azzjoni ta’ prevenzjoni fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza ta’ ħaddiema atipiċi; l-azzjoni kontra xogħol mhux iddikjarat; l-appoġġ għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, inklużi dawk taħt kuntratti atipiċi, u l-faċilitazzjoni ta’ tranżizzjonijiet bejn it-tipi differenti ta’ impjieg u l-qgħad, permezz tal-promozzjoni ta’ politiki, bħal pereżempju l-konċessjonijiet speċjali tal-impjieg, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol; jinkoraġġixxi passi li jiċċaraw is-sitwazzjoni tal-impjiegi dipendenti, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida ċari dwar l-ambitu tar-relazzjonijiet tal-impjiegi, kif irrakkomandat mill-ILO fir-Rakkomandazzjonijiet tagħha tal-2006;

7.

Jilqa' l-introduzzjoni min-naħa ta’ xi Stati Membri ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu lill-impjegati li għandhom responsabilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra biex jirrikonċiljaw dawn ir-responsabilitajiet mal-obbligi professjonali tagħhom permezz ta’ arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw b'mod attiv il-carers fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli, inklużi drittijiet ta’ lif u arranġamenti għal xogħol b'ħinijiet flessibbli, part-time u mid-dar, li jippermettu li aktar carers iżommu jew jerġgħu lura għall-impjieg imħallas tagħhom fl-Istati Membri kollha;

8.

Jinnota d-distinzjoni li tagħmel il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bejn relazzjonijiet atipiċi tal-impjiegi u dawk atipiċi ħafna; jemmen li bosta forom ta’ relazzjonijiet atipiċi tal-impjiegi huma modi importanti għal carers, studenti u oħrajn li jiddependu minn kuntratti għal żmien qasir u xogħol part time, pereżempju, biex ikollhom dħul żejjed; jenfasizza li huwa vitali li l-ħaddiema f'relazzjonijiet ta’ impjieg atipiċi għandu jkollhom id-drittijiet minimi u għandhom ikunu protetti kontra l-isfruttament;

9.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu t-tranżizzjonijiet f'impjiegi produttivi u ta’ sodisfazzjon ta’ kwalità għolja u biex jiżviluppaw id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tax-xogħol li effettivament jissalvagwardaw id-drittijiet tal-persuni li huma impjegati f'forom atipiċi ta’ xogħol, filwaqt li jiżguraw trattament ugwali ma’ ħaddiema b'kuntratti standard full-time fuq il-bażi tal-livell massimu ta’ protezzjoni tal-ħaddiema;

10.

Jirrakkomanda li l-ħaddiema b'kuntratti atipiċi jkunu koperti bid-Direttivi eżistenti tal-UE li jkopru l-kategoriji tal-ħaddiema fl-UE, inklużi d-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol (93/104/KE), id-Direttiva dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (2008/104/KE), id-Direttiva dwar ix-xogħol part time (97/81/KE) u d-Direttiva tal-Kunsill dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (1999/70/KE);

11.

Jinnota li x-xejra lejn żieda fil-proporzjon ta’ kuntratti mhux standard jew atipiċi għandha dimensjoni qawwija interġenerazzjonali u hija marbuta mal-ġeneru sesswali, peress li l-ħaddiema nisa, dawk ta’ età kbira u l-ħaddiema żgħażagħ huma rrappreżentati b'mod sproporzjonat fl-impjiegi mhux standard; jinnota li xi setturi jgħaddu minn bidliet strutturali mgħaġġla; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestigw ir-raġunijiet għal din ix-xejra, biex jieħdu miżuri speċifiċi xierqa fl-oqsma rilevanti għall-ġlieda kontra dan l-iżbilanċ, billi jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għal impjieg permanenti u, b'mod partikolari, billi jippromwovu miżuri li jippermettu sew lill-irġiel u sew lin-nisa jirrikonċiljaw ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, permezz ta’ konċentrazzjoni akbar fuq id-djalogu soċjali ma’ rappreżentanti tal-ħaddiema fil-kumpaniji, u biex jissorveljaw u jippubbliċizzaw is-suċċess ta’ dawn il-miżuri; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-rikors għal kuntratti mhux standard jew atipiċi ma jservix biex jaħbi l-impjiegi illeċiti iżda pjuttost biex jippromwovi, permezz tal-iskambju tal-ħiliet, it-tranżizzjoni ta’ żgħażagħ u persuni qiegħda lejn integrazzjoni effikaċi fid-dinja tax-xogħol billi jipprovdu lill-kumpaniji Ewropej b'kuntest ta’ flessibilità u sigurtà li jsaħħaħ kemm l-impjegabilità kif ukoll il-kompetittività tagħhom;

12.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni aktar effikaċi tad-Direttiva 97/81/KE dwar ix-xogħol part-time u d-Direttiva 1999/70/KE dwar ix-xogħol għal żmien fiss, filwaqt li jikkunsidraw b'mod partikolari l-prinċipju fundamentali tan-nondiskriminazzjoni; jenfasizza l-importanza tat-taħriġ u tat-tagħlim tul il-ħajja li jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet minn impjieg għal ieħor, li huwa partikolarment importanti għall-ħaddiema għal perjodu fiss;

13.

Jenfasizza li r-rikorrenza ta’ forom atipiċi ta’ impjieg għandha tkun għażla personali, u mhux impożizzjoni ddettata mill-ostakli li kulma jmorru qegħdin jiżdiedu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għal ċerti gruppi, jew in-nuqqas ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja; jinnota b'mod partikolari li, għal ħaddiema żvantaġġati f'diversi aspetti, kuntratti atipiċi mfassla individwalment li jiġu pprovduti minn impriżi soċjali ta’ integrazzjoni fix-xogħol jistgħu jkunu possibilità ta’ għażla billi huma l-ewwel skaluna għall-kisba ta’ impjieg;

14.

Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u jitlob li tiġi implimentata minnufih;

15.

Jinnota li forom atipiċi ta’ impjieg għandhom jagħtu b'kuntratt lill-ħaddiema d-dritt għal kors ta’ taħriġ u jenfasizza li l-forom mhux standard ta’ xogħol jistgħu, jekk ikunu protetti kif suppost u jkunu jinkludu appoġġ fl-oqsma tas-sigurtà soċjali, id-drittijiet tal-ħaddiema u t-tranżizzjoni għal impjieg protett u stabbli, jikkostitwixxu opportunità, iżda għandhom jimxu id f'id mal-appoġġ għall-ħaddiema li jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet ta’ tranżizzjoni minn impjieg jew status ta’ xogħol għal ieħor, permezz ta’ politiki speċifiċi għall-impjieg attiv; jiddeplora l-fatt li dan sikwit jingħata l-ġenb;

16.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki ta’ intervent attiv li jagħtu lill-ħaddiema, b'mod partikolari n-nisa, li jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol intitolament għal appoġġ individwali matul il-perjodu li jkun meħtieġ biex jiżviluppaw it-taħriġ u/jew ir-rikwalifikazzjoni tagħhom; il-persuni qiegħda għandhom jiġu appoġġati kemm permezz ta’ sistema soda ta’ sigurtà soċjali kif ukoll permezz ta’ sistema effiċjenti ta’ politiki attivi, sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol malajr anke jekk il-kuntratti preċedenti tagħhom kienu atipiċi, u l-kunsiderazzjoni importanti għandha tkun li l-persuni jinżammu fis-suq tax-xogħol u li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom għal forom ta’ impjiegi deċenti, stabbli, protetti, u ta’ kwalità għolja; jekk id-dħul mill-ġdid tagħhom isir permezz ta’ kuntratti atipiċi, dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu kundizzjonijiet irregolati tajjeb u kundizzjonijiet ta’ xogħol sikuri;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-għajnuna tas-sħab soċjali, tanalizza u tissorvelja t-tipi differenti ta’ strumenti żviluppati fil-politiki nazzjonali ta’ attivazzjoni;

18.

Jistieden lill-Unjoni u l-Istati Membri biex, bl-għajnuna tas-sħab soċjali, jiġġieldu b'mod effikaċi kontra l-impjieg illeċitu, b'mod partikolari permezz ta’ pieni ta’ prevenzjoni li jservu ta’ deterrent, u jemmen li strateġiji ta’ definizzjoni, inkluż fil-livell Ewropew, li jopponu l-impjieg illeċitu jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-impjiegi illeċitu u biex jonqsu r-relazzjonijiet ta’ impjieg mhux sikur, b'mod speċjali dak 'atipiku'; hu tal-fehma li l-ġlieda kontra impjiegi illeċiti għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li joħolqu impjiegi alternattivi vijabbli u sostenibbli, u li jappoġġaw lill-persuni biex ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol miftuħ;

19.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, sostenibbli u sikuri, jekk ikun meħtieġ wara perjodu ta’ taħriġ li jkun immirat għal impjieg sostenibbli u full-time, inklużi l-impjiegi ekoloġiċi u dawk fis-settur tas-saħħa, u li tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali;

20.

Jenfasizza li mhux il-forom kollha ta’ impjieg atipiku jwasslu bilfors għal impjiegi instabbli, insikuri u każwali b'livell aktar baxx ta’ ħarsien taa-sigurtà soċjali, b'pagi baxxi u aċċess limitat għal aktar taħriġ u tagħlim tul il-ħajja; jenfasizza, madankollu, li forom prekarji ta’ impjieg bħal dawn huma sikwit marbuta ma’ arranġamenti kuntrattwali atipiċi;

21.

Jinnota li l-qgħad għoli u s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol jeħtieġ li jingħelbu billi l-ħaddiema kollha jingħataw drittijiet ugwali u jsir investiment fil-ħolqien tal-impjiegi, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, ineħħu gradatament kull forma ta’ impjieg prekarju;

22.

Jinnota li t-tneħħija gradata tal-impjiegi prekarji teħtieġ impenn qawwi mill-Istati Membri biex jipprovdu “skaluni”, permezz tal-politiki tagħhom dwar is-suq tax-xogħol, għat-tranżizzjoni minn impjiegi prekarji għal impjiegi regolari permanenti b'titjib fid-drittijiet tal-ħaddiema u l-ħarsien soċjali;

23.

Jenfasizza l-fatt li l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jirrikonċiljaw ix-xogħol mal-ħajja privata; jikkritika, madankollu, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għan-nuqqas tagħhom li jieħdu azzjoni sinifikattiva u effikaċi biex dan l-impenn jonorawh fil-prattika;

24.

Jinnota li t-titjib fir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata jista' jinkiseb bl-aħjar mod billi jiġi aġġornat il-mudell tal-impjieg standard: kuntratti permanenti b'impjieg full-time iqsar bħala n-norma ġenerali, u l-introduzzjoni ta’ normi għall-impjieg part-time, hekk li x-xogħol part-time sostanzjat u soċjalment protett (15-25 siegħa fil-ġimgħa) jiġi offrut lil dawk li jixtiequ jaħdmu part-time; jisħaq fuq il-ħtieġa li x-xogħol full-time u x-xogħol part-time jitqiegħdu fl-istess livell f'dak li jikkonċerna s-salarju fis-siegħa, id-dritt għall-edukazzjoni u għat-tagħim tul il-ħajja, l-opportunitajiet ta’ karrieri u l-protezzjoni soċjali;

B.     Il-flessigurtà u l-karrieri professjonali sikuri

25.

Jemmen li huwa essenzjali li l-perspettiva attwali dwar il-flessigurtà tiġi aġġornata fil-livell Ewropew fid-dawl tal-kriżi preżenti, biex tiġi faċilitata ż-żieda kemm tal-produttività kif ukoll tal-kwalità tal-impjiegi billi jiġu garantiti s-sigurtà u l-protezzjoni tal-impjieg u tad-drittijiet tal-ħaddiema, b'appoġġ speċjali għal persuni li huma żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, filwaqt li tippermetti l-flessibilità organizzattiva li l-kumpaniji għandhom bżonn biex joħolqu l-impjiegi bħala reazzjoni għall-bżonnijiet tas-suq li dejjem qed jinbidlu; huwa tal-opinjoni wkoll li l-implimentazzjoni ġusta u bbilanċjata tal-prinċipji tal-flessigurtà tista' tiffaċilita li s-swieq tax-xogħol isiru aktar robusti fil-każ ta’ tibdil strutturali; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li l-flessibilità u r-rekwiżiti ta’ sigurtà u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol mhumiex kontradittorji u jistgħu jirrinforzaw lil xulxin jekk jiġu stabbiliti permezz ta’ paragun ġust tal-opinjonijiet tas-sħab soċjali, il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet Ewropej, flimkien mat-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta’ prattiki tajba; jemmen li fis-snin reċenti dawk ir-rekwiżiti ma ġewx riflessi adegwatament fir-riżultati tat-tkabbir tal-impjiegi fl-Ewropa;

26.

Jenfasizza li hemm problema li qed tikber b'rata mgħaġġla fir-rigward tal-ħaddiema indipendenti “foloz”, li ta’ spiss jiġu sfurzati minn min iħaddimhom jaħdmu b'kundizzjonijiet ħżiena ħafna; dawk li jħaddmu u li jużaw il-kapaċità tax-xogħol ta’ impjegati indipendenti “foloz” għandu jkollhom pieni imposti fuqhom;

27.

Jemmen li l-flessigurtà ma tistax topera kif suppost mingħajr ma tingħata protezzjoni soċjali b'saħħitha u appoġġ lil min jerġa' jidħol fis-suq tax-xogħol, li huma elementi essenzjali waqt it-tranżizzjonijiet mill-edukazzjoni għall-impjieg, bejn xogħol u ieħor, u mill-impjieg għall-irtirar;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tistinka biex tinkiseb l-implimentazzjoni bbilanċjata tal-politiki tal-flessigurtà billi tippreżenta analiżi tas-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni fid-diversi Stati Membri u billi tiċċekkja li l-miżuri tal-flessibilità jkunu ġew akkompanjati adegwatament minn miżuri ta’ sigurtà, u biex tgħin lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali fl-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ flessigurtà sabiex jiġu applikati f'konformità mad-drittijiet soċjali miksuba fil-livell Ewropew u skont in-natura speċifika tad-diversi swieq tax-xogħol u t-tradizzjonijiet diversi fir-rigward ta’ politiki tax-xogħol u ta’ negozjati kollettivi u tal-istruttura tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, u jenfasizza li t-tagħlim reċiproku, l-iskambju ta’ prattika tajba u l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni huma għodod essenzjali għall-koordinazzjoni tad-diversi approċċi strateġiċi tal-Istati Membri;

29.

Jemmen li, speċjalment fil-kuntest tal-qagħda ekonomika preżenti, l-implimentazzjoni tal-flessigurtà fl-Istati Membri hija saħansitra aktar meħtieġa u li s-sħab soċjali jappoġġaw biss ir-riformi tal-liġijiet tax-xogħol u tas-suq tax-xogħol jekk huma jkunu jridu jnaqqsu b'mod effikaċi d-differenzi fit-trattament bejn it-tipi differenti ta’ kuntratti; jirrimarka li l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ flessibilità teħtieġ protezzjoni soċjali xierqa, biex jiġi żgurat li n-nies jistgħu jgħixu u jiżviluppaw, flimkien ma’ appoġġ speċjali għal dawk li jfittxu x-xogħol u liġijiet tax-xogħol solidi għal kull tip ta’ impjieg ibbażati fuq qafas istituzzjonali ċar, u jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn mekkaniżmi ta’ protezzjoni akbar biex tiġi evitata t-tbatija;

30.

Jenfasizza li t-talba għal livell għoli ta’ flessibilità fuq il-post tax-xogħol m'għandhiex tasal sal-punt li tirrestrinġi bil-kbir il-ħajja u l-iżvilupp tan-nies u li tagħmilha diffiċli ħafna li jistabbilixxu u jsostnu familja, li jieħdu ħsieb il-qraba u li jipparteċipaw fil-ħajja tas-soċjetà;

31.

Jenfasizza l-importanza tal-aspett tas-sigurtà fil-flessigurtà, li jeħtieġ li jipprovdi għajnuna lill-ħaddiema li jkunu qed ifittxu x-xogħol u li jkunu f'sitwazzjonijiet ta’ tranżizzjoni u jiggarantixxi li jkollhom kundizzjonijiet deċenti tal-għajxien; dan l-appoġġ għandu jinkuldi miżuri adegwati ta’ taħriġ biex in-nies ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għan-neċessitajiet tas-suq tax-xogħol;

32.

Jemmen li l-kumpaniji jibżgħu minn nuqqas ta’ qbil persistenti bejn il-ħtiġijiet tagħhom u l-kompetenzi offruti minn dawk li jfittxu x-xogħol, li m'għandhomx aċċess għall-kreditu li jippermettilhom jirreklutaw u jinvestu u ma jinvestux biżżejjed fis-suq tax-xogħol, u jenfasizza l-importanza, fil-kuntest tal-kriżi ekonomika kurrenti, tal-iżvilupp ta’ viżjoni fit-tul mis-sistema ta’ produzzjoni Ewropea; il-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għan-negozju, riżorsi finanzjarji adegwati u l-għoti ta’ kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol;u t-tisħiħ taċ-ċertezza legali u tat-trasparenza kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-ħaddiema fir-rigward tal-ambitu, il-kopertura u l-infurzar tal-liġi tax-xogħol;

33.

Jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni, is-sejba u l-pieni għall-impjieg illeċitu; jistieden lill-Kummissjoni tfassal sett ta’ inizjattivi konkreti, inklużi regoli speċifiċi li jittrattaw il-“kumpaniji li jservu ta’ kaxxa tal-ittri”, dispożizzjonijiet dwar responsabilità konġunta u separata fil-katini tas-sottokuntrattar u l-ħolqien ta’ Aġenzija tal-UE għall-prevenzjoni u s-sejba tal-impjieg illeċitu;

34.

Jemmen li, minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja, f'xi Stati Membri l-kumpaniji mhux qed jirnexxilhom isibu fis-suq tax-xogħol il-forom tal-kuntratt li l-aktar jippermettulhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-flessibilità meħtieġa biex jirrispondu għall-bidliet mhux mistennija fid-domanda tas-suq, għal-limitazzjoni tal-ispejjeż, u għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-ħaddiema;

35.

Jitlob, fil-kuntest tal-organizzazzjoni moderna tax-xogħol, li jinħolqu arranġamenti kuntrattwali flessibbli u siguri li jiżguraw it-trattament ugwali; jemmen bil-qawwa li l-kuntratti tax-xogħol ta’ perjodu indefinit għandhom jibqgħu l-forma ewlenija ta’ impjieg u jqis li, fil-kuntest tal-organizzazzjoni moderna tax-xogħol, għandha ssir dispożizzjoni għall-kuntratti li huma flessibbli f'termini ta’ arranġamenti tax-xogħol u li huma siguri fir-rigward tad-drittijiet u l-protezzjoni tal-impjieg; jirrikonoxxi li d-definizzjoni tal-qafas legali għall-kuntratti ta’ impjieg għal żmien indefinit u l-mod li bih huma marbuta mal-kunċett tal-flessigurtà fil-liġi nazzjonali tax-xogħol huma ta’ importanza kruċjali għall-aċċettazzjoni tagħhom min-negozji u minn dawk li jħaddmu;

36.

Jikkundanna bil-qawwa s-sostituzzjoni ta’ impjiegi regolari b'forom ta’ kuntratti atipiċi li jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet tax-xogħol aktar baxxi u inċerti u mhux għal kundizzjonijiet regolari tal-impjieg u li huma b'detriment tal-pubbliku ġenerali, l-impjegati u l-kompetituri; jenfasizza li prattika abbużiva bħal din tikser u tista' tiddestabilizza l-mudell soċjali Ewropew, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jużaw il-mezzi kollha neċessarji biex jiġġieldu kontra din il-prattika abbużiva għal żmien fit-tul, pereżempju billi jimponu pieni aktar ibsin;

37.

Jemmen b'mod qawwi li, meta jitqiesu t-tradizzjonijiet differenti fl-Istati Membri, kwalunkwe forma ta’ impjieg għandu jkollha marbuta magħha għadd ta’ drittijiet, li għandhom jinkludu: il-pagi għall-għajxien u l-eliminazzjoni tad-differenzi fil-pagi abbażi tas-sess u l-etniċità; il-protezzjoni soċjali xierqa; in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali fit-tfittxija għall-impjieg u fl-impjieg, fit-taħriġ u fl-iżvilupp tal-karriera; il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol/tal-mistrieħ, id-drittijiet tal-pensjoni, il-libertà tal-assoċjazzjoni u tar-rappreżentanza, in-negozjar kollettiv, l-azzjoni kollettiva, l-aċċess għat-taħriġ u l-progress fil-karriera, kif ukoll il-protezzjoni f'każ ta’ telf ta’ impjieg;

38.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jinvestu fil-ħiliet u fit-taħriġ biex jappoġġaw l-impjiegi stabbli u sostenibbli; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri jinvestu fil-persuni billi jimplimentaw u jiffinanzjaw b'mod vigoruż strateġiji ta’ tagħlim maħsuba għall-ħtiġijiet tas-suq, u r-rikonoxximent ta’ ħiliet u kompetenzi mhux formali, filwaqt li jirrispettaw l-approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja; jistieden ukoll lill-Istati Membri jintroduċu miżuri f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiggarantixxu li kull żagħżugħ li jitlaq mill-iskola jkollu aċċess għal xogħol, edukazzjoni għolja jew inkella biex jieħu taħriġ vokazzjonali;

39.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki li jippermettu n-nies kollha, inklużi dawk l-aktar dgħajfa u l-iktar żvantaġġati, li jkollhom aċċess effikaċi għas-suq tax-xogħol u li jsibu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol flessibbli u l-kura, il-ħajja privata u tal-familja, li jiżguraw appoġġ qawwi għall-opportunitajiet ugwali u għas-servizzi kollha meħtieġa għal dak l-iskop, pereżempju permezz ta’ miżuri li jakkumpanjawhom bħal-lif tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri, ħinijiet flessibbli tax-xogħol, u faċilitajiet għall-kura tat-tfal li jkunu aċċessibbli, disponibbli u bi ħlas raġonevoli;

40.

Jistieden lill-Istati Membri jfasslu politiki bl-għan li joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol; jirrikonoxxi r-responsabilità u r-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom dawk li joħolqu l-impjiegi, inklużi dawk li huma b'kuntratti atipiċi;

41.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jippermettu lill-ħaddiema jerġgħu jibdew jaħdmu wara l-lif tal-ġenituri, wara li jkunu ħadu taħriġ ta’ aġġornament jekk ikollhom bżonn;

42.

Jirrakkomanda bil-qawwa li l-inizjattiva tal-UE għall-impjiegi għandha tinkludi intervent bikri b'appoġġ għal dawk li huma qiegħda fil-mument meta fil-fatt jintilfu l-impjiegi, jekk xejn sabiex jitnaqqas ir-riskju li l-persuni jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol u li jintilef il-kapital uman li dawn jikkostitwixxu;

43.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-iskemi ta’ appoġġ, speċjalment għal dawk li għandhom ftit kompetenzi professjonali, permezz ta’ approċċi ta’ mogħdija, konsultazzjonijiet personalizzati, taħriġ (mill-ġdid) intensiv tal-ħaddiema, impjiegi ssussidjati u għotjiet tal-bidu għal min jaħdem għal rasu u għan-negozji; jenfasizza speċifikament, madankollu, li din l-għajnuna trid tkun strutturata b'mod li l-impjiegi regolari ma jiġux sostitwiti;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeliminaw il-piżijiet amministrattivi, fejn ma jservux biex jipproteġu l-interessi tal-ħaddiema, biex jiffaċilitaw l-ambjent tan-negozju, speċjalment għall-SMEs, iżda jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li t-tibdil ma jkollux implikazzjonijiet fuq is-sikurezza jew is-saħħa tal-impjegati; jiġbed l-attenzjoni li l-SMEs huma, minħabba l-għadd kbir tagħhom, l-aġenti ewlenin fil-ġlieda kontra l-qgħad fl-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati, meta jkunu qed jitfasslu l-politiki tal-impjieg li jikkonċernawhom, il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u dawk tat-territorju li huma lokalizzati fih;

45.

Jistieden lill-Istati Membri jirrappurtaw dwar l-istat attwali fir-rigward tal-ħsieb u tal-implimentazzjoni tal-mogħdijiet tal-flessigurtà;

46.

Jiddispjaċih għall-approċċ dejjaq tal-Kunsill u l-Kummissjoni lejn il-flessigurtà; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkommettu lilhom infushom għal aġenda ta’ Xogħol ta’ Kwalità u li jinkorporawha fil-ġenerazzjoni li jmiss tal-Linji gwida Integrati u l-Istrateġija Ewropea tal-Impjiegi: il-promozzjoni tas-sigurtà fix-xogħol u l-impjieg, l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għal politiki ta’ suq attiv tal-ħaddiema u t-tagħlim tul il-ħajja, is-saħħa u s-sikurezza komprensivi fuq ix-xogħol, id-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema universali u ugwali għal kulħadd, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja mhix marbuta max-xogħol, it-titjib tal-kwalità tal-impjieg u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol;

47.

Jitlob lill-Istati Membri ma jippermettux il-qgħad għal raġunijiet ekonomiċi, sakemm isir kull sforz biex jerġgħu jitħarrġu l-ħaddiema;

C.     Forom ġodda ta’ djalogu soċjali

48.

Jemmen li r-rikonoxximent formali tar-rwol tas-sħab soċjali fit-Trattat il-ġdid huwa progress, peress li jirrikonoxxi l-awtonomija tagħhom u jerġa' jafferma l-importanza tar-rwol tagħhom fil-promozzjoni tad-djalogu soċjali, u jenfasizza hawnhekk l-importanza partikolari tad-djalogu soċjali settorjali, fejn issa hemm rappreżentati 40 settur;

49.

Huwa mħasseb, madankollu, dwar l-impatt tad-deċiżjoni reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ Laval, Rüffert, Viking u Lussemburgu dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-libertà ta’ azzjoni biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

50.

Huwa tal-opinjoni li r-rikonoxximent tas-Samit Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi bħala korp istituzzjonali jikkontribwixxi għall-involviment tas-sħab soċjali fil-politiki ekonomiċi tal-UE;

51.

Jemmen li l-kontribut tas-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tintlaħaq l-istrateġija UE2020 huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-ilħuq tal-miri tal-impjiegi u l-aġġornament u l-implimentazzjoni tal-aġenda tal-flessigurtà;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali jkunu responsabbli għas-sitwazzjoni tal-“barranin” (impjegati b'kuntratti atipiċi jew “atipiċi ħafna”) u biex jiżguraw li d-drittijiet u r-rekwiżiti ta’ protezzjoni soċjali tagħhom ikunu bbilanċjati ma’ dawk “ta' ġewwa”;

53.

Jistieden lis-sħab soċjali fil-livell Ewropew u nazzjonali jappoġġjaw l-investiment fi strateġiji tat-tagħlim maħsuba għall-ħtiġijiet tas-suq u jilqa' l-“Qafas ta’ azzjonijiet għall-iżvilupp tat-tagħlim tul il-ħajja tal-kompetenzi u l-kwalifiki” diġà nnegozjat mis-sħab soċjali;

54.

Jemmen li n-nies involuti fil-miżuri tal-inklużjoni tas-suq tax-xogħol jew miżuri biex jippreparawhom jidħlu (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipprovdu dawn is-servizzi għalihom jew li jirrappreżentawhom, għandhom ikunu parti mill-qafas, l-implimentazzjoni u t-twassil ta’ politiki li qed jaffettwawhom;

55.

Jinnota li l-involviment tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki u fl-implimentazzjoni jvarja ħafna minn Stat Membru għall-ieħor, iżda li ġeneralment ix-xejra hi li jsir użu ta’ taħlita usa' ta’ strumenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika; jemmen li l-kwalità tar-rikonoxximent soċjali u istituzzjonali li jgawdu minnha s-sħab soċjali għandha tittejjeb aktar fil-livell nazzjonali u għandha tkun aktar sostanzjali fin-natura tagħha, peress li hija fattur determinanti importanti tal-kwalità tal-kontribut tagħhom; jenfasizza b'mod partikolari, madankollu, li l-kwalità tad-djalogu soċjali jvarja ħafna minn pajjiż għall-ieħor u minn settur għall-ieħor, u jħeġġeġ bil-qawwa s-sħab soċjali jiżviluppaw “sħubija soċjali” ġenwina fil-livelli kollha;

56.

Jemmen li n-negozjar kollettiv wera li hu strument effikaċi biex jinżammu l-impjiegi u biex jippermetti lin-nies li jħaddmu u l-impjegati jsibu soluzzjonijiet effiċjenti biex jilqgħu għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku; jinnota li f'dan ir-rigward, l-importanza ta’ kunsens qawwi bejn is-sħab soċjali fis-sistemi nazzjonali fejn il-protezzjoni tal-liġi tax-xogħol hija stabbilita għall-minimu;

57.

Huwa konvint li d-djalogu soċjali b'suċċess fuq il-post tax-xogħol huwa determinat l-aktar mill-faċilitajiet li għandhom ir-rappreżentanti tal-impjegati fir-rigward tad-dispożizzjoni tal-informazzjoni ta’ kwalità, it-taħriġ regolari u ħin suffiċjenti;

58.

Huwa konvint li r-rwol tal-gvernijiet huwa deċiżiv biex jiġu pprovduti l-prekundizzjonijiet għal negozjar kollettiv inklużiv u effikaċi u biex jiġu inklużi strutturi tripartitiċi għall-involviment tas-sħab soċjali b'mod sostanzjali u istituzzjonalment formalizzat, u fuq bażi ugwali, fit-tfassil tal-politika pubblika, skont il-prattika u t-tradizzjonijiet nazzjonali;

*

* *

59.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali, lill-Kumitat Ewropew għall-Impjiegi, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2009)0123.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0466.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2007)0574.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2007)0339.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2009)0371.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/48


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea

P7_TA(2010)0264

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea (2009/2153(INI))

2011/C 351 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 191 u 192 tat-Trattat FUE, li għandhom l-għan li jippromwovu livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea (COM(2008)0811),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta' Ġunju 2009 (11462/09 tas-26 ta' Ġunju 2009),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-17 ta' Jannar 2002 dwar il-pożizzjoni komuni ddefinita mill-Kunsill intiża għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2008 dwar l-agrikoltura sostenibbli u l-bijogass: il-ħtieġa ta' reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-UE (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2009 dwar l-“2050: Il-Ġejjieni jibda llum - Rakkomandazzjonijiet għal politika integrata futura tal-UE dwar il-bidla fil-Klima” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar l-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa (6),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-Istrateġija Tematika dwar il-Protezzjoni tal-Ħamrija (8),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2005 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill sabiex jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar il-parti tal-enerġija li tista' tiġġedded fl-UE u l-proposti għal azzjonijiet konkreti (10),

wara li kkunsdira l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2007 dwar l-istrateġija tematika għar-riċiklaġġ tal-iskart (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Biedja u Iżvilupp Rurali (A7-0203/2010),

A.

billi l-inizjattiva tal-Kummissjoni promossa fil-Green Paper tagħha tipprovdi opportunità għal azzjoni Komunitarja għall-ġestjoni tal-bijoskart,

B.

billi ġestjoni korretta tal-bijoskart iġġib magħha vantaġġi mhux biss ambjentali, iżda wkoll soċjali u ekonomiċi,

C.

billi l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart tipprevedi li jistgħu jiġu stipulati regoli speċifiċi jew supplimentati dwar il-ġestjoni ta' kategoriji partikolari ta' skart permezz ta' direttivi individwali,

D.

billi d-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma ma toffrix strumenti suffiċjenti għal ġestjoni sostenibbli tal-iskart organiku,

E.

billi r-regoli dwar il-ġestjoni tal-bijoskart huma frammentati u l-istrumenti leġiżlattivi attwali mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati tal-ġestjoni effikaċi tal-bijoskart; billi, konsegwentement, hija meħtieġa direttiva speċifika għall-ġestjoni tal-bijoskart; billi l-kumpilazzjoni tad-diversi regoli dwar il-ġestjoni tal-bijoskart f'leġiżlazzjoni waħda huwa fih innifsu ta' eżerċizzju ta' eċċellenza leġiżlattiva u regolamentazzjoni aħjar. Direttiva speċifika għal ġestjoni tal-bijoskart toffri aktar ċarezza, semplifikazzjoni u sorveljanza u infurzar aħjar tal-implimentazzjoni kif ukoll ċertezza ġuridika f'dan il-qasam, u b'hekk tiggarantixxi l-fiduċja għal żmien twil ta' investituri pubbliċi u privati,

F.

billi l-konklużjonijiet tal-konferenza dwar ir-riċiklaġġ tal-bijoskart fl-Ewropa, li saret f'Barċellona fil-15 ta' Frar 2010 bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew (13), iddikjaraw li huwa neċessarju li naġixxu biex noħolqu qafas leġiżlattiv Ewropew dwar il-bijoskart, minħabba li dan hu mument kruċjali biex nippromvowu tali regolamentazzjoni,

G.

billi direttiva speċifika dwar il-bijoskart għandu tkun flessibbli biżżejjed sabiex tkopri d-diversi għażliet ta' ġestjoni disponibbli, filwaqt li jitqies li hemm għadd kbir ta' varjabbli u kunsiderazzjonijiet lokali li jeħtieġ li jitqiesu,

H.

jinnota l-potenzjal mhux esplorat tal-bijoskart ġestit skont politiki ferm differenti differenti politiki f'kull Stat Membru; billi titjib fil-ġestjoni ta' dan l-iskart huwa meħtieġ sabiex ikun hemm ġestjoni effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi; billi l-ġbir separat tal-bijoskart għandu jiġi intensifikat sabiex jintlaħqu l-miri għar-riċiklaġġ u għall-enerġiji li jiġġeddu u b'hekk jingħata kontribut għall-ilħuq tal-għanijiet tal-istrateġija UE 2020, partikolarment fl-ambitu tal-objettiv fundamentali tal-effiċjenza tar-riżorsi,

I.

billi l-ġbir separat jippermetti, b'mod partikolari, l-aħjar ġestjoni ta' ċerti tipi ta' bijoskart, jiġifieri l-iskart tal-kċejjen fil-livell tal-konsumatur u tal-catering u anke l-iskart bijodegradabbli u tajjeb għall-kompostaġġ mir-ristoranti li jużaw platti li jintremew,

J.

billi l-kompostaġġ tal-iskart organiku jippermetti r-riċiklaġġ ta' prodotti bijodegradabbli u li jistgħu isiru kompost li huma diġà koperti minn inizjattiva Komunitarja (Inizjattiva ta' Swieq Gwida - Lead Market Initiative),

K.

billi jeħtieġ li jiġu definiti standards ta' kwalità fuq il-livell tal-UE għat-trattament tal-bijoskart u għall-kwalità tal-kompost; billi r-regolamentazzjoni tal-parametri tal-kwalità għall-kompost, li tinkludi approċċ integrat li jiggarantixxi t-traċċabilità, il-kwalità u s-sikurezza fl-użu, se jagħmilha possibbli li tinbena l-fiduċja tal-konsumatur f'dan il-prodott; billi l-kompost għandhom jiġi klassifikat skont il-kwalità tiegħu, sal-punt li l-użu tal-kompost ma jipproduċi l-ebda effett ta' ħsara għall-ħamrija u għall-ilma tal-pjan, u partikolarment għall-prodotti agrikoli li jikbru f'dik il-ħamrija,

L.

billi, minħabba l-implimentazzjoni fqira tagħhom, l-objettivi stabbiliti biex il-bijoskart ma jibqax jintrema fil-landfills jirrikjedu linji gwida leġiżlattivi addizzjonali biex jintlaħqu,

M.

billi miżuri ta' protezzjoni jistgħu jkunu neċessarji biex jiggarantixxu li l-użu tal-kompost ma jirriżultax fi tniġġis tal-ħamrija jew tal-ilma tal-pjan,

N.

billi l-possibilitajiet għall-użu ta' kompost ta' kwalità fqira sabiex ma jsirx ħsara lill-ambjent jew lil saħħet il-bniedem għandhom jiġu kkunsidrati u valutati wkoll, u billi, fil-livell ta' UE, id-definizzjoni korretta tal-possibilitajiet għall-użu ta' kompost ta' kwalità fqira u d-definizzjoni ta' meta l-kompost jitqies bħala prodott u meta jitqies bħal skart jagħmlu iktar faċli biex l-Istati Membri jorjentaw ruħhom meta jiġu biex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet marbuta mal-użu tal-kompost,

O.

billi Ewropa effiċjenti mil-lat tar-riżorsi hija punt essenzjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għaldaqstant għandha titħeġġeġ l-effiċjenza tar-riżorsi; billi r-riċiklaġġ tal-bijoskart jikkontribwixxi għaż-żieda tal-effiċjenza tar-riżorsi,

P.

billi l-bijoskart umdu jbaxxi l-effiċjenza tal-inċinerazzjoni; billi l-inċinerazzjoni tal-bijoskart hija indirettament inkoraġġita mid-Direttiva dwar l-elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli; billi l-bijoskart jista' jagħti kontribut aħjar għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bis-saħħa tar-riċiklaġġ tiegħu f'kompost biex titjieb il-kwalità tal-ħamrija u s-sekwestru tal-karbonju li attwalment mhuwiex promoss mid-Direttiva dwar elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija li tiġġedded,

Q.

billi l-proċess ta' diġestjoni anaerobika għall-produzzjoni ta' bijogass proċess effiċjenti ta' rkupru ta' enerġija; billi d-diġestat tiegħu tista' għaldaqstant tintuża għall-produzzjoni tal-kompost,

R.

billi l-għan ewlieni tal-ġestjoni xierqa tal-bijoskart għandu jkun ir-riżultat, li jfisser li l-għażliet teknoloġiċi kollha għall-ġestjoni tal-bijoskart jistgħu jinżammu miftuħa biex iħeġġu l-innovazzjoni, ir-riċerka xjentifika u l-kompetittività,

S.

billi teżisti sinerġija sinifikanti bejn il-tranżizzjoni lejn soċjetà ta' riċiklaġġ li tiżviluppa ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u l-potenzjal għall-ħolqien ta' impjiegi ħodor f'dan il-qasam, u b'konsegwenza ta' dan jeżisti bżonn biex l-approprjazzjonijiet jiġu allokati għar-riċerka dwar l-impatt fuq l-ambjent tax-xogħol tal-ġbir u tal-ġestjoni tal-bijoskart,

T.

billi l-Kummissjoni u lill-Istati Membri għandhom jippromwovu attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni ambjentali fil-qasam tal-bijoskart, b'mod partikolari fl-iskejjel, sabiex titrawwem il-ġestjoni sostenibbli tal-iskart solidu urban u ssir sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-vantaġġi tal-ġbir separat; billi l-muniċipalitajiet u l-impriżi muniċipali jiżvolġu rwol importanti fil-qasam tal-konsulenza u informazzjoni lill-pubbliku dwar il-prevenzjoni tal-iskart,

U.

billi l-bijoskart jirrappreżenta 'l fuq minn 30 % tal-iskart solidu urban; billi l-volum tal-bijoskart qed jiżdied fl-Unjoni Ewropea, u jirrappreżenta sors sinifikanti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u effetti ambjentali oħra negattivi meta jintrema fil-landfills, f'kundizzjonijiet li minħabba fihom il-ġestjoni tal-iskart hija llum ir-raba' sors l-aktar importanti ta' gassijiet serra,

V.

billi mhux il-bijoskart li joriġina mid-djar biss qiegħed ikun ittrattat b'mod sostenibbli fil-prattika,

W.

billi l-ġestjoni ta' dan it-tip ta' skart għandu jkun strutturat skont il-'ġerarkija tal-iskart': il-prevenzjoni u t-tnaqqis, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, it-tipi oħra ta' rkupru, b'mod partikolari għal skopijiet ta' enerġija, u bħala l-aħħar għażla, it-tfigħ fil-landfills (skont il- Artikolu 4 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart), li skontha r-riċiklaġġ tal-bijoskart huwa preferibbli mill-inċinerazzjoni, billi mhux biss jevita l-formazzjoni ta' gass metanu, iżda wkoll jikkontribwixxi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi jissekwestra l-karbonju u jtejjeb il-kwalità tal-ħamrija; billi l-prevenzjoni hi l-għan prijoritarju fil-ġestjoni tal-bijoskart u tagħti lok, b'mod partikolari, li jiġi evitat l-iskart tal-ikel u l-iskart aħdar, pereżempju permezz tat-titjib fl-ippjanar ta' ġonna pubbliċi bi pjanti u siġar b'livell baxx ta' manutenzjoni,

X.

billi, jekk irridu navvanzaw lejn ġestjoni tal-bijoskart effikaċi mil-lat ambjentali, jeħtieġ li l-kwistjoni titqies minn perspettiva integrata fil-politiki fil-qasam tal-enerġija u ħarsien tal-ħamrija, konformi mal-objettivi ta' mitagazzjoni tat-tibdil fil-klima; billi vantaġġ ulterjuri huwa kkostitwit mill-konservazzjoni tal-bijodiversità meta l-bijoskart ittrattat jintuża bħala sostitut għall-pit u b'hekk jitħarsu l-ekosistemi ta' artijiet mistagħdra,

Y.

billi d-diġestjoni anaerobika li tipproduċi l-bijogass mill-bijoskart tista' tagħti kontribut siewi lill-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi fl-UE u għall-ilħuq sostenibbli tal-objettivi tal-UE fil-qasam tal-enerġiji li jiġġeddu,

Z.

billi l-bijoskart għandu jitqies bħala riżorsa naturali ta' valur li jista' jintuża għall-produzzjoni ta' kompost ta' kwalità għolja, u b'hekk jgħin fil-ġlieda kontra d-degradazzjoni tal-ħamrija fl-Ewropa, iż-żamma tal-produttività tal-ħamrija, jitnaqqas l-użu ta' fertilizzanti kimiċi fl-agrikoltura, u speċjalment ta' dawk abbażi ta' fosfru, u jsaħħu l-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma,

AA.

billi fl-Istati Membri jintużaw sistemi differenti ta' ġestjoni tal-iskart, u billi t-tfigħ fil-landfills għadu l-aktar metodu użat ta' rimi ta' skart solidu urban fl-Unjoni Ewropea, minkejja li huwa l-agħar għażla għall-ambjent,

AB.

billi l-produzzjoni ta' fjuwil għal finijiet ta' trasport mill-bijoskart toffri vantaġġ ambjentali sinifikanti,

AC.

billi r-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni teknoloġika fil-qasam tal-ġestjoni tal-bijoskart għandhom jiġu mħeġġa,

AD.

billi l-ġbir separat bħalissa jagħmilha possibbli li tkun evitata l-kontaminazzjoni u jgħin biex jintlaħaq l-għan ta' kisba ta' kompost ta' kwalità għolja, jipprovdi materjali ta' kwalità għar-riċiklaġġ tal-bijoskart u jagħmel l-irkupru tal-enerġija aktar effiċjenti,

AE.

billi l-istudji disponibbli u l-esperjenzi fid-diversi Stati Membri juru huwa importanti li l-ġbir separat ikun kemm pratikabbli kif ukoll sostenibbli mil-lat ambjentali u ekonomiku u li għandu jsir obbligatorju; billi l-ġbir separat għandu jkun il-prerekwiżit għall-produzzjoni ta' kompost ta' kwalità għolja,

Leġiżlazzjoni

1.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti applikabbli għall-bijoskart bil-ħsieb li, b'mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, tfassal proposta għal direttiva speċifika sal-aħħar tal-2010, inkluż fost l-oħrajn;

it-twaqqif ta' sistema ta' ġbir separat obbligatorja għall-Istati Membri, ħlief fejn dan ma jkunx għażla xierqa mil-lat ambjentali u ekonomiku,

ir-riċiklaġġ tal-bijoskart,

sistema ta' klassifikazzjoni tal-kwalità tad-diversi tipi ta' kompost li ġejjin mill-bijoskart;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi kwantifikazzjoni skont il-Pjan Nazzjonali dwar l-Emissjonijiet tat-tnaqqis ekwivalenti għal CO2 miksub mir-riċiklaġġ u mill-kompostaġġ;

3.

Jinnota li qafas tal-Unjoni Ewropea tal-ġejjieni jipprovdi gwida u ċarezza legali għal bosta Stati Membri u jinkoraġġihom biex jinvestu fil-qasam tal-ġestjoni tal-iskart bijoloġiku; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-introduzzjoni ta' sistemi ta' separazzjoni tal-iskart u biex iddaħħal xi għanijiet li jorbtu u li jkunu ambizzjużi għar-riċiklaġġ ta' dan l-iskart;

4.

Ifakkar li s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità Ambjentali 2001-2010 tat-22 ta' Lulju 2002, fl-Artikolu 8(2)(iv) tiegħu kien jipprevedi l-obbligu għall-Kummissjoni biex tiżviluppa leġiżlazzjoni dwar l-iskart bijodegradabbli bħala azzjoni ta' prijorità biex jintlaħaq l-objettiv ta' użu sostenibbli u amministrazzjoni tar-riżorsi naturali u tal-iskart, iżda li anke wara tmien snin ma tressqet l-ebda proposta leġiżlattiva, mhux aċċettabbli;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, tfassal sistema mtejba għall-ġestjoni tal-bijomassa fir-rigward tar-riċiklaġġ tal-bijoskart miġbur separatament, l-użu tal-kompostaġġ għal benefiċċju agrikolu u ekoloġiku, l-alternattivi ta' trattament mekkaniku/bijoloġiku, u l-użu tal-bijoskart bħala sors għall-ġenerazzjoni tal-enerġija; iqis li din il-valutazzjoni tal-impatt għandha tintuża bħala bażi għat-tħejjija ta' qafas legali tal-Unjoni Ewropea ġdid dwar l-iskart bijodegradabbli;

Użu

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji flimkien mal-Istati Membri għall-produzzjoni u l-użu ta' kompost ta' kwalità għolja u biex jiġi adottati rekwiżiti minimi għall-prodotti finali, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, li jippermetti l-klassifikazzjoni tal-kwalità għat-tipi differenti ta' użu għad-dviersi tipi ta' kompost miksuba permezz tat-trattament tal-bijoskart fil-qafas ta' strateġija bbażata fuq approċċ integrat li jiggarantixxi mhux biss il-kwalità iżda wkoll it-traċċabilità tal-prodotti u l-użu sikur tagħhom;

Enerġija

7.

Iqis li d-diġestjoni anaerobika hija speċjalment utli għall-bijoskart billi tipproduċi sustanzi b'ħafna nutrijenti għat-titjib tal-ħamrija, diġestat kif ukoll bijogass, li jikkostitwixxi enerġija li tiġġedded li tista' tinbidel f'bijometanu jew tintuża biex tiġġenera livell minimu ta' elettriku meħtieġ;

8.

Iqis li, prerekwiżit kruċjali biex l-inċinerazzjoni tal-bijoskart issir alternattiva possibbli fil-ġerarkija tat-trattament tal-iskart hi li din tiġi kombinata mal-irkupru tal-enerġija;

9.

Jenfasizza li fl-irkupru tal-bijoskart għall-produzzjoni tal-enerġija wieħed għandu jżomm f'moħħu l-effiċjenza tal-enerġija u s-sostenibilità tal-iżvilupp u li dawn il-prodotti, għalhekk, prinċipalment għandhom jintużaw bl-aktar mod effiċjenti; itenni għaldaqstant li l-ġbir separat tal-iskart huwa essenzjali għall-konformità mad-Direttiva dwar il-Landfills (14) jipprovdi materjal ta' kwalità għar-riċiklaġġ tal-bijoskart u jtejjeb l-effikaċja tal-irkupru tal-enerġija;

10.

Jinnota li bil-għan li jiżdiedu r-rati ta' skart li ma jintefax fil-landfills, ta' riċiklaġġ u ta' ġenerazzjoni ta' biogass, l-istrumenti teknoloġiċi kollha u l-għażliet kollha li jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ tar-riżorsi jew il-ġenerazzjoni tal-bijogass għandhom jitħallew miftuħa;

11.

Iqis li l-bijoskart huwa riżors li jiġġedded prezzjuż għall-produzzjoni tal-elettriku u tal-bijofjuwil għat-trasport u għan-netwerk tal-gass permezz konverżjoni tal-bijogass f'bijometanu (prinċipalment metanu – 50 sa 70 % – u d-diossidu tal-karbonju), u jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza u tippromwovi modi ta' kif il-bijoskart jintuża biex jiġi prodott il-bijogass;

12.

Jenfasizza li jeħtieġ li jiżdied is-sehem tal-iskart li ma jispiċċax fil-landfills; jinnota, f'dan il-kuntest, li l-bijoskart jista' jgħin fl-ilħuq tal-objettiv tal-UE ta' sehem tal-enerġija li tiġġedded ta' mill-anqas 20 % sal-2020 kif ukoll għall-objettiv tad-Direttiva tal-UE dwar il-Kwalità tal-Fjuwil; ifakkar li d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tappoġġa l-użu ta' kull tip ta' bijomassa, inkluż il-bijoskart għal finijiet ta' enerġija, bħala sors tal-enerġija rinnovabbli, u li l-bijofjuwils mill-iskart jiswew doppju fl-ilħuq tal-objettiv ta' sehem tal-enerġija li tiġġedded ta' 10 % fit-trasport; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri biex fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jikkunsidraw l-irkupru tal-enerġija mill-partijiet bijodegradabbli tal-iskart bħala parti mill-politika integrata tal-ġerarkija tal-iskart, u jħeġġiġhom biex jiskambjaw ideat dwar l-aħjar prattiki;

Riċerka u innovazzjoni

13.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu u jappoġġaw ir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni teknoloġika fil-qasam tal-ġestjoni tal-bijoskart;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq aktar riċerka dwar il-ġestjoni tal-metodi ta' trattament tal-bijoskart biex tikkwantifika aħjar il-benefiċċji relatati mal-ħamrija, kif ukoll l-irkupru tal-enerġija u l-impatti ambjentali;

Kuxjenza u informazzjoni

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu attivitajiet ta' qawmien ta' kuxjenza ambjentali fil-qasam tal-bijoskart, b'mod partikolari fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, sabiex jiġu promossi sistemi aqwa ta' xejriet tal-imġiba għall-prevenzjoni tal-iskart, biex titrawwem il-ġestjoni sostenibbli tal-bijoskart u tal-iskart solidu muniċipali u r-riċiklaġġ kif ukoll dwar il-vantaġġi tal-ġbir separat u t-trattament bioloġiku tal-bijoskart; jenfasizza, f'dan il-kuntest, is-sehem importanti tal-bliet, il-komunitajiet u l-impriżi lokali fil-konsulenza u l-forniment ta' informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart min-naħa taċ-ċittadini;

Aspetti ambjentali

16.

Iqis li l-bijoskart ittrattat għandu jintuża għall-konservazzjoni tal-materjal organiku u għat-tlestija taċ-ċikli tan-nutrijenti, speċjalment iċ-ċiklu tal-fosfat, billi jiġi riċiklat fil-ħamrija, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħraf li għandu jiġi eżaminat il-kontribut tal-politiki għall-mitigazzjoni tat-tnaqqis mgħaġġel b'mod li mhux aċċettabbli tar-riżorsi dinjija tal-fosfat;

17.

Jisħaq li l-bijoskart li ma jkunx fih elementi niġġiesa jeħtieġ jitqies bħala riżors naturali ta' valur li jista' jintuża biex jiġi prodott kompost ta' kwalità;

18.

Iqis li l-ġejjieni tal-agrikultura jiddependi wkoll fuq il-konservazzjoni u r-restawr tal-fertilità tal-ħamrija; jinnota li l-użu ta' kompost ta' kwalità fl-agrikultura jista' jgħin sabiex jippreserva il-produttività tal-art, iżid iż-żamma tal-ilma u l-kapaċità ta' ħżin tal-karbonju u jnaqqas l-użu ta' fertilizzanti sintetiċi; jenfasizza r-rwol tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-użu ta' kompost ta' kwalità fl-art agrikola;

19.

Jinnota li fil-proċess ta' bdil ta' materjal organiku f'kompost il-gassijiet li joħorġu mill-materjal maħżun jiġu kkontrollati b'diffikultà kbira, u dan jirrappreżenta periklu serju għall-ambjent u l-atmosfera; ifakkar li l-kompostaġġ kif xieraq – partikolarment tal-iskart organiku muniċipali – jinvolvi l-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mill-iskular tal-ilma mill-impjant tal-kompost;

20.

Jenfasizza li, bl-għan li jinkisbu l-objettivi f'diversi livelli (jiġu miġġielda t-tisħin tal-klima, id-degradazzjoni tal-ħamrija u l-erożjoni tal-ħamrija; il-kisba tal-objettivi tal-enerġija rinnovabbli), kombinazzjoni ta' kompostaġġ u fermentazzjoni ta' bijoskart miġbur separatament, jekk tkun fattibbli, żgur li għandha vantaġġi u għandha tiġi mħeġġa;

21.

Jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni biex tipproponi objettivi nazzjonali fir-rigward tar-riċiklaġġ tal-bijoskart biex jillimitaw l-ammont ta' bijoskart disponibbli għas-soluzzjonijiet ta' ġestjoni tal-iskart li l-anqas huma mixtieqa, ngħidu aħna r-rimi f'terraferma u l-inċinerazzjoni;

Konformità mad-Direttiva dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma

22.

Ifakkar li l-ġestjoni ta' skart bħal dan għandha tkun strutturata skont ġerarkija tal-metodi ta' ġestjoni tal-iskart inġenerali: prevenzjoni, riċiklaġġ, tipi oħra ta' rkupru, fosthom għal finijiet enerġetiċi u, bħala l-aħħar għażla, ir-rimi f'terraferma (Direttiva 1999/31/KE, Artikolu 5 u d-Direttiva 2008/98/KE) (15); jitlob għal superviżjoni aktar stretta mill-Kummissjoni sabiex jiġu rispettati u applikati l-istandards rigward ir-rimi fil-landfills mal-Unjoni Ewropea kollha;

23.

Jinnota li bħalissa l-Istati Membri individwali għandhom miżuri leġiżlattivi nazzjonali u sistemi ta' ġestjoni tal-iskart differenti, u li r-rimi fil-landfills għadu l-metodu ta' rimi tal-iskart solidu muniċipali l-aktar użat fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri iżidu l-kooperazzjoni tagħhom u l-iskambji tal-prattiki tajba fil-qasam tal-ġestjoni tal-bijoskart;

24.

Iqis li t-trattament mekkaniku bijoloġiku (MBT) jirrappreżenta mod effettiv biex ma jintremewx kwantitajiet konsiderevoli ta' skart li jinten fil-landfills u minflok jintużaw bħala kompost, għad-diġestjoni anerobika u l-irkupru tal-enerġija;

Aspetti ekonomiċi

25.

Iqis li jinħtieġu inċentivi finanzjarji biex jiġu estiżi dan il-ġbir separat u sistemi oħra ta' ġestjoni tal-bijoskart li jimmassimizzaw l-irkupru tar-riżorsi;

26.

Jenfasizza li jinħtieġ titjib fil-ġestjoni tal-iskart u armonizzazzjoni tal-istandards ta' kwalità għall-kompost, sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' suq Ewropew għall-kompost;

27.

Huwa tal-fehma li l-prinċipju “min iħammeġ iħallas” għandu jittieħed bħala bażi għar-rimborż tal-ispejjeż addizzjonali ġejjin mid-dħul ta' materjal dannuż fil-ħamrija, sabiex l-impatti esterni tal-applikazzjoni tal-bijoskart ma jinġarrux mill-bdiewa;

28.

Jisħaq fuq il-fatt li, f'bosta Stati Membri, diġà teżisti xi infrastruttura, imma jinħtieġu inċentivi finanzjarji għall-ħolqien u l-istabbiliment ta' swieq potenzjali tal-kompost u tal-materjal diġerit, tal-bijoenerġija u tal-bijofjuwils, li ġejjin mill-bijoskart;

29.

Jenfasizza l-vantaġġ ambjentali tal-produzzjoni tal-fjuwils għat-trasport mill-bijoskart; jistieden lill-Istati Membri, fid-dawl tal-ġerarkija tal-iskart, biex iqisu dan meta jimplimentaw id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart riveduta, u lill-Kummissjoni biex tirrifletti dan fil-linji gwida ta' implimentazzjoni tagħha;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi f'kull studju tal-impatt, attwali jew addizzjonali, li twettaq f'dan ir-rigward, liema tip ta' inċentivi ekonomiċi, fondi jew għajnuniet jistgħu jiġu mobilizzati jew maħluqa għall-iżvilupp u l-impjant tat-teknoloġiji li jippermettu l-ġestjoni xierqa tal-bijoskart;

*

* *

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(2)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(3)  ĠU C 271 E, 7.11.2002, p. 154.

(4)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 29.

(5)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 44.

(6)  ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 18.

(7)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 281.

(8)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 138.

(9)  ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 59.

(10)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 599.

(11)  ĠU C 286 E, 27.11.2009, p. 81.

(12)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 135.

(13)  Nota tas-Segretarjat tal-Kunsill, 9 ta' Marzu 2010, dokument tal-Kunsill 7307/10.

(14)  Direttiva 1999/31/KE, Premessa 17.

(15)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/56


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Ir-rimunerazzjoni tad-diretturi ta’ kumpaniji elenkati u l-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji

P7_TA(2010)0265

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rimunerazzjoni tad-diretturi ta’ kumpaniji elenkati u l-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (2010/2009(INI))

2011/C 351 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2009, dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (C(2009)3159),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2009 li tikkomplementa r-Rakkomandazzjonijiet 2004/913/KE u 2005/162/KE fir-rigward tas-sistema għar-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji elenkati (C(2009)3177),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni (COM(2009)0362),

wara li kkunsidra l-Prinċipji għal Prattiki ta’ Kumpens Tajba tal-Forum għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) tat-2 ta’ April 2009 u l-Istandards Implimentattivi li jakkumpanjawhom, tal-25 ta’ Settembru 2009,

wara li kkunsidra l-Prinċipji ta’ Livell Għoli tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS) għall-Politiki ta’ Rimunerazzjoni tal-20 ta’ April 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS) dwar l-implimentazzjoni nazzjonali tal-Prinċipji ta’ Livell Għoli tas-CEBS għall-Politiki ta’ Rimunerazzjoni tal-11 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-Prinċipji ta’ Kumpens u l-Metodoloġija tal-Istandards ta’ Valutazzjoni tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja ta’ Jannar 2010,

wara li kkunsidra d-dokument tal-OECD ta’ Frar 2010 dwar il-Governanza Korporattiva u l-kriżi finanzjarja – konklużjonijiet u prattiki tajba ġodda biex titjieb l-implimentazzjoni tal-Prinċipji,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar kwistjonijiet deontoloġiċi marbuta mal-ġestjoni tal-kumpaniji (1),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 dwar it-tmexxija korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji u l-politiki ta’ rimunerazzjoni (COM(2010)0284),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-UE tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/385/KE (Rakkomandazzjoni 2009 dwar ir-rimunerazzjoni tad-Diretturi) li tikkomplementa r-Rakkomandazzjonijiet 2004/913/KE u 2005/162/KE fir-rigward tas-sistema tar-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji kkwotati fil-borża (COM(2010)0285),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-UE tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (COM(2010)0286),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomici u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0208/2010),

A.

billi, fis-settur finanzjarju u f'xi kumpaniji elenkati, il-politiki tar-rimunerazzjoni għall-kategoriji tal-persunal li l-attività tax-xogħol tagħhom għandha impatt materjali fuq il-profil ta’ riskju tal-impriża jew tal-kumpanija kienu tali li inkoraġġew tranżazzjonijiet għall-ksib ta’ profitti fi żmien qasir, bl-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju dejjem aktar riskjużi għal dak il-għan, bi ħsara għall-ħaddiema, għal min ifaddal u għall-investituri, u għat-tkabbir sostenibbli b'mod ġenerali,

B.

billi l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar it-tmexxija korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji u l-politiki ta’ rimunerazzjoni tenfasizza li n-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll effikaċi kkontribwixxa b'mod sinifikanti għal teħid tar-riskji eċċessiv min-naħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u li l-governanza korporattiva għandha tqis l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, li tiddependi mill-azzjonijiet ta’ ħafna parteċipanti,

C.

billi l-istrutturi mhux adattati ta’ rimunerazzjoni ta’ wħud mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħtu inċentiv eċċessiv u imprudenti lit-teħid tar-riskji kellhom sehem fl-akkumulazzjoni tar-riskji li wasslu għall-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali attwali, u huma għalhekk kwistjoni ewlenija ta’ tħassib għal min ifassal il-politiki u għar-regolaturi,

D.

billi l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iqisu, b'mod integrat, bħala parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, l-ambjent soċjali li taħdem fih l-istituzzjoni, kif ukoll l-interessi tal-partijiet kollha involuti, bħall-klijenti, l-azzjonisti u l-impjegati tagħha,

E.

billi tnedew għadd ta’ inizjattivi fil-livell globali, Ewropew u nazzjonali biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-prattiki tar-rimunerazzjoni problematiċi, u billi strateġija globali kkoordinata hija essenzjali biex mhux biss tiggarantixxi l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, iżda biex tiżgura wkoll il-kompetittività globali tal-Ewropa u tippromwovi l-kompetizzjoni sostenibbli u ġusta bejn is-swieq,

F.

billi l-Prinċipji tal-FSB għal Prattiki Tajba ta’ Kumpens li ġew approvati mill-mexxejja tal-G20 stabbilew ħames elementi għal prattiki tajba ta’ rimunerazzjoni, u wara li kkunsidra l-importanza li tiġi promossa l-implimentazzjoni simultanja ta’ dawn il-prinċipji,

G.

billi l-prinċipji miftiehma u l-miżuri li diġà ttieħdu rigward il-politika ta’ rimunerazzjoni jeħtieġ li jkunu riveduti l-ħin kollu u li, f'każ ta’ bżonn, jiġu adattati bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet uniformi fl-Ewropa kollha u jiżguraw il-kompetittività dinjija tal-industrija finanzjarja Ewropea,

H.

billi diversi studji xjentifiċi, kif ukoll l-esperjenza prattika, urew l-impatt limitat ta’ rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni, u dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit strument aktar b'saħħtu biex jiġi żgurat li l-prinċipji jiġu osservati,

I.

billi r-rapport tal-Kummissjoni jiddikjara li, minkejja l-ispinta lejn riforma sostanzjali fil-qasam tal-politiki ta’ rimunerazzjoni mogħtija mill-kriżi, 16-il Stat Membru biss applikaw għalkollox jew parzjalment ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Rimarki ġenerali

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni u mill-FSB dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur finanzjarju u fil-kumpaniji elenkati b'mod ġenerali; huwa tal-fehma, madankollu, li d-daqs tal-impriża finanzjarja, u għalhekk il-kontribuzzjoni tal-attività tagħha għar-riskju sistemiku, għandhom jitqiesu proporzjonalment meta tiġi imposta fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji regolamentazzjoni addizzjonali fi kwistjonijiet ta’ politika ta’ rimunerazzjoni u ta’ rekwiżiti kapitali;

2.

Jinnota l-proposti tar-rapport dwar id-direttivi tar-rekwiżiti kapitali li jipproponu prinċipji vinkolanti dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur finanzjarju;

Governanza effikaċi ta’ kumpens

3.

Jenfasizza li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jiddeċiedu jekk istituzzjoni finanzjarja, jew kumpanija elenkata, għandux ikollha kumitat għar-rimunerazzjoni; huma għandhom jagħmlu dan b'mod li jkun xieraq għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna kif ukoll għan-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom; hu tal-fehma li fejn is-superviżur ikun qiesu xieraq, il-politika tar-rimunerazzjoni għandha tiġi determinata mill-kumitat ta’ rimunerazzjoni, li għandu jkun indipendenti u responsabbli għall-azzjonisti u għas-superviżuri, u għandu jaħdem mill-qrib mal-kumitat tal-kumpanija għar-riskju fl-evalwazzjoni tal-inċentivi maħluqa mis-sistema ta’ kumpens;

4.

Jenfasizza li l-kumitat ta’ rimunerazzjoni għandu jkollu aċċess għall-kontenut tal-kuntratti, bil-kuntratti taħt l-iskrutinju ta’ dan il-kumitat ikunu mfassla b'mod li jkun possibbli li atti ta’ negliġenza serja jiġu kkastigati permezz ta’ tnaqqis mill-ħlasijiet. Negliġenza serja sseħħ meta ma tiġix rispettata, b'mod partikolari, id-diliġenza dovuta, f'liema każ il-kumitat ta’ rimunerazzjoni għandu jiżgura li t-tnaqqis ma jkunx biss ta’ natura simbolika, iżda jikkontribwixxi sostanzjalment sabiex jitħallas id-dannu kkawżat. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu mħeġġa jagħmlu użu minn malus, jiġifieri dħul mill-kumpens marbut mal-prestazzjoni bħala riżultat tal-iskoperta ta’ prestazzjoni fqira;

5.

Jemmen li l-president u l-membri tal-kumitat ta’ rimunerazzjoni li għandhom jedd jivvutaw għandhom ikunu membri tal-entità ta’ ġestjoni li ma jkunu jaqdu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni finanzjarja jew fil-kumpanija elenkata kkonċernata. Huwa tal-fehma li d-diretturi u l-membri tal-bord għandhom jevitaw li jkunu fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji oħrajn simultanjament jekk ikun hemm il-potenzjal li jseħħ xi kunflitt ta’ interess;

6.

Huwa tal-fehma li, fejn ikun xieraq, l-azzjonisti għandhom jingħataw l-opportunità li jikkontribwixxu għad-determinazzjoni ta’ politiki ta’ rimunerazzjoni sostenibbli, u jistgħu għalhekk jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni permezz ta’ vot mhux vinkolanti dwar ir-rapport ta’ rimunerazzjoni fil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija;

7.

Jenfasizza li l-kumpens lill-membri mhux eżekuttivi tal-bord għandu jikkonsisti biss f'paga fissa u ma għandux jinkludi ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni jew fuq l-ishma;

8.

Jenfasizza li l-membri involuti fil-kontroll tar-riskju għandhom ikunu indipendenti mill-unitajiet tan-negozju taħt il-kontroll tagħhom, ikollhom l-awtorità xierqa u jiġu kkumpensati b'mod indipendenti mill-prestazzjoni ta’ dawn l-unitajiet tan-negozju;

Kumpens effikaċi konformi mat-teħid ta’ riskju b'mod prudenti

9.

Jenfasizza li r-rimunerazzjoni għandha tkun aġġustata għal kull tip ta’ riskju, tkun simetrika mar-riżultati tar-riskju, u sensittiva għat-tul ta’ żmien tar-riskji attwali u potenzjali li jkollhom impatt fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-istabbiltà tal-kumpanija;

10.

Jirrimarka li d-diretturi ma għandhomx iħallu l-interessi finanzjarji personali tagħhom imexxuhom fil-ġestjoni tagħhom tal-kumpaniji elenkati; iqis li l-interessi finanzjarji personali tad-diretturi marbuta ma’ rimunerazzjoni varjabbli ħafna drabi tkun f'kunflitt mal-interess fit-tul tal-kumpanija, fosthom l-interessi tal-impjegati u tal-partijiet interessati tagħha;

11.

Jemmen li s-sistemi ta’ kumpens għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs, mal-organizzazzjoni interna u mal-kumplessità tal-istituzzjonijiet finanzjarji u għandhom jirriflettu d-diversità bejn is-setturi finanzjarji differenti bħal dawk bankarji, tal-assigurazzjoni u tal-ġestjoni tal-fondi;

12.

Jenfasizza li l-arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju operattiv tal-maniġment għoli, ta’ dawk li jieħdu r-riskji u l-karigi ta’ kontroll għandhom jiġu riveduti mis-superviżur, u jkunu soġġetti għal kontrolli bir-reqqa min-naħa tiegħu; iqis li dawn il-proċeduri għandhom japplikaw ukoll għal dak il-persunal li r-rimunerazzjoni totali tiegħu, fosthom il-provvedimenti għall-pensjoni, tqiegħdu fl-istess livell ta’ dawn il-kategoriji ta’ persunal;

13.

Iqis li l-livelli ta’ rimunerazzjoni varjabbli għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ta’ prestazzjoni predeterminati u li jistgħu jitkejlu, u għandhom jippromwovu s-sostenibbiltà fit-tul tal-kumpanija;

14.

Jenfasizza li r-rimunerazzjoni relatata mal-prestazzjoni għandha torbot id-daqs tal-ammont globali ta’ bonus mal-prestazzjoni ġenerali u l-bażi kapitali tad-ditta, filwaqt li r-rimunerazzjoni individwali tal-impjegati marbuta mal-prestazzjoni għandha tkun ibbażata fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati globali tal-istituzzjoni;

15.

Iqis li l-interessi finanzjarji personali tad-diretturi marbuta ma’ rimunerazzjoni varjabbli ħafna drabi tkun f'kunflitt mal-interess fit-tul tal-kumpanija, fosthom l-interessi tal-impjegati u tal-partijiet interessati tagħha; jenfasizza li l-politika dwar ir-rimunerazzjoni tad-diretturi u ta’ membri oħra tal-persunal li għandhom responsabbiltà għal deċiżjonijiet riskjużi għandha tkun konsistenti ma’ sistema bbilanċjata u li taħdem sewwa għall-ġestjoni tar-riskju, u li għandu jkun hemm proporzjon adegwat bejn il-ħlasijiet fissi u dawk varjabbli; isejjaħ b'urġenza għall-introduzzjoni ġenerali ta’ miżuri tat-tnaqqis, jew saħansitra għall-irtirar, tal-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni tal-kategoriji tal-persunal li l-prestazzjoni tagħhom tkun responsabbli għal deterjorament tar-riżultati tal-kumpanija tagħhom;

16.

Huwa tal-fehma li ma għandhomx jitqiesu biss il-miżuri kwantitattivi, iżda għandhom jitqiesu wkoll il-kriterji ta’ prestazzjoni marbuta mal-kwalità u l-ġudizzju uman sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta’ kumpens varjabbli;

17.

Iqis li l-bonusijiet iggarantiti m'għandhomx ikunu parti mill-pjanijiet ta’ kumpens;

18.

Huwa tal-fehma, mhux biss għal raġunijiet etiċi iżda wkoll fl-interess tal-ġustizzja soċjali u s-sostenibbiltà ekonomika, li d-differenza bejn l-ogħla rimunerazzjoni ta’ kumpanija u dik l-aktar baxxa għandha tkun raġonevoli;

19.

Jenfasizza li l-kumpaniji għandhom jistabbilixxu proċedura interna, approvata mis-superviżur, biex jindirizzaw dawk il-konflitti li jistgħu jseħħu bejn il-ġestjoni tar-riskju u l-unitajiet operattivi;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-prinċipji għandhom jiġu estiżi għar-rimunerazzjoni tal-ħaddiema kollha li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-kumpanija li jaħdmu magħha, fosthom il-maniġment għoli, dawk li jieħdu r-riskji u l-karigi ta’ kontroll u dak il-persunal li r-rimunerazzjoni totali tiegħu, inklużi l-provvedimenti tal-pensjoni, tqiegħdu fl-istess kategorija;

21.

Jenfasizza li l-assigurazzjoni tad-diretturi u tal-uffiċjali mfassla biex tipproteġi d-diretturi, l-uffiċjali u l-amministraturi għolja tal-kumpaniji minn talbiet li jiġu minn deċiżjonijiet u azzjonijiet riskjużi jew negliġenti meħuda waqt il-ġestjoni tan-negozju tagħhom mhijiex konformi ma’ ġestjoni tar-riskju sostenibbli fil-qasam tar-rimunerazzjoni;

Struttura bbilanċjata tal-pakkett ta’ rimunerazzjoni

22.

Jenfasizza li għandu jkun hemm bilanċ xieraq bejn ir-rimunerazzjoni varjabbli u dik fissa;

23.

Jissuġġerixxi li r-rimunerazzjoni varjabbli għandha titħallas biss jekk din tkun sostenibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-bażi kapitali tal-istituzzjoni u tkun iġġustifikata fid-dawl tal-prestazzjoni fit-tul tal-kumpanija; iqis li għall-istituzzjonijiet finanzjarji, l-awtorità superviżorja kompetenti għandu jkollha d-dritt li tillimita l-ammont totali tar-rimunerazzjoni varjabbli biex jissaħħaħ il-kapital azzjonarju;

24.

Jenfasizza li proporzjon sostanzjali tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni għandu jiġi ddifferit għal perjodu suffiċjenti; id-daqs tal-proporzjon u t-tul tal-perjodu tad-differiment għandhom jiġu stabbiliti skont iċ-ċiklu tan-negozju, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat; ir-rimunerazzjoni dovuta skont arranġamenti differiti għandha ssir dritt akkwistat mhux aktar mgħaġġel minn dik dovuta fuq bażi prorata; tal-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni għandu jiġi differit; fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta’ ammont partikolarment kbir, tal-anqas 60 % tal-ammont għandu jiġi differit u l-perjodu ta’ differiment m'għandux ikun ta’ anqas minn ħames snin;

25.

Jemmen li proporzjon sostanzjali tal-kumpens varjabbli għandu jingħata fi strumenti li ma jinkludux flus kontanti bħal dejn subordinat, kapital kontinġenti, ishma jew strumenti marbuta mal-ishma, sakemm dawn l-istrumenti joħolqu inċentivi marbuta mal-ħolqien ta’ valur fit-tul u mal-limiti taż-żmien tar-riskju;

26.

Iqis li l-politiki ta’ rimunerazzjoni għandhom japplikaw għar-rimunerazzjoni totali, inklużi l-pensjonijiet u s-salarji, biex jiġi evitat l-“arbitraġġ tal-bonus”; hu tal-fehma, barra minn hekk, li l-“bonusijiet tal-pensjoni” għandhom jingħataw fi strumenti li ma jinkludux flus kontanti bħal dejn subordinat, kapital kontinġenti, ishma jew strumenti marbuta mal-ishma, biex jiġu allinjati l-inċentivi fit-tul;

27.

Jissuġġerixxi li jiġi stabbilit limitu massimu ekwivalenti għal sentejn tal-komponent fiss tal-paga tad-diretturi għall-benefiċċji tat-tluq (“paraxuts tad-deheb”) fil-każ ta’ terminazzjoni bikrija, u l-projbizzjoni tal-benefiċċji tat-tluq fil-każ ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni jew ta’ tluq volontarju;

28.

Jitlob li titqies l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa meta jiġu determinati l-politiki tal-ħlasijiet;

29.

Itenni l-ħtieġa li kull forma ta’ diskriminazzjoni fl-impriżi tkun sanzjonata, b'mod partikolari fid-definizzjoni tal-politiki ta’ rimunerazzjoni, fl-evoluzzjoni tal-karrieri u fil-proċess ta’ reklutaġġ tad-diretturi;

Kontroll superviżorju effikaċi u l-involviment tal-partijiet interessati

30.

Jemmen li d-ditti għandhom jiżvelaw informazzjoni ċara, komprensiva u fil-ħin dwar il-prattiki tagħhom ta’ kumpens u li l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha li jeħtieġu biex jevalwaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli;

31.

Jitlob li l-impriżi statali, bħal kumpaniji oħra, iħaddmu trasparenza totali dwar il-politiki tagħhom dwar il-pagi u l-bonusijiet;

32.

Jitlob, ukoll, għall-pubblikazzjoni tad-dettalji tal-arranġamenti tal-kumpaniji rigward il-pensjonjiet u l-pensjonijiet supplimentari, inklużi dawk tal-impriżi statali;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rakkomandazzjonijiet tagħha tat-30 ta’ April 2009 dwar l-istruttura tal-ħlasijiet u l-allinjament tar-riskju kif jirrikjedu l-prinċipji stabbiliti mill-Bord dwar l-Istabbiltà Finanzjarja u approvati mill-G20 f'Settembru 2009;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta prinċipji vinkolanti b'saħħithom dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur finanzjarju, li jkomplu jibnu fuq il-proposti dwar il-banek fir-rapport dwar is-CRD, kif ukoll sistema li twassal biex jixxandru dawk il-kumpaniji elenkati, ibbażata fuq proċedura ta’ “jew tikkonforma jew tispjega”, li ma josservawx dawn il-prinċipji;

35.

Iħeġġeġ lis-superviżuri fis-settur finanzjarju jimplimentaw il-Prinċipji dwar il-Kumpens u l-Metodoloġija għall-Valutazzjoni tal-Istandards proposti mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja f'Jannar 2010;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu struttura internazzjonali komuni biex jixxandar l-għadd tal-individwi li jaqilgħu aktar minn EUR 1 miljun, li tinkludi l-elementi prinċipali tas-salarju, il-bonus, l-għotja għal servizz fit-tul u l-kontribuzzjoni għall-pensjoni;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rwoli tal-awdituri interni u esterni bħala sehem biex jiġi żgurat l-ispettru sħiħ ta’ governanza korporattiva effikaċi;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga t-tisħiħ tar-rwoli tad-diretturi mhux eżekuttivi, inkluż biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jipprovdu taħriġ kontinwu kif ukoll pakketti ta’ rimunerazzjoni indipendenti li jirriflettu r-rwol indipendenti tad-diretturi mhux eżekuttivi kif ukoll jipprovdu s-setgħat lis-superviżuri biex iwettqu l-intervisti ta’ “persuni approvati”;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-proposti leġiżlattivi tagħha, tiċċara r-rwol tal-awtoritajiet superviżorji fil-politika ta’ rimunerazzjoni;

40.

Jenfasizza li r-rimunerazzjoni varjabbli m'għandhiex titħallas permezz ta’ vetturi jew ta’ metodi li jiffaċilitaw l-evitar tal-ħlas ta’ taxxa fuq id-dħul għal din ir-rimunerazzjoni;

41.

Jitlob li jiġi żgurat li, meta r-rimunerazzjoni tkun qiegħda tiġi regolata, dan ma jsirx bi ħsara għad-drittijiet fundamentali garantiti mit-Trattati, partikolarment id-dritt tas-sħab soċjali – skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali – li jikkonkludu u jinfurzaw il-ftehimiet kollettivi;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet biex tkun evitata kriżi finanzjarja ġdida, filwaqt li jitqiesu l-inizjattivi li ħadu korpi internazzjonali, bħall-G20 u l-FMI;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jfakkru lill-kumpaniji elenkati u lill-kumpaniji tas-servizzi finanzjarji fir-responsabbiltà soċjali tagħhom, fit-tħassir tal-immaġni tagħhom u fil-ħtieġa li jagħtu eżempju tajjeb fi ħdan soċjetà internazzjonali ta’ prosperità;

44.

Iqis li l-issuktar tan-negozju jew iż-żamma ta’ fergħat f'territorji li ma jikkooperawx imorru kontra l-interessi fit-tul tal-kumpaniji b'mod ġenerali, u jitlob l-iżvilupp ta’ strateġija Ewropea għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali bil-għan li d-dikjarazzjonjiet tal-G-20 ta’ Londra u Pittsburgh jiġu implimentati;

*

* *

45.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji tal-UE u nazzjonali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0165.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/61


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
L-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju

P7_TA(2010)0276

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju (2010/2006(INI))

2011/C 351 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ azzjoni għas-servizzi finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (1), tat-13 ta’ April 2000,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009 bl-isem “Qafas tal-UE għall-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju” (COM (2009)0561),

wara li kkunsidra l-proposta tat-23 ta’ Settembru 2009 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499),

wara li kkunsidra l-proposta tat-23 ta’ Settembru 2009 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0500),

wara li kkunsidra l-proposta tat-23 ta’ Settembru 2009 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2009)0501),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju ta’ l-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (5),

wara li kkunsidra t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u oħrajn, l-Istati Membri jeħtiġuhom mill-kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (6), it-Tielet Direttiva tal- Kunsill 78/855/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1978 dwar l-għaqda ta’ kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitatata (7) [kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata] u s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata (8),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Intiża tal-1 ta’ Ġunju 2008 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza finanzjarja, il-banek ċentrali u l-ministeri għall-finanzi tal-Unjoni dwar l-istabilità finanzjarja transkonfinali,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 13 tar-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja presedut minn Jacques de Larosière u preżentata lill-President Barroso fil-25 ta’ Frar 2009, li tgħid, “[i]l-Grupp jappella biex fl-UE jkun implimentat qafas regolatorju koerenti u operattiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet”,

wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0213/2010),

A.

billi jeżisti suq intern għas-servizzi bankarji fl-UE, aktar milli ġabra ta’ servizzi indipendenti minn xulxin, u billi dan is-suq intern huwa importanti ħafna għall-kompetittività globali tal-Unjoni,

B.

billi fil-preżent ma hemmx biżżejjed regolamentazzjoni internazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet fis-settur bankarju,

C.

billi l-mekkaniżmi ta’ superviżjoni eżistenti kemm tal-UE u kemm internazzjonali għas-settur finanzjarju wrew li ma kinux effettivi fil-prevenzjoni tal-kontaġju jew biex irażżnuh suffiċjentement,

D.

billi l-kost tal-ġestjoni tal-kriżijiet intefa' wisq b'saħħa fuq min iħallas it-taxxi, fuq it-tkabbir u fuq l-impjiegi,

E.

billi l-parteċipazzjoni tal-azzjonisti fil-qsim tal-piż u mbagħad tal-kredituri hija kruċjali biex titnaqqas għal minimu l-ispiża għal dawk li jħallsu t-taxxa li tirriżulta minn kwalunkwe kriżi tas-swieq u tal-istituzzjonijiet finanzjarji,

F.

billi n-nuqqas jew id-dgħufija tar-regolamenti u s-superviżjoni tal-Unjoni irriżultaw f'azzjonijiet mhux ikkoordinati li saru min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali u kattru r-riskju ta’ mġiba protezzjonista u ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni inkluż permezz tal-għajnuna mill-Istat u heddew il-kostruzzjoni ta’ suq intern għas-servizzi finanzjarji,

G.

billi approċċ uniformi għall-prevenzjoni tal-falliment tal-gruppi bankarji jkun aktar konformi mal-kunċett ta’ suq intern,

H.

billi suq intern f'saħħtu għas-servizzi finanzjarji huwa kritiku għall-kompetittività globali tal-Unjoni,

I.

billi l-partijiet influwenti fis-settur bankarju għandhom jinġiebu responsabilizzati u billi dik ir- responsabilizzazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-objettiv kruċjali tar-rikostruzzjoni tas-swieq finanzjarji għas-servizz tal-finanzjament tal-ekonomija,

J.

billi, bħala riżultat tal-kriżi, hemm il-ħtieġa, u ċ-ċittadini jistennew, li l-istituzzjonijiet tal-UE, filwaqt li jaħdmu fi djalogu mal-G-20 u ma’ fora internazzjonali oħra, b'mod urġenti joħolqu qafas adegwat illi, f'każ ta’ kriżi, jippreserva l-istabilità finanzjarja, jimminimizza l-kost għal min iħallas it-taxxi, jippreserva s-servizzi bankarji bażiċi u jipproteġi lid-depożitanti,

K.

billi l-istabilità finanzjarja u s-swieq finanzjarji integrati jeħtieġu sorveljanza transkonfinali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali u sistematiċi,

L.

billi l-għan ta’ qafas tal-UE għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet transkonfinali huwa li l-awtoritajiet jingħataw is-setgħa li jadottaw miżuri li jinkludu l-intervent fil-ġestjoni tal-gruppi bankarji, meta dan ikun meħtieġ (u b'mod speċjali, iżda mhux b'mod esklussiv, fil-banek li jieħdu depożiti, fejn ikun hemm il-possibilità ta’ riskju sistemiku),

M.

billi l-għan ta’ qafas tal-UE għall-immaniġġjar tal-kriżijiet transkonfinali hu wkoll li jiġu regolati kemm il-gruppi bankarji transkonfinali kif ukoll il-banek individwali li jwettqu operazzjonijiet transkonfinali esklussivament permezz tal-fergħat; billi għandu jkun hemm ukoll regolamentazzjoni uniformi fir-rigward tal-gruppi bankarji transkonfinali,

N.

billi respons f'saħħtu għall-kriżi jirrikjedi approċċ koerenti u komprensiv li jkun jikkomprendi superviżjoni aħjar (l-implimentazzjoni ta’ arkitettura ġdida tal-UE għas-superviżjoni), regolamenti aħjar (inizjattivi li jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jaqtgħu bħalma huma dawk relatati mad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 94/19/KE u r-remunerazzjoni eżekuttiva) u qafas tal-UE effettiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji,

O.

billi l-prinċipju li min iħammeġ iħallas għandu jiġu estiż għas-settur finanzjarju minħabba fl-impatt qerriedi tal-falliment li mess lil bosta pajjiżi, setturi u l-ekonomija kollha kemm hi inġenerali,

P.

billi l-intervent bikri fi kriżijiet bankarji, u s-soluzzjoni tagħhom, għandhom jiġu mnedija skont kriterji definiti b'mod ċar, inklużi s-subkapitalizzazzjoni, likwidità imnaqqsa u d-deterjorament tal-kwalità u l-valur tal-beni; billi l-intervent għandu jkun marbut ma’ skemi ta’ garanzija għad-depożiti;

Q.

billi jinħtieġ kodiċi strett tal-kondotta tal-UE għall-ġestjoni, kif ukoll mekkaniżmi li jiswew ta’ deterrent għall-imġiba mhux xierqa, huma meħtieġa u għandhom jiġu żviluppati f'allinjament ma’ inizjattivi internazzjonali simili,

R.

billi huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt sħaħ fi kwalunkwe konsiderazzjoni tal-kwistjoni jekk il-linji gwida l-ġodda għall-ġestjoni tal-kumpaniji jkunux xierqa,

S.

billi fi żmien tliet snin minn meta Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), reġim ta’ riżoluzzjoni bankarja tal-UE, fond ta’ stabilità finanzjarja tal-UE u unità ta’ riżoluzzjoni jsiru operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tistudja kemm hi adattata l-possibilità li l-ambitu tal-qafas tal-immaniġġjar tal-kriżijiet jiġi mwessa' biex jinkludi istituzzjonijiet finanzjarji oħra mhux bankarji inklużi, imma mhux limitat għal, kumpaniji tal-assikurazzjoni u maniġers tal-assi u tal-fondi u għandha tistudja wkoll kemm huwa fattibbli u kemm hu adattat li jiġi stabbilit netwerk ta’ fondi nazzjonali ta’ stabilità għall-istituzzjonijiet kollha li ma jipparteċipawx fil-fond ta’ stabilità finanzjarja tal-UE, kif propost fir-rakkomandazzjoni 3 fl-Anness,

T.

billi l-periklu morali għandu jiġi evitat ħalli ssir prevenzjoni tat-teħid eċċessiv ta’ riskji, u qed jintalab li jkun hemm qafas li jipproteġi s-sistema, mhux lill-parteċipanti delinkwenti f'dik is-sistema, b'mod partikolari m'għandu jintuża l-ebda fond ta’ riżoluzzjoni biex jinfdew l-azzjonisti tal-banek jew biex jiġi ppremjat il-maniġment għall-falliment tiegħu stess;billi, l-istituzzjonijiet li jagħmlu użu minn reġim ta’ riżoluzzjoni bankarja tal-UE f'dan il-kuntest u għandhom jiffaċċjaw il-konsegwenzi bħalma huma miżuri amministrattivi u ta’ riparazzjoni; billi l-eliminazzjoni tal-periklu morali għandha għalhekk issir prinċipju li jiggwida fis-sorveljanza finanzjarja tal-futur,

U.

billi l-problemi ekonomiċi, finanzjarji, u soċjali preżenti u t-talbiet ġodda u multipli ta’ natura regolatorja fuq il-banek, jirrikjedu approċċ gradat u maħsub imma li ma għandux ikun ta’ deterrent għal aġenda ambizzjuża u urġenti,

V.

billi t-trasferiment tal-assi fi ħdan grupp bankarju ma għandu, fl-ebda każ, jipperikola l-istabilità finanzjarja u ta’ likwidità taċ-ċedent u għandu jiġi rrealizzat b'valwazzjoni jew prezz tas-suq ġusti; billi għandhom jiġu żviluppati prinċipji ċari għall-valwazzjoni tal-assi mgħarrqa u għat-trattament tas-sussidjarji u tal-fergħat domiċiljati f'pajjiżi ospitanti,

W.

billi l-Unjoni għandha tibni kuxjenza komuni dwar min għandu jagħmel xiex, fejn u kif fil-każ ta’ kriżi fl-istituzzjonijiet finanzjarji,

X.

billi l-miżuri applikabbli fis-settur bankarju għandhom jippromwovu l-ekonomija reali fil-ħtiġijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tagħha kemm għall-ġejjieni qarib u kemm għal dak imbiegħed,

Y.

billi l-lakuni kbar bejn ir-reġimi nazzjonali ta’ regolamentazzjoni u ta’ insolvenza għandhom jiġu kolmati permezz ta’ qafas armonizzat u djalogu msaħħaħ bejn is-superviżuri u l-awtoritajiet nazzjonali fi ħdan il-Gruppi ta’ Stabilità Transkonfinali,

Z.

billi d-daqs, il-kumplessità u l-interkonnettività li qed dejjem jikbru kemm fuq il-livell reġjonali u kemm fuq dak globali urew li l-falliment tal-istituzzjonijiet, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jista' jkollu effetti li jixterdu aktar milli jkun mistenni madwar is-sistema finanzjarja kollha, u għalhekk dan il-każ jitlob li jiġi stabbilit qafas effettiv għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet għall-banek kollha, fi proċess gradwali u li jimxi fażi fażi, filwaqt li hu rrakkomandat li l-attenzjoni inizjali tiġi ffukata fuq l-istituzzjonijiet li għandhom l-akbar konċentrazzjoni ta’ riskji; billi dan il-qafas għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet għandu jqis kemm jista' jkun sal-aktar punt possibbli sforzi simili min-naħa ta’ fora internazzjonali,

AA.

billi għadd limitat ta’ banek (banek sistemiċi transkonfinali) jirrappreżentaw livell estremament għoli ta’ riskju sistemiku minħabba fid-daqs, fil-kumplessità u fl-interkonnettività tagħhom madwar l-Unjoni kollha, bil-konsegwenza li hemm il-ħtieġa ta’ sistema speċjali, urġenti u mmirata, b'mod iktar ġenerali huma meħtieġa sistemi ekwi ta’ riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali oħra,

AB.

billi biex ikun effettiv fl-interventi ta’ appoġġ, qafas tal-UE għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet jeħtieġ ġabra komuni ta’ regoli, perizja adegwata u riżorsi finanzjarji, li għandhom għalhekk ikunu l-pilastri ewlenin tar-reġim prijoritarju propost għall-banek sistemiċi transkonfinali,

AC.

billi s-superviżjoni, is-setgħat ta’ intervent bikri u l-miżuri relatati mar-riżoluzzjoni għandhom jitqiesu bħala tliet passi marbuta ma’ xulxin ta’ qafas komuni,

AD.

billi r-reġim speċjali fast-track għall-banek sistemiċi transkonfinali għandu jevolvi kemm fuq perjodu medju u kemm fuq perjodu fit-tul lejn reġim universali li jkun ikopri l-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali kollha fl-Unjoni u dan għandu jinkludi reġim ta’ insolvenza armonizzata tal-UE,

AE.

billi kwalunkwe fond ta’ stabilità żviluppat fuq bażi pan-Unjoni għandu jkun limitat biss għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet futuri u m'għandux jintuża għall-ħlas lura ta’ interventi imgħoddija jew problemi li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja tal-2007/2008,

1.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, fuq il-bażi tal-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, proposta leġiżlattiva waħda jew aktar dwar qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet, fond tal-UE ta’ stabilità finanzjarja (Fond), u unità ta’ riżoluzzjoni insegwitu għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati li jidhru fl-Anness li jakkumpanja lil dan id-dokument, b'kunsiderazzjoni tal-inizjattivi meħuda minn korpi internazzjonali, bħall-G-20 u l-Fond Monetarju Internazzjonali, bi-għan li jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali fil-livell dinji u bbażati fuq analiżi profonda tal-alternattivi kollha disponibbli, inkluża evalwazzjoni tal-impatt;

2.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

3.

Jikkunsidra li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti b'allokazzjonijiet baġitarji xierqa (li jkunu jeskludu l-kontributi għall-Fond li huma mistennija jkunu responsabbiltà tal-banek parteċipanti);

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(4)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(5)  ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.

(6)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

(7)  ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36.

(8)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47.


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI U L-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MRESSQA

Rakkomandazzjoni 1 dwar qafas komuni tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola kif ġej:

1.

Joħloq qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-kriżijiet b'ġabra minima ta’ regoli komuni u fl-aħħar liġi komuni ta’ xoljiment u insolvenza, applikabbli għall-istituzzjonijiet bankarji kollha li joperaw fl-Unjoni u bl-objettivi li ġejjin:

il-promozzjoni tal-istabilità tas-sistema finanzjarja;

il-limitazzjoni jew il-prevenzjoni tal-kontaġju finanzjarju;

il-limitazzjoni tal-kost pubbliku tal-interventi;

l-ottimizzazzjoni tal-pożizzjoni tad-depożitanti u l-garanzija li jkunu trattatai bl-istess mod fl-Unjoni kollha;

il-preservazzjoni tal-għoti tas-servizzi bankarji l-aktar essenzjali;

l-evitar tal-periklu morali, l-iċċarġjar tal-kosti lill-industrija u lill-azzjonisti u l-internalizzazzjoni tal-esternalitajiet moħluqa minn swieq u istituzzjonijiet finanzjarji;

l-iżgurar tat-trattament indaqs ta’ kull klassi ta’ kredituri fl-Unjoni inkluż it-trattament ġust tas-sussidjarji u l-fergħat kollha tal-istess istituzzjoni transkonfinali fl'Istati Membri kollha;

l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-impjegati;

it-tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji u l-kompetittività tiegħu.

2.

Progressivament iġib konverġenza fil-liġijiet nazzjonali eżistenti ta’ xoljiment u insolvenza u s-setgħat nazzjonali eżistenti ta’ superviżjoni u, fi żmien kalendarju raġonevoli, jistabbilixxi reġim wieħed għall-UE li jkun effettiv.

3.

Malli jitlesta l-proċess relatat mal-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ insolvenza u ta’ superviżjoni fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jistabbilixxi awtorità unika ta’ xoljiment tal-UE bħala korp separat jew bħala unità fi ħdan l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE).

4.

Sabiex jittejbu l-kooperazzjoni u t-trasparenza, jitwettqu reviżjonijiet minn superviżur fuq ieħor fuq bażi regolari taħt it-tmexxija tal-Awtorità Bankarja Ewropea u din għandha tinbena fuq awtoevalwazzjoni preċedenti.

5.

Fejn ikun hemm il-ħtieġa ta’ xoljiment jew l-istralċ ta’ istituzzjoni transkonfinali, għandha titwettaq investigazzjoni profonda (permezz ta’ esperti indipendenti maħtura mill-Awtorità Bankarja Ewropea) sabiex jiġu enfasizzati l-kawżi u r-responsabilitajiet involuti. Jiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf bir-riżultati ta’ dawk l-investigazzjonijiet.

6.

Jattribwixxi lis-superviżur relevanti r-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-kriżijiet (inklużi is-setgħat tal-intervent bikri) u l-approvazzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza ta’ kull bank, kif ġej:

għall-banek sistemiċi transkonfinali: l-ABE, f'kollaborazzjoni stretta mal-kulleġġ tas-superviżuri nazzjonali u l-Gruppita' Stabilità Transkonfinali (kif definit fil-Memorandum ta’ Intiża tal-1 ta’ Ġunju 2008);

għall-banek transkonfinali mhux-sistemiċi l-oħrajn kollha: is-superviżur konsolidat fi ħdan il-kulleġġ (taħt il-governanza miftiehma tiegħu), taħt il-koordinament tal-ABE u f'konsultazzjoni mal-Gruppi ta’ Stabilità Transkonfinali;

għall-banek lokali: is-superviżur lokali.

7.

Ifassal ġabra ta’ regoli komuni għall-ġestjoni tal-kriżijiet inklużi l-metodoloġiji, id-definizzjonijiet u terminoloġija komuni, u ġabra ta’ kriterji relevanti għat-testijiet ta’ stresss għall-banek transkonfinali.

8.

Jiżgura li l-pjanijiet ta’ xoljiment jsiru rekwiżit regolatorju obbligatorju; il-pjanijiet ta’ xoljiment għandhom jinkludu dettalji awtovalutazzjoni profonda tal-istituzzjoni u dettalji ta’ tqassim ġust tal-assi u tal-kapital, bi rkupru xieraq tat-trasferimenti mis-sussidjarji u l-fergħat għal unitajiet oħra, u l-identifikazzjoni ta’ postijiet fejn hemm ċans kbir ta’ qsim li jippermettu s-separazzjoni ta’ moduli indipendenti, speċjalment dawk li jipprovdu infrastruttura vitali bħas-servizzi ta’ pagament. Ir-rekwiżit għall-kontenut ta’ dawk il-pjanijiet għandu jkun proporzjonat mad-daqs, l-attivitajiet u l-firxa ġeografika tal-bank. Jiżgura li dawk il-pjanijiet ta’ xoljiment huma aġġornati regolarment.

9.

Ifassal, qabel Diċembru 2011, klassifikazzjoni superviżorja Ewropea għall-banek (“Risk Dashboard”- Dashboard tar-Riskji) imsejsa fuq ġabra ta’ indikaturi komuni tal-kwantità u l-kwalità. L-indikaturi tad-Dashboard tar-Riskji għandhom ikunu evalwati skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-istituzzjoni kkonċernata filwaqt li tiġi ppriservata l-kunfidenzjalità. Id-Dashboard tar-Riskji għandu jinkludi mill-anqas dan li ġej:

kapital;

ingranaġġ;

likwidità;

nuqqas ta’ korrispondenza fil-maturità, fir-rata tal-imgħax u fil-valuti;

likwidità tal-beni;

espożizzjonijiet kbar u konċentrazzjonijiet ta’ riskji;

telf mistenni;

sensibilità għall-prezzijiet tas-suq, għar-rati tal-imgħax u tal-kambju;

aċċess għall-finanzjament;

eżiti tat-testijiet tal-istress;

effikaċja tal-kontrolli interni;

kwalità tal-ġestjoni u l-governanza korporattiva;

komplessità u opaċità;

prospettiva tar-riskju;

ottemperanza mal-liġi jew mar-rekwiżiti regolatorji.

10.

Jagħti s-setgħa lis-superviżuri li jintervjenu fuq il-bażi tal-limiti superjuri tal-klassifikazzjoni superviżorja, b'konformità sħiħa mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u jipprovdi għal perjodi ta’ rimedju raġonevoli biex l-istituzzjonijiet jindirizzaw in-nuqqasijiet waħedhom.

11.

Jipprovdi lis-superviżuri għodod legali ta’ invervent xierqa billi tiġi emendata l-leġiżlazzjoni settorjali relevanti jew tiddaħħal leġiżlazzjoni settorjali ġdida biex:

jiġu rekwiżiti aġġustamenti tal-kapital (‘il fuq mir-rekwiżiti regolatorji minimi) jew likwidità u bidliet fit-taħlita ta’ negozji u l-proċess intern;

jiġu rakkomandati jew imposti bidliet fil-ġestjoni;

jiġu imposti ż-żamma tad-dividendi u restrizzjonijiet bil-għan li jkunu kkonsolidati r-rekwiżiti tal-kapital; jiġu limitati t-termini tal-liċenzji bankarji;

is-superviżuri jkunu jistgħu jqajmu s-separazzjoni ta’ moduli indipendenti, kemm dawk li jkunu qed ifallu kif ukoll dawk li jkollhom suċċess, mill-istituzzjoni biex ikun żgurat li l-funzjonijiet prinċipali jkunu jistgħu jkomplu joperaw;

jiġi impost ribass totali jew parzjali;

jiġu trasferiti l-attiv u l-passiv għal istituzzjonijiet oħra bl-objettiv li tkun żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet sistematikament importanti;

jinħoloq bridge bank jew good bank/bad bank;

jiġu rikjesti skambji ta’ dejn f'ekwità, jew kapital ieħor konvertibbli, skont in-natura tal-istituzzjoni, b'haircuts xierqa;

jittieħed kontroll pubbliku temporanju;

tiġi imposta sospensjoni temporanja (moratorju) ta’ ċerti tipi ta’ rivendikazzjonijiet kontra l-bank;

jiġi kkontrollat il-proċess ta’ trasferimenti ta’ assi fi ħdan l-istess grupp;

jinħatar amministratur speċjali fil-livell tal-grupp;

jiġi regolat l-istralċ;

l-ABE titħalla tawtorizza l-intervent tal-fond ta’ stabilità finanzjarja tal-UE inkluż għad-dispożizzjoni ta’ finanzjament ta’ emerġenza fuq perjodu medju, injezzjonijiet ta’ kapital u garanziji;

jiġu imposti miżuri amministrattivi u ta’ tiswija għal dawk l-istituzzjonijiet li jużaw il-Fond.

12.

Il-għodod kollha msemmijin fil-punt 11 għandhom jiġu applikati b'konformità sħiħa mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u għandu jiġi żgurat it-trattament l-istess tal-kredituri u d-depożitanti fl-Istati Membri kollha.

Rakkomandazzjoni 2 dwar il-banek sistemiċi transkonfinali

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola dan li ġej:

1.

Minħabba fir-rwol speċjali tagħhom fis-suq intern tal-UE tas-servizzi finanzjarji, il-banek sistemiċi transkonfinali jeħtieġu li jkunu indirizzati urġentement permezz ta’ reġim speċjali ġdid li għandu jissejjaħ id-Dritt Soċjetarju Bankarju Ewropew, li għandu jitfassal sa tmiem l-2011. Għandha tkun proposta wkoll sistema iktar ġenerali għall-banek transkonfinali l-oħra kollha.

2.

Il-banek sistemiċi transkonfinali għandhom jottemperaw ruħhom mar-reġim speċjali l-ġdid imsaħħaħ; dak ir-reġim għandu jegħleb l-impedimenti legali li jxekklu l-azzjoni transkonfinali effettiva filwaqt li għandu jiżgura t-trattament ċar, ugwali u prevedibbli tal-azzjonisti, id-depożitanti, il-kredituri u l-partijiet interessati l-oħra, b'mod partikolari wara li sjiru trasferimenti tal-assi fi ħdan l-istess grupp. Dan għandu jinkludi 't-28' reġim speċjali għall-proċeduri ta’ insolvenza għall-banek sistemiċi transkonfinali, li aktar tard jista' jiġi estiż għall-banek transkonfinali kollha.

3.

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżura li tistabbilixxi, qabel April 2011, il-kriterji għad-definizzjoni tal-banek sistemiċi transkonfinali. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji, banek bħal dawn se jkunu identifikati fuq bażi regolari mill-bord tas-superviżuri, wara konsultazzjoni tal-Bord Ewropew għar-Riskji Sistemiċi, (Artikolu 12b tar-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tas-17 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (ir-“Rapport tal-ABE”);

4.

Għal kull wieħed mill-banek sistemiċi transkonfinali, l-ABE għandha teżerċita superviżjoni u taġixxi permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (skont ir-rapport tal-ABE);

5.

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżura li tipproponi mekkaniżmu ta’ trasferimenti tal-assi fi ħdan Banek Sistemiċi Transkonfinali b'kunsiderazzjoni dovuta tal-bżonn li jiġu protetti d-drittijiet tal-pajjiżi ospitanti.

6.

Fond għall-istabilità finanzjarja tal-UE u unità ta’ xoljiment għandhom jappoġġjaw l-interventi tal-ABE rigward il-ġestjoni tal-kriżijiet, tax-xoljiment jew l-insolvenza, f'dak li għandu x'jaqsam mal-banek sistemiċi transkonfinali.

Rakkomandazzjoni 3 dwar il-fond ta’ stabilità finanzjarja tal-UE

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola dan li ġej:

1.

Għandu jinħoloq Fond ta’ Stabilità Finanzjarja tal-UE (Fond), taħt ir-responsabbiltà tal-ABE, biex jiffinanzja l-interventi (riabilitazzjoni jew stralċ ordinat) li jkollhom it-tir li jippreservaw l-istabilità tas-sistema u jillimitaw il-kontaġju minn banek fallimentari. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament, sa mhux aktar tard minn April 2011, proposta li jkun fiha id-dettalji ta’ dan li ġej b'relazzjoni mal-Fond: il-karta, l-istruttura, il-governanza, id-daqs, il-mudell ta’ ħidma kif ukoll terminu preċiż għall-implimentazzjoni (skont it-termini tal-punti 2 u 3 aktar 'l isfel).

2.

Il-Fond għandu jkun:

pan-Ewropew;

finanzjat ex-ante minn banek sistemiċi transkonfinali fuq il-bażi ta’ kriterji msejsin fuq ir-riskju u kontroċikliċi u filwaqt li jitqies ir-riskju sistemiku li jirriżulta minn bank individwali; Il-banek li jikkontribwixxu għall-Fond m'għandhomx ikunu obbligati li jikkontribwixxu għal fondi ta’ stabilità simili jew għal unitajiet ta’ xoljiment simili f'pajjiżhom stess;

separat u indipendenti mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti;

ta' daqs adegwat li jiflaħ għal interventi temporanji (bħalma huma selfiet, xiri ta’ beni u injezzjonijiet ta’ kapital) u ħalli jkopri l-kostijiet tal-proċedimenti ta’ xoljiment u insolvenza;

mibni ftit ftit, b'mod li jippermetti sensibilità għall-ambjent ekonomiku preżenti.

iddisinjat b'tali mod li ma joħloqx periklu morali, il-Fond ma għandux jintuża biex jinfdew l-azzjonisti ta’ bank u lanqas biex jiġi ppremjat il-maniġment għall-falliment tiegħu stess;

3.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza wkoll:

linj gwida tal-investiment għall-beni tal-Fond (ir-riskju, likwidità, allinjament mal-miri UE);

kriterji ta’ selezzjoni għall-ġestur tal-beni tal-Fond (intern jew permezz ta’ terz privat jew pubbliku bħalma hu l-Bank Ewropew għall-Investiment);

il-possibilità ta’ kontributi li jkunu jikkwalifikaw għall-kalkolu tal-proporzjonijiet regolatorji tal-kapital;

miżuri amministrattivi (penali jew skemi ta’ kumpens) għal dawk il-banek sistemiċi transkonfinali li jagħmlu użu mill-Fond;

kondizzjonijiet għat-twessigħ aktar 'il quddiem tal-ambitu tal-Fond ħalli jkun jinkludi l-banek transkonfinali kollha oltre l-banek sistemiċi.

l-ambitu tal-ħolqien ta’ netwerk ta’ fondi nazzjonali (u kemm hu adattat) biex jaħseb għall-istituzzjonijiet kollha li ma jipparteċipawx fil-Fond. Imbagħad għandu jiġi stabbilit qafas tal-UE biex jirregola l-fondi nazzjonali eżistenti u ġejjiena li se jikkonformaw ma’ ġabra uniformi u vinkolanti ta’ regoli komuni.

Rakkomandazzjoni 4 dwar unità ta’ xoljiment

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola dan li ġej:

Għanda titwaqqaf unità ta’ xoljiment indipendenti fi ħdan l-ABE ħalli tmexxi l-proċedimenti ta’ xoljiment u insolvenza għall-banek sistemiċi transkonfinali. Din l-unità għandha:

topera f'konfini stretti definiti mill-qafas legali u mill-kompetenzi tal-EBA;

tikkonsisti f'ġabra ta’ perizja legali u finanzjarja b'ħiliet speċjali fir-ristrutturar, turnarounds u likwidazzjonijiet tal-banek;

tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali fuq l-implimentazzjoni, l-assistenza teknika u l-qsim tal-persunal;

tipproponi ħruġ ta’ flejjes mill-Fond.

fejn tinqala' l-ħtieġa ta’ xoljiment jew ta’ stralċ ta’ istituzzjoni transkonfinali, twettaq investigazzjoni profonda minn esperti indipendenti maħtura mill-Awtorità Bankarja Ewropea sabiex jiġu analizzati u enfasizzati l-kawżi u r-responsabilitajiet involuti. Il-Parlament għandu jkun mgħarraf bir-riżultati tal-investigazzjonijiet.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/69


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri

P7_TA(2010)0277

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri

2011/C 351 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 122 u 143 tiegħu,

wara li kkunsidra t-termini ta’ referenza tal-Grupp tal-Euro tas-7 ta’ Ġunju 2010 dwar Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ġunju 2010 tas-16-il-Stat Membru taż-żona tal-euro,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2010 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (COM(2010)0250),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta’ Mejju 2010 tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern taż-żona euro,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tad-9 u l-10 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li għamlu l-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern taż-żona euro,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Istati Membri taż-żona euro tal-11 ta’ April 2010 dwar l-appoġġ għall-Greċja mill-Istati Membri taż-żona euro,

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta’ Ġunju 2010 lill-Kummissjoni dwar il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja Ewropea u azzjonijiet futuri (O-0095/2010 – B7-0318/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-awturi tat-Trattat ta’ Maastricht ma pprevedewx il-possibilità ta’ kriżi ta’ dejn sovran fiż-żona euro,

B.

billi l-firxa ta’ dejn sovran min-naħa tal-Istati Membri taż-żona euro twessgħat aktar malajr matul il-ħarifa tal-2009,

C.

billi s-sitwazzjoni fir-rigward tas-suq tad-dejn sovran għal ċerti Stati Membri marret għall-agħar b'mod konsiderevoli matul ir-rebbiegħa tal-2010 u laħqet stadju kritiku f'Mejju 2010,

D.

billi kien hemm żviluppi fis-swieq tad-dejn sovran li jeħtieġ li jinftiehmu aħjar,

E.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 għandha, skont l-Artikolu 2.2 tar-regolament, tkun limitata għall-marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji għall-approprazzjonijiet għall-ħlasijiet; billi l-Artikolu 3.5 jipprovdi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri benefiċjarji għandhom jikkonkludu memorandum ta’ fehim, li jiddettalja l-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika marbuta mal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, li l-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament u lill-Kunsill,

F.

billi, fis-7 ta’ Ġunju 2010, l-Istati Membri taż-żona euro – b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tad-9 u l-10 ta’ Mejju 2010 – stabbilixxew il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) bħala kumpanija b'responabilità limitata (société anonyme) skont il-liġi Lussemburgiża, fejn l-Istati Membri taż-żona euro pprovdew garanziji ta’ ħruġ tal-EFSF sa massimu ta’ EUR 440 biljun fuq bażi pro rata,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjonijiet reċenti meħuda fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali biex tiġi ssalvagwardjata l-istabilità tal-euro; jiddispjaċih li dawk li jfasslu l-politika Ewropea ma ħadux azzjoni fi żmien aktar bikri, minkejja li l-kriżi finanzjarja kompliet sejra għall-agħar b'mod kostanti;

2.

Jenfasizza, minkejja dan, li dawn l-azzjonijiet huma biss ta’ natura temporanja u li għandu jsir progress reali fir-rigward tal-politiki fiskali u strutturali fl-Istati Membri individwali, u sabiex jiġi stabbilit qafas ġdid u iktar b'saħħtu għall-governanza ekonomika, immirat biex jevita okkorrenzi futuri ta’ kriżijiet simili, kif ukoll biex iżid il-potenzjal ta’ tkabbir u l-bilanċament mill-ġdid makroekonomiku fl-UE;

3.

Iqis li l-kriżi attwali ma tistax tissova fuq terminu ta’ żmien fit-tul billi jintefa' dejn ġdid f'pajjiżi li diġà għandhom ħafna dejn;

4.

Huwa tal-fehma li l-Istati Membri kollha tal-UE, b'mod partikulari dawk li huma parti mill-unjoni ekonomika u monetraja (UEM), għandhom, fl-iżvilupp tal-politiki ekonomiċi tagħhom, iqisu kemm l-effetti ta’ dawk il-poitiki b'mod domestiku kif ukoll l-implikazzjonijiet tagħhom għall-Unjoni, b'mod partikulari għall-Istati Membri tal-UEM. Iqis li l-politiki ekonomiċ huma kwistjoni ta’ tħassib komuni u għandhom jiġu kkoordinati fi ħdan il-Kunsill skont il-proċeduri li hemm fit-Trattat;

5.

Jemmen li, minkejja r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002, ir-regoli li jirregolaw l-vetturi bi skop speċjali (SPV) għandhom jipprovdu għall-possibilità li pajjiżi li ma jkunux fiż-żona euro jagħżlu li jipparteċipaw fil-faċilità tal-SPV;

6.

Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)0250 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika bħala kontribuzzjoni importanti għal koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politika ekonomika fl-UE; iqis li l-proposti leġiżlattivi dwar sorveljanza ekonomika ikbar għandhom jinkludu leġiżlazzjoni sekondarja ġdida abbażi tal-Artikolu 121(6) tat-Trattat; iqis li l-qafas ta’ sorveljanza futur għandu jkollu l-għan li jikseb finanzi pubbliċi u tkabbir ekonomiku sostenibbli, kompetittività, koeżjoni soċjali u tnaqqis fl-iżbilanċi kummerċjali;

7.

Iqis li, meta jitwaqqfu proċeduri u strumenti ġodda tal-UE, jeħtieġ li jitqiesu r-rwoli rispettivi tal-istituzzjonijiet Ewropej, inklużi r-rwol leġiżlattiv u baġitarju tal-Parlament u r-rwol indipendenti tal-BĊE fit-tehid ta’ deċiżjonijiet rigward il-politika monetarja;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi valutazzjoni tal-impatt tal-Mekkaniżmu ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja Ewropea, b'mod partikulari fuq il-baġit tal-UE u ta’ strumenti finanzjarji oħrajn u self tal-BEI;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi valutazzjoni tal-impatt tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, b'mod partikulari fuq il-funzjonament tas-swieq tal-bonds euro u l-firxiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta, barra minn hekk, il-prattiċità u r-responsabilità tal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għal din il-vettura bi skop speċjali (SPV), bl-għan ta’ soluzzjoni aktar fit-tul;

10.

Jitlob aktar dettalji dwar kif se taħdem il-koordinazzjoni bejn l-EFSF u l-FMI, inkluż jekk l-allokazzjoni bejn il-fondi hijiex se tiġi determinata fuq bażi parallela fejn jinżamm il-proporzjon ta’ 2:1; jekk ir-rata ta’ interess se tkunx bi kwalunkwe mod ikkoordinata mar-rata tal-FMI, bil-preżunzjoni li r-rata tal-FMI se tiġi ffissata skont il-prattika normali; x'se tkun ir-rata ta’ interess prevista, indipendentement mill-bunds Ġermaniżi, u jekk x'aktarx tkun madwar 1 %; jistaqsi jekk is-self tal-FMI u tal-EFSF hux se jitqiegħdu fl-istess livell, minħabba li dan awtomatikament jagħti lill-EFSF il-privileġġ ta’ noninklużjoni fi kwalunkwe ristrutturar tal-obbligi ta’ min jissellef - minħabba li nkella l-EFSF fil-verità jkun espost għar-riskju tal-ewwel telf;

11.

Jitaqsi jekk hemmx xi miżuri previsti biex jiġi żgurat trattament ugwali; jinnota, pereżempju, f'dan ir-rigward li r-rata ta’ interess għall-EFSF tidher differenti mill-pakkett miftiehem għall-Greċja minħabba li dawk li jissellfu mill-EFSF se jħallsu l-prezz nett komprensiv lill-SPV biex jiksbu l-fondi; jistaqsi, barra minn hekk, kif tista' tiġi żgurata l-ġustizzja għall-dawk li m'humiex membri tal-UEM jekk l-EFSF topera biss wara li tkun intużat il-faċilità ta’ EUR 60 biljun;

12.

Josserva li d-dejn sovran fiż-żona euro mhux neċessarjament għandu riskji ta’ kreditu nominali żero kif tassumi d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital u li l-iżviluppi attwali żiedu r-rikju ta’ kreditu tad-dejn b'terminu fit-tul maħruġ mill-Istati Membri; huwa tal-fehma li l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandhom jindirizzaw din il-problema;

13.

Jinnota li d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital ma tipprevedi l-ebda riskju fuq il-bonds sovrani;

14.

Jitlob lill-BĊE biex jagħti spjegazzjoni dettaljata tad-deċiżjonijiet reċenti tiegħu li jixtri bonds tal-gvern fuq is-suq sekondarju, u jqis li l-BĊE għandu jipprepara strateġija ta’ ħruġ b'kalendarju ċar biex itemm din il-prattika;

15.

Jemmen li soluzzjoni fuq terminu ta’ żmien fit-tul tirrikjedi li jiġu indirizzati l-iżbilanċi interni u d-dejn mhux sostenibbli, jiġifieri l-għeruq strutturali tal-kriżi attwali; iqis li tali viżjoni fit-tul tinvolvi l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi fiż-żona euro u fl-UE, u għaldaqstant l-indirizzar tad-differenzi sostanzjali tal-kompetittività bejn l-Istati Membri;

16.

Huwa tal-fehma li qafas tal-UE aktar b'saħħtu għall-governanza ekonomika għandu jinkludi mekkaniżmu permanenti tal-UE għar-riżoluzzjoni ta’ kriżijiet ta’ dejn sovran, bħal Fond Monetarju Ewropew, approċċ ikkoordinat għall-bilanċ mill-ġdid makroekonomiku, u sinerġiji akbar bejn il-baġit tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri, biex b'hekk tiġi kkomplementata l-konsolidazzjoni fiskali sostenibbli;

17.

Jieħu nota li, minkejja l-impatt potenzjalment sinifikanti ta’ dan il-mekkaniżmu fuq il-baġit tal-UE, il-Parlament ma ngħata l-ebda rwol fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, minħabba li l-faċilità ġiet stabbilità permezz ta’ regolament tal-Kunsill skont l-Artikolu 122(2) TFUE; iqis neċessarju li jiġi żgurat li l-Parlament, bħala awtorità baġitarja, jkun involut fi kwistjoni li jkollha konsegwenzi baġitarji potenzjalment b'firxa wiesgħa bħal dawn;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju ta’ fattibilità indipendenti sal-aħħar tal-2010 dwar il-kwistjoni ta’ strumenti finanzjarja innovattivi, bħalma hu l-ħruġ konġunt ta’ Eurobonds bħala mezz biex jitnaqqsu l-firxiet u tiżdied il-likwidità fis-swieq tad-dejn dominati

19.

Josserva li l-ħruġ ta’ Eurobonds għal infrastruttura relevanti għall-UE jista' jkun konsistenti mal-ħarsien tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tanalizza firxa ta’ possibilitajiet għal sistema fit-tul biex jiġu evitati u solvuti problemi potenzjali ta’ dejn sovran b'mod effikaċi u sostenibbli, filwaqt li jittieħed il-benefiċċju sħiħ tal-munità unika; iqis li din l-analiżi għandha tqis il-fatt li r-riskju ta’ kreditu tal-bonds tal-gvern jaf ivarja bejn l-Istati Membri u jaf ikun jeħtieġ li jiġi rifless aħjar fil-proporzjon tal-kapital tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Eurogroup u lill-BĊE.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/73


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea

P7_TA(2010)0278

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea

2011/C 351 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru. 540/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta'Ġunju 2010 li jżid l-Islanda mal-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-għajnuna mill-UE ta' qabel l-adeżjoni, maħsuba biex tgħin lill-pajjiżi applikanti jikkonformaw mal-korp tal-liġi Ewropea,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea (SEC(2010)0153),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 biex jinbdew negozjati mal-Islanda dwar l-adeżjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta' strateġija tal-Kummissjoni 2009 dwar it-tkabbir li jikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (COM(2009)0588 – C7-0279/2009 – 2009/0163(COD)) (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “Kull Stat Ewropew […] jista' japplika sabiex isir membru tal-Unjoni”,

B.

billi l-progress ta' kull pajjiż lejn l-adeżjoni mal-UE huwa bbażat fuq il-mertu u jiddependi mill-isforzi tiegħu biex jikkonforma mal-kriterji tal-adeżjoni, waqt li l-kapaċità ta' integrazzjoni tal-UE trid tkun irrispettata wkoll,

C.

billi fis-17 ta' Lulju 2009 l-Islanda ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea,

D.

billi, fl-24 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni ppreżentat l-opinjoni tagħha bir-rakkomandazzjoni li għandhom jinbdew in-negozjati mal-Islanda dwar l-adeżjoni,

E.

billi, peress li kull tkabbir li sar sa issa kien bla dubju suċċess, kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri li ngħaqdu magħha, u kkontribwixxa għall-istabilità, l-iżvilupp u l-prosperità fl-Ewropa kollha kemm hi, huwa essenzjali li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jitlesta l-proċess ta' adeżjoni mal-Islanda u biex jiġi żgurat li l-adeżjoni tagħha tkun suċċess ukoll, skont il-kriterji ta' Kopenħagen,

F.

billi r-relazzjonijiet bejn l-Islanda u l-UE ilhom jeżistu mill-1973 meta ffirmaw ftehim bilaterali ta' kummerċ ħieles,

G.

billi l-Islanda diġà qed tikkopera mill-qrib mal-UE bħala membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u bħala firmatarja għall-Ftehimiet ta' Schengen u r-Regolament ta' Dublin, u għaldaqstant diġà adottat parti sinifikanti mill-acquis communautaire,

H.

billi l-Islanda għandha tradizzjoni demokratika stabbilita sew u livell għoli ta' allinjament mal-acquis,

I.

billi l-Islanda ilha mill-1994 tagħti kontribut importanti għall-koeżjoni u s-solidarjetà Ewropej permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE,

J.

billi l-Islanda, bħala pajjiż bi tradizzjoni mhux militari, qed tikkontribwixxi għall-missjonijiet għaż-żamma tal-paċi tal-UE permezz ta' mezzi ċivili u tallinja lilha nnifisha b'mod regolari mal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE,

K.

billi l-Islanda u l-popolazzjoni tagħha ntlaqtu b'mod gravi mill-kriżi finanzjarja u ekonomika globali li wasslet għall-kollass tas-sistema bankarja Islandiża fl-2008,

L.

billi l-Gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Pajjiżi l-Baxxi ffirmaw żewġ ftehimiet mal-Gvern Islandiż, f'Ġunju u f'Ottubru 2009, dwar it-termini għall-ħlas lura ta' self ta' EUR 1.3 biljun mill-Pajjiżi l-Baxxi u self ta' GBP 2.4 biljun mir-Renju Unit; billi, wara referendum fis-6 ta' Marzu 2010, il-ftehim ta' Ottubru kien irrifjutat u l-partijiet involuti huma mistennija jilħqu ftehim ġdid dwar il-ħlas li kellu jsir skont l-iskema ta' garanzija tad-depożiti tal-Islanda,

M.

billi l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (ESA) iddikjarat, fl-ittra tagħha ta' notifika formali tas-26 ta' Mejju 2010, li l-Islanda hija obbligata tiżgura l-ħlas tal-kumpens minimu lid-depożituri fl-Icesave mir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi,

N.

billi l-opinjoni pubblika u l-partiti politiċi fl-Islanda huma diviżi dwar il-kwistjoni tal-adeżjoni mal-UE; billi huwa ċar li l-opinjoni pubblika dwar l-adeżjoni mal-UE, fid-dawl tal-kriżi ekonomika u politika, inbidlet b'mod negattiv mis-sajf tal-2009,

Kriterji politiċi

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jibda negozjati mal-Islanda dwar l-adeżjoni;

2.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-prospettiva ta' Stat Membru ġdid tal-UE b'kultura demokratika b'saħħitha; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-adeżjoni tal-Islanda tista' tkun ta' benefiċċju kemm għall-pajjiż u kemm għall-UE u se tkompli ssaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni bħala promotur u difensur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali fid-dinja;

3.

Jenfasizza l-koperazzjoni eċċellenti li teżisti bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri tal-Althingi fil-qafas tal-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE u jistenna li l-kollaborazzjoni fil-Kumitat Parlamentari Konġunt PE-Islanda l-ġdid;

4.

Jilqa' b'mod partikolari l-Inizjattiva Islandiża dwar il-Midja Moderna, li tippermetti kemm lill-Islanda kif ukoll lill-UE jieħdu pożizzjoni b'saħħitha rigward il-ħarsien legali tal-libertajiet tal-espressjoni u tal-informazzjoni;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet Islandiżi biex jaffrontaw id-distinzjoni attwali li qed issir bejn iċ-ċittadini tal-UE rigward id-dritt tagħhom li jivvotaw u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet lokali fl-Islanda;

6.

Jirrimarka li, skont l-istrateġija l-ġdida tat-tkabbir tal-UE, is-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż applikant hija wieħed mill-oqsma li l-UE tagħtihom attenzjoni partikolari anke fl-istadju bikri ta' qabel l-adeżjoni; huwa tal-fehma li l-Gvern tal-Islanda għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-indipendenza tal-ġudikatura, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, filwaqt li tkun ittrattata b'mod xieraq il-kwistjoni tar-rwol predominanti mogħti lill-Ministru tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem fil-ħatra tal-imħallfin, il-prosekuturi u l-awtoritajiet ġudizzjarji supremi; jittama li l-awtoritajiet Islandiżi jadottaw il-bidliet meħtieġa;

7.

Iħeġġeġ lill-Islanda biex tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u l-Konvenzjoni Ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Korruzzjoni;

8.

Ifaħħar lill-Islanda għar-riżultati tajba li kisbet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; madankollu, jistieden lill-awtoritajiet Islandiżi biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, kif ukoll il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet;

9.

Iħeġġeġ lill-Islanda biex issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-2008 tal-OSKE-ODIHR dwar il-kriminalità ispirata mill-mibegħda;

Kriterji ekonomiċi

10.

Jinnota li l-Islanda laħqet livell ġeneralment sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha fil-kuntest taż-ŻEE u fil-ħila tagħha li tirreżisti għall-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE; madankollu, jinnota li jinħtieġu aktar sforzi rigward l-allinjament ma' prinċipji ġenerali u l-iżgurar tal-konformità sħiħa mal-acquis fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-konformità, l-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq; jieħu nota tal-ittra ta' notifika formali tal-ESA tas-26 ta' Mejju 2010 lill-Gvern tal-Islanda – l-ewwel pass fi proċedura ta' ksur kontrih talli ma kkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-Ftehim ŻEE li jimplimenta d-Direttiva tal-UE dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti (94/19/KE) – u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern Islandiż wera li huwa lest jikkonkludi n-negozjati dwar Icesave mill-aktar fis possibbli;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-politiki biex tkompli tiġi ddiversifikata l-ekonomija tal-Islanda bħala pass meħtieġ għall-benessri ekonomiku tal-pajjiż għal perjodu twil ta' żmien;

12.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ambjent huwa prijorità għall-UE u jilqa' b'sodisfazzjon l-involviment qawwi tal-Islanda f'politiki ambjentali;

13.

Jinnota li, filwaqt li l-konsolidazzjoni fiskali tibqa' sfida fundamentali, l-Islanda qed turi sinjali inkoraġġanti ta' stabilizzazzjoni ekonomika; iqis il-miżuri monetarji li ttieħdu s'issa bħala passi fid-direzzjoni t-tajba għal aktar stabilità ekonomika u finanzjarja;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Kummissjoni Speċjali ta' Stħarriġ, li jista' jikkontribwixxi biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja nazzjonali; iħeġġeġ li jkun hemm miżuri ta' segwitu għall-ħidma ta' din il-Kummissjoni sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali urġenti li huma deskritti fir-rapport;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Assoċjazzjoni Islandiża tal-Fondi tal-Pensjonijiet (IPFA) qablet li torganizza investigazzjoni indipendenti dwar il-metodi ta' ħidma u l-politiki ta' investiment tal-iskemi tal-pensjoni fil-perjodu qabel il-kollass ekonomiku;

16.

Jitlob li jintlaħaq qbil bilaterali dwar l-arranġamenti biex self li jammonta għal total ta' EUR 3.9 biljun jitħallas lura lill-Gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Pajjiżi l-Baxxi; jisħaq li bl-ilħuq ta' ftehim li jkun aċċettabbli għall-partijiet kollha terġa' tinkiseb il-fiduċja fil-kapaċità tal-Islanda li tonora l-impenji li ħadet, inkluża l-konformità mal-obbligi kollha skont il-ftehim ŻEE, u jissaħħaħ l-appoġġ pubbliku, kemm fl-Islanda kif ukoll fl-UE, għall-proċess ta' adeżjoni tal-Islanda;

17.

Jieħu nota tax-xewqa tal-Islanda li ssir parti miż-żona tal-euro, ambizzjoni li tista' tinkiseb wara li ssir membru tal-UE u ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha;

18.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-approvazzjoni tat-tieni reviżjoni tal-ftehim stand-by tal-FMI bil-għan tal-istabilizzazzjoni tal-munita, ir-ristrutturar tal-banek u l-konsolidazzjoni fiskali;

19.

Huwa mħasseb dwar il-livelli għolja ta' qgħad u ta' inflazzjoni tal-Islanda, filwaqt li jinnota li dan l-aħħar kien hemm sinjali ta' titjib;

20.

Ifaħħar lill-Islanda għar-rati għoljin tagħha ta' investimenti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp;

Il-kapaċità li tassumi l-obbligi tal-adeżjoni

21.

Jinnota li, bħala membru taż-ŻEE, l-Islanda qiegħda fi stadju avvanzat rigward il-konformità mar-rekwiżiti ta' 10 mill-kapitoli tan-negozjati u tissodisfa parzjalment ir-rekwiżiti ta' 11-il kapitolu, li jfisser li għad fadal biss 12-il kapitolu mhux koperti miż-ŻEE li jeħtieġ li jiġu nnegozjati kompletament; jisħaq li l-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li l-Islanda tagħmel sforzi serji biex iġġib il-leġiżlazzjoni tagħha f'konformità mal-acquis f'numru ta' oqsma u biex timplimentaha u tinforzaha b'mod effettiv fuq perjodu ta' żmien medju sabiex tissodisfa l-kriterji ta' adeżjoni; jenfasizza li t-twettiq tal-obbligi tal-Islanda skont iż-ŻEE, kif ukoll skont il-ftehim li jassoċja l-Islanda mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, huma rekwiżiti importanti fin-negozjati tal-adeżjoni;

22.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Islanda biex jindirizzaw id-dgħufijiet istituzzjonali ewlenin tal-ekonomija tal-pajjiż, speċifikament l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-sistema superviżorja finanzjarja u tas-sistema għall-garanzija tad-depożiti;

23.

Iħeġġeġ lill-Islanda biex tadotta politika dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali li tikkonforma mal-politiki tal-UE, u biex tistabbilixxi l-istrutturi amministrattivi meħtieġa biex jiġu implimentati dawn il-politiki; jisħaq, f'dan ir-rigward, li l-politiki tal-UE jridu jqisu n-natura speċifika tal-ambjent u l-flora u l-fawna tal-Islanda, kif ukoll il-bogħod ġeografiku tagħha mill-Ewropa kontinentali;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-awtoritajiet Islandiżi fid-dibattiti attwali dwar ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni;

25.

Jirrikonoxxi l-mod responsabbli u sostenibbli li bih l-Islanda mmaniġġjat ir-riżorsi tal-baħar tagħha u jistenna li kemm l-UE kif ukoll l-awtoritajiet Islandiżi jadottaw attitudni kostruttiva fin-negozjati dwar il-ħtieġa għall-Islanda li tadotta il-Politika Komuni tas-Sajd Ewropea (PKS), sabiex l-eżitu jkun soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat imsejsa fuq l-aħjar prattiki u li tħares l-interessi kemm tas-sajjieda u tal-konsumaturi fl-UE, kif ukoll tal-Islanda;

26.

Iħeġġeġ lill-Islanda biex tadotta miżuri fil-qasam tal-politika dwar is-sajd li jippermettulha tagħmel it-tranżizzjoni lejn l-introduzzjoni tal-PKS;

27.

Jinsisti li l-Islanda twaqqaf il-kaċċa għall-balieni u tneħħi r-riservi kollha li għamlet fil-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni;

28.

Jinnota li l-Islanda tista' tagħti kontribut prezzjuż għall-politiki tal-UE dwar l-ambjent u l-enerġija permezz tal-esperjenza tagħha fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded, b'mod partikolari l-enerġija ġeotermika, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

Kooperazzjoni reġjonali

29.

Jikkunsidra l-adeżjoni tal-Islanda mal-UE – billi ssaħħaħ aktar il-preżenza Ewropea fil-Kunsill tal-Artiku – bħala opportunità strateġika biex l-UE jkollha rwol aktar attiv u kostruttiv, u tikkontribwixxi wkoll għall-governanza multilaterali fir-Reġjun tal-Artiku; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan jgħin biex jiġu ttrattati kwistjonijiet ambjentali ta' tħassib komuni u jista' jżid l-interess tal-UE fl-Artiku u l-protezzjoni tiegħu fil-livell internazzjonali u f'dak reġjonali;

30.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-adeżjoni tal-Islanda mal-UE ssaħħaħ id-dimensjoni tal-Atlantiku tat-Tramuntana tal-politiki esterni tal-Unjoni;

Opinjoni pubblika u appoġġ għat-tkabbir

31.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Islandiżi biex iniedu dibattitu pubbliku wiesa' dwar l-adeżjoni mal-UE, li jinvolvi lis-soċjetà ċivili mill-bidu nett, fejn jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini Islandiżi dwar l-adeżjoni mal-UE u titqies il-ħtieġa għal impenn qawwi sabiex in-negozjati jirnexxu; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi materjal u appoġġ tekniku, jekk l-awtoritajiet Islandiżi jitolbuhomlha, sabiex tgħinhom itejbu t-trasparenza u r-responsabilità rigward il-proċess ta' adeżjoni u jorganizzaw kampanja ta' informazzjoni bir-reqqa u estensiva mal-pajjiż kollu dwar l-implikazzjonijiet tal-adeżjoni mal-UE, sabiex iċ-ċittadini Islandiżi jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata fir-referendum futur dwar l-adeżjoni;

32.

Huwa tal-fehma li hu kruċjali li ċ-ċittadini tal-UE jingħataw informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-implikazzjonijiet tal-adeżjoni tal-Islanda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforzi għal dan il-għan, u jikkunsidra li hu ugwalment importanti li l-preokkupazzjonijiet u l-mistoqsijiet taċ-ċittadini jinstemgħu u jiġu indirizzati kif ukoll li jitqiesu l-fehmiet u l-interessi tagħhom;

*

* *

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tal-Althingi u lill-Gvern tal-Islanda.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2009)0097.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0026.


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/78


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Il-Kosovo

P7_TA(2010)0281

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo

2011/C 351 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza li ħarġu mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Tessaloniki tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003, fejn saret il-wegħda lill-istati kollha tal-Balkani tal-Punent li dawn jissieħbu mal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2009 li jisħqu li l-Kosovo, bla ħsara għall-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-istatus tiegħu, għandu jibbenefika wkoll mill-prospettiva ta’ proċess eventwali tat-tneħħija tar-rekwiżit ta’ viża ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha u jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tipproċedi b'approċċ strutturat biex tressaq lin-nies tal-Kosovo eqreb lejn l-UE,

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, emendata mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/445/PESK tad-9 ta’ Ġunju 2009,

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/123/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/118/PESK tal-25 ta’ Frar 2010 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2009 bl-isem “Strateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2009-2010” (COM (2009)0533) u r-rapport mehmuż tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar fil-Kosovo fl-2009 u l-istudju bl-isem “Il-Kosovo (1) - It-Twettiq tal-Perspettiva Ewropea tiegħu” (COM(2009)0534),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tat-2 Laqgħa Interparlamentari bejn il-PE u l-Kosovo tas-7 ta’ April 2009 u tat-3 Laqgħa Interparlamentari bejn il-PE u l-Kosovo tat-23 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tal-Kosovo u l-irwol tal-UE (2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2009 dwar il-Kosovo u l-irwol tal-UE (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (4) u partikolarment l-Anness I tiegħu li fih saret referenza għall-persuni residenti fil-Kosovo (UNSCR 1244) għal finijiet ta’ ċarezza legali u ta’ sigurtà,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Ottubru 2008 (A/RES/63/3) li talbet lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja sabiex tagħti opinjoni konsultattiva dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta’ indipendenza mill-Istituzzjonijiet Proviżorji tal-Gvern Awtonomu tal-Kosovo,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar id-dokument ta’ strateġija tal-2009 tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir li jikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija (5),

wara li kkunsidra r-rapport finali tas-26 ta’ Marzu 2007 tal-Mibgħut Speċjali tan-NU dwar l-istatus ġejjieni tal-Kosovo u dwar il-Proposta ta’ Status Komprensiv sabiex jiġi Riżolt l-Istatus tal-Kosovo,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-istabilità reġjonali fil-Balkani tal-Punent u l-integrazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fl-UE huma prijoritajiet għall-Unjoni Ewropea; billi dawn il-prijoritajiet jistgħu jinżammu biss jekk l-isħubija mal-UE hija prospett tanġibbli għall-pajjiżi kollha ta’ dan ir-reġjun,

B.

billi l-komunità internazzjonali minn dejjem iddefendiet is-sostenibilità ta’ stati multietniċi u plurireliġjużi fil-Balkani tal-Punent, abbażi tal-valuri tad-demokrazija, tat-tolleranza u tal-multikulturaliżmu,

C.

billi ċ-ċittadini tas-Serbja, ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u tal-Montenegro setgħu jivvjaġġaw lejn l-UE mingħajr viża mid-19 ta’ Diċembru 2009 'l quddiem u l-istess hu mistenni li jkun possibbli għaċ-ċittadini tal-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina dalwaqt; billi ċ-ċittadini tal-Kosovo ma jistgħux jitħallew l-art u iżolati miċ-ċittadini tal-pajjiżi l-oħra tar-reġjun u għalhekk il-proċess tat-tneħħija tar-rekwiżit ta’ viża mal-Kosovo għandu jinbeda mingħajr dewmien, sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji neċessarji kollha,

D.

billi attwalment il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ntalbet opinjoni konsultattiva dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-Dikjarazzjoni Unilaterali ta’ Indipendenza mill-Istituzzjonijiet Proviżorji tal-Gvern Awtonomu tal-Kosovo u billi l-konklużjonijiet tagħha għadhom pendenti,

E.

billi d-deċiżjoni li l-Kosovo ma jkunx inkluż fit-tneħħija tar-rekwiżit ta’ viża turi kontradizzjoni qawwija fl-istrateġija tal-UE fir-rigward tal-Kosovo li tikkonsisti, minn naħa, fid-diskrepanza bejn l-isforz ta’ għajnuna enormi f'termini ta’ riżorsi u persunal u, min-naħa l-oħra, fiż-żamma tal-fruntieri magħluqa għal dawk kollha li xogħolhom jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp,

1.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo tas-17 ta’ Frar 2008, li ġiet rikonoxxuta minn 69 pajjiż; jinnota li 22 Stat Membru tal-UE għarfu lill-Kosovo bħala pajjiż indipendenti u li ħamsa m'għamlux dan; iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex il-politiki tal-UE jkunu iktar effettivi għall-poplu tal-Kosovo, biex isaħħu l-approċċ komuni tagħhom lejn il-Kosovo bil-għan li sseħħ l-adeżjoni tal-Kosovo fi ħdan l-UE; jilqa' l-approċċ kostruttiv lejn il-Kosovo enfasizzat mill-Presidenza Spanjola minkejja n-nuqqas ta’ rikonoxximent tagħha tal-pajjiż; jilqa' r-rikonoxximent mill-Istati Membri kollha tal-indipendenza tal-Kosovo (jekk dan iseħħ);

2.

Jenfasizza l-importanza kbira tal-proċessi ta’ integrazzjoni mal-UE tal-pajjiżi kollha fir-reġjun għall-istabbilizzazzjoni reġjonali; jissottolinja li l-prospettiva ta’ adeżjoni fl-UE hija inċentiv qawwi għar-riformi meħtieġa fil-Kosovo u jitlob li jittieħdu passi prattiċi biex din il-prospettiva ssir iktar tanġibbli kemm għall-gvern kif ukoll għaċ-ċittadini; għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-Kosovo fil-proċess ta’ sorveljanza li jibda fil-bidu tal-2011 u bil-għan li l-pajjiż jitħejja għat-tnedija tan-negozjati dwar il-Ftehima ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u biex tinforma lill-awtoritajiet tal-Kosovo bil-passi li għandhom jittieħdu qabel ma l-Kummissjoni tipprepara l-pjan direzzjonali għall-proċess tat-tneħħija tar-rekwiżit ta’ viża u biex tiddefinixxi l-pjan direzzjonali mill-ewwel ġaladarba jkunu ttieħdu dawn il-passi;

3.

Jieħu nota tar-rikonoxximent tal-indipendenza tal-Kosovo mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ġirien tiegħu, u r-relazzjoni tajba magħhom; jinnota l-fatt li l-Kosovo tħalla jsir membru tal-Bank Dinji, il-Fond Monetarju Internazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

4.

Itenni l-opinjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjonijiet tad-29 ta’ Marzu 2007 u tal-5 ta’ Frar 2009 li tirrifjuta l-possibilità tat-tqassim tal-Kosovo;

5.

Huwa mħasseb dwar l-istat tar-relazzjoni mas-Serbja u jenfasizza li relazzjoni tajba mal-pajjiżi ġirien hija kriterju essenzjali għall-aspirazzjonijiet tas-Serbja kif ukoll tal-Kosovo u tal-pajjiżi l-oħra kollha tar-reġjun sabiex jissieħbu mal-UE; filwaqt li jifhem l-implikazzjonijiet emozzjonali tal-gwerra tal-1999 u jifhem li r-rikonoxximent uffiċjali tal-Kosovo mhuwiex għażla politika fattibbli bħalissa għall-mexxejja ta’ Belgrad, madankollu jitlob lis-Serbja biex tkun prammatika dwar il-kwistjoni tal-istatus; jilqa', għal dan il-għan, l-iffirmar tal-protokoll tal-pulizija mal-EULEX u jitlob li jkun hemm kooperazzjoni miżjuda mal-missjoni; jitlob, barra minn hekk, lis-Serbja biex toqgħod lura milli timblokka s-sħubija tal-Kosovo f'organizzazzjonijiet internazzjonali u partikolarment l-applikazzjoni riċenti biex jissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jenfasizza li l-kunflitt jaffettwa wkoll il-kummerċ u l-kooperazzjoni reġjonali skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA), billi jikkawża ħsara lill-ekonomiji tal-pajjiżi fir-reġjun; jitlob lin-naħat kollha biex jieħdu approċċ prammatiku sabiex tkun tista' tinkiseb l-integrazzjoni reġjonali tal-Kosovo; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-opinjoni konsultattiva mistennija mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar jekk id-dikjarazzjoni unilaterali ta’ indipendenza mill-Istituzzjonijiet Proviżorji ta’ Tmexxija Proprija tal-Kosovo hix skont il-liġi internazzjonali m'għandhiex iżżomm lill-partijiet kollha involuti milli jintrabtu biċ-ċar f'kooperazzjoni effikaċi fuq livell transkonfinali, reġjonali u lokali fl-aħjar interess tal-popolazzjoni kollha fil-Kosovo u tal-madwar;

6.

Ifakkar li kwalunkwe pajjiż li jixtieq isir membru tal-UE għandu jissodisfa l-kriterji tal-adeżjoni u, fil-każ tal-Balkani tal-Punent, il-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni huwa l-qafas tan-negozjati mal-UE; jenfasizza li wieħed mit-tliet għanijiet importanti tal-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni huwa l-kooperazzjoni reġjonali;

7.

Jisħaq li l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali huma kruċjali għas-sigurtà u għall-istabbilità tal-Ewropa kif ukoll għall-ħolqien ta’ kuntest favorevoli għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo; huwa tal-fehma li pakkett ta’ qbil dwar is-sigurtà u l-kooperazzjoni fil-Balkani tal-Punent ikun ta’ min wieħed jixtiequ;

8.

Jitlob it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali bejn is-Serbja u l-Kosovo, partikolarment fil-livell lokali, dwar il-kwistjonijiet li huma importanti għaċ-ċittadini, bħall-ambjent, l-infrastruttura u l-kummerċ;

9.

Jinnota li ċerti Stati Membri japplikaw miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-viżi b'mod unilaterali filwaqt li tmien Stati Membri jibqgħu jitolbu tariffi sħaħ għall-viżi; jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni biex jagħmlu kull sforz sabiex jadottaw bil-ħeffa proċedura faċilitata proviżorja uniformi sabiex l-ivvjaġġar isir iktar sempliċi għaċ-ċittadini tal-Kosovo, partikolarment fid-dawl tal-possibbiltajiet offruti skont il-kodiċi l-ġdid tal-viżi;

10.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-elezzjonijiet lokali li saru fil-15 ta’ Novembru 2009 bħala l-ewwel elezzjonijiet organizzati bir-responsabbiltà politika tal-Gvern tal-Kosovo; jilqa' l-fatt li b'mod ġenerali dawn saru bil-kalma u f'atmosfera tajba; jenfasizza madankollu li ġew irrappurtati għadd ta’ irregolaritajiet; jistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw malajr ir-rakkomandazzjonijiet tal-komunità internazzjonali, inkluż it-tibdil meħtieġ għal-liġi elettorali sabiex jiġu ċċarati l-livelli ta’ ġurisdizzjoni li jittrattaw l-ilmenti u biex il-kompetenzi jitqassmu sew bejn il-Kummissjoni tal-Elezzjonijiet Ċentrali u l-Kummissjoni tal-Ilmenti u l-Appelli, biex jiġu aġġornati l-listi tal-votanti u biex tiġi żgurata l-edukazzjoni konsistenti tal-votant; jenfasizza l-ikbar importanza tar-rieda politika għall-avvanz ta’ dawn ir-riformi u biex jinżammu responsabbli dawk li jkunu wettqu frodi elettorali bil-ħsieb tal-elezzjonijiet ġenerali li jmiss;

11.

Jiddispjaċih li Belgrad għadha ssostni strutturi paralleli fiż-żoni Serbi u li b'hekk jiddgħajfu u jiġu kompromessi s-setgħat tal-muniċipalitajiet li għadhom kif ġew stabbiliti; jistieden lis-Serbja tadotta atitudni aktar kostruttiva u żżarma dawn l-istrutturi;

12.

Itenni l-importanza ta’ implimentazzjoni effettiva tal-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u jilqa' r-rata għolja ta’ parteċipazzjoni tas-Serbi tal-Kosovo tan-naħa t'isfel tax-xmara Ibar fl-aħħar elezzjonijiet bħala pass lejn il-bini ta’ ġejjieni sostenibbli għalihom fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern biex jappoġġa bi sħiħ il-mexxejja li għadhom kif ġew eletti f'dawn il-muniċipalitajiet b'għajnuna finanzjarja u politika suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa malajr sabiex jipprovdu servizzi importanti bl-assistenza tal-Kummissjoni; iqis il-funzjonament effiċjenti tal-istrutturi muniċipali bħala kruċjali għall-parteċipazzjoni tas-Serbi tal-Kosovo fil-proċessi politiċi u l-istrutturi amministrattivi tal-Kosovo; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tappoġġa l-proġetti ta’ żvilupp u ta’ infrastruttura mibdija fil-muniċipji li għadhom kif ġew stabbiliti; sabiex jiġi evitat kunflitt mal-istrutturi paralleli, partikolarment fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa, iħeġġeġ lill-Gvern biex bl-għajnuna tar-RSUE/ICR ifassal strateġija dwar kif għandu jkun l-approċċ għal strutturi bħal dawn;

13.

Jilqa' t-twaqqif ta’ Dar l-UE fit-Tramuntana tal-Kosovo iżda huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni f'din il-parti tal-Kosovo, li għadha qed tbati minn nuqqasijiet kbar fl-istat tad-dritt, aktar pressjoni u intimidazzjoni tas-soċjetà ċivili mill-gruppi radikali u mill-kriminalità organizzata; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li l-Kunsill jagħmel il-missjoni dwar l-istat ta’ dritt operattiva fit-territorju kollu tal-Kosovo u jitlob lill-Kummissjoni biex tgħolli l-profil tal-ħidma tagħha f'isem il-komunità Serba fit-Tramuntana, filwaqt li jiġi enfasizzat lill-atturi kollha li għaddejjin minn din is-sitwazzjoni li l-kooperazzjoni lokali, reġjonali u transkonfinali hija ta’ valur għall-popolazzjoni kollha kemm hi; għal dan il-għan, jilqa' r-reġistrazzjoni ta’ oġġetti kummerċjali fil-Passaġġi 1 u 31, ħaġa li għenet biex jitnaqqsu l-attivitajiet ta’ kuntrabandu fir-reġjun, u jitlob li jittieħdu iktar passi biex jerġa' jiddaħħal il-ġbir tad-dazji; jesprimi tħassib dwar il-problemi fil-funzjonament ta’ bħalissa tal-ġudikatura fir-reġjun ta’ Mitrovica u jistieden lis-Servja u lill-Kosovo biex jiffinalizzaw il-ftehim dwar ir-reklutaġġ fil-qorti ta’ Mitrovica tat-Tramuntana b'imħallfin u prosekutur Serbi Kosovari; jappoġġa l-pjanijiettal-integrazzjoni mill-ġdid tat-Tramuntana tal-pajjiż fl-istrutturi politiċi u amministrattivi tal-Kosovo u jitlob li dawn jiġu implimentati b'attenzjoni xierqa għas-sensittivitajiet tal-minoranza Serba ħalli jitjiebu u jitkattru s-servizzi governattivi fir-reġjun u jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ ħajja għaċ-ċittadini t'hemmhekk b'mod li jippermetti li jkun hemm gvern awtonomu b'firxa wiesa'; jistieden lill-EULEX biex tagħmel sforzi sabiex jiżdiedu l-attivitajiet tagħha fit-Tramuntana, b'mod partikolari sabiex tkattar relazzjonijiet interetniċi tajbin, filwaqt li l-popolazzjoni li għaddejja minn din is-sitwazzjoni tkun infurmata dwar l-azzjoni tal-UE u dwar il-missjoni li għaddejja bħalissa favur l-istat ta’ dritt;

14.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-isplużjoni qattiela li qatlet persuna u weġġgħet għaxra oħra li seħħet f'Mitrovica Tramuntana fit-2 ta’ Lulju 2010 waqt id-dimostrazzjonijiet kontra l-ftuħ ta’ ċentru ta’ servizzi ċivili u dwar l-attakk tal-5 ta’ Lulju 2010 fuq membru Serb etniku tal-assemblea tal-Kosovo; jikkundanna bil-qawwa kull att ta’ vjolenza u jsejjaħ lill-partijiet biex jaġixxu b'mod responsabbli; iħeġġeġ lill-EULEX biex jagħmel kull sforz biex itaffi it-tensjoni u jipprevjeni aktar vjolenza u jsejjaħ lill-Pulizija tal-Kosovo biex, bl-għajnuna tal-EULEX, jibdew minnufih investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali dwar il-ġrajjiet sabiex iressqu lill-min wettaqhom għall-ġustizzja;

15.

Jenfasizza l-importanza tas-suċċess tal-Missjoni tal-UE għall-Istat tad-Dritt EULEX, kemm għall-iżvilupp sostenibbli, il-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-istabbiltà tal-Kosovo, u għall-ambizzjonijiet tal-UE bħala parteċipant globali fil-konsolidazzjoni tal-paċi; jenfasizza r-responsabilità tal-EULEX fir-rigward tal-poteri eżekuttivi tagħha kif ukoll tal-mandat tagħha li tissorvelja, tiggwida u tagħti pariri; jinkoraġġixxi, f'dan is-sens, lill-EULEX tieħu azzjonijiet aktar konkreti ħalli jsir progress fil-każijiet ta’ korruzzjoni f'livelli għoljin; jagħraf il-progress tajjeb li sar f'xi oqsma bħall-pulizija u d-dwana iżda jenfasizza li x-xogħol għandu jiġi aċċellerat sabiex il-missjoni sa fl-aħħar tibda turi riżultati tanġibbli f'oqsma oħra, partikolarment f'każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli, il-kriminalità organizzata u d-delitti tal-gwerra; jilqa' għalhekk l-aktar approċċ riċenti tal-EULEX ħalli jkunu indirizzati l-każijiet possibbli ta’ korruzzjoni wkoll fl-ogħla livell governattiv u amministrattiv u jenfasizza l-ħtieġa li tissokta f'din it-triq ħalli jkunu żgurati l-kredibilità u l-viżibilità tal-azzjonijiet tal-EULEX; jenfasizza li f'dan ir-rigward attenzjoni partikolari fuq il-qasam tal-akkwisti pubbliċi hija ta’ importanza kbira u li fil-qafas tal-kriminalità organizzata, il-EULEX għandha tissokta biex tikseb riżultati konkreti fil-lok; huwa mħasseb, f'dan ir-rigward, dwar għadd kbir ta’ każijiet pendenti minħabba l-għadd kbir mhux mistenni ta’ każijiet trasferiti lill-EULEX mill-Missjoni Temporanja ta’ Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo; jenfasizza li n-numru ta’ mħallfin u prosekuturi disponibbli għall-EULEX huwa insuffiċjenti, u jitlob lill-Istati Membri biex jissekondaw l-għadd meħtieġ ta’ esperti jew biex jipprovdu għar-reklutaġġ tagħhom; jissottolinja l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-burokrazija fi ħdan l-EULEX; jisħaq, f'dan is-sens, dwar in-neċessità għal ġestjoni, koordinazzjoni u kooperazzjoni interni kompetenti, ħalli l-missjoni taħdem b'mod effiċjenti; jenfasizza l-ħtieġa għat-trasparenza u r-responsabbiltà fix-xogħol tal-EULEX kif ukoll biex jintwera element ta’ sensittività għall-kuntest politiku tal-attivitajiet tagħha sabiex tiżdied il-leġittimità tagħha mill-perspettiva taċ-ċittadini; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li tinżamm komunikazzjoni mill-qrib mal-Gvern, maċ-ċittadini u mal-mezzi tax-xandir tal-Kosovo; jinkoraġġixxi lill-EULEX biex tikkomunika l-kisbiet tal-missjoni liċ-ċittadini Kosovari u, barra minn hekk, biex taħdem ħalli tkattar il-fiduċja fil-missjoni u tkun b'għajnejha miftuħin għall-istennijiet taċ-ċittadini; jilqa' t-twaqqif riċenti ta’ Grupp ta’ Esperti għas-Sorveljanza tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkarigat biex jara l-ilmenti ppreżentati minn persuni li jallegaw li huma vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-EULEX hi u twettaq il-mandat eżekuttiv tagħha;

16.

Jistieden lill-korpi kompetenti tiegħu, b'mod partikolari s-Sottokumitat għas-Sikurezza u d-Difiża, biex iżidu l-iskrutinju u s-sorveljanza tal-EULEX, possibilment b'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili tal-Kosovo; jitlob, għal dan il-għan, lill-Kunsill biex jgħaddi kull valutazzjoni u kull rapport ta’ reviżjoni, regolari u eċċezzjonali, dwar il-EULEX lill-Parlament;

17.

Josserva l-isforzi kemm tas-Serbja kif ukoll tal-Kosovo ħalli jinsabu persuni mitlufa wara l-kunflitt tal-1998-1999 permezz tal-“Grupp ta’ ħidma dwar il-persuni li għebu marbuta mal-avvenimenti fil-Kosovo”; jenfasizza s-sinifikat li għandha r-riżoluzzjoni ta’ din il-kwistjoni ħalli jsir progress mill-kunflitt tal-1998-1999; jinnota wkoll l-1 862 każ ta’ persuni li għadhom mitlufa u jistieden lill-Kosovo u lis-Serbja jestendu l-kooperazzjoni possibbli kollha lil xulxin, lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, lill-EULEX u lill-entitajiet l-oħra fit-tfittxija ta’ dawn il-persuni;

18.

Jenfasizza li s-sena 2010 hija kruċjali kemm għall-Gvern tal-Kosovo kif ukoll fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni sabiex isir progress fuq ir-riformi ewlenin bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, id-diċentralizzazzjoni u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; jenfasizza li l-proċess ta’ riforma, sabiex ikun ta’ suċċess, għandu jkun ibbażat fuq dibattitu fid-dettall dwar l-abbozzi tal-leġiżlazzjoni b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili; ifakkar, barra minn hekk, lill-Gvern li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni effiċjenti u rapida tal-liġijiet, li fin-nuqqas tagħha, l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ma jkollha l-ebda impatt reali fuq is-sitwazzjoni fil-Kosovo;

19.

Huwa estremament imħasseb dwar il-korruzzjoni mifruxa li tibqa' waħda mill-ikbar problemi fil-Kosovo, filwaqt li l-kriminalità organizzata hija oħra, u jitlob li jittieħdu azzjonijiet urġenti biex jiġġielduha billi jittejjeb il-qafas legali għat-trattament tal-korruzzjoni, l-adozzjoni ta’ strateġija u ta’ pjan ta’ azzjoni kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-pajjiżi kollha tar-reġjun; huwa profondament imħasseb dwar it-tixrid riċenti ta’ demm ikkawżat minn inċident vjolenti ħdejn il-konfini tal-Kosovo u jitlob li jittieħdu provvedimenti immedjati ħalli inċidenti bħal dan jiġu evitati fil-futur u ħalli jintemm it-traffikar tal-armi li jikkontribwixxi għad-destabilizzazzjoni tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent; jilqa' t-twaqqif ta’ dipartiment speċjali kontra l-korruzzjoni fi ħdan l-Uffiċċju ta’ Prosekuzzjoni Speċjali tal-Kosovo iżda jenfasizza li l-impenn tal-ministeri kollha huwa meħtieġ sabiex dan id-dipartiment ikun effettiv u li l-persunal fil-każijiet kollha għandu jinkludi biss nies b'imġiba tajba li wieħed ma jkunx jista' jsibilhom difetti; jitlob għal adozzjoni b'ħeffa ta’ liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi, li tirregola l-finanzjament tal-partiti b'mod effettiv u trasparenti, bl-iżgurar tal-iżvelar komplut tar-rapporti finanzjarji tagħhom;

20.

Jenfasizza l-importanza kbira tar-riforma tas-servizz tal-ġudikatura u tas-servizz ta’ prosekuzzjoni, li għadu fi stadju bikri, sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u l-professjonalità tal-imħallfin u l-prosekuturi u biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jerġgħu jafdaw fl-istat tad-dritt; jilqa', għal dan il-għan, il-ħatra ta’ Ombudsman, tal-imħallfin tal-Qorti Suprema, tal-prosekuturi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat, u l-prosekuturi tal-Uffiċju ta’ Prosekuzzjoni Speċjali tal-Kosovo; huwa mħasseb li n-nuqqasijiet fil-protezzjoni tax-xhieda għadhom jimpedixxu l-ġustizzja għall-aktar delitti gravi; jitlob għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni mħeffa tal-Liġi dwar il-Qrati u għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ protezzjoni effettiva ta’ xhieda u mħallfin; iħeġġeġ, f'dak is-sens, lir-rappreżentanti tal-EULEX biex ikomplu jirrapportaw pubblikament dwar l-isfidi li fadal fir-rigward tal-istat ta’ dritt fil-Kosovo;

21.

Jitlob li jkun hemm iktar sforzi biex titħaffef ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika sabiex jinħoloq servizz pubbliku professjonali u indipendenti li jirrispetta l-bilanċ bejn is-sessi u li jirrifletti bis-sħiħ il-kompożizzjoni etnika diversa tal-poplu tal-Kosovo; jenfasizza l-ħtieġa tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv għal dan il-għan u biex tingħata attenzjoni xierqa u biex jiġu pprovduti fondi għall-bini tar-riżorsi umani; huwa mħasseb dwar l-indħil politiku fil-ħatriet ta’ min se jokkupa pożizzjonijiet fundamentali fis-servizz pubbliku u jitlob li din il-prattika, li tipperikola l-ħidma tal-amministrazzjoni, tintemm;

22.

Iħeġġeġ lill-Gvern biex jiżgura l-pluraliżmu fil-midja u l-indipendenza finanzjarja u editorjali tal-midja, mingħajr pressjoni politika, u t-trasparenza tas-sjieda u tal-finanzjamenti; jitlob li jkun hemm jeddijiet operattivi għall-ġurnalisti kif ukoll proċeduri effiċjenti għall-protezzjoni ta’ ġurnalisti investigattivi minn theddid jenfasizza l-importanza tax-xandar pubbliku biex jipprovdi informazzjoni indipendenti ta’ kwalità għolja lill-poplu kollu kemm hu u hu mħasseb dwar in-nuqqas ta’ sistema finanzjarja sostenibbli biex tiżgura dan; jilqa' l-investimenti li saru mill-Gvern fil-provvista ta’ aċċess għall-internet; iħeġġeġ lill-Gvern iwessa' l-aċċess għall-internet miċ-ċittadini; jisħaq dwar ir-rwol importanti ta’ aċċess ħieles miċ-ċensura għall-impriżi u għall-politika, l-aktar ħalli toktor il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fi żmien l-elezzjonijiet;

23.

Jitlob għall-appoġġ biex tissaħħaħ l-Assemblea tal-Kosovo sabiex tkun tista' twettaq il-funzjonijiet leġiżlattivi tagħha b'mod effettiv u twettaq sorveljanza demokratika tal-attivitajiet politiċi u baġitarji tal-Gvern; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-ħolqien ta’ programm ta’ ġemellaġġ ad hoc sabiex il-persunal amministrattiv tal-Assemblea tal-Kosovo jingħata l-opportunità ta’ taħriġ fil-Parlament Ewropew u jistieden lill-parlamenti tal-Istati Membri biex jistabbilixxu programmi ta’ ġemellaġġ sabiex il-membri parlamentari u l-persunal amministrattiv tal-Assemblea tal-Kosovo jkollhom l-opportunità ta’ skambju u bini ta’ kapaċità fir-rigward tal-proċeduri leġiżlattivi u ta’ kontroll parlamentari, partikolarment għall-gruppi ta’ oppożizzjoni u tal-minoranzi parlamentari;

24.

Ifaħħar lill-Gvern dwar il-progress fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, u jħeġġusabiex il-liġijiet li fadal jiġu adottati malajr; jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tibqa' mhux sodisfaċenti u li l-progress globali miexi bil-mod; jitlob li jkun hemm iktar politiki attivi biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni (etniċità, reliġjon, orjentazzjoni sesswali, diżabilità u oħrajn) u li jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-ġeneri kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva tal-minoranzi fil-ħajja politika u fl-istrutturi amministrattivi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak lokali; jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni f'dan il-proċess, jistieden lill-Gvern biex jipprovdi edukazzjoni għall-minoranzi bil-lingwi tagħhom stess, inkluż il-kurrikula u l-kotba, b'mod li jippermettilhom jippreservaw il-kultura u l-identità tagħhom, u biex dan jgħinhom jibnu l-kapaċitajiet umani;

25.

Huwa mħasseb dwar il-livelli għoljin ta’ vjolenza domestika, id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-fenomenu tat-traffikar tal-persuni, partikolarment tfajliet u nisa għall-isfruttar sesswali; jitlob li jittieħdu passi attivi biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex jiġu protetti b'mod effettiv id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal;

26.

Jenfasizza l-wirt diffiċli ħafna tal-kunflitt bl-armi, li dgħajjef il-fiduċja pubblika fil-possibbiltà ta’ riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti, kemm fost il-gruppi soċjali kif ukoll fil-ħajja privata;

27.

Jissottolinja li s-sitwazzjoni politika fraġli, is-seħħ ta’ inċidenti interetniċi f'ċerti nħawi u l-kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena fixklu r-ritorn sostenibbli tar-refuġjati u jitlob li jsiru aktar sforzi ħalli titjieb is-sitwazzjoni tagħhom;

28.

Jenfasizza s-sitwazzjoni diffiċli u d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom il-minoranzi u partikolarment ir-Roma fl-aċċess għall-edukazzjoni, akkomodazzjoni, servizzi soċjali u impjiegi; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tagħlaq il-kampijiet ikkontaminati biċ-ċomb fit-Tramuntana ta’ Mitrovica u biex toffri akkomodazzjoni alternattiva għall-familji li kienu jgħixu fihom u jitlob li din tiġi implimentata malajr; jaqsam it-tħassib li esprima l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa li l-Kosovo għadu mhux f'pożizzjoni li jipprovdi l-kundizzjonijiet xierqa biex jintegra mill-ġdid ir-Roma mibgħuta lura bil-forza, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwaqqfu din il-prattika; jieħu nota, f'dan ir-rigward, tal-ftehim li ntlaħaq bejn l-awtoritajiet Ġermaniżi u tal-Kosovo biex b'mod gradwali jibagħtu lura 14 000 refuġjat lejn il-Kosovo, li 10 000 minnhom huma Roma, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-programmi ta’ għajnuna ad hoc; jistieden lill-pajjiżi li jipparteċipaw fid-Deċennju tar-Roma biex jiffaċilitaw l-involviment tal-Kosovo fil-programmi;

29.

Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-edukazzjoni, kemm biex iż-żgħażagħ jingħataw il-kompetenzi meħtieġa fis-suq tax-xogħol kif ukoll biex tikkontribwixxi għar-rikonċiljazzjoni bejn il-gruppi etniċi; iħeġġeġ, għal dan il-għan, l-introduzzjoni gradwali ta’ klassijiet komuni, it-tagħlim tal-lingwi tal-minoranzi, partikolarment is-Serb, lill-istudenti ta’ etniċità Albaniża, u tal-lingwa Albaniża lill-minoranzi kollha; jilqa' t-twaqqif riċenti tal-Kulleġġ Internazzjonali tan-Negozju f'Mitrovica li, filwaqt li jirrappreżenta investiment sinifikanti fl-ekonomija lokali, jattira studenti mill-komunitajiet kollha, għandu l-għan li joħloq prospetti għaż-żgħażagħ billi jippromwovi l-intraprenditorjat, u jintroduċihom għall-istandards professjonali Ewropej fil-ġestjoni negozjali, ambjentali u pubblika;

30.

Jisħaq li r-rispett għad-diversità kulturali hija dejjem fil-qalba tal-proġett Ewropew u li l-wirt reliġjuż u kulturali huwa kundizzjoni neċessarja għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun; jisħaq li protezzjoni adegwata tal-wirt kulturali hija ta’ importanza għall-komunitajiet kollha tal-Kosovo; jitlob lill-Gvern jipproċedi bir-riformi istituzzjonali ppjanati fis-settur tal-wirt kulturali; jenfasizza li l-adozzjoni tal-Lista tas-Siti ta’ Wirt Kulturali hija prekundizzjoni importanti għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-wirt kulturali; jilqa' l-attivitajiet tal-Faċilitatur għall-Protezzjoni tal-Wirt Reliġjuż u Kulturali tal-Knisja Ortodossa Serba u jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jikkooperaw attivament miegħu;

31.

Jenfasizza li l-iskambji akkademiċi għandu jingħatalhom l-appoġġ u jiġu promossi permezz ta’ programmi bħalma huma Erasmus Mundus ħalli ċ-ċittadini Kosovari jkunu jistgħu jiksbu l-kwalifiki u l-esperjenza fl-UE u jsaħħu l-interazzjoni tagħhom maċ-ċittadini tal-UE;

32.

Jitlob lill-awtoritajiet biex jappoġġaw b'mod attiv lis-soċjetà ċivili u l-involviment tagħha fit-tfassil ta’ politiki soċjali u ekonomiċi b'appoġġ sħiħ għal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni, jenfasizza r-rwol importanti li għandhom is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonjiet mhux governattivi internazzjonali fir-rikonċiljazzjoni bejn il-gruppi etniċi u jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-għajnuna finanzjarja tagħha f'xogħolhom; jenfasizza f'dan is-sens il-ħtieġa ta’ inkwadrament effettiv ta’ dawn il-kwistjonijiet fil-Programmi Annwali għall-Kosovo skont l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni; jinnota li teżisti kooperazzjoni interpersonali tajba u partikolarment fin-negozju bejn individwi ġejjin minn komunitajiet etniċi differenti u li huma meħtieġa aktar sforzi mill-awtoritajiet Kosovari, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità internazzjonali ħalli jingħata appoġġ lill-proġetti lokali li jtejbu dan it-tip ta’ kooperazzjoni;

33.

Huma mħasseb b'mod serju dwar il-fatt li l-Kosovo jibqa' wieħed mill-ifqar pajjiżi fl-Ewropa, b'livell ta’ qgħad li jaqbeż l-40 %; jenfasizza li din is-sitwazzjoni mhix sostenibbli u li l-kundizzjonijiet diffiċli tal-għajxien wasslu għal żieda fin-nuqqas ta’ kuntentizza fis-soċjetà; jitlob azzjonijiet urġenti għat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi soċjali biex jipprovdu xibka ta’ sikurezza għall-elementi vulnerabbli tas-soċjetà u biex isegwu politiki ta’ impjieg attivi biex jitnaqqas il-qgħad; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex tuża bis-sħiħ l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni biex toħloq żvilupp soċjoekonomiku fil-Kosovo partikolarment għaż-żgħażagħ; jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex jaċċettaw kemm jista' jkun ċittadini Kosovari bħala ħaddiema staġjonali u fl-oqsma b'nuqqas ta’ ħaddiema;

34.

Iqis l-iżvilupp ekonomiku bħala element ewlieni fir-riżoluzzjoni ta’ problemi importanti fil-pajjiż, inkluż il-kontribut prinċipali tiegħu biex itejjeb is-sitwazzjoni tan-nisa u tal-minoranzi u biex jiffaċilita r-relazzjonijiet interetniċi; jenfasizza l-importanza tas-settur agrikolu għal dan il-għan; jilqa' l-għadd ta’ liġijiet li qed jitħejjew f'dan il-qasam u jitlob li jiġu adottati malajr; jenfasizza, madankollu, li l-implimentazzjoni effiċjenti tal-qafas legali li diġà ġie adottat hija prerekwiżit biex jitjiebu l-kundizzjonijiet fil-post;

35.

Jisħaq li l-Kosovo għandu jagħżel il-politiki ekonomiċi xierqa li jiżgurawlu tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-protezzjoni ambjentali, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-esklużjoni soċjali; jistieden lill-awtoritajiet Kosovari biex itejbu l-klima ekonomika għall-investiment barrani u t-trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali;

36.

Jitlob li jittieħdu passi attivi fil-qasam tal-enerġija sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-enerġija meħtieġa għall-iżvilupp tal-Kosovo; jenfasizza li l-ħtiġijiet infrastrutturali enormi f'dan il-qasam huma opportunità biex il-provvista tal-enerġija tiġi ddiversifikata b'mod li tinkludi sorsi iktar ekoloġiċi, biex tiġi modernizzata u msaħħa l-effiċjenza enerġetika tan-netwerk tal-elettriku u biex jiġu implimentati l-aqwa teknoloġiji disponibbli inkluż fl-impjanti li jaħdmu bil-faħam li huma ppjanati; jitlob li l-impjant tal-enerġija Kosovo A jingħalaq mingħajr dewmien u ta’ Kosovo B mill-iktar fis possibbli mingħajr ma jiġu kompromessi l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-pajjiż;

37.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo biex ikomplu jinvestu fl-enerġija rinnovabbli u jipprovaw joħolqu kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam;

38.

Jindika li l-politika ta’ trasport tal-Kosovo kienet ikkonċentrata s'issa fuq il-bini tat-toroq; jiddispjaċih dwar il-kundizzjoni ħażina tat-trasport pubbliku, partikolarment il-ferroviji; jistieden lill-Gvern Kosovar biex jagħmel użu sħiħ mill-fondi IPA ħalli jiżviluppa, itejjeb u jimmodernizza n-netwerk tal-ferroviji u jtejjeb l-interkollegamenti mal-pajjiżi ġirien kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija bil-għan li l-mobilità ssir sostenibbli;

39.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-problemi ambjentali mifruxa ma’ kullimkien li jaffettwaw l-art, l-arja u l-ilma u jitlob lill-Gvern biex jemenda u jimplimenta l-qafas leġiżlattiv sabiex jiġi konformi mal-istandards tal-UE u sabiex l-edukazzjoni ambjentali ssir element ewlieni tal-edukazzjoni;

40.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-preżenza tal-UE fil-Kosovo tiġi ssimplifikata b'mod konformi mal-iżvilupp tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-ħolqien ta’ Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja, u li l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Kummissjoni jinbidel f'Delegazzjoni tal-UE sabiex tittejjeb l-effettività u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-UE fil-Kosovo; jieħu nota tal-ftuħ ta’ Uffiċċju ġdid tal-UE f'Belgrad fil-qafas tal-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Kosovo, li qed jopera separatament mid-Delegazzjoni eżistenti tal-UE fis-Serbja;

41.

Jiddeplora n-nuqqas ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni l-aktar riċenti tal-mandat għar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Kosovo, inkluża żieda sostanzjali tal-approprjazzjonijiet; ifakkar li l-adozzjoni ta’ ftehim interistituzzjonali ġdid dwar il-kwistjonijiet baġitarji għandu jindirizza sewwa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-PE billi jqis it-Trattat ta’ Lisbona;

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill u l-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE/Rappreżentant Ċivili Internazzjonali għall-Kosovo, lill-Gvern u l-Assemblea tal-Kosovo, lill-Gvern tas-Serbja, lill-membri tal-Grupp ta’ Tmexxija Internazzjonali għall-Kosovo u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  ĠU C 27 E, 31.01.2008, p. 207.

(3)  ĠU C 67 E, 18.03.2010, p. 126.

(4)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2009)0097.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/85


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
L-Albanija

P7_TA(2010)0282

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar l-Albanija

2011/C 351 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza maħruġa wara l-Kunsill Ewropew ta’ Tessaloniki tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Strateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2009-2010” (COM(2009)0533) u r-Rapport ta’ Progress dwar l-Albanija 2009 ta’ magħha (SEC(2009)1337) tal-14 ta’ Ottubru 2009,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/210/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mal-Albanija u t-tħassir tad-Deċiżjoni 2006/54/KE (1),

wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Albanija, li saret fit-3 u l-4 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Albanija tat-18 ta’ Mejju 2009,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/821/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tal-Albanija dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tas-16-il Laqgħa Interparlamentari bejn l-UE u l-Albanija, tad-19 u l-20 ta’ Marzu 2009,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu li jżid il-frekwenza tad-djalogu politiku mal-Albanija fil-livell parlamentari biex din tirrifletti d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1709(2010) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Funzjonament tal-Istituzzjonijiet Demokratiċi fl-Albanija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kunsens imġedded dwar it-tkabbir, kif espress fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006, jafferma mill-ġdid li l-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-UE,

B.

billi l-prospett ta’ integrazzjoni fl-UE qed jagħti spinta lil bosta riformi fil-Balkani tal-Punent u għandu jkollu rwol kostruttiv biex tiżdied il-kapaċità tar-reġjun għall-paċi, l-istabilità u l-prevenzjoni tal-kunflitti, jissaħħu r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali permezz tal-iżvilupp sostenibbli; billi kwalunkwe prospett realistiku ta’ sħubija jinvolvi mhux biss it-tlestija ta’ proċedura amministrattiva u teknika, iżda jirrikjedi wkoll impenn politiku ġenwin mill-persuni kollha relevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Istati Membri,

C.

billi l-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Albanija daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2009; billi l-pajjiż applika għal sħubija fl-UE fit-28 ta’ April 2009 u ressaq it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju ta’ qabel l-adeżjoni tal-Kummissjoni fl-14 ta’ April 2010; billi l-Kummissjoni qed tħejji l-opinjoni tagħha dwar dan,

D.

billi l-progress ta’ kull pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea jiddependi mill-isforzi tal-pajjiż ikkonċernat biex jikkonforma mal-kriterji ta’ Kopenħagen u jikkonforma mal-kundizzjonijiet marbuta mal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni,

1.

Jikkonferma, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Tessaloniki tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003, mad-Dikjarazzjoni ta’ Salzburg tal-11 ta’ Marzu 2006 u mal-konklużjonijiet sussegwenti relevanti tal-Kunsill, l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-applikazzjoni tal-Albanija għal sħubija fl-UE (u għal sħubija futura fl-UE għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent), ladarba tkun kisbet ċertu livell ta’ stabilità politika u ta’ affidabilità u li tkun tissodisfa bis-sħiħ il-kriterji ta’ Kopenħagen;

2.

Jirrikonoxxi l-progress li kisbet l-Albanija fil-kuntest tal-proċess ta’ riforma, iżda jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi ulterjuri sostanzjali, meħtieġa kemm għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż;

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li fl-14 ta’ April 2010 l-Albanija wieġbet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni dwar it-tħejjija tal-opinjoni tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Albanija għal sħubija fl-UE u, fl-istess waqt, jenfasizza li l-progress ta’ pajjiż kandidat lejn l-UE jiddependi mill-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-kriterji ta’ Kopenħagen, inkluża l-eżistenza ta’ istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija;

4.

Jesprimi t-tama li l-Gvern Albaniż u l-oppożizzjoni jirnexxielhom jifhmu li s-sejba ta’ soluzzjoni għall-kontroversji politiċi attwali hija kruċjali biex isir progress fl-integrazzjoni tal-pajjiż lejn l-UE u biex jintlaħqu l-għanijiet Ewropej tal-Albaniżi; itenni l-konklużjoni milħuqa fil-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tas-14 ta’ Ġunju 2010 li wasal sew iż-żmien li l-kriżi politika attwali tingħeleb b'mod dejjiemi u li hija r-responsabilità tal-Gvern tal-Albanija biex, flimkien mal-oppożizzjoni, u b'mod trasparenti u f'rispett sħiħ tal-Kostituzzjoni Albaniża, isib minnufih soluzzjonijiet u mezzi 'l quddiem li se jkunu meħtieġa biex il-pajjiż ikompli fi triqtu lejn l-UE;

5.

Jiddeplora l-kriżi politika ta’ wara l-elezzjonijiet parlamentari ta’ Ġunju 2009 fl-Albanija, u jenfasizza li istituzzjonijiet rappreżentattivi li jaħdmu kif suppost (partikolarment il-parlament) jikkostitwixxu s-silsla ta’ sistema demokratika konsolidata u, bħala prijorità ewlenija għal Sħubija Ewropea, kriterju politiku importanti għall-integrazzjoni tal-UE; jilqa' d-deċiżjoni tal-oppożizzjoni li tipparteċipa b'mod attiv fil-ħidma tal-Parlament Albaniż, iżda jiddeplora l-fatt li, minkejja d-diskussjonijiet reċenti ffaċilitati mill-UE, għadu ma ntlaħaqx kunsens fir-rigward tal-elezzjonijiet tal-2009; iħeġġeġ bil-qawwa lill-partiti politiċi kollha biex jassumu r-responsabilitajiet tagħhom u jimpenjaw ruħhom fi djalogu politiku kostruttiv, inkluż diskussjonijiet dwar liġi elettorali ġdida li tiżgura proċess elettorali totalment trasparenti għal elezzjonijiet futuri; jenfasizza li soluzzjoni għall-kriżi tista' biss tinstab billi l-Kostituzzjoni u l-prinċipji tat-trasparenza jiġu rrispettati bis-sħiħ;

6.

Huwa tal-fehma li l-ftehim bażiku dwar it-twaqqif ta’ kumitat parlamentari ta’ inkjesta biex jinvestiga l-tmexxija tal-elezzjonijiet parlamentari tal-2009, ippresjedut u b'maġġoranza tal-membri mill-oppożizzjoni u b'mandat biex jinvestiga l-materjal elettorali, għandu jiġi implimentat mill-aktar fis; jenfasizza li dan il-kumitat ta’ inkjesta għandu jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu f'waqthom biex il-parlament ikun jista' jadotta leġiżlazzjoni ġdida ħafna qabel l-elezzjonijiet lokali u reġjonali li jmiss, fuq bażi tas-sejbiet tal-kumitat u fuq proposti magħmula mill-OSCE/ODIHR;

7.

Jistieden lill-gvern u lill-oppożizzjoni sabiex, jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni mingħajr għajnuna minn barra, jaqblu dwar medjazzjoni, pereżempju billi flimkien jistiednu membri mill-Kunsill tal-Ewropa u/jew mill-Parlament Ewropew;

8.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi biex ifasslu u jimplimentaw mill-aktar fis riforma, ibbażata fuq kunsens, tar-regoli ta’ proċedura tal-parlament, li tiggarantixxi t-trasparenza fir-rigward tar-riżorsi amministrattivi u finanzjarji, il-kwalità tal-leġiżlazzjoni bbażata fuq għarfien espert estensiv, it-titjib tal-kapaċitajiet ta’ sorveljanza għall-parlament u drittijiet u rappreżentanza adegwati tal-oppożizzjoni fil-kumitati parlamentari u fl-attivitajiet parlamentari; jitlob liż-żewġ naħat, il-maġġoranza u l-oppożizzjoni, biex jiżviluppaw djalogu kostruttiv sabiex jiżguraw proċess leġiżlattiv miftuħ u trasparenti, b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u mal-protagonisti tas-soċjetà ċivili, sabiex jadottaw u japprovaw mingħajr dewmien ulterjuri leġiżlazzjoni kruċjali, inklużi liġijiet li jirrikjedu maġġoranza ta’ 3/5 tal-voti;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li sar fil-qafas legali u amministrattiv tal-proċess elettorali u jinnota l-evalwazzjoni ġeneralment pożittiva tal-Kummissjoni ta’ Venezja fl-Opinjoni Konġunta tagħha dwar il-Kodiċi Elettorali tar-Repubblika tal-Albanija; jinnota, barra minn hekk, li, skont il-valutazzjoni tal-OSKE/ODIHR, l-elezzjonijiet parlamentari ta’ Ġunju 2009 issodisfaw il-parti l-kbira tal-istandards internazzjonali, iżda ma rnexxewx fl-għan tagħhom li jżidu l-fiduċja fil-proċess elettorali; jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn ta’ implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet imniżżla fir-rapport finali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-2009 u jistieden kemm lill-maġġoranza kif ukoll lill-oppożizzjoni fil-Parlament Albaniż biex jibdew il-ħidma tagħhom bil-għan li jimplimentaw dawk ir-rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ;

10.

Jiddispjaċih li fil-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Liġi Parlamentari qabel is-sessjoni plenarja tat-18 ta’ Marzu 2010 tal-Parlament Albaniż, il-maġġoranza u l-oppożizzjoni ma qablux dwar il-proposti li jikkonċernaw il-kumitat ta’ inkjesta dwar l-elezzjonijiet tal-2009;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-ħolqien ta’ kunsens bejn il-partiti dwar riformi ekonomiċi, politiċi u soċjali sabiex jitjieb il-benessri taċ-ċittadini Albaniżi u biex il-pajjiż ikun jista' jkompli jagħmel progress fi triqtu lejn sħubija fl-UE;

12.

Jilqa' l-adozzjoni fis-27 ta’ Mejju 2010 tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi, u jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika li l-benchmarks li fadal jintlaħqu fix-xhur li ġejjin, bl-għan li titwitta t-triq għall-Kunsill u għall-Parlament biex japprovaw l-introduzzjoni tal-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini Albaniżi sa tmiem l-2010;

13.

Jilqa' l-appoġġ politiku mill-partiti kollha għal-liberalizzazzjoni tal-viżi, espress fir-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Albaniż fil-11 ta’ Marzu 2010;

14.

Jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati u protetti d-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi bħala prijorità ewlenija;

15.

Ifakkar li l-ħarsien tad-data personali għandu dejjem jiġi rrispettat u ma jistax jiġi injorat b'mod arbitrarju, u jistieden lill-awtoritajiet kollha sabiex jilleġiżlaw u jaġixxu skont dik ir-regola;

16.

Jilqa' l-progress li sar fil-qasam tas-sistema ġudizzjarja, iżda jenfasizza li r-riformi għadhom fi stadju bikri ta’ implimentazzjoni; huwa tal-fehma li r-riforma ġudizzjarja, inkluż it-tisħiħ tal-qrati, tikkostitwixxi prerekwiżit ewlieni għall-proċess ta’ applikazzjoni għal sħubija fl-UE min-naħa tal-Albanija, u jenfasizza l-importanza ta’ separazzjoni tal-poteri f'soċjetà demokratika; jenfasizza li ġudikatura trasparenti, imparzjali u effiċjenti, indipendenti minn kull pressjoni jew kontroll politiċi, hija fundamentali għall-istat tad-dritt, u jitlob li jkun hemm adozzjoni urġenti ta’ strateġija komprensiva fuq medda twila ta’ żmien f'dan il-qasam, inkluż pjan direzzjonali għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa u tal-miżuri implimentattivi; jistieden lill-oppożizzjoni biex tagħmel parti mit-tfassil ta’ din l-istrateġija u sabiex tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha għar-riforma tal-ġudikatura; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm biżżejjed fondi pprovduti lill-ġudikatura sabiex tkun tista' taħdem b'mod effettiv madwar il-pajjiż kollu; jistenna bil-ħerqa l-inizjattivi ġodda ta’ għajnuna mill-Kummissjoni u jilqa' f'dan ir-rigward l-inawgurazzjoni riċenti ta’ Qorti għall-Krimini Serji f'Tirana;

17.

Jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni tal-liġi tat-tisfija ġiet sospiża mill-Qorti Kostituzzjonali u li din il-liġi attwalment qed tiġi riveduta; jitlob li jkun hemm konsultazzjoni u kunsens usa', speċjalment mal-Kummissjoni ta’ Venezja, jekk jitħejja abbozz ta’ liġi ġdid, u jenfasizza l-importanza li tiġi mħarsa l-indipendenza tal-istituzzjonijiet kostituzzjonali;

18.

Jilqa' l-miżuri meħuda għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni mhux serja, u b'mod partikulari l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Integrat Kontra l-Korruzzjoni għall-2010; jinnota li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għadha sfida politika ewlenija, li l-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni għadhom dgħajfa u li jeħtieġ li jittieħdu iktar passi qawwija biex ireġġgħu lura s-sitwazzjoni ta’ impunità fir-rigward ta’ persuni li jinsabu ħatja ta’ korruzzjoni; jenfasizza l-bżonn li jiġi stabbilit rekord ta’ investigazzjonijiet u kundanni, inkluż f'każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli, u li titkompla l-implimentazzjoni tal-aħħar rakkomandazzjonijiet tal-GRECO, partikolarment fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammont ta’ uffiċjali li jibbenefikaw mill-immunità; jilqa' l-fatt li d-dokumenti strateġiċi ġew ippubblikati sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tagħhom; barra minn hekk, jitlob li jiġi adottat qafas leġiżlattiv dwar it-trasparenza sħiħa tal-finanzjament tal-partiti politiċi;

19.

Jilqa' pjanijiet għat-twaqqif ta’ Istitut tal-Amministrazzjoni Pubblika u jitlob għal passi ulterjuri għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u għall-iżgurar ta’ infurzar sħiħ tal-liġi tas-servizz ċivili, inkluża sistema ta’ ġestjoni adegwata tar-riżorsi umani; jiġbed l-attenzjoni għar-riskji tal-politiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni bi proċeduri ta’ reklutaġġ mhux trasparenti u għall-prattika tar-reklutaġġ ta’ staff temporanju barra mill-ambitu tal-liġi, u jistieden lill-awtoritajiet biex iwaqqfu dawn il-prattiki u joħolqu servizz ċivili depolitiċizzat ibbażat fuq il-mertu, li jikkontribwixxi wkoll biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-amministrazzjoni pubblika;

20.

Jenfasizza l-importanza kruċjali ta’ midja professjonali, indipendenti u pluralista, kemm pubblika kif ukoll privata, bħala sies tad-demokrazija; jinsab imħasseb li ma sarx wisq progress fit-tlestija tal-qafas legali għall-midja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jagħmlu kull sforz ħalli jadottaw u jimplimentaw il-qafas legali skont standards tal-UE u jiżguraw il-ħelsien tagħhom mill-indħil politiku jew minn kwalunkwe interferenza oħra, inkluża dik mill-eżekuttiv; huwa mħsasseb dwar il-pressjoni politika fuq il-Kunsill Nazzjonali għar-Radju u t-Televiżjoni (NCRT) u jistieden lill-awtoritajiet relevanti biex jiggarantixxu l-indipendenza tiegħu; jitlob biex jittieħdu passi biex jiżguraw it-trasparenza tas-sjieda u tal-finanzjament tal-midja; jiddeplora n-nuqqas ta’ drittijiet tax-xogħol stabbiliti għall-ġurnalisti, fatt li jimminalhom il-ħila li jaħdmu b'mod oġġettiv u indipendenti, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jieħdu passi adegwati biex jegħlbu din is-sitwazzjoni; jitlob b'mod partikolari biex tiġi adottata l-leġiżlazzjoni dwar ix-xandir elettroniku u biex il-kodiċi ċivili jiġu aġġustati sabiex il-malafama u d-diffamazzjoni jiġu dikriminalizzati; jilqa' n-nuqqas ta’ restrizzjonijiet mill-gvern fuq l-aċċess għall-internet u jħeġġeġ lill-gvern biex iwessa' l-aċċessibilità għall-internet għaċ-ċittadini kollha;

21.

Jilqa' l-istabbiliment ta’ qafas legali biex jindirizza u jipprevjeni forom ta’ kriminalità organizzata, inklużi l-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi u tal-persuni; jieħu nota tal-isforzi biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, iżda jinnota li jeħtieġ li tittieħed azzjoni ulterjuri għall-implimentazzjoni u li jingħataw ir-riżorsi umani u finanzjarji kollha meħtieġa sabiex jinkisbu riżultati konkreti; jenfasizza l-importanza ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u kastig effikaċi tad-delinkwenti; jilqa' d-deċiżjoni li jiġi stabbilit kumitat interistituzzjonali għal miżuri kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar, ippresedut mill-Prim Ministru; jenfasizza li minħabba l-implikazzjonijiet reġjonali tal-kriminalità organizzata, jenħtieġu sforzi aktar b'saħħithom biex tiżdied il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja mal-pajjiżi konfinali inklużi kontrolli konġunti fil-fruntieri;

22.

Jenfasizza l-importanza li jagħti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jirrikonoxxi l-passi żgħar ta’ progress li saru min-naħa tal-gvern biex jikkonsultahom dwar abbozzi ta’ liġijiet u riformi; jitlob li jittieħdu aktar passi biex jifformalizzaw u jkattru l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-formulazzjoni tal-politika u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-effikaċja tagħha fil-livelli kollha, inkluża t-trasparenza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-finanzjament tagħhom;

23.

Jenfasizza l-importanza ta’ programmi ta’ mobilità, speċjalment dawk għaż-żgħażagħ, għall-għalliema u għar-riċerkaturi, u huwa tal-fehma li l-għadd ta’ parteċipanti f'dawn il-programmi għandu jiżdied; b'rabta ma’ dan, jilqa' l-inizjattivi li jagħtu lill-istudenti Albaniżi opportunitajiet biex jistudjaw fil-pajjiżi tal-UE;

24.

Jirrikonoxxi li għalkemm id-drittijiet bażiċi tat-trejdjunjins huma rikonoxxuti fil-Kostituzzjoni, l-attivitajiet tal-unjins spiss jiġu bblukkati, u r-restrizzjonijiet fuq l-istrajks fis-servizz ċivili u l-utilitajiet pubbliċi huma wesgħin wisq skont l-istandards internazzjonali; jiddeplora l-akkwist reċenti min-naħa tal-Gvern Albaniż ta’ assi tat-trejdunjins; jilqa' d-deċiżjoni tal-Qorti Kosttuzzjonali tat-22 ta’ April 2010 li tgħid li din il-liġi mhijiex kostituzzjonali, u jitlob lill-gvern biex jirritorna l-assi minnufih; jitlob lill-gvern Albaniż biex jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-unjins u biex jieħu l-passi legali meħtieġa biex jiżgura li l-parteċipazzjoni fl-unjins tkun id-dritt tal-ħaddiema kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat;

25.

Jilqa' l-miżuri meħuda biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika; iqis, madankollu, li l-Kumitat Statali dwar l-Opportunitajiet Indaqs għadu dgħajjef u li l-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-biċċa l-kbira baqa' mhux implimentat; iqis, għal dik ir-raġuni, li jeħtieġ aktar azzjoni biex tiffaċilita l-inklużjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

26.

Jilqa' r-riformi legali tas-snin reċenti dwar il-protezzjoni ta’ vittmi tal-vjolenza domestika u t-traffikar; jirrikonoxxi madankollu li dawn mhumiex adegwati u li għandhom jittieħdu passi ulterjuri, u għadu serjament imħasseb dwar il-vjolenza domestika u t-traffikar mifruxa b'rabta man-nisa u t-tfal għal skopijiet ta’ sfruttament sesswali u ta’ xogħol furzat; jesprimi tħassib dwar il-fatt li meta jkun hemm żieda sinifikanti fir-rapporti ta’ inċidenti ta’ dat-tip, din mhux dejjem tiġi segwita b'investigazzjoni xierqa mill-pulizija jew b'ordnijiet ta’ protezzjoni maħruġa mill-qrati; jitlob għall-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti għall-ħarsien tan-nisa u t-tfal kontra kull forma ta’ vjolenza u għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistema sħiħa għall-protezzjoni u r-riabilitazzjoni tagħhom, inkluża r-reġistrazzjoni obbligatorja u effiċjenti tat-tfal u trabi tat-twelid kollha, l-għoti sħiħ u b'xejn ta’ assistenza legali, soċjali u psikoloġika lill-vittmi, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika, taħriġ adegwat ta’ aġenziji tal-infurzar tal-liġi u ħolqien ta’ netwerk ta’ rifuġji (li għandhu jkun ta’ kwantità u kwalità suffiċjenti u kapaċi jkopri l-ħtiġijiet tal-vittmi tal-vjolenza domestika u tat-traffikar); jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-appoġġ tagħha lill-awtoritajiet Albaniżi f'dan ir-rigward;

27.

Jirrikonoxxi l-progress li sar fil-ħarsien tal-minoranzi u li tista' tgħid tlesta t-twaqqif ta’ qafas istituzzjonali u leġiżlattiv adegwat għall-ħarsien tal-minoranzi; jinnota, madankollu, li d-diskriminazzjoni għadha problema fl-Albanija, b'mod partikulari dik kontra l-kategoriji ta’ persuni vulnerabbli u r-rispett għall-identità tas-sessi u l-orjentament sesswali, u li jeħtieġ isiru aktar sforzi sabiex tiġi miġġielda, inkluża s-sensibilizzazzjoni; jinnota bi tħassib, b'rabta ma’ dan, il-protesti reċenti kontra l-omosesswalità fl-Albanija; jenfasizza li jeħtieġ li jsiru iktar sforzi biex jiġu ssodisfati l-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea fir-rigward tal-minoranzi, u b'mod iktar speċifiku l-użu tal-lingwi minoritarji u l-provvista ta’ edukazzjoni b'dawn il-lingwi u ta’ trattament mhux diskriminatorju għall-membri tal-minoranzi kollha;

28.

Jilqa' t-tibdil li sar fil-Kodiċi Kriminali bl-għan li jiġu indirizzati l-krimini razzisti; għal dan il-għan, ifaħħar l-adozzjoni reċenti tal-liġi kontra d-diskriminazzjoni, imfassla b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jitlob l-implimentazzjoni rapida u effikaċi tagħha; jilqa' b'mod partikolari l-istabbiliment ta’ kummissarju indipendenti għall-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, b'responsabbiltà għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-liġi u l-investigazzjoni tal-ilmenti; barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal data statistika preċiża u affidabbli, li hija essenzjali għall-implimentazzjoni effikaċi ta’ miżuri kontra d-diskriminazzjoni u għal dan il-għan, jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li jitwettaq ċensiment nazzjonali ppjanat għall-2011, li jkun konformi ma’ standards magħrufa fuq livell internazzjonali li jiżguraw ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-awtoidentifikazzjoni libera;

29.

Jitlob għal aktar sforzi biex titjieb is-sitwazzjoni tar-Roma, li jkomplu jħabbtu wiċċhom ma’ kundizzjonijiet tal-għajxien diffiċli u jsofru diskriminazzjoni fl-oqsma tal-aċċess għall-edukazzjoni, il-ħarsien soċjali, il-kura tas-saħħa, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni adegwata; għal dan il-għan, jilqa' l-pjan ta’ azzjoni tal-gvern għad-Deċennju tal-Inklużjoni tar-Roma iżda jinnota li l-awtoritajiet u l-komunitajiet lokali għandu jkollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u li għandhom ikunu pprovduti b'baġit adegwat biex jagħmlu dan; iħeġġeġ lill-awtoritajiet relevanti biex jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni u jippubblikaw rapporti regolari dwar il-progress;

30.

Jirrikonoxxi t-tnaqqis sinifikanti fil-faqar f'dawn l-aħħar snin b'riżultat ta’ tkabbir tal-PGD reali akbar; jinnota, madankollu, li minkejja l-progress ekonomiku, parti kunsiderevoli mill-popolazzjoni għadha tgħix fil-faqar, u għaldaqstant jeħtieġ li jkun hemm sforzi kontinwi biex jibqa' jitnaqqas il-faqar, b'mod partikulari fl-inħawi rurali u f'dawk muntanjużi;

31.

Jilqa' l-progress li sar fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tortura u tat-trattament ħażin, anke fis-sistema tal-ħabsijiet; jitlob li jkun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-ħabsijiet sabiex dawn ikunu konformi ma’ standards ta’ dinjità umana u biex jingħelbu l-livelli għoljin ta’ korruzzjoni fis-servizz tal-ħabs; jenfasizza li jeħtieġ li jsir progress fit-titjib tal-kundizzjonijiet tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni wara li l-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u tat-Trattament jew Kastigi Inumani u Degradanti (CPT) kien għamel dawn ir-rakkomandazzjonijiet fl-2008, u jfakkar fil-konklużjonijiet tal-Ombudsman li l-kundizzjonijiet huma taħt l-istandards nazzjonali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għad-detenzjoni tal-priġunieri u sforzi fil-ġlieda kontra l-livelli għoljin ta’ korruzzjoni fis-servizz tal-ħabs;

32.

Jenfasizza li ħafna qrati ma jwettqux reviżjonijiet ġudizzjarji ex officio għal pazjenti psikjatriċi, u għalhekk ma jingħatax ċans lil pazjenti mibgħuta fl-isptarijiet b'mod furzat li jinstemgħu minn imħallef; ifakkar fis-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ ta’ Dybeku vs l-Albanija, u jitlob li jiġi żgurat li l-ħabsin li jsofru minn mard mentali ma jitqegħdux fl-istess faċilitajiet bħal dawk li ma jsofrux minn kundizzjonijiet simili;

33.

Jesprimi tħassib dwar it-tqegħid bla bżonn ta’ tfal f'orfanatrofji minħabba l-faqar u dwar il-konsegwenzi fuq medda twila ta’ żmien u t-trattament inugwali għall-orfni adulti fir-rigward tal-aċċess ugwali għall-faċilitajiet soċjali, bħad-djar;

34.

Jagħraf ir-relazzjoni tajba li l-Albanija għandha mal-ġirien tagħha bħala kontribuzzjoni essenzjali għall-istabbiltà reġjonali u jilqa' t-tendenza reċenti pożittiva bejn l-Albanija u s-Serbja, flimkien mal-parteċipazzjoni attiva tal-pajjiż f'inizjattivi reġjonali bħall-Proċess ta’ Kooperazzjoni tax-Xlokk tal-Ewropa, il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali, il-Komunità tal-Enerġija u l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Bank Ċentrali Ewropew (CEFTA), l-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa (SEETO) u n-negozjati għall-konklużjoni ta’ Trattat li jwaqqaf il-Komunità tat-Trasport; jenfasizza li l-kooperazzjoni transkonfinali reġjonali hija essenzjali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħat-traffikar tal-persuni;

35.

Jinnota b'sodisfazzjoni l-inizjattivi tal-Albanija biex jitneħħew ir-rekwiżiti ta’ viżi għall-pajjiżi ġirien, li jikkostitwixxu pass pożittiv li jiffaċilita l-kuntatti bejn il-popli u jtejjeb ir-rikonċiljazzjoni reġjonali; huwa tal-fehma li inizjattivi bħal dawn għandhom jittieħdu b'mod parallel għall-proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-viżi bl-involviment tal-pajjiżi fiż-żona ta’ Schengen u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

36.

Jifraħ lill-Albanija dwar it-tkabbir ekonomiku tagħha matul riċessjoni ekonomika globali; jiġbed l-attenzjoni madankollu lejn l-ekonomija kbira informali tagħha, ir-rata għolja tal-qgħad u s-suq tax-xogħol mhux irregolat, li jwasslu għal inċertezza fl-impjiegi u jimminaw b'mod sostanzjali d-drittijiet tal-ħaddiema; jinnota d-dejn fiskali u pubbliku dejjem jogħla tal-Albanija;

37.

Jittama li l-istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) jista' jgħin sabiex titjieb is-sitwazzjoni ekonomika tal-Albanija; jinnota, madankollu, li l-programmi ta’ finanzjament tal-IPA jridu jkunu akkumpanjati minn sistema effiċjenti ta’ evalwazzjoni;

38.

Huwa tal-fehma li l-Albanija trid tkompli l-ħidma tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi neċessarji biex tiżgura tkabbir ekonomiku sostenibbli, protezzjoni ambjentali u ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza l-importanza li tinżamm l-istabilità makroekonomika;

39.

Jinnota li ftit li xejn sar progress f'termini ta’ konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, u b'hekk jixxekkel l-iżvilupp ta’ suq tal-proprjetà li jaħdem kif suppost; jirrimarka li l-proċess tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà, l-inventorju tal-art statali u l-kumpens possibbli għad ma fihomx trasparenza u għadhom iridu jiġu kkompletati b'mod ġust, mingħajr diskriminazzjoni kontra persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; jappella biex ikun hemm aktar sforzi fir-rigward tal-ewwel reġistrazzjoni tal-proprjetà, tar-radd lura tal-proprjetà, tal-leġiżlazzjoni tal-kostruzzjoni informali, u tal-kumpens;

40.

Jilqa' l-isforzi tal-awtoritajiet Albaniżi biex itejbu l-klima tan-negozju billi jissimplifikaw il-proċeduri biex jiġu rreġistrati negozji u biex jingħataw liċenzji u permessi; madankollu jenfasizza li jenħtieġ titjib ulterjuri minħabba li l-klima għan-negozju fl-Albanija għadha meqjusa bħala waħda mill-aktar diffiċli fil-Balkani tal-punent; jappella lill-awtoritajiet biex jiġu indirizzati għadd ta’ nuqqasijiet, pereżempju b'rabta mal-proċeduri biex jinkisbu titoli fuq is-sjieda tal-art, l-infurzar tal-kuntratti, l-amministrazzjoni pubblika dgħajfa u l-livelli għolja ta’ korruzzjoni;

41.

Meta wieħed iżomm f'moħħu li parti importanti tal-ekonomija tal-pajjiż hija bbażata fuq flus li jibagħtu l-emigranti li jgħixu fil-pajjiżi ġirien, jinkuraġġixxi lill-Albanija biex tkompli l-ħidma fuq politiki pubbliċi u investimenti biex tittejjeb l-infrastruttura fl-oqsma kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-koeżjoni soċjali, inter alia fl-edukazzjoni, is-saħħa, il-ġustizzja, it-trasport u l-agrikoltura;

42.

Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, filwaqt li fl-istess ħin tittejjeb l-effiċjenza enerġetika; jiġbed attenzjoni partikolari lejn il-potenzjal konsiderevoli tal-Albanija fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u jitlob li jsiru iktar sforzi biex dan il-potenzjal jiġi żviluppat ulterjorment, filwaqt li jitqies li ħafna mill-istruttura tal-provvista tal-enerġija fil-pajjiż qed tiġi żviluppata bħalissa; jilqa, f'dan ir-rigward, il-proġetti ġodda fis-settur tal-enerġija idroelettrika u jappella biex ikun hemm aktar sforzi fir-rigward tal-iżvilupp ta’ proġetti tal-enerġija mix-xemx u mir-riħ; jirirmarka li l-investiment fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli joħloq opportunitajiet għat-tkabbir u għall-impjiegi fuq livell lokali u reġjonali;

43.

Jenfasizza, fir-rigward tal-proġett imħabbar fl-2007 għall-kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari fl-Albanija, l-importanza fuq kollox tas-sikurezza nukleari u tal-protezzjoni mir-radjazzjoni; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-Albanija għadha ma ffirmatx il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni tal-Fjuwil Nukleari Użat u dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv;

44.

Iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż biex jiżviluppa sorsi tal-enerġija rinnovabbli, itejjeb l-implimentazzjoni tal-politika dwar il-ġestjoni tal-iskart u jiżviluppa aktar it-turiżmu sostenibbli mil-lat ambjentali sabiex jippreserva l-wirt sabiħ naturali u arkitettoniku;

45.

Jesprimi tħassib dwar il-kundizzjonijiet miżeri tat-trasport pubbliku, partikolarment tal-ferroviji; jistieden lill-Gvern Albaniż sabiex jagħmel użu sħiħ mill-fondi IPA sabiex jiżviluppa, itejjeb u jimmodernizza n-netwerk tal-ferroviji u jtejjeb il-kollegamenti mal-pajjiżi ġara kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija;

46.

Jitlob għal aktar progress fil-protezzjoni ambjentali, kemm fiż-żoni urbani kif ukoll fil-kampanja, għall-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni ambjentali u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali bil-għan li tiġi promossa s-sostenibilità ambjentali; għal dan il-għan, jilqa' l-ftehim dwar il-protezzjoni u l-iżvilupp sostenibbli ta’ Prespa Park li ffirmaw l-Albanija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja, flimkien mal-Kummissjoni;

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Albanija.


(1)  ĠU L 80, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 334, 19.12.2007, p. 84.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/92


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan

P7_TA(2010)0283

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan

2011/C 351 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kirgiżistan u l-Ażja Ċentrali, b'mod partikolari dawk tat-12 ta’ Mejju 2005 u tas-6 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (1),

wara li kkunsidra l-Programm tal-UE għall-Prevenzjoni ta’ Kunflitti Vjolenti adottat mill-Kunsill Ewropew f'Göteborg fl-2001,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli Catherine Ashton dwar il-kunflitti l-ġodda li seħħew fil-Kirgiżistan fil-11 ta’ Ġunju 2010 u dwar ir-referendum kostituzzjonali tat-28 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-14 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan mill-Mibgħut Speċjali tal-President fil-kariga tal-OSKE, ir-Rappreżentant Speċjali tan-NU u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE fil-Kirgiżistan tas-16 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għal Sħubija Ġdida mal-Ażja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 2007,

wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt dwar il-Progress tal-14 ta’ Ġunju 2010 mill-Kunsill u l-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni(PCA) bejn l-UE u l-Kirgiżistan li daħal fis-seħħ fl-1999,

wara li kkunsidra l-Karta ta’ Strateġija Reġjonali tal-Komunità Ewropea għal Assistenza lill-Ażja Ċentrali għall-perjodu 2007-2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-11 ta’ Ġunju 2010 faqqaw kunflitti vjolenti fil-bliet Kirgiżi tan-Nofsinhar ta’ Osh u Jalal-Abad, li komplew jintensifikaw ruħhom sal-14 ta’ Ġunju 2010, meta ġie rrapurtat li mijiet ta’ rġiel armati attakkaw it-toroq tal-bliet, jisparaw fuq iċ-ċivili u jqabbdu l-ħwienet, waqt li l-objettivi tagħhom għażluhom skont l-etniċità,

B.

billi skont l-awtoritajiet Kirgiżi madwar 300 persuna mietu fil-ġlied iżda ntwera li hemm il-biża', anki mill-kap tal-gvern interim Rosa Otunbayeva, li ċ-ċifra reali tista' tkun akbar; billi aktar minn 2 000 persuna sfaw midruba jew kellhom jiddaħħlu l-isptar u għad fadal ħafna li huma neqsin,

C.

billi hu stmat li, minħabba l-vjolenza, 300 000 persuna ġew spostjati internament u 100 000 persuna fittxew kenn fl-Uzbekistan qariba; billi l-gvern ta’ Tashkent ipprovda assistenza umanitarja lir-refuġjati bl-għajnuna ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, iżda għalaq il-fruntiera tiegħu mal-Kirgiżistan fl-14 ta’ Ġunju 2010 waqt li semma' nuqqas ta’ kapaċità biex jilqa' aktar nies,

D.

billi l-gvern interim iddikjara stat ta’ emerġenza fiż-żona u l-forzi tas-sigurtà ma rnexxielhomx jikkontrollaw is-sitwazzjoni; billi l-appelli li l-president interim Roza Otunbayeva għamlet lill-President Russu Medvedev u lill-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva għal appoġġ militari biex jerġa' jiġi instawrat l-ordni ġew irrifjutati; billi talba biex tintbagħat forza tal-pulizija internazzjonali fil-Kirgiżistan ġiet mgħoddija lill-OSKE u qed tiġi eżaminata minnha,

E.

billi l-UE għandha interess ċar f'Kirgiżistan li jgħix fil-paċi, fid-demokrazija u fil-prosperità ekonomika; billi l-UE impenjat ruħha, b'mod partikulari permezz tal-Istrateġija tagħha għall-Ażja Ċentrali, biex tkun sieħba tal-pajjiżi fir-reġjun; billi issa hemm bżonn urġenti ta’ ħafna aktar involviment internazzjonali u r-rispons tal-UE se jkollu impatt fuq l-kredibilità tagħha bħala sieħba,

F.

billi l-Kummissjoni allokat 5 miljun euro biex tipprovdi għajnuna medika ta’ emerġenza, għajnuna umanitarja, materjal mhux tal-ikel, protezzjoni u assistenza psikoloġika għall-persuni effettwati mill-kriżi; billi dan l-ammont għandu jitqabbel mal-appell urġentissimu tan-NU għal USD 71 miljun f'għajnuna ta’ emerġenza,

G.

billi l-UE, permezz tal-Programm ta’ Göteborg adottat fl-2001 u d-dokumenti sussegwenti, tirrikonoxxi l-importanza ta’ prevenzjoni tal-kunflitt u billi s-sitwazzjoni attwali fil-Kirgiżistan titlob sabiex ir-raġunament teoretiku jissarraf f'azzjoni prattika,

H.

billi referendum li tmexxa taħt ċirkustanzi pjuttost paċifiċi fis-27 ta’ Ġunju 2010 u b’ rata ta’ parteċipazzjoni għolja irriżulta fl-approvazzjoni ta’ iktar minn 90 % tal-votanti għal kostituzzjoni ġdida li tibbilanċja s-setgħat presidenzjali u s-setgħat parlamentari, għal konferma ta’ Rosa Otunbayeva bħala president interim sal-31 ta’ Diċembru 2011 u għax-xoljiment tal-Qorti Kostituzzjonali; billi l-elezzjonijiet parlamentari huma ppjanati għall-10 ta’ Ottubru 2010,

I.

billi l-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali qed jiffaċċjaw għadd ta’ sfidi komuni, bħall-faqar u theddidiet serji għas-sigurtà tal-bniedem, u l-bżonn li tissaħħaħ id-demokrazija, governanza tajba u l-istat tad-dritt; billi jeħtieġ li titrawwem u titjieb il-kooperazzjoni reġjonali sabiex jiġi żviluppat approċċ komuni għall-problemi u l-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun; billi l-protagonisti reġjonali u internazzjonali għandhom ifittxu approċċ iktar komuni għall-problemi u l-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun,

J.

billi l-UE dejjem għandha tirrispetta l-impenn tagħha għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-ftehimiet tagħha ma’ stati terzi, u tippromwovi riformi demokratiċi permezz ta’ politiki koerenti u b'hekk iżżid il-kredibilità tagħha bħala protagonista fir-reġjun,

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kunflitti traġiċi u vjolenti li faqqgħu fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan u joffri l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi kollha;

2.

Jikkundanna l-vjolenza reċenti fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan; jiddeplora l-mewt ta’ persuni u jesprimi t-tama li tinstab soluzzjoni paċifika għall-kunflitt fil-Kirgiżistan, ibbażata fuq prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jistieden lill-gvern interim biex imexxi stħarriġ kredibbli, imparzjali u indipendenti fir-rigward tal-vjolenza, bil-possibilità ta’ assistenza minn protagonisti internazzjonali, bl-għan li ssir ġustizzja minn min wettaq il-vjolenzi;

4.

Jistieden lill-awtoritajiet interim biex jagħmel kull sforz biex jirritornaw għan-normalità u biex joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ir-refuġjati u l-persuni spostjati internament (IDPs) ikunu jistgħu jirritornaw lejn djarhom fis-sikurezza u d-dinjità; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali biex jieħdu miżuri effettivi biex tinbena l-fiduċja u biex jinbeda djalogu ġenwin mal-komunitajiet etniċi kollha li jgħixu fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan bil-għan li jiġi żviluppat proċess ta’ rikonċiljazzjoni kredibbli;

5.

Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tintensifika l-assistenza umanitarja b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u biex tniedi programmi ta’ rikostruzzjoni fuq medda ta’ żmien qasira u medja għad-djar meqruda, biex tintradd lura l-proprjetà mitlufa u għall-proġetti ta’ riabilitazzjoni b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet Kirgiżi u donaturi oħra, sabiex jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għar-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostjati internament; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-importanza tal-proġetti għall-iżvilupp lokali;

6.

Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jsir sforz maġġuri internazzjonali biex tingħata assistenza għar-rikostruzzjoni, l-istabilizzazzjoni u r-rikonċiljazzjoni fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan, u għall-opportunità li toffri l-laqgħa tad-donaturi ppjanata li ssir f'Bishkek fis-27 ta’ Lulju 2010 biex jitqegħdu l-pedamenti għal dan l-isforz;

7.

Jenfasizza li r-rispons umanitarju jrid ikun akkumpanjat minn sforzi sabiex is-sitwazzjoni tiġi stabbilizzata u jitnaqqas u jitwaqqaf ir-riskju konsiderevoli ta’ vjolenza ġdida, li hija theddida wkoll għall-paċi u s-sigurtà f'partijiet oħra ta’ Wied Ferghana, li huwa maqsum bejn l-Uzbekistan, il-Kirgiżistan u t-Taġikistan;

8.

Jitlob żieda sostanzjali fl-għajnuna umanitarja tal-UE lill-persuni effettwati mill-vjolenza reċenti fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan, kif ukoll biex isir użu komprensiv tal-Istrument għall-Istabilità;

9.

Jemmen li se jkun neċessarji livell ġdid ta’ impenn tal-UE fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan, ukoll fuq medda twila ta’ żmien; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tħejji proposti għar-riallokazzjoni ta’ fondi taħt l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, maħsub biex l-UE titqiegħed f'pożizzjoni aħjar biex tagħti rispons qawwi lis-sitwazzjoni l-ġdida fil-Kirgiżistan; iqis li iffokar fuq is-sigurtà tal-bniedem huwa essenzjali fil-politika tal-UE għall-Ażja Ċentrali;

10.

Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri biex jappoġġaw u jikkontribwixxu b'mod attiv għall-użu mgħaġġel tal-missjoni tal-pulizija tal-OSKE bl-għan li jiġi evitat it-tfaqqigħ ta’ vjolenzi ġodda, tiġi stabilizzata s-sitwazzjoni fil-bliet effettwati mill-kunflitti, jiġu protetti l-vittmi u l-iktar persuni vulnerabbli u jiġi ffaċilitat ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostjati internament;

11.

Jieħu nota tal-imġiba pjuttost paċifika tar-referendum kostituzzjonali fil-Kirgiżistan fis-27 ta’ Ġunju 2010; jenfasizza li r-ritorn għall-ordni kostituzzjonali u l-istat tal-liġi huma kruċjali għall-prospettiva ta’ stabilizzazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiż fuq perjodu ta’ żmien twil; jenfasizza li l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss (provviżorjament ippjanati għal Ottubru 2010) għandhom jagħtu l-bażi kostituzzjonali għal gvern li jgawdi kemm leġittimità qawwija kif ukoll appoġġ popolari wiesa'; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet biex jieħdu miżuri immedjati u deċiżi biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet sinifikattivi identifikati mill-OSKE / ODIHR qabel l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss; jistenna bil-ħerqa l-ħolqien ta’ rabtiet interparlamentari b'saħħithom mal-Parlament futur tal-Kirgiżistan;

12.

Jesprimi tħassib fir-rigward ta’ rapporti dwar arresti ta’ xi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kirgiżistan u jitlob biex dawn jinħelsu minnufih; jistieden lill-awtoritajiet Kirgiżi biex jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jwettqu xogħlhom għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr xkiel;

13.

Jenfasizza l-interessi u r-responsabilitajiet komuni li għandhom il-Kirgiżistan, il-pajjiżi ġara tiegħu, ir-Russja, iċ-Ċina, l-UE, l-Istati Uniti, l-OSKE u l-bqija tal-komunità internazzjonali fir-rigward tal-prevenzjoni tad-destabilizzazzjoni, u jitlob biex il-protagonisti kollha involuti biex jidentifikaw sinerġiji;

14.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-diffikultajiet tal-proċess ta’ demokratizzazzjoni fil-Kirgiżistan, li jidhru li ġejjin mill-pożizzjoni dgħajfa tal-gvern interim tal-Kirgiżistan u l-qawwa ta’ netwerks kriminali fil-pajjiż, inkluż ta’ traffikanti tad-droga fin-Nofsinhar tal-Kirgiżistan;

15.

Jemmen li l-ħolqien ta’ sistema politika pluralista li tippermetti r-rappreżentanza ta’ interessi differenti u l-arbitraġġ bejniethom huwa fundamentali sabiex jitnaqqsu t-tensjonijiet u jiġi evitat li tfaqqa' vjolenza ġdida u li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jappoġġaw attivament id-demokratizzazzjoni u jistinkaw biex inaqqsu d-distakk bejn l-attitudnijiet ta’ protagonisti internazzjonali, sabiex itejbu l-prospetti għall-proċess ta’ riforma fil-Kirgiżistan;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-gvern interim tal-Kirgiżistan, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-OSKE u lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 49.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/95


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
L-HIV/AIDS fil-perspettiva tat-XVIII-il Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS (Vjenna, 18-23 ta’ Lulju 2010)

P7_TA(2010)0284

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għar-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS

2011/C 351 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-XVIII-il Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS: “Right Here, Right Now” li ser tinżamm fi Vjenna bejn it-18 u t-23 ta’ Lulju 2010,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Impenn tan-NU dwar l-HIV/AIDS, “Kriżi Globali – Azzjoni Globali” adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta’ Ġunju 2001, waqt is-26 Sessjoni Speċjali tagħha,

wara li kkunsidra l-Laqgħa ta’ Livell Għoli tas-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGASS) dwar l-HIV/AIDS tat-2 ta’ Ġunju 2006 u d-dikjarazzjoni politika adottata f'dik il-laqgħa,

wara li kkunsidra l-Linji gwida Internazzjonali tal-UNAIDS dwar l-HIV/AIDS u d-Drittijiet tal-Bniedem,tal-2006, imsejsa fuq it-Tieni Konsultazzjoni Internazzjonali dwar l-HIV/AIDS u d-Drittijiet tal-Bniedem, li saret f'Ġinevra bejn it-23 u l-25 ta’ Settembru 1996 u t-Tielet Konsultazzjoni Internazzjonali dwar l-HIV/AIDS u d-Drittijiet tal-Bniedem, li saret f'Ġinevra bejn il-25 u s-26 ta’ Lulju 2002,

wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO, “Lejn Aċċess Universali: Inżidu l-Interventi ta’ Prijorità dwar l-HIV/AIDS fis-Settur tas-Saħħa”,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Abuja tas-27 ta’ April 2001 dwar l-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u Mard Infettiv Ieħor Relatat, il-Pożizzjoni Komuni tal-Afrika dwar il-Laqgħa ta’ Livell Għoli tal-UNGASS tal-2006 u l-Appell għal Azzjoni Aċċellerata lejn l-Aċċess Universali għas-Servizzi li jirrigwardaw l-HIV u l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja fl-Afrika, iffirmata f'Abuja fl-4 ta’ Mejju 2006 mill-Unjoni Afrikana,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar l-HIV/AIDS: Żmien ta’ Azzjoni, tal-24 ta’ April 2007 dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ġirien, 2006-2009, u tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar l-HIV/AIDS: dijanjożi bikrija u kura bikrija,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Progress fil-Programm Ewropew għal Azzjoni kontra l-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkulożi permezz tal-Azzjoni Esterna (2007-2011), Novembru 2009,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-madwar” u l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-UE u fil-pajjiżi tal-madwar 2009-2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2009 tal-UNAIDS dwar l-Epidemija Dinjija tal-AIDS,

wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Riżultati tal-UNAIDS għall-perjodu 2009-2011,

wara li kkunsidra r-Rapport 2010 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-progress li sar biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta’ nofs it-terminu bi tħejjija għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f'Settembru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-għadd ta’ persuni li għandhom l-HIV għadu qed jikber, b'madwar 33.4 miljun ruħ li għandhom l-HIV fid-dinja u, billi fatt partikolarment inkwetanti huwa t-2.7 miljun ruħ li ġew infettati fl-2008, li jfisser li l-HIV/AIDS tikkostitwixxi emerġenza dinjija li tirrikjedi reazzjoni dinjija straordinarja u komprensiva,

B.

billi l-HIV/AIDS għadha waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mewt fid-dinja, u kienet il-kawża tal-mewt ta’ 2 miljun ruħ fl-2008, u huwa mistenni li tibqa' kawża dinjija sinifikanti ta’ mortalità prematura fid-deċennji li ġejjin,

C.

billi, sal-aħħar tal-2009, hu stmat li 5 miljun ruħ f'pajjiżi bi dħul ta’ livell baxx jew medju kienu qegħdin jirċievu terapija antiretrovirali – li jfisser żieda ta’ għaxar darbiet fuq ħames snin u żieda f'daqqa bla preċedent fl-istorja tas-saħħa pubblika,

D.

billi n-numru ta’ infezzjonjiet ġodda għadu jiżboq l-espansjoni tat-trattament, u madwar żewġ terzi tan-nies fi bżonn ta’ trattament fl-2009 għad mhumiex qegħdin jirċevuh, li jfisser li 10 miljun ruħ fil-bżonn ma kellhomx aċċess għat-trattament effettiv meħtieġ,

E.

billi l-Africa sub-Saħarjana, bi 22.4 miljun ruħ li għandhom l-HIV/AIDS, għadha l-aktar reġjun milqut ħażin, b'71 % tat-total ta’ infezzjonijiet ġodda bl-HIV/AIDS fl-2008,

F.

billi hemm evidenza qawwija li turi li l-miżuri ta’ prevenzjoni tal-HIV/AIDS huma mezz effettiv għat-tnaqqis ta’ infezzjonijiet ġodda,

G.

billi hemm differenza kbira fil-programmazzjoni fir-rigward tal-involviment ta’ persuni li għandhom l-HIV/AIDS fl-isforzi ta’ prevenzjoni – partikolarment dawk maħsuba għall-persuni li għandhom l-HIV/AIDS - u fl-isforzi biex jitnaqqsu l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni,

H.

billi n-nisa u t-tfajliet għadhom jiġu affettwati sproporzjonatament mill-HIV/AIDS, u n-nisa jirrappreżentaw madwar 60 % tal-infezzjonijiet bl-HIV/AIDS fl-Afrika sub-Saħarjana u l-HIV/AIDS għadha l-kawża ewlenija ta’ mewt u mard fin-nisa fl-età riproduttiva,

I.

billi l-għażliet attwali rigward il-prevenzjoni tal-HIV mhumiex effettivi biżżejjed biex jipproteġu lin-nisa, u metodi ta’ prevenzjoni bħall-kondoms u l-astinenza mhumiex għażliet realistiċi għal ħafna nisa, speċjalment għan-nisa miżżewġin, li jrid ikollhom it-tfal jew li jkunu f'riskju ta’ vjolenza sesswali, u billi tilqima jew mikrobiċida sikuri u effikaċi jistgħu jagħtu lin-nisa għodda ġdida b'saħħitha biex jipproteġu lilhom infushom mill-HIV bla ma tiġi limitata l-għażla riproduttiva,

J.

billi hemm evidenza li kulma jmur qed tiżdied ta’ livelli ogħla ta’ infezzjonijiet u riskju fost popolazzjonijiet ewlenin, inklużi l-ħaddiema sesswali, l-irġiel li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma’ rġiel oħra, il-persuni transgender, il-priġunieri, dawk li jinjettaw id-droga, il-popolazzjonijiet migranti, ir-refuġjati u l-ħaddiema mobbli kważi fir-reġjuni kollha, u anke f'pajjiżi b'epidemiji ġeneralizzati, u l-programmi ta’ prevenzjoni tal-HIV/AIDS għal dawk il-popolazzjonijiet spiss ma jingħatawx biżżejjed prijorità u finanzjament,

K.

billi, minħabba l-istigma assoċjata mal-HIV/AIDS, madwar 30 % tan-nies fl-UE li huma infettati mhumiex konxji li huma pożittivi għall-HIV/AIDS, u l-istudji jissuġġerixxu li l-infezzjoni mingħajr dijanjożi tiffaċilità t-trażmissjoni kontinwa tal-HIV/AIDS u tkabbar is-suxxettibilità għal mortalità bikrija fost in-nies li għandhom l-HIV/AIDS,

L.

billi, skont ir-rapport 2009 tad-WHO, “Lejn Aċċess Universali Aħjar: Inżidu l-Interventi ta’ Prijorità dwar l-HIV/AIDS fis-Settur tas-Saħħa”, huwa stmat li l-livell ta’ kopertura b'mediċini antiretrovirali huwa biss 23 % fl-Ewropea u fl-Asja Ċentrali, livell li jitqies bħala baxx ħafna, meta titqies is-sitwazzjoni fir-Russja u fl-Ukraina,

M.

billi l-imġiba omosesswali għadha stigmatizzata bil-qawwa, l-aktar fl-Afrika sub-Saħarjana, fejn 31 pajjiż jikkriminalizzaw l-attività omosesswali bejn adulti konsenswali, erba' pajjiżi jikkundannawha permezz tal-piena kapitali, u oħrajn għandhom pieni kriminali ta’ aktar minn 10 snin ħabs, u din l-istigmatizzazzjoni xxekkel il-ħidma preventiva kontra l-HIV/AIDS,

N.

billi f'ħafna pajjiżi l-kriminalizzazzjoni ta’ dawk li jużaw id-drogi illegali twaqqafhom milli jaċċedu għall-prevenzjoni tal-HIV/AIDS, it-trattament, il-kura u l-appoġġ, u għandha l-effett li żżid it-trażmissjoni tal-HIV/AIDS permezz tal-użu ta’ drogi li jiġu injettati,

O.

billi 106 pajjiż jirraportaw li għad għandhom liġijiet u politiki li jostakolaw b'mod sinifikanti r-reazzjonijiet effettivi kontra l-HIV/AIDS,

P.

billi huwa stmat li fl-2008,17.5 miljun tifel u tifla tilfu ġenitur wieħed jew it-tnejn li huma minħabba l-HIV/AIDS – bil-maġġoranza l-kbira ta’ dawn it-tfal jgħixu fl-Afrika sub-Saħarjana – u dawn it-tfal spiss ibatu minn stigmatizzazzjoni u diskriminazzjoni u jistgħu jiġu miċħuda l-aċċess għal servizzi bażiċi bħall-edukazzjoni u l-kenn, filwaqt li jiżdied ukoll il-livell ta’ vulnerabbiltà tagħhom għall-infezzjoni bl-HIV/AIDS,

Q.

billi r-relazzjoni bejn l-HIV/AIDS u d-diżabbiltà ma ngħatatx attenzjoni biżżejjed, għalkemm instab li l-persuni b'diżabbiltajiet jinstabu fil-popolazzjonijiet ewlenin kollha li għandhom riskju ogħla ta’ esponiment għall-HIV/AIDS, u jaffaċċjaw żvantaġġi fir-rigward tal-aċċess għal servizzi ta’ prevenzjoni, trattament u kura,

R.

billi approċċ bbażat fuq id-drittijiet b'reazzjoni għall-HIV/AIDS huwa kruċjali fl-isforzi biex l-epidemija tintemm,

1.

Jafferma mill-ġdid li l-aċċess għall-kura tas-saħħa huwa parti mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u li l-gvernijiet għandhom id-dmir li jissodisfaw l-obbligu tagħhom billi jipprovdu servizz tas-saħħa pubblika lil kulħadd;

2.

Iqis, fl-istess ħin, li l-UE trid tagħti prijorità għolja lill-ħarsien u l-promozzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha, fosthom dawk li jiffokaw l-azzjoni tagħhom l-aktar fuq l-edukazzjoni ta-komunitajiet dwar l-HIV/AIDS; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex tiżgura li l-azzjonijiet u l-miżuri prattiċi kollha previsti fil-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem jiġu implimentati kif xieraq fir-rigward tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tal-HIV/AIDS;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrispettaw l-impenji tagħhom u jżidu l-isforzi tagħhom biex l-HIV/AIDS titqies bħala prijorità għas-saħħa pubblika dinjija bl-għoti ta’ prominenza lid-drittijiet tal-bniedem fil-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-appoġġ għall-HIV/AIDS, anke fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-UE;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu d-dekriminalizzazzjoni tat-trażmissjoni u l-espożizzjoni (1) għall-HIV/AIDS fl-isforzi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-UE, fosthom billi jitħeġġeġ r-rikonoxximent tal-HIV/AIDS bħala diżabilità għal raġunijiet ta’ leġiżlazzjoni mhux diskriminatorja attwali u futura;

5.

Jistieden lill-Istati Baltiċi, ir-Russja u l-Ukraina biex idaħħlu fis-seħħ politiki li jiġġieldu vigorożament kontra l-HIV/AIDS fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu l-aħjar politiki u prattiki fid-djalogu politiku fil-livell dinji u nazzjonali dwar ir-reazzjonijiet ibbażati fuq id-drittijiet għall-HIV/AIDS:

billi jiżguraw il-promozzjoni, il-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem– inklużi d-drittijiet ta’ saħħa sesswali u riproduttiva (2) – tal-persuni li għandhom l-HIV/AIDS u tal-popolazzjonijiet oħrajn ewlenin,

billi jindirizzaw l-ostakoli ekonomiċi, legali, soċjali u tekniċi ewlenin, kif ukoll il-liġijiet u prattiki punittivi, li jxekklu r-reazzjonijiet effettivi kontra l-HIV, b'mod partikolari fir-rigward tal-popolazzjonijiet ewlenin,

billi jappoġġjaw ir-reviżjoni u l-emendar tal-leġiżlazzjonijiet li jostakolaw il-programmi u s-servizzi għall-HIV/AIDS, ibbażati fuq l-evidenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-popolazzjonijiet ewlenin,

billi jiġġieldu kontra kull leġiżlazzjoni jew deċiżjoni li tikkriminalizza t-trażmissjoni tal-HIV mingħajr intenzjoni, jew li ssaħħaħ id-diskriminazzjoni kontra n-nies li għandhom l-HIV/AIDS u billi jikkundannaw u jieħdu azzjoni kontra l-ostakli legali li jxekklu l-miżuri effettivi kontra l-HIV għan-nisa u t-tfajliet, bħal-liġijiet u politiki ta’ saħħa sesswali u riproduttiva, liġijiet ta’ wirt u proprjetà, liġijiet ta’ żwieġ ta’ minorenni, eċċ.,

billi jqiegħdu id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ finanzjament għal reazzjonijiet għall-HIV/AIDS fl-UE u barra l-UE,

b'ipprogrammar immirat dwar l-HIV/AIDS għall-persuni li għandhom l-HIV/AIDS u għall-popolazzjonijiet oħrajn ewlenin u mmirati għat-tisħiħ tal-inividwi u l-komunitajiet biex iwieġbu għall-HIV/AIDS, għat-tnaqqis tar-riskju u tal-vulnerabilità għall-infezzjoni mill-HIV/AIDS u għall-mitigazzjoni tal-impatt negattiv tal-HIV/AIDS,

billi jiffaċilitaw u jippromwovu l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-popolazzjonijiet ewlenin fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-ipprogrammar ta’ appoġġ, u billi jnaqqsu l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni,

billi jiffaċilitaw l-aċċess universali għall-kura tas-saħħa, kemm jekk fir-rigward tal-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-appoġġ għall-HIV/AIDS jew għal dispożizzjonijiet mediċi oħrajn li mhux relatati mal-HIV/AIDS,

billi jiffaċilitaw l-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjieg għall-persuni li għandhom l-HIV/AIDS u għal popolazzjonijiet oħrajn ewlenin,

billi jiżguraw li l-monitoraġġ tal-progress fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fil-ġejjieni jinkludi indikaturi li jindirizzaw u jivvalutaw b'mod dirett il-kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-HIV/AIDS,

billi jirrispettaw il-prinċipju tat-3C (kunsens infurmat, kunfidenzjalità u konsulenza) fl-ittestjar tal-HIV/AIDS u f'servizzi oħrajn relatati mal-HIV/AIDS,

billi jiġġieldu kontra l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni ta’ nies li għandhom l-HIV/AIDS u ta’ popolazzjonijiet oħrajn ewlenin u billi jipproteġu d-drittijiet tagħhom għas-sikurezza u l-protezzjoni mill-abbuż u mill-vjolenza,

billi jippromwovu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni akbar tan-nies li għandhom l-HIV/AIDS u tal-popolazzjonijiet oħrajn ewlenin fir-reazzjonijiet għall-HIV/AIDS,

billi joffru informazzjoni oġġettiva u imparzjali dwar il-marda,

billi jagħtu s-setgħa, il-ħiliet, l-għarfien u r-riżorsi lin-nies biex jipproteġu lilhom infushom mill-HIV/AIDS;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nisa fil-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-HIV/AIDS bħala miżura essenzjali għat-trażżin tal-epidemija, b'mod partikolari bl-espansjoni tal-aċċess għall-programmi ta’ kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, bl-ittestjar għall-HIV/AIDS, bl-integrazzjoni sħiħa tas-servizzi ta’ konsulenza u prevenzjoni, u billi jitreġġgħu lura l-fatturi soċjoekonomiċi sottostanti li jikkontribwixxu għar-riskju tan-nisa għall-HIV/AIDS, bħall-inugwaljanza tal-ġeneru, il-faqar, in-nuqqas ta’ opportunità ekonomika u ta’ edukazzjoni, u n-nuqqas ta’ protezzjoni legali u tad-drittijiet tal-bniedem;

8.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament ġust u flessibbli għar-riċerka f'teknoloġiji preventivi ġodda, inklużi l-vaċċini u l-mikrobiċidi;

9.

Jesprimi tħassib serju għall-fatt li nofs l-infezzjonijiet tal-HIV l-ġodda jseħħu fit-tfal u ż-żgħażagħ; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ għall-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-appoġġ għall-HIV/AIDS u biex jiżguraw li dawn ikollhom aċċess għas-servizzi tal-HIV/AIDS, b'mod partikolari d-dijanjożi bikrija tat-tfal ta’ età żgħira, formulazzjonijiet xierqa u li jistgħu jaffordjaw ta’ antiretrovirali, appoġġ psikosoċjali, protezzjoni soċjali u protezzjoni legali;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-parteċipazzjoni ta’ persuni b'diżabilità fir-reazzjoni għall-HIV/AIDS u jinkludu d-drittijiet tal-bniedem tagħhom fil-pjanijiet u l-politiki strateġiċi nazzjonali għall-HIV/AIDS, u jiżguraw li jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ HIV/AIDS imfasslin skont il-bżonnijiet u li huma ekwivalenti għal servizzi oħrajn disponibbli għall-komunitajiet l-oħra;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġjaw programmi ta’ tnaqqis ta’ ħsara għall-priġunieri u għal dawk jużaw id-drogi li jiġu injettati;

12.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħeġġu lill-pajjiżi milquta l-aktar bl-HIV u bl-AIDS biex jistabbilixxu oqfsa politiċi dwar l-HIV li jkunu koordinati, trasparenti u bbażati fuq ir-responsabbiltà, u li jiggarantixxu l-aċċessibilità u l-effikaċja tal-miżuri marbuta mal-HIV għall-prevenzjoni u l-kura; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-gvernijiet nazzjonali u tinkludi lis-soċjetà ċivili biex tindirizza l-kopertura baxxa tal-programmi għat-tnaqqis tal-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni u biex tkabbar l-aċċess għall-ġustizzja fir-reazzjonijiet nazzjonali għall-HIV/AIDS;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jaħdmu flimkien mal-UNAIDS u ma’ msieħba oħrajn biex itejbu l-indikaturi għall-kejl tal-progress u l-qsim tal-għarfien f'livell dinji, nazzjonali u programmatiku biex jitnaqqsu l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni marbutin mal-HIV/AIDS, inklużi l-indikaturi speċifiċi għal popolazzjonijiet ewlenin u kwistjonijiet dwar drittijiet tal-bniedem marbuta mal-HIV u mekkaniżmi ta’ protezzjoni f'livell internazzjonali;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jappoġġjaw il-ħidma tal-Kummissjoni Dinjija dwar l-HIV li twaqqfet reċentement u l-Liġi li tiżgura li l-leġiżlazzjoni taħdem għal reazzjoni effettiva għall-HIV/AIDS;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iħeġġu l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali biex tiġbor aktar evidenza dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta’ persuni li għandhom l-HIV/AIDS u ta’ popolazzjonijiet oħrajn ewlenin fl-Ewropa, b'kunsiderazzjoni speċjali tal-vulnerabilità tagħhom għal diskriminazzjoni multipla u intersettorjali;

16.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni biex jallokaw tal-inqas 20 % tan-nefqa totali għall-iżvilupp għas-saħħa bażika u għall-edukazzjoni, biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Fond Globali għall-ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja, u biex iżidu l-iffinanzjar tagħhom ta’ programmi oħra maħsuba biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa u s-sistemi tal-Komunità; jistieden ukoll, lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex b'mod ġenerali, jagħtu prijorità lill-infiq għas-saħħa u b'mod partikolari lill-ġlieda kontra l-HIV/AIDS; u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi inċentivi lill-pajjiżi msieħba biex tħeġġeġ l-għoti ta’ prijorità lis-saħħa bħala settur ewlieni fil-Karti ta’ Strateġija tal-Pajjiż;

17.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni jsibu rimedju għat-tnaqqis allarmanti fil-finanzjament tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u biex jappoġġjaw politiki dwar it-trattament ta’ infezzjonijiet trażmessi b'mod sesswali u l-forniment ta’ provvisti tas-saħħa riproduttiva li jikkonsistu f'mediċini li jsalvaw il-ħajja u kontraċettivi, inklużi l-kondoms;

18.

Jistieden lill-UE biex tkompli il-ħidma tagħha b'taħlita ta’ strumenti finanzjarji fil-livelli globali u nazzjonali flimkien ma’ appoġġ baġitarju u permezz ta’ organizzazzjonijiet u mekkaniżmi partikolari li kienu ta’ suċċess fl-indirizzar tad-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-HIV/AIDS, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet bbażati fuq il-komunità;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali jimplimentaw leġiżlazzjoni li twassal għal mediċini effikaċi kontra l-HIV għall–but ta’ kulħadd, inklużi mediċini antiretrovirali u mediċini, dijanjostika u teknoloġiji relatati oħra sikuri u effikaċi, għat-trattament preventiv, kurattiv u paljattiv tal-HIV u ta’ infezzjonijiet opportunistiċi u kundizzjonijiet relatati;

20.

Jikkritika l-ftehimiet kummerċjali bilaterali u reġjonali li jinkludu dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-Ftehim TRIPS tad-WTO (“TRIPS-plus”) u li fil-fatt jostakolaw jekk mhux de facto jirrestrinġu s-salvagwardji stabbiliti mid-Dikjarazzjoni ta’ Doha sabiex tkun żgurata l-prijorità tas-saħħa fuq l-interessi kummerċjali; jiġbed l-attenzjoni għar-responsabbiltà ta’ dawk il-pajjiżi li jqiegħdu pressjoni fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiffirmaw tali ftehimiet ta’ kummerċ ħieles;

21.

Jisħaq li l-ħruġ obbligatorju ta’ liċenzji u prezzijiet differenzjali ma solvewx il-problema għalkollox, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi soluzzjonijiet ġodda biex ikun żgurat aċċess ġenwin għat-trattamenti tal-HIV/AIDS bi prezzijiet għall-but ta’ kulħadd;

22.

Jirrakkomanda l-adozzjoni tat-Toolkit to Promote and Protect the Enjoyment of all Human Rights by Lesbian, Gay, Bisexual and Transgender People maħruġ mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-bniedem u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom;

23.

Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet tal-UE li skont it-termini ta’ referenza tagħhom, iħejju r-rapporti annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, biex jinkludu f'dawn ir-rapporti attenzjoni partikolari fuq drittijiet tal-bniedem relatati mal-HIV, b'tali mod li tingħata vuċi lill-persuni li għandhom l-HIV u lil dawk li huma vulnerabbli għall-infezzjoni;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtennu l-appoġġ tagħhom għall-Paragrafu 16 tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Azzjoni ta’ Novembru 2009: biex iniedu proċess konsultattiv wiesa' ma’ Stati Membri u ma’ parteċipanti interessati għat-tħejjija ta’ Programm ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkulożi permezz ta’ Azzjoni Esterna għall-2012 u 'l quddiem; u biex jagħtu spinta lill-ħolqien ta’ Skwadri għall-Azzjoni tal-UE bħala mezz għal azzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri f'oqsma prijoritarji stabbiliti;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-organizzaturi tat-XVIII-il Konferenza Internazzjali dwar l-AIDS.


(1)  Skont it-Taqsira Politika tal-UNAIDS dwar il-Kriminalizzazzjoni tat-Trażmissjoni tal-HIV, il-gvernijiet għandhom jillimitaw il-kriminalizzazzjoni għal każijiet ta’ trażmissjoni b'intenzjoni, jiġifieri meta persuna tkun konxja mill-pożittività għall-HIV tagħha u taġixxi bl-intenzjoni li tittrażmetti l-HIV, u fil-fatt tittrażmettiha.

(2)  Il-promozzjoni u l-indirizzar tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet ta’ persuni li jgħixu bl- HIV/AIDS huwa element ċentrali f'approċċ għall-HIV ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem. Tali approċċ għandu jirrifletti d-dritt tal-persuni li jgħixu bl-HIV/AIDS li jkollhom ħajja sesswali sħiħa u sodisfaċenti, u jirrispetta l-għażliet ta’ fertilita' u x-xewqat tal-persuni li huma pożittivi għall-HIV.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/101


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-Tip Cluster (CCM) fl-1 ta' Awwissu 2010 u rrwol tal-UE

P7_TA(2010)0285

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2010 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE

2011/C 351 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) adottata minn 107 pajjiżi fil-konferenza diplomatika li saret f'Dublin mid-19 sat-30 ta' Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-messaġġ tat-30 ta' Mejju 2008 mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li fih ħeġġeġ “lill-Istati biex jiffirmaw u jirratifikaw din il-ftehima importanti mingħajr dewmien” u stqarr li jistenna bil-ħerqa “d-dħul fis-seħħ tiegħu fi żmien qasir”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-tip Cluster (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-CCM ilha miftuħa għall-iffirmar mit-3 ta' Diċembru 2008, l-ewwel f'Oslo u sussegwentement fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York, u billi se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara t-tletin ratifika, jiġifieri fl-1 ta' Awwissu 2010,

B.

billi s-CCM tiddefinixxi l-munizzjonijiet tat-tferrix bħala munizzjonijiet maħsuba biex iferrxu jew jirrilaxxaw sottomunizzjonijiet splussivi, kull waħda tiżen anqas minn 20 kilogramma, u tinkludi dawk is-sottomunizzjonijiet splussivi,

C.

billi s-CCM se tipprojbixxi l-użu, il-produzzjoni, il-ħżin u t-trasferiment tal-munizzjonijiet ta' tferrix bħala kategorija ta' armi,

D.

billi s-CCM se tesiġi li l-Istati kontraenti jeqirdu ħażniet ta' munizzjonijiet ta' dan it-tip,

E.

billi s-CCM se tistabbilixxi standard umanitarju ġdid għall-assistenza tal-vittmi u tobbliga lill-Istati kkonċernati biex inaddfu l-fdalijiet mhux sploduti tal-munizzjonijiet ta' tferrix li tħallew wara l-kunflitti,

F.

billi l-munizzjonijiet ta' tferrix jirrappreżentaw riskju serju għaċ-ċivili meta jintużaw madwar żoni popolati minħabba li jinfirxu letalment fuq medda kbira, u billi fil-kuntesti ta' wara l-kunflitti l-użu ta' dawn il-munizzjonijiet ikkawża bosta korrimenti u mwiet traġiċi fost iċ-ċivili, ġaladarba s-sottomunizzjonijiet mhux sploduti li jitħallew spiss isibuhom it-tfal u nies innoċenti oħra li ma jkunux konxji mill-periklu,

G.

billi sal-lum 20 Stat Membru tal-UE ffirmaw, 11 irratifikaw, u sebgħa la ffirmaw u lanqas irratifikaw is-CCM,

H.

billi wara d-dħul fis-seħħ tas-CCM fl-1 ta' Awwissu 2010 l-proċess tal-adeżjoni mal-konvenzjoni se jsir aktar esiġenti minħabba li l-Istati se jkun jeħtiġilhom jaderixxu mal-Konvenzjoni fi proċess ta' pass uniku,

I.

billi l-appoġġ tal-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, inizjattivi interparlamentari u għadd enormi ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kien deċiżiv biex ikkonkluda b'suċċess il-'Proċess ta' Oslo' li rriżulta fis-CCM,

J.

billi l-iffirmar u r-ratifika tas-CCM mis-27 Stat Membru tal-UE kollha qabel id-dħul fis-seħħ tagħha fl-1 ta' Awwissu 2010 jkunu jirrappreżentaw sinjal politiku qawwi favur dinja ħielsa mill-munizzjonijiet ta' tferrix u l-objettivi tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi li joqtlu b'mod indiskriminat,

1.

Jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) fl-1 ta' Awwissu 2010;

2.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE u lill-pajjiżi kandidati biex jiffirmaw u jirratifikaw is-CCM bħala kwistjoni ta' urġenza, preferibbilment qabel l-1 ta' Awwissu 2010, inklużi l-Istati mhux firmatarji li huma l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Istati li ffirmaw iżda li għadhom ma rratifikawx jiġifieri l-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u l-Isvezja;

3.

Ifaħħar l-Istati kollha li ffirmaw u rratifikaw is-CCM u wkoll adottaw moratorju fuq l-użu, il-produzzjoni u t-trasferiment tal-munizzjonijiet ta' tferrix u kkompletaw il-qerda tal-ħażniet tagħhom ta' munizzjonijiet ta' dan it-tip;

4.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE li ffirmaw il-Konvenzjoni dwar is-CCM biex jieħdu kull opportunità jħeġġu Stati li mhumiex partijiet fis-CCM biex jiffirmaw u jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni mill-aktar fis possibbli, inkluż permezz ta' laqgħat bilaterali, djalogu bejn is-servizzi militari u fora multilaterali, u biex, bi qbil mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 21 tas-CCM, jagħmlu ħilithom kollha ħalli jiskoraġġixxu lil Stati li mhumiex partijiet fil-Konvenzjoni milli jużaw munizzjonijiet ta' tferrix;

5.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex ma jieħdu l-ebda azzjoni li tista' ddur mas-CCM u d-dispożizzjonijiet tagħha jew tipperikolahom; isejjaħ, b'mod partikolari, lill-Istati Membri kollha tal-UE biex la jadottaw, la japprovaw jew lanqas sussegwentement jirratifikaw kwalunkwe protokoll possibbli għal Konvenzjoni dwar l-Armi Konvenzjonali (CCW) li jippermetti l-użu ta' munizzjonijiet ta' tferrix li ma jkunx kompatibbli mal-projbizzjoni ta' dan it-tip ta' munizzjon skont l-Artikoli 1 u 2 tas-CCM; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE biex jaġixxu skont dan fil-laqgħa li jmiss tas-CCW mit-30 ta' Awwissu sat-3 ta' Settembru 2010 f'Ġinevra;

6.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE li għad mhumiex parti fis-CCM biex jieħdu passi fl-istennija tal-adeżjoni, inkluż li jadottaw moratorju fuq l-użu, il-produzzjoni u t-trasferiment tal-munizzjonijiet ta' tferrix u li jibdew b'urġenza jeqirdu l-ħażniet ta' munizzjonijiet ta' tferrix;

7.

Iħeġġeġ lill-Istati kollha biex jipparteċipaw fl-Ewwel Laqgħa tal-Istati Partijiet (1MSP) li ġejja li għandha ssir bejn it-8 u t-12 ta' Novembru 2010 fi Vientiane, Laos, il-pajjiż l-aktar kontaminat bil-munizzjonijiet ta' tferrix fid-dinja;

8.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu passi ħalli jibdew jimplimentaw il-Konvenzjoni inkluż billi jeqirdu l-ħażniet, iwettqu t-tindif u jipprovdu għajnuna lill-vittmi, u biex jikkontribwixxu għall-finanzjament jew għal forom differenti ta' assistenza lil Stati oħrajn biex jimplimentaw il-Konvenzjoni;

9.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE li ffirmaw il-Konvenzjoni biex jgħaddu leġiżlazzjoni li timplimentaha fil-livell nazzjonali;

10.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tagħmel kull sforz ħalli tilħaq l-adeżjoni tal-Unjoni mas-CCM, li hija possibbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u, barra minn hekk, biex tiżviluppa strateġija għall-ewwel konferenza ta' reviżjoni fil-forma ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni komuni;

11.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu l-projbizzjoni tal-munizzjonijiet ta' tferrix bħala klawsola standard fi ftehimiet ma' pajjiżi terzi, flimkien mal-klawsola standard dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa;

12.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex il-ġlieda kontra l-munizzjonijiet ta' tferrix jagħmluha parti integrali fil-programmi Komunitarji ta' għajnuna esterna biex jirfdu lil pajjiżi terzi fil-qerda tal-ħażniet u fl-għoti ta' assistenza umanitarja;

13.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi ħalli ma jħallux li pajjiżi terzi jipprovdu munizzjonijiet ta' tferrix lil atturi mhux statali;

14.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex ikunu trasparenti dwar l-isforzi li jagħmlu b'risposta għal din ir-riżoluzzjoni u biex jirrappurtaw pubblikament dwar l-attivitajiet tagħhom taħt il-Konvenzjoni;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi kandidati, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Koalizzjoni kontra l-Munizzjonijiet ta' Tferrix.


(1)  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 61.

(2)  Test adottati, P7_TA(2010)0061.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/103


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Il-futur tal-PAK wara l-2013

P7_TA(2010)0286

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 (2009/2236(INI))

2011/C 351 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra it-Tielet Parti, t-Titolu III, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ L-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Kontroll tas-Saħħa tal-Politika Agrikola Komuni,

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-istudju tiegħu dwar “L-iskema ta’ Pagament Uniku wara l-2013: Approċċ Ġdid, Objettivi Ġodda”,

wara li kkunsidra r-Rapport IAASTD (Evalwazzjoni Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija Agrikola għall-Iżvilupp) imfassal mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u l-Bank Dinji u ffirmat minn 58 pajjiż,

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Prospects for agricultural markets and income 2008-2015”,

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni “The CAP in perspective: from market intervention to policy innovation”,

wara li kkunsidra l-istudju “Provision of public goods through agriculture in the European Union” mill-Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea,

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2009)0147), kif ukoll id-dokument ta’ ħidma tal-istaff bl-isem “L-adattament għat-tibdil fil-klima: l-isfida għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali Ewropej” (SEC(2009)0417) u “Ir-rwol tal-agrikoltura Ewropea fit-taffija tat-tibdil fil-klima” (The role of European agriculture in climate change mitigation) (SEC(2009)1093),

wara li kkunsidra l-istudju “Ir-riforma tal-PAK lil hinn mill-2013: Idea għal viżjoni fil-bogħod” immexxi minn Notre Europe,

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar l-integrazzjoni tal-Istati Membri l-Ġodda fil-PAK (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-agrikoltura tal-UE u t-tibdil fil-klima (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu? (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0204/2010),

A.

billi l-UE jeħtieġ li tkompli tassigura s-sikurezza tal-ikel għaċ-ċittadini tagħha u tipparteċipa fil-provvista globali tal-ikel filwaqt li tikkoopera aħjar u b’mod aktar koerenti mal-bqija tad-dinja, speċjalment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bil-għan li tgħin fl-iżvilupp fit-tul tas-setturi agrikoli tagħhom b’mod sostenibbli li jimmassimizza l-għarfien espert lokali, billi fis-sitwazzjoni attwali fejn in-numru globali ta’ nies bil-ġuħ issa jaqbeż il-biljun ruħ u fl-Unjoni Ewropea hemm ’il fuq minn 40 miljun nies foqra li m’għandhomx biżżejjed x’jieklu, l-iżviluppi xjentifiċi għandhom jintużaw jekk jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet xierqa biex itaffu l-ġuħ tad-dinja, l-aktar permezz ta’ effiċjenza aħjar tar-riżorsi,

B.

billi, skont il-FAO, id-domanda globali għall-ikel hija mistennija li tirdoppja u l-popolazzjoni dinjija tikber minn 7 biljuni llum għal 9 biljuni sal-2050, u l-produzzjoni dinjija tal-ikel jeħtieġ li tiżdied konsegwentement fl-isfond tal-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali, li jfisser li d-dinja se jkun jeħtiġilha tipproduċi aktar ikel filwaqt li tuża anqas ilma, anqas art, anqas enerġija, anqas fertilizzanti u anqas pestiċidi,

C.

billi l-objettivi tal-PAK, kif elenkati fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Trattat FUE), għandhom l-għan li tiżdied il-produttività agrikola, jiġi ggarantit livell ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola, jiġu stabbilizzati s-swieq, tiġi garantita d-disponibilità tal-provvisti, u li jkun żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli; billi, s’issa, il-PAK fil-parti l-kbira laħqet l-għanijiet tagħha, u pparteċipat fl-isforzi biex trawwem l-integrazzjoni tal-UE, il-koeżjoni territorjali fl-Ewropa u l-funzjonament tas-Suq Uniku; madankollu, huwa biss b’mod parzjali li kkontribwixxiet għal livell ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola, u għadu ma rnexxielhiex twettaq l-istabbilizzazzjoni tas-suq, peress li s-swieq saru estremament vulnerabbli, u b’hekk is-sigurtà tal-ikel qed titqiegħed f’riskju; billi, biex il-PAK twettaq sal-aħħar l-għanijiet tagħha, filwaqt li tippreserva l-ambjent u l-impjiegi rurali, jeħtieġ li jsiru aktar sforzi,

D.

billi l-agrikoltura u s-silvikultura jibqgħu setturi importanti għall-ekonomija u fl-istess ħin jipprovdu prodotti essenzjali lill-pubbliku billi jieħdu ħsieb riżorsi naturali u pajsaġġi kulturali, li hija prekondizzjoni għall-attivitajiet kollha tal-bniedem f’żoni rurali, billi dawn is-setturi diġà qed jagħmlu l-akbar kontribut fl-UE biex jintlaħqu l-objettivi Ewropej fir-rigward tal-klima u tal-enerġija, b’mod partikolari l-objettivi għall-enerġiji rinnovabbli mill-bijomassa li ġejja mill-agrikoltura u mis-silvikultura, billi dan il-kontribut irid ikompli jikber fil-ġejjieni, u billi dawn is-sorsi tal-bijoenerġija jgħinu wkoll biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija u, fil-kuntest tal-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew, jgħinu biex jinħolqu impjiegi ġodda u biex jittejjeb id-dħul tas-settur,

E.

billi ċ-ċittadini tal-UE jirċievu benefiċċji konsiderevoli mill-PAK f'termini ta’ disponibilità u għażla ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja bi prezzijiet raġonevoli, sigurtà tal-ikel, protezzjoni tal-ambjent, ħolqien ta’ impjiegi u miżuri għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima,

F.

billi bħalissa hemm 13.6 miljun ruħ impjegati direttament fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tas-sajd, b’5 miljun ruħ oħra jaħdmu fl-industrija tal-ikel agrikolu, fejn l-UE hija l-akbar produttur tal-ikel u x-xorb fid-dinja; billi dan jirrappreżenta 8.6 % tal-impjiegi kollha tal-UE u jirrappreżenta 4 % tal-PGD tal-UE,

G.

billi, b’riżultat tal-aħħar tkabbir tal-UE (2004 u 2007), 7 miljun bidwi ieħor żdied mat-total tal-forza tax-xogħol agrikolu u l-erja tal-art agrikola żdiedet b’40 %; billi d-dħul agrikolu reali għal kull ras niżel bi 12.2 % fl-UE-27 fl-aħħar 10 snin, u gradwalment nieżel sal-livelli tal-1995, billi d-dħul medju mill-agrikoltura fl-UE-27 huwa anqas minn 50 % tad-dħul medju fil-bqija tal-ekonomija, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ affarijiet bażiċi bħalma huma l-fertilizzanti, l-elettriku u l-fjuwil jinsabu fl-ogħla livell ta’ dawn l-aħħar 15-il sena, fatt li jagħmel diffiċli ħafna l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni agrikola fl-UE,

H.

billi minħabba li 7 % tal-bdiewa fl-Ewropa għandhom età inqas minn 35 sena filwaqt li 4.5 miljun bidwi b'età ’l fuq minn 65 sena se jieqfu jaħdmu sal-2020, il-futur tas-settur agrikolu jista’ jkun f'riskju jekk l-għadd ta’ bdiewa jibqa' nieżel,

I.

billi l-agrikoltura tirrappreżenta l-użu prinċipali tal-art fl-UE, u tokkupa 47 % tat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea; billi madwar l-UE hemm 13.7 miljun impriża tal-biedja, li jiġġeneraw ’l fuq minn EUR 337 biljun fi produzzjoni, filwaqt li 15 % tal-art agrikola fl-UE (madwar 26 miljun ettaru) tinsab f'żoni muntanjużi, u billi l-iżvantaġġi naturali f'dawk iż-żoni jxekklu lill-biedja,

J.

billi d-daqs medju fiżiku tal-impriżi agrikoli żdied b’riżultat tar-ristrutturar tas-settur, iżda l-farms żgħar xorta għadhom predominanti fl-UE, b'daqs medju ta’ 12.6 ettaru kull farm; billi l-farms ta’ sussistenza jibqgħu sfida kruċjali, speċjalment fl-Istati Membri l-ġodda, fejn ix-xogħol tal-biedja sussistenti jammonta għal nofs it-total tal-forza tax-xogħol, u billi l-farms żgħar u l-bdiewa li jħaddmuhom huma partikolarment importanti fl-għoti ta’ beni pubbliċi mhux tal-produzzjoni,

K.

billi l-kriżi ekonomika kellha effett negattiv serju fuq l-agrikoltura, fejn id-dħul tal-farms naqas b'medja ta’ 12.2 % bejn l-2008 u l-2009 u l-qgħad fiż-żoni rurali żdied fl-aħħar sena; billi bħala effett dirett tal-kriżi ekonomika, il-konsum fl-Ewropa naqas b'medja ta’ 10.55 % bejn l-2008 u l-2009, u f'xi Stati Membri dan it-tnaqqis kien ta’ aktar minn 20 %; billi effetti oħra tal-kriżi ekonomika kienu n-nuqqas ta’ aċċess għall-kreditu għall-bdiewa u pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri, u dawn dgħajfu l-kapaċità tagħhom biex jipprovdu kofinanzjament,

L.

billi l-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli huwa aspett permanenti, iżda li dan l-aħħar żdied drammatikament minħabba kombinazzjoni ta’ fatturi - inklużi kundizzjonijiet estremi tat-temp, il-prezzijiet tal-enerġija, l-ispekulazzjoni u l-bidliet fid-domanda – u, kif imbassar mill-OECD u mill-FAO, hija mistennija li se tiżdied aktar, u għaldaqstant se twassal għal żidiet u nżulijiet estremi fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi agrikoli fis-swieq Ewropej, billi bejn l-2006 u l-2008, il-prezzijiet ta’ diversi prodotti bażiċi għolew b’mod konsiderevoli, xi wħud saħansitra b’180 %, kif kien il-każ tal-qmuħ; billi l-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib ikkollassaw fl-2009, u tbaxxew b’medja ta’ 40 %, u billi prodotti oħra bħaċ-ċereali, il-frott u l-ħaxix u ż-żejt taż-żebbuġa ntlaqtu wkoll, u ċ-ċaqliq estrem fil-prezzijiet kellu konsegwenzi detrimentali għall-produtturi u mhux dejjem kien ta’ benefiċċju għall-konsumaturi,

M.

billi l-indikaturi agroambjentali juru potenzjal importanti għas-settur agrikolu fl-isforz biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima, partikolarment rigward il-ħżin tal-karbonju, it-tnaqqis dirett fl-emissjonijiet netti tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, li jiżguraw iffrankar ġenwin tal-emissjonijiet; billi l-attività agrikola pprattikata b’mod sostenibbli hija essenzjali għall-ħarsien tal-bijodiversità, il-ġestjoni tal-ilma u l-ġlieda kontra l-erożjoni tal-ħamrija u tista’ tkun fattur essenzjali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima,

N.

billi l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra kkawżati mill-attività agrikola (inkluż it-trobbija tal-annimali) naqas b’20 % bejn l-1990 u l-2007 fis-27 Stat Membru; billi l-proporzjon ta’ dawn l-emissjonijiet li tipproduċi l-agrikoltura niżel minn 11 % fl-1990 għal 9 % fl-2007, fost l-oħrajn b’riżultat ta’ użu aktar effettiv ta’ fertilizzanti u demel likwidu, tar-riformi strutturali reċenti tal-PAK u tal-implimentazzjoni gradwali tal-inizjattivi agrikoli u ambjentali,

O.

billi l-UE saret importatur nett tal-prodotti agrikoli b'aktar minn b'kemm jiswew EUR87.6 biljun fi prodotti li jigu importati kull sena (madwar 20 % tal-importazzjoni agrikola dinjija); billi f’xi każijiet il-bilanċ tal-kummerċ qaleb b’mod stabbli favur pajjiżi terzi (l-UE issa qed timporta b’kemm jiswew EUR19 biljun fi prodotti agrikoli mill-pajjiżi tal-Mercosur u l-esportazzjonijiet tagħha lejn ir-reġjun lanqas ilaħħqu EUR1 biljun); billi l-UE qed tkompli tesperjenza defiċit dejjem jikber fil-kummerċ fil-prodotti agrikoli,

P.

billi l-UE għadha l-esportatur ewlieni fid-dinja ta’ prodotti agrikoli (bejn wieħed u ieħor 17 % tat-total tal-kummerċ dinji); billi l-UE tilfet sehem sinifikanti tas-suq fl-aħħar 10 snin (fl-2000 l-UE kkontribwixxiet madwar 19 % tal-kummerċ dinji); billi l-UE tesporta prinċipalment prodotti b’valur miżjud għoli u pproċessati (67 % tal-esportazzjonijiet agrikoli kollha tagħha),

Q.

billi l-prodotti ta’ kwalità għolja huma essenzjali għall-potenzjal tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni tal-Unjoni Ewropea u jirrappreżentaw sehem kbir ħafna tal-kummerċ internazzjonali tagħha; billi l-UE qed tesporta prodotti ta’ profil għoli b’valur ekonomiku konsiderevoli, u fil-każ ta’ prodotti b’oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti l-valur nett ta’ dawn il-prodotti u affarijiet tal-ikel huwa ta’ EUR 14-il biljun fis-sena (barra l-inbejjed u l-ispirti, li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-prodotti li tesporta l-UE), billi, bil-għan li tkompli tiġi żviluppata produzzjoni ta’ kwalità għolja biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi, iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn is-setturi biex tkun żgurata l-kompetittività tagħhom, inkluża l-ħtieġa ta’ ħarsien aktar effikaċi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE u tal-marki ta’ oriġini protetti tal-UE minn sħab kummerċjali minn pajjiżi terzi,

R.

billi l-estimi ta’ appoġġ għall-produttur (PSE) juru li l-appoġġ totali lill-biedja fl-UE kien ilu gradwalment jonqos mill-2000 u issa huwa komparabbli fuq bażi per capita mal-livell ta’ appoġġ li jingħata lil dawk li huma sħab ewlenin tal-UE fil-kummerċ, filwaqt li sħab kummerċjali oħrajn fl-aħħar ftit snin żammew u żiedu sussidji li jikkawżaw distorsjoni tal-kummerċ,

S.

billi d-distribuzzjoni u l-livell ta’ appoġġ attwali lill-Istati Membri u lill-bdiewa jirriżultaw mid-distribuzzjoni u mil-livell ta’ dak l-appoġġ fil-passat, meta kienu marbuta mat-tip u l-iskala tal-produzzjoni u kienu jirrappreżentaw kumpens għat-tnaqqis fid-dħul tal-bdiewa li kien irriżulta mill-waqgħa sostanzjali fil-prezzijiet garantiti; billi dak il-metodu ta’ distribuzzjoni jqajjem sens ta’ inġustizzja komprensibbli min-naħa ta’ wħud mill-bdiewa tal-UE u, barra minn hekk, jekk jinżamm, ikun inkonsistenti mal-objettivi futuri tal-PAK,

T.

billi, mill-2007, mekkaniżmi ta’ modulazzjoni volontarji wasslu biex terġa’ tingħata l-għajnuna finanzjarja bejn ħlasijiet diretti u żvilupp rurali, mingħajr, madankollu ma tjiebu t-trasparenza, il-legalità u s-simplifikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-agrikoltura,

U.

billi s-sehem tan-nefqa tal-PAK fil-baġit tal-UE naqas b’mod stabbli minn kważi 75 % fl-1985 għal 39.3 % li huwa pproġettat għall-2013; billi dan jirrappreżenta anqas minn 0.45 % tal-PGD tal-UE; billi t-tnaqqis fin-nefqa baġitarja fuq miżuri tas-suq huwa saħansitra aktar sinifikanti – minn 74 % tan-nefqa kollha tal-PAK fl-1992 għal anqas minn 10 % fil-preżent; billi l-infiq tal-PAK tbiegħed b’mod kostanti minn appoġġ lis-suq u sussidji lill-esportazzjoni għal ħlasijiet diżakkoppjati u żvilupp rurali,

V.

billi dawn ir-riformi mmodifikaw sostanzjalment l-istrumenti ta’ appoġġ għall-agrikoltura filwaqt li żammew it-tliet prinċipji fundamentali tal-PAK, jiġifieri:

l-għaqda tas-suq,

il-preferenza Komunitarja,

is-solidarjetà finanzjarja,

W.

billi minħabba li l-PAK wara l-2013 se jkollha tħabbat wiċċha ma’ bosta sfidi u l-objettivi tagħha se jiġu estiżi, huwa kruċjali li l-baġit li l-UE talloka għall-PAK jinżamm tal-anqas fil-livelli attwali,

X.

billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħmel il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) att legalment vinkolanti li għandu jikkonforma miegħu l-baġit annwali,

Y.

billi n-nefqa f’forma ta’ għajnuna diretta hija ta’ 0.38 % tal-PGD tal-UE (ċifra tal-2008), billi n-nefqa marbuta mal-politika ta’ żvilupp rurali tirrappreżenta 0.11 % tal-PGD tal-UE,

Z.

billi l-marġni żgħir attwali disponibbli taħt l-Intestatura 2 li jibda fis-sena baġitarja 2011 jagħmilha diffiċli ħafna biex l-Unjoni tirreaġixxi kif jixraq għall-kriżijiet tas-suq u l-avvenimenti globali mhux mistennija u jista’ jiċħad il-proċedura baġitarja annwali mis-sustanza tagħha,

AA.

billi, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament Ewropew kiseb is-setgħa li jfassal il-politika agrikola tal-Unjoni, mhux biss fir-rigward tal-programmi multiannwali iżda wkoll billi jagħmel emendi għall-baġit annwali tal-agrikoltura, biex b’hekk ta lill-Parlament ir-responsabilità li jiżgura politika agrikola komuni ġusta u sostenibbli,

AB.

billi bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Politika Agrikola Komuni hija soġġetta għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja u l-Parlament Ewropew għandu responsabilità importanti biex jgħin jadotta leġiżlazzjoni soda u effiċjenti f’dan il-qasam,

AC.

billi skont l-aħħar Eurobarometer, 90 % taċ-ċittadini tal-UE mistħarrġa jikkonsidraw li l-agrikoltura u ż-żoni rurali huma importanti għall-futur tal-Ewropa, 83 % taċ-ċittadini tal-UE mistħarrġa huma favur l-appoġġ finanzjarju lill-bdiewa u, fil-medja tagħhom, jemmnu li l-politika agrikola għandha tkompli tiġi deċiża fuq livell Ewropew,

AD.

billi l-objettivi u s-sustanza tal-futur tal-Politika Agrikola Komuni jridu jkunu soġġetti għal diskussjonijiet pubbliċi wiesgħa sabiex jiżdied l-għarfien pubbliku tal-PAK, u billi, għaldaqstant, għandha tintlaqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar dibattitu pubbliku dwar il-PAK wara l-2013,

AE.

billi l-PAK trid tkun orjentata lejn iż-żamma u l-iżvilupp ta’ agrikoltura multifunzjonali, li tkopri zona wiesgħa u sostenibbli fl-Ewropa,

L-evoluzzjoni tal-PAK: minn distorsjoni tas-suq għal orjentazzjoni lejn is-suq

1.

Ifakkar li l-PAK għaddiet minn riformi radikali matul l-aħħar 25 sena, li ġabu, b’mod partikolari, bidla fundamentali minn appoġġ għall-produzzjoni għal appoġġ għall-produttur (5), naqqsu l-intervent regolari fix-xiri u d-dumping ta’ prodotti Ewropej żejda fi swieq dinjija (6) u għamlu li l-PAK u l-bdiewa tal-UE jkunu aktar orjentati lejn is-suq;

2.

Ifakkar li l-PAK kellha rwol kruċjali fiż-żieda tal-produzzjoni u biex titma’ l-popolazzjoni Ewropea wara t-Tieni Gwerra Dinjija; ifakkar ukoll li l-PAK kienet l-ewwel politika komuni tal-KEE, li ħejjiet it-triq għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni Ewropea f'oqsma politiċi oħrajn;

3.

Jirrimarka li l-istrumenti tas-suq tal-PAK speċifiċi għal kull settur għandhom rwol fundamentali u issa qed jintużaw bħala xbieki ta’ sikurezza biex jgħinu fit-tnaqqis tal-volatilità tas-suq sabiex jiggarantixxu lill-bdiewa ċertu grad ta’ stabilità; (jenfasizza li l-bidla fil-politika tas-suq ma wasslitx għal tnaqqis tad-dipendenza tal-bdiewa fuq ix-xerrejja; jinnota, barra minn hekk, li mindu ġiet adottata l-iskema ta’ Pagamenti Agrikoli Uniċi diżakkoppjati kien hemm tbegħid determinat mill-miżuri li jgħawġu l-kummerċ, b’konformità mar-rekwiżiti tad-WTO;

4.

Jinnota li r-riformi tal-PAK li nbdew fl-1992 u l-1999 u, b'mod partikolari, ir-riforma tal-2003, li ġiet riveduta matul il-Kontroll tas-Saħħa u li introduċiet il-prinċipju tal-firda, kif ukoll id-diversi riformi settorjali, ilkoll kellhom l-iskop li jippermettu lill-bdiewa tal-UE jwieġbu u jirreaġixxu aħjar għas-sinjali u l-kundizzjonijiet tas-suq; juri x-xewqa li din it-tendenza tkompli f’aktar riformi filwaqt li xi miżuri tas-suq għadhom meħtieġa minħabba l-aspetti speċifiċi tal-produzzjoni agrikola;

5.

Jirrimarka li l-iżvilupp rurali issa huwa parti integrali mill-arkitettura tal-PAK, u għandu jibqa’ element importanti tal-PAK futura permezz ta’ strateġija ta’ żvilupp rurali li tkun mgħammra tajjeb li tiffoka fuq il-komunitajiet rurali, fuq it-titjib tal-ambjent, fuq l-immodernizzar u r-ristrutturar tal-agrikoltura, fuq it-tisħiħ tal-koeżjoni fiż-żoni rurali tal-UE, fuq l-għoti tal-ħajja mill-ġdid liż-żoni żvantaġġati u liż-żoni li jinsabu f'riskju li jiġu abbandunati, fuq it-titjib fil-kummerċjalizzazzjoni u l-kompetittività tal-prodotti u ż-żamma tal-impjiegi u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fiż-żoni rurali, kif ukoll fuq l-isfidi l-ġodda indirizzati fil-Kontroll tas-Saħħa, jiġifieri t-tibdil fil-klima, l-enerġiji li jiġġeddu, il-ġestjoni tal-ilma u l-bijodiveristà;

6.

ifakkar li l-agrikoltura minn dejjem ipproduċiet beni pubbliċi li, fil-kuntest attwaoli, jissejħu “beni pubbliċi tal-ewwel ġenerazzjoni”; jinsisti fuq is-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll fuq il-valur nutrizzjonali għoli tal-prodotti agrikoli, li għandhom jibqgħu l-ewwel raġuni għall-eżistenza tal-Politika Agrikola Komuni, minħabba li jirrappreżentaw l-essenza tal-PAK u jikkostitwixxu l-preokkupazzjoni ewlenija taċ-ċittadini Ewropej; il-beni pubbliċi msemmija l-aktar reċenti, dawk “tat-tieni ġenerazzjoni”, l-ambjent, l-ippjanar tal-artijiet jew il-benessri tal-annimali, li wkoll huma għanijiet tal-PAK, huma supplimentari għall-beni tal-ewwel ġenerazzjoni, u għalhekk m’għandhomx jeħdulhom posthom;

7.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent tar-rwol multifunzjonali tal-bdiewa fil-provvista ta’ beni pubbliċi bħall-ħarsien tal-ambjent tagħna, il-produzzjoni ta’ ikel ta’ kwalità għolja, it-trobbija tajba tal-annimali, il-formazzjoni u t-titjib tad-diversità u l-kwalità tal-pajsaġġi ta’ valur fl-UE, u l-mixja lejn prassi ta’ biedja aktar sostenibbli billi mhux biss jintlaħqu r-rekwiżiti bażiċi biex l-art tinżamm f’Kundizzjoni Agrikola u Ambjentali Tajba iżda jintlaħqu wkoll standards saħansitra ogħla permezz ta’ skemi agroambjentali, xogħol tal-biedja preċiż u produzzjoni organika, kif ukoll il-forom kollha oħrajn ta’ prattika agrikola sostenibbli;

8.

Ifakkar li l-PAK hija l-aktar waħda integrata mill-politiki kollha tal-UE u għalhekk b’mod loġiku tirrappreżenta l-akbar sehem mill-baġit tal-UE; jagħraf li s-sehem tagħha mill-baġit naqas kostantement minn madwar 75 % tat-total tal-baġit tal-UE fl-1985 għal 39.3 % sal-2013 (7), li jirrappreżenta anqas minn 0.45 % tat-total tal-PDG tal-UE (8), filwaqt li fl-istess ħin l-għajnuna llum hija mifruxa aktar minħabba t-12-il Stat Membru ġdid li ssieħbu mal-UE;

9.

Huwa tal-fehma, għalhekk, li l-PAK evolviet, saret aktar ekoloġika u aktar orjentata lejn is-suq, u naqqset b’mod drammatiku l-impatt tagħha fuq pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li fl-istess ħin tappoġġa lill-bdiewa biex jipproduċu ikel ta’ kwalità għolja għall-konsumaturi Ewropej;

L-isfidi li trid tilqa’ l-PAK wara l-2013

10.

Jirrimarka li s-sikurezza tal-ikel tibqa’ l-isfida ċentrali għall-agrikoltura mhux biss fl-UE imma globalment, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba li, skont il-FAO, il-popolazzjoni tad-dinja mistennija tikber minn 7 għal 9 biljuni sal-2050 u d-domanda għall-ikel hija mistennija li tirdoppja sal-2050 (speċjalment f’ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina u l-Indja);

11.

Jafferma li jeħtieġ li l-Ewropa tkompli tikkontribwixxi għall-provvisti tal-ikel globali biex tikkontribwixxi biex jiġi ssodisfat dak il-bżonn fl-isfond ta’ abandun dejjem jiżdied tal-biedja, anqas ilma u provvista ta’ enerġija mnaqqsa minħabba l-impatt tat-tibdil fil-klima, li ser ikun restrizzjoni serja fuq il-kapaċità tal-Ewropa biex iżżid il-provvista;

12.

Jinnota li l-kriżi dinjija tal-enerġija u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija ser jgħollu l-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola, iwasslu għall-għoli tal-prezzijiet tal-ikel u għal volatilità dejjem akbar fil-prezz tas-suq kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-konsumaturi, u li ser ikollhom effetti ħżiena fuq l-istabilità tal-provvista tal-ikel u ser jirrestrinġu serjament il-kapaċità biex jinżammu u jiżdiedu l-livelli tal-produzzjoni attwali; iqis, madankollu, li l-awtosuffiċjenza fl-enerġija għas-settur agrikolu u għal dak tas-silvikultura tista’ żżid is-sostenibilità tagħha;

13.

Jemmen li l-agrikoltura tinsab f’pożizzjoni tajba biex tagħti kontribut sinifikanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi tkompli tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ Gass b’effett Serra u żżid il-qbid tal-karbonju;

14.

Jagħraf li l-biedja diġà għamlet progress konsiderevoli fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u, b’mod ġenerali, fl-indirizzar tal-problemi ambjentali (il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità, il-bijomassa, eċċ), iżda jsostni li dawk l-isforzi jeħtieġu li jitkomplew sabiex il-metodi ta’ produzzjoni jkunu lesti għal forma iktar sostenibbli ta’ żvilupp li tkun effiċjenti f'termini ambjentali, soċjali u ekonomiċi;

15.

Ifakkar li l-aspettattivi tal-konsumaturi dwar is-sikurezza garantita tal-ikel iridu jintlaħqu, kif ukoll it-talbiet tagħhom għal standards ogħla fil-kwalità, benesseri aħjar tal-annimali u valur tajjeb għal flushom;

16.

Iqis li l-PAK trid tkompli tipprovdi soluzzjonijiet, u assistenza tanġibbli għat-theddida tal-abbandun tal-art, id-depopolazzjoni taż-żoni rurali u l-popolazzjoni rurali li qed tixjieħ fl-UE, billi jiġu stabbiliti fondi u assistenza xierqa għal dak il-għan, biex tiġi żgurata s-sostenibilità fit-tul tal-komunitajiet rurali fl-UE; jemmen, għalhekk, li jinħtieġ ukoll li jitkompla l-iżvilupp rurali b’mira speċifika fil-PAK;

17.

Jemmen li l-PAK trid tipprovdi risposti immedjati għall-effetti tal-kriżi ekonomika fuq l-impriżi agrikoli, bħan-nuqqas ta’ aċċess għall-kreditu għall-bdiewa, limitazzjonijiet fuq id-dħul mill-biedja (9), u l-qgħad li qed jiżdied f’żoni rurali;

18.

Jirrimarka, għalhekk, li d-differenzi fil-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffaċċjaw il-kriżi ekonomika jistgħu jwasslu biex jiżdiedu l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni rurali fl-UE;

19.

Jagħraf li l-PAK għandha tqis id-differenzi fl-istruttura u l-ħtiġijiet tal-modernizzazzjoni tal-agrikoltura f’UE ikbar, bl-għan li jinkisbu livelli ugwali ta’ żvilupp u koeżjoni;

20.

Jemmen li, fid-dawl ta’ dawn l-isfidi, il-prijoritajiet tal-PAK ta’ wara l-2013 għandhom jiddaħħlu fis-sod f’politika tal-ikel u agrikola multifunzjonali b’saħħitha, sostenibbli, appoġġjata tajjeb u kredibbli, li tibgħat sinjali qawwija biex tappoġġja l-bdiewa b’effiċjenza u b’mod immirat, u tipprovdi tweġibiet għat-tħassib tal-komunità rurali filwaqt li tkun ta’ ġid għas-soċjetà aktar wiesgħa;

Il-bżonn ta’ PAK b’saħħitha wara l-2013

Biex jintlaħqu bżonnijiet soċjo-ekonomiċi

21.

Huwa tal-opinjoni li, minħabba l-Istrateġija Ewropa 2020, tinħtieġ Politika Agrikola Komuni Ewropea b’saħħitha u sostenibbli biex isservi l-interessi tal-bdiewa Ewropej kollha u ġġib benefiċċji aktar estensivi għas-soċjetà; hu tal-fehma li din il-Politika għandha tħalli lill-agrikoltura twettaq il-parti tagħha fl-ekonomija Ewropea u tiżgura li jkollha l-għodda biex tikkompeti fis-swieq dinjija; jemmen li, għal raġunijiet strateġiċi, l-UE ma tistax tippermetti lilha nnifisha li sserraħ fuq partijiet oħra tad-dinja biex jipprovdu s-sikurezza tal-ikel Ewropea fil-kuntest tat-tibdil fil-klima, l-instabilità politika f’ċerti reġjuni tad-dinja u l-possibilità ta’ epidemiji ta’ mard jew avvenimenti oħra li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-kapaċità tal-produzzjoni;

22.

Ifakkar li l-agrikoltura tal-UE għadha settur ċentrali tal-ekonomija tal-UE, billi tagħti kontribut importanti lill-PGD u lill-impjiegi tal-UE, kemm direttament kif ukoll indirettament, permezz tal-effett multiplikatur fis-suq tal-industrija – upstream u downstream – tal-ikel u x-xorb; jemmen, għaldaqstant, li agrikoltura b’saħħitha u industrija tal-ikel u x-xorb b’saħħitha ma jistgħux jinfirdu u t-tnejn li huma jikkontribwixxu għas-suċċess ta’ xulxin, partikolarment fis-swieq tal-esportazzjoni;

23.

Ifakkar li waħda mir-raġunijiet li għalihom l-UE teħtieġ PAK b’saħħitha hija biex tikkontribwixxi għaż-żamma u għall-iżvilupp ta’ komunitajiet rurali vijabbli u dinamiċi, fil-qalba tad-diversità kulturali Ewropea, u li dawn huma ferm importanti għal żvilupp soċjo-ekonomiku sostenibbli u bilanċjat madwar it-territorju Ewropew kollu; huwa tal-fehma li dan jitlob li d-differenza bejn il-komunitajiet rurali u urbani tonqos, bil-għan li jiġi evitat l-abbandun tal-art u d-depopulazzjoni rurali li qegħdin dejjem jiżdiedu, fatti li min-naħa tagħhom qed ikomplu jiżolaw iż-żoni rurali;

24.

Jirrimarka li hemm bżonn urġenti li ġenerazzjonijiet żgħażagħ u nisa jiġu attirati lejn żoni rurali permezz ta’ politiki fuq perjodu twil u li jiġu provduti lilhom opportunitajiet ekonomiċi alternattivi ħalli tiġi assigurata popolazzjoni rurali sostenibbli; iqis li għandhom jiġu esplorati modi ġodda kif jistgħu jinġibdu ż-żgħażagħ bħalma huma d-disponibilità ta’ self u kreditu favorevoli għall-investimenti, u l-għarfien tal-ħiliet professjonali tagħhom biex jiġi żgurat li jistgħu jidħlu fl-ekonomija rurali b’mod relattivament faċli; jirrikonoxxi l-ostakli li jiffaċċjaw il-bdiewa żgħażagħ meta jippruvaw jidħlu fis-settur, bħall-ispejjeż għolja biex wieħed jibda negozju, il-prezz xi drabi projbittiv tal-art u d-diffikultà biex ikollhom aċċess għall-opportunitajiet ta’ kreditu, speċjalment fi żminijiet diffiċli;

25.

Jemmen li ż-żieda fil-qgħad f’żoni rurali għandha tiġi ttrattata billi jiġu ppreservati l-impjiegi eżistenti, jiġu inkoraġġuti impjiegi ta’ kwalità għolja u jiġu mrawma opportunitajiet addizzjonali għal diversifikazzjoni u sorsi ġodda ta’ dħul;

26.

Ifakkar, kif jissuġġerixxi tajjeb l-Artikolu 39 tat-Trattat ta’ Lisbona, li l-agrikoltura hija settur speċifiku li jsofri minn ċiklu ta’ produzzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil u diversi tipi ta’ fallimenti tas-suq bħaċ-ċaqliq qawwi tas-suq, esponiment kbir għal diżastri naturali, livell għoli ta’ riskju, nuqqas ta’ elastiċità tad-domanda, u l-fatt li l-bdiewa huma dawk li “jieħdu l-prezz” aktar milli dawk li “jagħmlu l-prezz” fil-katina tal-provvista tal-ikel;

27.

Iqis li, fil-każ ta’ xi setturi agrikoli li jeħtieġu investiment tal-kapital sustanzjali fiċ-ċikli multiannwali tal-produzzjoni (tal-ħalib, il-frott taċ-ċitru, l-inbid, iż-żebbuġ u l-frott b’mod ġenerali), jeħtieġ li jiġu introdotti metodi ġodda ta’ ġestjoni tal-provvista;

28.

Jirrimarka, bħala l-punt l-aktar importanti, li fil-ġejjieni l-politika agrikola Ewropea trid tibqa’ politika komuni u li hija biss sistema bbilanċjata u ġusta ta’ appoġġ madwar l-UE kollha b’sett ta’ objettivi u regoli komuni li - għalkemm tirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi ta’ ċerti setturi u reġjuni - tista’ tikseb il-kundizzjonijiet xierqa għall-bdiewa u funzjonament tajjeb ta’ suq uniku b’kundizzjonijiet kompetittivi u ġusti għall-prodotti agrikoli u għall-bdiewa fi ħdan l-UE, u b’hekk jinkiseb aktar valur għall-flus milli kieku jinkiseb permezz ta’ politiki agrikoli rinazzjonalizzati, u possibilment konfliġġenti, f’kull Stat Membru individwali;

29.

Iqis li l-PAK għandha tiżgura l-eżistenza simultanja ta’:

il-biedja b’valur għoli miżjud bi prodotti primarji u proċessati ta’ kwalità għolja, li ttiha pożizzjoni b’saħħitha fis-swieq dinjija;

il-biedja miftuħa għas-swieq reġjonali;

il-biedja maħsuba għas-swieq lokali, filwaqt li jitqies li wħud mill-bdiewa involuti huma bdiewa żgħar bi dħul limitat li, li kieku kellhom jabbandunaw il-biedja – minħabba l-età tagħhom, il-kwalifiki jew l-għażliet tal-istil ta’ ħajja li jgħixu – isibuha diffiċli ħafna li jsibu xogħol barra l-biedja, partikolarment fi żmien ta’ reċessjoni u ta’ livell għoli ta’ qgħad;

Benefiċċji f’termini ta’ beni għall-pubbliku

30.

Jenfasizza li l-ikel huwa l-aktar importanti mill-beni pubbliċi prodotti mill-biedja; jagħraf li l-bdiewa jipprovdu varjetà ta’ beni lill-pubbliku li s-suq ma jħallashomx tagħhom; għaldaqstant jinsisti li huma għandhom jiġu ppremjati b’mod ġust u inċentivati aktar biex ikomplu jagħtu prodotti sikuri u ta’ kwalità għolja, kundizzjonijiet aħjar għall-benesseri tal-annimali u benefiċċji ambjentali oħra, minbarra li jinħolqu aktar impjiegi, sabiex tiġi ppreservata l-kampanja madwar l-Ewropa;

31.

Ifakkar, għaldaqstant, li jekk l-attività agrikola sostenibbli (vijabbli ekonomikament, soċjalment u ambjentalment fuq żmien twil) ma titkompliex madwar l-UE, il-provvista ta’ beni għall-pubbliku tkun f’riskju;

32.

Jagħraf li ġenerazzjonijiet ta’ bdiewa ffurmaw il-pajsaġġi ta’ valur tal-UE u għalhekk, għandhom jiġu ppremjati talli jkomplu jagħmlu hekk b’mod sostenibbli, speċjalment f’żoni muntanjużi u f’żoni żvantaġġjati mill-aspett naturali; jemmen li huma qegħdin jikkontribwixxu b’mod attiv għall-valur u l-faxxinu kulturali kbar tal-Ewropa, billi jipprovdu x-xenarju biex jirnexxi t-turiżmu rurali; jirrimarka li dan għandu, madankollu, ikun ikkumplimentat minn politika reġjonali Ewropea u minn strumenti nazzjonali biex jiġi żgurat, permezz ta’ effetti sinerġetiċi xierqa, il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet reġjonali stabbli, li huma prekondizzjoni essenzjali biex l-agrikoltura taħdem sewwa;

33.

Jirrimarka li l-bdiewa għandhom il-potenzjal li jagħtu benefiċċji ambjentali oħra li jissodisfaw id-domandi tas-soċjetà, b’mod partikolari l-preservazzjoni u r-restawrazzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni tajba u t-titjib tal-kwalità tal-ilma u l-preservazzjoni tal-bijodiversità tal-art agrikola, u li huma jridu jiġu inkuraġġuti li jagħmlu hekk, u li għandu jingħata l-appoġġ għall-investiment għal dan il-għan;

34.

Jirrimarka li, s-sistema tal-kundizzjonalità tagħmel l-għoti tal-għajnuna diretta huwa soġġett għall-konformità mal-ħtiġijiet statutorji u maż-żamma ta’ art agrikola f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, għadha waħda mill-mezzi xierqa biex tiġi ottimizzata l-provvista ta’ servizzi tal-ekosistema mill-bdiewa u l-ilħuq ta’ sfidi ambjentali ġodda permezz tal-iżgurar tal-provvediment ta’ prodotti pubbliċi bażiċi; jinnota madankollu, li l-introduzzjoni tal-kundizzjonalità qajmet firxa sħiħa ta’ problemi relatati ma’ kwistjonijiet amministrattivi u mal-aċċettazzjoni mill-bdiewa, li kellhom l-impressjoni li kienu qed jitilfu ċerta libertà fix-xogħol tagħhom jitlob għalhekk li l-piż amministrattiv fuq il-bdiewa jitnaqqas permezz ta’ sistema ta’ implimentazzjoni simplifikata għar-rekwiżiti tal-kondizzjonalità;

35.

Jemmen li l-impatt tal-agrikoltura fuq il-klima jista' jittaffa b'mod konsiderevoli permezz ta’ titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ nies li jaħdmu fl-agrikoltura, użu aħjar ta’ innovazzjonijiet li joħorġu mir-riċerka u l-iżvilupp u titjib fl-effiċjenza tal-produzzjoni agrikola;

36.

Jemmen, skont l-aħħar riċerka disponibbli, li mingħajr politika agrikola komuni u Prattika Agrikola Tajba, jistgħu jiżviluppaw metodi mhux sostenibbli ta’ produzzjoni min-naħa għall-oħra tal-UE (intensifikazzjoni estrema fuq l-aħjar art u abbandun ġenerali tal-art f’żoni żvantaġġjati), li jikkawżaw ħsara kbira lill-ambjent; jinsisti li l-prezz tal-appoġġ permezz ta’ PAK b’saħħitha mhu xejn meta jitqabbel mal-prezz jekk ma tittieħed ebda azzjoni u l-konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati;

Il-prijoritajiet ġodda tal-PAK għas-seklu 21

37.

Jemmen li l-agrikoltura tinsab f’pożizzjoni tajba biex tagħmel kontribuzzjoni kbira biex twassal il-prijoritajiet ġodda tal-Istrateġija tal-UE 2020 biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u biex jinħolqu impjiegi ġodda permezz ta’ tkabbir ekoloġiku u l-provvista ta’ enerġija li tiġġedded filwaqt li fl-istess ħin tkompli tipprovdi sikurezza tal-ikel għall-konsumaturi Ewropej billi tipproduċi prodotti tal-ikel u ta’ kwalità għolja;

PAK ġusta

38.

Jinsisti li l-agrikoltura tal-UE trid tibqa’ kompetittiva kontra l-kompetizzjoni ħarxa u l-miżuri li jgħawġu l-kummerċ min-naħa tas-sħab kummerċjali u/jew il-pajjiżi fejn il-produtturi mhumiex soġġetti għal standards għoljin daqs dawk fl-UE fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kwalità tal-prodotti, is-sikurezza tal-ikel, l-ambjent, il-leġiżlazzjoni soċjali, u l-benesseri tal-annimali; għalhekk jemmen li t-titjib tal-kompetittività f'livelli differenti (lokali, reġjonali, tas-Suq Intern, u tas-swieq dinjija) għandu jibqa’ objettiv fundamentali tal-PAK wara l-2013 biex ikun żgurat li l-UE jkollha għażla wiesgħa ta’ prodotti tal-ikel u ta’ prodotti agrikoli oħra li jkunu ta’ valur għoli u diversifikati li jkomplu jirbħu sehem akbar tas-suq dinji, kif ukoll jiġi żgurat kummerċ ġust u prezzijiet rimunerattivi għall-bdiewa;

39.

Ifakkar li l-bdiewa tal-UE jipproduċu ikel tal-ogħla standards ta’ sikurezza, kwalità u benesseri tal-annimali u għandhom ikunu ppremjati talli jagħmlu dan; jemmen li l-oġġetti impurtati minn pajjiżi terzi għandhom, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet u l-obbligi tad-WTO, jilħqu l-istess rekwiżiti biex tiġi assigurata kompetizzjoni ġusta u jiggarantixxu li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata dwar il-prodotti li jixtru, ibbażata, fost l-oħrajn, fuq traċċabilità affidabbli; jistiden lill-Kummissjoni biex tiddefendi l-interessi tal-bdiewa Ewropej fil-kuntest ta’ ftehimiet ta’ kummerċ multilaterali u bilaterali li jiġu nnegozjati f'isem l-UE;

40.

Jinsisti li ż-żamma tal-attività agrikola min-naħa għall-oħra tal-Ewropa kollha hija fundamentali sabiex tinżamm il-produzzjoni tal-ikel differenti u lokali, jiġu żgurati d-dinamiżmu soċjoekonomiku u l-impjiegi, partikolarment fil-kuntest tal-kriżi ekonomika attwali u tiġi evitata t-theddida tal-abbandun tal-art madwar it-territorju rurali tal-UE permezz tal-preservazzjoni kontinwa tal-ambjent u l-immaniġġjar tal-pajsaġġ; jemmen, għalhekk, li r-reġjuni żvantaġġati għandhom jingħataw l-opportunità li jegħlbu l-ostakoli addizzjonali kkawżati mis-sitwazzjoni speċifika tagħhom u li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw irwieħhom; iqis li l-isfida speċifika tal-biedja ta’ sussistenza trid tiġi indirizzata;

41.

Jenfasizza li l-bdiewa jeħtieġu prospettivi ta’ investiment fit-tul u dħul adegwat biex iwettqu l-ħidmiet tagħhom; jitlob għalhekk li l-garanzija ta’ profitt ġust u stabbli għall-komunità agrikola jibqa’ għan primarju għall-PAK il-ġdida, filwaqt li tipprovdi valur tajjeb għall-flus u trattament ġust għall-konsumaturi, mhux l-anqas billi tiżdied il-kompetittività fis-settur agrikolu u billi l-bdiewa jitħallew ikopru l-ispejjeż reali tagħhom u jirrispondu għas-sinjali tas-suq;

42.

Jitlob biex jittieħdu miżuri ħalli jissaħħu l-kapaċità ta’ mmaniġġjar u s-setgħa ta’ negozjar tal-produtturi primarji u tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi vis-à-vis operaturi ekonomiċi oħra fil-katina alimentari, u li titħeġġeġ il-formazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jsaħħu r-rabtiet bejn id-diversi partijiet interessati fi ħdan il-fergħat, sakemm dawn ikunu jistgħu jtejbu l-iskambju tat-tagħrif u l-adegwatezza tal-provvista mad-domandi tal-konsumaturi; huwa tal-fehma li żviluppi bħal dawn jistgħu jtejbu l-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel b’aktar trasparenza fil-prezzijiet tal-ikel u fl-azzjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti, b’mod li l-bdiewa jkunu jistgħu jiksbu l-valur miżjud li jistħoqqilhom; jemmen li dawn l-objettivi jistgħu jirrikjedu aġġustament jew iċċarar tar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni biex iqisu l-aspetti speċifiċi tas-swieq agrikoli, kemm-il darba ma jxekklux il-funzjonament xieraq tas-suq uniku;

43.

Jemmen li għandu jkun hemm miżuri tas-suq flessibbli u effiċjenti sabiex jiżguraw xibka ta’ sikurezza adegwata fi ħdan il-qafas futur tal-PAK sabiex tiġi evitata l-volatilità estrema tal-prezzijiet tas-suq, jingħata livell akbar ta’ stabilità, u sabiex jiġu pprovduti reazzjonijiet rapidi u effiċjenti għall-kriżijiet ekonomiċi li jinqalgħu fis-settur; huwa tal-fehma li dan għandu jkun ikkumplementat b’sistema ta’ mmaniġġjar tar-riskji li tkun tgħin biex jiġu mminimizzati l-konsegwenzi tad-diżastri naturali u tas-saħħa;

44.

Huwa tal-fehma wkoll, li, sabiex is-suq ikun jista' jiġi mmaniġġjat b'mod aktar effiċjenti u tiġi evitata kriżi ta’ produzzjoni żejda, l-istrumenti speċifiċi għall-immaniġġjar tal-potenzjal tal-produzzjoni li huma disponibbli f'ċerti setturi għandhom jinżammu, ibbażati fuq il-prinċipji tal-ġustizzja u n-non-diskriminazzjoni;

45.

Jitlob għal distribuzzjoni ġusta tal-ħlasijiet tal-PAK u jinsisti li din għandha tkun ġusta mal-bdiewa kemm tal-Istati Membri ġodda kif ukoll ma’ dawk antiki;

46.

Iqis li t-tnaqqis ta’ ħlasijiet diretti taħt l-ewwel pilastru jkollu konsegwenzi devastanti, mhux biss għall-bdiewa imma, b'mod ugwali, għall-kampanja, għas-servizzi pubbliċi marbuta mal-agrikoltura, għall-konsumaturi u għas-soċjetà, minħabba l-fatt li tal-aħħar hija benefiċjarja fis-sħuħija tagħha; il-ħlasijiet diretti għalhekk huma essenzjali u jridu jinżammu; jiġbed l-attenzjoni lejn l-impatt, li jista’ jkun negattiv, tat-tnaqqis tal-fondi tal-PAK fuq il-valur tal-irziezet, b’riperkussjonijiet serji partikolarment għall-bdiewa li sselfu mill-banek, partikolarment fil-kuntest tal-kriżi ekonomika li affettwat b’mod gravi l-agrikoltura Ewropea;

47.

Jemmen li negozji agrikoli vijabbli huma fundamentali biex jiġu sostnuti komunitajiet rurali b’saħħithom għax negozji bħal dawn jiġġeneraw impjieg u servizzi fil-livell lokali; iqis għalhekk li l-PAK għandha tinvolvi l-komunitajiet lokali biex tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-vijabilità soċjoekonomika tagħhom, inkluż permezz tal-preservazzjoni tal-impriżi tal-biedja tal-familja, u r-ristrutturar u l-immodernizzar kontinwi tal-farms, fejn dawn ikunu meħtieġa; ifakkar li l-miżuri ta’ diversifikazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura rurali wkoll huma importanti f’dan ir-rigward;

PAK sostenibbli

48.

Jemmen li l-agrikoltura għandha sehem importanti x’tagħti fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet GHG, iżżid il-kapaċità tal-qbid tal-karbonju u tiżviluppa u tuża aktar sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u materjali bijoloġiċi; jemmen li l-kunsiderazzjonijiet tal-klima għandhom jiġu integrati fil-miżuri kollha tal-PAK, fejn ikun xieraq;

49.

Iqis li produzzjoni effiċjenti hija fundamentali għal ġestjoni aktar sostenibbli ta’ riżorsi skarsi u li l-bdiewa għandhom ikunu innovattivi fil-metodi tekniċi ta’ produzzjoni tagħhom billi jużaw l-aktar għodda finanzjarja, xjentifika u teknika effiċjenti ta’ mmaniġġjar ħalli tkun tista' tintlaħaq id-domanda li qed tikber għall-ikel u għall-materjali agrikoli rinnovabbli b’mod aktar sostenibbli ekonomikament, soċjalment u ambjentalment;

50.

Jenfasizza, fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE 2020, li r-riċerka u l-iżvilupp, l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u prattiki agrikoli tajba huma importanti biex tittejjeb il-kompetittività u tiżdied il-produzzjoni filwaqt li jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi, il-fertilizzanti, u l-użu ta’ riżorsi skarsi bħalma huma l-ilma u l-enerġija; huwa tal-fehma li l-investiment fl-innovazzjoni agrikola għandu jkompli jitħeġġeġ aktar, fost l-oħrajn, permezz tal-programmi ta’ qafas tar-riċerka u l-iżvilupp tal-PAK u tal-UE bil-għan li jiġu indirizzati sfidi ġodda;

51.

Jirrakkomanda għal dan il-għan il-preżenza attiva ta’ konsulenti agronomiċi fir-reġjuni biex jiggwidaw lill-bdiewa fl-isforzi tagħhom li jwasslu prodotti pubbliċi ambjentali;

52.

Jemmen li jeħtieġ li jiddaħħlu salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-bijoteknoloġija tista’ tkompli tiġi użata aktar fl-agrikoltura mingħajr ma jkollha impatt fuq il-metodi ta’ produzzjoni eżistenti;

PAK ekoloġika

53.

Jinnota li s’issa s-suq naqas milli jippremja kif suppost lill-bdiewa talli jħarsu l-ambjent u beni pubbliċi oħra; għalhekk jemmen li l-PAK trid tqiegħed enfasi akbar fuq is-sostenibilità billi tipprovdi inċentivi ekonomiċi xierqa lill-bdiewa biex jottimizzaw it-twassil ta’ servizzi tal-ekosistema u ħalli jtejbu aktar il-ġestjoni b’saħħitha tar-riżorsi ambjentali tal-art agrikola tal-UE; jenfasizza li dan għandu jintlaħaq mingħajr ma jinħoloq piż finanzjarju jew burokratiku ieħor fuq il-bdiewa;

54.

Jemmen li, bis-saħħa tat-titjib fil-fatturi tal-produzzjoni marbuta mal-avvanzi fl-għarfien, il-bdiewa jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jikkontribwixxu għat-tkabbir ekoloġiku u jirreaġixxu għall-kriżi tal-enerġija permezz tal-iżvilupp tal-enerġija ekoloġika f’forom bħall-bijomassa, il-bijoskart, il-bijogass, il-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni u enerġija fuq skala żgħira mir-riħ, mix-xemx u mill-ilma, li wkoll tgħin biex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi ekoloġiċi;

Politika komuni u sempliċi

55.

Jinsisti li politika agrikola komuni hija aktar relevanti minn qatt qabel biex jiġi żgurat li d-dimensjoni transkonfinali tal-provvista tal-ikel, tat-tibdil fil-klima, tal-istandards komuni għoljin ta’ protezzjoni ambjentali, tas-sikurezza u l-kwalità tal-prodott u tal-benesseri tal-annimali jkunu garantiti f’Suq Uniku li jiffunzjona tajjeb;

56.

Jemmen li l-PAK il-ġdida, permezz ta’ sistema ta’ appoġġ simplifikata, trid tkun faċli biex tiġi amministrata, trasparenti, u trid tnaqqas il-burokrazija u piżijiet amministrattivi għall-bdiewa, b’mod partikolari għall-produtturi ż-żgħar, ħalli l-bdiewa jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-kompitu prinċipali tagħhom li jipprovdu prodotti agrikoli ta’ kwalità; jemmen li dan jista’ jinkiseb, fost l-oħrajn, billi navvanzaw lejn l-użu ta’ għodda ta’ prestazzjoni li jiffissaw l-għanijiet u jagħtu s-setgħa lill-bdiewa li jagħżlu huma s-sistemi tal-biedja tagħhom biex jilħqu dawn l-għanijiet, bħal ftehimiet dwar riżultati, kuntratti sempliċi u ħlasijiet multiannwali;

57.

Jitlob li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi spjegat fiex tikkonsisti l-PAK, mhux biss lill-bdiewa imma wkoll liċ-ċittadini Ewropej kollha, filwaqt li jiġi pprovdut tagħrif b’mod trasparenti dwar l-objettivi li jkunu qed jiġu segwiti, il-mezzi disponibbli u l-effetti ta’ ġid mistennija bl-implimentazzjoni tal-PAK;

58.

Iqis li jeħtieġ li l-approċċ tal-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-kontrolli regolatorji, għat-tmexxija tal-verifiki tal-konformità u għall-impożizzjoni tat-tiswijiet finanzjarji jrid ikun aktar proporzjonat u bbażat fuq ir-riskju;

59.

Jitlob li l-Parlament Ewropew jingħata tagħrif aġġornat u fil-pront dwar l-istat attwali tal-baġit tal-agrikoltura;

Il-kisba ta’ PAK ġusta, ekoloġika u sostenibbli

60.

Jistenna li l-PAK tiġi ddisinjata mill-ġdid, skont il-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa dwar l-Ewropa 2020, bil-ħsieb li tipprovdi strumenti li jġibu tkabbir intelliġenti, inklussiv u ekoloġiku;

61.

Jagħraf l-iskala wiesgħa ta’ prijoritajiet eżistenti u ġodda għall-PAK u jinnota li l-aspettattiva ġġustifikata tal-Istati Membri l-ġodda meta ssieħbu mal-Unjoni Ewropea kienet li l-għajnuna tal-PAK setgħet, maż-żmien, tkun komparabbli ma’ dik tal-Istati Membri l-antiki; bil-għan li tingħata tweġiba sħiħa għall-isfidi l-ġodda u jitwettqu l-prijoritajiet ta’ PAK riformata, jitlob li l-ammonti allokati għall-PAK fil-baġit tal-2013 tal-anqas jinżammu kif inhuma matul il-perjodu ta’ pprogrammar finanzjarju li jmiss;

62.

Jitlob li l-baġit tal-PAK ikollu mekkaniżmu ta’ flessibilità għat-tmiem tas-sena sabiex dak li ma jintefaqx jgħaddi u jiġi riallokat għas-sena ta’ wara;

63.

Jinsisti li l-PAK m’għandhiex tiġi rinazzjonalizzata u għalhekk jemmen li l-għajnuna diretta għandha tibqa’ ffinanzjata kompletament mill-baġit tal-UE, u b’hekk jiġi rrifjutat kull kofinanzjament ieħor li jista’ jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni ġusta fi ħdan is-Suq Uniku tal-UE;

64.

Jitlob għal distribuzzjoni ġusta tal-fondi tal-PAK lill-bdiewa madwar l-UE; ifakkar li biex tiġi rispettata d-diversità tal-biedja fl-UE, iridu jinstabu kriterji oġġettivi sabiex tiġi definita sistema ġusta ta’ distribuzzjoni; jirrimarka li l-ħlasijiet diretti jikkontribwixxu għall-għoti ta’ beni pubbliċi, jgħinu biex jiġi stabbilizzat id-dħul tal-bdiewa u jassiguraw kontra r-riskji, filwaqt li parzjalment jibbilanċjaw l-istandards għolja soċjalment mixtieqa fl-UE, u t-tnaqqis kontinwu fil-barrieri tat-tariffi, kif ukoll jippremjaw l-għoti ta’ beni pubbliċi bażiċi li ma jirċievu l-ebda kumpens mis-suq;

Jemmen li biex jitnaqqsu d-differenzi fid-distribuzzjoni tal-fondi ta’ appoġġ dirett bejn l-Istati Membri u biex issir riflessjoni fuq id-diversità wiesgħa li tikkaratterizza l-agrikoltura Ewropea, mhux biżżejjed li tintuża l-bażi tal-ettaru biss u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi aktar kriterji oġġettivi u biex tevalwa l-impatt potenzjali tagħhom, filwaqt li tqis il-kumplessità tas-settur agrikolu u d-differenzi fl-Istati Membri ħalli tintlaħaq distribuzzjoni aktar bilanċjata;

Jitlob li jiġu definiti b’mod ċar il-kriterji ġusti u oġġettivi għall-allokazzjoni ta’ fondi għal għanijiet ta’ żvilupp rurali;

65.

Jemmen li appoġġ dirett għandu jimxi lejn bażi ta’ żona fl-Istati Membri kollha fi żmien il-perjodu ta’ pprogrammar finanzjarju li jmiss; dan ikun jikkostitwixxi perjodu ta’ tranżizzjoni suffiċjenti li jippermetti lill-bdiewa u l-istrutturi agrikoli li għadhom jużaw is-sistema storika ta’ ħlasijiet l-flessibilità li jadattaw ruħhom għall-bidliet, u li jevita li ssir ridistribuzzjoni radikali wisq tal-appoġġ, mingħajr ma jiġi preġudikat l-ilħuq malajr ta’ distribuzzjoni bbilanċjata tal-appoġġ fost l-Istati Membri; jinnota li t-tbegħid mill-bażi storika jista’ joħloq sfidi partikolari għal Stati Membri jew reġjuni b’ammont relattivament kbir tal-hekk imsejħa “art għarwiena” (art eliġibbli li mhix is-suġġett ta’ talba għal għajnuna); jitlob li l-bżonnijiet speċifiċi ta’ reġjuni bħal dawn jingħataw kunsiderazzjoni sħiħa meta jkun qed jitfassal l-appoġġ futur; jemmen ukoll li l-Stati Membri u r-reġjuni jridu jkomplu jżommu l-flessibilità li jirreġjonalizzaw is-sistema ta’ ħlasijiet għaż-żona tagħhom b’tali mod li jirriflettu l-prijoritajiet speċifiċi tagħhom filwaqt li jirrispettaw il-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern;

66.

Iqis li m’għandux ikun hemm ritorn għall-ħlasijiet akkoppjati bħala prinċipju ta’ gwida tal-PAK; huwa tal-fehma, madankollu, li, minħabba ċ-ċaqliq minn mudell ta’ appoġġ storiku għal dak ta’ appoġġ għal żona, fid-dawl tad-deċiżjonijiet meħuda wara l-Kontroll tas-Saħħa, għandu jitħalla marġni adegwat għal flessibilità lill-Istati Membri; jemmen li din il-flessibilità se tagħmel mod li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirreaġixxu għall-ħtiġijiet speċifiċi tat-territorju tagħhom u jkunu jistgħu jipprevjenu li l-produzzjoni tieqaf għalkollox jew li tonqos id-diversità tal-biedja; hu tal-fehma li dan il-marġni għall-immanuvrar ikun jieħu s-sura ta’ ħlasijiet akkoppjati limitati għas-setturi u territorji agrikoli vulnerabbli u żoni li huma ambjentalment sensittivi, b’konformità mar-rekwiżiti tad-WTO filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet tas-suq ġusti għall-bdiewa madwar l-UE kollha;

67.

Jidentifika l-ħtieġa ta’ pedamenti ċentrali ewlenin – is-Sikurezza tal-Ikel u l-Kummerċ Ġust, is-Sostenibilità, l-Agrikoltura madwar l-Ewropa, il-Kwalità tal-Ikel, il-Protezzjoni tal-Bijodiversità u tal-Ambjent, u t-Tkabbir Ekoloġiku, biex tinkiseb PAK ġusta u aktar sostenibbli; iqis li l-istruttura ta’ żewġ pilastri għandha tinżamm kif inhi, imma li għandha tevita li l-objettivi tal-politika u l-istrumenti jiġu rduppjati, kif ukoll li tirrifletti l-kontenut tal-pedamenti identifikati hawnhekk;

68.

Jemmen li, fl-interess tas-simplifikazzjoni, taċ-ċarezza u ta’ approċċ komuni, irid jiġi maqbul mill-bidu tar-riforma l-finanzjament għal kull waħda mill-prijoritajiet tal-PAK;

Sikurezza tal-ikel u kummerċ ġust

69.

Isostni li jekk għandha tkompli l-attività agrikola, din għandha tkun b’kundizzjoni li jinżammu l-vijabilità u l-kwalità tal-ħajja għall-bdiewa; jemmen, għaldaqstant, li għandu jkun hemm pagament bażiku dirett għal żona mill-fondi tal-UE lill-bdiewa kollha tal-UE sabiex tkun żgurata s-sostenibilità soċjali u ekonomika tal-mudell Ewropew tal-produzzjoni agrikola, li għandu jipprovdi sigurtà bażika tal-ikel għall-konsumaturi Ewropej, jippermetti lill-bdiewa li jipproduċu ikel ta’ kwalità għolja b’mod kompetittiv, jassigura li l-attività agrikola u l-impjiegi fiż-żoni rurali jkunu inkoraġġuti madwar l-UE u jipprovdi beni pubbliċi ta’ bażi permezz ta’ rekwiżiti ta’ kundizzjonalità għall-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin, kif ukoll standards ta’ kwalità għolja u ta’ benesseri tal-annimali;

70.

Jappella għal rekwiżit assolut li tiġi ppremjata biss il-produzzjoni agrikola attiva, li permezz tagħha r-rekwiżiti minimi ta’ attività jkunu inklużi fir-regoli ta’ kundizzjonalità bħala prekundizzjoni għall-ħlasijiet, u sabiex il-proporzjonalità tkun il-prinċipju prinċipali applikat meta jiġu infurzati r-regoli;

Sostenibilità

71.

Jemmen li pagament top-up għal żona mill-fondi tal-UE għandu jkun disponibbli għall-bdiewa permezz ta’ kuntratti sempliċi multiannwali biex jippremjahom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom tal-karbonju għal kull unit ta’ produzzjoni u/jew jżidu l-qbid tagħhom tal-karbonju fil-ħamrija u permezz ta’ metodi ta’ produzzjoni sostenibbli u permezz tal-produzzjoni ta’ bijomassa li tista’ tintuża fil-produzzjoni ta’ agromaterjali li jservu fit-tul;

72.

Jinnota li dan jista’ jkollu benefiċċju doppju li jagħmel l-agrikoltura tal-UE aktar sostenibbli ambjentalment u ekonomikament permezz ta’ emissjonijiet aktar baxxi ta’ karbonju u/jew effiċjenza mtejba u wkoll jassigura li l-bdiewa jistgħu jibbenefikaw finanzjarjament minn żieda fil-qbid tal-karbonju fuq l-art tagħhom u jpoġġihom fuq l-istess livell ta’ industriji oħra li qegħdin fil-ETS tal-UE; jitlob biex jiġu definiti kif jixraq kriterji u objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu biex jippermettu li dawn il-ħlasijiet jiġu implimentati kemm jista’ jkun malajr f’kull Stat Membru;

Agrikoltura madwar l-Ewropa

73.

Jitlob għall-kontinwazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu kumpensati l-bdiewa li jipproduċu f’żoni żvantaġġjati bħalma huma ż-żoni li għandhom żvantaġġi naturali, inklużi pereżempju reġjuni muntanjużi, żoni li huma ambjentalment sensittivi u/jew reġjuni li l-aktar li huma affettwati mit-tibdil tal-klima, u r-reġjuni l-aktar imbiegħda, sabiex jiġi assigurat li l-attività agrikola sseħħ ħalli l-art tibqa’ tiġi mmaniġġjata u l-ikel lokali jiġi prodott madwar l-UE kollha, filwaqt li titnaqqas it-theddida tal-abbandun tal-art u tiġi assigurata ġestjoni bilanċjata tat-territorju madwar l-UE kollha u żvilupp razzjonali tal-produzzjoni agrikola;

74.

Jemmen li kwalunkwe riforma tal-iskema taż-żoni aktar żvantaġġati (LFA), partikolarment fir-rigward ta’ kif l-LFAs huma mfassla u kklassifikati, għandha tqis id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom bdiewa f'kull parti tal-UE, peress li dawn ivarjaw sew skont il-kundizzjonijiet bijofiżiċi u klimatiċi; Huwa tal-fehma li żoni li jistgħu jiġu esklużi skont kwalunkwe regola ġdida għandhom jingħataw perjodu adegwat ta’ tħejjija għall-esklużjoni;

75.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol partikolari tal-bdiewa f'żoni peri-urbani, fejn jaf ikun hemm pressjoni intensa fuq riżorsi rurali u agrikoli; jenfasizza li l-produzzjoni ta’ ikel u beni pubbliċi qrib popolazzjonijiet urbani għandha tinżamm;

Kwalità tal-ikel

76.

Jenfasizza li l-iżvilupp tal-politika tal-kwalità tal-ikel, inkluż f'dik li hi indikazzjoni ġeografika (PDO/PGI/TSG), għandu jkun aspett ta’ prijorità tal-PAK u għandu jiġi approfondit u msaħħaħ sabiex l-UE tkun tista' żżomm il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem nett f'dan il-qasam; huwa tal-fehma li, fil-każ ta’ dawn il-prodotti ta’ kwalità għolja, għandu jitħalla li jsir użu ta’ strumenti oriġinarji ta’ ġestjoni, protezzjoni u promozzjoni, u b’hekk ikunu jistgħu jiżviluppaw b'mod armonjuż u jkomplu jagħtu l-kontribut maġġuri tagħhom għat-tkabbir u l-kompetittività sostenibbli tal-agrikoltura Ewropea;

Protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ambjent

77.

Jemmen li l-bdiewa jistgħu jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-bijodiversità u tal-ambjent, kif ukoll għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-mitigazzjoni tiegħu, b’mod li jkun ta’ nfiq effettiv; u għaldaqstant dan jeħtieġ li jkunu inċentivizzat aktar; jappella sabiex il-PAK tipprovdi l-opportunità għall-biċċa l-kbira tal-art agrikola li tkun koperta bi skemi agroambjentali biex l-bdiewa jiġu ppremjati talli jagħtu servizzi oħra fl-ekosistema, filwaqt li jitħeġġu aktar mudelli ta’ produzzjoni sostenibbli b’input aktar baxx bħalma hi l-biedja organika, l-agrikoltura integrata, l-iżvilupp ta’ biedja ta’ valur naturali għoli u prattiki ta’ agrikoltura intensiva sostenibbli; iqis li dawn il-miżuri ta’ żvilupp rurali għandhom kollha jibqgħu jiġi kofinanzjati u, jekk ikun meħtieġ, b’baġit akbar;

Tkabbir ekoloġiku

78.

Jemmen li “tkabbir ekoloġiku” għandu jkun fil-qalba ta’ strateġija ġdida għal żvilupp rurali li tiffoka fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda ekoloġiċi permezz ta’:

l-iżvilupp ta’ għodod dinamiċi lokali bħall-kummerċjalizzazzjoni lokali, l-ipproċessar lokali, l-appoġġ għal proġetti li jinvolvu l-partijiet interessati kollha mis-settur tal-biedja lokali,

l-iżvilupp tal-bijomassa, tal-bijoskart, tal-bijogass u tal-produzzjoni fuq skala żgħira ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll l-inkoraġġiment tal-produzzjoni ta’ bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni, ta’ agromaterjali u ta’ prodotti kimiċi ekoloġiċi,

l-investiment fl-immodernizzar u l-innovazzjoni kif ukoll f’riċerka ġdida u tekniki ta’ żvilupp ġodda għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-mitigazzjoni tiegħu,

il-provvediment ta’ taħriġ u pariri lill-bdiewa biex japplikaw tekniki ġodda u l-għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu deħlin fl-industrija;

79.

Jemmen li biex jinforza l-pedamenti prinċipali tal-PAK, għandha tibqa’ disponibbli xibka ta’ sikurezza adegwata; huwa tal-fehma li din ix-xibka ta’ sikurezza għandha tkun flessibbli biżżejjed biex tqis l-iżviluppi tas-suq, u tinkludi għodod bħall-ħażna pubblika u privata, l-intervenzjoni u d-dekonġestjoni tas-suq, li għandhom jiġu attivati meta jkun hemm il-ħtieġa sabiex jikkumbattu l-volatilità estrema u bħala għodda ta’ reazzjoni rapida f’każ ta’ kriżi għal dan il-għan, huwa jqis li fil-baġit tal-UE għandha tkun disponibbli linja ta’ riserva speċjali tal-baġit li tista’ tkun attivata malajr biex tirreaġixxi għall-kriżijiet li jinqalgħu;

80.

Jappella biex dawn il-miżuri jkunu appoġġati minn strumenti maħsuba biex jgħinu ħalli jnaqqsu l-volatilità u jipprovdu kundizzjonijiet stabbli għan-negozju u l-ippjanar agrikoli; f’dan il-kuntest, huwa tal-fehma li għandhom ukoll jiġu kkunsidrati wkoll għodod ekonomiċi u finanzjarji ġodda u innovattivi bħalma huma politiki ġenerali ta’ assigurazzjoni għar-riskji tal-ħsad, swieq tal-futuri u fondi ta’ mutwalizzazzjoni, bħala mod kif wieħed jindirizza l-kundizzjonijiet estremi tas-suq jew tal-klima, mingħajr ma titħarbat kwalunkwe skema privati li qed tiġi żviluppata;

81.

Huwa tal-fehma li r-regolamentazzjoni tal-espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni jista' jkollha rwol fundamentali fl-iżgurar ta’ tkabbir sostenibbli f’għadd ta’ setturi agrikoli;

82.

Jinsisti li, biex jikkumplementaw il-miżuri tas-suq, hemm il-bżonn urġenti li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi primarji fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel permezz ta’ skala ta’ azzjonijiet biex jiġu indirizzati t-trasparenza, ir-relazzjonijiet kuntrattwali u l-prattiki kummerċjali inġusti; huwa tal-fehma li għandhom ukoll jiġu investigati aġġustamenti possibbli għar-regoli tal-kompetizzjoni ħalli jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi primarji jsiru aktar effiċjenti u jikbru fid-daqs fejn ikun meħtieġ, u jarmawhom b’setgħa ta’ negozjar imtejba sabiex jiddefendu lilhom infushom kontra negozjanti kbar li jbigħu bl-imnut u proċessuri kbar; f’dan il-kuntest, jemmen li għandha titqies il-ħatra ta’ Ombudsmen nazzjonali u/jew Ombudsman Ewropew bil-għan li jiġu solvuti tilwimiet fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel;

83.

Ifakkar li, fost is-sett kurrenti ta’ għodda tas-suq u fil-kuntest tal-impenji tad-WTO, fl-UE għandhom jibqgħu jiġu eliminati gradwalment ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, b'mod parallel ma’ miżuri simili li qed jittieħdu minn sħab tad-WTO;

84.

Jemmen li l-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea għandha tiġi promossa fil-Komunità u lil hinn minnha sabiex jinstabu mezzi biex jingħelbu l-isfidi ewlenin tal-ġejjieni, inkluża s-sikurezza tal-ikel fl-UE, il-provvista tal-ikel lill-popolazzjoni dinjija li kull ma jmur qiegħda dejjem tikber, approċċ ambjentali b'saħħtu, bijodiversità u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

85.

Ifakkar li l-UE tista' tiffinanzja miżuri f'pajjiżi Ewropej u f'pajjiżi terzi li jipprovdu informazzjoni dwar il-prodotti agrikoli u tal-ikel Ewropej, jew li jippromwovu l-vantaġġi tagħhom, fl-Ewropa u madwar id-dinja; jemmen li l-baġit għal dawn il-fondi għandu jiġi rivedut sabiex titkabbar il-viżibilità tal-prodotti agrikoli u tal-ikel Ewropej fis-swieq fi ħdan l-UE u f'pajjiżi terzi; jemmen li dawn l-iskemi promozzjonali għandhom jiġu implimentati b'mod iktar wiesa' u għandhom jiġu applikati aktar u b’mod aktar effettiv taħt il-PAK il-ġdida;

86.

Huwa tal-fehma li l-politika agrikola komuni għandha tippermetti dieta aktar tajba għas-saħħa li għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi kollha, b'mod partikolari għall-ifqar fosthom, fuq il-bażi ta’ firxa ta’ prodotti aktar varji u bi prezzijiet aktar raġonevoli; sabiex jiġi miġġieled il-faqar u titjieb is-saħħa, għandhom jitkomplew il-programmi ta’ għajnuna għall-ifqar fis-soċjetà, filwaqt li l-programmi biex tingħata spinta lill-konsum tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel għandhom jiġu estiżi;

87.

Jemmen li t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-PAK il-ġdida għandu jkollha s-sempliċità, il-proporzjonalità u t-tnaqqis tal-burokrazija u tal-ispejjeż amministrattivi fil-qalba tagħha;

Il-PAK fil-qafas finanzjarju multiannwali u fil-proċedura baġitarja annwali

88.

Jenfasizza l-ħtieġa, meta jitqiesu l-objettivi tal-Politika Agrikola Komuni l-ġdida, li jkun hemm fondi xierqa fl-MFF l-ġdid, sabiex il-politika tkun tista’ tiġi appoġġata aħjar skont l-isfidi ewlenin li dan is-settur kruċjali tas-sigurtà tal-ikel tal-UE se jkollu jħabbat wiċċu magħhom fis-snin li ġejjin;

89.

Ifakkar li f’dawn l-aħħar erba’ snin tal-MFF attwali, kien possibbli li jiġu miftiehma l-baġits annwali jew bl-użu tal-marġni eżistenti fid-diversi intestaturi jew permezz ta’ referenza għar-reviżjoni prevista fil-paragrafu 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006 bl-użu tal-marġni disponibbli taħt il-limiti massimi tal-Intestatura 2 sabiex jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet l-oħra tal-UE; jindika li, mis-sena baġitarja 2011 sal-iskadenza tal-MFF attwali (2013), il-marġni taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 2 se jkun limitat ħafna;

90.

Jenfasizza li n-natura legalment vinkolanti tal-MFF teħtieġ l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ implimentazzjoni aktar flessibbli sabiex l-Unjoni tkun tista’ tirreaġixxi b’mod effettiv, flessibbli u suffiċjenti għal avvenimenti mhux mistennija;

91.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont l-Artikolu 314(3) TFUE, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tibqa’ temenda l-abbozz tal-baġit tagħha ladarba jkun iltaqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni; ifakkar li l-Kummissjoni għandha tippreżenta Ittra Emendatorja biex taġġorna l-previżjoni agrikola fil-ħarifa; jinsisti li l-Ittra Emendatorja għandha tkun disponibbli qabel il-vot tal-PE; jistieden lill-kumitati kompetenti biex jistabbilixxu proċedura interna sabiex tiġi definita l-pożizzjoni tal-Parlament fid-dawl tal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni;

92.

Ifakkar li l-Proġetti Pilota (PP) u l-Azzjonijiet Preparatorji (PA) introdotti mill-Parlament Ewropew saru għodda importanti fit-tfassil ta’ prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta’ inizjattivi ġodda li ta’ spiss isiru attivitajiet u programmi tal-UE, inkluż fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali; jemmen li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji jistgħu fil-futur jintużaw ukoll bħala pjattaforma sabiex jiġu ttestjati ideat ġodda ta’ riforma;

93.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew meta tkun taħdem fuq il-komunikazzjoni tagħha u tfassal il-proposti leġiżlattivi tagħha;

*

* *

94.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  AGRI_DT (2010)439305.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2007)0101.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0131.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0088.

(5)  Ara l-graff 1,annessa. mar-rapport A7-0204/2010.

(6)  Ara l-graff 2,annessa. mar-rapport A7-0204/2010.

(7)  Ara l-graff 3, annessa mar-rapport A7-0204/2010.

(8)  Ara l-graff 4, annessa mar-rapport A7-0204/2010.

(9)  Ara l-graff 5, annessa. mar-rapport A7-0204/2010.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/119


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Is-sistema ta’ importazzjoni fl-UE ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fid-dawl tar-riforma futura tal-PKS

P7_TA(2010)0287

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta’ Lulju 2010 dwar is-sistema ta’ importazzjoni fl-UE ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fid-dawl tar-riforma futura tal-PKS (2009/2238(INI))

2011/C 351 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982,

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-4 ta’ Awwissu 1995 dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokk ta’ Ħut li hu Komuni f’Aktar minn Żona Waħda u Stokk ta’ Ħut li hu Migratorju Ħafna (‘Il-Ftehim ta’ New York’),

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għal Industrija tas-Sajd Responsabbli, li ġie adottat fil-31 ta’ Ottubru 1995,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni finali tas-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar mis-26 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru 2002 f’Johannesburg,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (5),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu, ‘Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd’ (COM(2009)0163),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2010 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (6),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu, ‘Il-bini ta’ futur sostenibbli għall-akkwakultura - Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea’ (COM(2009)0162),

wara li kknsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea (7),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Marrakesh tal-15 ta’ April 1994 li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ adottata f'Doha fl-14 ta’ Novembru 2001,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu, ‘L-Ewropa Globali: Kompetizjoni Dinjija’ (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona (8),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0207/2010),

A.

wara li kkunsidra l-importanza strateġika tas-sajd u tas-settur tal-akkwakultura biex ifornu l-popolazzjoni u joffru bilanċ tal-ikel għall-Istati Membri u għall-UE kollha kemm hi, kif ukoll il-kontribut tagħhom għall-benesseri soċjali u ekonomiku tal-komunitajiet tal-kosta, għall-iżvilupp lokali, l-impjiegi u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali,

B.

billi l-ħut huwa riżorsa naturali li, f’idejn ġestjoni xierqa, tista’ tkun rinnovabbli u tipprovdi kemm ikel kif ukoll impjiegi fi ħdan l-UE u fid-dinja kollha, u jeħtieġ li jkun sostnut bil-għan li jiġi evitat it-tnaqqis fl-istokkijiet tal-ħut u t-tbatija sussegwenti fil-komunitajiet tal-kosta; billi, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġestjoni effikaċi tas-sajd, inkluża d-dimensjoni tal-impatt tal-kummerċ internazzjonali fuq ir-riżorsi tal-ħut fid-dinja kollha;

C.

filwaqt li titqies ir-riforma ambizzjuża tal-Politika Komuni tas-Sajd mibdija mill-Kummissjoni Ewropea bl-adozzjoni tal-Green Paper tat-22 ta’ April 2009 bil-għan li tkun riveduta l-biċċa l-kbira tal-aspetti ta’ din il-politika,

D.

filwaqt li titqies bl-istess mod l-istrateġija ġdida għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea definita mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ April 2009 (COM(2009)0162),

E.

wara li kkunsidra l-objettivi speċifiċi stabbiliti għall-ġestjoni tas-sajd fis-Samit Dinji tal-Iżvilupp Sostenibbli li sar f'Johannesburg fl-2002, fosthom li, sa l-2015, l-isfruttar tal-ħażniet tal-ħut jinżel għal livell kompatibbli mal-Qabda Massima Sostenibbli,

F.

billi l-produzzjoni Komunitarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (PSA) naqset b'madwar 30 % matul l-aħħar għaxar snin,

G.

billi dan it-tnaqqis huwa marbut fl-istess ħin mat-tnaqqis tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra Ewropej u mal-miżuri implimentati, bir-raġun, biex ikun limitat il-qbid u tkun żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet skont il-PKS, kemm fl-ibħra tal-UE kif ukoll lil hinn minnhom, b'mod partikolari fejn l-Impriżi tas-Sajd tal-UE jitmexxew permezz ta’ ftehimiet ta’ Sħubija għas-Sajd,

H.

billi s-sajd Ewropew jirrappreżenta anqas minn 6 % tal-qbid dinji,

I.

billi, anke jekk il-Green Paper dwar ir-riforma tal-PKS tippreżenta l-viżjoni għall-futur imbiegħed ta’ taqliba possibbli ta’ din it-tendenza ta’ tnaqqis tal-qbid, il-miżuri radikali previsti biex jippermettu lir-riżorsi jirriġeneraw (tnaqqis tal-kapaċità tal-flotot, miżuri ta’ ġestjoni aktar stretti, kontrolli msaħħa, eċċ.) bil-kontra, jistgħu biss jaċċentwawha f'terminu twil jew qasir ta’ żmien,

J.

billi, barra minn hekk, minkejja l-istrateġija l-ġdida ddefinita għaż-żona, il-limitazzjonijiet multipli li jaffettwaw l-iżvilupp tal-akkwakultura fil-Komunità huma tali li probabbli mhux se jkunu jistgħu jiġu kumpensati b'mod sinifikanti, f'tul ta’ żmien qasir jew medju, għax-xejra ġenerali ta’ produzzjoni inqas fis-settur tal-estrazzjoni,

K.

billi dan jagħmilha essenzjali li tkun imħeġġa aktar produzzjoni Ewropea, speċjalment fl-Istati Membri ġodda b'potenzjal ċar fir-rigward tal-akkwakultura,

L.

billi d-domanda Komunitarja għal PSA, bil-kontra, qed tiżdied b'mod ġenerali fl-Unjoni Ewropea, b'żieda partikolarment qawwija fis-swieq tal-Istati Membri l-ġodda tal-Ewropa ċentrali u tal-Lvant, u billi huwa mistenni li diversi fatturi jwasslu għal żieda kostanti tal-konsum fl-għoxrin sena li ġejjin,

M.

billi l-Unjoni Ewropea (12-il miljun tunnellata u 55 biljun euro fl-2007) diġà hija l-akbar suq dinji għall-PSA, qabel il-Ġappun u l-Istati Uniti, li jiddependi ferm mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkopru aktar minn 60 % tal-bżonnijiet, u li din id-dipendenza x'aktarx li tikber aktar,

N.

billi issa jidher ċar li l-kwistjoni tal-importazzjonijiet tal-PSA fl-UE u tal-kundizzjonijiet li bihom dawn l-importazzjonijiet isiru hija assolutament kruċjali f'kull analiżi tal-politiki mmexxija mill-Unjoni Ewropea dwar is-sajd u l-akkwakultura, u billi trid tingħata attenzjoni partikulari lil din il-kwistjoni fid-dawl tar-riformi li qed isiru,

O.

billi din il-kwistjoni trid titqies mill-aspetti kollha tagħha: kummerċjali, ambjentali, soċjali, sanitarji u kwalitattivi,

P.

billi s-sajd mhux selettiv u l-livelli għolja ta’ rimi f'ċerti impriżi tas-sajd li jesportaw lejn is-suq tal-UE jfissru li qed jinħlew ammonti sinifikanti ta’ ħut adattat għall-konsum mill-bniedem,

Q.

billi trid issir riflessjoni partikulari dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS) fil-qasam tal-PSA, billi r-regoli attwali tagħha jidher li m'għadhomx validi għal għadd ta’ raġunijiet u jeħtieġu reviżjoni urġenti,

R.

billi din ir-riflessjoni titlob ukoll li jsir eżami kritiku tal-politika kummerċjali komuni kif applikata, b'mod partikolari, f'dan is-settur u wkoll tal-konsistenza fid-deċiżjonijiet meħuda f'dak il-qafas bil-ħtieġa li tippreserva settur tas-sajd Ewropew vijabbli u responsabbli,

S.

billi, minkejja li l-PSA għadhom soġġetti għal protezzjoni doganali teorika skont it-Tariffa Doganali Komuni (TDK) li hija ftit ogħla mill-medja għall-prodotti mhux agrikoli, din il-protezzjoni tonqos b'mod sinifikanti fil-prattika minħabba diversi eżenzjonijiet u tnaqqis, applikati b'mod awtonomu jew abbażi ta’ ftehimiet, li jfisser li l-importazzjonijiet effettivament soġġetti għat-tariffi MFN (applikabbli awtomatikament) jirrappreżentaw madwar 5 % tat-total,

T.

billi hu mistenni li l-politika li jinfetħu s-swieq tal-UE għall-importazzjonijiet tal-PSA tissokta, kemm f'livell multilaterali, fil-qafas tan-negozjati tad-WTO u partikolarment tal-qasam ASMA (aċċess għas-swieq mhux agrikoli) taċ-Ċiklu ta’ Doha, kif ukoll permezz ta’ għadd ta’ negozjati preferenzjali li għaddejjin ma’ kull xorta ta’ sħab kummerċjali fl-Asja, fl-Amerika Latina, fl-Amerika ta’ Fuq, fil-Mediterran u ma’ gruppi differenti ta’ pajjiżi tal-AKP,

U.

billi, b'mod partikulari l-konklużjoni tat-taħditiet ASMA taċ-Ċiklu ta’ Doha fuq il-bażi prevista attwalment tal-‘formula Svizzera’ b'koeffiċjent ta’ 8 jkollha l-effett li tnaqqas ir-rata massima tat-taxxa doganali applikabbli għall-PSA fl-UE minn 26 % għal madwar 6 % u r-rata medja minn 12 % għal madwar 5 %,

V.

billi tali deċiżjoni, minbarra l-fatt li tnaqqas kważi għalkollox l-effett protettiv tat-tariffi li għadhom fis-seħħ, tneħħi kull sinifikat, billi tgħawwarhom ferm, tal-preferenzi diġà mogħtija jew li qed ikunu nnegozjati għall-benefiċċju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u billi ddgħajjef is-sisien stess tal-mekkaniżmi tad-WTO li jippermettu l-modulazzjoni tal-aċċess għas-suq Komunitarju fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-industrija Ewropea tal-ipproċessar tal-PSA (sospensjonijiet tariffarji u kwoti tariffarji),

W.

billi r-rekwiżit tal-UE għal koerenza bejn l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp tagħha (eliminazzjoni tal-faqar, l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet tas-sajd lokali sostenibbli) u l-politika kummerċjali tagħha jimplika li pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu mħeġġa jesportaw il-prodotti tas-sajd b'valur miżjud akbar, sakemm il-ħut ikun ġej minn operazzjonijiet tas-sajd ġestiti tajjeb u sostenibbli, u jissodisfa l-kondizzjonijiet sanitarji meħtieġa,

X.

billi, barra minn hekk, it-tendenza nnutata fis-snin riċenti min-naħa tan-negozjaturi kummerċjali tal-UE li jippermettu aktar faċilment derogi għar-regoli ta’ oriġini preferenzjali applikati tradizzjonalment għall-PSA, kemm għall-prodotti mhux ipproċessati (kriterji għad-determinazzjoni tan-nazzjonalità tal-bastimenti) kif ukoll għall-prodotti pproċessati (possibilità li tinżamm l-oriġini preferenzjali minkejja l-użu ta’ materja prima mhux tal-oriġini),

Y.

billi studju tal-FAO wera li anki jekk il-kummerċ internazzjonali fi prodotti tal-ħut jista' jwassal għal aktar sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, dan wassal ukoll għal żieda fis-sajd għas-suq tal-esportazzjoni, u dan jista' jiggrava t-tnaqqis fl-istokkijiet, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet tas-sajd ikunu ġestiti u kkontrollati sewwa biex jevitaw tnaqqis tal-ħażniet,

Z.

filwaqt li jitqiesu l-interessi diverġenti tal-produtturi Komunitarji tal-PSA (sajjieda u akkwakulturi), tal-industriji tal-ipproċessar, tad-distributuri, tal-importaturi u tal-konsumaturi, li l-politiki mfassla f'livell Ewropew għandhom jippruvaw jirrikonċiljaw b'mod effikaċi u bbilanċjat,

AA.

wara li kkunsidra l-ħtieġa li jkunu żgurati soluzzjonijiet aċċettabbli għall-produtturi Komunitarji (sajjieda u intrapriżi tal-akkwakultura) fuq bażi ta’ prezzijiet remunerattivi biżżejjed, b'qies tal-ispejjeż, limitazzjonijiet u imponderabbli relatati mal-attività tagħhom,

AB.

wara li kkunsidra l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-proċessuri tal-Komunità jistgħu jibbenefikaw minn materja prima ta’ kwalità uniformi, fi kwantità suffiċjenti u bi prezzijiet stabbli tul is-sena kollha,

AC.

wara li kkunsidra l-ħtieġa li tkun issodisfata d-domanda mill-konsumaturi fil-Komunità għal prodotti ta’ kwalità għolja bi prezzijiet kompetittivi u li titqies ix-xewqa dejjem tikber tagħhom għal informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-oriġini tal-prodotti u l-kondizzjonijiet li fihom ikunu ġew maqbuda jew prodotti,

AD.

filwaqt li jitqies l-impatt divrenzjat ta’ importazzjonijiet fis-suq Komunitarju skont l-ispeċijiet involuti, il-grad ta’ pproċessar tal-prodott u r-rotot ta 'distribuzzjoni użati,

AE.

billi, pereżempju, effett ta’ tnaqqis fuq il-prezzijiet fil-punt inizjali tal-bejgħ ikkawżat minn kompetizzjoni mill-importazzjonijiet jidher li hu kwistjoni aktar sensittiva għall-ispeċijiet ‘industrijali’ (dawk destinati għall-industrija tal-ipproċessar) milli għall-ispeċijiet mhux industrijali,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jiddeplora l-fatt li l-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddedika biss ftit linji għall-kwistjoni tal-importazzjonijiet u tissottovaluta, b'mod ċar, l-importanza tat-trattament xieraq ta'din il-kwistjoni għall-kredibilità u s-suċċess tar-riforma;

2.

Jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq tal-UE għall-PSA importati hija diġà avvanzata sew bħala riżultat ta’ politika kummerċjali segwita mill-UE matul l-aħħar għoxrin sena;

3.

Jinnota li l-produzzjoni Komunitarja ta’ PSA hija nettament insuffiċjenti biex tkopri l-ħtiġijiet tal-industrija tal-ipproċessar u d-domanda dejjem tikber tal-konsumaturi u li din mhijiex se tinbidel; jirrikonoxxi, għalhekk, il-ħtieġa li jkun promoss il-konsum responsabbli, ibbażat fuq il-kwalità u s-sostenibbiltà aktar milli fuq il-kwantità, il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġestjoni tas-sajd għall-promozzjoni tal-irkupru tal-istokkijiet u l-fatt li l-importazzjonijiet ser ikomplu jkollhom rwol importanti fil-forniment tas-suq tal-UE;

4.

Jirrikonoxxi li hemm limitu massimu fuq l-ammont ta’ ħut li jista' jinqabad fuq bażi sostenibbli, kemm għal konsum uman u kemm għal skopijiet industrijali, li jfisser li l-provvista ta’ ħut għas-suq tal-UE ma tistax tiżdied ad infinitum;

5.

Madankollu, jenfasizza l-ħtieġa essenzjali li jkun żgurat li fl-UE jinżammu oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura ambjentalment sostenibbli u ekonomikament vijabbli, inklużi operazzjonijiet fuq skala żgħira, li jkunu mifruxa b'mod armonizzat mal-kosta tagħha, li jgħinu biex titħares l-identità kulturali tar-reġjuni konċernati, li jipprovdu x-xogħol fl-istadji kollha tal-produzzjoni, u li jipprovdu ikel sikur u ta’ kwalità tajba li jimplika li s-sajjieda jingħataw prezz tajjeb għall-prodott tagħhom; jisħaq ukoll li l-impjegati fl-industrija tas-sajd għandhom jaħdmu taħt kundizzjonijiet raġonevoli u skont il-konvenzjonijiet tal-ILO dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol;

6.

Jinnota li l-ftuħ attwali tas-suq tal-Komunità għall-esportazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jista' – f'ċerti ċirkustanzi – jkollu impatt negattiv fuq l-ekonomija lokali f'ċerti reġjuni, speċjalment l-aktar reġjuni mbiegħda, rigward il-bejgħ tal-prodotti tagħhom;

Kunsiderazzjonijiet speċifiċi

Politika Kummerċjali u Doganali

7.

Iqis li l-UE, bħala l-akbar importatur ta’ prodotti tas-sajd fid-dinja, taqsam ir-responsabilità politika ma’ pajjiżi oħra li huma importaturi ewlenin tal-ħut li tiżgura li r-regoli kummerċjali tad-WTO jirrispettaw l-istandards globali l-aktar għolja possibbli tal-immaniġġjar tas-sajd u tal-konservazzjoni; għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali tal-UE il-kummerċ ġust, trasparenti u sostenibbli tal-ħut jiġi msaħħaħ;

8.

iqis li protezzjoni tariffarja raġonevoli hija u trid tibqa' strument importanti u leġittimu tal-kontroll tal-importazzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet politiċi; ifakkar li protezzjoni tariffarja erga omnes hija l-aspett ewlieni tal-preferenzi mogħtija mill-UE lil ċerti pajjiżi, b’mod partikulari lil dawk li qed jiżviluppaw; ifakkar li t-tneħħija ta’ din il-protezzjoni ċċaħħad lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-preferenzi mill-vantaġġi kollha li għandhom attwalment; ifakkar ukoll fil-karatteristika utli ta’ flessibbiltà ta’ din il-protezzjoni tariffarja li l-UE tista' tissospendi l-applikazzjoni tagħha jekk il-produzzjoni Komunitarja ta’ meterja prima ma tkunx biżżejjed biex ikun żgurat il-forniment xieraq tal-industrija tal-ipproċessar tagħha;

9.

Għalhekk, ma jistax jaċċetta l-opinjoni, promossa permezz tal-politika tal-kummerċ attwalment fis-seħħ, ta’ telf inevitabbli ta’ kull protezzjoni tariffarja fil-qasam tal-PSA li dwaru l-produtturi Komunitarji – sajjieda, akkwakulturi u min jipproċessa – ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn għajr jirrassenjaw ruħhom;

10.

Iqis li, bħas-settur agrikolu, l-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura huma oqsma strateġiċi, multifunzjonali, li jiddependu fuq il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi naturali, u vulnerabbli ħafna f'ċerti komponenti tagħhom, li ma jaddattawx ruħhom tajjeb għal approċċ purament ta’ kummerċ ħieles ibbażat fuq il-libertà ta’ azzjoni tal-vantaġġi komparattivi;

11.

Jiddispjaċih li, bil-kontra tan-negozjati kummerċjali rigward il-prodotti agrikoli li huma mmexxija mill-Kummissarju għall-Agrikoltura, dawk dwar il-PSA huma kkunsidrati bħala negozjati ‘mhux agrikoli’ u huma l-kompetenza tal-Kummissarju għall-Kummerċ, li għalih spiss jirrappreżentaw biss varjant ta’ aġġustament f'korp usa' ta’ kwistjonijiet;

12.

Jitlob it-trasferiment tal-kompetenza tat-tmexxijja tan-negozjati kummerċjali dwar il-PSA mill-Kummissarju għall-Kummerċ għall-Kummissarju għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

13.

Jitlob għall-iżvilupp, permezz ta’ sensiela ta’ studji u konsultazzjonijiet, ta’ stampa ċara u sħiħa tas-suq Komunitarju tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, speċi bi speċi, kif ukoll tat-tendenzi probabbli fid-domanda u l-produzzjoni fil-Komunità u tas-soluzzjonijiet li hu mistenni li jinżammu għal produzzjoni fil-kuntest ta’ kompetizzjoni ġusta;

14.

Jitlob ukoll li l-Kummissjoni tevalwa bl-aktar mod affidabbli u bl-aktar mod preċiż l-impatt tal-importazzjonijiet ta’ PSA fis-suq Komunitarju, partikolarment fir-rigward tal-prezzijiet, u li taħdem favur l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġbir u ta’ skambju ta’ dejta li tiffaċilita din l-evalwazzjoni;

15.

Jesiġi li l-PPA jitqiesu bħala prodotti sensittivi għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-‘formula Svizzera’ fil-qafas tan-negozjati ASMA taċ-Ċiklu ta’ Doha fid-WTO, sabiex ikun evitat it-tgħawwir tal-protezzjoni tariffarja li għadhom jibbenefikaw minnha xi prodotti taħt it-TDK u li jinżammu, b'dan il-mod, il-valur tal-preferenzi mogħtija lil ċerti sħab u l-effikaċja tal-mekkaniżmi tal-OKS;

16.

Ifakkar li, skont il-paragrafu 47 tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Doha tal-14 ta’ Novembru 2001, in-negozjati taċ-Ċiklu attwali huma mwettqa fuq il-bażi tal-prinċipju tal-‘impriża waħda’ u li, sakemm iċ-Ċiklu ma jkunx spiċċa għalkollox, l-Unjoni Ewropea għad tkun tista' tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha dwar ċerti kapitoli tagħha;

17.

Iħeġġeġ ukoll lin-negozjaturi Komunitarji tad-WTO biex jibqgħu jirrifjutaw kategorikament li jinvolvu lill-UE fi kwalunkwe inizjattiva ta’ liberalizzazzjoni plurilaterali settorjali tal-PSA;

18.

jappella lill-Kummissjoni biex tesiġi li l-konklużjoni eventwali ta’ ftehim dwar is-sussidji fis-settur tas-sajd li qed jiġu nnegozjati fid-WTO, partikolarment dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-suq, ma tkunx tfisser għall-produtturi Ewropej sitwazzjoni ta’ żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma’ fornituri ta’ pajjiżi terzi; huwa jopponi fil-prinċipju kwalunkwe ‘ħsad bikri’ ta’ ftehim tali, li għandu jibqa' inseparabbli mill-elementi l-oħra tar-rawnd ta’ Doha;

19.

Jistieden lin-negozjaturi Komunitarji għan-negozjati bilaterali u reġjonali biex jesiġu b'mod aktar sistematiku kontropartijiet effikaċi għall-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-pajjiżi terzi fir-rigward tal-importazzjoni tal-PSA filwaqt li jiddefendu b'determinazzjoni l-interessi offensivi tal-Unjoni Ewropea f'dan is-settur fejn jeżistu;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE żżomm il-kontroll tal-preferenzi kummerċjali li tagħti lil xi sieħba billi tesiġi l-applikazzjoni ta’ regoli stretti ta’ oriġini, ibbażati fuq il-kunċett ta’ prodotti ‘miksuba sħaħ’; jitlob kawtela fl-għoti ta’ kull deroga għall-kriterji tradizzjonali għad-determinazzjoni tan-nazzjonalità tal-bastimenti għall-prodotti mhux ipproċessati, u jesiġi r-rifjut ta’ kull talba ġdida ta’ deroga fir-rigward ta’ prodotti pproċessati; iqis li r-regola magħrufa bħala ‘no-drawback’ trid tkun applikata sistematikament u li l-possibilitajiet ta’ akkumulazzjoni ta’ oriġini għandhom ikunu limitati;

21.

jitlob b'insistenza lill-Kummissjoni li ttejjeb, b'mod kwantitattiv u kwalitattiv, l-analiżi tal-impatt fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura tal-preferenzi tarifarrji, mogħtija lil ċerti pajjiżi, b'mod partikolari fir-rigward tal-profitti tal-impriżi u tal-impjieg, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikolari l-pajjiżi tal-AKP; jisħaq ukoll fuq il-fatt li dawn il-valutazzjonijiet iridu jipprovdu riżultati kwantifikati kif jixraq u jqisu b'mod partikolari speċijiet ta’ ħut vulnerabbli;

22.

Jiġbed l-attenzjoni għall-għażla tal-industrija Komunitarja li tagħmel użu mill-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ tal-UE f'każijiet ta’ dumping, sussidjar jew żieda fuq skala kbira u mingħajr twissija ta’ importazzjonijiet għal ċerti kategoriji ta’ PSA;

Aspetti ambjentali, soċjali, sanitarji u kwalitattivi

23.

Jemmen li wieħed mill-għanijiet essenzjali tal-politika Komunitarja dwar l-importazzjoni tal-PSA għandu jkun li jiġi żgurat li prodotti importati jissodisfaw l-istess rekwiżiti, fl-oqsma kollha, bħal dawk imposti fuq il-produzzjoni Komunitarja; iqis li dan l-għan jikkorrispondi għall-preokkupazzjonijiet fundamentali ta’ ekwità, ta’ koerenza u ta’ effikaċja tal-miżuri implimentati attwalment f'dan il-qasam jew previsti fil-qafas tar-riforma; jinnota wkoll li l-konformità ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE ma’ rekwiżiti tal-UE se tgħin biex tinħoloq kompetizzjoni aktar ugwali bejn il-produzzjoni fl-Unjoni Ewropea u l-produzzjoni ta’ pajjiżi mhux fl-UE minħabba l-ispejjeż ogħla li se jonfqu l-pajjiżi mhux tal-UE biex jipproduċu l-ħut skont l-istandards tal-UE;

24.

Huwa mħasseb li l-influss massiv ta’ PSA fuq is-suq Komunitarju minn pajjiżi terzi jista' jinfluwenza d-drawwiet tax-xiri tal-konsumaturi;

25.

Iqis li l-intensifikazzjoni tal-isforzi tal-UE fir-rigward tal-konservazzjoni tal-istokkijiet u tad-sostenibilità tas-sajd, fil-qafas tal-PKS, huma inkompatibbli ma’ PSA minn pajjiżi li qed iżidu l-isforzi tas-sajd tagħhom mingħajr ma jinteressaw ruħhom fis-sostenibilità u huma interessati biss fil-profitti fuq medda ta’ żmien qasira;

26.

jenfasizza li l-politika Komunitarja ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tikkontribwixxi, b'mod partikolari permezz tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ ġestjoni, biex ikunu ffavoriti l-importazzjonijiet ta’ PSA minn pajjiżi terzi u biex ikunu jistgħu jieħdu post, b'mod ħafna drabi irreversibbli, il-produzzjoni Komunitarja; jitlob lill-Kummissjoni tqis dan ir-riskju b'mod xieraq fit-tfassil ta’ dawn il-pjanijiet;

27.

Jibża', fin-nuqqas ta’ politika stabbilita dwar dan is-suġġett, li l-ġibda konsiderevoli ta’ suq Komunitarju tal-PSA b'aċċess liberu ferm u kkaratterizzat minn domanda li qed tikber sew, tikkostitwixxi għal dawn il-pajjiżi stimolu permanenti għas-sajd żejjed;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-dħul fis-seħħ riċenti ta’ regolament dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u li jimponi ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti kollha mqiegħda fis-suq Komunitarju; jinkoraġġixxi applikazzjoni stretta u effikaċi ta’ dan ir-regolament, filwaqt li jagħraf il-fatt li ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġu l-għajnuna biex jimplimentaw ir-regolament kif suppost u biex jikkumbattu s-sajd illegali; madankollu, ifakkar li dan huwa rekwiżit minimu li ma jkunx biżżejjed biex tkun iggarantita s-sostenibilità tal-impriżi tas-sajd li minnhom jiġu l-prodotti inkwistjoni;

29.

Jemmen li, minbarra l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar is-sajd IUU, huwa meħtieġ li jsiru aktar kontrolli aktar downstream fuq il-marketing ta’ ħut bħal dan, partikolarment permezz ta’ verifiki aktar rigorużi tal-Istati Membri u ta’ intrapriżi suspettati b'forniment ta’ prodotti li joriġinaw minn sajd illegali;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgura li l-pajjiżi esportaturi ewlenin ta’ PSA lejn l-UE jonoraw l-impenji li ħadu f'Johannesburg u l-implimentazzjoni minn dawn il-pajjiżi ta’ politiki stretti dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi; jinkkuraġġiha biex tikkopera ma’ dawn il-pajjiżi fil-fora xierqa kollha u partikolarment fil-qafas tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO);

31.

L-Unjoni Ewropea trid tinforza wkoll lil dawk l-impriżi sabiex ikun żgurat li l-prodotti kollha esportati lejn l-Unjoni Ewropea, mingħajr eċċezzjoni, huma minn pajjiżi li rratifikaw il-ftehimiet internazzjonali ewlenin fil-qasam tal-liġi marittima, u b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il- Liġi tal-Baħar u l-Konvenzjoni dwar l-istokkijet tal-ħut transżonali u li jpassi ħafna u, f'każijiet fejn l-esportazzjonijiet jiġu minn ilmijiet ġestiti minn RFMO, li dawn huma partijiet kontraenti tal-ftehim RFMO konċernat;

32.

Jenfasizza l-iżvantaġġi kbar li għandhom is-sajjieda, l-akkwakulturi u l-impriżi ta’ pproċesar Komunitarji, meta jħabbtu wiċċhom mal-konkorrenza ta’ xi pajjiżi terzi minħabba l-ispejjeż ħafna iżgħar għall-ħaddiema f'dawn il-pajjiżi kif ukoll minħabba normi soċjali anqas esiġenti li huma applikati;

33.

Iqis li l-problema tad-‘dumping soċjali’, preżenti wkoll f'diversi oqsma oħra tal-ekonomija, hija partikolarment gravi fil-qasam tal-PSA u partikolarment fl-attivitajiet ta’ pproċesar, li jużaw ħafna l-ħaddiema;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tal-anqas ikun żgurat li l-pajjiżi esportaturi ewlenin ta’ PSA lejn l-UE jħarsu t-tmien Konvenzjonijiet tal-ILO dwar id-drittijiet fundamentali tax-xogħol;

35.

Jesiġi li l-preferenzi kummerċjali kollha mogħtija mill-UE fir-rigward tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandhom jiddependu b'mod strett mill-issodisfar ta’ rekwiżiti soċjali u ambjentali stretti; jitlob ukoll li d-dispożizzjonijiet inklużi għal dan il-għan fil-ftehimiet konklużi jkun fihom mekkaniżmi kredibbli ta’ sorveljanza li jiġu onorati l-impenji li ttieħdu u ta’ sospensjoni jew ta’ revoka ċara tal-preferenzi f'każ ta’ ksur; jitlob, fil-każ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-implimentazzjoni ta’ programmi mfassla b'mod speċifiku biex jingħata l-appoġġ tekniku, u l-appoġġ finanzjarju jekk ikun meħtieġ, sabiex l-Istati milquta jkunu jistgħu jonoraw l-impenji ambjentali u soċjali li jkunu ħadu;

36.

Jisħaq fuq l-importanza ta’ applikazzjoni stretta għall-PSA importati, inkluż għal kwalunkwe għalf u materjal tal-għalf, tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward in-normi u l-kontrolli sanitarji fl-aspetti kollha tagħhom (sigurtà tal-ikel, traċċabilità, prevenzjoni), li huma aspetti kruċjali għall-ħarsien tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex issaħħaħ il-programm tagħha ta’ spezzjonijiet ta’ pajjiżi terzi billi ttejjeb il-ħidma tal-missjonijiet tal-Uffiċċji tal-Ikel u Veterinarji, prinċipalment billi żżid l-għadd ta’ stabbilimenti spezzjonati waqt kull missjoni, sabiex tikseb riżultati li jirriflettu aħjar is-sitwazzjoni reali fil-pajjiżi terzi;

37.

Iħeġġeġ kawtela kbira fl-għarfien tal-ħtiġijiet applikati f'ċerti pajjiżi terzi bħala ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u fil-validazzjoni tal-listi ta’ pajjiżi u impriżi awtorizzati li jesportaw il-PSA lejn l-UE; iqis li DĠ SANCO għandu jkun kapaċi jneħħi bastimenti individwali jew impjanti ta’ proċessar minn listi approvati fejn dawn jonqsu milli jilħqu standards minimi;

38.

Jitlob viġilanza kbira fir-rigward ta’ prodotti minn forom ġodda ta’ akkwakultura partikolarment intensivi prattikati f'ċerti reġjuni tad-dinja, kif ukoll analiżi kritika tat-tekniki u l-proċeduri użati biex tiżdied il-produttività ta’ dawn l-impjanti u tal-konsegwenzi possibbli tagħhom fuq is-saħħa, kif ukoll l-impatt soċjali u ambjentali lokali tagħhom;

39.

Jesiġi intensità u frekwenza tal-kontrolli li jsiru fil-livelli kollha, u partikolarment tal-kontrolli fil-fruntieri armonizzati effettivament u trasparenti, li jkunu proporzjonali għar-riskji mill-prodotti konċernati, partikolarment fir-rigward tan-natura u l-provenjenza tagħhom; jitlob lill-Istati Membri jallokaw ir-riżorsi kollha finanzjarji u umani meħtieġa;

Riforma tal-OKS

40.

Ifakkar fid-diversi riżoluzzjonijiet tiegħu, adottati matul is-sitt leġiżlatura, li jitolbu lill-Kummissjoni twettaq b'urġenza riforma ambizzjuża tal-OKS tal-prodotti tas-sajd sabiex tikkontribwixxi aktar għall-iżgurar tad-dħul f'dan is-settur, tal-istabilità tas-swieq, kummerċjalizzazzjoni aqwa tal-prodotti tas-sajd u żieda tal-valur miżjud maħluq li dawn jirrapreżentaw; jiddeplora d-dewmien f'dan il-qasam; jirreferi għar-riżoluzzjonijiet konċernati dwar il-kwistjoni ta’ liema għandhom ikunu l-għanijiet ewlenin ta’ din ir-riforma;

41.

Jisħaq fuq il-fatt li l-mekkaniżmi ġodda implimentati f'dan il-qafas iridu assolutament iqisu r-realtà innegabbli li tirrappreżenta l-konkorrenza feroċi ħafna tal-importazzjonijiet irħas li jirriżulta minn prattiki li jagħmlu ħsara lill-ambjent jew ekwivalenti għal forma ta’ dumping soċjali, kif ukoll jippruvaw jiggarantixxu tal-anqas li l-produzzjoni Komunitarja tista' titqiegħed fis-suq b'mod normali u bi prezzijiet remunerattivi biżżejjed;

Informazzjoni għall-konsumatur

42.

Jesprimi l-konvinzjoni li l-konsumaturi Ewropej spiss jagħmlu għażliet differenti kieku jkunu infurmati aħjar dwar in-natura vera, l-oriġini ġeografika, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew qbid, u l-kwalità tal-prodotti offruti għall-bejgħ;

43.

Jenfasizza l-urġenza li jiddaħħlu kriterji ta’ ċertifikazzjoni u ttikkettar stretti u trasparenti fir-rigward tal-kwalità u t-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura Ewropej, kif ukoll li titħeġġeġ l-introduzzjoni mill-aktar fis possibbli ta’ tikketta ekoloġika Komunitarja speċifika għal dawn il-prodotti sabiex tintemm il-proliferazzjoni inkontrollata tas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni privati;

44.

Jemmen li l-ekoċertifikazzjoni u l-ekotikkettar tal-PSA għandhom ikunu proċessi trasparenti u li jinftiehmu faċilment mill-konsumatur, u għandhom ikunu disponibbli għas-settur kollu mingħajr eċċezzjoni, suġġett għal konformità stretta mal-kriterji bażiċi ta’ attribuzzjoni;

Akkwakultura

45.

Jenfasizza s-sehem li qed jikber tal-prodotti tal-akkwakultura fl-importazzjonijiet ta’ PSA tal-Unjoni Ewropea;

46.

Jattribwixxi dan il-fenomenu għal tkabbir konsiderevoli tal-produzzjoni tal-akkwakultura f'ċerti reġjuni tad-dinja matul l-aħħar għaxar snin fi żmien meta l-akkwakultura Komunitarja, li tirrappreżenta biss 2 % tal-produzzjoni dinjija, kienet għaddejja minn perjodu ta’ staġnar;

47.

Jinnota l-eżistenza ta’ effetti ta’ sostituzzjoni sinifikanti, f'termini tad-drawwiet u d-domanda tal-konsumaturi min-naħa tad-distributuri fil-UE, bħal bejn il-prodotti friski ta’ oriġini Komunitarja u ċerti tipi ta’ prodotti tal-akkwakultura importati;

48.

Iqis li politika determinata ta’ għajnuna għall-iżvilupp ta’ akkwakultura sostenibbli, b'inqas impatt fuq l-ambjent, fl-UE hija wieħed mill-pedamenti ta’ politika bil-għan li titnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet fil-qasam tal-PSA, li titħeġġeġ l-attività ekonomika fl-Unjoni Ewropea u li tiġi ssodisfata d-domanda li qed tiżdied b'mod qawwi permezz ta’ provvista aktar abbondanti u aktar varjata; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jkun hemm impenn qawwi favur ir-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward tal-prodotti Ewropej tal-akkwakultura;

49.

Jirreferi f'dan ir-rigward għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar ‘Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea’;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu r-rakkomandazzjonijiet prinċipali ta’ dan ir-rapport fil-proposti tagħhom u fid-deċiżjonijiet dwar il-riforma tal-PSK;

*

* *

51.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(3)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 271.

(4)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0039.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0243.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2009)0373.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/128


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Iż-Żimbabwe, b'mod partikolari l-każ ta’ Farai Maguwu

P7_TA(2010)0288

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar iż-Żimbabwe, b'mod partikolari l-każ ta’ Farai Maguwu

2011/C 351 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti numerużi tiegħu dwar iż-Żimbabwe, u l-iktar waħda riċenti tas-17 ta’ Diċembru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2010/92/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 (2) li ġġedded sal-20 ta’ Frar 2011 il-miżuri restrittivi imposti kontra ż-Żimbabwe skont il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (3), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), li jemenda l-Pożizzjoni Komuni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tat-22 ta’ Frar 2010 dwar iż-Żimbabwe u l-konklużjonijiet tal-Għaxar Djalogu Politiku Ministerjali bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar iż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tan-NU dwar id-djamanti tad-demm, u b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 1459 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-Iskema ta’ Ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley,

wara li kkunsidra l-Iskema ta’ Ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley, li teħtieġ li l-membri tagħha jiċċertifikaw li djamanti mhux maħduma ma jintużawx biex jiffinanzjaw kunflitti bl-armi,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ż-Żimbabwe irratifika,

wara li kkunsidra l-komunikat tas-Seba' Sessjoni Plenarja tal-Iskema ta’ Ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley, li saret fil-5 ta’ Novembru 2009 fi Swakopmund in-Namibja, b'mod partikolari l-paragrafi 13,14 u 22 tagħha,

wara li kkunsidra l-Laqgħa Internazzjonali tal-Proċess Kimberley li saret bejn il-21 u t-24 ta’ Ġunju 2010 f'Tel Aviv l-Iżrael,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou bejn l-UE u l-AKP, iffirmat fit-23 ta’ Ġunju 2000,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi ż-Żimbabwe huwa membru volontarju tal-Iskema ta’ Ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley, li tippermetti lill-membri jbiegħu djamanti mhux maħduma fis-suq internazzjonali leġittimu sakemm dan il-kummerċ ma jiffinanzjax il-kunflitti bl-armi,

B.

billi l-Proċess Kimberley attwalment ma jindirizzax l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem,

C.

billi huwa stmat li, jekk it-territorju tad-djamanti ta’ Marange (Chiadzwa) fil-provinċja ta’ Manicaland jiġi għal kollox żviluppat, iż-Żimbabwe jaf isir wieħed mill-akbar produtturi ta’ djamanti fid-dinja fis-snin li ġejjin, fatt li potenzjalment jaf jiġġenera biljuni ta’ euro fi dħul,

D.

billi f'Novembru 2009 fi Swakopmund (in-Namibja), iż-Żimbabwe ħa r-responsabilità li jwettaq serje ta’ azzjonijiet biex it-tħaffir għad-djamanti f'Marange isir b'konformità mas-Sistema ta’ Ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley,

E.

billi l-Laqgħa Intersessjonali tal-Proċess Kimberley, li saret bejn il-21 u t-23 ta’ Ġunju 2010 f'Tel Aviv, ma kinetx kapaċi tasal għal konsensus rigward l-inklużjoni possibbli tal-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Proċess Kimberley,

F.

billi ħafna NGOs internazzjonali (inklużi Human Rights Watch, Global Witness and Partnership for Africa-Canada) kellhom tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Chiadzwa, b'mod partikolari fir-rigward tal-abbużi fuq id-drittijiet tal-bniedem minn membri tal-forzi tas-sigurtà Żimbabweni,

G.

billi Farai Maguwu, ċittadin Żimbabwen u fundatur/direttur taċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Iżvilupp, NGO tad-drittijiet tal-bniedem ibbażata f'Manicaland, identifika ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tas-sigurtà tal-istat Żimbabwen f'ħafna territorji tad-djamanti Żimbabweni, b'mod speċjali f'Chiadzwa,

H.

billi Farai Maguwu ġie arrestat mill-awtoritajiet Żimbabweni fit-3 ta’ Ġunju 2010 fuq akkuża li ppubblika informazzjoni preġudizzjali għall-Istat Żimbabwen u ilu miżmum minn dak iż-żmien f'kundizzjonijiet foqra u ġie rrifjutat il-medikazzjoni essenzjali tiegħu, id-dritt li jkollu l-każ tiegħu mismugħ minn imħallef fi żmien 48 siegħa wara l-arrest u d-dritt ta’ kawzjoni,

1.

Jeżiġi r-rilaxx immedjat u bla kundizzjonijiet ta’ Farai Maguwu u jikkundanna l-kundizzjonijiet tal-arrest u d-detenzjoni tiegħu;

2.

Jinsisti li l-awtoritajiet Żimbabweni jonoraw l-impenji tagħhom tal-Proċess Kimberley li għamlu waqt il-laqgħa ta’ Swakopmund, jiddemilitarizzaw għal kollox it-territorji tad-djamanti f'Marange, u jdaħħlu miżuri propji biex jinżammu l-liġi u l-ordni b'tali mod li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-poplu lokali;

3.

Jitlob għar-reviżjoni tal-Proċess Kimberley biex jitqiesu kif suppost il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem;

4.

Jinsisti li l-Gvern Żimbabwen juża d-dħul sostanzjali li għandu jiġġenera t-tħaffir għad-djamanti f'Chiadzwa bħala l-bażi għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija Żimbabwena fis-sħuħija tagħha, u bħala mezz biex jiġu provduti s-saħħa, l-edukazzjoni u l-iffinanzjar soċjali li attwalment huma provduti mid-donaturi internazzjonali, u għal dak il-għan iħeġġeġ lill-gvern biex jistabbilixxi Fond Fiduċjarju tad-Djamanti li jitqiegħed għas-servizz tal-poplu ta’ Żimbabwe;

5.

Jitlob lill-Gvern Żimbabwen biex jiggarantixxi u jħares id-dritt mhux ristrett għal espressjoni ħielsa fiż-Żimbabwe sabiex l-NGOs (bħaċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Iżvilupp ta’ Farai Maguwu) ikunu jistgħu jesprimu b'mod ħieles l-opinjonijiet mingħajr biża' ta’ persekuzzjoni jew tfigħ il-ħabs;

6.

Jitlob lill-Proċess Kimberley biex jiżgura li l-monitoraġġ għaż-Żimbabwe jsir b'indipendenza kompleta, b'integrità u b'attenzjoni għad-drittijiet tal-bniedem;

7.

Jitlob lill-Afrika t'Isfel u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, fl-interessi tagħhom kif ukoll f'dawk taż-Żimbabwe u r-reġjun usa' tan-Nofsinhar tal-Afrika, biex jieħdu passi attivi biex iħeġġu ritorn lejn demokrazija sħiħa fiż-Żimbabwe u jkun hemm rispett lejn l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem tal-poplu taż-Żimbabwe; jirrikonoxxi li Mugabe u l-partitarji qrib tiegħu jibqgħu ostaklu fil-proċess għar-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni politiċi u ekonomiċi fiż-Żimbabwe, bis-serq tagħhom tar-riżorsi ekonomiċi tal-pajjiż għall-benefiċċji tagħhom stess;

8.

Jilqa' t-tiġdid reċenti (Frar 2010) tal-lista tal-UE ta’ individwi u entitajiet ipprojbiti b'rabtiet mar-reġim ta’ Mugabe; jenfasizza li dawn il-miżuri restrittivi huma mmirati biss lejn elementi tar-reġim Żimbabwen u li bl-ebda mod mhuma se jħallu impatt fuq il-poplu Żimbabwen fis-sħuħija tiegħu;

9.

Jisħaq fuq l-importanza ta’ djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u ż-Żimbabwe u jilqa' l-progress li sar f'din id-direzzjoni;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta’ Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti taż-Żimbabwe u tal-Afrika t'Isfel, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta UE-ACP, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana inkluż il-Parlament Panafrikan, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, liċ-Chairperson b'rotazzjoni tal-Proċess Kimberley (Iżrael) u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0640.

(2)  ĠU L 41, 16.2.2010, p. 6.

(3)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

(4)  ĠU L 331, 10.12.2008, p. 11.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/130


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Il-Venezwela, b'mod partikolari l-każ ta’ Maria Lourdes Afiuni

P7_TA(2010)0289

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-Venezwela, b'mod partikolari l-każ ta’ Maria Lourdes Afiuni

2011/C 351 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari dawk tal-11 ta’ Frar 2010, tas-7 ta’ Mejju 2009, tat-23 ta’ Ottubru 2008 u tal-24 ta’ Mejju 2007,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi s-separazzjoni u l-indipendenza tas-setgħat jiffurmaw il-bażi ta’ kull Stat demokratiku u kostituzzjonali,

B.

billi, fl-10 ta’ Diċembru 2009, Maria Lourdes Afiuni, 'Imħallef ta’ Kontroll' ta’ Karakas, hi u taġixxi skont il-liġijiet tal-Venezwela u ssegwi opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, tat il-libertà kondizzjonata (skont restrizzjonijiet stretti, fosthom it-tneħħija tal-passaport) lil Eligio Cedeño, li kien ilu detenut qabel il-proċess minn Frar tal-2007,

C.

billi l-perjodu ta’ detenzjoni ta’ qabel il-proċess huwa limitat għal sentejn skont il-liġi Venezwelana, u billi l-Imħallef Afiuni, meta ħarġet id-deċiżjoni, irrispettat id-drittijiet fundamentali, imħarsa mil-liġi internazzjonali u Venezwelana,

D.

billi l-Imħallef Afiuni kienet arrestata minnufih bla akkuża quddiem il-qorti minn uffiċjali tad-DISIP (Direttorat tal-Intelligence u l-Prevenzjoni) u kienet ittrasferita fit-12 ta’ Diċembru 2009 lill-INOF (Instituto Nacional de Orientación Femenina), ħabs ta’ sigurtà kbira, fejn għadha qed tinżamm aktar minn sitt xhur wara, f'kundizzjonijiet li għadhom qed jipperikolaw is-saħħa fiżika u mentali tagħha billi madwar 24 priġunier instabu ħatja minnha għal reati bħall-omiċidju, it-traffikar tad-drogi u l-ħtif; billi, waqt id-detenzjoni tagħha, kienet insultata, mhedda, attakkata verbalment u fiżikament u ppruvaw joqtluha,

E.

billi fil-11 ta’ Diċembru 2009, il-President Hugo Chávez, f'diskors imxandar fuq it-televiżjoni, għajjarha brigant, filwaqt li talab lill-Avukat Ġenerali japplika l-piena massima u saħansitra ħeġġeġ lill-Assemblea Nazzjonali tgħaddi liġi ġdida li tħarrax il-pieni għal dan it-tip ta’ mġiba, li għandhom ikunu infurzati b'mod retroattiv,

F.

billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Venezwelana jiddikjara li l-ġudikatura għandha tkun awtonoma u indipendenti u li l-President tar-Repubblika tal-Venezwela huwa responsabbli għall-iżgurar tal-indipendenza tal-ġudikatura,

G.

billi, wara d-dikjarazzjonijiet tal-President kontra l-Imħallef Afiuni, kienet akkużata b'abbuż tal-awtorità, korruzzjoni, kospirazzjoni u li għenet lil persuna taħrab, u billi, għalkemm il-prosekutur wera li ma ħaditx flus u li għalhekk ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ korruzzjoni, għadha l-ħabs,

H.

billi l-każ tal-Imħallef Afiuni wassal għal għadd ta’ rapporti, riżoluzzjonijiet u dikjarazzjonijiet li jikkundannaw lill-awtoritajiet Venezwelani u li jesprimu s-solidarjetà magħha, billi avukati u maġistrati mid-dinja kollha, NGOs bħal Amnesty International u Human Rights Watch, u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom dwar is-sitwazzjoni tagħha, filwaqt li ddikjaraw li qiegħda l-ħabs minħabba l-integrità tagħha u minħabba li trid tiġġieled għall-indipendenza tal-ġudikatura, u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem talbet li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni biex tkun żgurata s-sikurezza personali tagħha,

I.

billi l-każ tal-Imħallef Afiuni mhuwiex attakk iżolat fuq il-ġudikatura min-naħa tal-awtoritajiet politiċi, filwaqt li xi mħallfin tkeċċew waqt li oħrajn għażlu li jitilqu mill-pajjiż,

J.

billi d-deterjorament tad-demokrazija fil-Venezwela hija ċara ħafna f'oqsma oħra wkoll, partikolarment fir-rigward tal-libertà tal-istampa, anke fl-internet, li kienet attakkata kostantement mill-gvern u li kontriha ttieħdu firxa wiesgħa ta’ miżuri, fosthom l-għeluq ta’ gazzetti, stazzjonijiet tar-radju, websajts u stazzjonijiet tat-televiżjoni,

K.

billi l-libertà tal-midja hija ta’ importanza vitali għad-demokrazija u r-rispett għal-libertajiet bażiċi, meta jitqies ir-rwol fundamentali tal-midja fl-iżgurar tal-libertà li wieħed jesprimi l-fehmiet u l-ideat tiegħu, fir-rispett xieraq tad-drittijiet tal-minoranzi, inklużi l-gruppi tal-oppożizzjoni politika, u fil-kontribut lejn l-involviment effettiv tal-individwi fil-proċessi demokratiċi, u għaldaqstant ikunu jistgħu jsiru elezzjonijiet liberi u ġusti,

L.

billi, minħabba li l-elezzjonijiet parlamentari se jsiru fis-26 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill Elettorali Nazzjonali, fuq talba tal-gvern, immodifika il-konfini tal-kostitwenzi għall-elezzjoni tal-167 Membru tal-Assemblea Nazzjonali, bidliet li jaffettwaw sa 80 % tal-istati ggvernati mill-oppożizzjoni,

M.

billi miżuri bħall-konfiska u l-esproprjazzjoni arbitrarji, li jinvolvu aktar minn 760 impriża mill-2005 'l hawn, li wħud minnhom jaffettwaw l-interessi tal-UE, jipperikolaw id-drittijiet ekonomiċi u soċjali bażiċi taċ-ċittadini,

N.

wara li kkunsidra s-sitwazzjoni politika ta’ tensjoni fil-Venezwela, li tidher fil-fastidju, it-theddid, l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni kriminali u politika kontra l-oppożizzjoni demokratika, ir-rappreżentanti tagħha, is-sindki u l-gvernaturi tagħha li ġew eletti demokratikament, il-moviment tal-istudenti, il-membri tal-armata u tal-ġudikatura, minn jopponi l-politika uffiċjali ta’ Chávez, il-ġurnalisti u l-midja, sitwazzjoni li wasslet biex ħafna minnhom intbagħtu l-ħabs għal raġunijiet politiċi,

1.

Jiddeplora l-attakki fuq l-indipendenza tal-ġudikatura; jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar l-arrest tal-Imħallef Afiuni u jqisu bħala ksur tad-drittijiet personali bażiċi tagħha, u theddida serja ħafna għall-indipendenza tal-ġudikatura, li hija l-pilastru ewlieni tal-istat tad-dritt;

2.

Jitlob li tinħeles u jistieden lill-Gvern Venezwelan jimpenja ruħu li jirrispetta l-valuri tal-istat tad-dritt, filwaqt li jiffaċilita proċess rapidu u ġust, bil-garanziji legali meħtieġa kollha;

3.

Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-kundizzjoniiet ta’ detenzjoni tal-Imħallef Afiuni, li huma theddida għall-integrità fiżika u psikoloġika tagħha, u jistieden lill-awtoritajiet tal-ħabs biex japplikaw minnufih u b'mod strett il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet appoġġjati mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-11 ta’ Jannar 2010 dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni tas-Sa Afiuni;

4.

Jikkundanna d-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-President tar-Repubblika tal-Venezwela, li insulta u mmalafama lill-Imħallef, u talab piena massima u emenda tal-liġi sabiex tkun tista' tiġi imposta piena eħrex; iqis li dawn id-dikjarazzjonijiet qed jaggravaw iċ-ċirkustanzi tad-detenzjoni tagħha u jikkostitwixxu attakk fuq l-indipendenza tal-ġudikatura mill-President ta’ nazzjon, li għandu jkun l-ewwel wieħed li jiggarantixxi din l-indipendenza;

5.

Ifakkar lill-Gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fl-obbligu tiegħu li jirrispetta l-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni u l-liberta tal-istampa u li jirrispetta l-indipendenza tal-ġudikatura kif huwa marbut li jagħmel skont il-Kostituzzjoni tiegħu stess u skont id-diversi konvenzjonijiet u karti internazzjonali u reġjonali li l-Venezwela hija firmatarja tagħhom; jemmen li l-midja Venezwelana għandha tiggarantixxi kopertura pluralistika tal-ħajja politika u soċjali Venezwelana;

6.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jagħmel appell mal-awtoritajiet Venezwelani bil-għan li jfisser il-preokkupazzjoni tal-UE dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt f'dan il-pajjiż tal-Amerika t'Isfel kif ukoll li jitħarsu b'mod sod l-interessi u l-proprjetà ta’ ċittadini u kumpaniji mill-Istati Membri tal-UE;

7.

Jiġbed l-attenzjoni li, skont il-Karta Demokratika Inter-Amerikana tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, f'demokrazija, barra mil-leġittimità ċara tal-oriġini, fondata u miksuba fl-elezzjonijiet, jeħtieġ ikun hemm ukoll konformità mal-leġittimità tal-eżerċizzju tal-poter, li għandha tkun imsejsa fuq ir-rispett tal-pluraliżmu, tar-regoli stabbiliti, tal-kostituzzjoni, tal-liġijiet u tal-istat tad-dritt bħala garanzija ta’ demokrazija li tiffunzjona bis-sħiħ, u dan jeħtieġ li jinkludi r-rispett għal oppożizzjoni politika paċifika u demokratika, b'mod speċjali meta l-oppożizzjoni tkun ġiet eletta u għandha mandat popolari;

8.

Jistieden lill-Gvern Venezwelan, fil-prospettiva tal-elezzjonijiet parlamentari tas-26 ta’ Settembru 2010, biex jirrispetta r-regoli tad-demokrazija u l-prinċipji tal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-elezzjoni, kif ukoll biex jistieden lill-Unjoni Ewropea u lil korpi internazzjonali biex josservaw dawn l-elezzjonijiet;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/132


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Il-Korea ta’ Fuq

P7_TA(2010)0290

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-Korea ta’ Fuq

2011/C 351 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Peniżola Koreana,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjonijiet Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti l-oħra tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti dwar “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea”, adottata fil-25 ta’ Marzu 2010 u appoġjata mill-Istati Membri tal-UE, li kkundannat, “il-vjolazzjonijiet sistematiċi, mifruxa u serji tad-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali” u ukoll “l-abbużi serji, mifruxa u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem” mill-RDPK,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nri 1718 (2006) u 1874 (2009),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tat-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea” adottata waqt l-64 Sessjoni fid-19 ta’ Novembru 2009,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1002/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidra r-Rapport Universali tal-Pari dwar ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea tas-7 ta’ Novembru 2009, u l-qbil min-naħa tal-RDPK li teżamina l-117-il rakkomandazzjoni inklużi fir-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Reviżjoni Perjodika Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottat fit-18 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra r-Rapport tar-Rapporteur Speċjali, Vitit Muntarbhorn, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea tas-17 ta’ Frar 2010,

wara li kkunsidra d-29 round ta’ Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tad-29 ta’ Ġunju 2010 f’Madrid, fejn kienet diskussa l-kwistjoni tar-refuġjati mill-Korea ta’ Fuq,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-RDPK għadha preokkupanti ħafna, u billi s-sitwazzjoni umanitarja tagħti lok għal tħassib serju,

B.

billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar is-“Sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea” esprimiet tħassib serju dwar ir-rapporti kontinwi ta’ vjolazzjonijiet sistematiċi, mifruxa u serji tad-drittijiet ċivili, politiċi, soċjali u kulturali fl-RDPK,

C.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-RDPK iddeskriva s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bħala “mill-agħar” fir-rapport annwali tiegħu lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti,

D.

billi l-Gvern tal-RDPK jiċħad il-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta’ Fuq, u ċaħadlu l-aċċess għall-pajjiż u rreżista l-kooperazzjoni mal-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti,

E.

billi r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti jiddikjara li t-tkomplija tat-Taħdidiet bejn is-Sitt Partijiet dwar id-denuklearizzazzjoni għandhom iservu wkoll ta’ opportunità biex jingħata spazju għal ambjent aħjar tad-drittijiet tal-bniedem,

F.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti ssuġġerixxa li l-Kunsill ta’ Sigurtà jikkunsidra l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fl-RDPK u li għandha tinħoloq Kummissjoni ta’ Inkjesta biex tinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ krimini kontra l-umanità mill-Gvern tal-RDPK,

G.

billi bosta organizzazzjonijiet internazzjonali mhux governattivi għad-drittijiet tal-bniedem talbu lill-Unjoni Ewropea biex timpenja ruħha aktar dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta’ Fuq,

H.

billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tikkundanna l-abbużi serji, mifruxa u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem fl-RDPK, b’mod partikolari l-użu tat-tortura u ta’ kampijiet ta’ xogħol kontra priġunieri poltiċi u ċittadini ripatrijati tal-RDPK,

I.

billi l-awtoritajiet tal-istat tal-RDPK sistematikament iwettqu qtil extra-ġudizzjarju, detenzjonijiet arbitrarji u għejbien,

J.

billi s-sistema ġudizzjarja hi sottomessa għall-Istat u l-piena kapitali tintuża għal firxa wiesgħa ta’ krimini kontra l-Istat u hi perjodikament estiża permezz tal-Kodiċi Kriminali, u billi ċ-ċittadini, inkluż it-tfal huma sfurzati li jattendu għall-eżekuzzjonijiet pubbliċi,

K.

billi l-Gven tal-RDPK ma jippermettix oppożizzjoni politika organizzata, elezzjonijiet ħielsa u ġusti, midja ħielsa, libertà reliġjuża, libertà ta’ assoċjazzjoni jew negozjar kollettiv,

L.

billi s-sekwestru u l-ħtif ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea u minn pajjiżi oħrajn, allegatament anke ta’ ċittadini tal-UE, baqgħu mingħajr soluzzjoni u jeħtieġu azzjoni deċiża mill-komunità internazzjonali,

M.

billi numru sinifikanti ta’ nies mill-Korea ta’ Fuq jaħarbu lejn ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, fejn hu rrapurtat li ħafna nisa huma soġġetti għat-traffikar tal-bniedem u għal żwiġijiet sfurzati, billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina hi rraportata li tirrimpatrija bil-forza lir-Refuġjati tal-Korea ta’ Fuq fl-RDPK bi ksur tar-regoli internazzjoni għall-projbizzjoni tar-refoulement u allegatament tipprojbixxi wkoll liċ-ċittadini tal-RDPK mill-jutilzzaw il-proċeduri ta’ ażil tal-UNHCR, bi ksur tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Refuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967, li għalih aderixxiet ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u billi hemm rapporti inkwetanti dwar ix-xorti ta’ dawk iċ-ċittadini li kienu rimpatrijati bil-forza,

N.

billi l-prattika tal-Istat, ta’ ħtija b’assoċjazzjoni, tirriżulta fit-tfigħ il-ħabs ta’ familji sħaħ, inkluż tfal u nanniet; billi dawn il-priġunieri huma esposti għal vjolazzjonijiet kbar tad-drittijiet tal-bniedem, tortura, ġuħ, skjavitù, u skont xi rapporti hu stmat li diġà mietu 100 000 persuna minħabba eżawriment jew ta’ mard mhux ikkurat,

O.

billi l-immaġni mis-satellita u rakkonti varji minn persuni li ħarbu mill-Korea ta’ Fuq jissostanzjaw l-allegazzjonijiet li l-RDPK topera mill-anqas sitt kampijiet ta’ konċentrament, b’aktar minn 150 000 priġunier politiku, u billi, meta jingħaddu l-kategoriji kollha ta’ priġunieri bħal dawk ripatrijati bil-forza mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, hu stmat li hemm madwar 200 000 miżmuma fiċ-ċentri ta’ detenzjoni,

P.

billi partijiet kbar tal-popolazzjoni qegħdin isofru minn ġuħ u sa ċertu punt jiddependu fuq għajnuna internazzjonali tal-ikel, u billi l-Programm Dinji tal-Ikel f’Settembru 2009 irrapporta li terz tan-nisa u tfal fil-Korea ta’ Fuq kienu neqsin mill-ikel,

Q.

billi s-soċjetà hi governata minn politika tal-“militar l-ewwel” u l-ideoloġija juche, li tirrikjedi l-venerazzjoni tal-mexxej tal-pajjiż,

R.

billi skont rapporti kredibbli minn persuni li ħarbu mill-pajjiż, il-popolazzjoni hi soġġetta għal kampanji ta’ mobilizzazzjoni ta’ ħidma sfurzata, filwaqt li l-aċċess tal-poplu għal opportunitajiet ta’ edukazzjoni u impjieg huma bbażati fuq is-songbun (il-livell ta’ klassi soċjali) tagħhom, li hu stabbilit skont il-lealtà tagħhom jew tal-familja tagħhom lejn ir-reġim,

S.

billi r-“riforma monetarja” tat-30 ta’ Novembru 2009 wasslet għal ħsara kbira f’ekonomija li diġà kienet qed tfalli u sin ħolqot aktar faqar fis-sezzjonijiet mhux privileġġjati tas-soċjetà bir-riżultat ta’ skuntentizza soċjali serja,

T.

billi l-ebda ġurnalist barrani mhu permess aċċess mingħajr restrizzjoni għall-RDPK u billi l-Aġenzija Ċentrali tal-Aħbarijiet tal-Korea hi l-unika sors ta’ informazzjoni għall-mezzi tal-midja fil-Korea ta’ Fuq, u filwaqt li r-radjijiet u t-Televiżjonijiet jistgħu biss jirċievu sinjali minn stazzjonijiet tal-gvern u r-riċeviment ta’ xandiriet barranin hu projbit strettament, bl-għoti ta’ pieni ħorox; billi l-popolazzjoni ġenerali tal-pajjiż m’għandha l-ebda aċċess għall-internet,

1.

Jistieden lill–RDPK biex minnufih ittemm il-vjolazzjonijiet serji, mifruxa u sistematiċi kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem mwettqa kontra l-popolazzjoni tagħha, li jistgħu jitqiesu bħala krimini kontra l-umanità u b’hekk ikunu soġġetti għal ġurisdizzjoni kriminali internazzjonali;

2.

Jistieden lill-RDPK biex minnufih u b’mod permanenti twaqqaf l-eżekuzzjonijiet pubbliċi u tabolixxi l-piena kapitali fl-RDPK;

3.

Jistieden lill-RDPK biex ittemm il-qtil extra-ġudizzjarju u l-għejbien sfurzat, twaqqaf l-użu tat-tortura u x-xogħol sfurzat, teħles lill-priġunieri politiċi u tagħti liċ-ċittadini tagħha l-libertà tal-ivvjaġġar;

4.

Jistieden l-awtoritajiet tal-RDPK jiżguraw l-aċċess għall-ikel u l-għajnuna umanitarja għaċ-ċittadini kollha skont il-bżonn;

5.

Jistieden lill-RDPK tippermetti l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, kif ukoll l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-internet taċ-ċittadini kollha tagħha;

6.

Jistieden lill-UE tappoġġja l-ħolqien ta’ Kummissjoni ta’ Inkjesta tan-Nazzjonijiet Uniti biex tevalwa l-ksur ta’ drittijiet tal-bniedem fil-passat u attwali fl-RDPK u biex tistabbilixxi sa liema punt dawn il-vjolazzjonijiet u l-impunità assoċjata mal-abbużi tista’ toħloq każ ta’ krimini kontra l-umanità, u jistieden lill-Istati Membri biex għal dan il-għan iressqu riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Assembea Ġenerali;

7.

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jitlob lill-UE biex taħtar rappreżentant speċjali għall-Korea ta’ Fuq ħalli jiżgura attenzjoni u koordinament persistenti kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-imsieħba ewlenin bħalma huma l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Korea t'Isfel;

8.

Jistieden l-awtoritajiet tal-RDPK biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Reviżjoni Perjodika Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, u biex bħala l-ewwel pass lejn dan, jippermettu l-ispezzjoni ta’ kull tip ta’ faċilità ta’ detenzjoni mill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u minn esperti internazzjonali oħra, u biex jippermettu ż-żjarat fil-pajjiż tar-Rapporteurs Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti;

9.

Jistieden lill-Gvern tal-RDPK jiżgura investigazzjoni komprensiva u b’eżitu trasparenti u sodisfaċenti, u biex fl-aħħarnett u b’mod komplut igħaddi kull informazzjoni dwar ċittadini mill-UE u dwar ċittadini minn pajjiżi terzi li huma suspettati li nħatfu mill-aġenti tal-istat tal-Korea ta’ Fuq fid-deċennji li għaddew u biex minnufih jeħilsu lil dawk li nħatfu u li għadhom miżmuma fil-pajjiż;

10.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jkomplu jagħtu ażil lir-refuġjati mill-Korea ta’ Fuq u biex jadottaw approċċ aktar sistematiku għall-organizzazzjoni ta’ protezzjoni Ewropea u internazzjonali għal dawk il-persuni mill-Korea ta’ Fuq li qegħdin jaħarbu minn sitwazzjoni mwiegħera f’pajjiżhom u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-għajnuna tar-refuġjati mill-Korea ta’ Fuq;

11.

Jistieden lir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex twaqqaf l-arresti u r-rimpatriju ta’ refuġjati mill-Korea ta’ Fuq fl-RDPK u biex tirrispetta l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967, u biex tagħti aċċess lill-UNHCR għar-refuġjati mill-Korea ta’ Fuq biex tiddetermina l-istatus tagħhom u tgħinhom fis-sistemazzjoni mill-ġdid tagħhom u biex tagħti status ta’ resident legali lin-nisa mill-Korea ta’ Fuq li huma miżżewġin ma’ ċittadini mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

12.

Jistieden lir-Repubblika Popolari taċ-Ċina tuża r-rabtiet mill-qrib tagħha mal-RDPK biex tippromwovi riforma ekonomika u soċjali fil-pajjiż, bil-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ għajxien u d-drittijiet soċjali tal-popolazzjoni tal-Korea ta’ Fuq;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tqajjem s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-RDPK u l-kwistjoni tar-refuġjati mill-Korea ta’ Fuq li jinsabu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina waqt it-taħdidiet kollha ta’ livell għoli u waqt id-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżomm il-programmi ta’ għajnuna umanitarja u l-kanali ta’ komunikazzjoni attwali mal-RDPK, u biex issegwi bir-reqqa t-tqassim ta’ għajnuna f'ikel u f’assistenza umanitarja fil-Korea ta’ Fuq sabiex tirrispetta l-istandards internazzjonali ta’ transparenza u responsabilità;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jkomplu bid-djalogu u appoġġ attiv għall-NGOs u għall-operaturi tas-soċjetà ċivili għall-ħolqien ta’ kuntatti fl-RDPK bil-għan li jħeġġu bidliet li jwasslu għal ambjent aħjar għad-drittijiet tal-bniedem;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi klawsola għall-monitoraġġ tad-drittijiet tal-ħaddiema li jaħdmu fil-Kumpless Industrijali ta’ Kaesong fl-RDPK fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Korea u tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/137


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
It-talba għad-difiża tal-immunità parlamentari tas-Sur Valdemar Tomaševski

P7_TA(2010)0252

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar it-talba ta’ difiża tal-immunità parlamentari ta’ Valdemar Tomaševski (2010/2047(IMM))

2011/C 351 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għall-ħarsien tal-immunità ta’ Valdemar Tomaševski, mgħoddija lill-President tal-Parlament Ewropew fit-2 ta’ Frar 2010 u mħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta’ Marzu 2010,

wara li sema’ lil Valdemar Tomaševski skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll (nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-20 ta’ Settembru 1976,

wara li kkunsidra l-istatut tal-Membri Parlamentari Ewropej adottat fit-28 ta’ Settembru 2005,

wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0214/2010),

A.

billi Valdemar Tomaševski huwa Membru tal-Parlament Ewropew,

B.

billi Valdemar Tomaševski mhuwiex qed jiffaċċa proċeduri legali fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll u billi għalhekk dan il-każ m'għandux x'jaqsam mal-immunità parlamentari,

C.

billi, skont it-termini tiegħu stess, il-“Kodiċi ta’ Kondotta għall-Politikanti Statali”, stabbilit mil-Liġi tad-19 ta’ Settembru 2006 (N.X-816), li r-rispett tagħha huwa garantit mill-Kummissjoni Prinċipali tal-Etika Uffiċjali tar-Repubblika tal-Litwanja, organu politiku stabbilit mil-Liġi tal-1 ta’ Lulju 2008 (N.X-1777), jiddikjara espliċitament li huwa applikabbli wkoll għall-Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-Litwanja,

D.

billi fit-22 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni Prinċipali tal-Etika Uffiċjali tar-Repubblika tal-Litwanja adottat deċiżjoni “ta' twiddiba pubblika” fil-konfront tas-Sur Valdemar Tomaševski fuq il-bażi tal-imsemmi Kodiċi ta’ Kondotta, fir-rigward tal-attivitajiet politiċi li huwa wettaq bħala Membru tal-Parlament Ewropew,

E.

billi skont it-termini tal-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri Parlamentari Ewropej (1), “[i]l-Membri għandhom ikunu ħielsa u indipendenti”,

F.

billi jitqies il-prinċipju tal-preċedenza tad-dritt tal-Unjoni,

G.

billi d-deċiżjoni inkwistjoni kif ukoll il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja li fuqha hija bbażata, jinvolvu ksur tal-liġi tal-Unjoni peress li ma jirrispettawx il-prinċipji tal-ħelsien u tal-indipendenza tal-Membru tal-Parlament Ewropew stabbiliti mill-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew,

H.

billi hija l-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, li għandha tagħti bidu għal proċedura ta’ ksur fil-konfront tar-Repubblika tal-Litwanja fuq il-bażi tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

1.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tintervjeni mal-awtoritajiet Litwani bil-għan li tinforza r-rispett għad-dritt tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, jekk ikun meħtieġ, tagħti bidu għall-proċedura ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Litwanja.


(1)  ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/139


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
L-adeżjoni ta’ l-Istati Membri jidħlu għall-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit-22 ta’ Novembru 1928 ***

P7_TA(2010)0248

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-Istati Membri jidħlu fil-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit-22 ta’ Novembru 1928 u supplimentata mill-Protokolli tal-10 ta’ Mejju 1948, is-16 ta’ Novembru 1966, it-30 ta’ Novembru 1972 u l-Emenda tal-24 ta’ Ġunju 1982 u l-Emenda tal-31 ta’ Mejju 1988 (08100/2010 – C7-0105/2010 – 2010/0015(NLE))

2011/C 351 E/23

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08100/2010),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0105/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0201/2010),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/140


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Il-konklużjoni tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran ***

P7_TA(2010)0249

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz ta’ proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (09132/2010 – C7-0128/2010 – 2010/0016(NLE))

2011/C 351 E/24

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (09132/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikoli 192(1) u 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0191/2010),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/140


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Ftehim ma’ l-Islanda u n-Norveġja: Applikazzjoni ta’ Ċerti Dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI ***

P7_TA(2010)0250

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropew u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (05309/2010 – C7-0031/2010 – 2009/0191(NLE))

2011/C 351 E/25

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-l-Unjoni Ewropew u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (05060/2009),

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (05309/2010),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni sottomessa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a), it-tieni paragrafu, punt (a) flimkien mal-Artikolu 82(1)(d), it-tieni paragrafu, punt (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0031/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0173/2010),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Islanda u n-Norveġja.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/141


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Parteċipazzjoni tal-Isvizzera u tal-Liechtenstein fl-attivitajiet ta'' FRONTEX ***

P7_TA(2010)0251

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (05707/2010 – C7-0217/2009 – 2009/0073(NLE))

2011/C 351 E/26

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ arranġament bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (10701/2009),

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0255),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05707/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 62(1)(2)(a) u l-Artikolu 66 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza u (3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsoluta lill-Parlament (C7-0217/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 77(2)(b) u l-Artikolu 74 flimkien ma’ l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0172/2010),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni tal-arranġament;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/142


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Kwalità tad-dejta tal-istatistika *

P7_TA(2010)0253

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (COM(2010)0053 – C7-0064/2010 – 2010/0035(NLE))

2011/C 351 E/27

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0053),

wara li kkunsidra l-Artikolu 126(14), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0064/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-31 ta’ Marzu 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0220/2010),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

It-twissijiet tal-Kummissjoni (Eurostat) maħruġa sa mill-2004 u l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett, li ddeskriviethom fil-Komunikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Diċembru 2004 intitolata “Lejn strateġija ta’ governanza Ewropea għall-istatistika fiskali” (2) sfortunatament ma wasslux għar-riformi tal-qafas ta’ governanza għall-istatistika finanzjarja, li anki għal dak iż-żmien kienu tard. Kieku ttieħdet azzjoni fil-ħin, l-iżbalji fir-rappurtar tad-data rilevanti dwar l-iżbilanċ pubbliku kienu jiġu identifikati ħafna aktar qabel u l-kriżi li rriżultat minnhom setgħet għallinqas tkun imtaffija. Għalhekk, huwa ta’ importanza kruċjali li l-Kummissjoni (Eurostat) tingħata qafas ta’ kompetenza xieraq b’forniment ta’ persunal adegwat li jkun indipendenti kemm jista’ jkun.

Emenda 2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 b (ġdida)

 

(1b)

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tfassal konklużjonijiet dwar kif saru l-ġbir u l-evalwazzjoni ta’ statistika finanzjarja mill-Istati Membri fil-passat. Dawk il-konklużjonijiet għandhom jiġu rrappurtati lill-Parlament Ewropew.

Emenda 3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3

(3)

Il-qafas ta’ governanza rivedut għall-istatistiċi fiskali ffunzjona sew u, b’mod ġenerali, kellu riżultat sodisfaċenti f’termini ta’ rappurtar ta’ dejta fiskali rilevanti dwar id-dejn u l-iżbilanċ tal-gvern. B’mod partikolari, l-Istati Membri wrew b’mod predominanti rekord b’saħħtu ta’ kooperazzjoni in buona fede u kapaċità operazzjonali biex jirrapurtaw dejta fiskali ta’ kwalità għolja.

(3)

Filwaqt li l-qafas ta’ governanza rivedut għall-istatistiċi fiskali ffunzjona sew u, b’mod ġenerali, kellu riżultat sodisfaċenti f’termini ta’ rappurtar ta’ data fiskali rilevanti dwar id-dejn u l-iżbilanċ tal-gvern , u l-maġġoranza tal-Istati Membri wrew rekord b’saħħtu ta’ kooperazzjoni in buona fede u kapaċità operazzjonali biex jirrappurtaw data fiskali ta’ kwalità għolja , l-opportunitajiet preċedenti kellhom jittieħdu biex jiżdiedu l-kwalità u l-ambitu tad-data pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) .

Emenda 4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4

(4)

Madankollu, żviluppi riċenti wrew ukoll b’mod ċar li l-qafas ta’ governanza attwali għall-istatistiċi fiskali xorta ma jnaqqasx, sal-punt neċessarju, ir-riskju ta’ dejta mhux korretta jew mhux ċara li tiġi nnotifikata deliberatament lill-Kummissjoni.

(4)

Madankollu, żviluppi riċenti fl-Unjoni wrew ukoll b’mod ċar li l-qafas ta’ governanza attwali għall-istatistiċi fiskali xorta ma jnaqqasx, sal-punt neċessarju, ir-riskju ta’ data mhux korretta jew mhux ċara li tiġi nnotifikata deliberatament lill-Kummissjoni.

Emenda 5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a)

L-affidabilità tal-istatistika li tkun magħmula disponibbli lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell ta’ Unjoni tiddependi direttament mill-affidabilità tad-data tal-istatistika miġbura mill-Istati Membri fil-levell nazzjonali.

Emenda 6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4 b (ġdida)

 

(4b)

Huwa kruċjali li l-indipendenza istituzzjonali tal-entitajiet tal-istatistika statutorji nazzjonali tkun żgurata biex tiġi evitata kull pressjoni fuqhom mill-gvernijiet rispettivi tagħhom.

Emenda 7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5

(5)

F’din il-konnessjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollha drittijiet addizzjonali ta’ aċċess għal ambitu mwessa’ ta’ tagħrif għall-ħtiġijiet ta’ valutazzjoni tal-kwalità ta’ dejta.

(5)

F’din il-konnessjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollha drittijiet addizzjonali ta’ aċċess għal ambitu mwessa’ ta’ tagħrif għall-ħtiġijiet ta’ valutazzjoni tal-kwalità ta’ data. Huwa essenzjali li d-data rċevuta mill-Istati Membri tinqasam fi żmien xieraq mad-Direttorat Ġenerali tal-Istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Emenda 8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a)

Sabiex data ekonomika tkun tista’ tiġi mqabbla hija meħtieġa metodoloġija uniformi. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandha tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ġbir ta’ data tal-istatistika.

Emenda 9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6

(6)

B’mod partikolari, filwaqt li twettaq żjarat ta’ monitoraġġ fi Stat Membru li l-informazzjoni tal-istatistika tiegħu hi ta’ skrutinju il-Kummissjoni (Eurostat) għandha jkollha aċċess għall-kontijiet tal-entitajiet tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali, inkluż l-għoti tal-informazzjoni msemmija ta’ kontabilità dettaljata, stħarriġ statistiku rilevanti u kwestjonarji u informazzjoni ulterjuri relatata, li tirrispetta l-leġiżlazzjoni dwar protezzjoni ta’ dejta kif ukoll kunfidenzjalità statistika.

(6)

B’mod partikolari, filwaqt li twettaq żjarat ta’ monitoraġġ fi Stat Membru li l-informazzjoni tal-istatistika tiegħu hi ta’ skrutinju il-Kummissjoni (Eurostat) għandha jkollha aċċess għall-kontijiet tal-entitajiet tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali, inkluż l-għoti tal-informazzjoni msemmija ta’ kontabilità dettaljata, stħarriġ statistiku rilevanti u kwestjonarji u informazzjoni ulterjuri relatata, inklużi tranżazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, filwaqt li tirrispetta l-leġiżlazzjoni dwar protezzjoni ta’ data kif ukoll kunfidenzjalità statistika.

Emenda 10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a)

Sabiex il-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista’ taqdi d-dmirijiet superviżorji aktar wesgħin tagħha, jeħtieġ li jkun hemm żieda fil-persunal kwalifikat fid-dipartimenti relevanti. Iż-żieda addizzjonali fil-persunal u fl-ispejjeż għandha tiġi koperta minn trasferimenti fil-baġits u fil-persunal fi ħdan il-Kummissjoni.

Emenda 11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 7

(7)

Il-kontijiet pubbliċi ta’ unitajiet individwali tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll unitajiet pubbliċi ikklassifikati barra s-settur tal-amministrazzjoni pubblika, għandhom ikunu l-oġġett ewlieni tal-kontrolli, u l-kontijiet pubbliċi għandhom ikunu vvalutati f’termini tal-użu statistiku tagħhom.

(7)

Il-kontijiet pubbliċi ta’ unitajiet individwali tal-gvern ġenerali, kif ukoll unitajiet pubbliċi ikklassifikati barra s-settur tal-gvern ġenerali, għandhom ikunu l-oġġett ewlieni tal-kontrolli, u l-kontijiet pubbliċi għandhom ikunu vvalutati f’termini tal-użu statistiku tagħhom. Għandhom jintużaw kemm analiżi ta’ nofs it-terminu u oqfsa multiannwali biex jgħinu għall-evalwazzjoni baġitarja.

Emenda 12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

 

(8a)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni tal-istatistika u tal-baġit fuq il-bażi ta’ metodu ta’ kontabilità standardizzat u aċċettat internazzjonalment.

Emenda 13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 b (ġdida)

 

(8b)

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-elaborazzjoni ta’ sanzjonijiet fi ħdan il-qafas tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir fir-rigward tal-għoti ta’ statistika makroekonomika distorta mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-infurzar ta’ sanzjonijiet kontra l-Istati Membri li jiffalsifikaw l-istatistika makroekonomika relatata mal-iżbilanċ tal-baġit tagħhom u d-dejn tal-gvern

Emenda 14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

(-1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

“1.   ‘L-iżbilanċ ippjanat tal-gvern u ċ-ċifri tal-livell ta’ dejn tal-gvern’ tfisser dawk iċ-ċifri stabbiliti għas-sena kurrenti mill-Istati Membri. Huma għandhom ikunu l-previżjonijiet uffiċjali l-iktar reċenti, b’kont meħud tad-deċiżjonijiet l-iktar reċenti dwar il-baġit u tal-iżviluppi u l-prospetti ekonomiċi u r-riżultati ta’ kull xahar u ta’ kull tliet xhur. Huma għandhom ikunu prodotti fl-iqsar żmien possibbli qabel l-iskadenza għar-rappurtar.”

Emenda 15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), kemm jista’ jkun fil-pront, bl-aċċess għall-informazzjoni għall-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta, inkluża informazzjoni tal-istatistika bħal dejta mill-kontijiet nazzjonali , inventorji , tabelli ta’ notifika tal-proċedura ta’ żbilanċ , kwestjonarji u kjarifiki addizzjonali relatati man-notifiki .

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), kemm jista’ jkun fil-pront, bl-aċċess għall-informazzjoni ta’ statistika u baġitarja għall-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-data. Dik l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq metodu ta’ verifika standardizzat u aċċettat b'mod internazzjonali miftiehem mal-Kummissjoni (Eurostat). Informazzjoni tal-istatistika u baġitarja tfisser, b'mod partikolari:

(a)

data minn kontijiet nazzjonali ;

(b)

inventarji ;

(c)

tabbelli ta’ notifika dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv ;

(d)

kwestjonarji u kjarifiki addizzjonali relatati man-notifiki dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv ;

(e)

informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kontijiet Ġenerali, mill-Ministeru tal-Finanzi jew mill-awtorità reġjonali relevanti dwar l-eżekuzzjoni tal-baġits nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri;

(f)

il-kontijiet ta’ korpi extrabaġitarji jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt u korpi simili li huma parti mis-settur tal-gvern ġenerali fil-kontijiet nazzjonali;

(g)

informazzjoni eżawrjenti dwar kull tip ta’ korp li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ;

(h)

il-kontijiet tal-fondi tas-sigurtà soċjali; kif ukoll

(i)

servejs tal-gvern lokali .

Emenda 16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

3.   Iż-żjarat metodoloġiċi huma maħsuba sabiex jiġu sorveljati l-proċessi u l-kontijiet li jiġġustifikaw id-dejta attwali rrappurtata u sabiex jitfasslu konklużjonijiet dettaljati dwar il-kwalità tad-dejta rrappurtata, kif definit fl-Artikolu 8(1).

3.   Iż-żjarat metodoloġiċi jistgħu ma jkunux imħabbra minn qabel u huma maħsuba sabiex jiġu sorveljati l-proċessi , inkluża l-indipendenza tal-awtorità nazzjonali tal-istatistika mill-gvern, u l-kontijiet li jiġġustifikaw id-data attwali rrappurtata u sabiex jitfasslu konklużjonijiet dettaljati dwar il-kwalità tad-data rrappurtata, kif definit fl-Artikolu 8(1).

Emenda 17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Iż-żjarat metodoloġiċi għandhom isiru biss f’każijiet eċċezzjonali fejn ikunu identifikati riskji sinifikanti jew problemi bil-kwalità tad-dejta ġew identifikati b’mod ċar.

Iż-żjarat metodoloġiċi , imħabbra minn qabel jew le, għandhom isiru f’każijiet fejn ikunu identifikati riskji serji jew ikunu suspettati problemi bil-kwalità tad-data. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ każijiet li jridu jitqiesu bħala riskju jew problema sinifikanti relatati mal-kwalità tad-data; Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara konsultazzjoni mas-CMFB.

Emenda 18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom, fuq it-talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna ta’ esperti fil-kontabilità nazzjonali, inkluż għat-tħejjija u t-twettiq ta’ żjarat metodoloġiċi. Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Lista ta’ dawn l-esperti tal-kontabilità nazzjonali għandha tkun kostitwita abbażi ta’ proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-rappurtar tal-iżbilanċ eċċessiv.

1.   L-Istati Membri għandhom, fuq it-talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna ta’ esperti fil-kontabilità nazzjonali, inkluż għat-tħejjija u t-twettiq ta’ żjarat metodoloġiċi , li wkoll jistgħu ma jkunux imħabbra minn qabel . Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti u għandhom jagħmlu taħriġ speċjali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ għarfien u imparzjalità . Għandha tkun kostitwita lista ta’ dawn l-esperti tal-kontabbiltà nazzjonali abbażi ta’ proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-rappurtar tal-iżbilanċ eċċessiv.

Emenda 19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

2.   Fil-qafas taż-żjarat metodoloġiċi, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha d-dritt tkun intitolata biex taċċessa direttament il-kontijiet tal-entitajiet kollha tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali, inkluż l-għoti tal-informazzjoni msemmija ta’ kontabilità dettaljata, bħal tranżazzjonijiet u karti ta’ bilanċ, stħarriġ statistiku rilevanti u kwestjonarji u informazzjoni ulterjuri relatata, bħal dokumenti analitiċi u d-dejta tal-kontabilità ta’ korpi pubbliċi oħra.

2.   Fil-qafas taż-żjarat metodoloġiċi, li jistgħu wkoll ma jkunux imħabbra minn qabel, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha d-dritt tkun intitolata biex taċċessa direttament il-kontijiet tal-entitajiet kollha tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali (inkluż il-fond tal-pensjoni statali) , inkluż l-għoti tal-informazzjoni msemmija ta’ kontabilità dettaljata, bħal tranżazzjonijiet u karti ta’ bilanċ, stħarriġ statistiku rilevanti u kwestjonarji u informazzjoni ulterjuri relatata, bħal dokumenti analitiċi u d-data tal-kontabilità ta’ korpi pubbliċi oħra.

Emenda 20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Ir-rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew jistgħu jieħdu sehem u jgħinu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni (Eurostat) matul iż-żjarat metodoloġiċi.

Emenda 21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 b (ġdid)

 

Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tagħmel ispezzjonijiet fil-post u titħalla tagħmel intervisti ma’ kwalunkwe organizzazzjoni li jidhrilha li tkun rilevanti għall-ħidma tagħha.

Emenda 22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw iż-żjarat metodoloġiċi. Dawn iż-żjarat jistgħu jitwettqu fl-awtoritajiet nazzjonali involuti fir-rappurtar ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, kif ukoll fis-servizzi kollha involuti direttament jew indirettament fil-produzzjoni tal-kontijiet u d-dejn tal-gvern L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-servizzi u l-awtoritajiet nazzjonali, u fejn meħtieġ, l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkollhom responsabbiltà funzjonali għall-kontroll tal-kontijiet pubbliċi, jipprovdu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew lill-esperti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 bl-għajnuna meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom, inkluż billi jagħmlu disponibbli d-dokumenti sabiex tiġi ġustifikata d-dejta attwali rrappurtata dwar l-iżbilanċ u d-dejn u l-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata. Ir-rekords kunfidenzjali tas-sistema statistika nazzjonali għandhom jiġu pprovduti biss lill-Kummissjoni (l-Eurostat).

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw iż-żjarat metodoloġiċi , li jistgħu wkoll ma jkunux imħabbra minn qabel . Dawn iż-żjarat jistgħu jitwettqu fl-awtoritajiet nazzjonali involuti fir-rappurtar ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, kif ukoll fis-servizzi kollha involuti direttament jew indirettament fil-produzzjoni tal-kontijiet u d-dejn tal-gvern L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-servizzi u l-awtoritajiet nazzjonali, u fejn meħtieġ, l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkollhom responsabbiltà funzjonali għall-kontroll tal-kontijiet pubbliċi, jipprovdu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew lill-esperti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 bl-għajnuna meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom, inkluż billi jagħmlu disponibbli d-dokumenti sabiex tiġi ġustifikata d-data attwali rrappurtata dwar l-iżbilanċ u d-dejn u l-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata. Ir-rekords kunfidenzjali tas-sistema statistika nazzjonali għandhom jiġu pprovduti biss lill-Kummissjoni (l-Eurostat).

Emenda 23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 479/2009

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

(5a)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data attwali rappurtata lill-Kummissjoni (Eurostat) hija provduta bi qbil mal-prinċipji stabbiliti mill-Artikoli 2 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (3). F’dan ir-rigward, ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet statistiċi nazzjonali tkun li jiżguraw konformità tad-data rappurtata mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ kontabilità tal-ESA 95 li fuqhom tkun ibbażata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali jkunu provduti b'aċċess għall-informazzjoni relevanti kollha neċessarja biex tkun tista' ssir din il-ħidma.


(1)  ĠU C 103, 22.4.2010, p. 1.

(2)   COM(2004)0832.

(3)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.”


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/149


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***II

P7_TA(2010)0256

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004) (05218/3/2010 – C7-0077/2010 – 2008/0237(COD))

2011/C 351 E/28

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05218/3/2010 – C7-0077/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0817),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2009 (2),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0174/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati tat-23 April 2009, P6_TA(2009)0281.

(2)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 99.


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
P7_TC2-COD(2008)0237

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Azzjoni mill-Unjoni fil-qasam tat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ għandha timmira, fost affarijiet oħra, li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri, li tkun komparabbli ma’ modi oħra ta’ trasport, kull fejn jivvjaġġaw. Barra minn hekk, għandu jittieħed kont sħiħ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur inġenerali.

(2)

Peress li l-passiġġier bix-xarabank jew bil-kowċ huwa l-aktar parti dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, il-passiġġieri kollha għandhom jingħataw livell minimu ta’ protezzjoni.

(3)

Il-miżuri tal-Unjoni biex jittejbu d-drittijiet tal-passiġġieri fis-settur tat-trasport tax-xarabank u l-kowċ għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dan is-settur, li jikkonsisti l-aktar f'intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(4)

B'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ servizzi regolari speċjali u operazzjonijiet tat-trasport għal kont proprju, dawn it-tipi ta’ trasport għandhom jitħallew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu servizzi rriżervati għat-trasport ta’ persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, it-trasport ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol, it-trasport lejn u minn istituzzjoni edukattiva għat-tfal tal-iskola u l-istudenti.

(5)

B'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali regolari li jiffurmaw parti minn servizzi integrati mas-servizzi urbani jew suburbani , l-Istati Membri għandhom jingħataw id-dritt li jeżentaw dawn it-tipi ta’ trasport mill-applikazzjoni ta’ parti ▐ ta' dan ir-Regolament. Sabiex jiġu identifikati dawn is-servizzi urbani, suburbani u reġjonali regolari, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni kriterji bħat-tqassim amministrattiv, is-sitwazzjoni ġeografika, id-distanza , il-frekwenza tas-servizzi, in-numru ta’ waqfiet skedati, it-tip ta’ xarabank jew kowċ użati, l-iskemi ta’ biljetti, il-varjazzjonijiet fin-numri ta’ passiġġieri bejn servizzi f'perjodi ta’ traffiku intens u perijodi ta’ traffiku mhux intens, il-kodiċi tax-xarabank u l-iskedi.

(6)

Il-passiġġieri għandhom igawdu minn regoli ta’ responsabbiltà komparabbli ma’ dawk applikabbli għal modi oħra ta’ trasport fil-każ ta’ inċidenti li jirriżultaw f'mewt jew korriment .

(7)

It-trasportaturi għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew ħsara lill-bagalji tal-passiġġieri f'termini komparabbli ma’ dawk applikabbli għal modi oħra ta’ trasport .

(8)

Il-passiġġieri, minbarra għall-kumpens skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-każ ta’ mewt jew korriment fuq il-persuna jew telf ta’ jew ħsara lill-bagalji minħabba inċidenti li jirriżultaw mill-użu tax-xarabank jew il-kowċ, għandu jkollhom id-dritt għall-assistenza fir-rigward tal-bżonnijiet prattiċi u ekonomiċi immedjati tagħhom wara xi aċċident. Tali assistenza għandha tinkludi , fejn meħtieġ, l-ewwel għajnuna, akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ , u trasport u spejjeż tal-funeral . F'każ ta’ mewt jew korriment personali, it-trasportatur għandu wkoll iħallas bil-quddiem biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, proporzjonalment mal-ħsara mġarrba, sakemm ikun hemm evidenza prima facie ta’ kawżalità li tista' tiġi attribwita lit-trasportatur.

(9)

Is-servizzi bix-xarabank u bil-kowċ għall-passiġġieri għandhom ikunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini inġenerali. Konsegwentement, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk minħabba diżabbiltà, età jew inkella minħabba xi fattur ieħor, għandu jkollhom opportunitajiet għall-użu ta’ servizzi ta’ xarabank u kowċ komparabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini l-oħra kollha f'dak li huwa moviment ħieles, libertà tal-għażla u nondiskriminazzjoni.

(10)

Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għal ivvjaġġar bix-xarabank u bil-kowċ komparabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra, għandhom jiġu stabbiliti regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza waqt il-vjaġġ tagħhom. Dawk il-persuni għandhom għalhekk jiġu aċċettati għat-trasport u mhux imċaħħda mit-trasport minħabba d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa tagħhom, ħlief għal raġunijiet li huma ġġustifikati minħabba s-sigurtà jew id-disinn tal-vetturi jew l-infrastruttura. Fil-qafas tal-leġislazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-ħaddiema, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom igawdu d-dritt għall-assistenza fit-terminals u fuq il-vetturi. Fl-interess tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kkonċernati għandhom jirċievu l-assistenza mingħajr ħlas. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet għall-aċċess, preferibbilment bl-użu tas-sistema tal-Istandardizzazzjoni Ewropea.

(11)

Meta jiddeċiedu dwar id-disinn ta’ terminals ġodda, u bħala parti minn rinnovazzjoni kbira tal-post, il-korpi għall-ġestjoni tat-terminals għandhom, mingħajr eċċezzjoni u bħala kundizzjoni essenzjali , iqisu l-bżonnijiet ta’ persuni b'diżabbiltà u ta’ persuni b'mobbiltà mnaqqsa , bi qbil mar-rekwiżiti tad-“disinn għal kulħadd” . Fi kwalunkwe każ, il-korpi għall-ġestjoni tat-terminals għandhom jistabbilixxu postijiet fejn dawn il-persuni jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u l-bżonn ta’ assistenza.

(12)

B'mod simili, it-trasportaturi għandhom jikkunsidraw dawk il-ħtiġijiet fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar id-disinn ta’ vetturi ġodda jew tal-immodernizzar ta’ dawk eżistenti.

(13)

L-Istati Membri għandhom itejbu l-infrastruttura eżistenti, fejn dan ikun meħtieġ sabiex it-trasportaturi jiżguraw l-aċċess bla xkiel għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kif ukoll biex tingħata għajnuna adegwata.

(14)

Sabiex iwieġbu għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, il-persunal għandu jkun imħarreġ b'mod adegwat. Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki nazzjonali tax-xufiera, jista' jiġi pprovdut taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni għad-diżabbiltà bħala parti mill-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku kif imsemmi fid-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri (3). Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-introduzzjoni tar-rekwiżit ta’ taħriġ u l-limiti ta’ żmien imniżżla f'dik id-Direttiva, għandha titħalla l-possibbiltà ta’ eżenzjoni matul perijodu ta’ żmien limitat.

(15)

▐ L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom jiġu kkonsultati jew involuti fit-tħejjija tal-kontenut tat-taħriġ relatat mad-diżabbiltà.

(16)

Id-drittijiet tal-passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ għandhom jinkludu li huma jirċievu informazzjoni rigward is-servizz qabel u matul il-vjaġġ. L-informazzjoni essenzjali kollha pprovduta lill-passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ għandha tkun ipprovduta wkoll f'formati alternattivi aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa , bħall-użu ta’ tipa kbira, lingwaġġ sempliċi, Braille, komunikazzjonijiet elettroniċi li jistgħu jkunu aċċessibbli b'teknoloġija li tadattata ruħha u b'awdjo tejps .

(17)

Dan ir-Regolament m'għandux jillimita d-drittijiet tat-trasportaturi milli jfittxu kumpens mingħand kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

(18)

L-inkonvenjenza esperjenzata mill-passiġġieri minħabba kanċellazzjoni jew dewmien sinifikanti tal-vjaġġ tagħhom għandhom jitnaqqsu. Għal dan il-għan, il-passiġġieri li jitilqu minn terminals għandhom jirċievu attenzjoni adegwata u għandhom jiġu informati b'mod adegwat u li jkun aċċessibbli għal kulħadd . Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu wkoll jikkanċellaw il-vjaġġ tagħhom u jiġu rimborżati l-prezz tal-biljetti tagħhom jew ikomplu l-vjaġġ tagħhom jew jingħataw rotta oħra taħt kundizzjonijiet sodisfaċenti. Jekk it-trasportaturi jonqsu milli jipprovdu lill-passiġġieri bl-għajnuna meħtieġa, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jakkwistaw kumpens finanzjarju.

(19)

Permezz tal-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom, it-trasportaturi għandhom jikkooperaw biex jadottaw arranġamenti fuq livell reġjonali, nazzjonali jew Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, l-assoċjazzjonijiet professjonali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, il-passiġġieri u l-persuni b'diżabbiltà, bil-għan li jtejbu l-għoti ta’ informazzjoni u l-attenzjoni mogħtija lill-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta’ kanċellazzjoni u dewmien fit-tul.

(20)

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (4). Dan ir-Regolament m'għandux japplika f'każijiet li tour kollox kompriż jiġi kkanċellat għal raġunijiet oħra għajr meta s-servizz tat-trasport bix-xarabank jew bil-kowċ jiġi ikkanċellat.

(21)

Il-passiġġieri għandhom jiġu informati għal kollox bid-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, sabiex huma jkunu jistgħu jeżerċitaw effettivament dawn id-drittijiet.

(22)

Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom permezz ta’ proċeduri xierqa għall-ilmenti implimentati mit-trasportaturi jew, skont il-każ, billi l-ilmenti jiġu ppreżentati lill-korp jew lill-korpi magħżulin għal dak il-għan mill-Istat Membru rilevanti.

(23)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u jaħtru korp jew korpi kompetenti biex iwettqu l-kompiti ta’ superviżjoni u ta’ infurzar. Dan ma jaffettwax id-drittijiet tal-passiġġieri biex ifittxu rimedju legali mill-qrati skont il-liġi nazzjonali.

(24)

B'kunsiderazzjoni għall-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri għall-preżentazzjonui tal-ilmenti, ilment dwar l-assistenza għandu preferibbilment jiġi indirizzat lill-korp jew korpi magħżulin għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru fejn jinsab il-post tal-imbark jew tal-iżbark.

(25)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn il-pieni jiġu applikati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(26)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri biex ikun żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni u ta’ assistenza lill-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ fl-Istati Membri kollha, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba fl-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(27)

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (5).

(28)

L-infurzar ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (6). Dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(29)

L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ trasport pubbliku u jintroduċu sistemi ta’ informazzjoni tagħrif interoperabbli u intermodali li jiffaċilitaw il-forniment ta’ tagħrif dwar l-iskeda tal-ġinijiet u l-ħruġ ta’ prezzijiet u ta’ biljetti b'mod integrat sabiex jiġu ottimizzati l-użu u l-interoperabilità tal-modi varji tat-trasport. Dawn is-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(30)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li titqies ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (7) u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (8),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kondizzjonijiet tat-trasport offruti mit-trasportaturi;

(b)

id-drittijiet tal-passiġġieri f'każ ta’ aċċidenti li jirriżultaw mill-użu tax-xarabank jew il-kowċ u li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment fuq il-persuna jew it-telf ta’ jew ħsara lill-bagalji;

(c)

nondiskriminazzjoni u assistenza obbligatorja għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

(d)

id-drittijiet tal-passiġġieri f'każijiet ta’ kanċellazzjoni jew dewmien;

(e)

l-informazzjoni minima li għandha tingħata lill-passiġġieri;

(f)

it-trattament ta’ ilmenti;

(g)

ir-regoli ġenerali dwar l-infurzar.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq servizzi regolari:

(a)

meta l-post tal-imbark tal-passiġġier jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru; jew

(b)

meta l-post tal-imbark tal-passiġġier jinsab barra t-territorju ta’ Stat Membru u l-post tal-iżbark tal-passiġġier jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.

2.   Barra minn hekk, ħlief għall-Artikoli 11 sa 18 u l-Kapitoli IV sa VI, dan ir-Regolament għandu japplika għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq servizzi okkażjonali meta l-post inizjali tal-imbark jew il-post finali tal-iżbark tal-passiġġier jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.

3.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għas-servizzi regolari speċjali u l-operazzjonijiet ta’ trasport għal kont proprju.

4.   Bl-eċċezzjoni għall-Artikoli 4(2), 7, 9, 11 , 12(1) , 13(1), 15(1), 18, 19(1), 19(2), 21, 25, 27, 28 u 29 , l-Istati Membri jistgħu jeżentaw is-servizzi urbani, suburbani u reġjonali regolari, kif ukoll servizzi reġjonali regolari, jekk ikunu parti mis-servizzi integrati mas-servizzi urbani jew suburbani, inklużi s-servizzi transkonfinali ta’ dik ix-xorta, mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar eżenzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi mogħtija skont il-paragrafu 4 …  (9). Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni xierqa jekk tali eżenzjoni titqies li mhix konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. Sa … (10), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-eżenzjonijiet mogħtija skont il-paragrafu 4 .

6.   Xejn f'dan ir-Regolament m'għandu jinftiehem bħala li jkun f'kunflitt mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar rekwiżit tekniku għax-xarabanks jew il-kowċis jew l-infrastruttura ▐ fil-postijiet ta’ waqfien u t-terminals.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank jew bil-kowċ f'intervalli speċifikati f'rotot speċifikati, u fejn il-passiġġieri jitilgħu u jinżlu f'postijiet ta’ waqfien determinati minn qabel;

(b)

“servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport bix-xarabank jew bil-kowċ ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra;

(c)

“operazzjonijiet tat-trasport għal kont proprju” tfisser operazzjonijiet imwettqa bix-xarabank jew bil-kowċ għal għanijiet mhux kummerċjali u mingħajr profitt minn persuna fiżika jew ġuridika, fejn:

l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna fiżika jew ġuridika, u

il-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta’ dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew ikunu nkisbu minn dik il-persuna b'xiri fit-tul jew ikunu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni fit-tul u jiġu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna fiżika jew ġuridika jew mill-persuna fiżika nnifisha jew minn persunal impjegat minn, jew imqiegħed għad-dispożizzjoni ta', l-impriża taħt obbligu kuntrattwali;

(d)

“servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ servizzi regolari u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija t-trasport bix-xarabank jew bil-kowċ ta’ gruppi ta’ passiġġieri kkostitwiti fuq l-inizjattiva tal-konsumatur jew tat-trasportatur innifsu;

(e)

“kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt ta’ ġarr bejn trasportatur u passiġġier għall-forniment ta’ servizz wieħed jew aktar regolari jew okkażjonali;

(f)

“biljett” tfisser dokument validu jew evidenza oħra ta’ kuntratt ta’ trasport;

(g)

“trasportatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, minbarra operatur turistiku , aġent tal-ivvjaġġar jew bejjiegħ tal-biljetti, li toffri trasport permezz ta’ servizzi regolari jew okkażjonali lill-pubbliku ġenerali;

(h)

“trasportatur li jwettaq il-ġarr” tfisser persuna fiżika jew ġuridika oħra minbarra t-trasportatur, li fil-fatt twettaq il-ġarr kollu jew parti minnu;

(i)

“bejjiegħ tal-biljetti” tfisser kwalunkwe intermedjarju li jikkonkludi kuntratti ta’ trasport f'isem trasportatur;

(j)

“aġent tal-ivvjaġġar” tfisser kwalunkwe intermedjarju li jaġixxi f'isem passiġġier għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ trasport;

(k)

“operatur turistiku” tfisser organizzatur ▐, minbarra t-trasportatur, fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/314/KEE;

(l)

“persuna b'diżabbiltà” jew “persuna b'mobbiltà mnaqqsa” tfisser kull persuna li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport hija mnaqqsa b'riżultat ta’ xi diżabbiltà fiżika (sensorja jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), diżabbiltà jew indeboliment intellettwali, jew kwalunkwe kawża oħra ta’ diżabbiltà, jew b'riżultat tal-età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni xierqa u adattament tas-servizzi magħmulin disponibbli għall-passiġġieri kollha għall-bżonnijiet partikolari tagħha;

(m)

“kondizzjonijiet tal-aċċess” tfisser standards, linji gwida u informazzjoni rilevanti dwar l-aċċessibbiltà tax-xarabankijiet u/jew tat-terminals magħżulin, inklużi l-faċilitajiet tagħhom għall-persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

(n)

“riservazzjoni” tfisser ibbukkjar ta’ post fuq xarabank jew kowċ għal servizz regolari f'ħin tat-tluq speċifiku;

(o)

“terminal” tfisser terminal mgħammar bil-persunal fejn skont ir-rotta speċifikata jkun skedat li jieqaf servizz regolari biex il-passiġġieri jitilgħu jew jinżlu, u li jkollu faċilitajiet bħal bank għaċ-check-in, sala għall-istennija jew uffiċċju tal-biljetti;

(p)

“post ta’ waqfien” tfisser kwalunkwe post minbarra terminal fejn skont ir-rotta speċifikata, jkun skedat li jieqaf servizz regolari biex il-passiġġieri jitilgħu jew jinżlu;

(q)

“korp għall-maniġġar ta’ terminal” tfisser entità organizzattiva fi Stat Membru responsabbli għall-maniġġar ta’ terminal magħżul;

(r)

“kanċellazzjoni” tfisser in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ servizz regolari li kien skedat minn qabel;

(s)

“dewmien” tfisser differenza bejn il-ħin meta s-servizz regolari kien skedat li jitlaq skont l-iskeda ppubblikata u l-ħin tat-tluq tabilħaqq tiegħu.

Artikolu 4

Biljetti u kondizzjonijiet kuntrattwali nondiskriminatorji

1.   It-trasportaturi għandhom jagħtu biljett lill-passiġġier, sakemm ma jkunux dokumenti oħra li jagħtu d-dritt għat-trasport. Biljett jista' jinħareġ f'format elettroniku.

2.   Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, il-kondizzjonijiet tal-kuntratt u t-tariffi applikati mit-trasportaturi għandhom jiġu offruti lill-pubbliku ġenerali mingħajr ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità tal-konsumatur finali jew fuq il-post ta’ fejn ikunu stabbiliti t-trasportaturi, jew il-bejjiegħa tal-biljetti fl-Unjoni.

Artikolu 5

Partijiet oħra li jwettqu l-ġarr

1.   Jekk it-twettiq tal-obbligi skont dan ir-Regolament ikun ġie fdat lil trasportatur li jwettaq il-ġarr, bejjiegħ tal-biljetti jew kwalunkwe persuna oħra, it-trasportatur, l-aġent tal-ivvjaġġar, l-operatur turistiku jew il-korp għall-maniġġar tat-terminal, li fada tali obbligi, għandu minkejja dan ikun responsabbli għall-atti u l-ommissjonijiet ta’ dik il-parti li twettaq il-ġarr.

2.   Barra minn hekk, il-parti li tkun ġiet fdata bit-twettiq ta’ obbligu mit-trasportatur, l-aġent tal-ivvjaġġar, l-operatur turistiku jew il-korp għall-maniġġar tat-terminal għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-obbligu fdat.

Artikolu 6

Esklużjoni tar-rinunzja

1.   Id-drittijiet u l-obbligi skont dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu rinunzjati jew limitati, b'mod partikolari b'deroga jew klawsola restrittiva fil-kuntratt tat-trasport.

2.   It-trasportaturi jistgħu joffru kondizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli għall-passiġġieri mill-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Kumpens u assistenza f'każ ta’ aċċidenti

Artikolu 7

Responsabbiltà għal mewt jew korriment tal-passiġġieri

1.    Skont dan il-Kapitolu, it-trasportaturi għandhom jinżammu responsabbli għat-telf jew ħsara li jirriżultaw mill-mewt jew korriment personali għall-passiġġieri ikkawżati minn inċidenti li jirriżultaw mill-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport b 'xarabank u b 'kowċ u li jseħħu waqt li l-passiġġier ikun dieħel fil-vettura, qiegħed fiha, jew ikun ħiereġ minnha.

2.    Ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tat-trasportaturi għal ħsarat m'għandhiex tkun soġġetta għal xi limitu finanzjarju, kemm jekk ikun iddefinit b 'liġi, b 'konvenzjoni jew b 'kuntratt.

3.     Għal kwalunkwe talba sa EUR 220 000 għal kull passiġġier, trasportatur m'għandux jeskludi jew jillimita r-responsabbiltà tiegħu billi jagħti prova li huwa ta l-attenzjoni dovuta skont il-paragrafu 4(a), sakemm l-ammont totali tat-talba ma jaqbiżx l-ammont li għalih l-assigurazzjoni obbligatorja hija meħtieġa, b'konformità mad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (11) , skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih ix-xarabank jew kowċ huwa normalment ibbażat. F'sitwazzjoni bħal din, ir-responsabbiltà għandha tkun limitata għal dak l-ammont.

4.     Trasportatur m'għandux ikun responsabbli skont il-paragrafu 1:

(a)

jekk l-inċident ikun ġie kkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-operat tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jew li, l-intrapriża tal-ġarr ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, jew li l-konsegwenzi tiegħu ma setgħux jiġu evitati;

(b)

safejn dak l-inċident hu t-tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu:

(a)

jimplika li trasportatur huwa l-uniku parti responsabbli għall-ħlas ta’ danni; jew

(b)

jirrestrinġi kwalunkwe dritt tat-trasportatur milli jfittex rimedju minn kwalunkwe parti oħra skont il-liġi applikabbli ta’ Stat Membru.

Artikolu 8

Ħsarat

1.     Fil-każ tal-mewt ta’ passiġġier, il-ħsarat rigward ir-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 7 għandhom jinkludu:

(a)

kwalunkwe spiża mġarrba wara l-mewt tal-passiġġier, b'mod partikolari l-ispiża tat-trasport tal-ġisem u l-ispejjeż tal-funeral;

(b)

jekk il-mewt ma sseħħx f'daqqa, il-ħsarat previsti fil-paragrafu 2.

2.     Fil-każ ta’ korriment lill-persuna jew ta’ xi ħsara fiżika jew mentali oħra lil passiġġier, il-ħsarat għandhom jinkludu:

(a)

kwalunkwe spejjeż, b'mod partikolari dawk tal-kura u tat-trasport;

(b)

kumpens għal telf finanzjarju, minħabba inkapaċità totali jew parzjali għax-xogħol, jew għal ħtiġijiet miżjuda.

3.     Jekk, permezz tal-mewt tal-passiġġier, persuni li l-passiġġier kellu, jew seta' jkollu, dover legali li jmantni jkunu mċaħħda mill-appoġġ, għandhom ukoll jiġu kkumpensati għal dak it-telf.

Artikolu 9

Bżonnijiet prattiċi u ekonomiċi immedjati tal-passiġġieri

F'każ ta’ aċċident li jirriżulta mill-użu tax-xarabank jew il-kowċ, it-trasportatur għandu jipprovdi assistenza raġonevoli fir-rigward tal-bżonnijiet prattiċi immedjati tal-passiġġieri wara l-aċċident. Tali assistenza għandha tinkludi, fejn hu meħtieġ, l-ewwel għajnuna, akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ, trasport u spejjeż tal-funerali. F'każ ta’ mewt jew korriment personali, it-trasportatur għandu wkoll iħallas bil-quddiem biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, proporzjonalment mal-ħsara mġarrba, sakemm ikun hemm evidenza prima facie ta’ kawżalità li tista' tiġi attribwita lit-trasportatur. Kwalunkwe ħlas li jkun sar, jew assistenza provduta m'għandhiex tikkostitwixxi rikonoxximent ta’ responsabbiltà.

Artikolu 10

Responsabbiltà għal bagalji mitlufa jew li ssirilhom ħsara

1.     It-trasportaturi għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara fuq bagalji mpoġġija taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1 800 għal kull passiġġier.

2.     Fil-każ ta’ inċidenti li jirriżultaw mill-operat ta’ servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ, it-trasportaturi għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara lill-proprjetà personali li l-passiġġieri kellhom fuqhom jew magħhom fil-bagalji tal-idejn. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1 300 għal kull passiġġier.

3.     Trasportatur m'għandux jinżamm responsabbli għal telf jew ħsara skont il-paragrafi 1 u 2:

(a)

jekk it-telf jew il-ħsara tkun ġiet ikkawżata minn ċirkostanzi mhux relatati mal-operat tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jew li t-trasportatur ma setax jevita minkejja li jkun ta l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi ta’ dan ma setgħux jiġu evitati;

(b)

safejn dak it-telf jew il-ħsara tkun it-tort tal-passiġġier jew ikkawżata minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

Kapitolu III

Drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa

Artikolu 11

Dritt għat-trasport

1.   It-trasportaturi, l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi m'għandhomx jirrifjutaw li jaċċettaw post ibbukkjat minn, li joħorġu jew jipprovdu xort'oħra biljett lil jew li jtellgħu abbord persuni minħabba diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa.

2.   Positijiet ibbukkjati u biljetti għandhom jiġu offruti lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda.

Artikolu 12

Eċċezzjonijiet u kondizzjonijiet speċjali

1.   Minkejja l-Artikolu 11(1), it-trasportaturi, l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi jistgħu jirrifjutaw li jaċċettaw post ibbukkjat minn, li joħorġu jew jipprovdu xort'oħra biljett lil jew li jtellgħu abbord persuna, minħabba diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa:

(a)

sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli stabbiliti mil-liġi internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali, jew sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

fejn id-disinn tal-vettura jew l-infrastruttura, inklużi l-postijiet ta’ waqfien u t-terminals, jagħmluha fiżikament impossibbli biex isir it-tlugħ abbord, l-inżul jew il-ġarr tal-persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa b'mod sikur u mil-lat operattiv vijabbli.

2.   F'każ ta’ rifjut ta’ aċċettazzjoni ta’ riservazzjoni jew li jinħareġ jew jiġi pprovdut b'mod ieħor biljett minħabba r-raġunijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, it-trasportaturi, l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi għandhom ▐ jinformaw lill-persuna kkonċernata rigward servizz alternattiv aċċettabbli mħaddem mit-trasportatur.

3.   Jekk persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, li jkollha post ibbukkjat jew għandha biljett u li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16(1)(a), tiġi xorta waħda mċaħħda l-permess li tittella' abbord minħabba d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa tagħha, dik il-persuna u kwalunkwe persuna li takkumpanjaha skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi offruta l-għażla bejn:

(a)

id-dritt għal rimborż, u fejn rilevanti, servizz ta’ ritorn mingħajr ħlas lejn l-ewwel post tat-tluq, kif stabbilit fil-kuntratt ta’ trasport, mal-ewwel opportunità; u

(b)

ħlief fejn mhux fattibbli, il-kontinwazzjoni tal-vjaġġ jew il-bdil tar-rotta permezz ta’ servizzi ta’ trasport alternattiv raġonevoli lejn il-post tad-destinazzjoni stabbilit fil-kuntratt ta’ trasport.

Id-dritt għar-rimborż tal-flus mħallsa għall-biljett m'għandux ikun affettwat min-nuqqas ta’ notifika skont l-Artikolu 16(1)(a).

4.    Jekk trasportatur, aġent tal-ivvjaġġar jew operatur tat-tours jirrifjutaw li jaċċettaw formola ta’ riżervazzjoni, joħorġu jew inkella jipprovdu biljett biex itellgħu persuna fuq il-bażi ta’ diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa għar-raġunijiet stipulati f'paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew jekk l-ekwipaġġ tal-vettura kkonċernata jikkonsisti minn persuna waħda biss, li ssuq il-vettura u li mhijiex f'pożizzjoni li tipprovdi lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa bl-għajnuna kollha kif speċifikat fl-Anness I parti b), il-persuna b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa, tista' titlob li tkun akkumpanjata minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-assistenza meħtieġa mill-persuna b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa. Tali persuna li tkun qed takkumpanja għandha tiġi ttrasportata mingħajr ħlas u, meta vijabbli, tpoġġi maġenb il-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa.

5.   Meta trasportaturi, aġenti tal-ivvjaġġar jew operaturi turistiċi jirrikorru għall-paragrafu 1, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa bir-raġunijiet għal dan, u, fuq talba, javżaw bil-miktub lill-persuna inkwistjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta ssir it-talba.

Artikolu 13

Aċċessibbiltà u informazzjoni

1.   F'kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa, it-trasportaturi u l-korpi għall-maniġġar tat-terminals għandhom, fejn meħtieġ permezz tal-organizzazzjonijiet tagħhom, jistabbilixxu, jew ikollhom fis-seħħ, kondizzjonijiet ta’ aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta’ persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

2.   Il-kondizzjonijiet ta’ aċċess previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mit-trasportaturi u mill-korpi għall-immaniġġjar tat-terminals f'formati aċċessibbli, u bl-istess lingwi bħal dawk li bihom l-informazzjoni ġeneralment tkun għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u ta’ persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.     Fuq talba, it-trasportaturi għandhom b'mod immedjat jagħmlu disponibbli kopji tal-liġijiet internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali li jistabbilixxu l-ħtiġijiet ta’ sikurezza, li fuqhom huma bbażati r-regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju. Dawn għandhom jiġu provduti f'formati aċċessibbli.

4.   L-operaturi turistiċi għandhom jagħmlu disponibbli l-kondizzjonijiet ta’ aċċess previsti fil-paragrafu 1 li japplikaw għal traġitti inklużi fi vjaġġi kollox kompriż, f'vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż li huma jorganizzaw, ibigħu jew joffru għall-bejgħ.

5.   L-informazzjoni dwar kondizzjonijiet ta’ aċċess imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandha tingħata fiżikament meta tintalab mill-passiġġier.

6.   It-trasportaturi, l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ġenerali kollha rilevanti dwar il-vjaġġ u l-kondizzjonijiet tal-ġarr tkun disponibbli u aċċessibbli f'formati adatti u aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż, fejn applikabbli ibbukkjar u informazzjoni online. L-informazzjoni għandha tingħata fiżikament meta tintalab mill-passiġġier.

Artikolu 14

Għażla tat-terminals

L-Istati Membri għandhom jagħżlu t-terminals tax-xarabankijiet u l-kowċijiet fejn għandha tiġi pprovduta l-assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-Internet lista tat-terminals magħżula tax-xarabankijiet u tal-kowċijiet.

Artikolu 15

Dritt għal assistenza f'terminals magħżula u abbord xarabankijiet u kowċijiet

1.   ▐ It-trasportaturi u l-korpi għall-immaniġġjar tat-terminals għandhom, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, f'terminals magħżula mill-Istati Membri, jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa , mill-inqas sal-punt kif speċifikat fil-parti (a) tal-Anness I.

2.   ▐ It-trasportaturi għandhom, abbord ix-xarabanks u l-kowċis, jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa , mill-inqas sal-punt speċifikat fil-parti (b) tal-Anness I.

Artikolu 16

Kondizzjonijiet li taħthom tiġi pprovduta assistenza

1.   It-trasportaturi u l-korpi għall-maniġġar tat-terminals għandhom jikkooperaw biex jagħtu assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa bil-kondizzjoni li:

(a)

il-bżonn tal-persuna għal assistenza bħal dik jiġi notifikat lit-trasportaturi, lill-korpi għall-immaniġġjar tat-terminals, lill-aġenti tal-ivvjaġġar jew lill-operaturi turistiċi mill-inqas 24 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza; u

(b)

il-persuni kkonċernati jippreżentaw ruħhom fil-post magħżul:

i)

fil-ħin stipulat minn qabel mit-trasportatur li m'għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat sakemm perjodu iqsar ma jkunx miftiehem bejn it-trasportatur u l-passiġġier ; jew

ii)

jekk ma jkun ġie stipulat l-ebda ħin, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat.

2.   Barra mill-paragrafu 1, persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom jinnotifikaw lit-trasportatur, lill-aġent tal-ivvjaġġar jew lill-operatur turistiku meta jsir l-ibbukkjar jew ix-xiri minn qabel tal-biljett bil-bżonnijiet speċifiċi tagħhom tal-postijiet fejn joqogħdu bilqiegħda, kemm-il darba l-ħtieġa tkun magħrufa dak iż-żmien.

3.   It-trasportaturi, il-korpi għall-maniġġar tat-terminals, l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw id-dħul ta’ notifiki dwar il-bżonn ta’ assistenza li jsiru minn persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Dan l-obbligu għandu japplika fit-terminals magħżula u fil-postijiet kollha tal-bejgħ tagħhom inkluż il-bejgħ bit-telefon u permezz tal-Internet.

4.   Jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-paragrafi 1(a) u 2, it-trasportaturi, il-korpi għall-maniġġar tat-terminals, l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jiżguraw li l-assistenza tkun ipprovduta b'mod li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tkun tista' titla' abbord is-servizz tat-tluq, tibdel għas-servizz korrispondenti jew tinżel mis-servizz tal-wasla li għalih hi tkun xtrat biljett.

5.   Il-korp għall-maniġġar tat-terminals għandu jagħżel post fit-terminal jew barra t-terminal fejn persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa jistgħu jħabbru l-wasla tagħhom u jitolbu assistenza. Dan il-post għandu jkun immarkat b'mod ċar b'tabella u għandu joffri, f'formati aċċessibbli, informazzjoni bażika dwar it-terminal u l-assistenza pprovduta.

Artikolu 17

Trasmissjoni ta’ informazzjoni lil parti terza

Jekk l-aġenti tal-ivvjaġġar jew l-operaturi turistiċi jirċievu notifika msemmija fl-Artikolu 16(1)(a), huma għandhom, fil-ħin normali tagħhom tal-uffiċċju, jibagħtu l-informazzjoni lit-trasportatur jew lill-korp għall-maniġġar tat-terminal fl-aqsar żmien possibbli.

Artikolu 18

Taħriġ

1.   It-trasportaturi u, fejn xieraq, il-korpi għall-maniġġar tat-terminals għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ taħriġ relatati mad-diżabbiltà, inklużi struzzjonijiet, u jiżguraw li:

(a)

il-persunal tagħhom, ħlief ix-xufiera, inklużi dawk impjegati minn kwalunkwe parti oħra li twettaq il-ġarr, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu mħarrġa jew jingħataw struzzjonijiet kif deskritt fl-Anness II, il-parti a) u b); u

(b)

il-persunal tagħhom, inklużi x-xufiera, li jittrattaw direttament mal-pubbliku li jkun qed jivvjaġġa jew ma’ kwistjonijiet relatati mal-pubbliku li jkun qed jivvjaġġa, ikunu mħarrġa jew jingħataw struzzjonijiet kif deskritt fl-Anness II, il-parti a).

2.   Stat Membru jista' għal perijodu massimu ta’ sentejn minn … (12) jagħti eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-paragrafu (1)(b) fir-rigward tat-taħriġ tax-xufiera.

Artikolu 19

Kumpens rigward siġġijiet tar-roti u apparat ieħor għall-mobbiltà

1.   It-trasportaturi u l-korpi għall-immaniġġjar tat-terminals għandhom ikunu responsabbli meta jkunu kkawżaw it-telf ta’ jew ħsara fis-siġġijiet tar-roti, apparat għall-mobbiltà jew tagħmir ieħor ta’ assistenza ▐. It-trasportatur jew il-korp għall-immaniġġjar tat-terminal responsabbli għat-telf jew għall-ħsara għandhom jagħtu l-kumpens għal dak it-telf jew ħsara.

2.   Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs l-ispiża ta’ tibdil jew tiswija tal-apparat jew tat-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara.

3.   Fejn meħtieġ għandu jsir kull sforz biex ikun ipprovdut malajr apparat jew tagħmir ta’ sostituzzjoni temporanji. Is-siġġijiet tar-roti, appart ta’ mobbiltà u tagħmir ieħor ta’ assistenza għandu jkollhom, fejn possibbli, karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dawk li jkunu ntilfu jew li tkun saritilhom ħsara.

Kapitolu IV

Drittijiet tal-Passiġġieri f'każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien

Artikolu 20

Kontinwazzjoni, bdil tar-rotta u rimborż

1.   Fejn trasportatur raġonevolment jipprevedi li servizz regolari ser jiġi kkanċellat jew ittardjat fit-tluq minn terminal għal aktar minn 120 minuta, jew f'każ ta’ ibbukkjar żejjed, il-passiġġier għandu immedjatament jiġi offrut l-għażla bejn:

(a)

kontinwazzjoni jew bdil tar-rotta lejn id-destinazzjoni finali, bl-ebda spejjeż addizzjonali u taħt kondizzjonijiet komparabbli, kif stabbilit fil-kuntratt ta’ trasport, mal-ewwel opportunità;

(b)

rimborż tal-prezz tal-biljett u, fejn rilevanti, servizz ta’ ritorn bix-xarabank jew bil-kowċ mingħajr ħlas lejn l-ewwel post tat-tluq, kif stabbilit fil-kuntratt ta’ trasport, mal-ewwel opportunità ;

(c)

b'żieda mar-rimborż imsemmi fil-punt (b), d-dritt għal kumpens li jammonta għal 50 % tal-prezz tal-biljett jekk it-trasportatur jonqos milli joffri kontinwazzjoni jew tibdil fir-rotta għad-destinazzjoni finali kif imsemmi fil-punt (a). Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar minn meta tiġi ppreżentata t-talba għal kumpens.

2.     Jekk ix-xarabank jew il-kowċ ikollhom il-ħsara, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti trasport mill-post fejn tkun waqfet il-vettura għal post ta’ stennija xieraq jew venda, minn fejn ikunu jistgħu jkomplu l-vjaġġ tagħhom.

3.   Meta servizz regolari jiġi kkanċellat jew jittardja fit-tluq minn post ta’ waqfien għal aktar minn 120 minuta, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt għal tali kontinwazzjoni jew bdil tar-rotta jew rimborż tal-prezz tal-biljett mit-trasportatur.

4.   Il-ħlas tar-rimborż previst fil-paragrafi 1(b) u 3 għandu jsir fi żmien 14-il jum minn meta tkun saret l-offerta jew tkun ġiet irċevuta t-talba. Il-ħlas għandu jkopri l-ispiża sħiħa tal-biljett bil-prezz li bih ikun inxtara, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li diġà saru jekk il-vjaġġ ma jkunx għad fadallu skop fir-rigward tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tal-passiġġier. Fil-każ ta’ pass tal-ivjaġġar jew biljett staġunali il-ħlas għandu jkun daqs il-parti proporzjonali tiegħu tal-ispiża sħiħa tal-pass jew biljett. Ir-rimborż għandu jitħallas fi flus, sakemm il-passiġġier ma jaċċettax forma oħra ta’ rimborż.

Artikolu 21

Informazzjoni

1.   F'każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq ta’ servizzi regolari, il-passiġġieri li jitilqu minn terminals għandhom jiġu informati mit-trasportatur jew, fejn meħtieġ, mill-korp għall-maniġġar tat-terminals, bis-sitwazzjoni malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u bil-ħin tat-tluq stmat hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

2.   Jekk il-passiġġieri jitilfu, skont l-iskeda, servizz li jkun jgħaqqad ma’ servizz ieħor, minħabba kanċellazzjoni jew dewmien, it-trasportatur jew, fejn xieraq, il-korp għall-maniġġar tat-terminal, għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jinforma lill-passiġġieri kkonċernati dwar konnessjonijiet alternattivi.

3.   It-trasportatur jew, fejn meħtieġ, il-korp għall-maniġġar tat-terminal, għandu jiżgura li persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa jirċievu l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 2 f'formati aċċessibbli.

Artikolu 22

Assistenza f'każ ta’ tluq kanċellat jew ittardjat

1.   Għal vjaġġ ta’ tul skedat ta’ aktar minn tliet sigħat, it-trasportatur, f'każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq minn terminal għal aktar minn siegħa , għandu joffri lill-passiġġier mingħajr ħlas:

(a)

ikliet ħfief, ikliet jew xorb b'mod raġonevoli skont it-tul tal-ħin ta’ stennija jew dewmien, bil-kondizzjoni li dawn ikunu disponibbli fuq ix-xarabank jew fit-terminal, jew jistgħu jkunu fornuti b'mod raġonevoli;

(b)

▐ kamra f'lukanda jew akkomodazzjoni oħra kif ukoll assistenza biex jiġi rranġat trasport bejn it-terminal u l-post tal-akkomodazzjoni f'każijiet fejn ikun meħtieġ soġġorn ta’ lejl wieħed jew aktar.

2.   Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, it-trasportatur għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u tal-persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.

Artikolu 23

Talbiet ulterjuri

Xejn f'dan il-Kapitolu m'għandu jipprekludi lill-passiġġieri milli jfittxu għal danni, skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati nazzjonali, fir-rigward ta’ telf li jirriżulta mill-kanċellazzjoni jew dewmien ta’ servizzi regolari.

Artikolu 24

Miżuri addizzjonali favur il-passiġġieri

It-trasportaturi għandhom jikkooperaw biex jadottaw arranġamenti fil-livell nazzjonali u Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, assoċjazzjonijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta’ konsumaturi, passiġġieri u persuni b'diżabbiltà. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-attenzjoni mogħtija lill-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta’ dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar b'attenzjoni partikolari għall-passiġġieri bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabbiltà, mobbiltà limitata, mard, età kbira, tqala u li għandha tiġi estiża għal tfal żgħar u l-passiġġieri li jakkumpanjawhom.

Kapitolu V

Regoli ġenerali dwar informazzjoni u ilmenti

Artikolu 25

Dritt għal informazzjoni dwar l-ivjaġġar

It-trasportaturi u l-korpi għall-maniġġar tat-terminals għandhom, fl-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom, jipprovdu lill-passiġġieri informazzjoni adegwata mill-mument tar-riservazzjoni u matul il-vjaġġ kollu tagħhom f'formati aċċessibbli u skont mudell kunċettwali komuni għal data u sistemi tat-trasport pubbliku.

Artikolu 26

Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri

1.   It-trasportaturi u l-korpi għall-immaniġġjar tat-terminals għandhom, fl-oqsma rispettivi tagħhom ta’ kompetenza, jiżguraw li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni xierqa u li tinftiehem fir-rigward tad-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament fil-mument tar-riservazzjoni u l-aktar tard mat-tluq. L-informazzjoni għandha f'formati aċċessibbli, u skont modell kunċettwali komuni għad-data u s-sistemi ta’ trasport pubbliku tingħata fit-terminals u fejn applikabbli, fuq l-Internet. ▐ Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp jew korpi għall-infurzar magħżulin mill-Istat Membru skont l-Artikolu 29(1).

2.   Sabiex ikunu konformi mar-rekwiżit ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, it-trasportaturi u l-korpi għall-maniġġar tat-terminals jistgħu jużaw sommarju tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imħejji mill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u magħmul disponibbli għalihom.

Artikolu 27

Ilmenti

It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu jew jiddisponu minn mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament .

Artikolu 28

Preżentazzjoni tal-ilmenti

Jekk passiġġier kopert minn dan ir-Regolament ikun irid iressaq ilment lit-trasportatur ▐, huwa għandu jagħmel dan fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkun twettaq is-servizz regolari jew meta servizz regolari kellu jitwettaq. Fi żmien xahar minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jinnotifika lill-passiġġier li l-ilment tiegħu ġie sostanzjat, miċħud jew għadu qed jiġi kkunsidrat. Iż-żmien li jittieħed biex tingħata t-tweġiba finali m'għandux ikun itwal minn xahrejn minn meta jkun ġie rċevut l-ilment.

Kapitolu VI

Infurzar u korpi nazzjonali tal-infurzar

Artikolu 29

Korpi nazzjonali tal-infurzar

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi ▐ eżistenti , jew korp ġdid, jekk m'hemmx korp eżistenti, responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament ▐. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Kull korp għandu, fl-organizzazzjoni, fid-deċiżjonijet dwar finanzjament, fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, ikun indipendenti mit-trasportaturi, mill-operaturi turistiċi u mill-korpi għall-immaniġġjar tat-terminals.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew il-korpi magħżulin skont dan l-Artikolu.

3.   Kwalunkwe passiġġier jista' jressaq ilment, ▐ lill-korp xieraq magħżul skont il-paragrafu 1, jew lil kwalunkwe korp xieraq ieħor magħżul minn Stat Membru, dwar ksur allegat ta’ dan ir-Regolament.

Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-passiġġier bħala l-ewwel pass għandu jippreżenta ilment ▐ lit-trasportatur , li f'dak il-każ, il-korp nazzjonali ta’ infurzar jew kwalunkwe korp xieraq ieħor magħżul mill-Istat Membru għandu jaġixxi bħala korp tal-appell għall-ilmenti li ma jiġux riżolti taħt l-Artikolu 28.

Artikolu 30

Rapport dwar l-infurzar

Sa l-1 ta’ Ġunju … (13) u kull sentejn wara dik id-data, il-korpi tal-infurzar magħżulin skont l-Artikolu 29(1) għandhom jippubblikaw rapport dwar l-attività tagħhom fis-sentejn kalendarji preċedenti, li jkun fih, b'mod partikolari, deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħudin sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament u statistika dwar l-ilmenti u s-sanzjonijiet li jkunu ġew applikati.

Artikolu 31

Kooperazzjoni bejn korpi tal-infurzar

Il-korpi nazzjonali tal-infurzar kif imsemmijin fl-Artikolu 29(1) għandhom, fejn xieraq, jiskambjaw l-informazzjoni dwar ħidmiethom u l-prinċipji u l-prassi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'dan il-kompitu.

Artikolu 32

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u miżuri sa … (14) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 33

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa … (15), dwar l-operat u l-effetti ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposti leġislattivi li jimplimentaw f'aktar dettall id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jew li jemendawh.

Artikolu 34

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jiżdied il-punt li ġej:

“18.

Ir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ (16)  (18)

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … (19).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 99.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 (ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 312), pożizzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2010 (ĠU C 122 E, 11.5. 2010, p. 1.) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010.

(3)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

(4)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(8)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(9)   ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tliet xhur mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(10)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data ekwivalenti għal ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(11)   ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(12)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(13)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data ekwivalenti għal sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(15)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data ekwivalenti għal tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(16)  ĠU … ()

(17)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenzi ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.”

(18)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

(19)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data ekwivalenti għal sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
ANNESS I

Assistenza pprovduta lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa

a)   Assistenza f'terminals magħżulin

L-assistenza u l-arranġamenti meħtieġa biex jippermettu lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa sabiex:

jikkomunikaw il-wasla tagħhom fit-terminal kif ukoll it-talba tagħhom għal assistenza f'postijiet magħżula;

jiċċaqilqu mill-post magħżul sal-bank taċ-check-in, il-kamra għall-istennija u ż-żona għall-imbark;

jitilgħu abbord il-vettura, permezz ta’ liftijiet, siġġijiet tar-roti jew assistenza oħra meħtieġa, skont il-każ;

jgħabbu l-bagalji tagħhom;

jieħdu lura l-bagalji tagħhom;

jinżlu mill-vettura;

ikollhom magħhom kelb tal-għajnuna rikonoxxut abbord ix-xarabank jew il-kowċ;

jipproċedu għall-post bilqiegħda.

b)   Assistenza abbord

L-assistenza u l-arranġamenti meħtieġa biex jippermettu lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa sabiex:

tingħatalhom l-informazzjoni essenzjali dwar vjaġġ f'formati aċċessibbli kemm-il darba ssir talba mill-passiġġier;

imorru sat-tojlits abbord, jekk ikun hemm persunal ieħor apparti x-xufier abbord;

jitilgħu/jinżlu waqt pawżi fi vjaġġ, jekk ikun hemm persunal ieħor minbarra x-xufier abbord.

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
ANNESS II

Taħriġ li għandu x'jaqsam mad-diżabbiltà

a)   Taħriġ dwar sensibilizzazzjoni għad-diżabbiltà

It-taħriġ tal-persunal li jittratta direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa jinkludi:

sensibilizzazzjoni għal u risponsi adatti għal passiġġieri b'diżabbiltajiet fiżiċi, sensorji (smigħ u viżiv), moħbija jew ta’ tagħlim, inkluż dwar kif wieħed jiddistingwi bejn l-abbiltajiet differenti ta’ persuni li l-mobbiltà, l-orjentazzjoni jew il-komunikazzjoni tagħhom tista' tkun imnaqqsa;

xkiel iffaċċjat minn persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż xkiel ta’ attitudni, ambjentali/fiżiku u organizzattiv;

klieb tal-għajnuna rikonoxxuti, inklużi r-rwol u l-bżonnijiet ta’ kelb tal-għajnuna;

kif wieħed jittratta avvenimenti mhux mistennija;

ħiliet interpersonali u metodi tal-komunikazzjoni ma’ persuni torox u ma’ persuni neqsin mis-smigħ, ma’ persuni neqsin mid-dawl, ma’ persuni b'diffikultajiet fit-taħdit u ma’ nies b'diżabbiltà ta’ tagħlim;

kif tittratta siġġijiet tar-roti u għajnuniet oħra għall-mobbiltà bil-galbu sabiex tiġi evitata l-ħsara (għall-persunal kollu li hu responsabbli għall-maniġġar tal-bagalji, jekk ikun hemm).

b)   Taħriġ għal assistenza fil-każ ta' diżabbiltà

It-taħriġ lill-persunal li jassisti direttament lil persuni b'diżabbiltà jew lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa jinkludi:

kif tgħin lil min juża siġġu tar-roti jpoġġi u jqum mis-siġġu tar-roti;

ħiliet biex tingħata assistenza lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li jkunu qed jivvjaġġaw b'kelb tal-għajnuna rikonoxxut, inklużi r-rwol u l-bżonnijiet ta’ dawk il-klieb;

teknika għall-akkompanjament ta’ passiġġieri b'nuqqas ta’ dawl u għall-immaniġġar u l-ġarr ta’ klieb tal-għajnuna rikonoxxuti;

għarfien tat-tipi ta’ apparat li jista' jassisti lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa u għarfien ta’ kif għandu jkun immaniġġat apparat bħal dan;

l-użu ta’ tagħmir ta’ assistenza għat-tlugħ u għall-inżul użat u l-għarfien ta’ proċeduri xierqa għal assistenza waqt it-tlugħ u l-inżul li jissalvagwardjaw is-sigurtà u d-dinjità tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

għarfien tal-ħtieġa għal assistenza affidabbli u professjonali. Barra minn hekk, għarfien tal-potenzjal ta’ ċerti passiġġieri b'diżabbiltà li jesperjenzaw sensazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà waqt l-ivvjaġġar minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-assistenza pprovduta;

għarfien tal-ewwel għajnuna.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/168


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli ***II

P7_TA(2010)0257

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (14849/3/2009 – C7-0076/2010 – 2008/0246(COD))

2011/C 351 E/29

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14849/3/2009 – C7-0076/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0816),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0476/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikoli 91(1) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2009 (2),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0177/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati tat-23.4.2009, P6_TA(2009)0280.

(2)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 89.


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
P7_TC2-COD(2008)0246

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1177/2010)


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/169


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Sistema Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u interkonnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport ***II

P7_TA(2010)0258

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-varar ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (06103/4/2010 – C7-0119/2010 – 2008/0263(COD))

2011/C 351 E/30

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06103/4/2010 – C7-0119/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0887),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0512/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2009 (2),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0211/2010),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

3.

Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, 23.4.2009, P6_TA(2009)0283.

(2)  ĠU C 277, 17.11.2009, p. 85.


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
ANNESS

Stqarrijiet

fir-rigward tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar qafas għall-varar ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

Stqarrija tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFUE

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe pożizzjoni li l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu fil-ġejjieni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE jew ta’ atti leġiżlattivi individwali li jkun fihom dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip.”

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar l-isfruttament tal-azzjonijiet ta’ prijorità dwar is-STI

“1.

L-Artikolu 6(2) tat-test tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jgħid dan li ġej:

2.

Il-Kummissjoni għandha timmira li tadotta speċifikazzjonijiet għal azzjoni waħda jew iktar mill-azzjonijiet ta’ prijorità sal- … (1).

Sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn meta jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal azzjoni ta’ prijorità, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u wara li tkun wettqet valutazzjoni tal-impatt li tinkludi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-isfruttament ta’ din l-azzjoni ta’ prijorità skont l-Artikolu 294 tat-TFUE.

2.

Abbażi tat-tagħrif li huwa disponibbli bħalissa, il-Kummissjoni hija tal-fehma li sabiex jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-azzjonijiet ta’ prijorità msemmijin fl-Artikolu 3, tista’ tkun prevista l-iskeda indikattiva li ġejja:

It-tabella nru 1:   Skeda indikattiva għall-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-azzjonijiet ta’ prijorità

Speċifikazzjonijiet għal:

Sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena:

il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni multimodali dwar l-ivvjaġġar madwar l-UE kollha, kif stipulat fl-Artikolu 3(a)

2014

il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali madwar l-UE kollha, kif stipulat fl-Artikolu 3(b)

2013

id-dejta u l-proċeduri, fejn possibbli, għall-forniment b’xejn ta’ informazzjoni minima universali lill-utenti dwar it-traffiku b’rabta mas-sikurezza fit-toroq, kif stipulat fl-Artikolu 3(c)

2012

il-forniment armonizzat tas-servizz interoperabbli ta’ telefonati tal-emerġenza msejjaħ ‘eCall’ madwar l-UE kollha, kif stipulat fl-Artikolu 3(d)

2012

il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar postijiet sikuri u mingħajr periklu fejn wieħed jista’ jipparkja t-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali, kif stipulat fl-Artikolu 3(e)

2012

il-forniment ta’ servizzi li jirriżervaw postijiet sikuri u mingħajr periklu fejn wieħed jista’ jipparkja t-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali, kif stipulat fl-Artikolu 3(f)

2013

Din l-iskeda indikattiva hija msejsa fuq is-suppożizzjoni li jintlaħaq ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar id-Direttiva dwar is-STI kmieni fit-tieni qari fil-bidu tal-2010.”

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar ir-responsabbiltà

“L-isfruttar u l-użu tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-STI jistgħu jqajmu għadd ta’ kwistjonijiet ta’ responsabbiltà li jistgħu jkunu ta’ xkiel ewlieni għall-penetrazzjoni ta’ xi servizzi tas-STI b’mod ġenerali fis-suq. Waħda mill-azzjonjiet ta’ prijorità li ressqet il-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar is-STI hija li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati.

Billi tqis il-leġiżlazzjoni eżistenti kemm nazzjonali u kif ukoll tal-Komunità dwar ir-responsabbiltà, u b’mod partikulari d-Direttiva 1999/34/KE, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib l-iżviluppi li jseħħu fl-Istati Membri dwar l-isfruttar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-STI. Jekk ikun meħtieġ u xieraq, il-Kummissjoni se telabora l-linji gwida dwar ir-responsabbiltà, u tiddeskrivi b’mod partikulari l-obbligi tal-partijiet interessati b’rabta mal-implimentazzjoni u mal-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-STI.”

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar in-notifika dwar l-atti ddelegati

“Il-Kummissjoni Ewropea tinnota li, għajr fil-każijiet meta l-att leġiżlattiv ikun jipprevedi l-użu ta’ proċedura ta’ urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkunsidraw li fin-notifika tal-atti ddelegati għandhom jitqiesu l-perjodi tal-vaganzi tal-istituzzjonijiet (fix-xitwa, fis-sajf u waqt l-elezzjonijiet Ewropej), biex jiġi żgurat li huma jkunu jistgħu jużaw il-prerogattivi tagħhom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-atti leġiżlattivi rilevanti, u hija lesta taġixxi skont dan.”


(1)  Jekk joġħġbok daħħal id-data: 30 xahar wara li tidħol fis-seħħ din id-Direttiva.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/171


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
Formalitajiet ta’ dikjarazzjoni tal-bastimenti meta jidħlu fil-portijiet jew joħorġu minnhom ***I

P7_TA(2010)0259

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għal bastimenti li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità, u li tirrevoka d-Direttiva 2002/6/KE (COM(2009)0011 – C6-0030/2009 – 2009/0005(COD))

2011/C 351 E/31

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0011 ),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0030/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2009 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ Ġunju 2009 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0064/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawn taħt;

2.

Japprova l-istqarrijiet konġunti mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessi ma’ din ir-risoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tal-istqarrija tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-risoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 128, 18.5.2010, p. 131.

(2)  ĠU C 211, 4.9.2009, p. 65.


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
P7_TC1-COD(2009)0005

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/65/UE)

It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
ANNESS

Dikjarazzjoni konġunta mill-parlament ewropew, il-kunsill u l-kummissjoni dwar l-għoti ta’ Ċertifikati għall-Eżenzjoni tal-Pilotaġġ

Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-trasport qasir bil-baħar u meta wieħed iżomm f'moħħu l-istandards tas-servizzi tal-pilotaġġ diġà stabbiliti f'bosta Stati Membri u r-rwol li għandhom il-piloti marittimi fil-promozzjoni tas-sigurtà marittima u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaraw il-ħtieġa li jeżaminaw qafas ċar għall-għoti ta’ ċertifikati għall-eżenzjoni tal-pilotaġġ fil-portijiet Ewropej b'konformità mal-għan tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiġi stabbilit spazju Ewropew tat-trasport marittimu mingħajr ostakli, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Ewropea għall-Portijiet (COM(2007)0616) filwaqt li wieħed jżomm f'moħħu li kull qasam tal-pilotaġġ jeħtieġ esperjenza estremament speċjalizzata u għarfien lokali. Il-Kummissjoni dalwaqt se teżamina din il-kwistjoni bil-konsiderazzjoni tal-importanza tas-sikurezza fuq il-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet li huma rilevanti, trasparenti u proporzjonati. Hija se tikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni tagħha lill-Istituzzjonijiet l-oħra u, jekk ikun xieraq, tipproponi azzjonijiet ulterjuri.

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 TFUE

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandha ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 TFUE jew tal-atti leġiżlattivi individwali li fihom dispożizzjonijiet bħal dawn.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-notifika ta’ atti delegati

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu nota li, ħlief fil-każijiet fejn l-att leġiżlattiv jipprovdi għal proċedura ta’ urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkunsidraw li n-notifika ta’ atti delegati għandha tieħu kont tal-perjodi ta’ vaganzi tal-istituzzjonijiet (fix-xitwa, fis-sajf u waqt l-elezzjonijiet Ewropej), sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-atti leġiżlattivi rilevanti, u hija lesta taġixxi b'mod korrispondenti.


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/174


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Prodotti ġodda tal-ikel ***II

P7_TA(2010)0266

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1331/2008 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (11261/3/2009 – C7-0078/2010 – 2008/0002(COD))

2011/C 351 E/32

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11261/3/2009 – C7-0078/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0872),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0027/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ Mejju 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0152/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 236.

(2)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 81.


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
P7_TC2-COD(2008)0002

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni u filwaqt li jitqies it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jkun garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin u ħarsien tal-konsumatur, kif ukoll livell għoli ta’ benessri tal-annimali u ta’ ħarsien ambjentali. Barra minn hekk, għandu jiġi dejjem applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3).

(2)

Għandu jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fit-twettiq tal-linji politiċi tal-Unjoni u għandu jingħata prijorità fuq l-operat tas-suq intern .

(3)

L-Artikolu 13 TFUE jikkjarifika li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali meta jkunu qegħdin jifformulaw u jimplimentaw il-politiki, ladarba l-annimali huma ħlejjaq senzjenti.

(4)

L-istandards stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu applikati għall-ikel kollu mqiegħed fis-suq tal-Unjoni, inkluż ikel impurtat minn pajjiżi terzi.

(5)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar l-ikklownjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel (4), il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti li jipprojbixxu, għal skopijiet ta’ provvista tal-ikel (i) l-ikklownjar tal-annimali, (ii) it-trobbija ta’ annimali kklownjati jew il-frieħ tagħhom, (iii) it-tqegħid fis-suq ta’ laħam jew prodotti magħmulin mill-ħalib li ġejjin minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom (iv) l-importazzjoni ta’ annimali kklownjati, tal-frieħ tagħhom, ta’ semen u ta’ embriji minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom, u laħam u prodotti tal-ħalib li ġejjin minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom.

(6)

Fit-28 u d-29 ta’ Settembru 2005, il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar Riskji għas-Saħħa Emerġenti u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) adotta opinjoni li kkonkludiet li kien hemm ‘nuqqasijiet kbar fl-għarfien meħtieġ għall-valutazzjoni tar-riskju. Dawn jinkludu karatterizzazzjoni tan-nanopartiċelli, l-iskoperta u l-kejl tan-nanopartiċelli, ir-rispons għad-doża, id-destin u l-persistenza tan-nanopartiċelli fil-bniedem u fl-ambjent, u l-aspetti kollha tat-tossikoloġija u t-tossikoloġija ambjentali b'rabta man-nanopartiċelli’. Barra minn hekk, l-opinjoni tal-SCENIHR ikkonkludiet li ‘l-metodi tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi eżistenti jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw fir-rigward tan-nanopartiċelli’.

(7)

Ir-regoli tal-Unjoni dwar ikel ġdid ġew stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (5) u permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 tal-20 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ċerta informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għall-protezzjoni tal-informazzjoni ppreċentata skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 258/97 (6). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament (KE) Nru 1852/2001 għandhom jiġu mħassra u r-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 97/618/KE tad-29 ta’ Lulju 1997 dwar l-aspetti xjentifiċi u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni neċessarja sabiex tappoġġja applikazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid u l-ingredjenti ta’ ikel ġdid u l-preparazzjoni ta’ rapporti inizjali ta’ valutazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) m'għandhiex għalhekk tapplika aktar fir-rigward ta’ ikel ġdid.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-kontinwità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, in-nuqqas ta’ użu għall-konsum mill-bniedem sa grad sinifikanti fl-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97, jiġifieri l-15 ta’ Mejju 1997, għandu jinżamm bħala l-kriterju għal ikel biex dan jitqies bħala ġdid. Użu fl-Unjoni jirreferi għal użu fl-Istati Membri irrispettivament mid-data tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea.

(9)

▐ Id-definizzjoni eżistenti ta’ ikel ġdid għandha tiġi ċċarata , bi spjegazzjoni tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ikel jiġi kkunsidrat ġdid, u aġġornata billi tissostitwixxi l-kateġoriji eżistenti, b'referenza għad-definizzjoni ġenerali ta’ ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 .

(10)

Ikel bi struttura molekolari primarja ġdida jew li kienet immodifikata intenzjonalment, ikel li huwa magħmul minn mikroorganiżmi, fungi jew algi jew li ġie iżolat minnhom, speċijiet ġodda ta’ mikroorganiżmi li ma jkollhomx passat ta’ użu sikur u konċentrati ta’ sustanzi li jinstabu b'mod naturali fil-pjanti għandhom ikunu kkunsidrati bħala ikel ġdid kif definit f'dan ir-Regolament.

(11)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li ikel għandu jitqies bħala ġdid meta għal dak l-ikel tiġi applikata teknoloġija ta’ produzzjoni li ma tkunx intużat qabel għall-produzzjoni tal-ikel li jitqiegħed fis-suq u jiġi kkunsmat . B'mod partikolari, teknoloġiji emerġenti fil-proċessi ta’ tgħammir u produzzjoni tal-ikel, li għandhom impatt fuq l-ikel, u għalhekk jista' jkollhom impatt fuq is-sikurezza tal-ikel, għandhom jiġu koperti minn dan ir-Regolament. Għalhekk l-ikel ġdid għandu jinkludi ikel derivat minn pjanti u annimali, prodotti permezz ta’ tekniki mhux tradizzjonali ta’ tgħammir u ▐ ikel modifikat permezz ta’ proċessi ġodda ta’ produzzjoni, bħan-nanoteknoloġija u n-nanoxjenza, li jista' jkollu impatt fuq l-ikel ▐. Ikel derivat minn varjetajiet ta’ pjanti ġodda, jew minn razez ta’ annimali prodotti minn tekniki ta’ tagħmir tradizzjonali, għandhom jitqiesu bħala ikel ġdid. ▐

(12)

L-ikklownjar tal-annimali huwa inkompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (8), li l-punt 20 tal-Anness tagħha jistipula li ma għandhomx jintużaw proċeduri naturali jew artifiċjali tat-trobbija li jikkawżaw jew li x'aktarx jikkawżaw tbatija jew korriment lil xi annimali kkonċernati. L-ikel minn annimali kklownjati jew mid-dixxendenti tagħhom ma jistax għalhekk jitqiegħed fil-lista tal-Unjoni.

(13)

Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997, iddikjara, fl-Opinjoni tiegħu (Nru 23) tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar l-aspetti etiċi tal-ikklownjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel, li huwa ‘ma jara l-ebda argument konvinċenti li jista' jiġġustifika l-produzzjoni tal-ikel minn kloni jew mill-frieħ tagħhom’. Il-Kumitat Xjentifiku tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (l-‘Awtorità’) ikkonkluda, fl-Opinjoni tiegħu dwar l-ikklownjar tal-annimali tal-15 ta’ Lulju 2008 (9), li ‘instab li s-saħħa u l-benessri ta’ proporzjon sinifikanti ta’ kloni … huma affettwati b'mod negattiv, ta’ spiss b'mod sever u b'konsegwenzi fatali’.

(14)

Ikel li ġej minn annimali kklownjati u mid-dixxendenti tagħhom għandu, madankollu, ikun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu jkun ittrattat f'regolament speċifiku, li jiġi adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, u ma għandux ikun soġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Sakemm jidħol fis-seħħ regolament dwar l-annimali kklownjati għandu japplika moratorju għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel li jiġi prodott minn annimali kklownjati jew id-dixxendenti tagħhom.

(15)

Għandhom jiġu adottati miżuri implimentattivi biex isir provvediment għal aktar kriterji biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni ta’ jekk ikel kienx intuża għall-konsum mill-bniedem sa grad sinifikanti fl-Unjoni qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Jekk ▐ ikel ikun intuża esklussivament bħala suppliment tal-ikel jew f'suppliment tal-ikel, kif iddefinit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (10), qabel din id-data, dan ikun jista' jitqiegħed fis-suq ▐ wara dik id-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Madankollu, dak l-użu bħala suppliment tal-ikel, jew f'suppliment tal-ikel m'għandux jitqies għall-valutazzjoni dwar jekk l-ikel kienx intuża għall-konsum mill-bniedem sa grad sinifikanti fl-Unjoni qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Għalhekk, użi oħra tal-ikel ikkonċernat, jiġifieri użi minbarra bħala suppliment tal-ikel, iridu jiġu awtorizzati skont dan ir-Regolament.

(16)

L-użu ta’ nanomaterjali maħdumin fil-produzzjoni tal-ikel jista' jiżdied mal-iżvilupp ulterjuri tat-teknoloġija. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bnienem, ▐ huwa meħtieġ li tiġi żviluppata definizzjoni uniformi għal nanomaterjali maħdumin ▐.

(17)

Il-metodi għall-ittestjar attwalment disponibbli llum il-ġurnata mhumiex adegwati għall-valutazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ nanomaterjali . Għandhom jiġu żviluppati b'mod urġenti metodi ta’ ttestjar li ma jinvolvux l-annimali għall-ittestjar tan-nanomaterjali.

(18)

Huma biss in-nanomaterjali mdaħħla f'lista ta’ nanomaterjali approvati li għandhom ikunu preżenti fil-pakketti tal-ikel, u għandhom ikunu akkumpanjati minn limitu ta’ migrazzjoni għall-prodotti tal-ikel li jkunu f'dan l-imballaġġ.

(19)

Prodotti tal-ikel ifformulati mill-ġdid u magħmulin minn ingredjenti tal-ikel eżistenti u disponibbli fis-suq tal-Unjoni , b'mod partikolari dawk ifformulati mill-ġdid billi jinbidlu l-kompożizzjoni jew l-ammonti ta’ dawn l-ingredjenti tal-ikel, ▐ m'għandhomx jitqiesu bħala ikel ġdid. ▐

(20)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (11) għandhom japplikaw meta, b'kont meħud tal-karatteristiċi kollha tiegħu, prodott jista' jaqa' kemm taħt id-definizzjoni ta’ “prodott mediċinali” u kif ukoll taħt id-definizzjoni ta’ prodott kopert b'leġislazzjoni oħra tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, Stat Membru, jekk huwa jistabbilixxi skont id-Direttiva 2001/83/KE li prodott ikun prodott mediċinali, għandu jkun permess jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq ta’ tali prodott skont il-liġi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prodotti mediċinali huma esklużi mid-definizzjoni ta’ ikel kif stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u m'għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

(21)

Ikel ġdid awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jżomm l-istatus ta’ ikel ġdid tiegħu iżda tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għal kwalunkwe użu ġdid ta’ tali ikel.

(22)

Ikel maħsub għal użi teknoloġiċi jew li huwa modifikat ġenetikament m'għandux jaqa' taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, ikel ġenetikament modifikat li jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (12), ikel użat biss bħala addittiv li jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 (13), aromatizzanti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 (14), enżimi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar- Regolament (KE) Nru 1332/2008 (15) u solventi tal-estrazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/32/KE (16) m' għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament.

(23)

L-użu ta’ vitamini u minerali huwa rregolat minn liġijiet settorjali speċifiċi tal-ikel. Il-vitamini u l-minerali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (17) u d-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (Tfassil mill-ġdid) (18) għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, dawk l-atti legali speċifiċi ma jittrattawx każijiet fejn vitamini u sustanzi minerali awtorizzati jinkisbu permezz ta’ metodi ta’ produzzjoni jew bl-użu ta’ sorsi ġodda li ma ġewx meqjusa meta ġew awtorizzati. Għalhekk, sakemm jiġu emendati dawk l-atti legali speċifiċi, tali vitamini u sustanzi minerali m'għandhomx jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta l-metodi ta’ produzzjoni jew is-sorsi ġodda jagħtu bidu għal bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fl-istruttura tal-vitamini jew minerali li taffettwa l-valur nutrittiv tagħhom, kif jiġu metaboliżżati jew il-livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa tagħhom.

(24)

Ikel ġdid, minbarra vitamini u minerali, maħsub għal użi nutrittivi partikolari, għall-fortifikazzjoni tal-ikel jew bħala supplimenti tal-ikel, għandu jiġi valutat skont dan ir-Regolament. Dan għandu jibqa' ukoll soġġett għar-regoli previsti fid-Direttiva 2002/46/KE, fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, fid-Direttiva 2009/39/KE, u fid-Direttivi speċifiċi msemmija fid-Direttiva 2009/39/KE u fl-Anness I tagħha.

(25)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċedura sempliċi u trasparenti għal każijiet li fihom ma jkollhiex informazzjoni disponibbli dwar il-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997 . L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'din il-proċedura . Il-proċedura għandha tiġi adottata sa mhux aktar tard minn …  (19).

(26)

Ikel ġdid għandu jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni biss jekk huwa sikur u jekk ma jqarraqx lill-konsumatur. Il-valutazzjoni tas-sikurezza tiegħu għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Barra minn hekk, ▐ huwa m'għandux ikun differenti mill-ikel li jkun se jissostitwixxi bi kwalunkwe mod li jkun ta’ żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur.

(27)

Huwa meħtieġ li tiġi applikata proċedura ċentralizzata armonizzata għall-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza li hija effiċjenti, limitata fiż-żmien u trasparenti. Bl-għan li tkompli tarmonizza proċeduri differenti għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel, il-valutazzjoni tas- sikurezza ta’ ikel ġdid u l-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-Unjoni għandhom jitwettqu skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għal addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (20), li għandha tkun applikabbli kulmeta ma jkunx hemm deroga minnha b'mod speċifiku b'dan ir-Regolament. Malli tiġi riċevuta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott bħala ikel ġdid, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-validità u l-applikabilità tal-applikazzjoni. L-awtorizzazzjoni ta’ ikel ġdid għandha tieħu kont ukoll ta’ fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata, inklużi fatturi etiċi, ambjentali, fatturi tat-trattament xieraq tal-annimali u l-prinċipju prekawzjonarju.

(28)

Għandhom jiġu stabbiliti wkoll kriterji għall-evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ ikel ġdid. Sabiex tkun żgurata il-valutazzjoni xjentifika armonizzata ta’ ikel ġdid, tali valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Awtorità.

(29)

L-aspetti etiċi u ambjentali għandhom jitqiesu bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju matul il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Dawk l-aspetti għandhom jiġu vvalutati mill-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda u mill-Aġenzija Ambjentali Ewropea rispettivament .

(30)

Sabiex ikunu simplifikati l-proċeduri, l-applikanti għandhom jitħallew jippreżentaw applikazzjoni waħda għal ikel regolat taħt bosta liġijiet settorjali tal-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont il-każ. B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea u l-kelma “Komunità” għandha tiġi ssostitwita b’ “Unjoni” f'dak ir-Regolament.

(31)

Jekk l-ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi jkun inkluż fil-lista ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, dan jista' jitqiegħed fis-suq fi ħdan l-Unjoni, taħt kondizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk li għalihom ikun intwera rekord ta’ użu sikur bħala ikel. Fir-rigward tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tas-sikurezza ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandu jitqies ir-rekord ta’ użu sikur tiegħu bħala ikel fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Ir-rekord ta’ użu sikur bħala ikel m'għandux jinkludi l-użu mhux għall-ikel jew użu mhux relatat ma’ dieti normali.

(32)

Fejn ikun il-każ u abbażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tas-sikurezza, għandhom jiġu introdotti rekwiżiti għal monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu ta’ ikel ġdid għall-konsum mill-bniedem.

(33)

L-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ▐ għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-valutazzjoni tal-effetti tal-konsum ġenerali ta’ sustanza li tiġi miżjuda, jew hija użata għall-manifattura ta’ dak l-ikel, jew ta’ prodott komparabbli skont l-Artikolu 8 tar- Regolament (KE) Nru 1925/2006.

(34)

F'ċirkostanzi speċifiċi, sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, ikun xieraq li jitħares l-investiment magħmul mill-innovaturi fil-ġbir tal-informazzjoni u d-data pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni skont dan ir-Regolament. L-evidenza xjentifika żviluppata reċentement u d-data protetta mid-dritt għall-proprjetà pprovduta biex issostni l-applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ▐ m'għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor , matul perijodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim mal-ewwel applikant . Il-protezzjoni ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhiex twaqqaf lil applikanti oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid abbażi tad-data xjentifika tagħhom stess. Flimkien ma’ dan, il-ħarsien ta’ data xjentifika ma għandhiex tfixkel it-trasparenza u l-aċċess għal informazzjoni fir-rigward tad-data użata fil-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ ikel ġdid. Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom xorta waħda jkunu rispettati.

(35)

L-ikel ġdid huwa soġġett għall-ħtiġiet ġenerali ta’ tikkettjar stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti tal-ikel  (21). F'ċerti każijiet jista' jkun meħtieġ li tkun prevista informazzjoni addizzjonali ta’ tikkettar, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kondizzjonijiet tiegħu tal-użu. Għalhekk , l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni tista' tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tal-użu jew obbligi ta’ tikkettar speċifiċi .

(36)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel  (22) jarmonizza d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar pretensjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Għalhekk, pretensjonijiet dwar ikel ġdid għandhom isiru biss skont dak ir-Regolament. Meta applikant ikun jixtieq li ikel ġdid ikollu indikazzjoni dwar is-saħħa li jeħtieġ li tkun awtorizzata skont l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u l-applikazzjonijiet għall-ikel ġdid u għall-indikazzjoni dwar is-saħħa jinkludu talbiet għall-ħarsien ta’ data proprjetarja, il-perjodu ta’ protezzjoni tad-data għandu jibda u jkompli għaddej fl-istess ħin jekk l-applikant jitlob hekk.

(37)

Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE) għandu jista' jiġi kkonsultat, f'każijiet speċifiċi , bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta’ etika fir-rigward l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u t-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid ▐.

(38)

Ikel ġdid imqiegħed fis-suq fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jibqa' jitqiegħed fis-suq. Ikel ġdid awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita b'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, applikazzjonijiet ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 li fir-rigward tagħhom ir-rapport inizjali tal-valutazzjoni previst fl-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament ma jkunx għadu ntbagħat lill-Kummissjoni u li fir-rigward tagħhom rapport addizzjonali tal-valutazzjoni hu meħtieġ skont l-Artikolu 6(3) jew 6(4) ta’ dak ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni skont dan ir-Regolament . Meta jkun meħtieġ li tingħata opinjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni inizjali . Talbiet oħra pendenti ppreżentati taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu pproċessati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(39)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 (23) jistabbilixxi regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali sabiex tkun ivverifikata l-konformità mal-liġi tal-ikel. L-Istati Membri għandhom jiġu mitluba jwettqu kontrolli uffiċjali skont dak ir-Regolament, sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(40)

Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-iġjene tal-ikel kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 (24).

(41)

Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi regoli armonizzati għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq fi ħdan l-Unjoni, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dawk l-objettiv.

(42)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(43)

▐ Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-kriterji skont liema l-ikel jista' jiġi kkunsidrat li ntuża għal konsum mill-bniedem sa grad sinifikanti fl-Unjoni qabel il-15 ta’ Mejju 1997 , b'kunsiderazzjoni tad-determinazzjoni ta’ jekk tip ta’ ikel jaqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, tal-aġġustament u l-adattament tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin” għall-progress tekniku u xjentifiku u f'konformità mad-definizzjonijiet sussegwentement miftiehma fil-livell internazzjonali, ta’ regoli dwar kif għandha tipproċiedi f'każijiet fejn il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda informazzjoni dwar l-użu tal-ikel għall-konsum tal-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997, kif ukoll b'kunsiderazzjoni tar-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 9 u tal-aġġornament tal-lista tal-Unjoni . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, tul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet introduttorji

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq fl-Unjoni bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem , tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, tal-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jkun żgurat t-trasparenza u l-funzjonament effettiv tas-suq intern, u jkunu mħeġġa l-innovazzjoni fl-industrija agroalimentari .

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq fi ħdan l-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal:

(a)

ikel fejn u sakemm dan jintuża bħala:

(i)

addittivi tal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(ii)

aromatizzanti tal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(iii)

solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/32/KE;

(iv)

enżimi tal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008;

(v)

vitamini u minerali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tad-Direttiva 2002/46/KE, tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jew tad-Direttiva 2009/39/KE, ħlief għall-vitamini u sustanzi minerali diġà awtorizzati, li jinkisbu permezz ta’ metodi ta’ produzzjoni jew bl-użu ta’ sorsi ġodda li ma tqisux meta ġew awtorizzati skont leġislazzjoni speċifika, fejn talimetodi ta’ produzzjoni jew sorsi ġodda joħolqu bidliet sinifikanti msemmijin fil-punt (iii) tal-Artikolu 3 (2)(a) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ikel li jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(c)

ikel derivat minn annimali kklownjati u d-dixxendenti tagħhom. Qabel … (25), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ ikel derivat minn annimali kklownjati u mid-dixxendenti tagħhom. Il-proposta għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.     Fejn meħtieġ u b'kunsiderazzjoni tal-ambitu definit f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiddetermina, permezz tal-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 21 u 22, jekk tip ta’ ikel jaqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“ikel ġdid” tfisser ▐:

(i)

ikel li ma jkunx intuża għall-konsum mill-bniedem fi grad sinifikanti fl-Unjoni qabel il-15 ta’ Mejju 1997 ▐;

(ii)

ikel ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali , meta teknika ta’ tgħammir mhux tradizzjonali li ma ntużatx ▐ qabel il-15 ta’ Mejju 1997 tiġi applikata lill-pjanta jew lill-annimal , bl-eċċezzjoni ta’ ikel derivat minn annimali kklownjati u mid-dixxendenti tagħhom ;

(iii)

ikel li għalih jiġi applikat proċess ta’ produzzjoni ġdid, mhux użat fl-Unjoni qabel il-15 ta’ Mejju 1997, jekk dak il-proċess ta’ produzzjoni jwassal għal bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura tal-ikel li jaffettwa il-valur nutrittiv tiegħu, kif jiġi metaboliżżat jew il-livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa tagħhom;

(iv)

ikel li fih jew jikkonsisti minn nanomaterjali maħdumin;

(b)

“nanomaterjal maħdum” tfisser kwalunkwe materjal prodott intenzjonalment li għandu dimensjoni waħda jew aktar tal-ordni ta’ 100 nm jew inqas jew li jkun magħmul minn partijiet funzjonali diskreti, jew internalment jew fil-wiċċ, li ħafna minnhom għandhom dimensjoni waħda jew aktar tal-ordni ta’ 100 nm jew inqas, inklużi strutturi, agglomerati jew aggregati, li jistgħu jkollhom qies 'il fuq mill-ordni ta’ 100 nm, iżda li jżommu l-kwalitajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala.

Kwalitajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala jinkludu:

(i)

dawk relatati mal-erja speċifika kbira tal-wiċċ tal-materjali kkunsidrati; u/jew

(ii)

karatteristiċi fiżiċi kimiċi speċifiċi li huma differenti minn dawk tal-forma mhux nano tal-istess materjal;

(c)

“annimali kklownjati” tfisser annimali prodotti permezz ta’ metodu asesswali u artifiċjali ta’ riproduzzjoni bil-għan li tkun prodotta kopja ta’ annimal individwali ġenetikament identika jew kważi identika;

(d)

“dixxendenti ta’ annimali kklownjati” tfisser annimali prodotti permezz ta’ riproduzzjoni sesswali, f'każijiet fejn mill-inqas proġenitur wieħed ikun annimal ikklownjat;

(e)

“ikel tradizzjonali minn pajjiż terz” tfisser ikel ġdid naturali u mhux manipulat artifiċjalment b’ rekord ta’ użu bħala ikel f'pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien , għal mill-inqas 25 sena qabel … (26) , u għadu parti mid-dieta normali ▐ fid-dieta tas-soltu ta’ parti kbira mill-popolazzjoni ta’ pajjiż;

(f)

“rekord ta’ użu sikur bħala ikel f'pajjiż terz” tfisser li s-sikurezza tal-ikel ikkonċernat hija kkonfermata b'data ta’ kompożizzjoni u mill-esperjenza ta’ użu u użu kontinwu għal mill-inqas 25 sena fid-dieta normali ta’ parti kbira mill-popolazzjoni ta’ pajjiż.

3.    B'kunsiderazzjoni tad-definizzjonijiet differenti ta’ nanomaterjali ppubblikati minn bosta entitajiet fil-livell internazzjonali u tal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kontinwi fil-qasam tan-nanoteknoloġiji, il-Kummissjoni għandha tibdel u tadatta punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu skont il-progress tekniku u xjentifiku, u b'konformità mad-definizzjonijiet sussegwentement miftiehma fil-livell internazzjonali bi qbil mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 21 u 22.

Artikolu 4

Ġbir ta’ tagħrif li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni ta’ ikel ġdid

1.    Il-Kummissjoni għandha tiġbor tagħrif mill-Istati Membri u/jew minn operaturi tan-negozju tal-ikel jew minn kwalunkwe parti interessata oħra sabiex tistabbilixxi jekk ċertu ikel hux inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri, l-operaturi kummerċjali u l-partijiet interessati l-oħra għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar kemm intuża dak l-ikel għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni qabel il-15 ta’ Mejju 1997 .

2.    Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-data u l-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-ġbir tad-data u d-data mhux kunfidenzjali li tappoġġjaha.

3.    Sabiex tiġi żgurata t-totalità ta’ informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ ikel ġdid, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn …  (26) , tadotta regoli dwar kif għandha tipproċedi f'każijiet fejn il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda informazzjoni dwar l-użu tal-ikel għall-konsum tal-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997, permezz ta’ atti delegati bi qbil mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 21 u 22.

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ informazzjoni li għandha tinġabar mill-Istati Membri u/jew mill-operaturi kummerċjali tal-ikel, permezz tal-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 21 u 22 .

Artikolu 5

Il-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid

Ikel ġdid inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid (minn hawn 'il quddiem “il-lista tal-Unjoni”) biss jista' jitqiegħed fis-suq. Il-Kummissjoni għandha żżomm u tippubblika l-lista tal-Unjoni fuq paġna pubblikament aċċessibbli maħsuba għal dan l-iskop fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Kapitolu II

Rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid fis-suq fi ħdan l-Unjoni

Artikolu 6

Projbizzjoni ta’ ikel ġdid mhux konformi

▐ Ikel ġdid ma għandux jitqiegħed fis-suq ▐ jekk ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Kondizzjonijiet ġenerali għall-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-listi tal-Unjoni

1.   Ikel ġdid jista' jiġi inkluż fil-listi rilevanti tal-Unjoni biss jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

abbażi tal-evidenza xjentifika disponibbli, ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-konsumatur u tal-annimali, li jfisser li l-effetti kumulattivi u sinerġiċi kif ukoll l-effetti negattivi potenzjali fuq gruppi partikolari tal-popolazzjoni jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju ;

(b)

ma jiżgwidax lill-konsumatur;

(c)

jekk ikun maħsub sabiex jieħu post ikel ieħor, ma jkunx differenti minn dak l-ikel b'tali mod li l-konsum normali tiegħu ikun ta’ żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur;

(d)

l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li għandha tiġi ppubblikata sa mhux aktar tard mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Awtorità, dwar jekk il-proċess ta’ produzzjoni u l-konsum normali jkollhomx effett ta’ ħsara għall-ambjent, għandha tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni tar-riskju;

(e)

l-opinjoni tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda, li għandha tiġi ppubblikata sa mhux aktar tard mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Awtorità, dwar jekk hemmx objezzjonijiet etiċi, għandha tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni tar-riskju;

(f)

ikel ġdid li jista' jkollu effetti negattivi fuq gruppi partikolari tal-popolazzjoni jkun awtorizzat biss jekk ikunu implimentati miżuri speċifiċi li jipprevjenu dawn l-effetti negattivi;

(g)

mhux ġej minn annimal ikklownjat jew mid-dixxendenti tiegħu;

(h)

se jkunu stabbiliti livelli massimi ta’ teħid ta’ ikel ġdid bħala tali jew bħala parti minn ikel ieħor jew kategoriji ta’ ikel, fejn ikun meħtieġ fl-interessi tal-użu sikur;

(i)

l-effetti kumulattivi ta’ ikel ġdid li huwa użat f'ikel jew f'kategoriji ta’ ikel differenti ġew ivvalutati.

2.     Ikel li għalih kienu applikati proċessi ta’ produzzjoni li jirrikjedu metodi ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifiċi (pereżempju ikel prodott bl-użu ta’ nanoteknoloġiji) ma jistax ikun inkluż fil-lista tal-Unjoni qabel ma dawk il-metodi speċifiċi jkunu ġew approvati għall-użu, u valutazzjoni tas-sikurezza adegwata fuq il-bażi ta’ dawn il-metodi tkun uriet li l-użu tal-ikel rispettiv huwa sikur.

3.     Ikel ġdid jista' jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni biss jekk awtorità kompetenti tkun ippreżentat opinjoni li tistabbilixxi li l-ikel ma jagħmilx ħsara lis-saħħa.

4.     F'każ ta’ dubju minħabba, pereżempju, ċertezza xjentifika li ma tkunx suffiċjenti jew minħabba nuqqas ta’ data, għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni u l-ikel ikkonċernat ma għandux ikun inkluż fil-lista tal-Unjoni.

Artikolu 8

Kontenut tal-lista tal-Unjoni

1.    Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-Unjoni , inter alia f'każijiet ta’ protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 14, skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008. B'deroga mill-paragrafi 4 sa 6 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, ir-Regolament għall-aġġornament tal-lista tal-Unjoni għandu jiġi adottat permezz tal-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 21 u 22. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-Unjoni fuq paġna apposta tal-websajt tagħha.

2.   L-entrata relattiva għal ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni għandha tinkludi :

(a)

speċifikazzjoni tal-ikel;

(b)

l-użu li l-ikel ikun maħsub għalih;

(c)

l-kondizzjonijiet tal-użu ;

(d)

fejn ikun xieraq, rekwiżiti tal-ittikkettar speċifiċi addizzjonali biex il-konsumatur aħħari jkun infurmat;

(e)

id-data tal-entrata tal-ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni u d-data meta tkun waslet l-applikazzjoni;

(f)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(g)

id-data u r-riżultati tal-aħħar spezzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Artikolu 12;

(h)

il-fatt li l-entrata tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew data proprjetarja mħarsa skont l-Artikolu 14;

(i)

il-fatt li l-ikel ġdid jista' jitqiegħed fis-suq biss mill-applikant imsemmi fil-punt (f), sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel bla ħsara ħad-data proprjetarja tal-applikant oriġinali.

3.     Is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tkun rekwiżit għall-ikel ġdid kollu. L-ikel ġdid kollu li jkun ingħata l-permess jitqiegħed fis-suq għandu jkun rivedut wara ħames snin u meta iktar evidenza xjentifika ssir disponibbli. Fil-kuntest tas-sorveljanza, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kategoriji tal-popolazzjoni li l-aktar jikkunsmaw fid-dieta tagħhom.

4.     Fejn ikel ġdid ikun fih sustanza li tista' tinvolvi riskju għas-saħħa tal-bniedem f'każ ta’ konsum eċċessiv, l-istess ikel għandu jirrikjedi approvazzjoni għall-użu f'limiti massimi f'ċertu ikel jew kategoriji ta’ ikel.

5.     L-ingredjenti kollha preżenti fil-forma ta’ nanomaterjali għandhom ikunu indikati b'mod ċar fil-lista tal-ingredjenti. L-isem ta’ dawn l-ingredjenti għandu jkollu l-kelma “nano” fil-parentesi.

6.     Qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 14(1), il-lista tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, biex b'hekk, sakemm l-ikel awtorizzat ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, l-indikazzjonijiet speċifiċi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ma jibqgħux inklużi.

7.     Għall-finijiet tal-aġġornament tal-lista tal-Unjoni permezz tal-inklużjoni ta’ ikel ġdid, meta l-ikel ġdid ma jikkonsistix minn jew ma jkunx fih ikel suġġett għall-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 14 u:

(a)

l-ikel ġdid huwa ekwivalenti għall-ikel eżistenti, f'termini ta’ kompożizzjon, kif jiġi metabolizzat u fil-livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa, jew

(b)

l-ikel ġdid jikkonsisti minn ikel approvat preċedentement għall-użu tal-ikel fl-Unjoni, jew ikun fih minn dan l-ikel, u l-użu l-ġdid ippjanat ikun mistenni li ma jżidx b'mod sinifikanti l-konsum tal-konsumaturi, inklużi konsumaturi fi gruppi vulnerabbli,

imbagħad, il-proċedura ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 9 għandha tapplika mutatis mutandis, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz

1.    Operatur ta’ negozju tal-ikel li għandu l-ħsieb li jqiegħed ikel tradizzjonali minn pajjiż terz fis-suq fl-Unjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, u jindika l-isem ▐ tal-ikel, ▐ il-kompożizzjoni tiegħu u l-pajjiż tal-oriġini tiegħu ▐.

In-notifika għandha tiġi akkumpanjata minn data dokumentata li turi r-rekord ta’ użu sikur tal-ikel fi kwalunkwe pajjiż terz.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat in-notifika, inkluża d-dimostrazzjoni tar-rekord ta’ użu sikur tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr dewmien lill-Istati Membri u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tagħha .

3.    Fi żmien erba' xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tgħaddi n-notifika prevista fil-paragrafu 1 f'konformità mal -paragrafu 2, Stat Membru u l-Awtorità jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni b'oġġezzjonijiet ta’ sikurezza ġustifikati li jista' jkollhom, imsejsa fuq evidenza xjentifika, għat-tqegħid tal-ikel tradizzjonali kkonċernat fis-suq.

F'dak il-każ, l-ikel ma għandux jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni u għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 8. In-notifika, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha titqies bħala l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. Inkella, l-applikant jista' jagħżel li jirtira n-notifika.

Il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-operatur tan-negozju tal-ikel ikkonċernat mingħajr dewmien bla bżonn u b'mod li jista' jservi ta’ prova sa mhux aktar minn ħames xhur mid-data tan-notifika skont il-paragrafu 1.

4.    Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni ġustifikata dwar is-sikurezza, imsejsa fuq tali evidenza xjentifika, u l-ebda tali tagħrif dwarha ma jiġi kkomunikat lill-operatur tan-negozju tal-ikel ikkonċernat skont il-paragrafu 3, l-ikel tradizzjonali jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni ħames xhur mid-data tan-notifika kif previst fil-paragrafu 1.

5.    Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni skont il-paragrafu 4 fuq paġna apposta fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Din il-paġna għandha tkun aċċessibbli mill-paġna bil-lista tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 5.

6.    Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-proċedura ta’ notifika stipulata f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, qabel …  (27), tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu permezz tal-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 21 u 22.

Artikolu 10

Gwida teknika

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u qabel  (27), il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità , mal-operaturi tan-negozju tal-ikel u mal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju , tagħmel disponibbli gwida teknika u għodod biex jassistu lill-operaturi tan-negozju tal-ikel u speċjalment lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju waqt il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet skont dan ir-Regolament. Ir-Rakkomandazzjoni 97/618/KEgħandha tkun disponibbli għall-użu mill-applikanti sakemm tinbidel bi gwida teknika riveduta maħruġa skont dan l-Artikolu.

Il-gwida teknika u l-għodod għandhom ikunu ppubblikati, mhux aktar tard minn …  (27) , f'paġna aċċessibbli għall-pubbliku intenzjonata għal dak l-iskop fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Artikolu 11

Opinjoni tal-Awtorità

Fil-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ ikel ġdid, fejn ikun adatt, l-Awtorità għandha b'mod partikolari:

(a)

tikkunsidra jekk l-ikel ġdid, irrispettivament minn jekk hux maħsub biex jissostitwixxi ikel komparabbli li diġà teżisti fis-suq jew le, joħloqx riskju ta’ effetti li jagħmlu ħsara jew li huma tossiċi għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-implikazzjonijiet ta’ karatteristiki ġodda ;

(b)

tqis, fil-każ ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, ir-rekord użu sikur bħala ikel.

Artikolu 12

Obbligi ▐ għall-operaturi ta’ negozju tal-ikel

1.   Il-Kummissjoni għandha timponi , għal raġunijiet ta’ sikurezza tal-ikel u wara l-opinjoni tal-Awtorità, ▐ rekwiżit għal sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din is-sorveljanza għandha ssir ħames snin wara d-data tal-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni.

2.     Ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għandhom japplikaw ukoll għal ikel ġdid li diġà qiegħed fis-suq, inkluż dak li ġie approvat skont il-proċedura simplifikata ta’ “notifika” stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

3.     L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq.

4.   Il-produttur u l-operatur tan-negozju tal-ikel jew l-awtorità għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bi:

(a)

kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista' tinfluwenza l-evalwazzjoni tas-sikurezza fl-użu tal-ikel ġdid;

(b)

kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe pajjiż terz li fih l-ikel ġdid jitqiegħed fis-suq.

L-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li joperaw fih bi kwalunkwe problema tas-saħħa li kienu infurmati biha mingħand il-konsumaturi jew mingħand l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta’ spezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux iktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji l-Ġodda

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tista' tikkonsulta mal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenzau t-Teknoloġiji l-Ġodda, bil-ħsieb li tikseb l-opinjoni tiegħu fuq kwistjonijiet etiċi marbuta max-xjenza u teknoloġiji ġodda ta’ importanza etika maġġuri.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel kwalunkwe tali opinjoni tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 14

Protezzjoni ▐ tad-data

1.    Wara talba tal-applikant , appoġġata minn informazzjoni adatta u verifikabbli inkluża fid-dossier tal-applikazzjoni, evidenza xjentifika u ▐ data proprjetarja xjentifika żviluppati reċentement provduti biex jappoġġaw l-applikazzjonijiet, ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikazzjoni oħra għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-inklużjoni tal-ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx qabel mal-applikant preċedenti li din id-data u dan it-tagħrif jistgħu jintużaw, u fejn :

(a)

evidenza xjentifika u/jew data xjentifika żviluppata reċentement ġiet indikata bħala proprjetarja mill-applikant fil-ħin meta saret l-ewwel applikazzjoni (data xjentifika miżmuma bi proprjeta');

(b)

l-applikant preċedenti kellu d-dritt esklussiv ta’ referenza għad-data ▐ proprjetarja fil-ħin meta saret l-applikazzjoni preċedenti; kif ukoll;

(c)

l-ikel ġdid ma setax jiġi awtorizzat mingħajr il-preżentazzjoni tad-data ▐ proprjetarja mill-applikant preċedenti; u

(d)

id-data xjentifika u tagħrif ieħor ikunu ġew indikati bħala proprjetarji mill-applikant preċedenti fil-ħin meta saret l-applikazzjoni preċedenti.

Madanakollu, applikant preċedenti jista' jiftiehem ma’ applikant sussegwenti li tali data u informazzjoni tista' tintuża.

2.     Data minn proġetti ta’ riċerka parzjalment jew kompletament imħallsa mill-Unjoni u/jew istituzzjonijiet pubbliċi għandhom ikunu ppubblikati flimkien mal-applikazzjoni u għandhom ikunu liberament disponibbli għall-użu minn applikanti oħra.

3.     Sabiex tkun evitata ripetizzjoni ta’ studji li jinvolvu vertebrati, referenza minn applikant sussegwenti għal studji dwar vertebrati u studji oħra li jistgħu jimpedixxu l-ittestjar fuq l-annimal għandhom ikunu permessi. Il-proprjetarju tad-data jista' jitlob kumpens adegwat għall-użu tad-data.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, f'konsultazzjoni mal-applikant, liema informazzjoni għandha tingħata l-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tinforma lill-applikant, lill-Awtorità u lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 15

Ħarsien tad-data armonizzat

Minkejja l-awtorizzazzjoni ta’ ikel ġdid skont l-Artikoli 7 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jew l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni relatata mas-saħħa skont l-Artikoli 17, 18 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jekk tkun qed tintalab awtorizzazzjoni għal ikel ġdid u għal indikazzjoni relatata mas-saħħa li tirrigwarda dak l-ikel, u jekk il-ħarsien tad-data skont id-dispożizzjonijiet taż-żewġ Regolamenti jkun iġġustifikat u jintalab mill-applikant, id-data tal-awtorizzazzjoni u tal-pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tkun l-istess u l-perjodi tal-ħarsien tad-data għandhom jgħaddu flimkien.

Artikolu 16

Miżuri ta’ spezzjoni u kontroll

Sabiex tkun infurzata konformità mar-Regolament preżenti, għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Kapitolu III

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 17

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet sa … (28) u għandhom , mingħajr dewmien , jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.

Artikolu 18

Privileġġi tal-Istati Membri

1.     Meta Stat Membru, bħala riżultat ta’ tagħrif ġdid jew valutazzjoni mill-ġdid ta’ tagħrif eżistenti, għandu raġunijiet dettaljati sabiex iqis li l-użu ta’ ikel jew ingredjent ta’ ikel konformi ma’ dan ir-Regolament jipperikola s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, dak l-Istat Membru jista' jew jirrestrinġi temporanjament jew jissospendi n-negozju fl-ikel jew fl-ingredjent tal-ikel ikkonċernat, jew l-użu ta’ dan l-ikel jew ingredjent, fit-territorju tiegħu. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.     Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità, għandha teżamina r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 malajr kemm jista' jkun u tieħu l-miżuri xierqa. L-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista' jżommha sakemm dawk il-miżuri jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 19

Atti delegati

Għall-fini li jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament stabbiliti fl-Artikolu 1, Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard minn … (29)., kriterji ulterjuri għall-valutazzjoni ta’ jekk l-ikel ikunx intuża għal konsum mill-bniedem fi grad sinifikanti fl-Unjoni qabel il-15 ta’ Mejju 1997, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), permezz ta’ atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 u soġġetti għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 21 u 22.

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(3), 3(3), 4(3), 4(4), 8(1), 9(6) u 19 għandha tiġi konferita Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-setgħat delegati mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni ta’ setgħa tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 21.

2.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati huma mogħtija lill-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22.

Artikolu 21

Revoka tad-delega

1.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2b), 3(3), 4(3), 4(4), 8(1), 9(6) u 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tirrevokax id-delega ta’ setgħa għandha tipprova tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva minnufih jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Hija ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.   Jekk, meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan tal-aħħar ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjoni kontra l-att delegat.

Artikolu 23

Reviżjoni

1.   Sa … (30) u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u b'mod partikolari tal-Artikoli 3, 9 u 14, akkumpanjat, fejn xieraq, minn kwalunkwe proposta leġislattiva.

2.    Sa mhux aktar tard minn …  (31), il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-aspetti kollha tal-ikel prodott mill-annimali miksuba permezz tal-użu ta’ teknika ta’ kklonjar u mid-dixxendenti tagħhom, segwit, fejn adatt, minn kwalunkwe proposta leġislattiva.

3.   Ir-rapport u kwalunkwe proposta għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet transitorji u finali

Artikolu 24

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament (KE) Nru 1852/2001 għandhom jitħassru b'effett mill-… (32), ħlief fir-rigward ta’ dawk it-talbiet pendenti regolati mill-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Stabbiliment tal-lista tal-Unjoni

Mhux aktar tard minn … (32) il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni billi ddaħħal ikel ġdid awtorizzat u/jew notifikat skont l-Artikoli 4, 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fil-lista tal-Unjoni, inkluża kwalunkwe kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni eżistenti, kif adatt.

Artikolu 26

Miżuri transitorji

1.   Kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid ▐ ippreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 li dwaru r-rapport ta’ valutazzjoni inizjali previst fl-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament ma jkunx għadu ntbagħat lill-Kummissjoni qabel … (32) għandha titqies bħala applikazzjoni skont dan ir-Regolament ▐.

2.   Talbiet oħra ▐ ppreżentati skont l-Artikoli 3(4), 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 qabel … (32) għandhom jiġu pproċessati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 258/97 .

Artikolu 27

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1331/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

2)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura ▐ għall-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa il-“proċedura komuni”) għal addittivi tal-ikel, tal-enzimi tal-ikel, tal-aromatizzanti tal-ikel u ta’ ▐ sorsi ta’ aromatizzanti tal-ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel li għandhom il-kwalitajiet ta’ aromatizzanti użati jew maħsuba biex jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “s-sustanzi jew il-prodotti”), liema proċedura tikkontribwixxi għall-moviment liberu tal-ikel fl-Unjoni u ▐ ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u għal livell għoli ta’ protezzjoni ▐ tal-interessi tal-konsumaturi. ▐

2.   Il-proċedura komuni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali għall-aġġornar tal-listi ta’ sustanzi u prodotti li tqegħid fis-suq tagħhom fl-Unjoni hu awtorizzat skont Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008, ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u r-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'… dwar ikel ġdid (33)  (35) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-liġijiet settorjali dwar l-ikel”).

3)

Fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2(1) u (2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 13 il-kelma “sustanza” jew “sustanzi” tinbidel b’ “sustanza jew prodott” jew “sustanzi jew prodotti” ▐.

4)

It-titolu tal-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5)

Il-paragrafu li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 4:

“3.   Applikazzjoni waħda dwar sustanza jew prodott tista' ssir sabiex ikunu aġġornati l-listi tal-Unjoni differenti regolati taħt il-liġijiet settorjali differenti tal-ikel dment li l-applikazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ kull waħda mill-liġijiet settorjali tal-ikel.”.

6)

Is-sentenza li ġejja hija inserita fil-bidu tal-Artikolu 6(1):

“Fil-każ ta’ raġunijiet xjentifiċi rigward tħassib dwar is-sikurezza, għandha tiġi identifikata u mitluba mill-applikant, informazzjoni addizzjonali dwar il-valutazzjoni tar-riskju.”.

7)

It-terminu “Komunità” għandu jiġi sostitwit b’ “Unjoni” tul it-test.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu għandu japplika minn … (36).

Madankollu, l-Artikoli 25, 26 u 27 għandhom japplikaw minn … (37). Barra minn hekk, b'deroga mit-tieni paragrafgu ta’ dan l-Artikolu u b'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, l-applikazzjonijiet jistgħu jsiru skont dan ir-Regolament minn … (37) għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel imsemmi fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ dan ir-Regolament, fejn tali ikel ikun diġà fis-suq ħdan l-Unjoni f'dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi, …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 81.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 236) u Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-15 ta’ Marzu 2010 (ĠU C 122 E, 11.5.2010, p. 38.) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010.

(3)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)   ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 42.

(5)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(6)  ĠU L 253, 21.9.2001, p. 17.

(7)  ĠU L 253, 16.9.1997, p. 1.

(8)   ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.

(9)   Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 767, p. 32.

(10)   ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(11)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(12)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(13)  Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(14)  Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

(15)  Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).

(16)  Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3).

(17)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(18)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(19)   ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(20)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(21)  ▐ ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29 ▐.

(22)  ▐ ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9 ▐.

(23)  Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u tal-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(24)  Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(25)   ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: Sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(26)   ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: Sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(27)   Sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(28)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(29)  ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(30)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(31)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: Tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(32)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(33)  ĠU L … ()

(34)  ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza ta' publikazzjoni ta' dan ir-Regolament.”.

(35)  ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data ta' dan ir-Regolament.

(36)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(37)  ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/193


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
L-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Tfassil mill-ġdid) ***II

P7_TA(2010)0267

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Tfassil mill-ġdid) (11962/2/2009 – C7-0034/2010 – 2007/0286(COD))

2011/C 351 E/33

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari )

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11962/2/2009 – C7-0034/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0844),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0002/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2009 (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta’ Ottubru 2008 (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0145/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 191.

(2)  ĠU C 182, 4.8.2009, p. 46.

(3)  ĠU C 325, 19.12.2008, p. 60.


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
P7_TC2-COD(2007)0286

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/75/UE)


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/194


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam ***II

P7_TA(2010)0268

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (05885/4/2010 – C7-0053/2010 – 2008/0198(COD))

2011/C 351 E/34

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wwara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05885/4/2010 – C7-0053/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0644),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0373/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta’ Ottubru 2009 (2),

wara li kkosulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0149/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari kif tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, 22.4.2009, P6_TA(2009)0225.

(2)  ĠU C 318, 23.12.2009,p. 88.


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
P7_TC2-COD(2008)0198

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 995/2010)


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/195


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Is-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I

P7_TA(2010)0269

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2009)0576 – C7-0251/2009 – 2009/0161(COD))

2011/C 351 E/35

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Din il-proposta giet emendata fis-7 ta’ Lulju 2010 kif ġej (1):

EMENDI TAL-PARLAMENT (2)

għall-proposta tal-Kummissjoni

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50, l-Artikolu 53(1) u l-Artikoli 62 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli ta’ superviżjoni b'bażi nazzjonali waqgħu lura meta mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.

(1a)

Il-Parlament Ewropew regolarment talab li jissaħħu l-kundizzjonijiet ugwali għall-parteċipanti kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li ġibed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet fis-superviżjoni tal-Unjoni ta’ swieq finanzjarji dejjem aktar integrati.

(2)

Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn Jacques de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju għandu jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Għalhekk, huwa rrakkomanda riformi estensivi fl-istruttura superviżjorja tas-settur finanzjarju fl-Unjoni Ewropea . Ir-Rapport de Larosière ikkonkluda wkoll li għandha tinħoloq SESF (SESF) , li tinkludi tliet ASE (ASE) waħda għal kull wieħed mis-setturi bankarji , tat-titoli u ▐ tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u l-ħolqien ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew” (5), il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li joħloq is-SESF , u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea” (6) ipprovdiet iżjed dettalji tal-arkitettura possibbli ta’ dak il-qafas superviżorju ġdid.

(4)

Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet ASE ġodda, tiġi stabbilita. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-sorveljanza ta’ gruppi transkonfinali, tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Intern u tiżgura armonizzazzjoni adegwata tal-kriterji u tal-metodoloġija biex ikunu jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti biex jevalwaw ir-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu . Huwa enfasizza li l-ASE għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-SESF jista' jkollha rwol b'saħħtu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

(5)

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal tliet Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF inkluż il-ħolqien ta’ tliet ASE .

(6)

Sabiex is-SESF taħdem b'mod effikaċi, huma meħtieġa tibdiliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-operat tat-tliet ASE . Dawn it-tibdiliet jikkonċernaw id-definizzjoni tal-ambitu ta’ ċerti setgħat tal-ASE , l-integrazzjoni ta’ ċerti setgħat ▐ stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u emendi li jiżguraw il-funzjonament bla tfixkil u effikaċi fil-kuntest tas-SESF .

(7)

L-istabbiliment tat-tliet ASE għandu jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta’ ġabra unika ta’ regoli ▐ ħalli tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi u b'hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament aktar effikaċi tas-Suq Intern. ▐

(7a)

Ir-regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprovdu li, fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni relevanti, l-ASE jistgħu jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi, li għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni għall-adozzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) permezz ta’ atti ddelegati jew ta’ implimentazzjoni. Din id-Direttiva tidentifika l-ewwel sett ta’ tali oqsma u għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-inklużjoni futura ta’ oqsma oħra.

(7b)

Il-leġiżlazzjoni rilevanti għandha tiddefinixxi dawk l-oqsma fejn l-ASE għandhom is-setgħa li jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi u kif għandhom jiġu adottati. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni rilevanti għandha tistipula l-elementi, il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif imfissra fl-Artikolu 290 TFUE fil-każ tal-atti ddelegati, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-miżuri ta’ kontroll tal-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq id-Deċiżjoni 1999/468/KE sakemm jiġi adottat ir-Regolament previst fl-Artikolu 291 TFUE.

(8)

L-identifikazzjoni tal-oqsma għall-istandards tekniċi għandha ssib bilanċ adatt bejn il-ħolqien ta’ sett uniku ta’ regoli armonizzati u tevita regolamentazzjoni li tkun ikkumplikata mingħajr bżonn . L-uniċi oqsma magħżula għandhom ikunu dawk fejn regoli tekniċi konsistenti jikkontribwixxu b'mod sinifikanti u effikaċi biex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni rilevanti, filwaqt li jiżguraw li d-deċiżjonijiet politiċi jittieħdu mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni skont il-proċeduri tas-soltu tagħhom .

(9)

Kwistjonijiet soġġetti għal standards tekniċi għandhom ikunu ġenwinament tekniċi, fejn l-iżvilupp tagħhom jitlob l-għarfien espert ta’ esperti superviżorji. L-istandards tekniċi adottati bħala atti ddelegati għandhom jiżviluppaw, jispeċifikaw u jiddeterminaw aktar il-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli inklużi fl-istrumenti bażiċi adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill , li jissuplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv . Min-naħa l-oħra, standards tekniċi adottati bħala atti implimentattivi għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni uniformi ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti. Għalhekk l-istandards tekniċi m'għandhomx iwasslu għal għażliet politiċi. ▐

(9a)

Fil-każ ta’ atti ddelegati jixraq li tiddaħħal il-proċedura għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi pprovduta fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX]. L-istandards ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX]. Il-Kunsill Ewropew approva l-approċċ “Lamfalussy” ta’ erba' livelli biex jagħmel il-proċess regolatorju għal-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-Unjoni aktar effiċjenti u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi f'ħafna oqsma, u sett wiesa' ta’ Regolamenti u Direttivi tal-Kummissjoni tat-tieni livell huwa fis-seħħ. F'każijiet fejn l-istandards tekniċi jkunu maħsubin biex jiżviluppaw, jispeċifikaw jew jiddeterminaw aktar il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ tali miżuri tat-tieni livell, huma għandhom jiġu adottati biss ladarba dawk il-miżuri tat-tieni livell ikunu ġew adottati u għandhom jirrispettaw il-kontenut tal-miżura tat-tieni livell.

(9b)

L-istandards tekniċi vinkolanti jikkontribwixxu għal ktieb uniku tar-regoli għal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji approvat mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2009. Sal-punt li ċerti rekwiżiti fl-atti leġiżlattivi tal-UE ma jkunux armonizzati bis-sħiħ, u f'konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni fir-rigward tas-superviżjoni, standards tekniċi li jiżviluppaw, jispeċifikaw jew jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni għal dawk ir-rekwiżiti m'għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni addizzjonali jew jimponu rekwiżiti aktar stretti. Għalhekk l-istandards tekniċi għandhom jippermettu lill-Istati Membri li jagħmlu dan f'oqsma speċifiċi, meta dawn l-atti leġiżlattivi jipprovdu għal tali superviżjoni prudenzjali.

(10)

Kif stipulat fir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF, qabel ma jippreżentaw l-istandards tekniċi lill-Kummissjoni, l-ASE għandhom, fejn adatt, iwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwarhom u janalizzaw l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati.

(11)

Ir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprevedu mekkaniżmu għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f'oqsma speċifikati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] , fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-ASE , fuq it-talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, għandha tkun tista' tassisti lil dawn l-awtoritajiet biex jilħqu ftehim fil-limitu taż-żmien stipulat mill-ASE li jqis kwalunkwe limitu ta’ żmien fil-leġiżlazzjoni rilevanti u l-urġenza u l-komplessità tan-nuqqas tal-qbil. Fil-każ li dan in-nuqqas ta’ qbil jippersisti, l-ASE għandhom ikunu jistgħu jsolvu l-kwistjoni huma.

(12)

Ġeneralment, l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX], li jipprovdi l-possibblità li tilwimiet jissolvew fir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF ma jeħtieġx tibdiliet konsegwenzjonali fil-leġiżlazzjoni rilevanti. Madankollu, f'dawk l-oqsma fejn diġà hemm stabbilita xi forma ta’ medjazzjoni mhux vinkolanti fil-leġiżlazzjoni rilevanti, jew fejn hemm limiti ta’ żmien għal deċiżjonijiet konġunti li għandhom jittieħdu minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar minn waħda, ser ikunu meħtieġa emendi biex tkun żgurta ċ-ċarezza u l-anqas xkiel fil-proċess biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta, iżda wkoll li fejn meħtieġ, l-ASE jkunu jistgħu jsolvu n-nuqqas ta’ qbil. Il-proċedura vinkolanti għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil hija maħsuba biex issolvi sitwazzjonijiet meta superviżuri kompetenti ma jkunux jistgħu jsolvu bejniethom kwistjonijiet proċedurali jew sostantivi li jirrigwardaw il-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(12a)

Din id-Direttiva għandha għalhekk tidentifika sitwazzjonijiet fejn kwistjoni proċedurali jew sostantiva ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni tkun tista' teħtieġ li tiġi solvuta u s-superviżuri jistgħu ma jkunux kapaċi jsolvu l-kwistjoni waħedhom. F'sitwazzjoni bħal din, wieħed mis-superviżuri involuti għandu jkun kapaċi li jqajjem il-kwistjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea kompetenti. Dik l-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi skont il-proċedura stipulata fir-Regolament li jkun stabbilixxiha u f'din id-Direttiva . Għandha tkun tista' tesiġi li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni u jiżguraw konformità mal-liġi tal-Unjoni, b'effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. F'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni tikkonferixxi diskrezzjoni fuq l-Istati Membri, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità Superviżorja Ewropea ma għandhomx jissostitwixxu l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti b'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(13)

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (7) [traduzzjoni mhux uffiċjali] tipprevedi l-medjazzjoni jew id-deċiżjonijiet konġunti fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ fergħat sinifikanti għall-għanijiet ta’ sħubija fil-kulleġġi superviżorji, il-validazzjoni tal-mudelli u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ grupp. F'dawn l-oqsma kollha, emenda għandha tiddikjara biċ-ċar li fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil matul il-perjodu ta’ żmien speċifikat, l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' ssolvi n-nuqqas ta’ qbil billi tuża l-proċess spjegat fir-Regolament (UE) Nru … / 2010 [ABE]. Dan l-approċċ jagħmilha ċara li, filwaqt li l-Awtorità Bankarja Ewropea m'għandhiex tissostitwixxi l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, in-nuqqasijiet ta’ qbil jistgħu jiġu solvuti u tissaħħaħ il-kooperazzjoni qabel tittieħed jew tinħareġ deċiżjoni finali lil xi istituzzjoni.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tranżizzjoni bla xkiel tal-kompiti attwali ▐ tal-Kumitat Ewropew tas-Sorveljanti tal-Banek (KESB) , tal-Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) u tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej (KRTE) għall-ASE l-ġodda , ir-referenzi għal dawn il-Kumitati għandhom jinbidlu fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha b'referenzi għall-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) , l-AEAPX (AEAPX) jew l-ESMA (ESMA) , rispettivament.

(14a)

L-allinjament tal-proċeduri tal-komitoloġija mat-TFUE u, b'mod partikolari, mal-Artikoli 290 u 291 tiegħu, għandu jsir skont il-każ individwali u jitlesta kollu fi żmien tliet snin. Biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fid-direttivi emendati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE.

(14b)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att iddelegat. B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jkun jista' jittawwal bi tliet xhur fir-rigward ta’ oqsma ta’ tħassib partikolari. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni. Approvazzjoni bikrija bħal din ta’ atti ddelegati hija partikolarment xierqa meta jkun meħtieġ li jiġu rispettati l-iskadenzi, pereżempju biex jiġu rispettati skedi ta’ żmien stabbiliti fl-att bażiku sabiex il-Kummissjoni tadotta atti ddelegati.

(14c)

Fid-Dikjarazzjoni 39 dwar l-Artikolu 290 TFUE, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, iffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007, il-Konferenza ħadet nota tal-ħsieb tal-Kummissjoni li tkompli tikkonsulta mal-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ atti ddelegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f'konformità mal-prattika stabbilita tagħha.

(15)

L-arkitettura superviżorja ġdida stabbilita mis-SESF ser teħtieġ lill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni li jikkooperaw mill-qrib mal-ASE . Emendi fil-leġiżlazzjoni rilevanti għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm ostakoli legali għall-obbligi tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li jinsabu fir-Regolamenti ▐ li jistabbilixxu l-ASE .

(15a)

Informazzjoni kunfidenzjali trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistematiku jew skambjata bejniethom għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, li huma suġġetti għalih il-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni.

(16)

Ir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF ▐ jipprovdu li l-ASE jistgħu jiżviluppaw kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi u għandhom jassistu fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li jappartjenu għal sistemi superviżorji f'pajjiżi terzi. Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (8) u d-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu emendati sabiex jippermettu lill-ASE jistabbilixxu ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u jiskambjaw informazzjoni meta dawn il-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jipprovdu garanziji ta’ segretezza professjonali.

(17)

Lista jew reġistru wieħed ikkonsolidat għal kull kategorija ta’ atturi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea , li attwalment huwa d-dmir ta’ kull awtorità nazzjonali kompetenti, ser itejbu t-trasparenza u jirriflettu aħjar is-suq finanzjarju uniku. L-ASE għandu jingħatalhom id-dmir li jistabbilixxu, jippubblikaw u regolarment jaġġornaw ir-reġistri u l-listi tal-atturi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea . Dan jikkonċerna l-lista ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mogħtija mis-superviżuri nazzjonali. Jikkonċerna wkoll ir-reġistru tal-kumpaniji kollha tal-investiment u l-lista tas-swieq irregolati skont id-Direttiva 2004/39/KE. Bl-istess mod, l-ESMA għandu jingħatalha d-dmir li tistabbilixxi, tippubblika u regolarment taġġorna l-lista tal-prospetti u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ ▐ (9).

(18)

F'dawk l-oqsma fejn l-ASE għandhom l-obbligu li jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi, dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi għandhom jitressqu għand il-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-ħolqien tal-ASE sakemm ma tiġix stabbilita skadenza oħra mir-regolament rilevanti .

(18a)

Il-kompiti tal-ESMA fir-rigward tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (10) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali li tippromwovi t-tħaddim bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagamenti, konformi mar-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE.

(18b)

L-istandards tekniċi li għandhom jiġu abbozzati mill-AEAPX f'konformità ma’ din id-Direttiva u fir-rigward tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta istituzzjonijiet għall-provvista ta irtirar okkupazzjonali (11) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali dwar tali istituzzjonijiet kif previst fid-Direttiva 2003/41/KE.

(18c)

F'konformità mal-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista' tittrasferixxi l-approvazzjoni ta’ prospett lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, soġġett għall-qbil ta’ dik l-awtorità. L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] jeħtieġ li, b'mod ġenerali, tali ftehimiet ta’ delegazzjoni jiġu nnotifikati lill-Awtorità mill-inqas xahar qabel jidħlu fis-seħħ. Madankollu, minħabba l-esperjenza fit-trasferiment tal-approvazzjoni skont id-Direttiva 2003/71/KE, li tinkludi skadenzi iqsar, huwa adatt li l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] ma jiġix applikat għal din is-sitwazzjoni.

(18d)

L-ASE f'dan l-istadju m'għandhomx jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi dwar ir-rekwiżiti eżistenti li l-persuni li effettivament jiddirieġu n-negozju tal-kumpaniji tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment kollettiv f'titoli trasferibbli u l-kumpaniji tal-ġestjoni tagħhom ikunu ta’ fama tajba biżżejjed u jkollhom biżżejjed esperjenza biex jiżguraw il-ġestjoni tajba u prudenti tagħhom. Madankollu, minħabba l-importanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, l-ASE għandhom jagħtu prijorità lill-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fil-linji gwida u l-iżgurar tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji u prudenzjali lejn dawn l-aħjar prattiki. Huma għandhom jagħmlu l-istess fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali relattivi għall-uffiċċju ewlieni ta’ dawn l-istituzzjonijiet.

(18e)

L-għan tal-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi fir-rigward tal-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, l-Approċċ tal-Kejl Avvanzat, l-approċċ tal-mudell intern għar-riskji tas-suq, kif previst minn din id-Direttiva, għandu jkun li jkunu żgurati l-kwalità u r-robustezza ta’ tali approċċi, kif ukoll il-konsistenza tar-reviżjoni tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-istandards għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jħallu lill-istituzzjonijiet jiżviluppaw approċċi differenti bbażati fuq l-esperjenza u l-ispeċifiċitajiet tagħhom, fir-rispett tar-rekwiżiti tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u soġġett għar-rekwiżiti tal-istandards tekniċi.

(19)

Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib fil-funzjonament tas-Suq Intern permezz tal-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri, l-investituri u l-benefiċjarji u b'hekk in-negozji u l-konsumaturi, il-ħarsien tal-integrità, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà u tas-sostenibilità tas-sistema finanzjarja , il-preservazzjoni tal-ekonomija reali, il-ħarsien tal-finanzi pubbliċi u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni Ewropea , l-Unjoni Ewropea tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-ilħiq ta’ dawk l-għanijiet.

(19a)

Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2014, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-ASE tal-abbozzi ta’ standards tekniċi previsti f'din id-Direttiva u tippreżenta proposti xierqa.

(20)

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (12), id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju ▐ (13), id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (14), id-Direttiva 2003/41/KE ▐ (15), id-Direttiva 2003/71/KE, id-Direttiva 2004/39/KE, id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ▐ (16), id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (17), id-Direttiva 2006/48/KE ▐ (18), id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (19), u d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (20) għandhom għalhekk jiġu emendati kif adatt,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 98/26/KE

Id-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 għandu immedjatament jinnotifika lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) (ESMA) .

(2)

Fl-Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawhom lill-ESMA u jinformawha bl-awtoritajiet magħżula skont l-Artikolu 6(2). L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħha.”.

(2a)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

1.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].

2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/87/KE

Id-Direttiva 2002/87/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.    “Il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 10 għandu jinforma lill-impriża prinċipali li tmexxi grupp jew, fin-nuqqas ta’ impriża prinċipali, il-korp irregolat bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fl-aktar settur finanzjarju importanti fil-grupp, li l-grupp ikun ġie identifikat bħala konglomerat finanzjarju u bil-ħatra tal-koordinatur. Il-koordinatur għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw korpi regolati fil-grupp u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumpanija possedenti finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, kif ukoll lill-Kumitat Konġunt tal-ASE stabbilit bl-Artikoli 40 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) (minn hawn 'il quddiem il-‘Kumitat Konġunt’).

(b)

Żdied il-paragrafu ▐ li ġej:

“3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika lista ta’ konglomerati finanzjarji identifikati fuq is-sit elettroniku tiegħu u għandu jżommha aġġornata. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz ta’ hyperlink f'kull wieħed mis-siti elettroniċi tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. ”.

(1a)

Fl-Artikolu 9(2) għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(ca)

l-iżvilupp ta’ sistema dettaljata għas-soluzzjonijiet, li għandha tiġi aġġornata regolarment u riveduta tal-anqas kull sena, u li tkun tinkludi mekkaniżmu strutturat ta’ intervent bikri, azzjonijiet korrettivi f'waqthom u pjan ta’ kontinġenza għall-fallimenti.”.

(1b)

It-titolu tat-Taqsima III għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

(1c)

L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal fit-Taqsima 3:

“Artikolu -10

Il-Kumitat Konġunt għandu, f'konformità mal-Artikolu 42 ar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] , jiżgura s-sorveljanza transsettorjali u transkonfinali koerenti u l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE.”.

(1d)

L-Artikolu 10(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplimentari adegwata tal-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, koordinatur wieħed, responsabbli għall-koordinament u l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari, għandu jiġi maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, inklużi dawk tal-Istat Membru li fih il-kumpanija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. L-identità tal-koordinatur għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-Kumitat Konġunt.”.

(1e)

Fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni Ewropea supplimentari fuq bażi legali wiesgħa, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti, u fejn meħtieġ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, għandu jkollhom jaħdmu arranġamenti ta’ koordinament. L-arranġamenti ta’ koordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-koordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 12(2) u l-Artikoli 16 u 18, u għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti.

F'konformità mal-Artikolu 8 u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa linji gwida li jkollhom bħala għan il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.”.

(1f)

Fl-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw mal-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista' tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli settorjali: il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS].” .

(1g)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 12a

1.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Kumitat Konġunt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].

2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(1h)

L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprevjenu persuni fiżiċi jew ġuridiċi inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari u Ewropea, sew jekk ikunu korp regolat jew le, milli jiskambjaw bejniethom informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni supplimentari u Ewropea u milli jiskambjaw informazzjoni f'konformità ma’ din id-Direttiva u mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], fejn meħtieġ permezz tal-Kumitat Konġunt.”.

(1i)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(2), il-Kumitat Konġunt u l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema miżuri jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kumpaniji holding finanzjarji mħallta. F'konformità mal-Artikolu 8 u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], il-Kumitat Konġunt jista' jiżviluppa linji gwida għal miżuri fir-rigward ta’ kumpaniji holding finanzjarji mħallta.”.

(2)

L-Artikolu 18(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, fejn japplika l-Artikolu 5(3) , l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk korpi regolati, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz , humiex soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz, li hija ekwivalenti għal dik prevista fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar is-superviżjoni supplementari ta’ korpi regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li kienet tkun il-koordinatur kieku kellhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(2), fuq it-talba tal-impriża prinċipali jew fuq it-talba ta’ xi waħda mill-korpi regolati awtorizzati fl-Unjoni Ewropea jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra, u ▐ kwalunkwe linji gwida ppreparati permezz tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikoli 8 u 42 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA]. Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-Kumitat Konġunt qabel ma tieħu deċiżjoni.”.

(2a)

Fl-Artikolu 18, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.     Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li pajjiż terz għandu superviżjoni ekwivalenti għall-kuntrarju tal-opinjoni ta’ awtorità kompetenti rilevanti oħra, din tal-aħħar tista' tressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kumitat Konġunt, li jista' jaġixxi skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(2b)

L-Artikolu 19(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 218(1) u (2) TFUE, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Konġunt, il-Kumitat Bankarju Ewropew, il-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat ta’ Konglomerati Finanzjarji, teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.”.

(3)

It-titolu tal-Kapitolu III qabel l-Artikolu 20 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

(4)

Fl-Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 21, 21a u 21b, l-adattamenti li għandhom isiru għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

(a)

formulazzjoni iktar preċiża tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)

formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni;

(c)

l-allinjament tat-terminoloġija u l-formulazzjoni tad-definizzjonijiet fid-Direttiva b'mod li jkun konformi ma’ atti sussegwenti tal-Unjoni dwar entitajiet regolati u kwistjonijiet relatati;

(d)

definizzjoni iktar preċiża tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness I sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fit-tekniċi prudenzjali;

(e)

il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II għall-inkoraġġiment ta’ armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi fl-Unjoni.”.

(5)

L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej :

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Is-setgħa li jiġu adotatti atti ddelegati kif jingħad fl-Artikolu 20(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin. Id-delaga tas-setgħat għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 27b.”.

(b)

Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2a.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2b.     Is-setgħa li tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 21a u 21b.”.

(c)

Il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

(d)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Il-Kumitat Konġunt jista' jipprovdi linji gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta’ superviżjoni supplementari ta’ awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi x'aktarx li jiksbu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif definiti f'din id-Direttiva, fir-rigward tal-korpi regolati f'konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu barra l-Unjoni. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina regolarment dawn il-linji gwida u għandu jqis kwalunkwe tibdiliet fis-superviżjoni supplementari mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.”.

(e)

Il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

(6)

Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin :

“Artikolu 21a

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.     Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att iddelegat.

Artikolu 21c

Standards tekniċi

1.   Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, skont l-Artikoli 42 tar-Regolament (KE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (KE) Nru …/2010 [AEAPX], u tar-Regolament (KE) Nru …/2010 [ESMA] jistgħu jiżviluppaw ▐:

(a)

abbozz ta’ standards regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 2(11) , sabiex tiġi speċifikata l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsilli 78/660/KEE (23) fil-kuntest ta’ din id-Direttiva;

(b)

abbozz ta’ standards regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 2(17), sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri jew jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ “awtoritajiet kompetenti rilevanti”;

(c)

abbozz ta’ standards regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 3(5) , biex jiġu speċifikati l-parametri alternattivi għall-identifikazzjoni tal-konglomerati finanzjarji;

(d)

abbozzi ta’ standards implimentattivi fir-rigward tal-Artikolu 6(2) , sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-metodi tal-kalkolu elenkati fl-Anness I il-parti II, iżda mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(4);

(e)

abbozzi ta’ standards implimentattivi fir-rigward tal-Artikolu 7(2) , sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tal-“konċentrazzjonijiet tar-riskju” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dak l-Artikolu ;

(f)

abbozzi ta’ standards implimentattivi fir-rigward tal-Artikolu 8(2) , sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tat-“transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dak l-Artikolu .

2.    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA]. Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1 skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2003/6/KE

Id-Direttiva 2003/6/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(-1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.     ‘Prattiki tas-suq aċċettati’ għandha tfisser prattiki li huma raġonevolment mistennija f'wieħed jew f'aktar mis-swieq finanzjarji u li huma aċċettati mill-awtorità kompetenti skont il-linji gwida adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura tal-atti ddelegati stabbilita fl-Artikoli 17, 17a u 17b.”

LAwtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati adotatti mill-Kummissjoni skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi fir-rigward ta’ prattiċi tas-suq aċċettati.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(b)

It-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati, miżuri li jikkonċernaw il-punti 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 17, 17a u 17b.”.

(-1a)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 10, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 17, 17a u 17b.”.

(b)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“10a.     L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti adottati mill-Kummissjoni skont is-sitt inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 10.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(-1b)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-test eżistenti għandu jiġi nnumerat bħala l-paragrafu 1 u għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“1.     Il-projbizzjonijiet previsti f'din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għall-kummerċ fl-ishma proprji fi programmi ta’ ‘xiri lura’ jew għal-istabilizzazzjoni ta’ strument finanzjarju sakemm dan il-kummerċ jitwettaq skont l-atti implimentattivi. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 17, 17a u 17b.”;

(b)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“1a.     L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(-1c)

L-Artikolu 14(4) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(4)     Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-ESMA l-informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2.

Fl-istess ħin l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta lill-ESMA s-sanzjonijiet kollha li jiġu mgħarrfa lill-pubbliku skont l-ewwel subparagrafu. Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE, l-ESMA għandha żżid referenza mas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tad-ditti ta’ investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/39/KE.”.

(-1d)

Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

1.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].

2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(1)

▐ L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 258 TFUE , awtorità kompetenti li ma jkunx hemm azzjoni fuq it-talba tagħha għal informazzjoni fi żmien raġonevoli jew li t-talba tagħha għal informazzjoni tiġi rrifjutata tista' ġġib dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli għall-attenzjoni tal-ESMA . F'tali każ, l-ESMA tista' taġixxi skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni previsti fit-tieni subparagrafu u għall-possibilità tal-ESMA li taġixxi skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-regolament f'dawk il-każijiet.”;

(b)

Fil-paragrafu 4, il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 258 TFUE , awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tagħha għall-ftuħ ta’ inkjesta jew li t-talba tagħha għal awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor ma jkunx hemm azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli jew li tiġi rrifjutata tista' ġġib dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli għall-attenzjoni tal-ESMA . F'tali każ, l-ESMA tista' taġixxi skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni previsti fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 16(4) u għall-possibilità tal-ESMA li taġixxi skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-regolament f'dawk il-każijiet.”;

(c)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 4, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar il-proċeduri u l-forom ta’ skambju ta’ informazzjoni u għal spezzjonijiet transkonfinali kif imsemmi f'dan l-Artikolu .

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA]. ”.

(1a)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2a.     Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 6(10), l-Artikolu 8, l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin. Id-delega tas-setgħat għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 17a.”;

(b)

Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2aa.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2ab.     Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.”;

(c)

Il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

(1b)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 17a

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 6(10), l-Artikolu 8, l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16(5) tista' tkun revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.     Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjonijiet li joġġezzjonaw għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li għalihom ikunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat.”.

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 2003/41/KE

Id-Direttiva 2003/41/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(-1)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-istituzzjoni tkun irreġistrata f'reġistru nazzjonali mill-awtorità superviżjorja kompetenti jew tkun awtorizzata; fil-każ tal-attivitajiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 20, ir-reġistru għandu jindika wkoll l-Istati Membri li fih l-istituzzjoni tkun qed topera; dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), li għandha tippubblikaha fil-websajt tagħha;”;

(b)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.     Fil-każ ta’ attività transkonfinali kif imsemmija fl-Artikolu 20, il-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni tal-istituzzjoni għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini. Meta jagħtu din l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-AEAPX.”.

(1)

L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-test eżistenti għandu jiġi nnumerat bħala l-paragrafu 1;

(b)

Żdied il-paragrafu ▐ li ġej:

“2.    L-AEAPX, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010, tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards implimentattivi dwar il-forom u l-formati għad-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1(c)(i) sa(vi).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(1a)

Fl-Artikolu 14(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kull deċiżjoni li tipprojbixxi l-attivitajiet ta’ istituzzjoni għandu jkun fiha raġunijiet dettaljati u tkun notifikata lill-istituzzjoni kkonċernata. Għandha tkun notifikata wkoll lill-AEAPX.”.

(1b)

Fl-Artikolu 15(6), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.     Sabiex ikun hemm aktar armonizzazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw il-kalkolu tar-riżervi tekniċi li jistgħu jkunu ġġustifikati – b'mod partikolari r-rati ta’ mgħax u suppożizzjonijiet oħra li jinfluwenzaw il-livell tar-riżervi tekniċi – il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tieħu parir mingħand l-AEAPX, kull sentejn jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, toħroġ rapport dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-iżvilupp tal-attivitajiet transkonfinali.”.

(2)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 20:

“11.   ▐ L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-AEAPX id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom ta’ natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet tax-xogħol, li mhumiex koperti mir-referenza għal-liġi nazzjonali soċjali u dik tax-xogħol fil-paragrafu 1. ▐

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari u mill-inqas kull sentejn u l-AEAPX għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha.

Biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-formati u l-mudelli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jittrażmettu u jaġġornaw l-informazzjoni rilevanti għall-AEAPX. L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. [AEAPX]”.

(2a)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AEAPX għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX].

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jagħtu lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], skont l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament.”;

(c)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-AEAPX bi kwalunkwe diffikultajiet kbar li tista' toħloq l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni, l-AEAPX u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jeżaminaw dawk id-diffikultajiet kemm jista' jkun malajr sabiex tinstab soluzzjoni addattata.”.

Artikolu 5

Emendi għad-Direttiva 2003/71/KE

Id-Direttiva 2003/71/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(-1)

Fl-Artikolu 4, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.     Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-eżenzjonijiet li jikkonċernaw il-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 1 u l-punti (a), (b), (e), (f), (g) u (h) tal-paragrafu 2.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7a sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(-1a)

Fl-Artikolu 5(2), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 fir-rigward tal-mudell uniformi għall-preżentazzjoni tas-sommarju u biex l-investituri jkunu jistgħu jqabblu t-titolu kkonċernat ma’ prodotti rilevanti oħra.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(-1b)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3a.     L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(1)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 8:

“5.    L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(2)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-subparagrafu li ġej żdied mal-paragrafu 2:

“L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni tal-prospett u s-suppliment mehmuż miegħu fl-istess ħin li dik l-approvazzjoni tiġi nnotifikata lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f'suq regolat, skont il-każ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA fl-istess ħin u jipprovduha b'kopja tal-prospett imsemmi u s-suppliment mehmuż miegħu .”;

(b)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista' tittrasferixxi l-approvazzjoni ta’ prospett lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, soġġett għal notifika minn qabel lill-ESMA u għall-qbil tal-awtorità kompetenti. Dan it-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f'suq regolat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-aworità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. Il-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika minn dik id-data. L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] m'għandux japplika għat-trasferiment tal-approvazzjoni tal-prospett skont dan il-paragrafu.

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn is-superviżuri u mal-ESMA, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki previsti f'dan il-paragrafu.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] .”.

(3)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Ladarba approvat, il-prospett għandu jiġi ddepożitat għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u għandu jkun aċċessibbli għall-ESMA permezz tal-awtorità kompetenti u għandu jsir disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, mill-offerent jew mill-persuna li qed titlob li tibda tinnegozja f'suq regolat l-iktar malajr li jkun prattikabbli u f'kull każ fi żmien raġonevoli qabel l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar tat-titoli involuti u mhux iktar tard minn meta jinbeda dan in-negozjar. Barra minn hekk, fil-każ ta’ offerta inizjali lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li jkunu għadhom ma ġewx ammessi għan-negozju f'suq regolat u li tkun sejra tiġi ammessa għan-negozju għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli mill-inqas sitt ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.”;

(b)

Iddaħħal il-paragrafu ▐ li ġej:

“4a.    L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha l-lista tal-prospetti approvati skont l-Artikolu 13, inkluża, jekk tapplika, hyperlink għall-prospett ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, jew fuq is-sit elettroniku tal-emittent, jew fuq is-sit elettroniku tas-suq regolat. Il-lista ppubblikata għandha tinżamm aġġornata u kull punt għandu jibqa' fuq is-sit elettroniku għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar.”

(4)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 16:

“3.   Sabiex tiġi żgurata arminizzazzjoni konsistenti u biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi dwar is-swieq finanzjarji, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew inakkuratezza relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett jeħtieġu l-pubblikazzjoni ta’ suppliment għall-prospett. L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(5)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b'li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta offerta lill-pubbliku jew dħul għal negozju f'suq regolat jingħata fi Stat Membru jew iktar, jew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru tad-domiċilju u kwalunkwe suppliment ta’ miegħu għandhom ikunu validi għall-offerta pubblika jew għad-dħul għal negozju f'kwalunkwe għadd ta’ Stati Membri ospitanti, sakemm l-ESMA u l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 18. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ma għandhom jindaħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi relatati mal-prospetti.”;

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Jekk jirriżultaw fatturi ġodda, żbalji materjali jew ineżattezzi sinifikanti wara l-approvazzjoni tal-prospett, kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tirrikjedi l-pubblikazzjoni ta’ suppliment li għandu jiġi approvat skont l-Artikolu 13(1). L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar il-bżonn ta’ informazzjoni ġdida.”.

(6)

Il-paragrafi ▐ li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 18:

“3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jippubblikaw fuq is-sit elettroniku tagħhom il-lista taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-prospetti (inklużi, jekk japplikaw, supplimenti mehmużin magħhom) li huma nnotifikati skont dan l-Artikolu, inkluża, jekk tapplika, hyperlink għal dawn il-punti ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, jew fuq is-sit elettroniku tal-emittent , jew fuq is-sit elettroniku tas-suq regolat. Il-lista ppubblikata għandha tinżamm aġġornata u kull punt għandu jibqa' fuq is-sit elettroniku għal perjodu ta’ mill-inqas12-il xahar.

4.   Sabiex tiġi tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards implimentattivi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-kopja tal-prospett, it-traduzzjoni tas-sommarju u kwalunkwe suppliment għall-prospett.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(7)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].

1b.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”;

(b)

Fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament li jidħlu fih rigward id-delegazzjoni tal-kompiti, inklużi l-kundizzjonijiet preċiżi li jirregolaw id-delegazzjoni.”;

(c)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 4:

“L-Awtorità għandha tkun tista' tipparteċipa fi spezzjonijiet fil-post skont il-punt (d) mwettqa b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar”.

(8)

L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali jew milli jittrażmettuha lill-ESMA jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku , suġġett għal restrizzjonijiet marbuta ma’ informazzjoni speċifika għall-kumpanija u l-effetti fuq pajjiżi terzi kif ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS] rispettivament. Tali informazzjoni għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni.”;

(b)

Żdied il-paragrafu ▐ li ġej:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2 .

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(8a)

L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 23

Miżuri prekawzjonarji

1.     Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ssib li ġew kommessi irregolaritajiet mill-emittenti tat-titoli jew mill-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jew l-emittenti kiser l-obbligi tiegħu minħabba l-fatt li t-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, għandha tirreferi dawk is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ESMA.

2.     Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, l-emittenti tat-titoli jew l-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jippersistu li jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri adatti kollha sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'dan mal-ewwel opportunità li jkollha.”.

Artikolu 6

Emendi għad-Direttiva 2004/39/KE

Id-Direttiva 2004/39/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(-1)

L-Artikolu 2(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, rigward l-eżenzjonijiet previsti fil-punti (c)(i) u (k), tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta attività trid tiġi kkunsidrata bħala anċillari għall-kummerċ ewlieni fil-livell ta’ grupp kif ukoll sabiex tistabbilixxi meta tiġi pprovduta attività b'mod inċidentali.”.

(-1a)

L-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tiċċara d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”.

(1)

L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-kumpaniji kollha tal-investiment. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata l-kumpanija tal-investiment. Għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA (ESMA).

L-ESMA għandha tistabbilixxi lista tal-kumpaniji kollha tal-investiment fl-Unjoni Ewropea . Il-lista għandu jkun fiha informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom il-kumpanija tal-investiment tkun awtorizzata u għandha tkun aġġornata regolarment. L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

Jekk awtorità kompetenti tkun irtirat awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 8(b) sa (d), l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fil-lista għal perjodu ta’ ħames snin. ”.

(2)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 7:

“4.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 9(2) sa (4), l-Artikolu 10(1) u (2) u l-Artikolu 12, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex:

(a)

tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7(2), inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;

(b)

tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni tal-kumpaniji tal-investiment skont l-Artikolu 9(4), u l-informazzjoni għan-notifiki previsti fl-Artikolu 9(2);

(c)

tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikolu 10(1) u (2).

L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi msemmi fil-punti (a) u (b) lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi msemmi fil-punti a, b u c skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 9(2), l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti tal-informazzjoni prevista f'dawk l-Artikoli.

L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fis-subparagrafu 4 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fir-raba' subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(2a)

Fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-ESMA.”.

(3)

Fl-Artikolu 10a, għandu jiżdied il-paragrafu ▐ li ġej:

8.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 4, li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, bla ħsara għall-Artikolu 10a(2).

L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-artikoli 10, 10a u 10b, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli standard għall-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10(4).

L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(3a)

Fl-Artikolu 10b(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li jaġġustaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”.

(3b)

L-Artikolu 13(10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Sabiex tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, u biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2 sa 9, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri implimentattivi li jispeċifikaw ir-rekwiżiti konkreti organizzattivi li għandhom jiġu imposti fuq il-kumpaniji tal-investiment li jwettqu servizzi u/jew attivitajiet u servizzi anċillari ta’ investiment differenti jew taħlita tagħhom.”.

(3c)

L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'kull diffikultà ġenerali li l-kumpaniji tal-investiment tagħhom jiltaqgħu magħhom meta jistabblixxu lilhom infushom jew jipprovdu servizzi ta’ investiment u/jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment f'pajjiż terz.”;

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Kull meta l-Kummissjoni jidhrilha, fuq il-bażi tat-tagħrif sottomess lilha skont il-paragrafu 1, li pajjiż terz ma jikkonċedix lill-kumpaniji tal-investiment tal-Unjoni aċċess effettiv għas-suq imqabbel ma’ dak konċess mill-Unjoni lill-kumpaniji tal-investiment minn dan il-pajjiż terz, il-Kummissjoni, filwaqt li ssegwi l-gwida maħruġa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, għandha tisottometti proposti lill-Kunsill għal mandat xieraq għan-negozjati bil-ħsieb li jinkisbu opportunitajiet kompetittivi komparabbli għall-kumpaniji tal-investiment tal-Unjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u b'mod sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 217 TFUE.

L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni għall-fini ta’ dan l-Artikolu.”.

(3d)

Fl-Artikolu 16(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tfassal linji gwida li jirrigwardaw il-metodi ta’ monitoraġġ imsemmija f'dan l-Artikolu.”.

(3e)

Fl-Artikolu 18(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.     Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b:”.

(3f)

Fl-Artikolu 19(6), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

is-servizzi t'hawn fuq għandhom x'jaqsmu mal-ishma ammessi għall-kummerċ f'suq irregolat jew f'suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz, l-istrumenti tas-swieq tal-flus, il-bonds jew għamliet oħra ta’ dejn garantit (bl-esklużjoni ta’ dawk il-bonds jew dejn garantit li fihom tiġi inkluża derivattiva), l-UCITS u strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi. Is-suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq irregolat jekk jikkonforma mal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti taħt it-Titolu III. Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom jippubblikaw fuq il-websajt tagħhom lista ta’ dawk is-swieq li jridu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti. Din il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament. L-ESMA għandha tassisti lill-Kummissjoni f'din il-valutazzjoni tas-swieq ta’ pajjiżi terzi.”.

(3g)

Fl-Artikolu 19(10), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“10.     Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni meħtieġa tal-investituri u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 8, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri biex tiżgura li l-kumpaniji tal-investiment jikkonformaw mal-prinċipji ddikjarati fihom meta jipprovdu servizzi ta’ investment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom. Dawn il-miżuri għandhom iqisu:”.

(3h)

Fl-Artikolu 21(6), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“6.     Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni meħtieġa lill-investituri, il-funzjonament ġust u bl-ordni tas-swieq, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 3 u 4, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li jirrigwardaw:”.

(3i)

Fl-Artikolu 22(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.     Sabiex tiżgura li miżuri għall-protezzjoni tal-investituri u l-funzjonament ġust u bl-ordni tas-swieq iqisu żviluppi tekniċi fi-swieq finanzjarji, u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li jiddefinixxu:”.

(3j)

Fl-Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     Stati Membri li jiddeċiedu li jippermettu li l-kumpaniji tal-investiment jaħtru aġenti marbuta għandhom jistabbilixxu reġistru pubbliku. L-aġenti marbuta għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. L-ESMA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha referenzi/hyperlinks għar-reġistri pubbliċi stabbiliti skont dan l-Artikolu mill-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu lill-kumpaniji tal-investiment jaħtru aġenti marbuta.”.

(3k)

Fl-Artikolu 24(5), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“5.     Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 3 u 4 fid-dawl tat-tibdil fil-prattiki tas-suq u biex tiffaċilita t-tħaddim operattiv tas-suq uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tiddefinixxi:”.

(3l)

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar il-kummerċ minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), l-Istati Membri kkoordinati mill-ESMA filwaqt li jaġixxu skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] għandhom jiżguraw illi l-miżuri xierqa jkunu qed jitħaddmu sabiex jippermettu lill-awtorità kompetenti timmonitorja l-attivitajiet tal-kumpaniji tal-investiment sabiex jiġi żgurat li jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali u b'mod li jippromwovi l-integrità tas-suq.”.

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-kumpaniji tal-investiment iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, id-data rilevanti li jkollha x'taqsam mat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, sewwa akkont tagħhom infushom u sewwa f'isem klijent. Fil-każ tat-tranżazzjonijiet imwettqa f'isem klijenti, ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħtieġ skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE tal-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus.

L-ESMA tista' titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(c)

Il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.     Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri tal-protezzjoni tal-integrità tas-suq jiġu mmodifikati sabiex iqisu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 5, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tiddefinixxi l-metodi u l-arranġamenti sabiex jiġu rrappurtati it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-għamla u l-kontenut ta’ dawn ir-rapporti u l-kriterji sabiex jiġu ddefinit is-suq rilevanti skont il-paragrafu 3.”.

(3m)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-awtorità kompetenti tas-suq l-iktar relevanti f'termini ta’ likwidità kif iddefinita fl-Artikolu 25 għal kull sehem għandha tistabbilixxi għall-inqas kull sena, fuq il-bażi tal-valur medju aritmetiku tal-ordnijiet imwettqa fis-suq rigward dan is-sehem, il-klassi tal-ishma li għalih jappartjeni. Dan it-tagħrif għandu jsir pubbliku għall-parteċipanti kollha tas-suq u jiġi trażmess lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tippubblika dan it-tagħrif fil-websajt tagħha.”;

(b)

Fil-paragrafu 7, il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“7.     Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 6, b'mod li jsostni l-valutazzjoni effiċjenti tal-ishma u jimmassimizza l-possibbiltà li l-kumpaniji tal-investiment jiksbu l-aħjar kummerċ għall-klijent tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li:”.

(3n)

Fl-Artikolu 28(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.     Sabiex tiżgura l-funzjonament trasparenti u bl-ordni tas-swieq u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati u skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li:”.

(3o)

Fl-Artikolu 29(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.     Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li jirrigwardaw:”.

(3p)

Fl-Artikolu 30(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.     Sabiex jiġi pprovdut il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li jirrigwardaw:”.

(4)

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Fil-każijiet meta ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-ditta tal-investiment għandha tikkomunika, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitant u fi żmien raġjonevoli, l-identità tal-aġenti marbuta li d-ditta tal-investiment ikun biħsiebha tuża f'dan l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitant jista' jagħmel dan it-tagħrif pubbliku. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skobnt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(b)

Żdied il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2 u 4 u ▐ 6 ▐.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 . (ESMA).

Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3, 4 u 6.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(5)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 32:

“10.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2, 4 u 9 .

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 9.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 . ▐”.

(5a)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 36:

“5a.     L-ESMA għandha tiġi nnotifikata bi kwalunkwe rtirar ta’ awtorizzazzjoni.”.

(5b)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 39:

“1a.     Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-punt (d). L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(5c)

Fl-Artikolu 40(6), it-test introduttorju tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“6.     Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 5, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b:”.

(5d)

L-Artikolu 41(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Awtorità kompetenti li titlob li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument finanzjarju mill-kummerċ f'suq irregolat jew iktar għandha tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha u tgħarraf lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ħlief meta dan aktarx li jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq intern, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom jitolbu li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ dan l-istrument finanzjarju mill-kummerċ fis-swieq irregolati u l-MTFs li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom.”.

(5e)

L-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Is-suq irregolat għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-Istat Membru li fih ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post għandha tikkomunika, fi żmien xahar, din l-informazzjoni lill-Istat Membru li fih is-suq irregolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-ESMA tista' titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7a.     Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1. L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(5f)

Fl-Artikolu 44(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.     Sabiex tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, u biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b tadotta fir-rigward ta':”.

(5g)

Fl-Artikolu 45(3), it-test introduttorju tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“3.     Sabiex tipprovdi għall-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji, sabiex tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri fir-rigward ta':”.

(6)

L-Artikolu 47 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 47

Lista tas-swieq regolati

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tas-swieq irregolati li għalihom ikun l-Istat Membru tal-post u għandu jibgħat din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-ESMA . Għandha tiġi effettwata komunikazzjoni simili rigward kull bidla f'din il-lista. L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tas-swieq kollha rregolati fuq is-sit elettroniku tagħha ▐.”.

(7)

L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bl-identità tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jinfurzaw kull wieħed minn dawn id-dmirijiet, u b'kull taqsim ta’ dawn id-dmirijiet.”;

(b)

Fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament li jidħlu fih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kundizzjonijiet preċiżi li jirregolaw id-delega.”;

(c)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.    L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġoranata lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fis-sit elettroniku tagħha ▐”.

(7a)

Fl-Artikolu 51, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq l-informazzjoni agregata dwar il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2.

Fl-istess ħin l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta lill-ESMA s-sanzjonijiet kollha li jiġu mgħarrfa lill-pubbliku skont is-subparagrafu preċedenti. Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta ta’ investiment awtorizzata skont din id-Direttiva, l-ESMA għandha żżid referenza mas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tad-ditti ta’ investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) ta’ din id-Direttiva.”.

(8)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 53:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bil-proċeduri ta’ ilment u riżarċiment imsemmija fil-paragrafu 1 li huma disponibbli taħt il-ġurisdizzjonijiet tagħha.

L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-mekkaniżmi ekstraġudizzjarji kollha fis-sit elettroniku tagħha ▐.”;

(8a)

It-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b'dan li ġej:

(8b)

Fl-Artikolu 56(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata il-kooperazzjoni, u, partikolarment, l-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda bħala punt tal-kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jiġu nnominati sabiex jirċievu talbiet għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-koperazzjoni skont dan il-paragrafu. L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta’ dawk l-awtoritajiet fuq i-sit elettroniku tagħha.”.

(8c)

L-Artikolu 56(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba li tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fi Stat Membru ieħor, imwettqa minn entitajiet mhux soġġetti għas-sorveljanza tagħha, hija għandha tinnotifika dan f'manjiera speċifika kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. L-awtorità tal-aħħar għandha tieħu l-azzjoni xierqa. Hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tan-notifika u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bir-riżultat tal-azzjoni u, safejn u sakemm possibbli, bl-iżviluppi sinifikanti interim. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-tagħrif.”.

(8d)

L-Artikolu 56(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.     Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tiddefinixxi l-modalitajiet għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tistabbilixxu l-kriterji li fuqhom l-operati ta’ suq irregolat fi Stat Membru ospitatur ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat Membru ospitatur.”.

(9)

Fl-Artikolu 56, għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 .

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(10)

L-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-test eżistenti huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 1.

(aa)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“1a.     Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-Awtorità se tkun tista' tipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi kontrolli fuq il-post, imwettqa konġuntement minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”;

(b)

Żdied il-paragrafu 2 li ġej:

“2.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti meta dawn jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament. (UE) Nru …/2010 [ESMA].

Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(11)

L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-iskambju ta’ informazzjoni .

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”;

(b)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.    L-Artikoli 54, 58 u 63 m'għandhomx jipprevjenu awtorità kompetenti milli tittrasmetti lill-ESMA , lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (EU) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lill-banek ċentrali, lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u lill-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, meta jkun adatt, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-saldu, informazzjoni kunfidenjzali maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħhom; bl-istess mod, dawn l-awtoritajiet jew korpi m'għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tali informazzjoni li jistgħu jeħtieġu għall-fini li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom previsti f'din id-Direttiva.”.

(11a)

L-Artikolu 59(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Fil-każ ta’ dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tat-talba u lill-ESMA kif jixraq, billi tipprovdi tagħrif iddettaljat kemm jista' jkun.”.

(12)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 60:

“4.   Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-Paragrafi 1 u 2 , l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-konsultazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti oħra qabel tingħata awtorizzazzjoni .

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(13)

L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tielet sentenza fit-tieni subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom jiġu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien.”;

(b)

Fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza fit-tielet subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom jiġu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien.”;

(c)

Fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza fit-tieni subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom jiġu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien.”.

(13a)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 62a

1.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].

2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jagħtu lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], skont l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament.”.

(14)

L-Artikolu 63 (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri u , skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (EU) Nru …/2010 [ESMA], l-ESMA, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 54. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri u l-ESMA jistgħu jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Istati Membri u l-ESMA jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimijiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet, korpi u persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiż terz responsibbli għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin :

(a)

is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, organizzazzjonijiet finanzjarji oħra, kumpaniji tal-assigurazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b)

il-likwidazzjoni u l-falliment ta’ kumpaniji tal-investiment u proċeduri oħra simili;

(c)

it-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijiet ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi tal-assigurazzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, jew li jamministraw skemi tal-kumpens, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;

(d)

is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ kumpaniji tal-investiment u proċeduri oħra simili;

(e)

is-sorveljanza ta’ persuni inkarigati mit-twettiq tal-verifiki statutorji tal-kontijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

Il-ftehimiet tal-kooperazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jistgħu jiġu biss konklużi ▐ jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 54. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet jew korpi jew persuni naturali jew legali.”.

(14a)

L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4, l-Artikolu 10b(1), l-Artikolu 13(10), l-Artikoli 18, 19, 21, 22, 24, 25, 27, 28, 29, 30, 40, 44, 45 u fl-Artikolu 56(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin. Id-delaga tas-setgħat għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 64c.”;

(b)

Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“-2a.

Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

-2b.

Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 64a u 64b.”;

(c)

Il-paragrafu 2a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2a.     L-ebda waħda mill-atti delegati adottati ma tista' tibdel id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.”;

(d)

Il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

(14b)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 64a

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2 u 4, l-Artikolu 10b(1), l-Artikolu 13(10), l-Artikoli 18, 19, 21, 22, 24, 25, 27, 28, 29, 30, 40, 44, 45 u l-Artikolu 56(2) tista' tkun revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 64b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.     Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att delegat.”.

Artikolu 7

Emendi għad-Direttiva 2004/109/KE

Id-Direttiva 2004/109/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(-1)

L-Artikolu 2(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjaji, biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u biex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 27(2) u (2a), tadotta atti delegati u miżuri ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.”.

(b)

It-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu stipulati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.”.

(-1a)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

anness li jinkludi sommarju tal-kontijiet annwali skont il-pajjiż;”;

(b)

Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw il-mod kif rapport finanzjarju annwali pubblikat, inkluż ir-rapport tal-verifika, għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadatta wkoll il-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.”.

(-1b)

L-Artikolu 5(6) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.     Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 27(2) u (2a), tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.”;

(b)

It-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-miżuri msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiġu stipulati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.”;

(c)

Ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista tadatta wkoll il-perjodu tal-ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ att delegat skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.”.

(-1c)

L-Artikolu 9(7) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5.”.

(b)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika wkoll it-tul massimu taċ-‘ċiklu qasir ta’ ħlas’ imsemmi fil-paragrafu 4, kif ukoll il-mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post permezz ta’ atti delegati skont l- Artikoli 27, 27a u 27b.”.

(1)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 8 ▐:

(i)

il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“8.     Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm armonizzazzjoni konsistenti u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri:”;

(ii)

Il-punt (a) jitħassar;

(iii)

It-tieni subparagrafu jitħassar;

(b)

Żdied il-paragrafu ▐ li ġej:

“9.   Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi ▐ ta' dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard ▐ li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tinħażen l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(2)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2 ▐:

(i)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1. Hija għandha b'mod partikolari tistabbilixxi:”;

(ii)

Il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-kontenut tan-notifika li għandha ssir;”;

(iii)

It-tieni subparagrafu jitħassar;

(b)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u biex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard ▐ li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tinħażen l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(2a)

L-Artikolu 14(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.”.

(2b)

L-Artikolu 17(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3. Hija għandha, b'mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom azzjonista jista' jeżerċita d-drittijiet finanzjarji provduti fil-paragrafu 2(c).”.

(2c)

L-Artikolu 18(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4. Hija għandha, b'mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom detentur ta’ titolu ta’ debitu jista' jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(c).”.

(2d)

L-Artikolu 19(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta miżuri skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.

Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tispeċifika l-proċedura skont l-emittent, id-detentur ta’ ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 10, għandhom jippreżentaw informazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini taħt il-paragrafi 1 jew 3, rispettivament, sabiex:

(a)

ikunu jistgħu jagħtu l-informazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi fl-Istat Membru tal-post;

(b)

jikkoordinaw il-preżentazzjoni tar-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva mal-preżentazzjoni tal-informazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE.”.

(2e)

L-Artikolu 21(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex jitqiesu l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2, u 3, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.

Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tispeċifika:

(a)

l-istandards minimi għat-tixrid ta’ informazzjoni regolata, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)

l-istandards minimi għall-mekkaniżmu ta’ ħażna ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tista' tispeċifika u taġġorna wkoll lista ta’ mezzi għat-tixrid ta’ informazzjoni lill-pubbliku.”.

(2f)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     L-ESMA għandha tistabbilixxi linji gwida, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], bil-għan li jiġi ffaċilitat aktar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont id-Direttiva 2003/6/KE, id-Direttiva 2003/71/KE u din id-Direttiva.”.

(2g)

L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Fejn l-uffiċċju rreġistrat tal-emittent jkun f'pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tista' teżenta lill-emittent minn rekwiżiti skont l-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikoli 12(6), 14, 15 u 16 sa 18, kemm-il darba l-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti jew sakemm dan l-emittent jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi ta’ pajjiż terz li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tikkunsidra bħala ekwivalenti.

L-awtorità kompetenti għandha mbagħad tgħarraf lill-ESMA bl-eżenzjoni mogħtija.”.

(b)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri implimentattivi:

(i)

li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment tal-ekwivalenza tal-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji, meħtieġa skont il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz;

(ii)

li jistabbilixxu li, skont il-liġi, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skont il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni previsti f'din id-Direttiva.

Fil-kuntest tal-punt (ii) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri li jikkonċernaw l-evalwazzjoni ta’ standards relevanti għall-emittenti ta’ aktar minn pajjiż wieħed.

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar l-ekwivalenza tal-istandards tal-kontabilità li jintużaw minn emittenti ta’ pajjiż terz taħt il-kondizzjonjiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3) mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 31. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz mhumiex ekwivalenti, tista' tippermetti lill-emittenti konċernati sabiex ikomplu jużaw dawn l-istandards tal-kontabilità matul perjodu transitorju xieraq.

Fil-kuntest tat-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri immirati biex jistabbilixxu kriterji ta’ ekwivalenza ġenerali rigward standards tal-kontabbiltà relevanti għal emittenti ta’ iktar minn pajjiż wieħed.

L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”.

(c)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.     Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri li jiddefinixxu t-tip ta’ informazzjoni żvelata f'pajjiż terz li hija ta’ importanza għall-pubbliku fl-Unjoni.”.

(d)

Fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.”.

(e)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“7a.     L-ESMA għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA]”.

(2h)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil- paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/71/KE bħala l-awtorità amministrattiva kompetenti ċentrali responsabbli għat-twettiq tar-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva huma applikati. L-Istati Membri għandu jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'dan.”.

(b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe arranġamenti li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tad-delega ta’ dmirijiet, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi għar-regolazzjoni tad-delegi.”.

(3)

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2a.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].

2b.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jagħtu lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], skont l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament.”;

(b)

Fil- paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni konfidenzjali jew milli jittrasmettuha lill-ESMA u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”.

(c)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     L-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jistgħu, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (…/…ESMA), jikkonkludu ftehimiet ta’ koperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi ta’ pajjiżi terzi li għandhom is-setgħa permezz tal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom li jaqdu kwalunkwe dmir mogħti b'din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 24. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-ESMA meta huma jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni huwa soġġett għal garanziji ta’ segretezza professjonali ekwivalenti għallinqas għal dawk imsemmija f'dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intiż għat-twettiq ta’ xogħol ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija. Fejn l-informazzjoni tkun ġejja minn Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista tiġi komunikata mingħajr il-ftehim espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-għanijiet biss li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.”.

(3a)

L-Artikolu 26 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 26

Miżuri prekawzjonarji

1.     Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti issib li l-emittent jew id-detentur ta’ ishma jew ta’ strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 10, wettqu irregolaritajiet jew kisru l-obbligi tagħhom, din għandha tirreferi s-sejbiet tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ESMA.

2.     Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, jew minħabba li dawn il-miżuri ma jkunux adegwati, l-emittent jew id-detentur tat-titoli jibqgħu jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regulatorji rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, tieħu, skont l-Artikolu 3(2), il-miżuri kollha adatti sabiex tipproteġi lill-investituri, filwaqt li tgħarraf b'dan mill-aktar fis lill-Kummissjoni u lill-ESMA.”.

(3b)

It-titolu tal-Kapitolu VI huwa sostitwit b'dan li ġej:

(3c)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2a.     Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(5), l-Artikolu 23(7) għandha tkun konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin. Id-delaga tas-setgħat għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 27c.”.

(b)

Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2aa.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2ab.     Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b.”.

(3d)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 27a

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(5), u l-Artikolu 23(7) tista' tkun revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.     Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att delegat.”.

Artikolu 8

Emendi għad-Direttiva 2005/60/KE

Id-Direttiva 2005/60/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(-1a)

L-Artikolu 11(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-ESAs sal-punt relevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX], u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], u lill-Kummissjoni, b'każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 jew f'sitwazzjonijiet oħra li jissodisfaw l-kriterji tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 40(1)(b).”.

(-1b)

L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-ESAs sal-punt relevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX], u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], u lill-Kummissjoni, b'każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1(b).”.

(-1c)

L-Artikolu 28(7) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.     L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-ESAs sal-punt relevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX], u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], u lill-Kummissjoni, b'każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3, 4 jew 5.”.

(-1d)

L-Artikolu 31(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-Istati Membri, l-ESAs sal-punt relevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX], u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], u l-Kummissjoni, għandhom jinfurmaw lil xulxin b'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz ma tippemettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u tista' tittieħed azzjoni koordinata sabiex tintlaħaq soluzzjoni.”.

(1)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 31:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, l-Awtorità Bankarja Ewropea, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] , l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq , stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol , stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX], waqt li jqisu l-qafas eżistenti u jikkooperaw, kif adatt, ma’ korpi tal-UE rilevanti oħra fil-qasam ta’ kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, jistgħu jiżviluppaw abbozz ta’ standards regolatorji skont l-Artikoli 42 ta’ dawn ir-Regolmenti biex jispeċifikaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fejn il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu .

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .”.

(2)

ilIl-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 34:

3.    Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, l-ABE, l-ESMA u l-AEAPX, waqt li jqisu l-qafas eżistenti u jikkooperaw, kif adatt, ma’ korpi tal-UE rilevanti oħra fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu , jistgħu jiżviluppaw abbozz ta’ standards regolatorji skont l-Artikoli 42 tar-Regolment (UE) Nru …/2010 (EBA) , ir-Regolament (UE) Nru …/2010 (ESMA) u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 (AEAPX) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi speċifikat il-kontenut minimu tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .”.

(2a)

Jiżdied l-artikolu li ġej:

“Artikolu 37a

1.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESAs għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].

2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-ESAs l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva, u skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [EIOPA] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(2b)

It-titolu tal-Kapitolu VI huwa sostitwit b'dan li ġej:

(2c)

L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1:

(i)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri li ġejjin:”.

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 41, 41a u 41b.”.

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Il-miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 41, 41a u 41b.”.

(2d)

L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil- paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8 tagħha u bil-kundizzjoni li l-miżuri adottati skont din il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.”.

(b)

Il-paragrafu 2a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2a.     Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 40 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin. Id-delaga tas-setgħat għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 41a.”.

(c)

Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2b.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2c.     Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 41a u 41b.”.

(d)

Il-paragrafu 3 jitħassar.

(2e)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 41a

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 40 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropa.”.

“Artikolu 41b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.     Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att delegat.”.

Artikolu 9

Emendi għad-Direttiva 2006/48/KE

(1)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiksbu l-awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l-attivitajiet tagħhom. Bla ħsara għall-Artikoli 7 sa 12, huma għandhom jistipulaw ir-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [EBA] tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (ABE) ABE.

2.    Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa :

(a)

abbozz ta’ standards regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet previst fl-Artikolu 7;

(b)

abbozz ta’ standards regolatorji li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8;

(c)

abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għal dan l-għoti ta’ informazzjoni;

(d)

abbozz ta’ standards regolatorji li jispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għad-detenturi ta’ ishma u l-membri b'azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikolu 12.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi msemmi fil-punti a, b u c lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punti a, c u d tal-ewwel paragrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .

Is-setgħa hija kkonferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fil-punt b tal-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(1a)

Fl-Artikolu 9(2), il-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bir-raġunijiet tagħhom għall-eżerċizzju ta’ din l-għażla; u”.

(2)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Kull awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-ABE.

L-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ingħatatilha awtorizzazzjoni għandu jiddaħħal f'lista. L-ABE għandha tippubblika u għandha żżomm aġġornat dik il-lista fuq is-sit elettroniku tagħha. ”.

(2a)

L-Artikolu 17(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-irtirar tal-awtorizzazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-ABE u għandha tingħata raġuni għalih. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu mgħarrfa b'dawn ir-raġunijiet.”.

(3)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 19:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 19a(4), li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, bla ħsara għall-Artikolu 19(3).

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli komuni għall-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 19b.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fir-raba' subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(3a)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 22:

“2a.     Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u biex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-ABE tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex jiġu speċifikati l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-komprensività stabbiliti fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament. (UE) Nru …/2010.

2b.     Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu u tal-prinċipji dwar il-politika ta’ remunerazzjoni stipulati fil-punti 22 u 22a tal-Anness V, u biex tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura skonthom, l-ABE tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex jiġu speċifikati l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, b'rispett tal-prinċipji tal-proporzjonalità u l-komprensività stabbiliti fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

L-ESMA għandha tikkoopera mill-qrib mal-ABE fit-tfassil ta’ dawn l-istandards tekniċi dwar politiki ta’ remunerazzjoni għall-kategoriji tal-istaff involuti fl-għoti ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment fit-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq fl-istrumenti finanzjarji.”.

(4)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 26:

“5.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 25 u ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa :

(a)

abbozz ta’ standards regolatorji biex tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 25 u dan l-Artikolu , u

(b)

abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu stabbliti formuli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] . Is-setgħa hija kkonferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fil-punt b tal-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(5)

Il-paragrafu ▐ li ġej żdied mal-Artikolu 28:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa :

(a)

abbozz ta’ standards regolatorji biex tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu u

(b)

abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu stabbliti formuli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 . Is-setgħa hija kkonferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fil-punt b tal-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] .”.

(6)

Fl-Artikolu 33, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Qabel ma jużaw il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f'emerġenza, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħtieġa biex jipproteġu l-interessi tad-depożitaturi, l-investituri u oħrajn li ngħatawlhom servizzi. Il-Kummissjoni, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra għandhom jiġu informati b'tali miżuri mill-iktar fis possibbli.”.

(6a)

L-Artikolu 36 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 36

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bin-numru u t-tip ta’ każijiet li fihom kien hemm rifjut skont l-Artikoli 25 u 26(1) sa (3) u li fihom ittieħdu miżuri skont l-Artikoli 30(3).”.

(6b)

L-Artikolu 38(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej bl-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra l-Unjoni Ewropea.”.

(6c)

Fl-Artikolu 39(2) għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(ba)

li l-ABE tkun tista' tikseb informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu rċevew mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE];”.

(6d)

ilIl-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 39:

“3a.     L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(7)

ilIl-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 42:

“Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa :

(a)

abbozz ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li fihom.

(b)

abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li x'aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tat-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 . Is-setgħa hija kkonferita wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fil-punt b tat-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(8)

Fi tmiem ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 42a(1) għandu jiżdied dan li ġej:

“Jekk, sa tmiem il-perjodu inizjali ta’ xahrejn, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] , l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew id-deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitant għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE . Il-perjodu ta’ xahrejn għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu inizjali ta’ xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta”.

(9)

L-Artikolu 42b huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-konverġenza fir-rigward tal-istrumenti superviżorji u l-prattika superviżorja fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-ħtiġiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dik il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE ,

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jsegwu l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-ABE , u għandhom jgħidu x'inhuma r-raġunijiet jekk ma jagħmlux hekk.

(c)

il-manadati nazzjonali mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti ma jtellfuhomx fit-twettiq tad-dmirijiethom bħala membri tal-ABE skont din id-Direttiva.”.

(b)

Il-paragrafu 2 jitħassar.

(10)

L-Artikolu 44(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu1 m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri milli jiskambjaw jew jittrasmettu informazzjoni lill-ABE skont din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif ukoll skont l-Artikoli 16 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] . Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stipulati fil-paragrafu 1”.

(11)

L-Artikolu 46 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 46

L-Istati Membri u l-ABE , skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] , jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni, li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ awtoritajiet jew korpi minn pajjiżi terzi kif iddefinit fl-Artikoli 47 u 48(1) ta’ din id-Direttiva biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 44(1) ta’ din id-Direttiva . Tali skambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-fini tat-twettiq tal-kompiti superviżorji ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi.

Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista tiġi żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw u, fejn adatt, biss għall-iskopijiet li dwarhom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.” .

(12)

L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Din it-Taqsima m'għandhiex tipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrasmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti tagħhom:

(a)

il-banek ċentrali fis-sistema Ewropea tal-banek ċentrali u korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċitar tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluża l-imġiba tal-politika monetarja u d-dispożizzjoni dwar likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti, ta’ clearing u ta’ sald, u l-issalvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b)

fejn hu adatt, lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli li jissorveljaw sistemi ta’ ħlas;

(c)

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) fejn din l-infomazzjoni hija rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Din it-Taqsima m'għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet jew korpi imsemmija fl-ewwel subparagrafu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tali informazzjoni li jistgħu jeħtieġu għall-finijiet tal-Artikolu 45.”;

(b)

ir-raba' paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“F'sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw , mingħajr dewmien, informazzjoni lill-banek ċentrali fis-sistema Ewropea tal-banek ċentrali meta din l-informazzjoni hija rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluż t-twettiq ta-politika monetarja u l-proviżjoni tal-likwidità relatata, is-sorveljanza tal-ħlasijiet, is-sistemi tas-saldu tal-ħlasijiet u t-titoli, u lill-BERS skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS] meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħha.”.

(13)

L-Artikolu 63a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument għandhom jipprovdu li l-prinċipal, l-interessi jew id-dividendi mhux imħallsa jkunu tali li jassorbu t-telf u ma jtellfux ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu permezz ta’ mekkamiżmi adatti, kif żviluppati mill-ABE skont il-paragrafu 6”.

(b)

Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u biex tiżgura l-konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozzi ta’ standards regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fis-subparagrafu preċedenti skont il-proċedura stipulata fl- Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].

L-ABE għandha wkoll toħroġ linji gwida fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57.

L-ABE għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida .”.

(14)

Fl-Artikolu 74(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva , għall-komunikazzjoni ta’ dawn il-kalkoli mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, mill-31 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw formati, frekwenzi u dati uniformi ta’ rapportar. Sabiex tiġi żgurta l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, qabel l-1 ta'Jannar 2012 l- ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards ta’ implimentazzjoni sabiex tintroduċi, fl-Unjoni Ewropea, formati (bi speċifikazzjonijiet assoċjati) , frekwenzi u dati uniformi ta’ rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa wkoll abbozz ta’ standards ta’ implimentazzjoni rigward soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għal tali rappurtar.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards implimentattivi msemmi fit-tieni u fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”

(15)

Fl-Artikolu 81(2), għandhom jiżdiedu is-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex tiġi żgurta l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha b'konsultazzjoni mal- ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni relatata mal-valutazzjoni tal-kreditu. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tat-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(16)

Fl-Artikolu 84(2), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex tiġi żgurta l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha b'konsultazzjoni mal-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni relatata mal-valutazzjoni tal-kreditu . L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(17)

Fl-Artikolu 97(2), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha b'konsultazzjoni mal- ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni relatata mal-valutazzjoni tal-kreditu. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(18)

Fl-Artikolu 105(1), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni li skontha l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw l-Approċċi ta’ Kejl Avvanzat.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .”.

(19)

Fl-Artikolu 106(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-eżenzjonijiet fil-punt (c) u (d), kif ukoll biex tispeċifika l-kondizzjonijiet użati biex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, kif iddikjarat fil-paragrafu (3). L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tat-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(20)

L-Artikolu 110(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtar għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. L-awtoritajiet kompetenti, mill-31 ta’ Diċembru 2012, għandhom japplikaw formati, frekwenzi u dati uniformi ta’ rappurtar. Sabiex tiġi żgurta l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, qabel l-1 ta’ Jannar 2012 l- ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tintroduċi, fl-Unjoni Ewropea , formati (bi speċifikazzjonijiet assoċjati) , frekwenzi u dati uniformi ta’ rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa wkoll abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għal tali rappurtar.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards implimentattivi msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”

(20a)

Fl-Artikolu 111(1), ir-raba' subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx minn EUR 150 miljun u għandhom jinformaw lill-ABE u lill-Kummisjoni b'dan.”.

(21)

L-Artikolu 122a(10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“10.    L-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni kull sena dwar il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti ma’ dan l-Artikolu.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji għall-konverġenza tal-prattiki superviżorji rigward dan l-Artikolu, inklużi l-miżuri meħuda f'każ ta’ nuqqas ta’ diliġenza u ta’ mmaniġġjar tar-riskju dovuti. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tat-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(22)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 124:

“6.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din l-Artikolu , l-ABE tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika dan l-Artikolu u proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju u metodoloġija komuni.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(22a)

L-Artikolu 126(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE u lill-Kummissjoni kull ftehima kkonkluża skont il-paragrafu 3.”.

(22b)

Fl-Artikolu 129(1), is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

“Fejn is-superviżur konsolidanti ma jwettaqx il-kompiti li għalihom hemm riferiment fl-ewwel subparagrafu jew fejn l-awtoritajiet kompetenti ma jikkoperawx mas-superviżur konsolidanti fil-grad rikjest fit-twettiq tal-kompiti fl-ewwel subparagrafu, kwalsiasi awtorità kompetenti kkonċernata tkun tista' tressaq il-kwestjoni għall-attenzjoni tal-ABE, li tista' taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tar-Regolament …/2010 [ABE].”.

(23)

Fl-Artikolu 129(2), il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Jekk, fit-tmiem tal-perijodu ta’ sitt xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati rreferiet l-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] , is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista' tieħu f'konformità mal-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tagħha , u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE . Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara t-tmiem tal-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta”.

(23a)

Fl-Artikolu 129(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ABE tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta li hemm riferiment għalih f'dan il-paragrafu, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi li għalihom hemm riferiment fl-Artikoli 84(1), 87(9) u 105 u fl-Anness III parti 6, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fiż-żewġ subparagrafi preċedenti skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(24)

L-Artikolu 129(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tielet subparagrafu, it-terminu “Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej” għandha tiġi ssostitwita b'“Awtorità Bankarja Ewropea”.

(b)

Ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba' xhur, għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u l-Artikolu 136(2) fuq bażi kkonsolidata mis-superviżur konsolidanti wara li debitament iqis il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk fit-tmiem tal-perijodu ta’ erba' xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati rreferiet il-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/2010 [ABE] , is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista' tieħu f'konformità mal-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE . Il-perijodu ta’ erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara li jgħaddi l-perijodu ta’ erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.”.

(c)

L-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u tal-Artikolu 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istitizzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE jew ta’ kumpanija finanzjarja holding prinċipali fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet u r-riżervi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk fit-tmiem tal-perijodu ta’ erba' xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati rreferiet il-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru …2010 [ABE] , l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista' tieħu f'konformità mal-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE . Il-perijodu ta’ erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara li jgħaddi l-perijodu ta’ erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.”.

(d)

Is-seba' subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“Meta l-ABE tiġi kkonsultata, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iqisu l-parir tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni minnha”.

(e)

Il-għaxar subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-ABE tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmija f'dan il-paragrafu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 123, 124 u 136(2) , bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati deċiżjonijiet konġunti. ▐

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz li jimplimenta l-istandards tekniċi msemmi fl- ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”

(25)

Fl-Artikolu 130(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

“130.   Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif definita fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur konsolidanti, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, għandu jwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-ABE, lill-BERS u l-awtoritajiet imsemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 49 u l-Artikolu 50, u għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha essenzjali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).

Jekk l-awtorità msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 49 issir konxja ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, din għandha twissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 125 u 126, u lill-ABE .”

(26)

Fl-Artikolu 131, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtorizzaw is-sussidjarja tal-kumpanija prinċipali li hija istituzzjoni ta’ kreditu jistgħu, bi ftehim bilaterali, skont it-termini tal-Artikolu (13) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom ta’ superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u ssupervizzaw il-kumpanija prinċipali biex b'hekk jassumu r-responsabbiltà ta’ superviżjoni tas-sussidjarja skont din id-Direttiva. L-ABE għandha tinżamm infurmata bl-eżistenza u l-kontenut ta’ tali ftehimiet. Hija għandha twassal din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat Bankarju Ewropew”.

(27)

L-Artikolu 131a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi kulleġġi ta’ superviżuri biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti li għalihom hemm riferiment fl-Artikolu 129 u fl-Artikolu 130(1) u, suġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolul u l-kompatibilità mad-Dritt tal-Unjoni, għandu jiżgura li jkun hemm il-kordinazzjoni u l-koperazzjoni li jmorru mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fejn imur.

L-ABE għandha tmexxi hi fl-iżgurar, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv, u konsistenti tal-kulleġġi li għalihom hemm riferiment f'dan l-Artikolu skont it-termini tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE]. Għal dan il-fini, l-ABE għandha tipparteċipa kif jidhrilha li għandu jmur u għandha titqies bħala awtorità kompetenti għal dan il-fini.

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jagħtu qafas għas-Superviżuri konsolidanti, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn li għandhom x'jaqsmu mat-twettiq tal-kompiti segwenti:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom u mal-ABE skont it-termini tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE];

(b)

il-qbil fuq l-affidament volontarju ta’ kompiti u delega volontarja ta’ responsabbiltajiet fejn imur;

(c)

id-determinazzjoni ta’ programmi ta’ eżami superviżorju bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-grupp skont it-termini tal-Artikolu 124;

(d)

iż-żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux neċessarja tar-rekwiżiti ta’ superviżjoni, inkluż b'rabta mar-rekwiżiti tal-informazzjoni li għalihom hemm riferiment fl-Artikolu 130(2) u fl-Artikolu 132(2);

(e)

l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti prudenzjali skont din id-Direttiva fl-entijiet kollha fi grupp bankarju mingħajr ħsara għall-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;

(f)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 129(1)(c) li tqis ix-xogħol ta’ fora oħrajn li jistgħu jitwaqqfu f'dan il-qasam.

L-awtoritajiet kompetenti u l-ABE li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jikkoperaw mill-qrib. Ir-rekwiżitgi ta’ kunfidenzjalità skont il-Kapitolu 1, Taqsima 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri ma għandhomx jaffettwaw il-jeddijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.”.

(b)

fil-paragrafu 2:

(i)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 42a(3), l-ABE tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji ħalli jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tat-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE].”.

(ii)

is- sitt subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Is-superviżur għall-konsolidazzjoni, soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalita skont il-Kapitolu 1, Taqsima 2, għandu jinforma lill-ABE bl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li hija ta’ rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.”.

(27a)

Fl-Artikolu 132(1), is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-ewwel subparagrafu:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-EBA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [EBA].

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-EBA l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [EBA], skont l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament.”.

(27b)

Fl-Artikolu 140, it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.     L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom jistabbilixxu listi ta’ kumpanniji ta’ propjetà finanzjarja li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 71(2). Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.”.

(28)

L-Artikolu 143(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza li ġejja żdiedet fit-tmiem tal-ewwel subparagrafu:

L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, inkluż dwar jekk tali gwida għandhiex tiġi aġġornata”.

(b)

it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“L-awtorità kompetenti li twettaq il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe tali gwida. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE qabel tadotta deċiżjoni.”.

(28a)

Fl-Artikolu 143(3), ir-raba' subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“It-tekniki ta’ superviżjoni għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tas-superviżjoni kkonsolidata kif iddefinita f'dan il-Kapitolu u għandhom ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti involuti l-oħrajn, lill-ABE u lill-Kummissjoni.”.

(29)

ilIl-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 144:

“Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards implimentattivi sabiex tiddetermina il-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u l-pubblikazzjoni annwali tal-iżvelar previsti f'dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet paragrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] .”.

(30)

ilIl-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 150:

(a)

Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu ddeterminati:

(a)

il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-punti 15 sa 17 tal-Anness V;

(b)

il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Parti 2 tal-Anness VI fir-rigward tal-fatturi kwantitattivi msemmijin fil-punt 12, il-fatturi kwalittattivi msemmijin fil-punt 13 u l-punt ta’ referenza msemmi fil-punt 14;

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni ħalli tadotta l-abbozz li jimplimenta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] ”.

(31)

L-Artikolu 156 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-terminu “Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej” għandha tiġi ssostitwita b'“Awtorità Bankarja Ewropea”;

(b)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-ABE u l-Istati Membri, u filwaqt li tqis il-kontribut tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha timmonitorja regolarment jekk din id-Direttiva, flimkien mad-Direttiva 2006/49/KE, għandhiex effett sinjifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dak l-eżami, għandha tqis jekk kull miżura ta’ rimedju hix ġustifikata.”.

Artikolu 10

Emendi għad-Direttiva 2006/49/KE

Id-Direttiva 2006/49/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 18, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5.   L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tista' tiżviluppa abbozz ta’ standars regolatorji biex tiġi speċifikata l-metodoloġija tal-valutazzjoni li taħtha l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet biex jużaw mudelli interni għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali skont din id-Direttiva.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fil-punt a tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .”.

(1a)

Fl-Artikolu 22(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti kapitali fuq bażi kkonsolidata kif stabbilita f'dan l-Artikolu, għandhom jinnotifikaw lill-ABE u lill-Kummissjoni.”.

(1b)

L-Artikolu 32(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dawk il-proċeduri.”.

(b)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“3a.     L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha toħroġ linji gwida marbutin mal-proċeduri li għalihom hemm riferiment fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.”.

(1c)

L-Artikolu 36(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jaqdu d-dmirijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. Għandhom jinnotifikaw bihom lill-ABE u lill-Kummissjoni u jindikawlhom kwalunkwe diviżjoni ta’ dmirijiet.”.

(1d)

Fl-Artikolu 38(1), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“1.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-EBA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [EBA].

2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jagħtu lill-EBA l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [EBA], skont l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament.”.

Artikolu 11

Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE (UCITS)

Id-Direttiva 2009/65/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 5:

“8.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikollu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-UCITS.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .”.

(1a)

Fl-Artikolu 6(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ESMA għandha tiġi nnotifikata b'kull awtorizzazzjoni li tingħata u għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, lista aġġornata tal-kumpaniji tal-maniġment awtorizzati u żżommha aġġornata.”.

(2)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 7:

“6.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex:

(a)

tispeċifika l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpanija ġestriċi, inkluż il-programm ta’ attivitajiet;

(b)

tispeċifika r-rekwiziti applikabbli għall-kumpanija ġestriċi skont it-termini tal-Artikolu 7(2) u l-informazjzoni għan-notifika prevista fl-Artikolu 7(2)

(c)

tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'kumpanniji possedenti, kif ukoll tispeċifika l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikoli 8(1) u l-Artikoli 10(1)-(2) tad-Direttiva 2004/39/KE, kif imsemmi fl-Artikolu 11.(…) ta’ din id-Direttiva.

L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi msemmi fil-punti (a) u (b) lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi msemmi fil-punti (a), (b) u (c) skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi implimentattivi ħalli jkunu ddeterminati l-forom standard, il-mudelli, il-proċeduri għan-notifika jew l-għoti ta’ informazzjoni kif dispost fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

L-Awtorità għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fir-raba' subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(2a)

L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ESMA u lill-Kummissjoni b'kull diffikultà ġenerali li l-UCITS jiltaqgħu magħha fil-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tagħhom f'kull pajjiż terz.

Il-Kummissjoni għandha teżamina tali diffikultajiet kemm jista' jkun malajr ħalli ssib soluzzjoni kif imur. L-ESMA għandha tassisti fl-espletar ta’ dan il-kompitu.”.

(2b)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 11:

“3.     Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiġi stabbilita lista eżawrijenti ta’ informazzjoni, kif dispost f'dan l-Artikolu, b'referenza għall-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2004/39/KE, li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10a(2) ta’ dik id-Direttiva.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu stabbiliti formoli, mudelli u proċeduri standard għall-modalitajiet tal-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, kif dispost f'dan l-Artikolu b'referenza għall-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2004/39/KE.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(2c)

L-Artikolu 12(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-1 ta’ Lulju 2010, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-istrutturi u rekwiżiti organizattivi sabiex jimminimizzaw il-kunflitti tal-interessi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(3)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 12:

“4.   Sabiex tiġi żgurata kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex ikunu speċifikati aktar l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-proċeduri, l-arranġamenti, l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(3a)

L-Artikolu 14(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“2.     Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri, sabiex jiżguraw li l-kumpanija tal-maniġment tikkonforma mad-doveri stabbiliti fil-paragrafu 1, b'mod partikolari ma':”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(4)

Fl-Artikolu 14, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex ikunu speċifikati aktar il-miżuri implimentattivi adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji, il-prinċipji u l-passi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni paragrafu .

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(4a)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 17:

“10.     Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2, 3, 8 u 9.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 9.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(4b)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 18:

“4a.     Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2 u 4.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 4.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(4c)

Fil-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 20:

“4a.     Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikollu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ħalli tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-ġestjoni ta’ UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor.

Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS].”.

Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għal tali għoti ta’ informazzjoni.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(5)

Fl-Artikolu 21 (7), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   “Qabel ma tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 jew 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija ta’ ġestjoni jistgħu, f'emerġenzi, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja neċessarja biex ikunu protetti l-interessi tal-investituri u oħrajn li kienu pprovduti b'servizzi. Il-Kummissjoni, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati għandhom jiġu informati b'tali miżuri mill-iktar fis possibbli.”.

(5a)

Fl-Artikolu 21(7), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Wara li tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' tiddeċidi li l-Istat Membru in kwestjoni għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri, mingħajr ħsara għall-poteri tal-ESMA skont it-termini tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA]”.

(5b)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(9) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.     L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ESMA bin-numru u t-tip ta’ każijiet li fihom huma rrifjutaw l-awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 17 jew applikazzjoni taħt l-Artikolu 20 kien jew ta’ kwalunkwe miżuri li ttieħdu skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.”.

(5c)

L-Artikolu 23(6) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.     Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu fir-rigward ta’ UCITS ġestita minn kumpanija tal-maniġment stabbilita fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehim standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpanija tal-maniġment skont il-paragrafu 5.”;

(b)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(6) għandu jitħassar.

6.

Il-paragrafi li ġejjin żdiedu mal-Artikolu 29:

“5.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva , l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika :

(a)

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpanija investitriċi, inkluż il-programm ta’ operazzjonijiet, u;

(b)

l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif imniżżel taħt l-Artikolu 29(1)c.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.

6.     Sabiex tiżgura l-kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni skont il-punt a tal-paragrafu 5.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(6a)

L-Artikolu 32(6) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.     L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-Kummissjoni bl-identitajiet tal-kumpaniji ta’ investiment li jibbenefikaw mid-derogi previsti fil-paragrafi 4 u 5.”.

(6b)

L-Artikolu 33(6) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.     Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu fir-rigward ta’ UCITS ġestita minn kumpanija tal-maniġment stabbilita fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehim standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpanija tal-maniġment skont il-paragrafu 5.”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(6c)

L-Artikolu 43(5) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.     Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat, il-format u l-metodu li permezz tiegħu għandu jiġi moghti t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3.”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(7)

Fl-Artikolu 43, għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex ikunu speċifikati aktar l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kontenut, il-format u l-metodu li bihom għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(8)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 50:

“4.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kategoriji ta’ assi li fihom tista' tinvest l-UCITS f'konformità ma’ dan l-Artikolu u ma’ atti delegati aadottati mill-Kummissjoni li huma relatati ma’ tali dispożizzjonijiet .

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(9)

L-Artikolu 51 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

“L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rċevuta skont il-paragrafu ta’ qabel u aggregata fir-rigward tal-kumpaniji kollha tal-maniġment jew tal-investiment li huma qed jissorveljaw tkun aċċessibbli lill-ESMA u lill-BERS għall-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi fil-livell tal-Unjoni.”;

(b)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri […] li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

kriterji li jevalwaw l-adegwatezza tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju użat mill-kumpanija tal-maniġment f' konformita' mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b)

regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni preċiza u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi tal-OTC; u

(c)

regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-proċedura li trid tiġi segwita biex tkun komunikata l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija tal-maniġment tal-Istat Membru ta’ domiċilju msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(c)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex ikunu speċifikati aktar l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji, il-prinċipji u l-passi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) fil-paragrafu 4.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(9a)

Fl-Artikolu 52(4), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-ESMA lista tal-kategoriji tal-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu flimkien mal-kategoriji ta’ emittenti awtorizzati, skont il-liġijiet u l-arranġamenti ta’ superviżjoni msemmija f'dak is- subparagrafu, sabiex jinħarġu bonds li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti f' dan l-Artikolu. Notifika li tispeċifika l-istatus tal-garanziji offerti għandha tkun mehmuża ma’ dawn il-listi. Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom immedjatament jgħaddu dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn flimkien ma’ kull kumment li jqisu li jmur u għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajts tagħhom. Tali komunikazzjonijiet jistgħu jkunu is-suġġett ta’ skambju ta’ opinjonijiet fil-Kumitat Ewropew tat-Titoli, msemmija fl-Artikolu 112(1).”.

(10)

L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 6:

(i)

L-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.     Il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, tadotta miżuri […] li jispeċifikaw:”;

(ii)

It-tieni subparagrafu jitħassar;

(b)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex ikunu speċifikati aktar l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji u regoli msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) fil-paragrafu 6.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(11)

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri li jkomplu jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1; u

(b)

it-tipi ta’ irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jitqiesu li għandhom impatt negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.”.

(b)

Żdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex ikunu speċifikati aktar l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-miżuri u t-tipi ta’ irregolaritajiet msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) fil-paragrafu 3.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(11a)

L-Artikolu 62(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri li jispeċifikaw il-kontenut tal-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”.

(11b)

L-Artikolu 64(4) huwa mibdul b'dan li ġej:

“4.     Il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, tadotta miżuri […] li jispeċifikaw:

(a)

il-format u l-mod kif għandu jiġi pprovdut it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b)

fil-każ li l-UCITS alimentatriċi tittrasferixxi l-assi kollha tagħha, jew parti minnhom, lill-UCITS prinċipali bi skambju ma’ unitajiet, il-proċedura għall-valutazzjoni u l-verifika ta’ tali kontribut in natura u r-rwol tad-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi f'dak il-proċess.”.

(12)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 64:

“5.   Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni fl-informazzjoni mogħtija f'dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekiniċi implimentattivi sabiex tiddetermina l-atti delegati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u l-mod li bih l-informazzjoni tiġi provduta u l-proċedura msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(13)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 69:

“5.   Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolul, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kontenut tal-prospectus, ir-rapport annwali u r-rapport ta’ nofs is-sena kif stabbilit fl-Anness I, u l-format ta’ dawn id-dokumenti.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .”.

(13a)

L-Artikolu 75(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta l-prospett jiġi pprovdut f'mezz durabbli barra mill-karta jew permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.”.

(13b)

L-Artikolu 78(7) huwa mibdul b'dan li ġej:

“7.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, tadotta miżuri […] li jispeċifikaw:

(a)

il-kontenut iddettaljat u eżawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4;

(b)

il-kontenut iddettaljat u eżawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, fil-każijiet speċifiċi li ġejjin:

(i)

għal UCITS b'kompartimenti differenti ta’ investiment, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f'kompartiment speċifiku ta’ investiment, inkluż kif jistgħu jgħaddu minn kompartiment wieħed ta’ investiment għal ieħor, u l-ispejjeż marbutin ma’ dan;

(ii)

għal UCITS li joffru klassijiet differenti ta’ ishma, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu fi klassi speċifika ta’ ishma;

(iii)

għall-istrutturi ta’ fondi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f'UCITS, li tinvesti hi stess f'UCITS oħrajn jew impriżi kollettivi oħra ta’ investiment imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 50(1);

(iv)

għal strutturi prinċipali-alimentatriċi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f'UCITS alimentatriċi; u

(v)

għal UCITS strutturati, ta’ kapital protett u oħrajn simili, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri f'rabta mal-karatteristiċi speċjali ta’ UCITS bħal dawn; u

(c)

id-dettalji speċifiċi tal-format u l-preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri fil-paragrafu 5.”.

(14)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 78:

“8.   Sabiex tiżgura l-unformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazjzoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekiniċi implimentattivi sabiex tiddetermina l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(14a)

L-Artikolu 81(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delelgati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, miżuri li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta t-tagħrif ewlieni għall-investituri jiġi pprovdut f'mezz durabbli barra mill-karta jew permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.”.

(14b)

Fl-Artikolu 83, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3.     Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu marbutin mas-self.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010.”.

(15)

Il-paragrafu li ġej żdied mal-Artikolu 84:

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jeħtieġ jintlaħqu mill-UCITS wara l-adozzjoni tas-sospensjoni temporanja tax-xiri mill-ġdid jew il-fidi tal-unitajiet tal-UCITS kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, ladarba tkun deċiża s-sospensjoni.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 7 sa 7d tar-Regolament (UE) Nru …/2010 .”.

(15a)

L-Artikolu 95(1) huwa emendat kif ġej:

“1.     Il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b, tadotta miżuri […] li jispeċifikaw:

(a)

l-ambitu tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 91(3); u

(b)

l-iffaċilitar tal-aċċess, tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS, għall-informazzjoni u/jew għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(1), (2) u (3), skont l-Artikolu 93(7).”.

16.

Fl-Artikolu 95, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b'li ġej:

“2.   Sabiex tiżgura l-uiformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 93, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard tal-ittra tan-notifika li għandha tintuża minn il-forma u l-kontenuti mudell ta’ ittra ta’ notifika standard li għandha tintuża minn UCITS għall-fini tan-notifika msemmija fl-Artikolu 93(1), inkluża indiklazzjoni għal liema dokumenti jirreferu t-traduzzjonijiet;

(b)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-attestazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 93(3);

(c)

il-proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ notifikar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 93.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010. ”.

(16a)

L-Artikolu 97(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     Kull Stat Membru għandu jaħtar awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-Kummissjoni dwar dan, u jindikaw kull diviżjoni ta’ dmirijiet.”.

(16b)

Fl-Artikolu 101, il-paragrafu huwa miżjud:

“2a.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [ESMA].

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(17)

Fl-Artikolu 101, il-paragrafi 8 u 9 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“8.    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-ESMA għas-sitwazzjonijiet fejn talba:

(a)

għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 109 tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli;

(b)

għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 110 tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli; jew

(c)

għall-awtorizzazjoni biex uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn li jkunu ġew riġettati jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarhom fi żmien raġonevoli.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 258 tat-TFUE, f'dawn il-każijiet l-ESMA tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha bl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/2010 [ESMA], mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet ta’ rifjut ta’ att fuq rikjesta għal informazzjoni jew għal investigazzjoni kif previst fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu l-possibilità tal-ESMA li taġixxi skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament f'dawn il-każijiet.

9.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkooperaw f'(verifiki u investigazzjonijiet fil-post kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament …/2010 [ESMA].”

(18)

L-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil- paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri milli jiskambjaw informazzjoni f'konformità ma’ din id-Direttiva jew leġislazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-UCITS jew għal impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew milli jittrasmettuha lill-ESMA f'konformità mar-Regolament (UE) Nru …/2010 jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu .”;

(b)

Fl-Artikolu 5 għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) stabbilita bir-Regolament (UE) …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ABE] , l-Awtorità Ewropea għall-Assikurazzjonijiet u l-Pensjonijiet Okkupazzjonali (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-BERS .”.

(18a)

L-Artikolu 103(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-ESMA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skont il-paragrafu 1.”.

(18(b)

L-Artikolu 103(7) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.     L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-ESMA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet jew korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni skont il-paragrafu 4.”.

(19)

L-Artikolu 105 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 105

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-iskambju ta’ informazzjoni, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex jiġu stabbiliti l-proċeduri, il-mudelli u l-formati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 7e tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA].”.

(20)

Fl-Artikolu 108(5), il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

jekk ikun meħtieġ, il-kwistjoni tinġieb għall-attenzjoni tal-ESMA , li tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha bl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/2010 [ESMA].

Il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom jiġu infurmati mingħajr ebda dewmien dwar kwalunkwe miżura meħuda skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.”.

(20a)

It-titolu tal-kapitolu XIII huwa mibdul b'dan li ġej:

(20b)

L-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 111

Il-Kummissjoni tista' tadotta emendi tekniċi għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex jiġu żgurati armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni kollha; jew

(b)

l-allinjament ta’ terminoloġija u l-inkwadratura ta’ definizzjonijiet skont l-atti sussegwenti dwar UCITS u materji relatati.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 112, 112a u 112b.”.

(20c)

L-Artikolu 112 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 112

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE.

2.     Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal żmien erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin. Id-delaga tas-setgħat għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 64c.

2a.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2b.     Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 112a u 112b.

3.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 8 tagħha.”.

(20d)

Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 112a

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 112b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.     Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att delegat.”.

Artikolu 11a

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2014, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jispeċifika jekk l-ESA tkunx ippreżentat abbozz ta’ standards tekniċi kif previst f'din id-Direttiva, fejn tali preżentata hija tassattiva jew opzjonali, b'kull proposta li tista' tkun approprijata.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-disposizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet ma’ din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 57(2) (A7-0163/2010).

(2)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

(3)  Opinjoni tat-18 ta’ Marzu 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ….

(5)  COM(2009)0114.

(6)  COM(2009)0252.

(7)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(10)   ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(11)   ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(12)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(13)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(14)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(15)  ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(16)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(17)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(18)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(19)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(20)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(21)  ĠU L”.

(22)  ĠU L”;

(23)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/267


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I

P7_TA(2010)0270

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2009)0503 – C7-0167/2009 – 2009/0144(COD))

2011/C 351 E/36

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Din il-proposta giet emendata fis-7 ta’ Lulju 2010 kif ġej (1):

EMENDI TAL-PARLAMENT (2)

għall-proposta komuni tal-Kummissjoni

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (5),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (6),

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.

(1a)

Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà talab b'mod regolari t-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li ġibed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni tal-Unjoni ta’ swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (7) , tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar ir-regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (8) , u tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005–2010) – White Paper (9) , tat-23 ta’ Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-hedge funds u l-ekwità privata (10) , tad-9 ta’ Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza (11) , tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (12) u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (13) ).

(2)

Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda ▐ riformi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni . Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u waħda għas-settur tat-titoli, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport irrappreżentaw l-aktar livell baxx ta’ bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala meħtieġ biex jiġi evitat li jerġa' jkun hemm kriżi bħal din fil-ġejjieni.

(3)

▐ Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew” , il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) , u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea” ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid iżda ma inkludietx ir-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula fir-Rapport de Larosière .

(4)

Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li tiġi stabbilita Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-parteċipanti kollha fis-swieq finanzjarji fis-Suq Uniku. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji jista' jkollha rwol b'saħħtu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq) (l-Awtorità) għandha wkoll tkun is-superviżur għar-Repożitorji tal-Kummerċ. Il-Kummissjoni hija mitluba tipproponi soluzzjoni għas-superviżjoni tal-Kontropartijiet Ċentrali mill-Awtorità, imfassla fuq soluzzjoni misjuba fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu (14).

(4a)

Ir-rapport FMI intitolat “Kontribut Ġust u Sustanzjali mis-Settur Finanzjarju” tas-16 ta’ April 2010, miktub fuq talba tas-summit tal-G20 ta’ Pittsburgh, stipula li “l-ispiża tal-fallimenti tas-settur finanzjarju għandha tkun limitata u koperta minn Kontribuzzjoni Finanzjarja għall-Istabilità (FSC) b'rabta ma’ mekkaniżmu ta’ soluzzjoni kredibbli u effettiv. Jekk ikunu definiti sew, il-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni jevitaw li fil-ġejjieni l-gvernijiet ikollhom isalvaw lil istituzzjonijiet importanti wisq, kbar wisq jew interkonnessi wisq biex ifallu”.

(4b)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020” iddikjarat ukoll li prijorità kruċjali għall-futur qrib tkun li “nimpedixxu, u jekk ikun meħtieġ nikkontrollaw, kriżijiet finanzjarji li jistgħu jseħħu, u li - b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà speċifika tas-settur finanzjarju fil-kriżi attwali - ser tesplora wkoll il-possibilità ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju”.

(4c)

Il-Kunsill Ewropew, fil-25 ta’ Marzu 2010 qal biċ-ċar li “l-progress huwa meħtieġ b'mod partikolari rigward kwistjonijiet bħal… istituzzjonijiet sistemiċi, strumenti ta’ finanzjament għall-ġestjoni tal-kriżi.”

(4d)

Il-Kunsill Ewropew, fis-17 ta’ Ġunju 2010 fl-aħħar qal li “l-Istati membri għandhom jintroduċu sistemi ta’ tariffi għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżguraw qsim ġust tal-piżijiet u biex jiffissaw inċentivi biex ikun limitat ir-riskju sistemiku. Tariffi bħal dawn għandhom ikunu parti minn qafas ta’ riżoluzzjoni kredibbli”.

(5)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet.

(6)

L-Unjoni laħqet il-limiti ta’ x'jista' jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej ▐. L-Unjoni ma tistax tibqa' f'sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f'każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b'reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema konformi mal-objettiv ta’ suq finanzjarju tal-Unjoni uniku u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f'netwerk tal-Unjoni b'saħħtu.

(7)

L-SESF għandha tkun netwerk integrat ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-Unjoni , li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal-livell nazzjonali ▐. L-Awtorità għandu jkollha rwol ewlieni fil-kulleġġ ta’ superviżuri li jissorveljaw il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali, u għalihom għandhom jiġu definiti normi ċari ta’ superviżjoni. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista' jipperikola l-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, fejn awtorità nazzjonali naqset milli jeżerċita s-setgħat tagħha. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni . Apparti l-Awtorità ▐, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) . Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jkun parti mill-SESF .

(8)

L-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tissostitwixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (15), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (16) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (17), u jassumu l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati inkluż, fejn addatt, it-tkomplija tal-ħidma u l-proġetti li għaddejjin bħalissa . Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b'mod ċar ▐. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji.

(9)

L-▐ Awtorità ▐ għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b'mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha, u n-natura differenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji . L-Awtorità għandha tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabilità tas-sistema finanzjarja, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji u l-ħarsien tad-depożitaturi u tal-investituri. L-Awtorità għandha tipprevjeni wkoll l-arbitraġġ regolatorju u tiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b'mod ġenerali, inklużi l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Il-kompiti tagħha għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta’ konsulenza lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tat-titoli u s-swieq kif ukoll kwistjonijiet relatati tal-governanza korporattiva u r-rapportar finanzjarju. L-Awtorità għandha tkun ukoll fdata b'responsabilità ta’ superviżjoni ġenerali għal prodotti finanzjarji / tipi ta’ tranżazzjonijiet ġodda.

(9a)

L-Awtorità għandha tqis l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fi ħdan is-suq intern, il-kompetittività globali tal-Unjoni, l-inklużjoni finanzjarja u l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir.

(9b)

Sabiex tissodisfa l-objettivi tagħha l-Awtorità għandu jkollha personalità legali kif ukoll awtonomija amministrattiva u finanzjarja. L-Awtorità għandha tingħata “setgħat biex tittratta l-konformità mal-liġijiet, partikolarment dawk marbuta mar-riskju sistemiku u mar-riskji transkonfinali” (Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja).

(9c)

Ir-riskju sistemiku huwa definit mill-awtoritajiet internazzjonali (IMF, FSB, BIS) bħala “riskju ta’ taqlib fis-servizzi finanzjarji li (i) huwa kkawżat minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha u (ii) għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Kull tip ta’ intermedjarju, suq u infrastruttura finanzjarji għandhom il-potenzjal li jkunu sistemikament importanti sa ċertu punt”.

(9d)

Ir-riskju transkonfinali, skont dawk l-istituzzjonijiet, jinkludi r-riskji kollha kkawżati minn żbilanċi ekonomiċi jew fallimenti finanzjarji fl-Unjoni kollha jew f'partijiet minnha li għandhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-tranżazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern, jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew ta’ wieħed mill-Istati Membri tagħha.

(10)

Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 ▐ (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li : “ xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 TKE [issa l-Artikolu 114 tat-TFUE] ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Fil-fatt, jista' jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta’ korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni f'ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ qafas li ma jorbtux  (18). L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-objettivi tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiġi stabbilita abbażi tal-Artikolu 114 TFUE .

(11)

L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn: Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (19), id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (20), id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u dwar informazzjoni li għandha tkun ippibblikata fuq dawk it-titoli (21), id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (22), id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju (23), id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (24), id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (25), id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar tentattivi ta’ xiri (26), id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar on is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (27), id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma annessi għall-kummerċ f'suq irregolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (28), id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (29), id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (30), id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpanniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (31), mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Awtorità Ewropea Bankarja, safejn jirrigwarda s-superviżjoni prudenzjali, id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar Impriżi ta’ Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (32), id-Direttiva … (id-Direttiva AIFM futura), u r-Regolament … (ir-Regolament CRA futur), inkluż id-Direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunke att ieħor tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

(12)

It-terminu “parteċipanti fis-swieq finanzjarji” għandhom ikopru firxa varjata ta’ parteċipanti li huma soġġetti għall-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. Jista' jinkludi kemm persuni legali kif ukoll naturali. Jista' jinkludi pereżempju ditti ta’ investiment, UCITS u l-kumpaniji ta’ maniġment tagħhom, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, operaturi kummerċjali, stabbilimenti tar-rilaxx, sistemi tas-saldu, aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, emittenti, offerenti, investituri, persuni li jikkontrollaw jew li jkollhom interess f'parteċipanti, persuni involuti fl-immaniġġjar ta’ parteċipanti kif ukoll persuni oħra b'rabta ma’ dawk li għalihom japplika xi rekwiżit leġiżlattiv. Għandu jinkludi wkoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bħalma huma l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji tal-assigurazzjoni meta jidħlu f'attivitajiet koperti mill-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. L-awtoritajiet kompetenti fl-UE u ta’ pajjiżi terzi kif ukoll il-Kummissjoni ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni.

(13)

Huwa mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-iskemi ta’ garanzija tal-investitur biex ikun żgurat kuntest ekwu u trattament ġust tal-investituri madwar l-Unjoni . Billi l-iskemi ta’ kumpens tal-investituri huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq illi l-Awtorità tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-kumpens tal-investituri nnifisha u l-operatur tagħha ▐. Ir-rwol tal-Awtorità għandu jiġi rivedut hekk kif jitwaqqaf Fond Ewropew ta’ Garanzija tal-Investituri.

(14)

Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati regolatorji fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta’ ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri , l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u adatt li, f'oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni , l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards regolatorji li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. ▐

(15)

Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. Dawn għandhom ikunu suġġetti għall-emenda biss f'ċirkostanzi ristretti ħafna u straordinarji, sakemm l-Awtorità tkun dik f'kuntatt mill-qrib mas-swieq finanzjarji u li tirrikonoxxi l-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards regolatorji jkun inkompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar is-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-istandards tekniċi mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni .

(15a)

Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li timplimenta atti legali kif stabbilit fl-Artikolu 291 TFUE.

(15b)

L-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jiġifieri, il-ħtiġiet stabbiliti fl-dawn l-istandards għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, il-kobor u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata.

(16)

F'oqsma mhux koperti minn standards tekniċi regolatorji , l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ ▐ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni . Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parteċipanti tas-swieq .

(17)

Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, it-trasparenza , l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni . Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni jew applikazzjoni inkorretta, li jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea . Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u mingħajr kundizzjonijiet.

(18)

Biex ikun hemm rispons proporzjonat għal każijiet ta’ applikazzjoni inkorretta jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja, għandu japplika mekkaniżmu fi tliet passi. Fl-ewwel livell, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa li tinvestiga l-applikazzjoni allegata inkorretta jew insuffiċjenti tal-obbligi tal-liġi Komunitarja mill-awtoritajiet nazzjonali fil-prattika superviżorja tagħhom, konkluża b’▐ rakkomandazzjoni. Fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li toħroġ opinjoni formali filwaqt li tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, li titlob li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(19)

Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stipulata mill-Awtorità, l-Awtorità għandha ▐ tindirizza Deċiżjoni mingħajr dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 TFUE .

(20)

Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali indirizzata lilha u li fihom il-liġi tal-Unjoni tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta’ Regolamenti tal-UE eżistenti (33) jew futuri. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistennew bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni għall-2010, b'mod partikolari rigward il-proposta dwar ir-riforma tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.

(21)

Theddidiet serji għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni . L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Meta titqies is-sensittività tal-kwistjoni, is-setgħa li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza ▐ għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-BERS jew tal-Awtorità . Fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (ESA) iqisu li l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza aktarx li tinħoloq, huma għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni. F'dan il-proċess, l-attenzjoni dovuta ta’ kunfidenzjalità hija ta’ importanza estrema. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandha tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill kif dovut.

(22)

Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqas ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b'effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Meta ftehim bħal dan ma jintlaħaqx, l-Awtorità għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew iżommu lura minn azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. F'każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom.

(22a)

Il-kriżi wriet li l-kooperazzjoni sempliċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali li l-ġuriżdizzjoni tagħhom tintemm fuq il-fruntiera nazzjonali hija kjarament insuffiċjenti biex jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw b'mod transkonfinali.

(22b)

Barra minn hekk, “l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu flimkien id-drittijiet ta’ aġir permezz ta’ fergħat f'pajjiżi oħrajn (passporting rights), superviżjoni fil-pajjiż ta’ domiċilju u assigurazzjoni purament għal depożiti nazzjonali mhumiex bażi soda għar-regolazzjoni tal-futur u s-superviżjoni ta’ banek minuri Ewropej transkonfinali” (Reviżjoni Turner).

(22c)

Kif jikkonkludi t-Turner Review, “arranġamenti aktar sodi jeżiġu jew aktar setgħat nazzjonali, li jimplika suq uniku anqas miftuħ, jew inkella livell akbar ta’ integrazzjoni Ewropea”.

(22d)

Is-soluzzjoni “nazzjonali” timplika li l-pajjiż ospitanti jingħata d-dritt li jobbliga lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta’ sussidjarji tagħhom u mhux permezz ta’ fergħat, u jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu.

(22e)

Is-soluzzjoni “Ewropea” titlob għal rinforz tal-Awtorità fl-Kulleġġ ta’ Superviżuri u għal tisħiħ fis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li huma ta’ riskju sistemiku.

(23)

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha rwol prinċipali u drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni . Kif jgħid ir-Rapport de Larosière, “it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki ta’ superviżjoni differenti għandhom jiġu evitati, għax dawn għandhom il-potenzjal li jxekklu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jinkuraġġixxu t-trasferiment ta’ attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid tinħass li tkun ġusta u bbilanċjata.”

(23a)

L-Awtorità u s-superviżuri nazzjonali għandhom isaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista' jipperikola l-istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja tal-Unjoni u jista' jagħmel ħsara lill-ekonomija reali.

(23b)

Il-kriterji ta’ riskju sistemiku għandhom ikunu identifikati, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-G-20. L-interkonnettività, is-sostituttività u ż-żmien opportun huma l-kriterji l-iktar użati għall-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku.

(23c)

Għandu jitwaqqaf qafas li jittratta istituzzjonijiet li jinsabu f'diffikultà sabiex dawn jiġu stabilizzati jew jingħalqu peress li “intwera biċ-ċar li r-riskju fi kriżi bankarja huma għoljin għall-gvern u għas-soċjetà in ġenerali minħabba li sitwazzjoni bħal din għandha l-potenzjal li tipperikola l-istabilità finanzjarja u l-ekonomija reali” (Rapport de Larosière). Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposti adegwati għat-twaqqif ta’ qafas ġdid għall-ġestjoni ta’ kriżijiet finanzjarji. L-elementi ewlenin tal-immaniġġjar ta’ kriżi huma sett komuni ta’ regoli u strumenti ta’ riżoluzzjoni finanzjarja (eżekuzzjoni u finanzjament biex tkun ittrattata l-kriżi ta’ istituzzjonijiet kbar, transkonfinali u/jew interkonnessi).

(23d)

Fond Ewropew ta’ Garanzija tad-Depożiti għandu jiġi stabbilit biex tiġi żgurata r-responsabilità konġunta ta’ istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, jiġu protetti l-interessi tad-depożituri tal-Unjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ kriżi finanzjarja sistemika għal dawk li jħallsu t-taxxi. Fond fil-livell tal-UE jidher li huwa l-mod l-aktar effikaċi biex jiġu protetti l-interessi tad-depożituri u l-aħjar difiża kontra t-tgħawwwiġ fil-kompetizzjoni. Huwa madankollu ovvju li l-approċċi tal-UE huma iktar kumplessi u oħrajn jixtiequ jżommu l-iskemi nazzjonali tagħhom. Mill-inqas, għalhekk, l-Awtorità għandha tarmonizza l-iktar fatturi ewlenin tal-iskema nazzjonali. Tista' wkoll tiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu mitluba jħallsu biss fi skema waħda.

(23e)

Il-Fond Ewropew ta’ Stabbiltà tat-Titoli u s-Swieq għandu jiffinanzja interventi opportuni ta’ likwidazzjoni jew ta’ salvataġġ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed jaffaċċjaw diffikultajiet meta dawk ikunu jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jissostitwixxu dawk li saru lill-fondi nazzjonali ta’ natura simili.

(24)

Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista' tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b'hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji , partikolarment għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li m'għandhomx dimensjoni tal-Unjoni . Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Id-delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa' f'idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tkun tista' tiddeċiedi dwar ċerta kwistjoni superviżorja f'isimha stess minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f'pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tkun f'waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni tista' tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u tissorvelja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b'kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar ftehimiet ta’ delega maħsuba sabiex tkun tista' tesprimi opinjoni fejn ikun adatt. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f'waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Fl-aħħar għandha tidentifika u xxerred prattiki tajba fir-rigward tad-delega u ftehimiet ta’ delega.

(25)

L-Awtorità għandha tippromwovi attivament konverġenza superviżorja fl-Unjoni Ewropea kollha bil-għan li tistabbilixxi kultura superviżorja komuni.

(26)

L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet minn pari għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki li wkoll għandhom jiġu ppubblikati.

(27)

L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Unjoni , b'mod partikolari sabiex tiżgura l-operat adatt u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea . Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b'funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-SESF . Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità.

(28)

Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-BERS fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tagħti bidu għal u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista' jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex taqdi sewwa l-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq analiżi ekonomika tas-swieq u l-impatt tal-iżviluuppi potenzjali tas-suq.

(29)

Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri f'pajjiżi terzi .

(30)

L-Awtorità għandha sservi bħala entità konsultattiva indipendenti għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Hija għandha tkun tista' tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni prudenzjali tal-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet skont id-Direttiva 2004/39/KE, emendata minn 2007/44/KE (34).

(31)

Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b'mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali . Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tieħu kont tal-istatistika li diġà teżisti . Madankollu, bħala l-aħħar rimedju , l-Awtorità għandha tkun tista' tindirizza talba għall-informazzjoni li tkun ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut , direttament lil parteċipant fis-suq finanzjarju fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tipprovdix jew ma tistax tipprovdi din l-informazzjoni f'waqtha. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. F'dan il-kuntest, hi essenzjali ħidma dwar formats komuni ta’ rappurtar.

(31a)

Il-miżuri għall-ġbir ta’ informazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-qafas legali tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-qasam tal-istatistika. Dan ir-Regolament għandu għalhekk ikun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (35) u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (36).

(32)

Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandhom jaqsmu l-informazzjoni importanti kollha bejniethom . Data marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha ▐ tiżgura s-segwitu.

(33)

▐ L-Awtorità għandha tikkonsulta ma’ partijiet interessati dwar standards regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tipprovdi opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma jiġu adottati abbozz ta’ standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha tagħmel studju dwar l-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji tal-Unjoni (li jirrappreżentaw id-diversi mudelli u daqsijiet tal-istituzzjonijiet u n-negozji finanzjarji), fosthom kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lis-SMEs, lit-trade unions, lill-akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġislazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni .

(33a)

L-organizzazzjonijiet bla skopijiet ta’ profitt għandhom rwol marġinali fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess korrispondenti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet meta mqabbla ma’ rappreżentanti tal-industrija li jirċievu finanzi tajbin u li għandhom konnessjonijiet tajbin, Dak l-iżvantaġġ għandu jiġi kkumpensat permezz ta’ finanzjament adegwat tar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

(34)

L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jiżguraw ġestjoni kkoordinata ta’ kriżi u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b'mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali batuti. L-azzjonijiet tagħhom għandhom ikunu kkoordinati mill-qrib mal-qafas u l-prinċipji tal-UEM. Il-miżuri mill-Awtorità f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw b'mod sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa adatt li l-Kunsill jingħata rwol f'din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f'dan ir-rigward.

(34a)

Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi dan il-mekkaniżmu, għandha tiġi stipulata, fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza miksuba, gwida ċara u korretta dwar meta l-klawsola ta’ salvagwardja tiġi applikata mill-Istati Membri. L-użu tal-klawsola ta’ salvagwardja mill-Istati Membri għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ dik il-gwida.

(34b)

Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari ta’ Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jekk Stat Membru jagħżel li jitlob is-salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet tiegħu għaliex talab is-salvagwardja. L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imisshom jittieħdu.

(35)

Fil-proċeduri tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Awtorità għandha tkun marbuta bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Komunità dwar il-proċess u t-trasparenza dovuti. Id-dritt li jinstemgħu d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandu jiġi rrispettat b'mod sħiħ. L-atti tal-Awtorità jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Unjoni .

(36)

Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f'kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku , u l-▐ Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Bankarja Ewropea għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni . Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b'maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 TFUE , filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett.

(36a)

Bħala regola ġenerali, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed. Madankollu, għal atti marbutin mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa adatt li r-regoli dwar maġġoranza kwalifikata jiġu applikati kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat TFUE u fil-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji mehmuż magħhom. Każijiet li jirrigwardaw ir-riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panel ristrett, objettiv, magħmul minn membri li mhumiex rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li huma partijiet għan-nuqqas ta’ qbil, u lanqas ma għandhom interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. L-għamla tal-panel għandha tkun ibbilanċjata b'mod adatt. Id-deċiżjoni meħuda mill-panel għandha tiġi approvata mill-Bord tas-Superviżuri b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ vot wieħed għal kull membru. Madankollu, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel tista' tiġi rrifjutata minn membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.

(37)

Bord Maniġerjali magħmul mill-President tal-Awtorità, rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jingħata s-setgħat meħtieġa biex, fost l-oħrajn, jipproponi l-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali, jeżerċita ċerti setgħat baġitarji, jadotta l-pjan ta’ politika tal-Awtorità dwar il-persunal, jadotta dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u jadotta r-rapport annwali.

(38)

President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Parlament Ewropew permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, immaniġġjata mill-Kummissjoni, u t-tfassil sussegwenti ta’ lista qasira tal-għażla għall-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord ta’ Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvota.

(39)

Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Awtorità Superviżorji Ewropea (Kumitat Konġunt) (il-“Kumitat Konġunt”) u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-konglomerati finanzjarji . Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea ( Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol ) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea ( Settur Bankarju ) għandhom jiġu adottati b'mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b'rotazzjoni kull sena mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b'persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta’ approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

(40)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet adottati mill-Awtorità jkunu jistgħu jeżerċitaw ir-rimedji neċessarji. Sabiex jitħarsu b'mod effikaċi id-drittijiet tal-partijiet u għal raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, fejn l-Awtorità jkollha setgħat li tieħu d-deċiżjonijiet, il-partijiet għandhom jingħataw id-dritt li jappellaw quddiem Bord tal-Appell. Għal raġunijiet ta’ effikaċja u konsistenza, il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, indipendenti mill-istrutturi amministrattivi u regolatorji tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tkun soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

(41)

Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ intestatura baġitarja separata fih . Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni għandu jkun suġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba tagħha (37) (IIA). Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea . Il-verifika tal-kontijiet għandha titwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit globali huwa suġġett għall-proċedura ta’ kwittanza.

(42)

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (38) għandu japplika għall-Awtorità. L-Awtorità għandha taderixxi wkoll mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (39).

(43)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet miftuħa u trasparenti ta’ impjieg u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (40) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

(44)

Huwa importanti li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun tqiegħdet għad-disponibbiltà tal-Awtorità u skambjata f'netwerk għandha tkun soġġetta għal regoli stretti u effettivi dwar il-kunfidenzjalità .

(45)

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (41) u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (42), li japplikaw b'mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(46)

Sabiex tiġi żgurata l-ħidma trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (43) għandu japplika għall-Awtorità.

(47)

Pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità skont ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mill-Unjoni .

(48)

Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fl-operat tas-suq intern bl-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri u l-investituri, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni , l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(49)

L-Awtorità tassumi l-kompiti u s-setgħat preżenti kollha tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli għalhekk għandha tiġi rrevokata, u d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex isostni attivitajiet speċifiċi fil-kamp tas-servizzi finanzjarji, ir-rapportar u l-awditjar finanzjarju (44), għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(50)

Tajjeb li jiġi ffissat limitu taż-żmien għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-Awtorità tkun imħejjija sewwa biex tibda l-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata bidla mingħajr problemi mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STABBILIMENT U STATUS LEGALI

Artikolu 1

Stabbiliment u Ambitu ta’ applikazzjoni tal-azzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“l-Awtorità”).

2.   L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan is-setgħat ta’ dan ir-Regolament u fl-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE, id-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2001/34/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2003/6/KE, id-Direttiva 2003/71/KE, ▐ id-Direttiva 2004/39/KE, id-Direttiva 2004/109/KE, ▐ id-Direttiva 2009/65/KE, u tad-Direttiva 2006/49/KE, ▐ bla ħsara għall-kompetenzi tal-Awtorità Superviżorja Ewropea ( Awtorità Bankarja Ewropea ) f'termini ta’ superviżjoni prudenzjali ▐, id-Direttiva … [id-Direttiva AIFM futura], u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u fil-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE and 2002/65/KE, safejn japplikaw għal kumpanniji li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew għall-impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

2a.     L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet koperti mil-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż kwistjonijiet dwar governanza korporattiva, awditjar, rappurtar finanzjarju, dment li tali azzjonijiet mill-Awtorità huma neċessarji għall-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, b'mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE sabiex tiġi żgurata konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea .

4.   L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex: (i) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b'mod partikolari livell sod , effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, ▐ (iii) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, (iv) ▐ tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali (v) jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u jingħata kontribut għal kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni, (vi) jiġi żgurat li t-teħid ta’ investiment u riskji oħra jkun regolat u sorveljat kif sewwa, u (vii) jingħata kontribut biex jittejjeb il-ħarsien tal-konsumatur. Għal dawk l-għanijiet , l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea msemmija fil-paragrafu 2 , tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq sabiex tippromwovi l-ilħiq tal-objettiv tal-Awtorità .

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kull riskju sistemiku maħluq minn parteċipanti fis-swieq, li n-nuqqas tagħhom jista' jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement u oġġettivament fl-interess uniku tal-Unjoni.

Artikolu 1a

Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja

1.     L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji.

2.     Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, bħall-iskopijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS) u dan ir-Regolament;

(b)

l-Awtorità;

(c)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS];

(d)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX];

(e)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) għall-iskopijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 40 u 43 (il-“Kumitat Konġunt”);;

(f)

l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE];

(g)

il-Kummissjoni, għall-għanijiet tat-twettieq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9.

3.     L-Awtorità għandha tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku kif ukoll mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (settur Bankarju) permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsetorjali oħra.

4.     Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-flussi ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom.

5.     Dawk l-awtoritajiet superviżorji li huma parti għas-SESF għandhom ikunu obbligati li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 1b

L-Awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 1a(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser kwalunkwe persuna li għalih japplika rekwiżit fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew liġi nazzjonali li timplimenta tali leġiżlazzjoni ;

(2)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti u/jew awtoritajiet superviżorji kif iddefinit fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi minn kumpanniji li jipprovdu servizzi ta’ investiment u impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkumerċjalizzaw l-unitajiet u l-ishma tagħhom. F'dak li jirrigwarda l-iskemi ta’ garanzija tal-investitur, l-awtoritajiet kompetenti tfisser korpi li jamministraw skemi nazzjonali ta’ kumpens u skont id-Direttiva 97/9/KE , jew fil-każ fejn l-operat tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur hi amministrata minn kumpannija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dawn l-iskemi, skont dik id-Direttiva .

Article 3

Status legali

1.   L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b'personalità legali.

2.   F'kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġi nazzjonali. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista jew tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

3.   L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha.

Artikolu 4

Kompożizzjoni

L-Awtorità għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(1)

Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 28;

(2)

Bord ta’ Tmexxija, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 32;

(3)

President, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 33;

(4)

Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 38;

(5)

Bord tal-Appell, kif imsemmi fl-Artikolu 44, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 46.

Artikolu 5

Sede

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt .

Għandu jkollha rappreżentazzjonijiet fl-iktar ċentri finanzjarji importanti fl-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU II

KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ

Artikolu 6

Kompiti u Setgħat tal-Awtorità

1.   L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)

tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b'mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi implimentattivi li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni , b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura superviżjoni effettiva u konsistenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet , inter alia, f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(c)

tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;

(d)

tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b'mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu adatt għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(e)

torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-ħruġ ta’ pariri, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza f'eżiti superviżorji;

(f)

timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha;

(fa)

twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex tinforma t-twettiq tal-funzjonijiet tal-Awtorità;

(fb)

tippromwovi l-ħarsien ta’ min jiddepożita u ta’ min jinvesti;

(fc)

tgħin biex timmaniġġja l-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet transkonfinali li għandhom il-potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 12b, waqt li tmexxi u tesegwixxi l-intervenzjonijiet bikrija, proċeduri ta’ riżoluzzjoni jew insolvenza għal istituzzjonijiet bħal dawn permezz tal-Unità ta’ Riżoluzzjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 12c;

(g)

twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f'dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2);

(ga)

tissorvelja dawk il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

(gb)

tippubblika fis-sit tal-Internet u taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b 'mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar parteċipanti reġistrati fis-swieq finanzjarji, sabiex tiżgura l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-pubbliku.

(gc)

tieħu r-responsabbiltà, kif adatt, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej.

2.   Biex taqdi il-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat imniżżlin f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari ▐ li:

(a)

tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7;

(aa)

tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e;

(b)

toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8;

(c)

toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3);

(d)

tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11;

(e)

tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4);

(f)

toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19;

(fa)

tiġbor l-informazzjoni neċessarja rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif ipprovdut fl-Artikolu 20;

(fb)

jiġu żviluppati metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;

(fc)

tipprovdi database tal-parteċipanti reġistrati fis-swieq finanzjarji fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali;

(fd)

tiżviluppa standard regolatorju li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li għandha tkun disponibbli lill-Awtorità dwar it-tranżazzjonijiet u l-parteċipanti fis-suq u kif għandu jsir il-koordinament tal-ġbir u kif id-databases nazzjonali eżistenti għandhom ikunu konnessi sabiex ikun żgurat li l-Awtorità dejjem ikollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti u neċessarja dwar it-tranżazzjonijiet u s-suq.

3.   L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b'kopertura fl-Unjoni kollha jew attivitajiet ekonomiċi b'kopertura fl-Unjoni kollha fdati f'idejha fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3a.     Bil-għan li teżerċità s-setgħat superviżorji esklussivi tagħha skont il-paragrafu 3, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġislazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq il-kompetenza, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex twettaq il-kompiti tagħha.

Artikolu 6a

Ħarsien tal-konsumatur u attività finanzjarja

1.     L-Awtorità, sabiex trawwem il-ħarsien tad-depożituri u tal-investituri, għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq uniku kollu, inkluż permezz ta':

(i)

ġbir, analiżi u rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi,

(ii)

reviżjoni u koordinazzjoni ta’ inizjattivi finanzjarji litterati u edukattivi,

(iii)

żvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija,

(iv)

kontribut fl-iżvilupp ta’ regoli komuni ta’ żvelar, u

(v)

valutazzjoni, b'mod partikolari, tal-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-ispiża tal-kreditu għad-djar u l-intrapriżi, b'mod partikolari għall-SMEs.

2.     L-Awtorità għandha tissorvelja attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bl-għan li tippromwovi s-sigurtà u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza tal-prassi regolatorja.

3.     L-Awtorità tista' wkoll toħroġ avviżi f'każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-objettivi mniżżla fl-Artikolu 1(4).

4.     L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha stess, Kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor fih l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti rilevanti kollha bl-għan li jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u biex jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

5.     L-Awtorità tista, b'mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attivitajiet finanzjarji li jkunu ta’ theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni, f'każijiet speċifikati u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew jekk ikun meħtieġ f'każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza bi qbil ma’ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10.

L-Awtorità għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli regolari u xierqa.

L-Awtorità tista' wkoll tevalwa l-bżonn ta’ projbizzjoni jew restrizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ attivitajiet finanzjarji u, meta jkun jeħtieġ, tinforma lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni.

Artikolu 7

Standards tekniċi u regolatorji

1.    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fil-▐ leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawn l-istandards għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet politiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. Abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu żviluppati mill-Awtorità u mressqa lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien skadenzi mniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku regolatorju.

1a.    Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha ▐ twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati , dment li dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni qabel ma tressaqhom lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha wkoll titlob l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 22.

1b.     Malli tiriċievi l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tibgathom minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill . Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perijodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozz ta’ standards parzjalment biss jew bl-emendi fejn l-interess tal-Unjoni jirrikjedi dan.

Artikolu 7a

Nonapprovazzjoni jew emenda tal-abbozz ta’ standards regolatorji

1.     Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax l-istandards tekniċi regolatorji jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz tal-istandards lura lill-Awtorità, filwaqt li tipproponi emendi raġunati.

2.     Fi żmien perjodu ta’ 6 ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha.

3.     Meta l-Awtorità ma tkunx taqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta jew temenda l-proposti inizjali tagħha, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu isejħu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, biex jippreżentaw u jispjegaw id-differenzi tagħhom.

Artikolu 7b

Eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħat li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mill-inqas 6 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 4 snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex bi qbil mal-Artikolu 7c.

2.     Hekk kif tadotta standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li ġew approvati u li l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ikkonformaw magħom.

Artikolu 7c

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku regolatorju fi żmien perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika mill-Kummissjoni. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.     L-istandards tekniku regolatorju għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. Jekk, ladarba jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-istandard tekniku regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, malli l-abbozz ikun intbagħat lill-Kummissjoni, jistgħu jadottaw dikjarazzjoni antiċipata u kundizzjonata ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li għandha tidħol fis-seħħ meta l-Kummissjoni tadotta l-istandard regolatorju mingħajr ma timmodifika l-abbozz.

4.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal standard tekniku regolatorju, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. Bi qbil mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

Artikolu 7d

Revoka tad-delega

1.     Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     Id-deċiżjoni ta’ revoka għanda ttemm id-delega.

3.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat fuq standards tekniċi reglatorji li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka.

Artikolu 7e

Standards tekniċi ta’ implimentazzjoni

1.     Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fejn ikunu jenħtieġu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni vinkolanti fl-oqsma speċifikament imniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), japplika dan li ġej:

(a)

meta bi qbil mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Awtorità tfassal standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għat-tressiq lill-Kummissjoni, dawn l-istandards għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinkludu għażliet politiċi u għandhom ikunu limitati għad-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dik il-leġislazzjoni;

(b)

meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza mniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), jew meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza mniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija f'talba indirizzata lill-Awtorità mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 19, il-Kummissjoni tista' tadotta standards tekniku ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

2.     Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, dment li dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni.

L-Awtorità għandha wkoll titlob l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 22.

3.     L-Awtorità għandha tressaq l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u, fl-istess żmien, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.     Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz tal-istandards ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perijodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozz ta’ standards parzjalment biss jew bl-emendi fejn l-interess tal-Unjoni jirrikjedi dan.

F'kull każ, meta l-Kummissjoni tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jemendaw l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni mressqa mill-Awtorità, hija għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

1.    L-Awtorita għandha, bil-ħsieb li tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea , toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-parteċipanti fis-suq finanzjarju.

1a.     L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linjigwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmija fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, analiżijiet, opinjonijiet u pariri għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet.

2.    L-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le. F'każ li awtorità kompetenti ma tkunx biħsiebha tikkonforma , għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawn ir-raġunijiet.

Meta Awtorità kompetenti ma tapplikax linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-Awtorità għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika.

L-Awtorità tista' tiddeċiedi, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti minn awtorità kompetenti għaliex din ma tikkonformax ma’ linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar pubblikazzjoni bħal din.

Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b'mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma’ din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le.

2a.     Fir-rapport msemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jinħarġu, u tindika liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom u tiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtorità kompetenti ssegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha.

Artikolu 9

Ksur tal-liġi tal-Unjoni

1.   Fejn awtorità kompetenti ma tkunx ▐ applikat jew tkun applikat l-atti leġiżlattiv imsemmija fl-Artikolu 1(2) b'mod li jidher li jkun jikser il-liġi tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni bi qbil mal-Artikoli 7 u 7e, b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni , tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista' tinvestiga l-allegat ksur jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea .

2a.    Mingħajr preġudizzju għas-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha , mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha ▐.

3.   L-Awtorità tista', fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni .

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista', wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni . L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perijodu b'xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5.   Fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma mal-opinjoni formali tal-Kummissjoni.

6.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l -Artikolu 258 TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ▐ fil-perijodu ta’ żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f'ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità ▐ sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista', fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-parteċipanti fis-suq finanzjarju skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) , tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipanti fis-swieq finanzjarji li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni , fosthom il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7.   Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta tittieħed azzjoni ▐ fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu ▐ 6 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ.

7a.     Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali u mad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6.

Artikolu 10

Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.   Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità għandha tiffaċilita b'mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti rilevanti .

Bil-għan li tkun tista' twettaq dan ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.

1a.     Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, fejn tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandu jirrevedi din id-deċiżjoni kull xahar u tal-inqas darba fix-xahar u jiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza malajr kemm jista' jkun.

Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien.

2.   Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1a, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa bħala rispons għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea , l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw dawn l-iżviluppi bħal dan billi jiżguraw li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dik il-leġislazzjoni.

3.   Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità għandha, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ikunu applikabbli direttament għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji , tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipant fis-swieq finanzjarji sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

4.   Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 11

Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f'oqsma fejn l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jeħtieġu kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tieħu t-tmexxija fl-għajnuna lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 u 4 .

2.   L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.

3.   Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tieħu deċiżjoni biex jissolva n-nuqqas ta’ ftehim u biex jintalbu jieħdu azzjoni speċifika f'konformità mal-liġi tal-Unjoni b'effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati .

4.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat TFUE , meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b'hekk tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn parteċipant fis-swieq finanzjarji sabiex teħtiġilha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.

4a.     Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

4b.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu jistipula n-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta’ qbil.

Artikolu 11a

Soluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transettorjali

Il-Kumitat Konġunt, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 11 u 42, għandu jsolvi nuqqas ta’ qbil transsettorjali li jista' jinħoloq bejn awtoritajiet kompetenti hekk kif definit fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] u fir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX].

Artikolu 12

Kulleġġi tas-Superviżuri

1.   L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u tissorvelja l-operat effiċjenti u effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni bejn il-kulleġġi. Il-persunal tal-awtorità għandu jkun kapaċi jieħdu sehem fi kwalunkwe attività, inkluż fl-eżamijiet fuq il-post, li jsiru b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.   L-Awtorità għandha tmexxi l-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għal dak il-għan, hija għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti Għandha, tal-inqas:

(a)

tiġbor u taqsam l-informazzjoni rilevanti kollha f'negozji kurrenti u f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri;

(b)

tniedi u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari ta’ dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista' jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet;

(c)

tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'negozji kurrenti kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom; kif ukoll

(d)

tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

3a.     L-Awtorità tista' toħroġ standards regolatorji u implimentattivi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw bil-miktub l-arranġamenti għall-funzjonament ta’ kull kulleġġ sabiex jiżguraw il-funzjonament konverġenti ta’ bejniethom kollha.

3b.     Rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtorità li ssolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkun jista jintlaħaq l-ebda ftehim fi ħdan il-kulleġġ rilevanti tas-superviżuri, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata.

Artikolu 12a

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.     L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-riskji ta’ ħsara fis-servizzi finanzjarji li tkun (i) ikkawżata minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u (ii) ikollu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u fuq l-ekonomija reali (riskju sistemiku). It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti b'mod sistematiku sa ċertu grad.

2.     L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li għandhom iservu bħala l-bażi biex tiġi assenjata klassifikazzjoni superviżorja għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b. Dik il-klassifikazzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi regolari, sabiex jitqiesu l-bidliet materjali tal-profil ta’ riskju ta’ istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku biex id-deċiżjoni tissorvelja jew tintervjeni direttament f'istituzzjoni batuta.

3.     Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, kif meħtieġ, abbozz addizzjonali ta’ standards regolatorji u implimentattivi kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b.

4.     L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu jirrappreżentaw riskju sistemiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawk il-każi, l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet kompetenti.

5.     L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità ta’ Riżoluzzjoni b'mandat li timplimenta l-governanza u l-modus operandi iddefiniti b'mod ċar tal-ġestjoni tal-kriżijiet, mill-intervent bikri sar-riżoluzzjoni u l-falliment, u tmexxi dawn il-proċeduri.

Artikolu 12b

L-identifikazzjoni ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji li potenzjalment jistgħu joħolqu riskju sistemiku

1.     Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-BERS, jista', b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1), jidentifika l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali li, minħabba r-riskju sistemiku li jistgħu joħolqu, ikun jeħtieġ li jiġu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-Awtorità jew imqiegħda taħt l-Unità ta’ Riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 12c.

2.     Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji bħal dawn għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-FSB, l-FMI u l-BIS.

Artikolu 12c

Unità ta’ Riżoluzzjoni

1.     L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għandha tippriżerva l-istabbiltà finanzjarja u tnaqqas kemm jista' jkun l-effett kontaġju li istituzzjonijiet f'diffikultà identifikati fl-Artikolu 12b jista' jkollhom fuq il-bqija tas-sistema u fuq l-ekonomija inġenerali, u tillimita l-ispiża ta’ min iħallas it-taxxa billi tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ġerarkija tal-kredituri u tiggarantixxi trattament ugwali bejn il-fruntieri.

2.     L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għandha tkun awtorizzata twettaq il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, sabiex tirrijabilita istituzzjonijiet f'diffikultà jew biex tiddeċiedi fuq l-istralċ ta’ istituzzjonijiet mhux vijabbli (moral hazard). Fost azzjonijiet oħra tista' tesiġi aġġustamenti fil-kapital jew fil-likwidità, tadatta l-kompożizzjoni tan-negozju, ittejjeb il-proċessi, taħtar jew tibdel il-ġestjoni, tirrakkomanda garanziji, self u assistenza ta’ likwidità, bejgħ totali jew parzjali, toħloq good bank/bad bank jew bridge bank, tpartat id-dejn f'kapital (b'haircuts xierqa) jew tieħu l-istituzzjoni fi sjieda pubblika temporanja.

3.     L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għandha tinkludi esperti maħtura mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità b'għarfien u kompetenza fir-ristrutturar, salvataġġ u likwidazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 12d

Sistema Ewropea ta’ Skemi ta’ Garanzija tal-Investituri

1.     L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex issaħħaħ l-Iskemi nazzjonali ta’ Kumpens lill-Investituri (ICS) billi tiżgura li jkunu ffinanzjati b'mod adegwat permezz tal-kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż minn parteċipanti fis-swieq li jinsabu f'pajjiżi terzi, u tipprovdi livell għoli ta’ ħarsien għall-investituri kollha f'qafas armonizzat madwar l-Unjoni, li ma jmissx ir-rwol ta’ salvagwardja stabbilizzanti tal-iskemi ta’ garanzija reċiproka, sakemm ikunu konformi mal-istandards tal-Unjoni.

2.     L-Artikolu 8 dwar is-setgħat tal-Awtorità li tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet għandu japplika għall-iskemi ta’ garanzija tal-investituri.

3.     Il-Kummissjoni tista' tadotta standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni hekk kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikoli 7 sa 7d ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12e

Sistema Ewropea ta’ arranġamenti ta’ riżoluzzjoni u ta’ finanzjamenti

1.     Fond Ewropew għall-Istabbiltà tat-Titoli u s-Swieq għandu jiġi stabbilit sabiex tissaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispiża tas-sistema finanzjarja u sabiex jgħin fir-riżoluzzjoni ta’ kriżijiet ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali batuti. Parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed ikollhom l-għażla li jingħaqdu mal-Fond. Il-Fond Ewropew għall-Istabbiltà għat-Titoli u s-Swieq għandu jaddotta miżuri xierqa sabiex jevita li d-disponibilità ta’ assistenza tiġġenera periklu morali.

2.     Il-Fond Ewropew għall-Istabilità għat-Titoli u s-Swieq għandu jkun iffinanzjat permezz tal-kontribuzjonijiet diretti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali kollha skont fl-Artikolu 12b u minn dawk li għażlu li jipparteċipaw f'dik is-sistema skont l-ewwel paragarfu. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati għal-livell ta’ riskju li jġib miegħu kull wieħed mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. L-eżiġenzi tal-livelli tal-kontribuzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kundizzjonijiet ekonomiċi usa', pereżempju l-kapaċità ta’ self lill-industrija u lill-SMEs u l-ħtieġa li parteċipanti fis-swieq finanzjarji jżommu kapital għal eżiġenzi regolatorji u kummerċjali oħrajn.

3.     Il-Fond Ewropew għall-Istabilità għandu jkun immaniġġjat minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu magħżula minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun magħmul minn rappreżentanza bla vot tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond. Il-Bord tal-Fond jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tagħha lill-istituzzjonijiet ta’ fama tajba (bħall-BEI). Dawn il-fondi għandhom jiġu investiti fi strumenti sikuri u likwidi.

Artikolu 13

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.   L-awtoritajiet kompetneti jistgħu , bil-kunsens tal-awtorità li tingħata d-delega, jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu . L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-delega tar-responsabbiltajiet li magħhom irid ikun hemm konformità qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidħlu f'dawn il-ftehimiet u jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega għal dak li hu meħtieġ għal superviżjoni effettiva tal-parteċipanti jew il-gruppi transkonfinali fis-swieq finanzjarji .

2.   L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.

2a.     Id-delega tar-responsabbiltajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u l-istħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju relatat mar-responsabbiltajiet li jkunu ġew delegati.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.

L-Awtorità tista' tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.

L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa.

Artikolu 14

Kultura superviżorja komuni

1.   L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data pprovduti fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti;

(c)

tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar , u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(2a) ;

(d)

tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ;

(e)

tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra.

2.   L-Awtorità tista', kif ikun adatt, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiċi superviżorji komuni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista' tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. Fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet orizzontali, għandu jittieħed kont tal-informazzjoni eżistenti u tal-evalwazzjonijiet li jkunu diġà saru fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata.

2.   L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta', iżda mhux limitata għal:

(a)

l-adegwatezza tal-arranġamenti dwar ir-riżorsi u l-governanza ▐ tal-awtorità kompetenti, b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi msemmija fl-Artikoli 7 sa 7e u tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi fis-suq;

(b)

il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi , il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet imniżżlin fil-liġi tal-Unjoni ;

(c)

prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom ;

(d)

l-effikaċja u l-grad ta’ konverġenza miksuba fir-rigwad tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet imposti kontra persuni responsabbli fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx rispettati .

3.   Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista' tagħti linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti ▐. L-Awtorità għandha tqis l-eżitu tal-evalwazzjoni orizzontali hija u tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi jew implimentattivi skont l-Artikoli 7 sa 7e. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu l-parir mogħti mill-Awtorità. Fejn awtorità kompetenti ma ssegwix dan il-parir, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha.

L-Awtorità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu identifikati minn dawk l-evalwazzjonijiet orizzontali. Barra minn hekk, ir-riżultati l-oħra kollha tal-evalwazzjonijiet orizzontali jistgħu jiġu żvelati b'mod pubbliku, sakemmt il-ftehim tal-awtorità kompetenti ikun is-suġġett tal-evalwazzjoni orizzontali.

Artikolu 16

Funzjoni ta’ koordinament

L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, anke fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni .

L-Awtorità għandha tippromwovi rispons tal-Unjoni koordinat, fost l-oħrajn billi:

(1)

tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(2)

tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u , fejn ikun possibbli u adatt, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;

(3)

bla ħsara għall-Artikolu 11, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;

(4)

tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza;

(4a)

tieħu l-miżuri kollha adatti f'każ ta’ żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-koordinament ta’ azzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(4b)

tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 12 u 20 bħala riżultat tal-obbligi ta’ rapportar regolatorju għall-istituzzjonijiet attivi f'aktar minn Stat Membru wiehed. L-Aworità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra.

Artikolu 17

Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

1.   L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-AEAPX , lill-ESMA , lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ekonomika tas-swieq li fihom joperaw il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li l-iżviluppi potenzjali tas-swieq jista' jkollhom fuqhom.

1a.    ▐ L-Awtorità għandha, f'kooperazzjoni mal-BERS, tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha dwar ir-reżistenza tal-parteċipanti ▐ fis-swieq finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a)

metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji tal-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji;

(b)

approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-parteċipanti ▐ fis-swieq finanzjarji;

(ba)

metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikulari jew tal-proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-qagħda finanzjarja ta’ parteċipant fis-swieq u fuq l-informazzjoni tad-depożituri, tal-investituri u tal-konsumaturi.

2.   Bla ħsara għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (KE) Nru …/2010 (BERS), l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha.

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f'dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.

3.   L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-AEAPX u mal-ESMA permezz tal-Kumitat Konġunt .

Artikolu 18

Relazzjonijiet internazzjonali

1.    Bla ħsara għall-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri , l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi.

2.    L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f'pajjiżi terzi skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula l-arranġamenti amministrattivi miftiehma ma’ organizzazzjonijiet jew amministrazzjonijiet internazzjonali f'pajjiżi terzi u l-assistenza provduta fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza.

Artikolu 19

Kompiti oħrajn

1.   L-Awtorità tista', fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha.

1a.     Fil-każijiet fejn l-Awtorità ma ppreżentatx abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew implimentattiv fit-terminu ta’ żmien stabbilit fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew meta l-ebda terminu ta’ żmien ma jkun ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista' titlob it-tali abbozz u tistabbilixxi terminu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni tista', minħabba l-urġenza tal-każ, titlob li abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew implimentattiv jiġi ppreżentat qabel it-terminu ta’ żmien stabbilit fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tiddikjara ġustifikazzjoni adegwata.

2.   Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali tal-amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar , l-Awtorità tista', ▐ fuq applikazzjoni ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati , toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali , minbarra fir-rigward ta’ kriterju fl-Artikolu 19a(1)(e) tad-Direttiva 2006/48/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2007/44/KE . L-Artikolu 20 għandu japplika għall-oqsma li l-Awtorità tista' toħroġ opinjoni dwarhom .

Artikolu 20

Ġbir ta’ informazzjoni

1.   Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▐ tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament , dment li d-destinatarju jkollu aċċess legali għad-data rilevanti, u bil-kundizzjoni li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa meta mqabbla man-natura tad-dmir inkwistjoni .

1a.    L-Awtorità tista' titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti. Dawk it-talbiet għandhom, fejn possibbli, jużaw formati komuni ta’ rappurtar.

1b.     Fuq talba debitament ġustifikata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, l-Awtorità tista' tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun metħieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dmirijietha skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali u fl-Artikolu 56.

1c.     Qabel ma titlob informazzjoni f'konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligu ta’ rapportar, l-Awtorità għandha l-ewwel tieħu kont ta’ kull statistika eżistenti prodotta, disseminata u żviluppata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

2.   Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti ▐, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lill-awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-Ministru tal-Finanzi fejn dan tal-aħħar ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat .

2a.     Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma titqiegħedx għad-dispożizzjoni skont il-paragrafi 1, 1a, 1b, 1c jew 2 f'waqtha, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut direttament lill-parteċipanti fas-swieq finanzjarji rilevanti. It-talba rraġunata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa d-data dwar il-parteċipant individwali rispettiv fis-swieq finanzjarji.

L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f'konformità mal-paragrafi 2 u 2a.

Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▐ għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni.

3.   L-Awtorità tista' tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Relazzjoni mal-BERS

1.   L-Awtorità ▐ għandha tikkoopera mill-qrib u b'mod regolari mal-BERS.

2.   L-Awtorità għandha tipprovdi lill-BERS b'informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja biex twettaq il-kompiti tagħha, li ma tkunx f'format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …./ 2010 (BERS). L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment fir-rigward tal-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji.

3.   B'konformità mal-paragrafi 4 u 5, l-Awtorità għandha tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS).

4.   Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, hija għandha ssejjaħ laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr dewmien u tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, dwar kwalunkwe azzjoni li għandha tittieħed f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix wara li tingħata rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan.

5.   Mal-irċevuta ta’ twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b'dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS).

6.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati f'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.

Artikolu 22

Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq

1.    Biex jgħin fil-faċilitazzjoni ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, l-Awtorità għandha tistabbilixxi Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 7 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi implimentattivi, u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, l-Artikolu 8 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikunu jridu jittieħedu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiġi mgħarraf kemm jista' jkun malajr.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiltaqa' mill-anqas erba' darbiet fis-sena.

2.   Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw, fi proporzjonijiet ibbilanċjati l-istituzzjonijiet tal-investiment u tal-kreditu li joperaw fl-Unjoni , ir-rappreżentanti impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi, ▐ l-utenti tas-servizzi finanzjarji u r-rappreżentanti tal-SMEs . Tal-anqas ħamsa mill-membri tiegħu għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla livell. L-għadd ta’ membri li jirrappreżentaw lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji m'għandux ikun aktar minn għaxra.

3.   Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati fl-Unjoni Ewropea kollha.

4.    L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-membri tal-grupp tal-partijiet interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru. Il-Grupp jista' jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla.

Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

5.   Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista' jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari fuq il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 7e u fl-Artikoli 8, 14, 15 u 17 .

6.   Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu fuq il-bażi tal-qbil ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri .

7.   L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 23

Salvagwardji

1.   ▐ Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 taffettwa b'mod dirett u sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu , huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti . Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jiġġustifika għaliex u għandu jipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

2.   ▐ Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha.

Fejn l-Awtorità żżomm jew temenda d-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità ġietx miżmuma jew revokata . Id-deċiżjoni biex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tagħha. Fl-ebda wieħed minn dawn il-każi ma għandu jitqies il-vot tal-Membri kkonċernati.

3.   ▐ Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol fil-każ tal-Artikolu 10 u fi żmien xahar fil-każ tal-Artikolu 11 , id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet.

3a.     Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal għall-użu tal-fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12d jew 12e, l-Istati Membri ma jistgħux jitlobu li l-Kunsill iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità.

Artikolu 24

Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet

1.   Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f'dan ir-Regolament , l-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju msemmi bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza , tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Dan japplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(4).

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

3.   Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

4.   Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.

5.   Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-parteċipant tas-swieq finanzjarji kkonċernat u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, dment li din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-parteċipanti tas-swieq finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom jew li ma tkunx tista' tipperikola b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni Ewropea jew ta’ parti minnha .

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI

Taqsima 1

Bord ta' Superviżuri

Artikolu 25

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:

(a)

il-President, li ma jkollux vot;

(b)

il-Kapijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f'kull Stat Membru, li għandhom jiltaqgħu wiċċ imbwiċċ tal-inqas darbtejn fis-sena ;

(c)

rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot;

(d)

rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot;

(e)

rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn li ma jkollhomx vot.

1a.     Il-Bord tas-Superviżuri għandu jlaqqa' laqgħat mal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq regolarment, tal-anqas darbtejn fis-sena.

2.   Kull awtorità kompetenti ▐ għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha ▐, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

2a.     Fi Stati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità responsabbli waħda għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni. Madankollu, meta punt li jrid ikun diskuss mill-Bord tas-Superviżuri ma jkunx jaqa' fi ħdan il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali li tkun qiegħda tiġi rrappreżentata mill-membru msemmi fil-paragrafu 1(b), dak il-membru jista' jieħu rappreżentant mill-awtorità nazzjonali rilevanti, li ma għandux ikollu vot.

3.   Għall-fini li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), fejn xieraq, jista' jkun akkumpanjat minn rappreżentant mill-korpi rilevanti li jamministraw l-iskemi ta’ garanzija tal-investituri f'kull Stat Membru, li ma jkollux vot.

4.   Il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.

Artikolu 26

Kumitati interni u Panels

1.   Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistabbilixxi kumitati interni jew panels għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord tas-Superviżuri, u jista' jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b'mod ċar lil kumitati jew panels interni, lill-Bord ta’ Tmexxija jew lill-President.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti li jkollu kompożizzjoni ta’ membri bbilanċjata sabiex jiffaċilita riżoluzzjoni imparzjali tan-nuqqas ta’ qbil, li jkun jikkonsisti mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li la jkunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet għan-nuqqas ta’ qbil u lanqas ma jkollhom interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati .

2a.     Soġġett għall-Artikolu 11(2), il-panel għandu jipproponi deċiżjoni għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

2b.     Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panel imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 27

Indipendenza

Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni , minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor ma għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw il-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 28

Kompiti

1.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II.

2.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II.

3.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar lill-President.

4.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord ta’ Tmexxija, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

4a.     Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, fosthom dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

5.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

6.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-baġit f'konformità mal-Artikolu 49.

7.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv u jista' jneħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 33(5) jew l-Artikolu 36(5) rispettivament.

Artikolu 29

Teħid ta’ deċiżjonijiet

1.    Id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, skont il-prinċipju ta’ vot wieħed għal kull membru .

Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 7 u 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont il-Kapitolu VI u b'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji annessi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu 11(3), għal deċiżjonijiet li ttieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha titqies bħala adottata, jekk approvata b'maġġoranza sempliċi, sakemm ma tiġix irrifjutata mill-membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif imfisser fl-Artikolu 16(4) TFUE u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar miżuri tranistorji annessi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE.

Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha f'konformità mal-Artikolu 11(3), id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha tkun adottata permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord ta’ Superviżuri skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed.

2.   Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

3.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

4.   Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, anke, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Taqsima 2

Bord ta' Tmexxija

Artikolu 30

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul mill-President, ▐ u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri minn fosthom stess .

Kull membru ħlief il-President għandu jkollu sostitut, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord ta’ Tmexxija jekk dik il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dan jista' jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u tirrifletti l-Unjoni Ewropea kollha. Il-mandati għandhom ikunu sovrastanti u għandu jiġi applikat arranġament adatt ta’ rotazzjoni.

2.   Id-deċiżjonijiet mill-Bord ta’ Tmexxija għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvotaw.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49.

Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

3.   Il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kulmeta jidhirlu li hu neċessarju . Huwa għandu jiltaqa' mill-inqas ħames darbiet f'sena f'sessjoni ▐.

4.   Bla ħsara għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. Bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-membri mingħajr vot ma għandhom jattendu l-ebda diskussjoni mal-Bord Maniġerjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

Artikolu 31

Indipendenza

Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi , mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn korpi tal-Unjoni , jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.

L-ebda Stat Membru, istituzzjoni jew korpi tal-Unjoni, jew xi korp ieħor pubbliku jew privat ma għandu jipprova jinfluwenza l-membri tal-Bord ta’ Tmexxija.

Artikolu 32

Kompiti

1.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali.

3.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 49 u 50.

4.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 54(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (“ir-Regolamenti dwar il-Persunal”).

5.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 58.

6.   Il-Bord ta’ Tmexxija ▐ għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità , fosthom dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) ▐ lill-Bord tas-Superviżuri għall-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew u għall-approvazzjoni tiegħu ▐.

7.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

8.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 44(3) u 44(5).

Taqsima 3

President

Artikolu 33

Ħatra u kompiti

1.   L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonist indipendenti b'impjieg sħiħ.

Il-President għandu jkun responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord ta’ Tmexxija.

2.   Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u mmexxija mill-Kummissjoni .

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista ta’ tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jmexxi s-seduti ta’ smigħ ta’ dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b'dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak is-sostitut m'għandux ikun membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

3.   Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.   Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Fid-dawl tal-valutazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew.

5.   Il-President jista' jitneħħa mill-kariga biss ▐ mill-Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri ▐.

Il-President ma jistax jimpedixxi lill-Bord tas-Superviżuri milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b'mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu u ma għandux ikun involut f'deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni.

Artikolu 34

Indipendenza

Bla ħsara għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet jew korpi Komunitarji, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kull korp pubbliku jew privat ieħor m'għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta’ dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-President għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 35

Rapport

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President jew lis-sostitut tiegħu, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-indipendenza tiegħu ▐ biex jagħmel dikjarazzjoni . Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu, kull meta dan ikun meħtieġ .

2.    Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2a.     Barra mill-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7a sa 7e, 8, 9, 10, 11a u 18, ir-Rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

Taqsima 4

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 36

Ħatra

1.   L-Awtorità għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u s-swieq, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla wara l-konferma tal-Parlament Ewropew .

3.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.   Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jwettaq evalwazzjoni.

F'dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b'mod partikolari:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Fid-dawl ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Artikolu 37

Indipendenza

Bla ħsara għar-rwoli rispettivi tal-Bord ta’ Tmexxija u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Awtorità.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor m'għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 38

Kompiti

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord ta’ Tmexxija.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord ta’ Tmexxija.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri neċessarji, b'mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).

5.   Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi fl-Artikolu 32(2).

6.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 49 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 50.

7.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport ▐ b'taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat stipulati fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.

KAPITOLU IV

SISTEMA EWROPEA TAS-SUPERVIŻURI FINANZJARJI

Taqsima 1

▐ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt)

Artikolu 40

Stabbiliment

1.   ▐ Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa bil-preżenti stabbilit.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-ESAs l-oħrajn, b'mod partikolari dwar:

konglomerati finanzjarji;

kontabilità u verifika;

l-analiżi mikroprudenzjali ta’ żviluppi transsettorjali, riskji u vulnerabbiltajiet għall-istabilità finanzjarja;

prodotti tal-investiment għall-konsumaturi;

il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; kif ukoll

skambju ta’ informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-żvilupp tar-relazzjoni bejn il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej .

3.    Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu persunal apposta pprovdut mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li għandu jaqdi d-dmirijiet ta’ segretarjat. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għal ▐ spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali.

Artikolu 40a

Superviżjoni

F'każ li istituzzjoni finanzjarja tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jsolvi n-nuqqas ta’ qbil skont l-Artikolu 42.

Artikolu 41

Kompożizzjoni

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul ▐ mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej , u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ▐ kif ukoll tas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi.

3.   Il-President tal-Kumitat Konġunt ▐ għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. Il-President tal-Kumitat Konġunt maħtur f'konformità mal-paragrafu 3 għandu jinħatar ukoll Viċi President tal-BERS .

4.   Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jiltaqa' tal-anqas darba kull xahrejn.

Artikolu 42

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn relevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banking) kif xieraq.

Atti skont l-Artikoli 7, 9, 10, jew 11 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe atti leġiżlattivi oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa' wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza ▐ tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banking) għandhom jiġu adottati mill-Awtorità, ▐ l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) , u mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banking) , kif xieraq, b'mod parallel.

Artikolu 43

Sottokumitati

1.    Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt ▐.

2.    Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3.    Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun membru wkoll tal-Kumitat Konġunt ▐.

4.    Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi aktar Sottokumitati.

Taqsima 3

Bord tal-Appell

Artikolu 44

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord tal-Appell għandu jkun korp konġunt tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej .

2.   Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b'rekord ippruvat ta’ għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, anke dik superviżorja, fuq livell għoli biżżejjed fil-qasam tas-swieq bankarji, tal-assigurazzjoni u dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn , għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Numru konsiderevoli ta’ membri tal-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal-eżerċizzu min-naħa tal-Awtorità tal-poteri tagħha.

Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Fejn id-deċiżjoni soġġetta għall-appell taqa' taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, din il-maġġoranza ta’ erba' membri għandha tinkludi tal-inqas wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Awtorità.

Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

3.   Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ sostituti għandhom jinħatru mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 (AEAPX) u r-Regolament (UE) Nru …/2010 (AETS).

4.   Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista' jiġi estiż darba.

5.   Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord ta’ Tmexxija jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuti.

6.   ▐ L-Awtorità Bankarja Ewropea, ▐ l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operattiv u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt .

Artikolu 45

Indipendenza u imparzjalità

1.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b'ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord ta’ Tmexxija tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha.

2.   Membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jieħdu sehem f'ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom xi interess personali fiha, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

3.   Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru sieħeb ma għandux jieħu sehem f'xi proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b'dan.

4.   Kwalunkwe parti fil-proċeduri tal-appell tista' toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b'favoreġġamenti.

Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċeduri tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.

5.   Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.

Għall-għanijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mis-sostitut tiegħu, sakemm s-sostitut innifsu ma jsibx ruħu f'sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jaħtar sostitut minn fost s-sostituti disponibbli.

6.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.

Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.

KAPITOLU V

RIMEDJI

Artikolu 46

Appelli

1.   Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet kompetenti, tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2.   L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.

3.   Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett suspensiv.

Madankollu, il-Bord tal-Appell jista', jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

4.   Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden ▐ lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali.

5.   Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-korp kompetenti tal-Awtorità, jew ▐ jirreferi l-każ lill-korp kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u dak il-korp għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat .

6.   Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.

7.   Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u magħmulin pubbliċi mill-Awtorità.

Artikolu 47

Kawżi mressqin quddiem il-Qorti Ġeneraliu l-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Tista' titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l -Artikolu 263 TFUE , kawża li tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f'każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

1a.     L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jressqu appell dirett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

2.   Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 TFUE .

3.   L-Awtorità għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 48

Baġit tal-Awtorità

1.   Id-dħul tal-Awtorità , korp Ewropew skont l-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn xi waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet :

(a)

kontribuzzjonijiet obbligatorji ▐ mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; li għandhom isiru konformement ma’ formola bbażata fuq il-piż tal-voti stabbilit fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transizzjonali anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE;

(b)

sussidju mill-Unjoni , li jiddaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-Taqsima tal-Kummissjoni); il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni hu suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif previst fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba;

(c)

kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti relevanti tal-liġi tal-Unjoni .

2.   In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għall-inqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali , ta’ taħriġ professjonali u operazzjonali.

3.   Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.

4.   L-istimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.

Artikolu 49

Stabbiliment tal-baġit

1.   Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz ta’ baġit preliminari lill-Bord ta’ Tmexxija u lill-Bord tas-Superviżuri , flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv u approvat mill-Bord ta’ Tmexxija , jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-istimi, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord ta’ Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord ta’ Tmexxija .

2.   Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-“awtorità baġitarja”), flimkien mal-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 313 u 314 TFUE .

4.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Awtorità.

5.   Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri . Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat skont dan.

6.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunwke proġett li jkollu x'jaqsam ma’ proprjetà bħall-kiri jew xiri ta’ bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Jekk xi fergħa jew oħra tal-awtorità baġitarja jkollha l-ħsieb li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni bħal din. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Awtorità tista' tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.

6a.     Għall-ewwel sena ta’ ħidma tal-Awtorità, li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-baġit għandu jkun approvat mill-Membri tal-Kumitat Livell 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mbagħad għandu jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 50

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.

2.   Sal-1 ta’ Marzu wara li tintemm kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet provviżorji, akkompanjati mir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju matul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

Imbagħad, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (45), (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”).

3.   Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv, huwa u jaġixxi fil-kapaċità tiegħu, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità u jibgħathom, għal opinjoni, lill-Bord ta’ Tmexxija.

4.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta’ Tmexxija, sal-1 ta’ Lulju wara li tintemm is-sena finanzjarja, lill-Membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

6.   Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru. Huwa għandu jibgħat wkoll kopja ta’ din it-tweġiba lill-Bord ta’ Tmexxija u lill-Kummissjoni.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja msemmija.

9.   Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit (inklużi l-ispejjeż kollha u d-dħul kollu tal-Awtorità) għas-sena finanzjarja N.

Artikolu 51

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawk ir-regoli ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (46) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu u dan biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 52

Miżuri kontra l-frodi

1.   Bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

2.   L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (47) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flus.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 53

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

Artikolu 54

Persunal

1.   Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, anke għad-Direttur Eżekuttiv tagħha u l-President tagħha .

2.   Il-Bord ta’ Tmexxija, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

3.   Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ persunal ieħor.

4.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità.

Artikolu 55

Responsabbiltà tal-Awtorità

1.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din.

2.   Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet relevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

Artikolu 56

Obbligu tas-Segretezza Professjonali

1.   Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord ta’ Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inklużi uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

B'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-persunal għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

L-ebda Stat Membru, istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, jew xi korp pubbliku jew privat ma għandu jipprova jinfluwenza l-membri tal-persunal tal-Awtorità.

2.   Bla ħsara għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f'forma mqassra jew miġbura, b'tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

Barra minn hekk, l-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali milli jagħmlu użu mill-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u b'mod partikolari għal proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra applikabbli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 57

Protezzjoni tad-data

Dan ir-regolament għandu jkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.

Artikolu 58

Aċċess għad-dokumenti

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

2.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sal-31 ta’ Mejju 2011.

3.   Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman jew ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif xieraq, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.

Artikolu 59

Arranġamenti lingwistiċi

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (48) għandhom japplikaw għall-Awtorità.

2.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.

3.   Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 60

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord ta’ Tmexxija, għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija.

Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kondizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Awtorità, inkluża skola multilingwi, b'orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 61

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1.    Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 1(2).

1a.     L-Awtorità tista' tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni li ġiet rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif jiddisponu l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 216 TFUE.

2.    Skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 62

Azzjonijiet preparatorji

-1.

Matul il-perijodu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u qabel l-istabbiliment tal-Awtorità, il-KESB għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni fit-tħejjija għas-sostituzzjoni tal-KESB mill-Awtorità.

1.

Ladarba l-Awtorità tkun ġiet stabbilita, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment amministrattiv u l-operat amministrattiv inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess.

Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista' tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Diretturi Eżekuttivi. Dan il-perijodu għandu jkun limitat sa meta l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva li timplimenta l-baġit tagħha stess.

2.

Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti bi krediti previsti fil-baġit tal-Awtorità, ladarba jiġu approvati mill-Bord ta’ Tmexxija u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti ta’ persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

3.

Il-paragrafi 1 u 2 huma bla ħsara għas-setgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord ta’ Tmexxija.

3a.

L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-KESB. L-attiv u l-passiv kollu u l-operati kollha pendenti tal-KESB jistgħu jkunu trasferiti lill-Awtorità. Awditur indipendenti għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-attiv u l-passiv tal-KESB. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ivverifikata u approvata mill-membri tal-KESB u mill-Kummissjoni qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment tal-atttiv jew tal-passiv.

Artikolu 63

Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-Persunal

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 54, il-kuntratti ta’ impjieg u l-ftehimiet dwar l-issekondar kollha konklużi mill-KESB jew is-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom. Ma jistgħux jiġu estiżi.

2.   Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal tal-KESB jew tas-Segretarjat tiegħu , imsemmi fil-paragrafu 1, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. Il-proċedura ta’ għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwu qabel ir-reklutaġġ.

3.   Skont it-tip u l-livell ta’ funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji applikabbli għal tul ta’ żmien li għall-inqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa' skont il-kuntratt preċedenti.

4.   Il-liġi nazzjonali relevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma’ strumenti relevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għal membri tal-persunal b'kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji skont il-paragrafu 2.

Artikolu 63a

Dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disposizzjonijiet kif adatt biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 64

Emendi

Id-Deċiżjoni ▐ Nru 716/2009/KE hija bil-preżenti emendata billi l-KESB qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 65

Revoka

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, li tistabbilixxi l-KESB , qiegħda bil-preżenti titħassar b'effett mill-1 ta’ Jannar 2011 .

Artikolu 66

Klawsola ta’ reviżjoni

-1.

Sa mhux aktar tard minn … (49), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa biex issaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jafu joħolqu riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 12b u l-istabbiliment ta’ qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżi finanzjarja inklużi arranġamenti relatati mal-finanzjamenti.

1.

Sa mhux aktar tard minn … (50) u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jevalwa ▐, fost affarijiet oħra:

(a)

il-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c)

il-progress li nkiseb fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, ġestjoni u riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-mekkaniżmi ta’ finanzjament Ewropej;

(d)

jekk, partikolarment fid-dawl tal-progress li nkiseb fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (c), ir-rwol tal-Awtorità fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joħolqu riskju sistemiku potenzjali għandux jissaħħaħ u jekk għandhiex teżerċita setgħat superviżorji msaħħa fuq dawk l-istituzzjonijiet;

(e)

l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ slavagwardja stabbilita fl-Artikolu 23 u b'mod partikolari jekk din il-klawsola tista twaqqaf lill-Awtorità milli tissodisfa l-irwol tagħha kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

1a.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a)

huwiex xieraq li l-Awtoritajiet ikunu kollha f'sede waħda sabiex jittejjeb il-koordinament bejniethom;

(b)

huwiex xieraq li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur banjarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet okkupazzjonali, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(c)

huwiex xieraq li jiġu ssorveljati s-superviżjoni prudenti u t-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;

(d)

huwiex xieraq li tiġi ssimplifikata u rinforzata l-istruttura tal-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej;

(e)

l-evoluzzjoni tal-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(f)

hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan l-SESF;

(g)

il-kontabilità u t-trasparenza rigward ir-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni humiex xierqa;

(h)

huwiex xieraq li s-sede tal-Awtorità tibqa' fi Frankfurt;

(i)

biex jiġi stabbilit Fond ta’ Stabilità għas-Swieq u t-Titoli f'livell tal-UE bħala l-aqwa difiża kontra t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni u bħala l-aktar mod effiċjenti biex jiġi ġestit il-falliment ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarji transkonfinali.

2.

Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif adatt, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 67

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 62 u l-Artikolu 63(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Awtorità għandha tkun stabbilita fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 57(2) (A7-0169/2010).

(2)  Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

(3)  Opinjoni tat-22 ta’ Jannar 2010 (għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU C, , p. .

(5)  ĠU C 13, 20.1.2010, p. 1.

(6)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ….

(7)   ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.

(8)   ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.

(9)   ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.

(10)   ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.

(11)   ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.

(12)   Testi adottati, P6_TA(2009)0251.

(13)   Testi adottati, P6_TA(2009)0279.

(14)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(15)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 23.

(16)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 28.

(17)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 18.

(18)  Fil-punt 44: Għadha mhijiex ippublikata fil-ġabra ta’ Rapporti tal-Qorti Ewropej.

(19)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(20)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(21)  ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1.

(22)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.

(23)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(24)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(25)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(26)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

(27)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(28)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(29)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(30)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16 .

(31)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(32)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(33)  Dawn li ġejjin huma r-Regolamenti eżistenti fl-ambitu tal-attivitajiet tal-Aworità: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva, ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami, ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tad-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.

(34)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1.

(35)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(36)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(37)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(38)   ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(39)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(40)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(41)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(42)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(43)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(44)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 8.

(45)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(46)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(47)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(48)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.

(49)   Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(50)   Tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/321


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I

P7_TA(2010)0271

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD))

2011/C 351 E/37

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Din il-proposta giet emendata fis-7 ta' Lulju 2010 kif ġej (1):

EMENDI TAL-PARLAMENT (2)

għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar superviżjoni makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (4),

Filwaqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (5),

Billi:

(1)

L-istabbiltà finanzjarja hi prekundizzjoni sabiex l-ekonomija reali tipprovdi impjiegi, kreditu u tkabbir. Il-kriżi finanzjarja kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, li ma rnexxilhiex tevita l-akkumulazzjoni ta’ riskji eċċessivi fis-sistema finanzjarja.

(1a)

Il-kriżi għandha konsegwenzi kbar fuq min iħallas it-taxxa, għal ħafna ċittadini tal-Unjoni li bħalissa m’għandhomx xogħol u għal ħafna intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SME). F’każ ta’ kriżi ġdida fuq l-istess skala, l-Istati Membri ma jifilħux iħallsu biex isalvaw l-istituzzjonijiet finanzjarji mingħajr ma jiksru r-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.Ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament kien diġà qed jitlob b’mod regolari li jiġi eżegwit regolament li tassew joffri l-istess kundizzjonijiet għall-parteċipanti interessati kollha fil-livell tal-Unjoni, waqt li wera nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni min-naħa tal-Unjoni tas-swieq finanzjarji li kulma jmur saru aktar integrati (fir riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni (6) tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (7), tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar politika dwar is-servizzi finanzjarji (2005-2010) – White Paper (8), tat-23 ta’ Settembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata (9), tad-9 ta’ Ottubru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza (10), tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (11) u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (12)).

(2)

F'Novembru 2008, il-Kummissjoni inkarigat lil Grupp ta' Livell Għoli, ippresjedut mis-Sur Jacques de Larosière (il-“Grupp de Larosière”) biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jissaħħu l-arranġamenti superviżorji Ewropej bil-għan li jitħarsu aħjar iċ-ċittadini tagħha u terġa' tinbena l-fiduċja fis-sistema finanzjarja.

(3)

Fir-rapport finali tiegħu, ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009 (ir-rapport de Larosière) , il-Grupp de Larosière rrakkomanda, fost ħwejjeġ oħra, l-istabbiliment ta’ entità fil-livell tal-Unjoni li tkun responsabbli mis-superviżjoni tar-riskju fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi.

(4)

Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew” tal-4 ta' Marzu 2009, il-Kummissjoni laqgħet u appoġġat ferm ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp de Larosière. Fil-laqgħa tiegħu tad-19 u l-20 ta' Marzu 2009, il-Kunsill Ewropew qabel fuq il-ħtieġa li jitjiebu r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet r-rapport mill-Grupp de Larosière bħala l-bażi għall-azzjoni.

(5)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta' Mejju 2009 bit-titolu “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea”, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta' riformi għall-arranġamenti attwali biex titħares l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Unjoni , li jinkludu b’mod partikolari l-ħolqien ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) li jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali. Il-Kunsill fid-9 ta' Ġunju 2009 u l-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta' Ġunju appoġġjaw l-opinjoni tal-Kummissjoni u laqgħu l-ħsieb tal-Kummissjoni li tressaq proposti leġiżlattivi sabiex il-qafas il-ġdid jidħol fis-seħħ matul l-2010. F'konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni, inkludiet inter alia li l-BĊE “għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS filwaqt li jagħmel użu wkoll mill-parir tekniku tal-banek ċentrali nazzjonali u superviżuri.” L-appoġġ ipprovdut lill-BERS mill-BĊE kif ukoll il-kompiti mogħtija lill-BERS għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-indipendenza tal-BĊE fil-qadi ta' dmirijietu skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(5a)

Minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji internazzjonali, jinħtieġ impenn qawwi mill-Unjoni fil-livell globali. Il-BERS għandu jikseb il-kompetenza tal-kumitat xjentifiku ta' livell għoli u jieħu f'idejh ir-responsabbiltajiet globali kollha meħtieġa sabiex jiżgura li tinstema' l-vuċi tal-Unjoni fuq kwestjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja, b’mod speċjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bord għas-Servizzi Finanzjarji (FSB) u l-imsieħba kollha tal-Grupp ta' Għoxrin (G-20).

(5b)

Il-BERS għandu jikkontribwixxi inter alia għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IMF, l-FSB u l-Bank għal Ftehimiet Internazzjonali (BIS) lill-G-20, fl-eżami inizjali tar-rapport tagħhom dwar il-Gwida għall-Valutazzjoni tal-Importanza Sistematika tal-Istituzzjonijiet, Swieq u Strumenti Finanzjarji ppubblikat f'Ottubru 2009 li jistipula li r-riskju sistemiku għandu jkun dinamiku sabiex jikkunsidra l-evoluzzjoni tas-settur finanzjarju u tal-ekonomija globali. Ir-riskju sistemiku jista' jitqies bħala ta' riskju li jġib it-tħarbit għas-servizzi finanzjarji kaġun tad-dgħjufija tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi jew partijiet minnha u għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali.

(5c)

Ir-rapport dwar il-Gwida għall-Valutazzjoni tal-Importanza Sistematika tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji jiddikjara wkoll li l-valutazzjoni tar-riskju sistemiku aktarx tinbidel maż-żmien skont l-ambjent ekonomiku. Se tiġi kundizzjonata wkoll mill-infrastruttura finanzjarja u l-ftehimiet dwar il-ġestjoni tal-kriżi, u l-kapaċità li tittratta l-fallimenti meta jseħħu. L-istituzzjonijiet jistgħu jkunusistemikament importanti għas-sistemi u l-ekonomiji finanzjarji lokali, nazzjonali jew internazzjonali. Il-kriterji ewlenin li jgħinu fl-identifikazzjoni tal-importanza sistemika tas-swieq u tal-istituzzjonijiet huma d-daqs (il-volum ta' servizzi finanzjarji pprovduti mill-komponent individwali tas-sistema finanzjarja), is-sostenibbiltà (sa fejn il-komponenti l-oħra tas-sistema jistgħu jipprovdu l-istess servizzi f'każ ta' falliment) u l-interkonnessjonijiet (rabtiet ma’ komponenti oħrajn tas-sistema). Valutazzjoni bbażata fuq dawk it-tliet kriterji għandha tkun komplementata b’referenza għall-vulnerabilitajiet finanzjarji u l-kapaċità tal-qafas istituzzjonali li jittratta l-fallimenti finanzjarji.

(5d)

Ix-xogħol tal-BERS għandu jkun li jikkontrolla u jivvaluta r-riskju sistemiku fi żminijiet normali bil-għan li jtaffi l-espożizzjoni tas-sistema għar-riskju ta' falliment ta' komponenti sistemiċi u jsaħħaħ ir-reżistenza tas-sistema finanzjarja għax-xokkijiet. F'dan ir-rigward il-BERS għandu jiżgura l-istabbiltà finanzjarja u jtaffi l-impatti negattivi fuq l-ekonomija reali. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, il-BERS għandu janalizza kull informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni rilevanti b’impatt potenzjali fuq l-istabilità finanzjarja, bħall-kontabilità, il-falliment u r-regoli dwar l-għajnuna finanzjarja f'każ ta' diffikultà.

(6)

Il-funzjonament adegwat tal-Unjoni u tas-sistemi finanzjarji globali u l-mitigazzjoni tat-theddid għalhekk jeħtieġu konsistenza msaħħa bejn il-makro- u l-mikro-superviżjoni. Kif dikjarat fir-reviżjoni Turner, “Reazzjoni regolatorja għall-kriżi bankarja globali”, ta' Marzu 2009, “arranġamenti aktar b’saħħithom jeħtieġu jew poteri nazzjonali akbar, bil-konsegwenza ta' suq anqas miftuħ, jew inkella grad ta' integrazzjoni Ewropea ogħla”. Minħabba r-rwol ta' sistema finanzjarja b’saħħitha fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha għall-kompetittività u t-tkabbir fl-Unjoni u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għażlu li jmorru għal grad ogħla ta' integrazzjoni Ewropea, kif rakkomandat fir-rapport de Larosière.

(6a)

Din is-sistema ta' mikrosuperviżjoni mfassla mill-ġdid teħtieġ tmexxija kredibbli u ta' profil għoli. Għaldaqstant, minħabba r-rwol ewlieni tagħha u l-kredibbiltà internazzjonali u interna tagħha, u l-ispirtu tar-rapport de Larosière, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun il-President tal-BERS. B’żieda ma’ dan, ir-rekwiżiti ta' responsabbiltà għandhom jikbru wkoll, bħat-tkabbir tal-korpi tal-BERS biex jinkludu firxa wiesgħa ta' kompetenza, esperjenza u opinjonijiet.

(6b)

Ir-rapport de Larosière jiddikjara wkoll li s-superviżjoni makroprudenzjali ma tagħmilx sens sakemm ma titħalliex b’xi mod ikollha impatt fuq is-superviżjoni fil-livell mikro filwaqt li s-superviżjoni mikroprudenzjali ma tistax tħares b’mod effettiv l-istabbiltà finanzjarja mingħajr kunsiderazzjoni xierqa tal-iżviluppi fil-livell makro.

(6c)

Għandha tinħoloq Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) li tiġbor flimkien f'netwerk, l-operaturi tas-superviżjoni finanzjarja kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera kif jingħad fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku, b’mod partikolari billi jiżguraw il-mogħdija ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom. Fil-livell tal-Unjoni, in-netwerk għandu jkun magħmul mill-BERS u t-tliet awtoritajiet ta' mikrosuperviżjoni: l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banek), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru …/2010, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), maħluqa milr-Regolament (UE) Nru …/2010, u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) maħluqa milr-Regolament(UE) Nru …/ 2010.

(7a)

Il-BERS għandu jkollu Bord Ġenerali, Kumitat ta' Tmexxija, Segretarjat, Kumitat Tekniku Konsultattiv u Kumitat Xjentifiku Konsultattiv. L-istabbiliment tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jieħu kont tal-istrutturi eżistenti bil-ħsieb li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni.

(8)

Il-BERS għandu, fejn ikun meħtieġ, joħroġ u jagħmel pubbliċi twissijiet u rakkomandazzjonijiet ta' natura ġenerali dwar l-Unjoni b’mod ġenerali, Stati Membri individwali jew gruppi ta' Stati Membri, b’perjodu taż-żmien speċifikat għar-rispons politiku rilevanti. Meta dawn it-twissjijiet jew rakkomandazzjonijiet ikunu indirizzati lil Stati Membri individwali jew grupp tagħhom, jista' jkun possibbli għall-BERS li jipproponi miżuri ta' għajnuna adegwati. Kulfejn ikun loku, il-Kummissjoni tista', b’inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-BERS, ta' Awtorità, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, tadotta deċiżjoni indirizzata għal Awtorità, li tkun tiddetermina l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza.

(8a)

Il-BERS għandu jiddeċiedi jekk rakkomandazzjoni għandhiex tinżamm kunfidenzjali jew għandhiex issir pubblika, billi jżomm f'moħħu li l-iżvelar pubbliku jista' jgħin biex jippromwovi l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet f'ċerti ċirkustanzi.

(8b)

Għandu jitfassal kodiċi tal-kulur maħluq mill-BERS sabiex jippermetti l-parteċipanti interessati jivvalutaw aħjar in-natura tar-riskju.

(9)

Sabiex jiżdied il-piż u l-leġittimità tagħhom, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill , il-Kummissjoni, id-destinatarji u, fejn ikun xieraq, mill-Awtoritajiet Bankarji Ewropej.

(10)

Il-BERS għandu jimmonitorja wkoll l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, abbażi ta' rapporti mid-destinatarji, biex jiżgura li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-fatt ikunu qegħdin jiġu segwiti. Id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġġustifikaw adegwatament kull nuqqas li jkunu konformi kif xieraq mar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS (mekkaniżmu ta' “aġixxi inkella spjega”) b’mod partikolari fir-rigward tal-Parlament Ewropew . Il-BERS għandu jkun kapaċi jirrikorri għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'każijiet fejn ma jkunx sodisfatt bir-rispons tad-destinatarji għar-rakkomandazzjonijiet.

(12)

Il-BERS għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas darba kull sena, u aktar ta' spiss f'każ ta' taqlib finanzjarju mifrux.

(13)

Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali għandu jkollhom rwol ewlieni fis-superviżjoni makroprudenzjali minħabba l-għarfien u r-responsabbiltajiet eżistenti tagħhom fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja. Il-parteċipazzjoni tas-superviżuri mikroprudenzjali fil-ħidma tal-BERS hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riskju makroprudenzjali tkun ibbażata fuq informazzjoni sħiħa u preċiża dwar l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom ikunu membri bi drittijiet tal-vot. Fi spirtu ta' trasparenza, għandhom ikunu membri tal-Bord Ġenerali, sitt persuni indipendenti, li ma jkunux membri tal-ASE, magħżula skont il-kompetenzi ġenerali u l-impenn tagħhom lejn l-Unjoni, u minħabba d-diversità tal-esperjenzi tagħhom f'oqsma akkademiċi jew fis-settur privat, b’mod partikolari fl-SMEs, trejdunjins jew bħala fornituri jew konsumaturi ta' servizzi finanzjarji u li jkunu joffru l-garanziji kollha fir-rigward ta' indipendenza u kunfidenzjalità. Rappreżentant wieħed tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' kull Stat Membru għandu jattendi għal-laqgħat tal-Bord Ġenerali mingħajr id-dritt li jivvota.

(14)

Il-parteċipazzjoni ta' Membru tal-Kummissjoni tgħin sabiex tistabbilixxi rabta mas-sorveljanza makroekonomika u finanzjarja tal-Unjoni , filwaqt li l-preżenza tal-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tirrifletti r-rwol tal-ministeri tal-finanzi fil-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja.

(14a)

Peress li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji minn pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, għandu jkun possibbli li jiġi mistieden rappreżentant wieħed ta' livell ogħli minn dawk il-pajjiżi biex jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali fuq awtorizzazzjoni minn pajjiżhom.

(15)

Huwa essenzjali li l-membri tal-BERS iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod imparzjali u jqisu biss l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha. Meta ma jkunx jista' jintlaħaq konsensus, il-votazzjoni fuq it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet fi ħdan il-BERS m'għandhiex tkun ippeżata u d-deċiżjonijiet għandhom bħala regola jittieħdu b’maġġoranza sempliċi.

(16)

L-interkonnettività tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji timplika li l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskji sistemiċi potenzjali għandhom ikunu bbażati fuq sett wiesa' ta' data u indikaturi makroekonomiċi u mikrofinanzjarji rilevanti. Dawk ir-riskji sistemiċi jinkludu riskji ta' tħarbit fis-servizzi finanzjarji kaġun ta' tagħwiġ sinifikanti tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew ta' partijiet minnha u għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi gravi għas-suq intern u għall-ekonomija reali. Kull tip ta' istituzzjoni finanzjarja u intermedjarju finanzjarju, suq, infrastruttura u strument għandu l-potenzjal li jkun sistemikament sinifikanti. Għalhekk, il-BERS għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta' din id-data kif meħtieġ.

(17)

Il-parteċipanti tas-suq jistgħu jipprovdu kontribut siewi għall-fehim tal-iżviluppi li jaffettwaw is-sistema finanzjarja. Fejn ikun xieraq, għalhekk, il-BERS għandu jikkonsulta ma’ partijiet interessati mis-settur privat (rappreżentanti tas-settur finanzjarju, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, gruppi ta' utenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni …) u jagħtihom opportunità xierqa sabiex jipprovdu l-kummenti tagħhom. Barra minn hekk, minħabba li m'hemmx definizzjoni riġida ta' riskju sistemiku u li l-valutazzjoni tar-riskju sistemiku tista' tvarja maż-żmien skont l-ambjent ekonomiku, il-BERS għandu jiżgura firxa wiesgħa ta' esperjenzi u ħiliet fil-persunal u fil-konsulenti.

(19)

L-istabbiliment tal-BERS għandu jikkontribwixxi direttament sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-Suq Intern. Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja hija parti integrali tal-arranġamenti superviżorji ġodda tal-Unjoni billi l-aspett makroprudenzjali huwa marbut mill-qrib mal-kompiti ta' superviżjoni mikroprudenzjali attribwiti lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Huwa biss b’arranġamenti fis-seħħ li jirrikonoxxu sewwa l-interdipendenza bejn ir-riskji mikro- u makroprudenzjali li l-partijiet interessati kollha jista' jkollhom fiduċja suffiċjenti biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet finanzjarji transkonfinali. Il-BERS għandu jimmonitorja u jivvaluta r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn żviluppi li jista' jkollhom impatt fuq livell settorjali jew fil-livell tas-sistema finanzjarja b’mod ġenerali. Billi jindirizza tali riskji, il-BERS għandu jikkontribwixxi direttament lejn struttura superviżorja integrata tal-Unjoni li hija neċessarja sabiex tippromwovi risposti politiċi f'waqthom u konsistenti fost l-Istati Membri, li b’hekk tevita approċċi diverġenti u ttejjeb l-operat tas-Suq Intern.

(20)

Billi superviżjoni makroprudenzjali effikaċi tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji Ewropej, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjaretà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-objettivi,

(20a)

Kif issuġġerit mir-rapport de Larosière, jinħtieġ approċċ gradat u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iwettqu reviżjoni sħiħa tas-SESF, il-BERS u l-ASEs sa …  (13) ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.    Huwa stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn’il quddiem issir referenza għalih bħala “BERS”. Għandu jkollu s-sede tiegħu fi Frankfurt.

1a.     Il-BERS għandu jkun parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), li l-għan tagħha għandu jkun li tiżgura s-superviżjoni tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

1b.     L-SESF għandu jinkludi:

(a)

il-BERS;

(b)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru …/2010 (AETS);

(c)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) maħluqa mir-Regolament(UE) Nru … / 2010 (AEAPX);

(d)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru …/2010 (ABE);

(e)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) stipulata fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 (ABE), mir-Regolament Nru …/2010 [ESMA] u mir-Regolament (UE) Nru …/2010 (AEAPX);

(f)

l-awtoritajiet fl-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 1(2)tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX];

(g)

il-Kummissjoni, bi skop ta' twettiq tal-ħidmiet imsemmija fl-Artikoli 7 u 9 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 (ABE), fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (ESMA) u fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (AEAPX).

L-ASE li għalihom hemm riferiment f'punti (b), (c) u (d) se jkollhom il-kwartier ġenerali tagħhom fi Frankfurt.

Jista' jkollhom rappreżentant fl-aktar ċentri finanzjarji importanti tal-Unjoni Ewropea.

1c.     Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari billi jiżguraw il-mogħdija ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser kwalunkwe impriża koperta mil-leġiżlazzjoni li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA] u tar-Regolament (UE) Nru …./2010 [AEAPX], u kull impriżi jew entità oħra li tkun topera fl-Unjoni, li l-attivitajiet finanzjarji tagħha jistgħu jkunu ta' riskju sistemiku wkoll jekk ma jkollhom l-ebda ness dirett mal-pubbliku inġenerali;

(b)

“sistema finanzjarja” tfisser l-istituzzjonijiet finanzjarji, swieq, prodotti u infrastrutturi kollha.

(ba)

“riskju sistemiku” tfisser riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzja li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali. Kull tip ta' intermedjarju, suq u infrastruttura finanzjarja, huwa potenzjalment sistemikament importanti sa ċertu grad.

Artikolu 3

Missjoni, Objettivi u Kompiti

1.   Il-BERS għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżultaw minn żviluppi fis-sistema finanzjarja u b’kont meħud tal-iżviluppi makroekonomiċi, bil-għan li jevita episodji ta' diffikultà finanzjarja mifruxa u jikkontribwixxi għal funzjonament mingħajr problemi tas-suq intern.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BERS għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jiddetermina u/jew jiġbor, kif xieraq, u janalizza l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż il-leġiżlazzjoni b’impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja bħall-kontabbiltà, ir-riorganizzazzjoni u regoli tal-istralċ, għall-għanijiet deskritti fil-paragrafu 1;

(b)

jidentifika u jipprijoritizza r-riskji sistemiċi ;

(c)

joħroġ twissijiet meta r-riskji sistemiċi bħal dawna jkunu kkunsidrati li huma sinifikanti , u jagħmilhom pubbliċi fejn ikun xieraq ;

(d)

joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta' rimedju b’respons għar-riskji identifikati u jagħmilhom pubbliċi fejn xieraq;

(da)

joħroġ twissija kunfidenzjali indirizzata lill-Kummissjoni meta l-BERS iqis li teżisti sitwazzjoni ta' emerġenza kif definita fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE]. Il-BERS għandu jagħti valutazzjoni tas-sitwazzjoni ħalli l-Kummissjoni tkun tista' tiddetermina n-neċessità tal-adozzjoni ta' deċiżjoni intiżi għall-ASE li jkunu qed jiddeterminaw l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza.

(e)

iwettaq monitoraġġ tas-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet;

(f)

jikkoopera mill-qrib mal-parteċipanti kollha l-oħra tas-SESF u, fejn ikun xieraq, jipprovdi lill- ASE bl-informazzjoni dwar ir-riskji sistemiċi li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom; b’mod partikolari, il-BERS għandu, b’kollaborazzjoni mal-ASEs, jiżviluppa sett komuni ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li jservu ta' bażi għall-għoti ta' klassifikazzjoni superviżorja lill-istituzzjonijeit transkonfinali li jistgħu potenzjalment joħolqu riskju sistemiku.

Din il-klassifikazzjoni għandu tiġi riveduta fuq bażi regolari, u għandha turi l-bidliet materjali fil-profil ta' riskju ta' istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku għad-deċiżjoni dwar is-superviżjoni jew l-intervent dirett f'istituzzjoni batuta;

(fa)

jipparteċipa, fejn ikun f'loku, fil-Kumitat Konġunt;

(g)

jikkoordina ma’ istituzzjonijiet internazzjonali, speċjalment mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja kif ukoll il-korpi rilevanti f'pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet relatati mas-superviżjoni makroprudenzjali;

(h)

iwettaq kompiti oħrajn relatati kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni .

KAPITOLU II

L-ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 4

Struttura

1.   Il-BERS għandu jkollu Bord Ġenerali, Kumitat ta' Tmexxija, Segretarjat u Kumitat Xjentifiku Konsultattiv .

2.   Il-Bord Ġenerali għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex jiżgura t-twettiq tal-kompiti fdati lill-BERS.

3.   Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jassisti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BERS billi jħejji l-laqgħat tal-Bord Ġenerali u jirrevedi d-dokumenti li għandhom jiġu diskussi u jimmonitorja l-progress tax-xogħol kontinwu tal-BERS.

4.   Is-Segretarjat għandu jkun responsabbli mill-ħidma ta' kuljum tal-BERS u mill-kwestjonijiet kollha dwar il-persunal. Għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku ta' kwalità għolja lill-BERS taħt id-direzzjoni tal-President tal-Bord Ġenerali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/2010 [BERS]. Għandu wkoll jagħmel użu mill-pariri tekniċi mill-ASE, mill-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet superviżuri nazzjonali.

5.   Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv li saret referenza għalih fl-Artikolu 12, għandu jipprovdi parir u assistenza fuq kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-BERS.

Artikolu 5

Presidenza

1.   Il-President ▐ tal-BERS għandu jkun il-President tal-BĊE .

1a.     L-ewwel Viċi President għandu jkun elett minn u minn fost il-Membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għal terminu ta' 5 snin, fir-rigward tal-ħtieġa ta' rappreżentanza ewkilibrata tal-Istati Membri, u dawk fiz-zona tal-euro u barra minnha. Hu jew hi jistgħu jiġu ri-eletti darba waħda biss.

1b.     It-tieni Viċi President għandu jkun il-President tal-Kumitat Konġunt kif nominat skont it-termini tal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX];

1c.     Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew, waqt seduta ta' smigħ pubblika, kif bi ħsiebhom iwettqu dmirijiethom fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-President għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat ta' Tmexxija.

3.    Il-Viċi Presidenti, fl-ordni ta' preċedenza, għandhom imexxu l-Bord Ġenerali u/jew il-Kumitat tat-Tmexxija meta l-President ma jkunx jista' jipparteċipa f'laqgħa.

4.   Jekk il-mandat tal-Membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE eletti bħala l-ewwel Viċi President jintemm qabel ma jispiċċa l-mandat ta' 5 snin jew jekk għal xi raġuni l-ewwel Viċi President ma jkunux jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom, għandu jiġi elett l-ewwel Viċi President ġdid skont il-paragrafu 1a .

5.   Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament.

Artikolu 6

Bord Ġenerali

1.   Dawn il-persuni għandhom ikunu Membri tal-Bord Ġenerali bid-dritt tal-vot

(a)

il-President u l-Viċi President tal-BĊE;

(b)

il-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali;

(c)

Membru tal-Kummissjoni Ewropea;

(d)

il-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea;

(e)

il-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol;

(f)

il-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq;

(fa)

sitt persuni indipendernti maħtura mill-Membri tal-Bord Ġenerali bi drittijiet ta' votazzjoni dwar il-proposta tal-Kumitat Konġunt; in-nominati ma jistgħux ikunu membri tal-ASEs u għandhom jintgħażlu skont il-kompetenzi ġenerali u l-impenn tagħhom lejn l-Unjoni, kif ukoll għad-diversità tal-esperjenzi tagħhom f'oqsma akkademiċi jew fis-settur privat, b’mod partikolari fl-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, trejdunjins jew bħala fornituri jew konsumaturi ta' servizzi finanzjarji; meta jiġu nnominati, il-Kumitat Konġunt għandu jindika liema persuni huma nominati wkoll biex iservu fuq il-Kumitat ta' Tmexxija; fit-twettiq tar-responsabilitajiet tagħhom, il-persuni nnominati m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu ordnijiet minn ebda gvern, istituzzjoni, korp, uffiċċju, entità jew persuna privata oħra; għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dmirijiet tagħhom jew mat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.   Il-persuni li ġejjin għandhom ikunu Membri tal-Bord Ġenerali mingħajr dritt tal-vot:

(a)

rappreżentant wieħed ta' livell għoli għal kull Stat Membru tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kompetenti , skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ;

(b)

il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

3.    Fir-rigward tar-rappreżentanza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ▐, ir-rappreżentanti ta' livell għoli rispettivi għandhom jalternaw b’rotazzjoni skont is-suġġett diskuss, sakemm l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ma jkunux qablu fuq rappreżentant komuni .

4.   Il-Bord Ġenerali għandu jistabbilixxi r-Regoli ta' Proċedura għall-BERS.

Artikolu 7

Imparzjalità

1.   Meta jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat ta' Tmexxija jew meta jkunu qegħdin iwettqu xi attività oħra relatata mal-BERS, il-Membri tal-BERS għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’imparzjalità u biss fl-interess tal-Unjoni Ewropea inġenerali . La għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-Istati Membri , l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor .

1a.     Membri tal-Bord Ġenerali li huma wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BERS għandhom jaġixxu b’mod indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom.

2.   La l-Istati Membri u lanqas l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor m' għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-BERS fit-twettiq tal-kompiti tagħhom tal-BERS.

Artikolu 8

Segretezza professjonali

1.   Il-Membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS u kwalunkwe persuna oħra li taħdem jew li tkun ħadmet għal jew b’rabta mal-BERS (inkluż il-persunal rilevanti tal-banek ċentrali, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv, l-ASE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri), se jkunu meħtieġa li ma jikxfux informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali, anki wara li jintemmu d-dmirijiet tagħhom.

2.   L-informazzjoni li jirċievu l-Membri tal-BERS tista' tintuża biss matul id-dmirijiet tagħhom u fit-twettiq tal-kompiti stipulati fl-Artikolu 3(2).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 u l-applikazzjoni tal-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta mill-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, ma tista' tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra, ħlief f'għamla fil-qosor jew kollettiva, b’mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

4.   Il-BERS għandu, flimkien mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej , jaqbel dwar u jistabbilixxi proċeduri speċifiċi ta' kunfidenzjalità sabiex titħares l-informazzjoni rigward istituzzjonijiet finanzjarji individwali, jew informazzjoni fejn ikunu jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

Artikolu 9

Laqgħat tal-Bord Ġenerali

1.   Il-laqgħat plenarji ordinarji tal-Bord Ġenerali għandhom jissejħu mill-President tal-Bord Ġenerali u għandhom isiru mill-inqas erba' darbiet fis-sena. Jistgħu jissejħu laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tal-President tal-Bord Ġenerali jew fuq talba ta' mill-inqas terz tal-Membri bid-dritt tal-vot.

2.   Kull Membru għandu jkun preżenti personalment fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali u ma jistax ikun rappreżentat minn xi ħaddieħor.

3.   b’deroga mill-paragrafu 2, Membru li ma jkunx jista' jattendi l-laqgħat għal żmien twil jista' jaħtar sostitut. Dak il-Membru jista' jiġi sostitwit ukoll minn persuna li tkun inħatret b’mod formali skont ir-regoli li jirregolaw lill-istituzzjoni konċernata fir-rigward tas-sostituzzjoni ta' rappreżentanti fuq bażi temporanja.

3a.     Fejn ikun xieraq, rappreżentanti għoljin minn istituzzjonijiet internazzjonali li jwettqu attivitajiet oħra relatati jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Ġenerali.

3b.     Fejn ikun xieraq, u fuq bażi ad hoc, rappreżentant wieħed ta' livell għoli ta' pajjiż terz, b’mod partikolari ta' pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles, jista' jiġi mistieden jattendi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali, skont il-kwistjoni li tkun qed tiġi diskussa.

4.   Il-proċedimenti tal-laqgħat għandhom ikunu kunfidenzjali.

Artikolu 10

Modalitajiet ta' votazzjoni tal-Bord Ġenerali

1.   Kull Membru tal-Bord Ġenerali li għandu dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' votazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 (1), il-Bord Ġenerali għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi tal-Membri preżenti bi dritt tal-vot. F'każ ta' voti indaqs, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.

3.   Huwa meħtieġ kworum ta' żewġ terzi tal-Membri bi dritt tal-vot sabiex ikun jista' jittieħed kwalunkwe vot mill-Bord Ġenerali. Jekk ma jintlaħaqx il-kworum, il-President jista' jsejjaħ laqgħa straordinarja li fiha d-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu bi kworum ta' terz . Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu notifika adegwata li tapplika għas-sejħa ta' laqgħa straordinarja.

3a.     B’deroga mill-paragrafu 2, hija meħtieġa maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti biex twissija jew rakkomandazzjoni ssir pubblika.

Artikolu 11

Bord ta' Tmexxija

1.   Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun iffurmat minn dawn li ġejjin:

(a)

il-President tal-BERS;

(b)

l-ewwel Viċi President tal-BERS;

(ba)

il-Viċi President tal-BĊE;

(c)

erba' membri oħra tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE , fir-rigward tal-ħtieġa ta'rappreżentazzjoni ekwilibrata ta'Stati Membri ġewwa u barra miż-żona tal-euro . Huma għandhom jiġu eletti minn fost u mill-Membri tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għal perjodu ta' tliet snin.

(d)

Membru tal-Kummissjoni Ewropea;

(e)

il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja) ;

(f)

il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) ;

(g)

il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) ;

(ha)

tlieta mis-sitt persuni indipendenti msemmija fl-Artikolu 6 (1) (fa).

Kwalunkwe post battal għal Membru elett tal-Kumitat ta' Tmexxija għandu jimtela' bl-elezzjoni ta' Membru ġdid mill-Bord Ġenerali.

2.   Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija għandhom jissejħu mill-President għall-inqas darba kull tliet xhur, qabel kull laqgħa tal-Bord Ġenerali. Il-President jista' jsejjaħ ukoll laqgħat ad hoc.

Artikolu 12

Kumitat Xjentifiku Konsultattiv

1.   Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jkun iffurmat minn dawn li ġejjin:

(a)

disa' esperti b’kompetenza rikonoxxuta u indipendenza ggarantita proposti mill-Kumtiat ta' Tmexxija, li għandhom jirrappreżentaw gamma vasta ta' esperjenzi u ħiliet u li għandhom ikunu approvati mill-Borg Ġenerali għal mandat rinnovabbli ta' erba' snin fit-twettiq ta' dmirijiethom, il-persuni nominati la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn kwalsiasi Gvern, istituzzjoni, korp, uffiċju, entità jew persuna privata; huma m' għandhom jieħdu l-ebda azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom jew mal-qadi ta' dmirijiethom;

(c)

rappreżentant wieħed tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja) ;

(d)

rappreżentant wieħed tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ;

(e)

rappreżentant wieħed tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq) ;

(f)

żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni;

(g)

rappreżentant wieħed tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

2.   Il-President tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jinħatar mill-Bord Ġenerali wara proposta mill-President tal-Bord Ġenerali.

3.   Il-Kumitat għandu jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(5) meta jintalab mill-President tal-Bord Ġenerali.

4.   Is-Segretarjat tal-BERS għandu jsostni l-ħidma tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv u l-Kap tas-Segretarjat għandu jipparteċipa fil-laqgħat.

4a.     Fejn ikun xieraq, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu fi stadju bikri jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet interessati bħall-parteċipanti mis-swieq, korpi tal-konsumaturi, esperti akkademiċi, b’mod miftuħħ u trasparenti, filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità meħtieġa.

4b.     Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jingħata l-mezzi kollha meħtieġa, b’mod partikolari għodod analitiċi u tal-ICT, sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu.

Artikolu 13

Sorsi oħra ta' parir

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, l-opinjonijiet ta' partijiet interessati rilevanti mis-settur privat jew pubbliku, b’mod partikolari iżda mhux esklussivament, il-membri tal-ASE .

Artikolu 14

Aċċess għad-dokumenti

1.   Regulation (EC) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubblika għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-BERS.

2.   Il-Bord Ġenerali għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Id-deċiżjonijiet meħudin mill-BERS skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurmaw is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 228 u 263 tat- TFUE rispettivament.

KAPITOLU III

KOMPITI

Artikolu 15

Ġbir u skambju ta' informazzjoni

1.   Il-BERS għandu jipprovdi lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej bl-informazzjoni li jkollhom bżonn dwar ir-riskji sistemiċi sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

2.   L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej , il-BERS, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea .

3.    Soġġett għall-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX], il-BERS jista' jitlob informazzjoni mingħand l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej , bħala regola f'għamla fil-qosor jew kollettiva, b’mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati. ▐

3a.     Qabel ma jitlob informazzjoni skont dan l-Artikolu, il-BERS għandu l-ewwel jieħu kont tal-istatistika eżistenti prodotta, disseminata u żviluppata mis-Sistema Statistika Ewropea u mis-SEBĊ.

3b.     Jekk id-data mitluba ma tkunx disponibbli għal dawk l-Awtoritajiet jew ma ssirx disponibbli fil-ħin, il-BERS jista' jitlob id-data mis-SEBĊ, l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jew l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali. Meta d-data ma tkunx disponibbli mill-awtoritajiet insemmijin hawn fuq, il-BERS jista' jitlob id-data mill-Istat Membru kkonċernat.

3c.     Meta l-BERS jitlob data li mhix f'għamla fil-qosor jew kollettiva, it-talba motivata għandha tispjega għalfejn id-data dwar l-istituzzjoni finanzjarja individwali rispettiva titqies bħala sistematikament rilevanti, u neċessarja, b’konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni prevalenti tas-suq.

5.   Qabel kull talba għal informazzjoni li ma tkunx f'għamla fil-qosor jew kollettiva, il-BERS għandu jikkonsulta debitament mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti sabiex jiżgura li t-talba tkun ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-Awtorità Superviżorja Ewropea ma tikkunsidrax it-talba bħala ġustifikata u proporzjonata, hija għandha, mingħajr dewmien, tibgħat it-talba lura għand il-BERS u titlob għal ġustifikazzjoni addizzjonali. Wara li l-BERS ikun ta lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tali ġustifikazzjoni addizzjonali, id-data mitluba għandha tiġi trażmessa lill-BERS mid-destinatarju tat-talba, dment li d-destinarju jkollu aċċess legali għad-data rilevanti.

Artikolu 16

Twissijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Meta jiġu identifikati riskji sinifikanti għall-ilħuq tal-mira fl-Artikolu 3(1), il-BERS għandu jipprovdi twissijiet u, fejn ikun xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta' rimedju, inkluż, fejn ikun xieraq, għal inizjattivi leġiżlattivi .

2.   It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) jistgħu jkunu ta' natura ġenerali jew speċifika u għandhom ikunu indirizzati, b’mod partikolari lill-Unjoni sħiħa jew lil Stat Membru wieħed jew aktar, jew lill-ASE waħda jew aktar, jew lil awtortià superviżorja nazzjonali waħda jew aktar. F'każ li twissija jew rakkomandazzjoni tkun indirizzata lil awtorità superviżorja waħda jew aktar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiġi infurmat b’dan. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu skeda speċifikata għar-rispons politiku. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu indirizzati wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni .

3.   It-twissijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill , lill-Kummisjoni, lid-destinatarji skont il-paragrafu 2, u, meta ikunu indirizzati lill- awtoritajiet superviżorji nazzjonali waħda jew aktar, għandhom jiġu trażmessi wkoll lill- ASE .

4.    Sabiex jisaħħaħ l-għarfien tar-riskji fl-ekonomija Ewropea u biex tingħata prijorità lil dawn ir-riskji, il-BERS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SESF, għandu jfassal sistema b’kodiċi ta' kulur li jaqbel ma’ sitwazzjonijiet differenti ta' livelli ta' riskju.

Darba li jitfasslu il-kriterji ta' din il-klassifikazzjoni, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha se jindikaw, skont il-każ u fejn xieraq il-kategorija tar-riskju.

Artikolu 16a

Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

F'każ ta' żviluppi avversi li jistgħu gravement jipperikolaw il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja in toto jew in parte fl-Unjoni Ewropea, il-BERS jista' jemetti twissija ta' emerġenza.

Il-Kummissjoni tista', b’inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-BERS, ta' Awtorità, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, tadotta deċiżjoni indirizzata lil Awtorità, li tkun tiddetermina l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli approprijati, u f'kull każ darba fix-xahar u għandha tiddikjara li s-sitwazzjoni ta' emerġenza ma ssuktatx appena dan ikun il-każ.

Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, għandha tinforma debitament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien.

Artikolu 17

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS

1.   Meta rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lil Stat Membru wieħed jew aktar, Awtorità Superviżorja Ewropea waħda jew aktar, jew awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-BERS l-azzjonijiet li ħadu bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet inkella jispjegaw għaliex ma ħadux azzjoni. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jiġu infurmati.

2.    Meta l-BERS jiddeċiedi li d-destinatarju ta' waħda mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu naqas li jsegwi jew segwa ħażin dik ir-rakkomandazzjoni u d-destinatarju ma ġġustifikax dan in-nuqqas , huwa għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti.

2a.     Fejn il-BERS ikun ħa deċiżjoni skont it-termini tal-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew jista', fejn ikun f'loku, jistieden destinatarju għal skambju ta' opinjonijiet mal-Kumitat kompetenti fi ħdanu. Dan l-iskambju ta' opinjonijiet, fil-preżenza tal-BERS, huwa partikolarment relevanti kulfejn deċiżjonijiet nazzjonali jkollhom effett fuq Stat Membri wieħed jew ħafna (spill over effect).

Artikolu 18

Twissijiet u rakkomandazzjonijiet pubbliċi

1.   Il-Bord Ġenerali tal-BERS għandu jiddeċiedi każ b’każ jekk twissija jew rakkomandazzjoni għandhiex issir pubblika. B’deroga mill- Artikolu 10(2), hija meħtieġa maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti biex twissija jew rakkomandazzjoni ssir pubblika. Irrispettivament mill-Artikolu 10(3), kworum ta' żewġ terzi għandu dejjem japplika fir-rigward ta' deċiżjonijiet meħudin taħt dan il-paragrafu.

2.   Fejn il-Bord Ġenerali tal-BERS jiddeċiedi li jagħmel pubblika twissija jew rakkomandazzjoni, huwa għandu jinforma lid-destinatarju/i minn qabel.

2a.     Id-destinatarji tat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS għandhom ikunu pprovduti bid-drittijiet li jagħmlu pubbliċi l-opinjonijiet u r-raġunament tiegħu kif ukoll fir-risposta għat-twissija u r-rakkomandazzjoni ppubblikata mill-BERS.

3.   Meta l-Bord Ġenerali tal-BERS jiddeċiedi li twissija jew rakkomandazzjoni ma jagħmilhomx pubbliċi, id-destinatarju u fejn applikabbli, il-Kunsill u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tagħhom. ▐

3a.     Kwalunkwe dejta li l-Bord Ġenerali tal-BERS jibbaża l-analiżi tiegħu fuqha qabel joħroġ twissija jew rakkomandazzjoni, għandha tiġi magħmula pubblika għall-analiżi f'forma anonima xierqa. F'każ ta' twissijiet kunfidenzjali, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux aktar tard minn perjodu ta' żmien xieraq, li għandu jiġi definit fir-regoli ta' proċedura tal-BERS.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Accountability u Obbligi ta' rappurtar

1.   Mill-anqas darba fis-sena , iżda aktar spiss f'każ ta' inkwiet finanzjarju mifrux, il-President tal-BERS għandu jiġi mistieden għal smigħ annwali fil-Parlament Ewropew, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-BERS lill-Parlament Ewropew u ▐ lill-Kunsill. Dawn is-sedut tas-smigħ għandhom isiru f'kuntest differenti mid-djalogu monetarju bejn il-Parlament Ewropew u l-President tal-BĊE.

1a.     Ir-rapporti li għalihom hemm riferiment f'dan l-Artikolu għandu jkun fihom l-informazzjoni li skont it-termini tal-Artikolu 18, il-Bord Ġenerali tal-BERS jiddeċidi li għandhom isiru pubbliċi. Ir-rapporti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.

2.   Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi meta jintalab mill-Parlament Ewropw, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni.

2a.     Il-President tal-BERS u l-membri l-oħra tal-Kumitat ta' Tmexxija jistgħu, fuq talba tal-Parlament Ewropew, jattendu għal smigħ mill-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 20

Klawsola ta' reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom , sa …  (15), jeżaminaw dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni tliet snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ u għandu jistabbilixxi jekk l-objettivi u l-organizzazzjoni tal-BERS ikollhomx bżonn li jiġu riveduti wara li jkunu irċevew opinjoni mill-BĊE.

Ir-rapport għandu jeżamina b’mod partikolari jekk:

(a)

huwiex xieraq li l-istruttura tal-SESF tenħtieġx tiġi ssemplifikata u msaħħa, sabiex iżżid il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro kif ukoll bejn l-ASEs;

(b)

huwiex xieraq li jiżdiedu s-setgħat regolatorji tal-ASE;

(c)

l-evoluzzjoni tal-SESF hi konsistenti mal-iżviluppi globali f'dan il-qasam;

(d)

hemmx biżżejjed diversità u eċċellenza fl-SESF;

(e)

jekk il-kontabbiltà u t-trasparenza fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' pubblikazzjoni humiex adegwati.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0168/2010).

(2)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

(3)  ĠU C 270, 11.11.2009, p. 1.

(4)  Opinjoni tat-22 ta’ Jannar 2010 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' …

(6)   ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.

(7)   ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.

(8)   ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.

(9)   ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.

(10)   ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.

(11)   Testi adottati, P6_TA(2009)0251.

(12)   Testi adottati, P6_TA(2009)0279.

(13)   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(14)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(15)   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/337


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Awtorità Bankarja Ewropea ***I

P7_TA(2010)0272

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD))

2011/C 351 E/38

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Din il-proposta giet emendata fis-7 ta' Lulju 2010 kif ġej (1):

EMENDI MILL-PARLAMENT (2)

għal proposta tal-Kummissjoni

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (5),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja  (6),

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.

(1a)

Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà talab b’mod regolari t-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li ġibed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni Ewropea ta’ swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (7), tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar ir-regoli tas-sorveljanza prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (8), tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) - White Paper (9), tat-23 ta’ Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-hedge funds u l-ekwità privata (10), tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza (11), tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (12) u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (13)).

(2)

Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni . Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tat-titoli u waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport irrappreżentaw l-aktar livell baxx ta’ bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala meħtieġ biex jiġi evitat li jerġa' jkun hemm kriżi bħal din fil-ġejjieni.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) , u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea” ▐ pprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid , iżda ma inkludietx ir-rakkomandazzjonijiet kollha li saru fir-Rapport de Larosière .

(4)

Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li titwaqqaf Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji jista' jkollha rwol b'saħħtu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri.

(4a)

Ir-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) tas-16 ta’ April 2010 intitolat “Kontribut Ġust u Sustanzjali mis-Settur Finanzjarju”, miktub fuq talba tas-summit tal-G20 ta’ Pittsburgh, stipula li “l-ispiża fiskali diretta tal-fallimenti tas-settur finanzjarju għandha tkun limitata u koperta minn Kontribuzzjoni Finanzjarja għall-Istabbiltà (FSC) b'rabta ma’ mekkaniżmu ta’ soluzzjoni kredibbli u effettiv. Jekk ikunu definiti sew, il-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni jevitaw li fil-ġejjieni l-gvernijiet ikollhom isalvaw istituzzjonijiet importanti wisq, kbar wisq jew interkonnessi wisq biex ifallu”.

(4b)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020” iddikjarat ukoll li prijorità kruċjali għall-futur qrib tkun li “nimpedixxu, u jekk ikun meħtieġ nikkontrollaw, kriżijiet finanzjarji li jistgħu jseħħu, u li - b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà speċifika tas-settur finanzjarju fil-kriżi ta’ bħalissa - ser tesplora l-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju”.

(4c)

Il-Kunsill Ewropew iddikjara b’mod ċar fil-25 ta’ Marzu 2010 li “l-progress huwa meħtieġ b'mod partikolari rigward kwistjonijiet bħall-istituzzjonijiet sistemiċi, l-istrumenti ta’ finanzjament għall-immaniġġjar tal-kriżijiet”.

(4d)

Il-Kunsill Ewropew finalment fis-17 ta’ Ġunju 2010 qal li l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta’ tariffi għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżguraw qsim ġust tal-piżijiet u biex jiffissaw inċentivi biex ikun limitat ir-riskju sistemiku. Tariffi bħal dawn għandhom ikunu parti minn qafas ta’ riżoluzzjoni kredibbli.

(5)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet.

(6)

L-Unjoni laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej ▐. L-Unjoni ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f'każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b'reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju tal-Unjoni wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk tal-Unjoni b’saħħtu.

(7)

L-SESF għandha tkun netwerk integrat ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-Unjoni , li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal-livell nazzjonali. Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità) għandu jkollha rwol ewlieni fil-kulleġġ ta’ superviżuri li jissorveljaw l-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, u għalihom għandhom jiġu definiti normi ċari ta’ superviżjoni. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista' jipperikola l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, fejn awtorità nazzjonali naqset milli teżerċita s-setgħat tagħha. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni . Minbarra l-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjonijiet u Pensjonijiet tax-Xogħol) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) . Il-BERS għandu jifforma parti mill-EFSF.

(8)

L-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tissostitwixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (14), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (15) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (16), u jassumu l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati inkluż, fejn addatt, it-tkomplija tal-ħidma u l-proġetti li għaddejjin bħalissa . Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b’mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji.

(9)

L-Awtorità ▐ għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, anke b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha u n-natura differenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji . L-Awtorità għandha tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji u l-ħarsien tad-depożitaturi u tal-investituri . L-awtorità għandha tipprevjeni wkoll l-arbitraġġ regolatorju u tiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Il-kompiti tagħha għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta’ pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-banking, tal-pagamenti u tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-flus elettroniċi, kif ukoll kwistjonijiet marbuta mal-governanza korporattiva, mal-verifika u mar-rappurtar finanzjarju. L-awtorità għandha tkun ukoll fdata b’responsabbiltà ta’ superviżjoni ġenerali għal prodotti finanzjarji / tipi ta’ tranżazzjonijiet ġodda.

(9a)

L-Awtorità għandha tqis l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fi ħdan is-suq intern, il-kompetittività globali tal-Unjoni, l-inklużjoni finanzjarja u l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir

(9b)

Sabiex tissodisfa l-objettivi tagħha l-Awtorità għandu jkollha personalità legali kif ukoll awtonomija amministrattiva u finanzjarja. L-Awtorità għandha tingħata setgħat biex tittratta l-konformità mal-liġijiet, partikolarment dawk marbuta mar-riskju sistemiku u mar-riskji transkonfinali" (Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja).

(9c)

Ir-riskju sistemiku huwa definit minn awtoritajiet internazzzjonali (l-IMF, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB), il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS), bħala “riskju ta’ tħarbit għas-servizzi finanzjarji li jkun (i) ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u (ii) li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti sistematikament sa ċertu livell”.

(9d)

Ir-riskju transkonfinali, skont dawk l-istituzzjonijiet, jinkludi r-riskji kollha kkawżati minn żbilanċi ekonomiċi jew fallimenti finanzjarji fl-Unjoni kollha jew f'partijiet minnha li għandhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-tranżazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern, jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew ta’ wieħed mill-Istati Membri tagħha.

(10)

Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li : “xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 KE [issa l-Artikolu 114 TFUE] ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Fil-fatt, jista' jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta’ korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni f'ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ qafas li ma jorbtux”. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-objettivi tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiġi stabbilita abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat TFUE .

(11)

L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn: id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-operat tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (17) [verżjoni mhux uffiċjali], id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (18) [verżjoni mhux uffiċjali] u d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (19).

(12)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (20) , ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (21), id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (22), u partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (23), ▐ id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (24) u d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (25) .

(13)

Huwa mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-garanziji ta’ depożiti biex ikun żgurat kuntest ekwu u trattament ġust tad-depożituri madwar l-Unjoni . Billi l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożiti huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq illi l-Awtorità tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-garanzija ta’ depożiti nnifisha u l-operatur tagħha. Ir-rwol tal-Awtorità għandu jiġi rivedut hekk kif jitwaqqaf Fond Ewropew ta’ Garanzija tad-Depożiti.

(14)

Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta’ ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni . Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni , l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards regolatorji li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti.

(15)

Abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu suġġetti għall-emenda biss f’ċirkostanzi ristretti ħafna u straordinarji, sakemm l-Awtorità tkun dik f'kuntatt mill-qrib mas-swieq finanzjarji u li tirrikonoxxi l-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-istandards tekniċi abbozzati jkunu inkompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif riflessi fl-acquis tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-istandards tekniċi mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni.

(15a)

Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li timplimenta atti tal-Unjoni li jkunu legalment vinkolanti kif stabbilit fl-Artikolu 291 TFUE. L-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jiġifieri, il-ħtiġiet stabbiliti fl-dawn l-istandards għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, il-kobor u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata.

(16)

F’oqsma mhux koperti minn standards regolatorji , l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni . Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parteċipanti tas-swieq .

(17)

Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, it-trasparenza , l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni . Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni jew applikazzjoni inkorretta, li jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea . Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali.

(18)

Biex ikun hemm rispons proporzjonat għal każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi tal-Unjoni , għandu japplika mekkaniżmu fi tliet passi. Fl-ewwel livell, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa li tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-obbligi legali tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali fil-prattika superviżorja tagħhom, konkluża b’rakkomandazzjoni. Fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li toħroġ opinjoni formali filwaqt li tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, li titlob li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(19)

Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stipulata mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tindirizza Deċiżjoni mingħajr dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni , billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 TFUE .

(20)

Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali indirizzata lilha u li fiha l-liġi tal-Unjoni Ewropea tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta’ Regolamenti tal-UE eżistenti jew futuri. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistennew bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni għall-2010, b'mod partikolari rigward il-proposta dwar ir-riforma tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.

(21)

Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni . L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Meta titqies is-sensittività tal-kwistjoni, is-setgħa li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-BERS jew tal-Awtorità. Fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) iqisu li l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza aktarx li tinħoloq, huma għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni. F’dan il-proċess, l-attenzjoni dovuta ta’ kunfidenzjalità hija ta’ importanza estrema. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandha tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill kif dovut.

(22)

Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b'effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Meta ftehim bħal dan ma jintlaħaqx, l-Awtorità għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew iżommu lura minn azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE li hija rilevanti tagħti diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, deċiżjonijiet meħuda mill-ASE ma jistgħux jissostitwixxu l-eżerċizzju b’konformità mal-liġi tal-Unjoni ta’ dik id-diskrezzjoni F'każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom.

(22a)

Il-kriżi wriet li l-kooperazzjoni sempliċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali li l-ġuriżdizzjoni tagħhom tintemm fuq il-fruntiera nazzjonali hija kjarament insuffiċjenti biex jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw b’mod transkonfinali.

(22b)

Barra minn hekk, “l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu flimkien id-drittijiet ta’ aġir permezz ta’ fergħat f'pajjiżi oħrajn (passporting rights), superviżjoni fil-pajjiż ta’ domiċilju u assigurazzjoni purament għal depożiti nazzjonali mhumiex bażi soda għar-regolazzjoni tal-futur u s-superviżjoni ta’ banek minuri Ewropej transkonfinali” (Turner Review).

(22c)

Kif jikkonkludi t-Turner Review, “arranġamenti aktar sodi jeżiġu jew aktar setgħat nazzjonali, li jimplika suq uniku anqas miftuħ, jew inkella livell akbar ta’ integrazzjoni Ewropea”. Is-soluzzjoni “nazzjonali” timplika li l-pajjiż ospitanti jingħata d-dritt li jobbliga lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta’ sussidjarji tagħhom u mhux permezz ta’ fergħat, u jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu. Is-soluzzjoni “Ewropea” titlob għal rinforz tal-Awtorità fl-Kulleġġ ta’ Superviżuri u għal tisħiħ fis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li huma ta’ riskju sistemiku.

(23)

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha rwol ewlieni u drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni . Kif jgħid ir-Rapport de Larosière, “it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki ta’ superviżjoni differenti għandhom jiġu evitati, għax dawn għandhom il-potenzjal li jxekklu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jinkuraġġixxu t-trasferiment ta’ attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid tinħass li tkun ġusta u bbilanċjata.”

(23a)

L-Awtorità u s-superviżuri nazzjonali għandhom isaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista’ jipperikola l-istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja tal-Unjoni u jista’ jagħmel ħsara lill-ekonomija reali.

(23b)

Ir-riskju sistemiku għandu jkun identifikat, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-FSB, l-IMF, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-G-20. L-interkonnettività, is-sostituttività u ż-żmien opportun huma l-kriterji l-iktar użati għall-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku.

(23c)

Qafas ġdid għall-ġestjoni ta’ kriżi finanzjarja għandu jistabbilixxi li tkun permessa l-istabilizzazzjoni jew l-istralċ ta’ istituzzjonijiet f’diffikultà bil-ħsieb li jonqsu l-effetti kontaġjużi fuq is-sistema finanzjarja Ewropea. Elementi ewlenin tal-immaniġġjar ta’ kriżi huma sett komuni ta’ regoli u strumenti ta’ riżoluzzjoni finanzjarja (eżekuzzjoni u finanzjament biex tkun ittrattata l-kriżi ta’ istituzzjonijiet kbar, transkonfinali u/jew interkonnessi).

(23d)

Fond Ewropew ta’ Garanzija tad-Depożiti għandu jiġi stabbilit biex tiġi żgurata r-responsabbiltà konġunta ta’ istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, jiġu protetti l-interessi tad-depożituri tal-Unjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ kriżi finanzjarja sistemika għal dawk li jħallsu t-taxxi. Fond fil-livell tal-UE jidher li huwa l-mod l-aktar effikaċi biex jiġu protetti l-interessi tad-depożituri u l-aħjar difiża kontra t-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Madankollu, huwa ovvju li l-approċċi tal-UE inevitabbilment huma iktar kumplessi u li xi Stati Membri diġà bdew ifasslu jew anki jmexxu skemi bħal dawn. Fil-livell verament minimu, għalhekk, l-Awtorità għandha tiżgura li jkun hemm armonizzazzjoni tal-karatteristiċi l-aktar importanti tal-iskemi nazzjonali. Għandha tkun tista’ wkoll tiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji jintalbu jħallsu għal skema waħda biss.

(23e)

Il-Fond Ewropew ta’ Stabbiltà Bankarja għandu jiffinanzja interventi opportuni ta’ likwidazzjoni jew ta’ salvataġġ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet fejn dawk ikunu jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja tas-suq finanzjarju intern tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jissostitwixxu dawk li saru lill-fondi nazzjonali ta’ natura simili.

(24)

Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji , partikolarment għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li m'għandhomx dimensjoni tal-Unjoni . Dan ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Id-delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa' f'idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f'pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet ▐ tkun f'waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u timmonitorja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista' tesprimi opinjoni fejn ikun adatt. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f'waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Fl-aħħar għandha tidentifika u xxerred prattiki tajba fir-rigward tad-delega u ftehimiet ta’ delega.

(25)

L-Awtorità għandha tippromwovi attivament konverġenza superviżorja fl-Unjoni Ewropea kollha bil-għan li tistabbilixxi kultura superviżorja komuni.

(26)

L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet minn pari għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki li wkoll għandhom jiġu ppubblikati.

(27)

L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Unjoni , b’mod partikolari sabiex tiżgura l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea . Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-SESF . Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità.

(28)

Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-BERS fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tniedi u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex taqdi sewwa l-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq analiżi ekonomika tas-swieq u l-impatt tal-iżviluppi potenzjali tas-suq.

(29)

Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fir-rigward tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri f'pajjiżi terzi .

(30)

L-Awtorità għandha sservi bħala entità konsultattiva indipendenti għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Hija għandha tkun kapaċi tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet skont id-Direttiva 2006/48/KE ▐.

(31)

Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b'mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali . Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-Awtorità għandha tieħu kont tal-istatistika li diġà teżisti . Madankollu, bħala l-aħħar rimedju, l-Awtorità għandha tkun tista' tindirizza talba għall-informazzjoni li tkun ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut, direttament lil istituzzjoni finanzjarja fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tipprovdix jew ma tistax tipprovdi din l-informazzjoni f'waqtha. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. F'dan il-kuntest, hija essenzjali ħidma dwar formats komuni ta’ rappurtar.

(31a)

Il-miżuri għall-ġbir ta’ informazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-qafas legali tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-qasam tal-istatistika. Dan ir-Regolament għandu għalhekk ikun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (26) jew għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (27).

(32)

Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-BERS hija essenzjali sabiex tingħata effettività sħiħa lill-operat tal-BERS u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità u l-BERS għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni rilevanti bejniethom . Data marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-BERS lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu kif xieraq .

(33)

▐ L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma tadotta l-abbozzi tal-istandards regolatorji, il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha twettaq studju tal-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Unjoni ( li jirrappreżentaw id-diversi mudelli u daqsijiet tal-istituzzjonijiet u n-negozji finanzjarji, inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), l-SMEs, l-għaqdiet tal-ħaddema, lill-akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi bankarji ▐. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni.

(33a)

L-organizzazzjonijiet bla skopijiet ta’ profitt għandhom rwol marġinali fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess korrispondenti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet meta mqabbla ma’ rappreżentanti tal-industrija li jirċievu finanzi tajbin u li għandhom konnessjonijiet tajbin, Dak l-iżvantaġġ għandu jiġi kkumpensat permezz tal-finanzjament xieraq tar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati.

(34)

L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jiżguraw ġestjoni kkoordinata ta’ kriżi u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. L-azzjonijiet tagħhom għandhom ikunu kkoordinati mill-qrib mal-qafas u l-prinċipji tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-miżuri mill-Awtorità f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa adatt li l-Kunsill jingħata rwol f'din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f'dan ir-rigward.

(34a)

Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi dan il-mekkaniżmu, għandha tiġi stipulata, fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza miksuba, gwida ċara u korretta dwar meta l-klawsola ta’ salvagwardja tiġi applikata mill-Istati Membri. L-użu tal-klawsola ta’ salvagwardja mill-Istati Membri għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ dik il-gwida.

(34b)

Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari ta’ Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jekk Stat Membru jagħżel li jitlob is-salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet tiegħu għaliex talab is-salvagwardja. L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imisshom jittieħdu.

(35)

Fil-proċeduri tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Awtorità għandha tkun marbuta bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Komunità dwar il-proċess u t-trasparenza dovuti. Id-dritt li jinstemgħu d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandu jiġi rrispettat b'mod sħiħ. L-atti tal-Awtorità jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Unjoni .

(36)

Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f'kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-BERS , il-Bank Ċentrali Ewropew , l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni . Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 TFUE , filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett.

(36a)

Bħala regola ġenerali, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed. Madankollu , għal atti marbutin mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa adatt li r-regoli dwar maġġoranza kwalifikata jiġu applikati kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat TFUE u fil-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji mehmuż magħhom. Każijiet li jirrigwardaw ir-riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panel ristrett, objettiv, magħmul minn membri li mhumiex rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li huma parti għan-nuqqas ta’ qbil, jew li għandhom interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. L-għamla tal-panel għandha tkun ibbilanċjata b'mod adatt. Id-deċiżjoni meħuda mill-panel għandha tiġi approvata mill-Bord tas-Superviżuri b’ maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed. Madankollu, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel tista' tiġi rrifjutata minn membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Fuzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(37)

Bord Maniġerjali magħmul mill-President tal-Awtorità, rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jingħata s-setgħat meħtieġa biex, fost l-oħrajn, jipproponi l-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali, jeżerċita ċerti setgħat baġitarji, jadotta l-pjan ta’ politika tal-Awtorità dwar il-persunal, jadotta dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u jadotta r-rapport annwali.

(38)

President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Parlament Ewropew permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, immaniġġjata mill-Kummissjoni, u t-tfassil ta’ lista qasira tal-għażla għall-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota.

(39)

Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt) (il-“Kumitat Konġunt”) u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-konglomerati finanzjarji . Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b'rotazzjoni kull sena mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-BERS. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b'persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta’ approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

(40)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet adottati mill-Awtorità jkunu jistgħu jeżerċitaw ir-rimedji neċessarji. Sabiex jitħarsu b'mod effikaċi id-drittijiet tal-partijiet u għal raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, fejn l-Awtorità jkollha setgħat li tieħu d-deċiżjonijiet, il-partijiet għandhom jingħataw id-dritt li jappellaw quddiem Bord tal-Appell. Għal raġunijiet ta’ effikaċja u konsistenza, il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, indipendenti mill-istrutturi amministrattivi u regolatorji tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tkun soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

(41)

Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni għandu jkun suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (28) (IIA). Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli . Il-verifika tal-kontijiet għandha titwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit totali għandu jkun suġġett għall-proċedura ta’ kwittanza.

(42)

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (29) għandu japplika għall-Awtorità. L-Awtorità għandha taderixxi wkoll mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (30).

(43)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet miftuħa u trasparenti ta’ impjieg u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (31) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

(44)

Huwa importanti li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni magħmula disponibbli lill-Awtorità u skambjata fin-netwerk għandha tkun suġġetta għal regoli stretti u effikaċi ta’ konfidenzjalità.

(45)

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (32) u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (33), li japplikaw b’mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(46)

Sabiex tiġi żgurata l-ħidma trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (34) għandu japplika għall-Awtorità.

(47)

Pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità skont ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Unjoni .

(48)

Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fl-operat tas-suq intern bl-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri u l-investituri, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni , l-Unjoni Ewropea tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea . Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(49)

L-Awtorità tassumi l-kompiti u s-setgħat preżenti kollha tal-Kumitat tas-Superviżuri bankarji Ewropej. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Superviżuri Bankarji Ewropej għalhekk għandha tiġi rrevokata, u d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tas-16 ta’ Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex isostni attivitajiet speċifiċi fil-kamp tas-servizzi finanzjarji, ir-rapportar u l-awditjar finanzjarju (35), għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(50)

Tajjeb li jiġi ffissat limitu taż-żmien għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-Awtorità tkun imħejjija sewwa biex tibda l-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata bidla mingħajr problemi mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropew,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STABBILIMENT U STAT LEGALI

Artikolu 1

Stabbiliment u kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea ( l-Awtorità Bankarja Ewropea, “l-Awtorità”).

2.   L-Awtorità għandha taġixxi fil-qafas tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-regolament u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE , ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006, id-Direttiva 94/19/KE u sal-punt li dawn l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-qafas tal-partijiet relevanti tad-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE , id-Direttiva 2007/64/KE u d-Direttiva 2009/110/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

2a.     L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-konglomerati finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, dment li dawn l-azzjonijiet mill-Awtorità huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni .

4.   L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex:

(i)

jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b'mod partikolari livell sod , effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni,

(iii)

jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji,

(v)

tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,

(va)

jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata kontribuzzjoni għal kundizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni.

(vb)

jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji ta’ kreditu u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif xieraq, u

(vc)

jingħata kontribut biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur .

Għal dawk l-għanijiet , l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) , tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq sabiex tippromwovi l-ilħiq tal-objettiv tal-Awtorità .

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kull riskju sistemiku fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji li n-nuqqas tagħhom jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement u oġġettivament fl-interess uniku tal-Unjoni.

Artikolu 1a

Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja

1.     L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji.

2.     Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), bħall-iskopijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS) u dan ir-Regolament;

(b)

l-Awtorità;

(c)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS];

(d)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX];

(e)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) għall-iskopijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 40 u 43 (il-“Kumitat Konġunt”);

(f)

l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u dan ir-Regolament;

(g)

il-Kummissjoni, għall-għanijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9;

3.     L-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib mal-BERS u kif ukoll mal-AEAPX u mal-AETS permezz tal-Kumitat Konġunt u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali fil-ħidma u l-kisba ta’ pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u kwistjonijiet transsettorjali oħra.

4.     Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom.

5.     Dawk l-awtoritajiet superviżorji li huma parti għas-SESF għandhom ikunu obbligati li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 1b

Responsabbiltà tal-Parlament Ewropew

L-Awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 1a(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser “istituzzjonijiet tal-kreditu” kif iddefinit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, “kumpaniji tal-investiment” kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE, u “konglomerati finanzjarji” kif iddefinit fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE , minbarra dik fir-rigward tad-Direttiva 2005/60/KE, “istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kif defini fl-Artikolu 3(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva ;

(2)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser:

(i)

l-awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fid-Direttivi 2006/48/KE , 2006/49/KE u 2007/64/KE u kif imsemmija fid-Direttiva 2009/110/KE;

(ii)

fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji.

(iii)

f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożitu, il-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ depożitu skont id-Direttiva 94/19/KE , jew fil-każ fejn l-operat tal-iskema ta’ garanzija tad-depożitu hija amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dawn l-iskemi, skont id-Direttiva 94/19/KE .

Artikolu 3

Status legali

1.   L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b’personalità legali.

2.   F'kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġi nazzjonali. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista jew tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

3.   L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha.

Artikolu 4

Kompożizzjoni

L-Awtorità għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(1)

Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 28;

(2)

Bord Maniġerjali, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 32;

(3)

President, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 33;

(4)

Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 38;

(5)

Bord tal-Appell, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 44, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 46.

Artikolu 5

Kwartieri ġenerali u sede

L-Awtorità għandu jkollha l-kwatieri ġenerali tagħha fi Frankfurt.

Jista’ jkollha rappreżentazzjonijiet fl-iktar ċentri finanzjarji importanti fl-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU II

KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ

Artikolu 6

Kompiti u Setgħat tal-Awtorità

1.   L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)

tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni , b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(c)

tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(d)

tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(e)

torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-ħruġ ta’ pariri, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza f'eżiti superviżorji;

(f)

timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha;

(fa)

tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;

(fb)

issaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur;

(fc)

tikkontribwixxi biex timmaniġġja l-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet transkonfinali li għandhom il-potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 12b, waqt li tmexxi u tesegwixxi l-intervenzjonijiet bikrija, proċeduri ta’ riżoluzzjoni jew insolvenza għal istituzzjonijiet bħal dawn permezz tal-Unità ta’ Riżoluzzjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 12c;

(g)

twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2);

(ga)

tissorvelja dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

(gb)

tippubblika fis-sit tal-Internet u taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati, sabiex tiżgura l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-pubbliku;

(gc)

tieħu r-responsabbiltà, kif adatt, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE);

2.   Biex taqdi il-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat imniżżlin f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari s-setgħa li:

(a)

tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7;

(aa)

tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e;

(b)

toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8;

(c)

toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3);

(d)

tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11;

(e)

tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4);

(f)

toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19.

(fa)

tiġbor l-informazzjoni neċessarja rigward l-istituzzjonijiet finanzjarji kif ipprovdut fl-Artikolu 20;

(fb)

tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;

(fc)

tipprovdi datebase tal-istituzzjonijiet finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali;

(fd)

tiżviluppa standard tekniku regolatorju li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li għandha tkun disponibbli lill-Awtorità dwar it-tranżazzjonijiet u l-parteċipanti fis-suq u kif għandu jsir il-koordinament tal-ġbir u kif id-databases nazzjonali eżistenti għandhom ikunu konnessi sabiex ikun żgurat li l-Awtorità dejjem ikollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti u neċessarja dwar it-tranżazzjonijiet u s-suq.

3.   L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b’kopertura fl-Unjoni kollha jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura fl-Unjoni kollha fdati f’idejha fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

4.     Bil-għan li teżerċità s-setgħat superviżorji esklussivi tagħha skont il-paragrafu 3, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq il-kompetenza, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex twettaq il-kompiti tagħha.

Artikolu 6a

Kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-attivitijiet finanzjarji

1.     Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-depożituri u l-investuri, l-Awtorità għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq uniku kollu, inkluż permezz ta':

(i)

il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi,

(ii)

ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu finanzjarju u dwar l-edukazzjoni,

(iii)

l-iżvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija,

(iv)

il-kontribut għall-iżvilupp ta’ reġoli ta’ żvelar komuni.

(v)

il-valutazzjoni, b’mod partikolari, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-kost tal-kreditu għall-familji u l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs.

2.     L-Awtorità għandha tissorvelja attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bl-għan li tippromwovi s-sigurtà u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza tal-prassi regolatorja.

3.     L-Awtorità tista' wkoll toħroġ avviżi f'każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-objettivi mniżżla fl-Artikolu 1(4).

4.     L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha stess, Kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor fih l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti rilevanti kollha bl-għan li jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u biex jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

5.     L-Awtorità tista’, b'mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attivitajiet finanzjarji li jkunu ta’ theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni, f'każijiet speċifikati u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew jekk ikun meħtieġ f'każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza bi qbil ma’ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10.

L-Awtorità għandha tirrevedi din id-deċiżjoni f'intervalli regolari u xierqa.

L-Awtorità tista’ wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attivitajiet finanzjarji u fejn hemm bżonn bħal dan, tinforma lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kull projbizzjoni jew restrizzjoni.

Artikolu 7

Standards tekniċi regolatorji

1.    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawn l-istandards regolatorji għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet politiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. Abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu żviluppati mill-Awtorità u mressqa lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien skadenzi mniżżla fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku regolatorju.

2.    L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, dment li dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni qabel ma tressaqhom lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22.

3.     Malli tirċievi l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tibgħathom minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.     Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur minn meta tirċevih jekk tadottax l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji. L-istandard tekniku regolatorju għandu jiġi adottat permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx biħsiebha tadotta l-istandard, għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 7a

Nuqqas ta’ approvazzjoni jew emendar tal-abbozz ta’ standards regolatorji

1.     Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax l-istandards tekniċi regolatorji jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz tal-istandards lura lill-Awtorità, filwaqt li tipproponi emendi raġunati.

2.     Fi żmien perjodu ta’ 6 ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha.

3.     Meta l-Awtorità ma tkunx taqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta jew temenda l-proposti inizjali tagħha, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu isejħu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, biex jippreżentaw u jispjegaw id-differenzi tagħhom.

Artikolu 7b

L-eżeċitar tad-delega

1.     Is-setgħat li tadotta standards regolatorji msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mill-inqas sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex bi qbil mal-Artikolu 7c.

2.     Hekk kif tadotta standard regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2) il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li ġew approvati u li l-awtoritajiet kompetenti ma kkonformawx magħhom.

Artikolu 7c

Oġġezzjonijiet għall-istandards regolatorji

1.     Meta l-Kummissjoni tadotta att delegat fl-oqsma stabbiliti speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika tal-istandard regolatorju mill-Kummissjoni. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur oħra.

(b)

L-att delegat għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. Jekk, ladarba jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(c)

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. Bi qbil mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

2.     Fejn il-Kummissjoni tadotta standard regolatorju li huwa l-istess bħall-abbozz tal-istandard regolatorju mressaq mill-Awtorità, għandhom japplikaw il-paragrafi 1(a), (b) and (c) ħlief li l-perjodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw huwa ta’ xahar mill-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 7(4). Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar ieħor.

3.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, malli l-abbozz ikun intbagħat lill-Kummissjoni, jistgħu jadottaw dikjarazzjoni antiċipata u kundizzjonata ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li għandha tidħol fis-seħħ meta l-Kummissjoni tadotta l-istandard tekniku regolatorju mingħajr ma timmodifika l-abbozz.

4.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal standard regolatorju, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. Bi qbil mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għall-oġġezzjoni għall-istandard tekniku regolatorju.

Artikolu 7d

Revoka tad-delega

1.     Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     Id-deċiżjoni ta’ revoka għanda ttemm id-delega.

3.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat fuq standards tekniċi reglatorji li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka.

Artikolu 7e

Standards tekniċi ta’ implimentazzjoni

1.     Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fejn ikunu jenħtieġu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni vinkolanti fl-oqsma speċifikament imniżżla fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), japplika dan li ġej:

(a)

meta bi qbil mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tfassal standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għat-tressiq lill-Kummissjoni, dawn l-istandards għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinkludu għażliet politiċi u għandhom ikunu limitati għad-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti.

(b)

meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza mniżżla fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew imniżżla f'talba indirizzata lill-Awtorità mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 19, il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

2.     Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, dment li dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni.

L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22.

3.     L-Awtorità għandha tressaq l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u, fl-istess żmien, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.     Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz tal-istandards ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perijodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista’ tapprova l-abbozz ta’ standards parzjalment biss jew bl-emendi fejn l-interess tal-Unjoni jirrikjedi dan.

F'kull każ, meta l-Kummissjoni tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jemendaw l-abbozz tal-istandards ta’ implimentazzjoni mressqa mill-Awtorità, hija għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

1.    Sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

1a.     L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. L-Awtorità għandha titlob ukoll, fejn adatt, l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, analiżijiet u opinjonijiet u dawk il-pariri għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet.

2.    L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le. F'każ li awtorità kompetenti ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawn ir-raġunijiet.

Meta Awtorità kompetenti ma tapplikax linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-Awtorità għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika .

L-Awtorità tista' tiddeċiedi, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti minn awtorità kompetenti għaliex din ma tikkonformax ma’ linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar pubblikazzjoni bħal din.

Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b'mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma’ din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le.

2a.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jinħarġu, u tindika liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom u tiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni hija ssegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha.

Artikolu 9

Ksur tal-liġi tal-Unjoni

1.   Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat jew tkun applikat l-atti leġiżlattivi imsemmija fl-Artikolu 1(2) b'mod li jidher li jkun jikser il-liġi tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti bi qbil mal-Artikoli 7 u 7e, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Partijiet Bankarji Interessati, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista' tinvestiga l-ksur jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni allegati tal-liġi tal-Unjoni .

2a.    Mingħajr preġudizzju għas-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha , mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità ▐ l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha.

3.   L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni .

3a.    L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni .

4.   Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni . L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu b'xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5.   Fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma mal-opinjoni formali tal-Kummissjoni.

6.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l -Artikolu 258 TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ▐ fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità ▐ sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) , tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni , fosthom il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7.   Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta tittieħed azzjoni ▐ fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu ▐ 6 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ .

7a.     Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6.

Artikolu 10

Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.   Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità għandha tiffaċilita b'mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti rilevanti .

Bil-għan li tkun tista' twettaq dan ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.

1a.     Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, fejn tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-deċiżjoni kull xahar u tiddikjara t-tmiem tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza malajr kemm jista' jkun.

Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien.

2.   Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1a, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa bħala rispons għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żvilupp bħal dan billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni.

3.   Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista', meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

4.   Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 11

Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   Bla ħsara għas-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 9, fejn awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jeħtieġu kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tieħu t-tmexxija fl-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu ftehim skont il-proċedura imniżżla fil-paragrafi 2 u 4 .

2.   L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.

3.   Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, f’konformità mal-proċedura mniżżla fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1), tieħu deċiżjoni biex issolvi n-nuqqas ta’ qbil u biex titlobhom jieħdu azzjoni speċifika ▐, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati .

4.   Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE , meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.

4a.     Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

4b.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), il-President għandu jistipula n-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta’ qbil.

Artikolu 11a

Riżoluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transsettorjali

Il-Kumitat Konġunt, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 11 u 42, għandu jsolvi nuqqas ta’ qbil transsettorjali li jista' jinħoloq bejn awtoritajiet kompetenti hekk kif definit fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru …2010 [AETS] u r-Regolament (UE) Nru … /2010 [AEAPX].

Artikolu 12

Kulleġġi tas-superviżuri

1.   L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u timmonitorja l-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri . Persunal mill-Awtorità għandu jkun jista' jipparteċipa fi kwalunkwe attività, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, li jsiru b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar minn tnejn.

2.   L-Awtorità għandha tmexxi l-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq.

Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

3.     L-Awtorità għandha, talanqas:

(a)

tiġbor u taqsam l-informazzjoni rilevanti kollha f'negozji kurrenti u f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri;

(b)

tniedi u tikkoordina wkoll simulazzjonijiet ta’ kriżi fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari ta’ dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet;

(c)

tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'negozji kurrenti kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom; kif ukoll

(d)

tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

3a.     L-Awtorità tista' toħroġ standards regolatorji u implimentattivi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw bil-miktub l-arranġamenti għall-funzjonament ta’ kull kulleġġ sabiex jiżguraw il-funzjonament konverġenti ta’ bejniethom kollha.

3b.     Rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtorità li ssolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim fi ħdan il-kulleġġ rilevanti tas-superviżuri, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata.

Artikolu 12a

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.     L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-riskji ta’ ħsara fis-servizzi finanzjarji li (i) ikunu kkawżati minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u (ii) ikollhom il-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u fuq l-ekonomija reali (riskju sistemiku). It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti b’mod sistematiku sa ċertu grad.

2.     L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li għandhom iservu bħala bażi biex tiġi assenjata klassifikazzjoni superviżorja għall-istituzzjonijiet transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b. Dik il-klassifikazzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi regolari, sabiex jitqiesu l-bidliet materjali tal-profil ta’ riskju ta’ istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku biex id-deċiżjoni tissorvelja jew tintervjeni direttament f'istituzzjoni batuta.

3.     Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, kif meħtieġ, abbozz addizzjonali ta’ standards regolatorji u implimentattivi kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b.

4.     L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu jirrappreżentaw riskju sistemiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawk il-każi, l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet kompetenti.

5.     L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju b'mandat li jpoġġi fil-prattika l-governanza ddefinita b'mod ċar u l-modus operandi tal-ġestjoni tal-kriżijiet mill-intervent bikri sar-riżoluzzjoni u l-insolvenza u tmexxi dawn il-proċeduri.

Artikolu 12b

L-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet transkonfinali li potenzjalment jistgħu joħolqu riskju sistemiku

1.     Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-BERS, jista', b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1), jidentifika istituzzjonijiet transkonfinali li, minħabba r-riskju sistemiku li jistgħu joħolqu, ikun jeħtieġ li jiġu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-Awtorità jew imqiegħda taħt l-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju msemmija fl-Artikolu 12c.

2.     Il-kriterji biex jiġu identifikati tali istituzzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-FSB, l-IMF u l-BIS.

Artikolu 12c

L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju

1.     L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandha tippreżerva l-istabbiltà finanzjarja u tnaqqas kemm jista' jkun l-effett kontaġjuż li istituzzjonijiet f'diffikultà identifikati fl-Artikolu 12b jista' jkollhom fuq il-bqija tas-sistema u fuq l-ekonomija inġenerali, u tillimita l-ispiża ta’ min iħallas it-taxxa billi tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ġerarkija tal-kredituri u tiggarantixxi trattament ugwali bejn il-fruntieri.

2.     L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandu jkollha s-setgħa li twettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, sabiex tirrijabilita istituzzjonijiet f'diffikultà jew biex tiddeċiedi dwar ix-xoljiment ta’ istituzzjonijiet mhux vijabbli (kritiku biex jiġi limitat il-periklu morali). Fost azzjonijiet oħra tista' tesiġi aġġustamenti fil-kapital jew fil-likwidità, tadatta l-kompożizzjoni tan-negozju, ittejjeb il-proċessi, taħtar jew tibdel il-ġestjoni, tirrakkomanda garanziji, self u assistenza ta’ likwidità, bejgħ totali jew parzjali, toħloq good bank/bad bank jew bridge bank, tpartat id-dejn f'kapital (b'haircuts xierqa) jew tieħu l-istituzzjoni fi sjieda pubblika temporanja.

3.     L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandha tkun magħmula minn esperti maħtura mill-Bord ta’ Superviżuri tal-Awtorità li jkollhom għarfien u kompetenza fir-ristrutturar, fit-turn-a-rounds u fil-likwidazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 12d

Skemi Ewropej ta’ Garanzija tad-Depożiti

1.     L-awtorità għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sistema Ewropea tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (DGS) nazzjonali billi taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha f’dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 94/19/KE bil-għan li jiġi żgurat li skemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti jkunu ffinanzjati b’mod adegwat permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet finanzjarji inkluż minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti u li jieħdu depożiti fi ħdan l-Unjoni iżda li jkollhom il-kwartieri ġenerali barra l-Unjoni kif tipprovdi d-Direttiva 94/19/KE u li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni lid-depożituri kollha f’qafas armonizzat madwar l-Unjoni, li jħalli r-rwol ta’ salvagwardja tal-iskemi ta’ garanzija reċiproka intatti, sakemm ikunu konformi mal-istandards tal-Unjoni.

2.     L-Artikolu 8 dwar is-setgħat tal-Awtorità li tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet għandu japplika għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti.

3.     Il-Kummissjoni tista' tadotta standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikoli 7 sa 7d ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12e

Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja

1.     Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja (il-Fond) għandu jiġi stabbilit biex isaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tas-sistema finanzjarja u biex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li jkunu qed ifallu. Istituzzjonijiet finanzjari li joperaw biss fi Stat Membru wieħed se jkollhom l-għażla li jingħaqdu mal-Fond. Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jaddotta miżuri xierqa sabiex jevita li d-disponibbiltà ta’ assistenza tiġġenera periklu morali.

2.     Il-Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b(1). Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta’ riskju u mal-kontribuzzjonijiet għal riskju sistemiku li kull wieħed minnhom joħloq u mal-varjazzjonijiet fir-riskju globali matul iż-żmien, kif identifikat permezz tar-risk dashboard tagħhom. L-eżiġenzi tal-livelli tal-kontribuzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kundizzjonijiet ekonomiċi globali u l-ħtieġa li istituzzjonijiet finanazjarji jżommu kapital għal eżiġenzi regolatorji u kummerċjali oħrajn.

3.     Il-Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja għandu jkun ġestit minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu magħżula minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun magħmul minn rappreżentanza bla vot tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond. Il-Bord tal-Fond jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tagħha lill-istituzzjonijiet ta’ fama tajba (bħall-BEI), u din għandha tiġi investita fi strumenti sikuri u likwidi.

4.     Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-banek ma jkunux biżżejjed biex jiġu ffaċċjati d-diffikultajiet, il-Fond għandu jkollu l-kapaċità li jżid ir-riżorsi tiegħu permezz ta’ assigurazzjoni tad-dejn jew mezzi finanzjarji oħra.

Artikolu 13

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu , bil-kunsens tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega, jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-delega tar-responsabbiltajiet li magħhom irid ikun hemm konformità qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidħlu f'dawn il-ftehimiet u jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega għal dak li hu meħtieġ għal superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew il-gruppi finanzjarji transkonfini.

2.   L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu b'mod konġunt u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.

2a.     Id-delegazzjoni tar-responsabilitajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u l-istħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju relatat mar-responsabbiltajiet li jkunu ġew delegati.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.

L-Awtorità tista' tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.

L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa.

Artikolu 14

Kultura superviżorja komuni

1.   L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-dejta pprovduti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti;

(c)

tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar , u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(2a) ;

(d)

tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards regolatorji u implimentativi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ;

(e)

tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra.

2.   L-Awtorità tista', kif ikun adatt, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiċi superviżorji komuni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista' tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. Fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet orizzontali, għandu jittieħed kont tal-informazzjoni eżistenti u tal-evalwazzjonijiet li jkunu diġà saru fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata.

2.   L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta', iżda mhux limitata għal:

(a)

l-adegwatezza tal-arranġamenti tar-riżorsi u tal-governanza ▐ tal-awtorità kompetenti, b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi tekniċi msemmija fl-Artikoli 7 sa 7e u fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;

(b)

il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi tekniċi , il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni ;

(c)

prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom;

(ca)

l-effikaċja u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi imposti kontra persuni responsabbli fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx rispettati.

3.   Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista' toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti konċernati. L-Awtorità għandha tqis l-eżitu tal-evalwazzjoni orizzontali hija u tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi jew implimentattivi tekniċi skont l-Artikoli 7 sa 7e. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu l-parir mogħti mill-Awtorità. Fejn l-awtorità kompetenti ma ssegwix dan il-parir, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha.

L-Awtorità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-pubbliku l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu identifikati minn dawk l-evalwazzjonijiet orizzontali. Barra minn hekk, dawk ir-riżultati kollha tal-evalwazzjonijiet orizzontali jistgħu jiġu żvelati b'mod pubbliku, soġġett għall-ftehim tal-awtorità kompetenti li hi s-suġġett tal-evalwazzjoni orizzontali.

Artikolu 16

Funzjoni ta’ koordinament

L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni .

L-Awtorità għandha tippromwovi rispons tal-Unjoni koordinat, fost l-oħrajn billi:

(1)

tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(2)

tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u, fejn ikun possibbli u adatt, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;

(3)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;

(4)

tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza;

(4a)

tieħu l-miżuri kollha adatti f'każ ta’ żvilupp li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bil-ħsieb li tiffaċilita l-koordinament ta’ azzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(4b)

tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12 u 20 bħala riżultat tal-obbligi ta’ rapportar regolatorju għall-istituzzjonijiet attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed. L-Aworità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra.

Artikolu 17

Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

1.   L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-AEAPX , lill-ESMA , lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ekonomika tas-swieq li fihom joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom fuqhom l-iżviluppi potenzjali tas-suq.

1a.    F'kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni ▐ kollha dwar ir-reżistenza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a)

metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni;

(b)

approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(ba)

metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikolari jew tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni u fuq informazzjoni dwar depożitaturi, investituri u konsumaturi.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS), l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha.

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f'dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.

3.   L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-AEAPX u mal-ESMA permezz tal-Kumitat Konġunt .

Artikolu 18

Relazzjonijiet internazzjonali

1.    Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ▐ u tal-Istati Membri , l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet superviżorji , organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi.

2.    L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f'pajjiżi terzi skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula l-arranġamenti amministrattivi miftiehma ma’ organizzazzjonijiet jew amministrazzjonijiet internazzjonali jew ma’ pajjiżi terzi u l-assistenza provduta fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza.

Artikolu 19

Kompiti oħrajn

1.   L-Awtorità tista', fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha.

1a.     Fil-każijiet fejn l-Awtorità ma ppreżentatx abbozz ta’ standard regolatorju jew implimentattiv tekniku fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u meta l-ebda terminu ta’ żmien ma jkun ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista' titlob it-tali abbozz u tistabbilixxi terminu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni tista', minħabba l-urġenza tal-każ, titlob li standard regolatorju jew implimentattiv tekniku jiġi preżentat qabel it-terminu ta’ żmien stabbili fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tiddikjara ġustifikazzjoni adegwata.

2.   Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali tal-amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar , l-Awtorità tista', ▐ fuq applikazzjoni ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati , toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali , minbarra fir-rigward ta’ kriterju fl-Artikolu 19a(1)(e) tad-Direttiva 2006/48/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2007/44/KE. L-Artikolu 20 għandu japplika għall-oqsma li l-Awtorità tista' toħroġ opinjoni dwarhom.

Artikolu 20

Ġbir ta’ informazzjoni

1.   Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▐ tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament , dment li d-destinatarju jkollu aċċess legali għad-data rilevanti, u bil-kundizzjoni li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa meta mqabbla man-natura tad-dmir inkwistjoni .

1a.    L-Awtorità tista' wkoll titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti. Dawk it-talbiet għandhom, fejn possibbli, jużaw formati komuni ta’ rapportar.

1b.     Fuq talba debitament ġustifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, l-Awtorità tista' tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun metħieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dmirijietha, skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbilit fil-leġiżlazzjoni settorjali u l-Artikolu 56.

1c.     Qabel ma titlob informazzjoni f'konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha l-ewwel tieħu kont tal-istatistika eżistenti prodotta, disseminata u żviluppata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

2.   Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti ▐, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lill-awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-Ministru tal-Finanzi fejn dan tal-aħħar ikollu informazzjoni ta’ sorveljanza għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

2a.     Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli skont il-paragrafi 1 jew 2 f'waqtha, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti. It-talba rraġunata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa d-data dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali rispettivi.

L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f'konformità mal-paragrafu 2 u ma’ dan il-paragrafu.

Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▐ għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni.

3.   L-Awtorità tista' tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Relazzjoni mal-BERS

1.   L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib u fuq bażi regolari mal-BERS.

2.   Hija għandha ▐ tipprovdi lill-BERS b'informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f'format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (UE) Nru …./ 2010 (BERS). L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

3.   B'konformità mal-paragrafi 4 u 5, l-Awtorità għandha tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS imsemmija fl-Artikolu [16] tar-Regolament (KE) Nru …/ 2010 (BERS).

4.   Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, hija għandha ssejjaħ laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr dewmien u tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, dwar kwalunkwe azzjonijiet li għandhom jittieħdu skont is-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix ulterjorment dwar rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan.

5.   Mal-irċevuta ta’ twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b'dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS skont l-Artikolu [17] tar-Regolament (UE) Nru …/ 2010 (BERS).

6.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha mniżżlin f'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.

Artikolu 22

Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati

1.    Biex tiffaċilita l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 7 dwar l-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi tekniċi, u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 8 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikunu jridu jittieħdu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiġi mgħarraf kemm jista' jkun malajr.

Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa' mill-anqas erba' darbiet fis-sena.

2.   Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat l-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment li joperaw fl-Unjoni , ir-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom kif ukoll il-klijenti, l-utenti tas-servizzi bankarji u r-rappreżentanti tal-SMEs . Tal-inqas ħamsa mill-membri tiegħu għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla klassifika. Għaxra mill-membri tiegħu għandhom jirrappreżentaw l-isituzzjonijiet finanzjarji u tlieta fosthom għandhom jirrappreżentaw il-banek kooperattivi u tat-tfaddil.

3.   Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

4.    L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-membri tal-grupp tal-partijiet interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru. Il-Grupp jista' jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom iservu għal perijodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla.

Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

5.   Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista' jippreżenta opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari fuq il-kompiti speċifikati fl-Artikoli 7 sa 7e, 8, 14, 15 u 17 .

6.   Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu fuq bażi tal-ftehim ta’ żewġ terzi mill-maġġoranza tal-membri .

7.   L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 23

Salvagwardji

 

   ▐

2.   Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 taffettwa b'mod dirett u sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu , huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti ▐.

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jiġġustifika għaliex u għandu jipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

2a.    Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha.

3.    Fejn l-Awtorità żżomm jew temenda d-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità ġietx miżmuma jew revokata. Id-deċiżjoni biex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tagħha. Fl-ebda wieħed minn dawn il-każi ma għandu jitqies il-vot tal-Membri kkonċernati.

3a.     Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol fil-każ tal-Artikolu 10 u fi żmien xahar fil-każ tal-Artikolu 11, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet.

3b.     Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal għall-użu tal-fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12d jew 12e, l-Istati Membri ma għandhomx jitolbu lill-Kunsill biex iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità.

Artikolu 24

Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet

1.   Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f'dan ir-Regolament , l-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju msemmi bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza , tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Dan japplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(4).

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

3.   Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

4.   Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.

5.   Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, dment li din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom jew tistax tipperikola b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni Ewropea .

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI

TAQSIMA 1

BORD TAS-SUPERVIŻURI

Artikolu 25

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:

(a)

il-President, li ma jkollux vot;

(b)

il-Kap tal-awtorità pubblika nazzjonali , kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f'kull Stat Membru , li għandhom jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ tal-inqas darbtejn fis-sena ;

(c)

rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot;

(d)

rappreżentant wieħed tal-Bank Ċentrali Ewropew li ma jkollux vot;

(e)

rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot;

(f)

rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn li ma jkollhomx vot.

1a.     Il-Bord tas-Superviżuri għandu jlaqqa' laqgħat mal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati regolarment, tal-anqas darbtejn fis-sena.

2.   Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx bank ċentrali, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b) jista' jiddeċiedi li jieħu rappreżentant tal-bank ċentrali tal-Istati Membri, li ma jkollux vot.

3a.     Fi Stati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità responsabbli waħda għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni. Madankollu, meta punt li jrid ikun diskuss mill-Bord tas-Superviżuri ma jkunx jaqa' fi ħdan il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali li tkun qiegħda tiġi rrappreżentata mill-membru msemmi fil-paragrafu 1(b), dak il-membru jista' jieħu rappreżentant mill-awtorità nazzjonali rilevanti, li ma għandux ikollu vot.

4.   Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 94/19/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), fejn adatt, għandu jkun akkumpanjat minn rappreżentant mill-korpi rilevanti li jamministraw l-iskemi ta’ depożitu garanzija f'kull Stat Membru, li ma jkollux vot.

5.   Il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.

Artikolu 26

Kumitati interni u Panels

1.   Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistabbilixxi kumitati interni jew panels għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord tas-Superviżuri, u jista' jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b'mod ċar lil kumitati jew panels interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti li jkollu għamla ta’ membri bbilanċjata sabiex jiffaċilita riżoluzzjoni imparzjali tan-nuqqas ta’ qbil, li jkun jikkonsisti mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li la jkunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet għan-nuqqas ta’ qbil u lanqas ma jkollhom l-ebda interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati .

2a.     Soġġett għall-Artikolu 11(2), il-panel għandu jipproponi deċiżjoni għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

2b.     Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panel imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 27

Indipendenza

1.    Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni ▐, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

2.     L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor ma għandu jfittex li jinfluwenza l-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 28

Kompiti

1.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II.

2.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II.

3.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar lill-President.

4.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

4a.     Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

5.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

6.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-baġit f'konformità mal-Artikolu 49.

7.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv u jista' jneħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 33(5) jew l-Artikolu 36(5) rispettivament.

Artikolu 29

Teħid ta’ deċiżjonijiet

1.    Id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed .

Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 7 u 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont il-Kapitolu VI u b'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu 11(3), għal deċiżjonijiet li ttieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha titqies bħala adottata jekk approvata b'maġġoranza sempliċi, sakemm ma tiġix irrifjutata mill-membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif imfisser fl-Artikolu 16(4) tat-TFUEu fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar miżuri tranistorji annessi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE.

Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha f'konformità mal-Artikolu 11(3) , id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha tkun adottata permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord ta’ Superviżuri skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed .

2.   Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

3.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

4.   Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inkluż, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

TAQSIMA 2

BORD MANIĠERJALI

Artikolu 30

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President , u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri minn fosthom stess .

Kull membru ħlief il-President għandu jkollu membru supplenti, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord Maniġerjali jekk dik il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dan jista' jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u tirrifletti l-Unjoni Ewropea kollha. Il-mandati għandhom ikunu sovrastanti u għandu jiġi applikat arranġament adatt ta’ rotazzjoni.

2.   Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Id-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw .

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

3.   Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kulmeta jidhirlu li hu neċessarju . Huwa għandu jiltaqa' mill-inqas ħames darbiet f'sena f'sessjoni ▐.

4.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. Bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-membri mingħajr vot ma għandhom jattendu l-ebda diskussjoni mal-Bord Maniġerjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

Artikolu 31

Indipendenza

Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi , mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn korpi tal-Unjoni ▐, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni jews kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat ma għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw il-membri tal-Bord Maniġerjali.

Artikolu 32

Kompiti

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali.

3.   Il-Bord Maniġerjali għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 49 u 50.

4.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 54(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolamenti dwar il-Persunal”).

5.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 58.

6a.     Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, abbażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) tal-Bord tas-Superviżuri għall-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew u għall-approvazzjoni tiegħu.

7.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

8.   Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 44(3) u 44(5).

TAQSIMA 3

PRESIDENT

Artikolu 33

Ħatra u kompiti

1.   L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ.

Il-President għandu jkun responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali.

2.   Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Bord tas-Superviżuri .

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista ta’ tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jmexxi s-seduti ta’ smigħ ta’ dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b'dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll membru supplenti minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak il-membru supplenti ma għandux ikun elett minn fost il-membri tal-Bord Maniġerjali.

3.   Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.   Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Fid-dawl tal-valutazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew.

5.   Il-President jista' jitneħħa mill-kariga biss ▐ mill-Parlament Ewropew b'riżultat ta’ deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri .

Il-President ma jistax jimpedixxi lill-Bord tas-Superviżuri milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b'mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu u ma għandux ikun involut f'deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni.

Artikolu 34

Indipendenza

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet jew korpi Komunitarji, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kull entità pubblika jew privata oħra m'għandhomx jfittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta’ dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-President għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 35

Rapport

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President jew lill-membru supplenti tiegħu jew tagħha , filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-indipendenza tiegħu jew tagħha , biex jagħmel jew tagħmel dikjarazzjoni . Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsijiet mressqa mill-membri tiegħu , kulmeta dan ikun meħtieġ .

2.    Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel jew tagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu jew tagħha msemmija fil-paragrafu 1.

2a.     Barra mill-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a-7e, 8, 9, 10, 11a u 18, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

TAQSIMA 4

DIRETTUR EŻEKUTTIV

Artikolu 36

Ħatra

1.   L-Awtorità għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla wara l-konferma mill-Parlament Ewropew .

3.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.   Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jwettaq evalwazzjoni.

F'dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b'mod partikolari:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Fid-dawl ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Artikolu 37

Indipendenza

1.    Mingħajr preġudizzju għar-rwoli rispettivi tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Awtorità.

1a.     L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra m'għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 38

Kompiti

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri neċessarji, b'mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).

5.   Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).

6.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 49 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 50.

7.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport ▐ b'taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.

KAPITOLU IV

SISTEMA EWROPEA TA' SUPERVIŻURI FINANZJARI ▐

TAQSIMA 2

▐ AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ (KUMITAT KONĠUNT)

Artikolu 40

Stabbiliment

1.   ▐ Il-Kumitat Konpunt tal-Awtoritajiet Supervizorji Ewropej huwa bil-prezenti stabbilit.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal -Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn, b'mod partikolari dwar:

konglomerati finanzjarji;

kontabilità u verifika;

analiżi mikroprudenzjali ta’ żviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali għall-istabbilità finanzjarja;

prodotti tal-investiment bl-imnut;

il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; kif ukoll

skambju ta’ informazzjoni mal-BERS u żvilupp tar-relazzjoni bejn il-BERS u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

3.    Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu personal apposta pprovdut mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li għandu jaqdi d-dmirijiet ta’ segretarjat. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati ▐ għal spejjeż ▐ amministrattivi, infrastrutturali u operattivi .

Artikolu 40a

Superviżjoni

F'każ li istituzzjoni finanzjarja tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jsolvi n-nuqqas ta’ qbil skont l-Artikolu 42.

Artikolu 41

Kompożizzjoni

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul ▐ mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej , u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ▐ kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi.

3.   Il-President tal-Kumitat Konġunt ▐ għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. Il-President tal-Kumitat Konġunt maħtur f'konformità ma’ dan il-paragrafu għandu jinħatar ukoll Viċi President tal-BERS.

4.   Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jiltaqa' għallinqas darba kull xahrejn.

Artikolu 42

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq kif adatt.

Atti skont l-Artikoli 7, 9, 10, jew 11 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe atti leġiżlattivi oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa' wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiġu adottati mill-Awtorità, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, kif adatt, b'mod parallel.

Artikolu 43

Sottokumitati

1.    Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt ▐.

2.    Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3.    Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun membru wkoll tal-Kumitat Konġunt ▐.

4.    Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi aktar Sottokumitati.

TAQSIMA 3

BORD TAL-APPELL

Artikolu 44

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej .

2.   Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b'rekord ippruvat ta’ għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża dik superviżorja, fuq livell għoli biżżejjed fil-qasam tas-swieq bankarji, tal-assikurazzjoni u dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn , għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Numru konsiderevoli ta’ membri tal-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal-eżerċizzu min-naħa tal-Awtorità tal-poteri tagħha.

Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Fejn id-deċiżjoni soġġetta għall-appell tkun taqa' taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, din il-maġġoranza ta’ erba' membri għandha tinkludi tal-inqas wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Awtorità.

Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

3.   Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (UE) Nru …/ 2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/ 2010 [ ESMA ].

4.   Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista' jiġi estiż darba.

5.   Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuti.

6.    L-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operattiv u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt .

Artikolu 45

Indipendenza u imparzjalità

1.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b'ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha.

2.   Membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jieħdu sehem f'ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom xi interess personali fiha, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

3.   Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru sieħeb ma għandux jieħu sehem f'xi proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b'dan.

4.   Kwalunkwe parti fil-proċeduri tal-appell tista' toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b'favoreġġamenti.

Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċeduri tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.

5.   Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.

Għall-għanijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mill-membri supplenti tiegħu, sakemm il-membru supplenti nnifsu ma jsibx ruħu f'sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jaħtar membru supplenti minn fost il-membri supplenti disponibbli.

6.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.

Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.

KAPITOLU V

RIMEDJI

Artikolu 46

Appelli

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż awtoritajiet kompetenti, tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti leġiżlattiva msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2.   L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.

3.   Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett suspensiv.

Madankollu, il-Bord tal-Appell jista', jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

4.   Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden ▐ lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali.

5.   Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-entità kompetenti tal-Awtorità, jew ▐ jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u dak il-korp għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat .

6.   Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.

7.   Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u magħmulin pubbliċi mill-Awtorità.

Artikolu 47

Kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Tista' titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 TFUE , kawża li tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f'każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

1a.     L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jressqu appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

2.   Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċedimenti għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja f'konformità mal-Artikolu 265 TFUE .

3.   L-Awtorità għandha tkun meħtieġa li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 48

Baġit tal-Awtorità

1.   Id-dħul tal-Awtorità , korp Ewropew b'konformità mal-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 (KE, Euratom), għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn tagħqida tas-segwenti :

(a)

kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li għandhom isiru konformement mal-formula abbażi tal-piż tal-voti mniżżel fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transizzjonali anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE;

(b)

sussidju mill-Unjoni , li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni); il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni Ewropea hu suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif dispost fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba;

(c)

kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni ▐.

2.   In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, tal-anqas, l-ispejjeż tal-persunal, ir-remunerazzjoni, l-amministrazzjoni, l-infrastruttura , it-taħriġ professjonali u l-operat.

3.   Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.

4.    L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.

Artikolu 49

Stabbiliment tal-baġit

1.   Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz ta’ baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri , flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord tas-Superviżuri għandu, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv u approvat mill-Bord Maniġerjali , jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-estimi , inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi trasmessa mill-Bord tas-Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjarli .

2.   Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala l-“awtorità baġitarja”), flimkien mal-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l -Artikoli 313 u 314 TFUE .

4.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Awtorità.

5.   Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri . Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat skont dan.

6.   Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunwke proġett li jkollu x'jaqsam ma’ proprjetà bħall-kiri jew xiri ta’ bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Jekk xi fergħa jew oħra tal-awtorità baġitarja jkollha l-ħsieb li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni bħal din. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Awtorità tista' tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.

6a.     Għall-ewwel sena ta’ ħidma tal-Awtorità, li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-baġit għandu jkun approvat mill-Membri tal-Kumitat Livell 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mbagħad trasmess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 50

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.

2.   Sal-1 ta’ Marzu wara li tintemm kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet provviżorji, akkompanjati mir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju matul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

Imbagħad, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (36), (minn hawn “il quddiem ir-Regolament Finanzjarju”).

3.   Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv, huwa u jaġixxi fil-kapaċità tiegħu, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità u jibgħathom, għal opinjoni, lill-Bord Maniġerjali.

4.   Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, sal-1 ta’ Lulju wara li tintemm is-sena finanzjarja, lill-Membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

6.   Il-kontijiet finanzjarji għandhom jiġu ppubblikati.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru. Huwa għandu jibgħat wkoll kopja ta’ din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja msemmija.

9.   Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit (inklużi l-ispejjeż kollha u d-dħul kollu tal-Awtorità) għas-sena finanzjarja N.

Artikolu 51

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawk ir-regoli ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (37) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu u dan biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 52

Miżuri kontra l-frodi

1.   Bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi, l-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

2.   L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (38) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flus.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 53

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

Artikolu 54

Persunal

1.   Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ▐ għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż id-Direttur Eżekuttiv tagħha u l-President tagħha .

2.   Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

3.   Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ persunal ieħor.

4.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità.

Artikolu 55

Responsabbiltà tal-Awtorità

1.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din.

2.   Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

Artikolu 56

Obbligu tas-Segretezza Professjonali

1.   Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni ▐, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-persunal għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni jews kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat ma għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw il-membri tal-persunal tal-Awtorità.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f'forma mqassra jew miġbura, b'tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

Barra minn hekk, l-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali milli jagħmlu użu mill-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u b'mod partikolari għal proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni Komunitarja oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali indikati fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (39).

Artikolu 57

Protezzjoni tad-data

Dan ir-regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.

Artikolu 58

Aċċess għad-dokumenti

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

2.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sal-31 ta’ Mejju 2011.

3.   Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif adatt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.

Artikolu 59

Arranġamenti lingwistiċi

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (40) għandhom japplikaw għall-Awtorità.

2.   Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.

3.   Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 60

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.

Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament adatt tal-Awtorità, inkluż skola multilingwi, b'orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 61

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1.    Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni ▐ fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 1(2).

1a.     L-Awtorità tista' tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni li ġiet rikonoxxuta ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif jiddisponu l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 216 TFUE.

2.    Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 62

Azzjonijiet preparatorji

-1.

Matul il-perijodu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u qabel l-istabbiliment tal-Awtorità, il-KSBE għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni fit-tħejjija għas-sostituzzjoni tal-KSBE mill-Awtorità.

1.

Ladarba l-Awtorità tkun ġiet stabbilita, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment amministrattiv u għall-operat amministrattiva inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess.

Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri f'konformità mal-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista' tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Diretturi Eżekuttivi. Dan il-perijodu għandu jkun limitat sa meta l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva li timplimenta l-baġit tagħha stess.

2.

Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti bi krediti previsti fil-baġit tal-Awtorità, ladarba jiġu approvati mill-Bord Maniġerjali u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti ta’ persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

3.

Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali.

3a.

L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-KSBE. L-attiv u l-passiv kollu u l-operati kollha pendenti tal-KSBE ser ikunu trasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Awditur indipendenti għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-attiv u l-passiv tal-KSBE sa mid-data tat-trasferiment. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ivverifikata u approvata mill-membri tal-KSBE u mill-Kummissjoni qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment tal-atttiv jew tal-passiv.

Artikolu 63

Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-Persunal

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 54, il-kuntratti ta’ impjieg u l-ftehimiet ta’ ssekondar kollha konklużi mill-KSBE jew is-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom. Ma jistgħux jiġu estiżi. Ma jistgħux jiġu estiżi.

2.   Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal tal-KSBE jew tas-Segretarjat tiegħu , imsemmi fil-paragrafu 1, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. Il-proċedura ta’ għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwu qabel ir-reklutaġġ.

3.   Jiddependi fuq it-tip u l-livell ta’ funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji applikabbli għal tul ta’ żmien li għallinqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa' taħt il-kuntratt preċedenti.

4.   Il-liġi nazzjonali rilevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma’ strumenti rilevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għal membri tal-persunal b'kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji skont il-paragrafu 2.

Artikolu 63a

Dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jagħmlu tali dispożizzjoni kif adatt biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 64

Emendi

Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE hija bil-preżenti emendata billi l-KSBE qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 65

Revoka

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, li tistabbilixxi l-KSBE , qiegħda bil-preżenti titħassar b'effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 66

Klawsola ta’ reviżjoni

-1.

Sa mhux aktar tard mid-data … (41), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa biex issaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jafu joħolqu riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 12b u l-istabbiliment ta’ qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżi finanzjarja inklużi arranġamenti relatati mal-finanzjamenti.

1.

Sa mhux aktar tard mid-data … (42) u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa ▐, fost affarijiet oħra:

(a)

il-konverġenza fil-prattiki superviżorji milħuqa mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c)

il-progress li ntlaħaq fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, ġestjoni u riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjamenti Ewropej;

(d)

jekk, partikolarment fid-dawl tal-progress li ntlaħaq fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (c), ir-rwol tal-Awtorità fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joħolqu riskju sistemiku potenzjali għandux jissaħħaħ u jekk għandhiex jeżerċita poteri superviżorji msaħħa fuq dawk l-istituzzjonijiet;

(e)

l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 23.

1a.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a)

huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur banjarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet okkupazzjonali, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(b)

huwiex xieraq li jiġu ssorveljati s-superviżjoni prudenti u t-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;

(c)

huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tal-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej;

(d)

l-evoluzzjoni tal-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(e)

hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan l-SESF;

(f)

ir-responsabilità u t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni humiex xierqa.

(g)

huwiex adatt li s-sede tinżamm fi Frankfurt.

2.

Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif adatt, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 67

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011 , bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 62 u 63(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Awtorità għandha tkun stabbilita fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0166/2010).

(2)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

(3)  Opinjoni tat-22 ta’ Jannar 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU C, , p. .

(5)  ĠU C 13, 20.1.2010, p. 1.

(6)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ….

(7)   ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.

(8)   ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.

(9)   ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.

(10)   ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.

(11)   ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.

(12)   Testi adottati, P6_TA(2009)0251.

(13)   Testi adottati, P6_TA(2009)0279.

(14)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 23.

(15)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 28.

(16)  ĠU L 25, 29.1.2009, p.18.

(17)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(18)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(19)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(20)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(21)   ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.

(22)   ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(23)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(24)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

(25)   ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(26)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(27)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(28)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(29)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(30)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(31)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(32)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(33)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(34)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(35)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 8.

(36)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(37)  ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.

(38)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(39)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(40)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.

(41)   hawn għandha tiddaħħal id-data: sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(42)   hawn għandha tiddaħħal id-data: tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/391


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ***I

P7_TA(2010)0273

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD))

2011/C 351 E/39

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Din il-proposta giet emendata fis-7 ta’ Lulju 2010 kif ġej (1):

EMENDI TAL-PARLAMENT (2)

għall-proposta tal-Kummissjoni

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (5),

Filwaqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (6),

Billi:

(1)

Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.

(1a)

Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà qed jitlob b'mod regolari t-tisħiħ ta’ sitwazzjoni fejn il-kundizzjonijiet ikunu verament indaqs għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li rrimarka dwar nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni tal-Unjoni ta’ swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (7), tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar ir-regoli tas-sorveljanza prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (8), tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) – White Paper (9), tat-23 ta’ Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-hedge funds u l-ekwità privata (10), tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza (11), tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (12) u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (13)).

(2)

Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni . Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, waħda għas-settur bankarju, u waħda għas-settur tat-titoli u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport irrappreżentaw l-aktar livell baxx ta’ bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala meħtieġ biex jiġi evitat li jerġa' jkun hemm kriżi bħal din fil-ġejjieni.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) , u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea” ▐ hija pprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid iżda ma inkludietx ir-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula fir-Rapport de Larosière .

(4)

Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li titwaqqaf Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji jista' jkollha rwol b'saħħtu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri.

(4a)

Ir-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) tas-16 ta’ April 2010 intitolat “Kontribut Ġust u Sustanzjali mis-Settur Finanzjarju”, li tfassal biex tiġi ssodisfata t-talba tas-Samit tal-G-20 ta’ Pittsburgh, stipula li “l-ispiża fiskali diretta tal-fallimenti tas-settur finanzjarju għandha tkun limitata u koperta minn Kontribuzzjoni Finanzjarja għall-Istabbiltà (FSC) b'rabta ma’ mekkaniżmu ta’ soluzzjoni kredibbli u effettiv. Jekk jiġu definiti kif xieraq, il-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni jevitaw li fil-ġejjieni l-gvernijiet ikollhom iħallsu biex isalvaw mill-falliment istituzzjonijiet li jkunu wisq importanti, kbar jew interkonnessi biex ifallu”.

(4b)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020”, iddikjarat ukoll li tiġi stabbilita prijorità kruċjali fuq medda qasira ta’ żmien biex “tippermettilna nimpedixxu, u jekk ikun meħtieġ nikkontrollaw, kriżijiet finanzjarji li jistgħu jseħħu, u li – b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà speċifika tas-settur finanzjarju fil-kriżi ta’ bħalissa – tesplora l-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju”.

(4c)

Il-Kunsill Ewropew stqarr biċ-ċar fil-25 ta’ Marzu 2010 li “il-progress huwa meħtieġ b'mod partikolari fi kwistjonijiet bħal strumenti ta’ finanzjament għal istituzzjonijiet sistemiċi għall-immaniġġjar tal-kriżijiet”.

(4d)

Il-Kunsill Ewropew fl-aħħar nett esprima fis-17 ta’ Ġunju 2010 li “l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta’ taxxi fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jiġi żgurat il-qsim ġust tal-piżijiet u biex jiġu stabbiliti inċentivi li jillimitaw ir-riskju sistemiku. Dawn it-taxxi għandhom ikunu parti mill-qafas għal soluzzjoni kredibbli”.

(5)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet.

(6)

L-Unjoni laħqet il-limiti ta’ x'jista' jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej ▐. L-Unjoni ma tistax tibqa' f'sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f'każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b'reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju wieħed u stabbli tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f'netwerk tal-Unjoni b'saħħtu.

(7)

Is-SESF għandha tkun netwerk integrat ta’ awtoritajiet superviżuri nazzjonali u tal-Unjoni , li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal-livell nazzjonali. L-Awtorità għandu jkollha rwol ewlieni fil-kulleġġi ta’ superviżuri li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, u għalihom għandhom jiġu definiti normi superviżorji ċari. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku billi l-falliment tagħhom jista' jipperikola l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, fejn awtorità nazzjonali tkun naqset milli teżerċita s-setgħat tagħha. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fl-Unjoni kollha . Apparti l-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (il-“Kumitat Konġunt”) . Il-BERS għandu jkun parti mis-SESF.

(8)

L-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tissostitwixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (14), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (15) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (16), u tassumi l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati fosthom, fejn ikun xieraq, it-tkomplija tal-ħidma u l-proġetti li għaddejjin bħalissa . Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b'mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji.

(9)

L-Awtorità ▐ għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, ▐ b'mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha u n-natura differenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji . L-Awtorità għandha tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabbiltàtas-sistema finanzjarja, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji u l-ħarsien tad-depożitaturi u tal-investituri . L-Awtorità għandha wkoll tipprevjeni l-arbitraġġ regolatorju u tiggarantixxi l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b'mod ġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-konsumaturi u l-impjegati. Il-kompiti tagħha għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta’ konsulenza lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni, il-provvediment għall-irtirar mix-xogħol u l-medjazzjoni tal-assigurazzjoni u kwistjonijiet relatati ta’ governanza korporattiva, ta’ verifika u ta’ rappurtar finanzjarju. L-Awtorità għandha wkoll tkun fdata bir-responsabbiltà tas-sorveljanza ġenerali tal-prodotti finanzjarji/ta' tipi ta’ tranżazzjonijiet eżistenti u ġodda.

(9a)

L-Awtorità għandha tqis l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq intern, il-kompetittività globali tal-Unjoni, l-inklużjoni finanzjarja, u l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir.

(9b)

Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Awtorità għandu jkollha personalità legali kif ukoll awtonomija amministrattiva u finanzjarja. L-Awtorità għandha tkun mogħtija “setgħat biex tindirizza l-konformità mal-liġijiet, b'mod partikolari dawk relatati mar-riskju sistemiku u r-riskji transkonfinali”.

(9c)

Ir-riskju sistemiku huwa definit mill-awtoritajiet internazzjonali (il-FMI, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) u l-Bank għas-Saldi Internazzjonali (BIS)) bħala “riskju ta’ tfixkil għas-servizzi finanzjarji li jkun (i) ikkawżat minn dgħajfien tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha u (ii) li jkollu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu jkunu potenzjalment importanti b'mod sistematiku sa ċertu grad”.

(9d)

Ir-riskju transkonfinali, skont dawn l-istituzzjonijiet, jinkludi r-riskji kollha kkawżati minn żbilanċi ekonomiċi jew fallimenti finanzjarji fl-Unjoni kollha kemm hi jew f'partijiet minnha li jkollhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-tranżazzjonijiet bejn l-operaturi ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha.

(10)

Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qalet illi: “xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 TKE [issa l-Artikolu 114 TFUE] ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Fil-fatt, jista' jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta’ korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni f'ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ qafas li ma jorbtux”. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 114 TFUE .

(11)

L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn (17): Id-Direttiva 64/225/KEE tal-25 ta’ Frar 1964 dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi fir-rigward tar-riassigurazzjoni u tar-retroċessjoni (18), l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (19), id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja (20), id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1976 li temenda d-Direttiva 73/239/KEE dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta ta’ xort' oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja (21), id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta’ Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma’ koassigurazzjoni Komunitarja (22), id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1984 li temenda, b'mod partikolari fir-rigward ta’ assistenza turistika, l-Ewwel Direttiva 73/239/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (23), id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (24), it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort' oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (25), id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (26), id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni fi grupp ta’ assugurazzjoni (27), id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (28), id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (29), id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (30), u d-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (31).

(12)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (32), ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (33), id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (34), u partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (35), ▐ id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (36) u d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (37).

(12a)

Hu mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-iskemi tal-garanziji tad-depożiti biex tiżgura ambjent ekwu u t-trattament ġust tad-depożitaturi fl-Unjoni kollha. Billi l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożitu huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom aktar milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq li l-Awtorità tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema ta’ garanzija ta’ depożitu nnifisha u l-operatur tagħha. Ir-rwol tal-Awtorità se jiġi rivedut ladarba titwaqqaf l-Iskema Ewropea ta’ Garanzija ta’ Depożitu.

(13)

Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta’ ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għat-titolari tal-poloz, benefiċjarji oħra u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha . Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f'oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni , l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti .

(14)

L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu suġġetti għall-emendar biss f'ċirkostanzi ristretti ħafna u straordinarji, sakemm l-Awtorità tkun dik f'kuntatt mill-qrib mas-swieq finanzjarji u tirrikonoxxi l-ħidma ta’ kuljum tagħhom. Dawn ikunu suġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi ma jkunx kompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni ma għandhiex tbiddel il-kontenut tal-istandards tekniċi mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni bla intoppi u bil-ħeffa għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni.

(14a)

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li timplimenta atti tal-Unjoni li jkunu legalment vinkolanti kif hemm iddikjarat fl-Artikolu 291 TFUE. L-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi għandhom iqisu l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jiġifieri r-rekwiżiti stabbiliti f'dawn l-istandards għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata.

(15)

F'oqsma mhux koperti minn standards tekniċi regolatorji , l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni . Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parteċipanti fis-swieq .

(16)

Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni . Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni jew applikazzjoni ħażina ▐, li jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-Unjoni . Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonati.

(17)

Biex ikun hemm rispons proporzjonat għal każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi tal-Unjoni , għandu japplika mekkaniżmu fi tliet passi. Fl-ewwel livell, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa li tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-obbligi legali tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali fil-prattika superviżorja tagħhom, konkluża b'rakkomandazzjoni. Fejn l-awtorità nazzjonali kompetenti ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li toħroġ opinjoni formali filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, li titlob li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(18)

Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stabbilita mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tindirizza Deċiżjoni bla dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni , billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 TFUE .

(19)

Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Din is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi eċċezzjonali fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal -opinjoni formali indirizzata lilha u li fihom il-liġi tal-Unjoni tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta’ Regolamenti tal-UE eżistenti jew futuri. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistennew bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni għall-2010, b'mod partikolari rigward il-proposta dwar ir-riforma tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali.

(20)

Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni . L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Filwaqt li tinżamm preżenti s-sensittività tal-kwistjoni, is-setgħa li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni b'inizjattiva tagħha jew wara talba tal-Kunsill, il-BERS, il-Parlament Ewropew jew l-Awtorità. Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BERS jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jikkunsidraw li x'aktarx tinħoloq l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, huma għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni. F'dan il-proċess, hu ta’ importanza kbira li tingħata l-attenzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, hija għandha debitament tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)

Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet b'effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Meta ma jintlaħaqx ftehim bħal dan, l-Awtorità għandha titlob l-awtoritajiet kompetenti konċernati jieħdu azzjoni speċifika jew iżommu milli jieħdu azzjoni biex jinstab tarf tal-kwistjoni u tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. F'każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom.

(21a)

Il-kriżi wriet li l-kooperazzjoni sempliċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali li l-ġurisdizzjoni tagħhom tintemm mal-fruntiera nazzjonali hija evidentement insuffiċjenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw b'mod transkonfinali.

(21b)

Barra minn hekk, “l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu flimkien id-drittijiet għal intrapriżi li jiftħu fergħa fi Stat Membru ieħor (branch passporting), is-superviżjoni tal-pajjiż tal-oriġini u l-assigurazzjoni tad-depożiti purament nazzjonali mhumiex bażi solida għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fil-futur tal-banek transkonfinali għall-konsumaturi individwali” (Turner Review).

(21c)

Kif ikkonkludiet it-Turner Review, “arranġamenti aktar solidi jirrikjedu jew setgħat nazzjonali msaħħa, li jimplikaw suq waħdieni anqas miftuħ, jew grad akbar ta’ integrazzjoni Ewropea”.

(21d)

Is-soluzzjoni “nazzjonali” timplika li l-pajjiż ospitanti jingħata d-dritt jobbliga lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta’ sussidjarji u mhux permezz ta’ fergħat u jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jammonta għal aktar protezzjoniżmu.

(21e)

Is-soluzzjoni “Ewropea” titlob għat-tisħiħ tal-Awtorità fil-Kulleġġ ta’ Superviżuri u għat-tisħiħ fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li huma ta’ riskju sistemiku.

(22)

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha rwol ta’ tmexxija u drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni . Kif jgħid ir-Rapport de Larosière “it-tagħwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki superviżorji differenti jridu jiġu evitati, peress li għandhom il-potenzjal li jdgħajfu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jħeġġu t-tibdil tal-attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid titqies li hi ġusta u bbilanċjata”.

(22a)

L-Awtorità u s-superviżuri nazzjonali għandhom isaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku peress li l-falliment tagħhom jista' jipperikola l-istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja tal-Unjoni u jagħmel ħsara lill-ekonomija reali.

(22b)

Ir-riskju sistemiku għandu jiġi identifikat billi jitqiesu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-istabbiltàFinanzjarja, mill-Fond Monetarju Internazzjonali, mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u mill-G20. L-interkonnessibbiltà, is-sostitwibbiltà u ż-żmien huma l-kriterji li jintużaw l-aktar għall-identifikazzjoni ta’ riskju sistemiku.

(22c)

Għandu jiġi stabbilit qafas biex jieħu ħsieb l-istituzzjonijiet li jinsabu f'diffikultà sabiex jistabilizzaw ruħhom jew jagħlqu billi “intwera b'mod ċar li l-prezz fi kriżi bankarja huwa għoli għall-gvern u s-soċjetà inġenerali peress li sitwazzjoni bħal din għandha l-potenzjal li tipperikola l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija reali”(Rapport de Larosière). Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa biex jitwaqqaf qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżijiet finanzjarji. L-elementi ewlenin tal-ġestjoni tal-kriżijiet huma sett komuni ta’ regoli u ta’ mezzi għal soluzzjonijiet finanzjarji (eżekuzzjoni u finanzjament biex tingħeleb il-kriżi ta’ istituzzjonijiet kbar, transkonfinali u/jew interkonnessi).

(22d)

Biex tiġi żgurata l-koresponsabbiltà tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, biex jitħarsu l-interessi tat-titolari tal-poloz Ewropej u l-interessi tal-benefiċjarji u biex titnaqqas l-ispiża ta’ kriżi finanzjarja sistemika lil dawk li jħallsu t-taxxi, għandu jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Protezzjoni Finanzjarja (Fond). L-Iskema Ewropea ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni (Fond) għandha tiġi stabbilita biex tiffinanzja l-interventi ordnati ta’ għeluq jew ta’ riabilitazzjoni f'istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali batuti, li l-impatt tagħhom ikun ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tas-Suq Finanzjarju Uniku Ewropew, u sabiex jiġu internalizzati l-ispejjeż ta’ dawn l-interventi, meta l-kontribuzzjoni tagħhom lill-Iskemi nazzjonali ta’ Garanzija ta’ Assigurazzjoni ma jkunux biżżejjed. Il-Fond għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn dawn l-istituzzjonijiet, permezz ta’ dejn maħruġ mill-Fond jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, permezz ta’ kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri milquta skont il-kriterji miftiehma qabel (Memorandum ta’ Għarfien rivedut). Il-kontribuzzjonijiet għall-Fond għandhom jieħdu post dawk magħmula lill-Iskemi nazzjonali ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni.

(22e)

Għandu jiġi stabbilit Fond ta’ Stabbiltà Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol biex jiffinanzja l-interventi ordnati ta’ għeluq jew ta’ salvataġġ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jiffaċċjaw diffikultajiet, meta dawn jistgħu jkunu ta’ theddida għall-istabbiltàfinanzjarja tas-Suq Finanzjarju Uniku Ewropew. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur tas-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jieħdu post dawk magħmula lill-Fondi nazzjonali ta’ natura simili.

(23)

Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista' tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossal-kooperazzjoni u b'hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji , b'mod partikolari dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li ma jkollhomx dimensjoni tal-Unjoni . Dan ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Id-delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa' f'idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f'isem l-Awtorità jew f'isem awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f'pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet għandha tkun f'waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni tista' tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u timmonitorja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b'kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista' tesprimi opinjoni fejn ikun adatt. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f'waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki rigward id-delega u l-ftehimiet ta’ delega.

(24)

L-Awtorità għandha tippromwovi attivament konverġenza superviżorja fl-Unjoni Ewropea kollha bil-għan li tistabbilixxi kultura superviżorja komuni.

(25)

L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet orizzontali għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki li wkoll għandhom jiġu ppubblikati.

(26)

L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju ▐ koordinat tal-Unjoni Ewropea , b'mod partikolari biex tiżgura l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea . Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b'funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-SESF . Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkun fl-attenzjoni partikolari tal-azzjonijiet tal-Awtorità.

(27)

Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u l-BERS fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tniedi u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista' jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex tinforma t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq analiżi ekonomika tas-swieq u l-impatt tal-iżviluppi kummerċjali potenzjali fuqhom.

(28)

Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea fid-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri f'pajjiżi terzi .

(29)

L-Awtorità għandha sservi bħala entità konsultattiva indipendenti għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Għandha tkun kapaċi tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet skont id-Direttiva 2006/48/KE.

(30)

Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b'mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali . Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji u għandha tqis l-istatistika li diġà teżisti . Madankollu, bħala l-aħħar rimedju, l-Awtorità għandha tkun tista' tindirizza talba għall-informazzjoni li tkun iġġustifikata u motivata b'mod dovut, direttament lil istituzzjoni finanzjarja ▐ fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tipprovdix jew ma tistax tipprovdi din l-informazzjoni f'waqtha. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. F'dan il-kuntest, hi essenzjali l-ħidma dwar formats komuni ta’ rappurtar.

(30a)

Il-miżuri għall-ġbir ta’ informazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-qafas legali tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-qasam tal-istatistika. Dan ir-Regolament għandu għalhekk ikun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (38) u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (39).

(31)

Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-BERS hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-BERS u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità u l-BERS għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni rilevanti bejniethom . Data marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-BERS lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu kif jixraq .

(32)

▐ L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma tadotta l-abbozzi tal-istandards regolatorji, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha twettaq studju tal-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, ir-Riassigurazzjoni u l-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll lill-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol tal-Unjoni (li jinkludu, kif jixraq, l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li jużaw is-servizzi finanzjarji huma stess), it-trejdjunjins, id-dinja akkademika u l-konsumaturi kif ukoll utenti oħrajn mhux professjonali tas-servizzi tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol, fosthom l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, ir-Riassigurazzjoni u l-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni .

(32a)

L-organizzazzjonijiet bla skopijiet ta’ profitt għandhom rwol marġinali fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess korrispondenti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet b'paragun mar-rappreżentanti tal-industrija li huma ffinanzjati tajjeb u għandhom rabtiet tajbin. Għal dan l-iżvantaġġ għandu jagħmel tajjeb finanzjament adegwat għar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Interessati.

(33)

L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jiżguraw il-ġestjoni kkoordinata tal-kriżijiet u sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja fis-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b'mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. L-azzjonijiet tagħhom għandhom ikunu kkoordinati mill-qrib mal-qafas u mal-prinċipji tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-miżuri mill-Awtorità f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw b'mod sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa adatt li l-Kunsill jingħata rwol f'din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f'dan ir-rigward.

(33a)

Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ regolament li jistabbilixxi mekkaniżmu bħal dan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fil-livell ta’ Unjoni gwida ċara u soda dwar meta s-salvagwardja tiġi inizjata mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba. L-użu tal-klawsola ta’ salvagwardja min-naħa tal-Istati Membri għandu jiġi evalwat ma’ dik il-gwida.

(33b)

Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari tal-Istati Membri f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jekk Stat Membru jagħżel li jitlob is-salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet għaliex ikun talab is-salvagwardja. L-Awtorità, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imiss jittieħdu.

(34)

Fil-proċeduri tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Awtorità għandha tkun marbuta bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Komunità dwar il-proċess u t-trasparenza dovuti. Id-dritt li jinstemgħu d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandu jiġi rrispettat b'mod sħiħ. L-atti tal-Awtorità jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Unjoni .

(35)

Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f'kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-BERS , il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni . Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, ikun xieraq li r-regoli jiġu applikati b'maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 TFUE , filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw is-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett.

(35a)

Bħala regola ġenerali, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed. Madankollu, għal atti marbutin mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli dwar maġġoranza kwalifikata jiġu applikati kif stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fit-TFUE u fil-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji mehmuż magħhom. Każijiet li jirrigwardaw is-soluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panel ristrett, objettiv, magħmul minn membri li mhumiex rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li huma partijiet għan-nuqqas ta’ qbil, u lanqas ma għandhom interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. L-għamla tal-panel għandha tkun ibbilanċjata b'mod xieraq. Id-deċiżjoni meħuda mill-panel għandha tiġi approvata mill-Bord tas-Superviżuri b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ membru wieħed vot wieħed. Madankollu, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet meħuda mis-superviżur tal-grupp, id-deċiżjoni proposta mill-panel tista' tiġi rifjutata mill-membri li jirrappreżentaw minoranza li timblokka tal-voti kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.

(36)

Bord Maniġerjali magħmul mill-President tal-Awtorità, rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jingħata s-setgħat meħtieġa biex, fost l-oħrajn, jipproponi l-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali, jeżerċita ċerti setgħat baġitarji, jadotta l-pjan ta’ politika tal-Awtorità dwar il-persunal, jadotta dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u jadotta r-rapport annwali.

(37)

President full time, magħżul mill-Parlament Ewropew wara kompetizzjoni miftuħa , ġestita mill-Kummissjoni, u t-tfassil sussegwenti ta’ lista qasira mill-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota.

(38)

Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt) (“il-Kumitat Konġunt”) u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-konglomerati finanzjarji . Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiġu adottati b'mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut għal perjodu ta’ 12-il xahar b'sistema ta’ rotazzjoni mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun Viċi President tal-BERS. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b'persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta’ approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

(39)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet adottati mill-Awtorità jkunu jistgħu jeżerċitaw ir-rimedji neċessarji. Sabiex jitħarsu b'mod effikaċi id-drittijiet tal-partijiet u għal raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, fejn l-Awtorità jkollha setgħat li tieħu d-deċiżjonijiet, il-partijiet għandhom jingħataw id-dritt li jappellaw quddiem Bord tal-Appell. Għal raġunijiet ta’ effikaċja u konsistenza, il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, indipendenti mill-istrutturi amministrattivi u regolatorji tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tkun soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

(40)

Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni għandu jkun suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (40) (IIA). Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tapplika ▐. Il-verifika tal-kontijiet għandha titwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit ġenerali għandu jkun suġġett għall-proċedura ta’ kwittanza.

(41)

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (41) għandu japplika għall-Awtorità. L-Awtorità għandha taderixxi wkoll mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (42).

(42)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet miftuħa u trasparenti ta’ impjieg u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (43) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

(43)

Huwa essenzjali li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Awtorità u skambjata f'netwerk għandha tkun soġġetta għal regoli stretti u effikaċi dwar il-kunfidenzjalità .

(44)

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (44) u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (45), li japplikaw b'mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(45)

Sabiex tiġi żgurata l-ħidma trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (46) għandu japplika għall-Awtorità.

(46)

Pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità skont ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Unjoni .

(47)

Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fl-operat tas-suq intern bl-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tat-titolari ta’ poloz u benefiċjarji oħra, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament sewwa tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni Ewropea tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea . Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(48)

L-Awtorità tassumi l-kompiti u s-setgħat attwali kollha tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (KSEAPX) , id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom għalhekk jiġu revokati, u d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex isostni attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, ir-rapportar u l-awditjar finanzjarju (47), għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(49)

Tajjeb li jiġi ffissat limitu taż-żmien għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-Awtorità tkun imħejjija sewwa biex tibda l-operat u biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr problemi mill-KSEAPX .

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STABBILIMENT U STATUS LEGALI

Artikolu 1

Stabbiliment u ambitu ta’ attività

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ) (“l-Awtorità”).

2.   L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat ta’ dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE , id-Direttiva 2002/92/KE, id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, u, fil-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE, u d-Direttiva 2002/65/KE, sal-limitu ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-atti għall-impriżi ta’ assigurazzjoni, impriżi ta’ riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvediment tal-irtirar mix-xogħol u intermedjarji ta’ assigurazzjoni, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

2a.     L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni, impriżi ta’ riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvediment tal-irtirar mix-xogħol u intermedjarji ta’ assigurazzjoni, inklużi kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, sakemm dawn l-azzjonijiet mill-Awtorità huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tal-atti leġiżlattivi msemmija fil-paragrafu 2.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b'mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni .

4.   L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tħares l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effikaċja tas-sistema finanzjarja għal żmien qasir, medju u fit-tul, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u l-impriżi tagħha . L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex:

(i)

jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, fosthom b'mod partikolari b'livell tajjeb , effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni;

(iii)

tiżgura l-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji;

(v)

issaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali;

(va)

tipprevjeni l-arbitraġġ regolatorju u tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni;

(vb)

tiżgura li r-riskji tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif jixraq, u

(vc)

tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur .

Għal dawn l-għanijiet , l-Awtorità se tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea msemmija fil-paragrafu 2 , tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq għall-promozzjoni tal-ilħuq tal-objettivi tal-Awtorità .

5.    Fit-twettiq tal-kompiti konferiti lilha b'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari għal kull riskju sistemiku mill-istituzzjonijiet finanzjarji, billi n-nuqqas ta’ dan jista' jipperikola l-operat tas-sistema finanzjarja jew tal-ekonomija reali.

Meta twettaq il-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi b'mod indipendenti u oġġettiv u fl-interess esklużiv tal-Unjoni.

Artikolu 1a

Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja

1.     L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltàfinanzjarja u b'hekk tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji.

2.     Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja għandha tkun magħmula minn dawn li ġejjin:

(a)

Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għall-finijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS) u dan ir-Regolament;

(b)

l-Awtorità;

(c)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE];

(d)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS];

(e)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 40 sa 43 (il-“Kumitat Konġunt”);

(f)

l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ABE], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/… [AETS];

(g)

il-Kummissjoni, għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9.

3.     L-Awtorità għandha tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsettorjali oħra mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt.

4.     F'konformità mal-prinċipju ta’ koperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet tas-SESF għandhom jikkoperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżgurar ta’ fluss ta’ informazzjoni xierqa u affidabbli bejniethom.

5.     Dawn l-awtoritajiet superviżorji li huma parti tas-SESF għandhom ikunu obbligati jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 1b

Responsabilità lejn il-Parlament Ewropew

L-Awtoritajiet msemmija fl-Artikolu 1a(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser impriżi , entitajiet u persuni naturali u legali suġġetti għal xi wieħed mill-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), ħlief li fejn tidħol id-Direttiva 2005/60/KE, “istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser kumpaniji tal-assigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni kif definit f'dik id-Direttiva;

(2)

“awtoritajiet kompetenti ” tfisser :

(i)

l-awtoritajiet superviżorji kif definit fid-Direttiva 2009/138/KE, u l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fid-Direttivi 2003/41/KE u 2002/92/KE;

(ii)

fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti li jiżguraw il-konformità tal-istituzzjonijiet finanzjarji mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi kif iddefiniti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Status legali

1.   L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni Ewropea b'personalità legali.

2.   F'kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġi nazzjonali. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista jew tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

3.   L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha.

Artikolu 4

Kompożizzjoni

L-Awtorità għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(1)

Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 28;

(2)

Bord Maniġerjali, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 32;

(3)

President, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 33;

(4)

Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 38;

(5)

Bord tal-Appell, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 44, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 46.

Artikolu 5

Kwartieri ġenerali

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt.

Jista' jkollha rappreżentanza fl-aktar ċentri finanzjarji importanti tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU II

KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ

Artikolu 6

Kompiti u Setgħat tal-Awtorità

1.   L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)

tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi tekniċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b'mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea , b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn prattika superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti , waqt li tiżgura superviżjoni effikaċi u konsistenti u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet , fost oħrajn, f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(c)

tistimola u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti ;

(d)

tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b'mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu adatt għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(e)

torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-għoti ta’ pariri, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;

(f)

timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha;

(fa)

tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex tinforma t-twettiq tal-funzjonijiet tal-Awtorità;

(fb)

tippromwovi l-ħarsien tat-titolari tal-poloz u tal-benefiċjarji;

(fc)

tgħin biex timmaniġġa l-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet transkonfinali li jkollhom il-potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 12b, waqt li tmexxi u tesegwixxi l-interventi bikrija, il-proċeduri ta’ soluzzjoni jew insolvenza għal istituzzjonijiet bħal dawn permezz tal-Unità ta’ Soluzzjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 12c;

(g)

twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f'dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1(2);

(ga)

tissorvelja dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex suġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

(gb)

tippubblika fil-websajt tagħha u taġġorna regolarment informazzjoni dwar il-qasam tal-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari, fil-qasam tal-kompetenza tagħha, rigward l-istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun aċċessibbli b'mod faċli għall-pubbliku;

(gc)

tieħu r-responsabbiltà, kif jixraq, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol;

2.   Biex taqdi l-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari ▐ li:

(a)

tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7;

(aa)

tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e;

(b)

toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8;

(c)

toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3);

(d)

tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11;

(e)

tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4);

(f)

toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19;

(fa)

tiġbor l-informazzjoni meħtieġa dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji kif provdut fl-Artikolu 20;

(fb)

tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiki u l-proċessi ta’ distribuzzjoni tal-prodotti fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;

(fc)

tipprovdi bażi tad-data tal-istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali.

(fd)

tiżviluppa standard regolatorju li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li għandha tkun disponibbli għall-Awtorità dwar it-tranżazzjonijiet u l-parteċipanti fis-suq u kif il-koordinazzjoni tal-ġbir għandha titwettaq, kif ukoll tiddeskrivi kif bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti għandhom ikunu konnessi sabiex jiġi żgurat li l-Awtorità tkun dejjem tista' taċċessa l-informazzjoni rilevanti u neċessarja li tikkonċerna t-tranżazzjonijiet u s-suq meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet assenjati lilha minn dan ir-Regolament;

(fe)

twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f'dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2);

3.   L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b'kopertura fl-Unjoni Ewropea kollha jew attivitajiet ekonomiċi b'kopertura fl-Unjoni Ewropea kollha fdati f'idejha fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3a.     Għall-għan li teżerċita s-setgħat superviżorji esklużivi tagħha skont il-paragrafu 3 , l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq l-għarfien espert, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex twettaq il-kompiti tagħha.

Artikolu 6a

Kompiti marbuta mal-protezzjoni tal-konsumatur u mal-attivitajiet finanzjarji

1.     L-Awtorità, sabiex trawwem il-protezzjoni tat-titolari tal-poloz u tal-benefiċjarji, għandu jkollha rwol ewlieni fil-promozzjoni tat-trasparenza, is-sempliċità u l-ġustizzja fis-suq għal prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq waħdieni kollu, inkluż billi:

(i)

tiġbor, tanalizza u tirrapporta x-xejriet tal-konsumaturi,

(ii)

teżamina u tikkoordina inizjattivi ta’ kompetenza u edukazzjoni finanzjarja,

(iii)

tiżviluppa standards ta’ taħriġ għall-industrija,

(iv)

tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-regoli komuni tal-iżvelar, u

(v)

tevalwa, b'mod partikolari, l-aċċessibilità, id-disponibilità u l-ispiża tal-assigurazzjoni għall-familji u l-intrapriżi, b'mod partikolari l-SMEs.

2.     L-Awtorità għandha timmonitorja l-attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li tippromwovi s-sigurtà u s-solidità tas-swieq u l-konverġenza tal-prattika regolatorja.

3.     L-Awtorità tista' wkoll toħroġ twissijiet fil-każ li attività finanzjarja tkun ta’ theddida serja għall-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1(4).

4.     L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali mill-Awtorità, Kumitat dwar l-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor fih l-awtoritajiet kompetenti rilevanti bil-ħsieb li jinkiseb approċċ koordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi u jagħti pariri lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea.

5.     L-Awtorità tista' temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attivitajiet finanzjarji li jheddu l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha, jew ta’ parti minnha, fl-Unjoni fil-każijiet speċifiċi u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew, jekk ikun hekk meħtieġ, fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza skont u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10. L-Awtorità tista' timplimenta wkoll din il-projbizzjoni jew restrizzjoni permezz tal-adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 7.

L-Awtorità għandha tirrevedi din id-deċiżjoni f'intervalli f'waqthom u regolari.

Artikolu 7

Standards tekniċi regolatorji

1.    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma stipulati speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). L-istandards tekniċi ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. Abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jiġu żviluppati mill-Awtorità u jintbagħtu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Meta l-Awtorità ma tibgħatx abbozz lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku regolatorju.

1a.     Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżijiet ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati msemmija fl-Artikolu 22.

1b.     Il-Kummissjoni għandha, meta tirċievi l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji mill-Awtorità, tibgħathom minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1c.     Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tagħha jekk tadottax l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji. L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu adottati permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-intenzjoni li tadotta l-istandards, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif jixraq u tagħti raġunijiet għal dan.

Artikolu 7a

Nuqqas ta’ approvazzjoni jew emendar tal-abbozz ta’ standards regolatorji

1.     Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lura lill-Awtorità, filwaqt li tipproponi emendi motivati.

2.     Fi żmien sitt ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji abbażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha.

3.     Meta l-Awtorità ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni billi tiċħad jew temenda l-proposti inizjali tagħha, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jlaqqa' lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill biex jippreżentaw u jispjegaw id-differenzi tagħhom.

Artikolu 7b

L-eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħat biex jiġu adottati l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba' snin. Id-delegazzjoni tas-setgħat għandha tiġi awtomatikament estiża għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 7c.

2.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

3.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li jkunu ġew approvati u liema awtoritajiet nazzjonali ma jkunux ikkonformaw magħhom.

Artikolu 7c

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku regolatorju fi żmien perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika mill-Kummissjoni. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu jista' jittawwal bi tliet xhur oħra.

2.     L-istandard tekniku regolatorju għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jitqajmux oġġezzjonijiet. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-istandard tekniku regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, hekk kif l-abbozz jintbagħat mill-Kummissjoni, jistgħu jadottaw dikjarazzjoni antiċipata u kkondizzjonata ta’ non-oġġezzjoni li għandha tidħol fis-seħħ meta l-Kummissjoni tadotta l-istandard regolatorju mingħajr ma timmodifika l-abbozz.

4.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal standard tekniku regolatorju, dan ma għandux jidħolx fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex qed toġġezzjona għall-istandard tekniku regolatorju.

Artikolu 7d

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega.

3.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat fuq standards tekniċi regolatorji li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka.

Artikolu 7e

L-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi

1.     Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkonferixxu setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi implimentattivi skont l-Artikolu 291 TFUE fejn il-kondizzjonijiet uniformi biex jiġu implimentati atti legaliment vinkolanti tal-Unjoni huma meħtieġa fl-oqsma stipulati speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn bi qbil mal-leġiżlazzjoni hawn fuq imsemmija Awtorità tagħmel abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi għall-preżentazzjoni lill-Kummissjoni, dawn l-istandards għandhom ikunu tekniċi, ma jinkludux għażliet ta’ politika u jkunu limitati għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ atti legalment vinkolanti tal-Unjoni;

(b)

meta l-Awtorità ma tippreżentax abbozz lill-Kummissjoni fi ħdan il-limiti ta’ żmien stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew indikati fit-talba indirizzata lill-Awtorità mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku implimentattiv permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

2.     Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi implimentattivi u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżijiet ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni.

L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati tal-Banek msemmija fl-Artikolu 22.

3.     L-Awtorità għandha tressaq għall-approvazzjoni l-abbozzi tagħha tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u, fl-istess ħin, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.     Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz tal-istandards implimentattivi. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perjodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista' wkoll tapprova l-abbozz ta’ standards b'mod parzjali jew b'emendi meta l-interess tal-Unjoni Ewropea jitlob dan.

Fil-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni tadotta standards tekniċi implimentattivi li jemendaw l-abbozz tal-istandard tekniku implimentattiv sottomess mill-Awtorità, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

1.    Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea , l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

1a.     L-Awtorità għandha twettaq, fejn jixraq, konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjalment relatati. L-Awtorità għandha titlob ukoll, fejn jixraq, l-opinjoni jew il-parir tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati msemmija fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, analiżijiet, opinjonijiet u pariri għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet.

2.    L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma li tkun biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. Fil-każ li awtorità kompetenti ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawk ir-raġunijiet.

Fejn Awtorità kompetenti ma tapplikax linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-Awtorità għandha tagħmel dan b'mod pubbliku.

L-Awtorità tista' tiddeċiedi, każ b'każ, li tippubblika r-raġunijiet mogħtija minn awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità ma’ linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar pubblikazzjoni bħal din.

Jekk ikun meħtieġ minn dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw kull sena, b'mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni.

2a.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li jinħarġu, filwaqt li tiddikjara liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom u tiddeskrivi kif l-Awtorità tkun biħsiebha tiżgura li fil-futur din issegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha.

Artikolu 9

Ksur tal-liġi tal-Unjoni

1.   Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat ▐ l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tkun applikathom b'mod li jidher li jkun qiegħed jikser il-liġi tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi stabbiliti skont l-Artikoli 7 u 7e, b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni , tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista' tinvestiga l-ksur jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni allegati tal-liġi tal-Unjoni .

2a.    Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha.

3.   L-Awtorità tista', fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni .

3a.    L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni .

4.   Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista', wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni Ewropea . L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perijodu b'xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja.

5.   Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma mal-opinjoni formali tal-Kummissjoni.

6.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ▐ fil-perijodu ta’ żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f'ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità ▐ sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista', fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) , tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni , fosthom il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7.   Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta tittieħed azzjoni ▐ fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu 6 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ .

7a.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6.

Artikolu 10

Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.   Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea , l-Awtorità għandha tiffaċilita b'mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti rilevanti .

Sabiex tkun tista' twettaq dan ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatrur fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.

1a.     Il-Kummissjoni tista', b'inizjattiva tagħha stess jew wara talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità, tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-deċiżjoni f'intervalli ta’ xahar u għandha tiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza hekk kif ikun xieraq.

Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, hija għandha debitament tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1a, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa bħala rispons għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żvilupp bħal dan billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dik il-leġiżlazzjoni.

3.   Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista', meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż iċ-ċessazzjoni ta’ kwalunkwe prattika.

4.   Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 11

Soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f'oqsma fejn l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jeħtieġu kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, b'inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tieħu t-tmexxija fl-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4 .

2.   L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'din il-fażi l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.

3.   Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tieħu deċiżjoni biex jissolva n-nuqqas ta’ ftehim u biex jintalbu jieħdu azzjoni speċifika f'konformità mal-liġi tal-Unjoni b'effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati .

4.   Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE , meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b'hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni , inkluż iċ-ċessazzjoni ta’ kwalunkwe prattika.

4a.     Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawn id-deċiżjonijiet.

4b.     Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu jistipula n-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjoni meħuda sabiex tinstab soluzzjoni għal dawn in-nuqqasijiet ta’ qbil.

Artikolu 11a

Soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f'setturi differenti

Il-Kumitat Konġunt għandu, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 42, isolvi n-nuqqasijiet ta’ qbil transettorjali li jistgħu jinqalgħu bejn awtorità kompetenti, jew aktar minn waħda, kif definit fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS] u r-Regolament (UE) Nru … /2010 [ABE].

Artikolu 12

Kulleġġi ta’ superviżuri

1.   L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u tikkontrolla l-ħidma effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u sseddaq il-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-kulleġġi kollha . L-istaff tal-Awtorità għandu jkun jista' jieħu sehem fi kwalunkwe attività, inkluż l-eżamijiet fuq il-post, imwettqa b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.   L-Awtorità għandha tmexxi l-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għal dan il-għan , hija għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Hija għandha, tal-inqas:

(a)

tiġbor u taqsam l-informazzjoni kollha rilevanti f'sitwazzjonijiet ta’ negozji vijabbli u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali li tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri;

(b)

tibda u tikkoordina testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi negattivi tas-suq, waqt li tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista' jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet;

(c)

tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta’ negozju vijabbli, kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom; kif ukoll

(d)

tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

3a.     L-Awtorità tista' toħroġ standards regolatorji u implimentattivi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 biex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aqwa prattiki adottati mill-kullegi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw arranġamenti bil-miktub għall-funzjonament ta’ kull kulleġġ sabiex jiżguraw il-funzjonament konverġenti bejniethom kollha.

3b.     Rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtorità li ssolvi t-tilwim bejn awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda ftehim fi ħdan il-kulleġġ rilevanti tas-superviżuri, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata.

Artikolu 12a

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.     L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali u tindirizza r-riskji ta’ tfixkil fis-servizzi finanzjarji li jkun (i) ikkawżat minn dgħajfien tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u (ii) ikollu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u fuq l-ekonomija reali (riskju sistemiku). It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu jkunu potenzjalment importanti b'mod sistematiku sa ċertu grad.

2.     L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-BERS, għandha tiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li għandhom iservu bħala l-bażi biex tiġi assenjata klassifikazzjoni superviżorja għall-istituzzjonijiet transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b. Din il-klassifikazzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi regolari, sabiex jitqiesu l-bidliet materjali tal-profil ta’ riskju ta’ istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku għad-deċiżjoni dwar superviżjoni jew intervent diretti f'istituzzjoni f'diffikultà.

3.     Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, kif ikun meħtieġ, abbozz addizzjonali ta’ standards regolatorji u implimentattivi kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b.

4.     L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu jkunu ta’ riskju sistemiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawn il-każijiet, l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet kompetenti.

5.     L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità ta’ Soluzzjoni b'mandat li timplimenta l-governanza u l-modus operandi ddefiniti b'mod ċar tal-ġestjoni tal-kriżijiet, mill-intervent bikri sas-soluzzjoni u l-insolvenza, u tmexxi dawn il-proċeduri.

Artikolu 12b

L-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu joħolqu riskju sistemiku

1.     Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-BERS, jista', skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1), jidentifika istituzzjonijiet transkonfinali li, minħabba r-riskju sistemiku li jistgħu joħolqu, jeħtieġ li jkunu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-Awtorità jew jitqiegħdu taħt l-Unità ta’ Soluzzjoni msemmija fl-Artikolu 12c.

2.     Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji bħal dawn għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-FSB, l-FMI u l-BIS.

Artikolu 12c

Unità ta’ Soluzzjoni

1.     L-Unità ta’ Soluzzjoni għandha tippreserva l-istabbiltà finanzjarja u timminimizza l-effett ta’ kontaġju minn istituzzjonijiet f'diffikultà identifikati fl-Artikolu 12b lill-bqija tas-sistema u lill-ekonomija inġenerali u tillimita l-ispiża għal min iħallas it-taxxi fir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità, tal-ġerarkija tal-kredituri u l-garanzija ta’ trattament indaqs f'livell transkonfinali.

2.     L-Unità ta’ Soluzzjoni għandha tkun awtorizzata twettaq il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, sabiex tirriabilita l-istituzzjonijiet f'diffikultà jew tiddeċiedi fuq l-istralċ ta’ istituzzjonijiet mhux vijabbli (element kritiku għal-limitazzjoni tal-periklu morali). Fost azzjonijiet oħra, din tista' titlob aġġustamenti ta’ kapital jew ta’ likwidità, l-adattament tat-taħlita tan-negozju, it-titjib tal-proċessi, il-ħatra jew is-sostituzzjoni ta’ min imexxi, ir-rakkomandazzjoni ta’ garanziji, self u assistenza fil-likwidità, bejgħ totali jew parzjali, il-ħolqien ta’ bank tajjeb/bank ħażin jew bank li jservi ta’ pont, il-bidla tad-dejn f'ekwità (b'haircuts xierqa) jew li istituzzjoni tittieħed taħt kontroll pubbliku temporanju.

3.     L-Unità ta’ Soluzzjoni għandha tinkludi esperti maħtura mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità b'għarfien u kompetenza fir-ristrutturar, is-salvataġġ u l-likwidazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 12d

Qafas Ewropew ta’ Skemi Nazzjonali għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni

1.     L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ Qafas Ewropew ta’ Skemi Nazzjonali għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni billi taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha minn dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li l-iskemi nazzjonali għall-garanzija tal-assigurazzjoni jkunu adegwatament iffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, inklużi dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni iżda li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni u joffru livell għoli ta’ protezzjoni lit-titolari tal-poloz kollha f'qafas armonizzat fl-Unjoni kollha.

2.     L-Artikolu 8 li jikkonċerna s-setgħat tal-Awtorità li tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet għandu japplika għall-iskemi ta’ kumpens tal-assigurazzjoni.

3.     Il-Kummissjoni tista' tadotta standards tekniċi regolatorji u implimentattivi kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 7 sa 7d ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12e

Fond Ewropew għall-Istabilità tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

1.     Fond Ewropew għall-Istabilità tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (il-Fond għall-Istabilità) għandu jkun stabbilit sabiex isaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tas-sistema finanzjarja, inkluż l-irkupru sħiħ tal-ispejjeż fiskali, u biex jgħin fis-soluzzjoni tal-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali f'diffikultà. Istituzzjonijiet Finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed biss għandu jkollhom l-għażla li jingħaqdu mal-fond. Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jadotta miżuri xierqa biex jevita li d-disponibilità tal-għajnuna tiġġenera periklu morali.

2.     Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jkun iffinanzjat permezz tal-kontribuzjonijiet diretti mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta’ riskju u mal-kontribuzzjonijiet għal riskju sistemiku li kull wieħed minnhom joħloq u mal-varjazzjonijiet fir-riskju globali matul iż-żmien, kif identifikat permezz tar-risk dashboard tagħhom. Il-livelli ta’ kontribuzzjonijiet meħtieġa għandhom iqisu kundizzjonijiet ekonomiċi usa' u l-ħtieġa tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jżommu kapital għal ħtiġiet regolatorji u ta’ negozju oħrajn.

3.     Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jkun immaniġġjat minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom jintagħżlu minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għall-Istabbiltà għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun jinvolvi rappreżentanza bla vot tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond għall-Istabbiltà. Il-Bord tal-Fond għall-Istabbiltà jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tal-Fond għall-Istabbiltà lill-istituzzjonijiet ta’ fama tajba (bħall-BEI), li għandha tiġi investita fi strumenti sikuri u likwidi.

4.     Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-banek ma jkunux biżżejjed biex jiġu ffaċċjati d-diffikultajiet, il-Fond għall-Istabbiltà għandu jkollu l-kapaċità li jżid ir-riżorsi tiegħu permezz ta’ titoli ta’ dejn jew ta’ mezzi finanzjarji oħra.

Artikolu 13

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bl-approvazzjoni tad-delegata, jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-Awtorità jew awtoritajiet kompetenti oħrajn, soġġett għal kondizzjonijiet imniżżlin f'dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-delega tar-responsabbiltajiet li magħhom irid ikun hemm konformità qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidħlu f'dawn il-ftehimiet u jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega għal dak li hu meħtieġ għal superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew il-gruppi finanzjarji transkonfini.

2.   L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu b'mod konġunt u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.

2a.     Id-delega tar-responsabiltajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-Awtorità li għandha d-delega għandha tiggverna l-proċedura, l-infurzar, ir-reviżjoni ġudizzjarja u amministrattiva marbuta mar-responsabiltajiet iddelegati.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.

L-Awtorità tista' tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.

L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa.

Artikolu 14

Kultura superviżorja komuni

1.   L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti ;

(b)

tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti , b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data pprovduti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea rilevanti;

(c)

tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar , u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(2a) ;

(d)

tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards regolatorji tekniċi u ta’ implimentazzjoni tekniċi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ;

(e)

tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra.

2.   L-Awtorità tista', kif ikun adatt, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiċi superviżorji komuni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti , sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista' tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. Fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet orizzonatali, għandu jittieħed kont tal-informazzjoni eżistenti u tal-evalwazzjonijiet li jkunu diġà saru fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata.

2.   L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta', iżda mhux limitata għal:

(a)

l-adegwatezza tal-arranġamenti tar-riżorsi u tal-governanza tal-awtorità kompetenti , b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji tekniċi u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 7e u fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;

(b)

il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni , il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni ;

(c)

prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom.

(d)

l-effikaċja u l-grad ta’ konverġenza miksuba rigward l-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet imposti kontra lpersuni responsabbli fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux ġew rispettati.

3.   Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista' toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti . L-Awtorità għandha tqis ir-riżultat tar-reviżjoni orizzontali meta tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 7 sa 7e. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu l-parir mogħti mill-Awtorità . Fejn l-awtorità kompetenti ma ssegwix dan il-parir, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha .

L-Awtorità għandha tagħmel disponibbli pubblikament l-aqwa prattiki li jistgħu jkunu identifikati minn dawk ir-reviżjonijiet tal-pari. Barra minn dan, ir-riżultati l-oħra kollha tal-evalwazzjonijiet orizzontali jistgħu jiġu żvelati b'mod pubbliku, soġġett għall-ftehim tal-awtorità kompetenti li hi s-suġġett tal-evalwazzjoni orizzontali.

Artikolu 16

Funzjoni ta’ koordinament

1.    L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti , inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea .

2.    L-Awtorità għandha tippromwovi rispons tal-Unjoni Ewropea koordinat, fost l-oħrajn billi:

(1)

tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ;

(2)

tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u , fejn ikun possibbli u adatt, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;

(3)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;

(4)

tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza;

(4a)

tieħu l-miżuri kollha xierqa fil-każ ta’ żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bl-għan li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(4b)

tiċċentralizza l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikoli 12 u 20 mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tal-obbligi ta’ rappurtar regolatorju għall-istituzzjonijiet li huma attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed L-Awtorità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.

Artikolu 17

Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

1.   L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) , l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) , lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fl-evalwazzjonijiet tagħha analiżi ekonomika tas-swieq li joperaw fihom l-istituzzjonijiet finanzjarji, u evalwazzjoni tal-impatt ta’ żviluppi potenzjali fis-suq fuqhom.

1a.    F'kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni Ewropea kollha dwar ir-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti :

(a)

metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni;

(b)

approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(ba)

metodoloġiji komuni għall-evalwazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikulari jew proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni u fuq id-detenturi tal-poloz, il-benefiċjarji u t-tagħrif tal-konsumatur;

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS imniżżlin fir-regolament (UE) Nru …/2010 [BERS], l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha.

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f'dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.

3.   L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 18

Relazzjonijiet internazzjonali

1.    Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri , l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji , l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-korpi amministrattivi ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u lanqas ma għandhom iżommu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi.

2.    L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f'pajjiżi terzi skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28 (4a), l-Awtorità għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi u d-deċiżjonijiet ekwivalenti u l-assistenza pprovduta fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza miftehma ma’ organizzazzjonijiet jew amministrazzjoni internazzjonali f'pajjiżi terzi u l-assistenza pprovduta fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza.

Artikolu 19

Kompiti oħrajn

1.   L-Awtorità tista', fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha.

1a.     F'każijiet fejn l-Awtorità ma tkunx issottomettiet abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fiż-żmien stabbilit fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1 (2) jew fejn l-ebda limitu ta’ żmien ma jkun ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista' titlob abbozz tali u tistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni tista', minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, titlob li abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew standards tekniċi ta’ implimentazzjoni jkunu sottomessi qabel l-iskadenza stabbilita fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1 (2). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddikjara ġustifikazzjoni xierqa.

2.   Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali tal-amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u li skont dik id-Direttiva jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar , l-Awtorità tista' , ▐ fuq applikazzjoni ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati , toħroġ u tippubblika opinjoni dwar il-valutazzjoni prudenzjali. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE. L-Artikolu 20 għandu japplika għall-oqsma li l-Awtorità tista' toħroġ opinjoni dwarhom.

Artikolu 20

Ġbir ta’ informazzjoni

1.   Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ▐ għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b'dan ir-Regolament, sakemm id-destinatarju jkollu aċċess legali għad-data relevanti, u sakemm it-talba għall-informazzjoni tkun proporzjonata f'dak li għandu x'jaqsam man-natura tal-kompitu kkonċernat.

1a.    L-Awtorità tista' ukoll titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti. Dawn it-talbiet għandhom, fejn possibbli, jużaw formats ta’ rappurtar komuni.

1b.     Fuq talba ġġustifikata debitament minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, l-Awtorità tista' tipprovdi kull informazzjoni ta’ dan it-tip li jkun hemm bżonn biex l-awtorità nazzjonali tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, skont l-obbligi tas-segretezza professjonali stipulati fil-leġiżlazzjoni settorjali u fl-Artikolu 56.

1c.     Qabel ma titlob informazzjoni skont dan l-Artikolu u biex tiġi evitata duplikazzjoni tal-obbligu ta’ rappurtar, l-Awtorità għandha l-ewwel tqis kwalunkwe statistiki rilevanti eżistenti li jkunu saru, ġew imxerrda u żviluppati mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

2.   Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti , l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lil awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-Ministru tal-Finanzi fejn dan tal-aħħar ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

2a.     Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli skont il-paragrafi 1 jew 2 f'waqtha, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti. It-talba rraġunata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa d-data dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali rispettivi.

L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f'konformità mal-paragrafi 2 u 2a.

Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni.

3.   L-Awtorità tista' tuża biss l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Relazzjoni mal-BERS

1.   L-Awtorità ▐ għandha tikkoopera mill-qrib u b'mod regolari mal-BERS.

2.   L-Awtorità għandha ▐ tipprovdi lill-BERS b'informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f'format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./2010 [BERS]. L-Awtorità, b'kooperazzjoni mal-BERS, għandu jkollha l-proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali b'mod aprtikolari rigward istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

3.   B'konformità mal-paragrafi 4 u 5, l-Awtorità għandha tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS imsemmija fl-Artikolu [16] tar-Regolament (KE) Nru …/2010 [BERS].

4.   Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, hija għandha ssejjaħ laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr dewmien u tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, jekk għandhiex tieħu kwalunkwe azzjoni f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix ulterjorment dwar rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan.

5.   Mal-irċevuta ta’ twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità kompetenti , l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b'dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-Kunsill u l-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS].

6.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha mniżżlin f'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.

Artikolu 22

Grupp tal-Partijiet Interessati fl-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati fil-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

1.    Sabiex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Grupp tal-Partijiet Interessati fl-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni , u Grupp tal-Partijiet Interessati fil-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (“il-Gruppi tal-Partijiet Interessati”) . Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandu jiġu kkonsultati dwar azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 7 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta implimentazzjoni, u sal-limitu li dawn ma jikkonċernawx l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 8 dwar linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Jekk iridu jittieħdu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiġu informati malajr kemm jista' jkun.

Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandu jiltaqa' mill-inqas erba' darbiet fis-sena, fl-istess data u post u għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-kwistjonijiet diskussi li ma jkunux diskussi komunement.

Membri ta’ grupp tal-partijiet interessati jistgħu ikunu wkoll membri tal-gruppi l-oħra tal-partijiet interessati.

2.   Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandu jkun kompost minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat id-ditti fil-qasam tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li joperaw fl-Unjoni, l-impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi , l-utenti tas-servizzi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u r-rappreżentanti tal-SMEs. Mill-inqas ħamsa mill-membri għandhom akkademiċi ta’ livell għoli. Għaxra mill-membri tiegħu għandhom jirrappreżentaw istituzzjonijiet finanzjarji u tlieta minn dawn l-għaxra għandhom jirrappreżentaw assikuraturi jew riassikuraturi kooperattivi jew mutwi.

2a.     Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Penzjonijiet tax-Xogħol għandu jkun kompost minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat lill-Istituzzjonijiet tal-Provvista ta’ Rtirar mix-Xogħolli joperaw fl-Unjoni, l-impjegati tagħhom, ir-rappreżentanti kif ukoll il-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi li jipprovdu rtirar mix-xogħol u r-rappreżentanti tal-SMEs. Mill-inqas ħamsa mill-membri għandhom akkademiċi ta’ livell għoli. Għaxra mill-membri tiegħu għandhom jirrappreżentaw istituzzjonijiet finanzjarji.

3.   Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati ▐ għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiżgura li l-membri kollha li ma jirrapreżentawx lill-parteċipanti professjonali fis-suq jew lill-impjegati tagħhom jiżvelaw kull kunflitt ta’ interess potenzjali.

3a.    L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Gruppi tal-Partijiet Interessati . Għandu jingħata kumpens xieraq tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar lill-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet bla skop ta’ lukru. Il-Gruppi jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi.

4.   Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati ▐ għandhom iservu għal perijodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla.

Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

5.   Il-Grupp tal-Partijiet Interessati ▐ jista' jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari mogħtija lil kompiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 7e, 8, 14, 15 u 17 .

6.   Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati ▐ għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom fuq il-bażi ta’ ftehim b'maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri .

7.   L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 23

Salvagwardji

1.   Fejn Stat Membru jqis li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 tippreġudika b'mod dirett u sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu , huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti dwar jekk se jikkonformax jew le ma’ dik id-deċiżjoni. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu jipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni tippreġudika r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

2.    Fi żmien xahar minn-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha.

3.    Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. Id-deċiżjoni biex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed minn maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed minn maġġoranza kwalifikata tal-membri tagħha. Fl-ebda minn dawn il-każi ma għandu jitqies il-vot tal-Membri kkonċernati.

3a.    Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol fil-każ tal-Artikolu 10 u xahar fil-każ tal-Artikolu 11, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet.

3b.     Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal għall-użu tal-fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12d jew 12e, l-Istati Membri ma jistgħux jitolbu lill-Kunsill biex iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità.

Artikolu 24

Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet

1.   Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f'dan ir-Regolament , l-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju msemmi bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, il-kumplessità u l-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Dan japplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 9(4).

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

3.   Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

4.   Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.

5.   Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm pubblikazzjoni ta’ dan it-tip ma tmurx kontra l-interess leġittimu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew ma tipperikolax serjament il-funzjonament b'ordni u l-integrità tas-swieq finanzjarji, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, kollha kemm hi, jew parzjalment.

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI

Taqsima 1

BORD TA’ SUPERVIŻURI

Artikolu 25

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:

(a)

il-President, li ma jkollux vot;

(b)

il-Kap tal-awtorità pubblika nazzjonali, kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(1) f'kull Stat Membru, li għandhom jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ tal-inqas darbtejn fis-sena ;

(c)

rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot;

(d)

rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot;

(e)

rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra li ma jkollhomx vot.

1a.     Il-Bord tas-Superviżuri għandu jiltaqa' b'mod regolari mal-Gruppi tal-Partijiet Interessati, mill-inqas darbtejn f'sena.

2.   Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha , li jista' jirrappreżenta lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

2a.     Fi Stati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu bejniethom kif għandhom jeżerċitaw ir-rappreżentazzjoni, inkluż kull vot skont l-Artikolu 29.

3.   Il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.

Artikolu 26

Kumitati interni u Panels

1.   Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistabbilixxi kumitati interni jew panels għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord tas-Superviżuri, u jista' jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b'mod ċar lil kumitati jew panels interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti b'kompożizzjoni ta’ membri bbilanċjata sabiex jiffaċilita riżoluzzjoni imparzjali tan-nuqqas ta’ qbil, li jkun jikkonsisti mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunu la rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet għan-nuqqas ta’ qbil u lanqas ma jkollhom xi interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

2a.     Soġġett għall-Artikolu 11(2), il-panel għandu jipproponi deċiżjoni għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

2b.     Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panel imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 27

Indipendenza

1.    Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess waħdieni tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni , minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

2.     L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn m'għandhomx jipprovaw jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 28

Kompiti

1.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II.

2.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II.

3.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar lill-President.

4.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

4a.     Il-Bord tas-Superviżuri, fuq il-bażi ta’ proposta tal-Bord Maniġerjali, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, anke dwar il-prestazzjoni tad-doveri tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport annwali msemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jittrażmetti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

5.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

6.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-baġit f'konformità mal-Artikolu 49.

7.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv u jista' jneħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 33(5) jew l-Artikolu 36(5) rispettivament.

Artikolu 29

Teħid ta’ deċiżjonijiet

1.   ▐ Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, skont il-prinċipju li kull membru jkollu vot . ▐

Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 7 u 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont il-Kapitolu VI u b'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu 11(3), għal deċiżjonijiet meħuda mis-superviżur li jikkonsolida, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha titqies bħala adottata, jekk approvata b'maġġoranza sempliċi, sakemm ma tiġix rifjutata mill-membri li jirrappreżentaw minoranza li timblokka tal-voti kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.

Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha f'konformità mal-Artikolu 11(3), id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha tiġi adottata b'maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri skont il-prinċipju ta’ membru wieħed vot wieħed.

2.   Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

3.   Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

4.   Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inkluż, fejn ikun adatt, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fl-atti leġiżlattiva msemmija fl-Artikolu 1(2).

Taqsima 2

BORD MANIĠERJALI

Artikolu 30

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President u sitt membri oħra tal-Bord tas-Superviżuri, eletti minn u minn fost il-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri .

Kull membru ħlief il-President għandu jkollu membru supplenti, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord Maniġerjali jekk dik il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dan jista' jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u tirrifletti l-Unjoni Ewropea kollha. Il-mandati għandhom ikunu sovrapposti u għandu jiġi applikat arranġament adatt ta’ rotazzjoni.

2.   Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati abbażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

3.   Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa' mill-inqas qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kemm-il darba jqis li hemm bżonn . Huwa għandu jiltaqa' mill-inqas ħames darbiet f'sena f'sessjoni ▐.

4.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. Bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-membri mingħajr vot ma għandhom jattendu l-ebda diskussjoni mal-Bord Maniġerjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

Artikolu 31

Indipendenza

Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi , mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni Ewropea, u lanqas kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat ma għandu jfittex li jinfluwenza l-membri tal-Bord Maniġerjali.

Artikolu 32

Kompiti

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali.

3.   Il-Bord Maniġerjali għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 49 u 50.

4.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 54(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolamenti dwar il-Persunal”).

5.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 58.

6.   Il-Bord Maniġerjali ▐ għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità , inklużi d-doveri tal-President, abbażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) lill-Bord tas-Superviżuri biex jiġi approvat u sottomess lill-Parlament Ewropew ▐.

7.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

8.   Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 44(3) u 44(5).

Taqsima 3

PRESIDENT

Artikolu 33

Ħatra u kompiti

1.   L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonist indipendenti b'impjieg sħiħ.

Il-President għandu jkun responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali.

2.   Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla , organizzata u ġestita mill-Kummissjoni .

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista qasira ta’ tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jwettaq seduti ta’ smigħ ta’ dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b'dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll membru supplenti minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak is-sostitut ma għandux ikun membru tal-Bord Maniġerjali.

3.   Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.   Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Fid-dawl tal-valutazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew.

5.   Il-President jista' jitneħħa mill-kariga biss mill-Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-President ma jistax jimpedixxi lill-Bord tas-Superviżuri milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b'mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu u ma għandux ikun involut f'deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni.

Artikolu 34

Indipendenza

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni Ewropea , minn xi gvern ta’ Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra ma għandhomx jipprovaw jinfluwenzaw lill-President fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-President għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 35

Rapport

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President jew lill-membru supplenti tiegħu jew tagħha, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-indipendenza tiegħu jew tagħha biex jagħmel dikjarazzjoni . Il-Presdient għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet imressqa minn membri tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan .

2.   ▐ Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2a.     Flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7a sa 7e, 8, 9, 10, 11a u 18, ir-Rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni relevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

Taqsima 4

DIRETTUR EŻEKUTTIV

Artikolu 36

Ħatra

1.   L-Awtorità għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla u wara l-konferma tal-Parlament Ewropew .

3.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.   Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jwettaq evalwazzjoni.

F'dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b'mod partikolari:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Fid-dawl ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Artikolu 37

Indipendenza

1.    Mingħajr preġudizzju għar-rwoli rispettivi tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Awtorità.

2.     L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra m'għandhomx jipprovaw jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fit-twettiq ta’ dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 38

Kompiti

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri neċessarji, b'mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).

5.   Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).

6.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 49 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 50.

7.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport annwali b'taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.

KAPITOLU IV

SISTEMA EWROPEA TA' SUPERVIŻURI FINANZJARI ▐

Taqsima 2

KUMITAT KONĠUNT TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ

Artikolu 40

Stabbiliment

1.    L-Awtorità (Kumitat Konġunt) Superviżorja Ewropea hija bil-preżenti stabbilita .

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-ASE l-oħrajn, b'mod partikolari dwar :

il-konglomerati finanzjarji;

il-kontabilità u l-verifika;

l-analiżijiet mikroprudenzjali ta’ żviluppi, riskji u vulnerabilitajiet transsettorjali għall-istabbiltà finanzjarja;

il-prodotti ta’ investiment għall-konsumatur individwali;

il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; kif ukoll

skambju ta’ informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej .

3.    Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu persunal iddedikat pprovdut mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropew li għandu jaġixxi bħala segretarjat. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-ispejjeż amministrattivi, infrastutturali u operattivi.

Artikolu 40a

Superviżjoni

Fil-każ li istituzzjoni finanzjarja tkun involuta f'setturi differenti, il-Kumitat Konġunt għandu jsolvi n-nuqqasijiet ta’ qbil skont l-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 41

Kompożizzjoni

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul ▐ mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewrope j, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord tal-Kumitat Konġunt ▐ kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi.

3.   Il-President tal-Kumitat Konġunt ▐ għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. Il-President tal-Kumitat Konġunt maħtur fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu wkoll jinħatar Viċi President tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

4.   Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jiltaqa' għallinqas darba kull xahrejn.

Artikolu 42

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Bankarja Ewropea u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq kif xieraq.

Atti skont l-Artikoli 7, 9, 10, jew 11 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe atti leġiżlattivi oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa' wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiġu adottati mill-Awtorità, l-Awtorità Bankarja Ewropea, u mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, kif xieraq, b'mod parallel.

Artikolu 43

Sottokumitati

1.    Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt ▐.

2.    Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3.    Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun membru wkoll tal-Kumitat Konġunt ▐.

4.    Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi aktar Sottokumitati.

Taqsima 3

BORD TAL-APPELL

Artikolu 44

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej .

2.   Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b'passat ippruvat ta’ għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża dik superviżorja, fuq livell għoli biżżejjed fil-qasam tas-swieq bankarji, tal-assikurazzjoni u dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Għadd sinifikanti ta’ membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikollhom kompetenza legali suffiċjenti sabiex jipprovdu konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal- eżerċizzju tas-setgħat mill-Awtorità.

Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Fejn id-deċiżjoni soġġetta għall-appell tkun taqa' taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, din il-maġġoranza ta’ erba' membri għandha tinkludi tal-inqas wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Awtorità.

Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

3.   Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS].

4.   Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista' jiġi estiż darba.

5.   Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuri.

6.   ▐ L-Awtorità Bankarja Ewropea , l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 45

Indipendenza u imparzjalità

1.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b'ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha.

2.   Membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jieħdu sehem f'ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom xi interess personali fiha, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

3.   Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru sieħeb ma għandux jieħu sehem f'xi proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b'dan.

4.   Kwalunkwe parti fil-proċeduri tal-appell tista' toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b'favoreġġamenti.

Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċeduri tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.

5.   Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.

Għall-għanijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mill-membri supplenti tiegħu, sakemm il-membru supplenti nnifsu ma jsibx ruħu f'sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jaħtar membru supplenti minn fost l-membri supplenti disponibbli.

6.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.

Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.

KAPITOLU V

RIMEDJI

Artikolu 46

Appelli

1.   Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet kompetenti , tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti leġiżlattivi kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2.   L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.

3.   Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett suspensiv.

Madankollu, il-Bord tal-Appell jista', jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

4.   Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden ▐ lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali.

5.   Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-korp kompetenti tal-Awtorità jew ▐ jirreferi l-każ lill-korp kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat.

6.   Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.

7.   Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u magħmulin pubbliċi mill-Awtorità.

Artikolu 47

Azzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Azzjoni tista' titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 tat-TFUE , biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f'każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

1a.     L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kull persuna fiżika jew legali, jistgħu jressqu appell direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Awtorità, bi qbil mal-Artikolu 263 tat-TFUE.

2.   Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 tat-TFUE .

3.   L-Awtorità għandha tkun meħtieġa li tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 48

Baġit tal-Awtorità

1.   Id-dħul tal-Awtorità , li hi korp Ewropew skont l-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn kwalunkwe taħlita ta’ dawn li ġejjin :

(a)

kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-sorveljanza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li għandhom isiru skont formola bbażata fuq l-aġġustament tal-voti stipulat fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE ;

(b)

sussidju mill- Unjoni Ewropea , li jiddaħħal fil-baġit ġenerali ▐ (it-Taqsima tal-Kummissjoni); l-iffinanzjar tal-Awtorità mill-Unjoni hu suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif previst fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba ;

(c)

kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea .

2.   In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għallinqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali, spejjeż relatati mat-taħriġ professjonali u spejjeż operazzjonali.

3.   Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.

4.   L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.

Artikolu 49

Stabbiliment tal-baġit

1.   Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz tal-baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri , flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv, u approvat mill-Bord Maniġerjali , jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-estimi, inkluż pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord tas-Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjali .

2.   Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“awtorità baġitarja”), flimkien mal-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE .

4.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Awtorità.

5.   Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri . Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat skont dan.

6.   Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinnifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunwke proġett li jkollu x'jaqsam ma’ proprjetà bħall-kiri jew xiri ta’ bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Jekk xi fergħa jew oħra tal-awtorità baġitarja jkollha l-ħsieb li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni bħal din. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Awtorità tista' tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.

6a.     Għall-ewwel sena ta’ operazzjoni tal-Awtorità, li tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-bagit għandu jkun approvat mill-Membri tal-Kumitati tal-Livell 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni biex wara jintbagħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiġi approvat.

Artikolu 50

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.

2.   Sal-1 ta’ Marzu wara li tintemm kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet provviżorji, akkompanjati mir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju matul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

Imbagħad, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (48), (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”).

3.   Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv, huwa u jaġixxi fil-kapaċità tiegħu, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità u jibgħathom, għal opinjoni, lill-Bord Maniġerjali.

4.   Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, sal-1 ta’ Lulju wara li tintemm is-sena finanzjarja, lill-Membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

6.   Il-kontijiet finanzjarji għandhom jiġu ppubblikati.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru. Huwa għandu jibgħat wkoll kopja ta’ din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja msemmija.

9.   Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit (inklużi l-kosti u d-dħul kolla tal-Awtorità) għas-sena finanzjarja N.

Artikolu 51

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawk ir-regoli ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (49) sakemm il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 52

Miżuri kontra l-frodi

1.   Bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi, l-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

2.   L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (50) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flus.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 53

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

Artikolu 54

Persunal

1.   Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż id-Direttur Eżekuttiv tagħha u l-President tagħha .

2.   Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

3.   Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ persunal ieħor.

4.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità.

Artikolu 55

Responsabbiltà tal-Awtorità

1.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din.

2.   Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

Artikolu 56

Obbligu tas-Segretezza Professjonali

1.   Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

Bi qbil mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 54, il-Persunal għandu, wara li jkun ħalla s-servizz, ikompli jkun marbut bid-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertu ħatriet jew benefiċċji.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat ma għandu jfittex li jinfluwenza l-membri tal-Awtorità.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f'forma mqassra jew miġbura, b'tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

Barra minn hekk, l-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali milli jagħmlu użu mill-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u b'mod partikolari għal proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni ▐ oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

L-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikata fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (51).

Artikolu 57

Protezzjoni tad-data

Dan ir-regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.

Artikolu 58

Aċċess għad-dokumenti

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

2.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar- Regolament (KE) Nru 1049/2001 sal-31 ta’ Mejju 2011.

3.   Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif xieraq, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE rispettivament.

Artikolu 59

Arranġamenti lingwistiċi

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (52) għandhom japplikaw għall-Awtorità.

2.   Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.

3.   Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 60

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.

Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Awtorità, inkluż skola multilingwi b'orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 61

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1.    Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom, huma jkunu adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 1(2).

1a.     L-Awtorità tista' tippermetti l-parteċipazzjoni ma’ pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni li tkun ġiet rikonoxxuta bħala ekwivalenti fil-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1 (2), kif previst fil-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu 216 tat-TFUE.

2.    Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 62

Azzjonijiet preparatorji

-1.

Matul il-perjodu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u qabel it-twaqqif tal-Awtorità, is-CEIOPS għandu jaħdem f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni biex jipprepara għas-sostituzzjoni tas-CEIOPS mill-Awtorità.

1.

Ladarba l-Awtorità tkun ġiet stabbilita, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment amministrattiv u l-operat amministrattiv inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità ikollha l-kapaċità operazzjonali .

Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu jew tagħha wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri f'konformità mal-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista' tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv. Dan il-perjodu għandu jkun limitat sal-waqt meta l-Awtorità jkollha l-kapaċità operazzjonali li timplimenta l-baġit tagħha stess.

2.

Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti bi krediti pprovduti fil-baġit tal-Awtorità, ladarba jiġu approvati mill-Bord Maniġerjali u jista' jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

3.

Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali.

3a.

L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tas-CEIOPS. L-assi u l-passivi kollha eliġibbli u l-operazzjonijiet kollha pendenti tas-CEIOPS jista' jiġu trasferiti lill-Awtorità. Awditur indipendenti għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi is-sitwazzjoni tal-attivi u l-passiv tas-CEIOPS fil-punt tal-għeluq. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mill-membri tas-CEIOPS u mill-Kummissjoni qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment ta’ attivi jew passivi.

Artikolu 63

Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-Persunal

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 54, il-kuntratti ta’ impjieg u l-ftehimiet ta’ issekondar kollha konklużi mis-CEIOPS jew is-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu onorati sad-data tal-iskadenza tagħhom. Ma jistgħux jiġu estiżi.

2.   Il-membri kollha tal-persunal imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal tas-CEIOPS jew tas-Segretarjat tiegħu , imsemmi fil-paragrafu 1, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. Il-proċedura tal-għażla interna għandha tqis għal kollox il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwu qabel ir-reklutaġġ.

3.   Jiddependi fuq it-tip u l-livell ta’ funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji applikabbli għal tul ta’ żmien li għallinqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa' taħt il-kuntratt preċedenti.

4.   Il-liġi nazzjonali rilevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma’ strumenti rilevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għal membri tal-persunal b'kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji skont il-paragrafu 2.

Artikolu 63a

Dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istat Membru għandu jagħmel tali dispożizzjoni kif adatt biex jiżgura l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 64

Emendi

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Parlament Nru 716/2009/KE ▐ hija bil-preżenti emendata billi s-CEIOPS qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 65

Tħassir

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE, li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, qed bil-preżenti titħassar b'effett mill-1 ta’ Jannar 2011 .

Artikolu 66

Klawżola ta’ reviżjoni

-1.

Sa … (53),il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa għat-tisħiħ tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet i jista' jkollhom il-potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 12b u t-twaqqif ta’ qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżijiet finanzjarji, inklużi arranġamenti ta’ finanzjarjament.

1.

Sa … (54). u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa biex tiżgura l-istabbiliment ta’ qafas ta’ riżoluzzjoni kredibbli, inklużi s-sistemi ta’ kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom riskji sistemiċi u tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

(a)

il-konverġenza fil-prattiki superviżorji milħuqa mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c)

il-progress miksub lejn il-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-kriżijiet, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni, inklużi mekkaniżmi Ewropej ta’ finanzjament;

(d)

jekk, partikolarment fid-dawl tal-progress miksub rigward il-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (c), ir-rwol tal-Awtorità fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jippreżentaw riskju sistemiku potenzjali għandux jiġi msaħħaħ u jekk għandhiex teżerċita setgħat superviżorji akbar fuq dawk l-istituzzjonijiet;

(e)

l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ Salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 23.

1a.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a)

ikunx xieraq li l-Awtoritajiet jiġi spostati għal sede waħda biex titjieb il-koordinazzjoni bejniethom;

(b)

ikunx xieraq li titkompla s-superviżjoni separata tal-attivitajiet bankarji, ta’ assigurazzjoni, pensjonijiet tax-xogħol, titoli u s-swieq finanzjarji;

(c)

ikunx xieraq li s-superviżjoni prudenzjali u l-kondotta tan-negozju issirilhomx sorveljanza separata jew mill-istess superviżur;

(d)

huwiex xieraq li tiġi ssimplifikata u msaħħa l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;

(e)

l-evoluzzjoni tas-SESF hijiex konsistenti ma’ dik tal-evoluzzjoni globali;

(f)

hemmx biżżejjed diversità u eċċellenza fi ħdan is-SESF;

(g)

ir-responsabilità u t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni humiex xierqa.

(h)

Is-sede tal-Awtorità hix xierqa;

(i)

it-twaqqif ta’ Fond għall-Istabbiltà tal-Assigurazzjoni fil-Livell tal-UE hux l-aħjar difiża kontra d-distorsjoni kompetittiva u l-aktar mod effiċjenti biex jiġi trattat in-nuqqas ta’ istituzzjoni transkonfinali.

2.

Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 67

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011 , bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 62 u 63(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ. L-Awtorità għandha tkun stabbilita fid-data tal-applikazzjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Għall-Kunsill

Il-President

Il-President


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 57(2) (A7-0170/2010).

(2)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

(3)  Opinjoni tat-22 ta’ Jannar 2010 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU C,, p..

(5)  ĠU C 13, 20.1.2010, p. 1.

(6)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ….

(7)   ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.

(8)   ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.

(9)   ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.

(10)   ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.

(11)   ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.

(12)   Testi adottati, P6_TA(2009)0251.

(13)   Testi adottati, P6_TA(2009)0279.

(14)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 23.

(15)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 28.

(16)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 18.

(17)  Innota li d-Direttivi 64/225/KEE, 73/239/KEE, 73/240/KEE, 76/580/KEE, 78/473/KEE, 84/641/KEE, 87/344/KEE, 88/357/KEE, 92/49/KEE, 98/78/KE, 2001/17/KE, 2002/83/KE u 2005/68/KE huma parti mir-riformulazzjoni tas-Solvenza II (Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (riformulazzjoni) (COM(2008) 0119 – C6-0231/2007 – 2007/0143(COD)), jiġifieri ser jiġu rrevokati b'effett mill-1 ta’ Novembru 2012.

(18)  ĠU 56, 4.4.1964, p. 878.

(19)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

(20)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20.

(21)  ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13.

(22)  ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25.

(23)  ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21.

(24)  ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77.

(25)  ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.

(26)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

(27)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1.

(28)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28.

(29)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

(30)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(31)  ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(32)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(33)   ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.

(34)   ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(35)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(36)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

(37)   ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(38)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(39)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(40)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(41)  OJ L 136, 31.5.1999, p. 1.

(42)  OJ L 136, 31.5.1999, p. 15.

(43)  ĠU L 56, 4.3.1968, p.1

(44)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(45)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(46)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(47)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 8.

(48)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(49)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(50)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(51)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(52)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.

(53)   Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(54)   Tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/446


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni ***I

P7_TA(2010)0274

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni (COM(2009)0362 – C7-0096/2009 – 2009/0099(COD))

2011/C 351 E/40

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0362),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0096/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 53 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Novembru 2009 (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0205/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 291, 1.12.2009, p.1.

(2)  Għad mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
P7_TC1-COD(2009)0099

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) Nru. …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/76/UE)


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/447


L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar r-Riskju Sistemiku *

P7_TA(2010)0275

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (05551/2010 – C7-0014/2010 – 2009/0141(CNS))

2011/C 351 E/41

(Proċedura leġiżlattiva speċjali - Konsultazzjoni)

Din il-proposta giet emendata fis-7 ta’ Lulju 2010 kif ġej (1):

TEST PROPOST MILL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

Ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien talab regolarment li jissaħħu l-kundizzjonijiet ta’ parità awtentika għall-parteċipanti kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li kien ġibed l-attenzjoni dwar nuqqasijiet sinifikanti fis-sorveljanza mill-Unjoni ta’ swieq finanzjarji dejjem aktar integrati (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 rigward il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (2), tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar ir-regoli tas-sorveljanza prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (3), tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) - White Paper (4), tat-23 ta’ Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata (5), tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza (6), tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvenza II) (7), u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (8)).

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 8 a

(8a)

Il-miżuri għall-ġbir ta’ informazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-BERS u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-qafas legali tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-qasam tal-istatistika . Dan ir-Regolament għandu għalhekk ikun mingħajr preġudizzju għar-Regolament KE Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u għar-Regolament tal-Kunsill KE Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew.

(8a)

Il-BĊE għandu jiġi fdat bil-kompitu li jipprovdi appoġġ statistiku għall-BERS. Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni kif stipulat f'dan ir-Regolament u kif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-BERS għandhom għalhekk jibbenefikaw skont l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (9). Għaldaqstant, l-informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mill-BĊE jew mis-SEBĊ għandha tiġi maqsuma mal-BERS.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Il-President tas-SEBĊ għandu jkun il-President tal-BĊE. Il-mandat tiegħu jew tagħha għandu jkun l-istess bħall-mandat tiegħu jew tagħha bħala President tal-BĊE.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 b (ġdid)

 

1b.     L-ewwel Viċi President għandu jkun elett mill-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għall-istess perjodu bħal dak tal-mandat tiegħu fil-Kunsill Ġenerali, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-Istati Membri, u ta’ dawk li qegħdin fiż-żona tal-euro u barra minnha. Huwa jista' jerġa' jiġi elett.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 c (ġdid)

 

1c.     It-tieni Viċi President għandu jkun il-President tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (il-Kumitat Konġunt) stabbilit bl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ESMA], tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE] (il-“Kumitat Konġunt”).

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 d (ġdid)

 

1d.     Qabel jidħol fil-kariga, il-President u l-ewwel Viċi President għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew, waqt seduta ta’ smigħ pubblika, kif beħsiebhom jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament. It-tieni Viċi President għandu jinstema' mill-Parlament Ewropew fir-rwol tiegħu bħala President tal-Kumitat Konġunt.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 e (ġdid)

 

1e.     Il-President għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 f (ġdid)

 

1f.     Il-Viċi Presidenti, f'ordni ta’ preċedenza, għandhom jippresiedu l-Bord Ġenerali u l-Kumitat ta’ Tmexxija meta l-President ma jkunx jista' jipparteċipa f'xi laqgħa.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 g (ġdid)

 

1g.     Jekk il-Viċi Presidenti ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiethom, għandhom jiġu eletti Viċi Presidenti ġodda skont il-paragrafi 1b u 1c.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 h (ġdid)

 

1h.     Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 i (ġdid)

 

1i.     Il-President għandu jkun mistieden għal smigħ annwali fil-Parlament Ewropew fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-BERS, li għandu jseħħ f'kuntest differenti mid-djalogu monetarju bejn il-Parlament Ewropew u l-President tal-BĊE.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – parti introduttorja

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiżgura Segretarjat, u b'hekk jipprovdi sostenn analitiku, statistiku, loġistiku u amministrattiv għall-BERS. Il-missjoni tas-Segretarjat kif definita fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament XXXX, għandha tinkludi b'mod partikolari:

Il-BĊE għandu jiżgura Segretarjat, u b'hekk jipprovdi sostenn analitiku, statistiku, loġistiku u amministrattiv għall-BERS. Dan għandu jieħu pariri tekniċi wkoll mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, mill-banek ċentrali nazzjonali u mis-superviżuri nazzjonali. Huwa għandu jkun responsabbli wkoll mill-kwistjonijiet tal-persunal. Il-kompiti tas-Segretarjat imsemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS], għandha tinkludi b'mod partikolari:

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e

(e)

l-appoġġ għall-ħidma tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Kumitat Tekniku Konsultattiv.

(e)

l-appoġġ għall-ħidma tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e a (ġdid)

 

(ea)

il-forniment ta’ informazzjoni lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej meta jkun meħtieġ.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

1.   Il-BĊE għandu jiżgura biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għat-twettiq tal-kompitu tiegħu li jiżgura s-Segretarjat .

1.   Il-BĊE għandu jiżgura biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għat-twettiq tal-kompiti tas-Segretarjat. Il-BĊE għandu jiżgura li s-Segretarjat ikollu persunal ta’ kwalità għolja li jirrifletti b'mod wiesa' l-ambitu estiż tal-BERS u l-kompożizzjoni tal-Bord Ġenerali. Il-BĊE għandu jiżgura finanzjament ekwu tas-Segretarjat mir-riżorsi tiegħu stess .

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

2.   Il-Kap tas-Segretarjat għandu jinħatar mill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-Bord Ġenerali tal-BERS.

2.   Il-Kap tas-Segretarjat għandu jinħatar mill-BĊE, fuq proposta tal-Bord Ġenerali tal-BERS.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Il-membri kollha tas-Segretarjat għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx informazzjoni suġġetta għas-segretezza professjonali, ukoll wara t-tmiem tal-qadi ta’ dmirijiethom, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS] biex jiġi żgurat l-għan stipulat fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

2.   Il-Kap tas-Segretarjat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun preżenti għal-laqgħat tal-Bord Ġenerali, tal-Kumitat ta’ Tmexxija u tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv tal-BERS.

2.   Il-Kap tas-Segretarjat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun preżenti għal-laqgħat tal-Bord Ġenerali, tal-Kumitat ta’ Tmexxija u tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-BERS.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Is-Segretarjat jista' jitlob informazzjoni, f'forma individwali, fil-qosor jew kollettiva, relatata mal-istituzzjonijiet jew mas-swieq finanzjarji rilevanti għall-kompiti tal-BERS mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u, fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …./2010 [BERS], mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, mill-banek ċentrali nazzjonali jew mill-awtoritajiet l-oħrajn tal-Istati Membri jew, fuq il-bażi ta’ talba motivata, direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b.     L-informazzjoni skont il-paragrafu 2 tista' tinkludi data relatata maż-Żona Ekonomika Ewropea, mal-Unjoni jew maż-żona tal-euro, jew data nazzjonali aggregata jew individwali. Id-data nazzjonali għandha tinġabar biss wara li ssir talba motivata. Qabel ma ssir talba għad-data, is-Segretarjat għandu qabelxejn iqis l-istatistika eżistenti prodotta, imxerrda u żviluppata kemm mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u kemm mis-SEBĊ u mbagħad jikkonsulta mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, sabiex jiżgura li t-talba tkun proporzjonata.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Il-Kunsill għandu jeżamina dan ir-Regolament tliet snin wara d-data stabbilita fl-Artikolu 8, abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni u għandu jiddetermina jekk ikunx meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rivedut wara li jkun irċieva opinjoni mill-BĊE u mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej .

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sa … (10), jeżaminaw dan ir-Regolament abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni u għandhom jiddeterminaw jekk ikunx meħtieġ li l-objettivi u l-organizzazzjoni tal-BERS jiġu riveduti wara li jkunu rċevew opinjoni mill-BĊE.

Ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, jekk:

(a)

ikunx xieraq li tiġi ssimplifikata u msaħħa l-istruttura tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) biex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro kif ukoll bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej;

(b)

ikunx xieraq li jiżdiedu s-setgħat regolatorji tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej;

(c)

l-evoluzzjoni tas-SESF tkunx konsistenti ma’ dik tal-iżviluppi globali f'dan il-qasam;

(d)

hemmx biżżejjed diversità u eċċellenza fis-SESF;

(e)

ir-responsabilità u t-trasparenza fir-rigward tar-rekwiżiti pubbliċi humiex adegwati.


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 57(2) (A7-0167/2010).

(2)   ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.

(3)   ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.

(4)   ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. xx.

(5)   ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.

(6)   ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.

(7)   Testi adottati, P6_TA(2009)0251.

(8)   Testi adottati, P6_TA(2009)0279.

(9)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(10)   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/453


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-USA dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***

P7_TA(2010)0279

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (11222/1/2010/REV 1 u COR 1 – C7-0158/2010 – 2010/0178(NLE))

2011/C 351 E/42

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11222/1/2010/REV 1 u COR 1),

wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, li hu mehmuż mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill hawn fuq imsemmija,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta’ pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-22 ta’ Ġunju 2010 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni espressa mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja fil-25 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikolu 87(2), punt (a) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0158/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0224/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, li tirrikjedi li d-data personali tkun taħt il-kontroll ta’ “awtoritajiet indipendenti”, biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun bl-għażla ta’ tliet kandidati mil-liema jagħżlu għar-rwol tal-persuna indipendenti tal-UE msemmija fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim; jirrimarka li l-proċedura għandha tkun l-istess, mutatis mutandis, bħal dik segwita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif previst fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3) li jimplimenta l-Artikolu 286 tat-Trattat KE;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika; jagħti ukoll istruzzjonijiet lill-President biex jidħol fi djalogu interparlamentari mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti u mal-President pro tempore tas-Senat tal-Istati Uniti dwar il-ftehim ta’ qafas futur dwar il-protezzjoni tad-data bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0143.

(2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/454


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna *

P7_TA(2010)0280

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (08029/2010 – C7-0090/2010 – 2010/0816(NLE))

2011/C 351 E/43

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (08029/2010),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli fil-plenarja lill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Lulju 2010, dwar l-organizzazzjoni bażika tal-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar ir-responsabbiltà politika,

wara li kkunsidra l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C7-0090/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0228/2010),

1.

Japprova kif emendata l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà;

2.

Huwa determinat li jsaħħaħ il-koooperazzjoni tiegħu mal-Parlamenti nazzjoanli tal-Istati Membri kif jesiġi t-Trattat, fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-unjoni, u speċjalment rigward il-PESK u l-PSDK;

3.

Huwa tal-fehma li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju għandhom, flimkien ma’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill, jispeċifikaw aktar ir-rwol tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda l-poteri ta’ sottodelegazzjoni tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet biex jimplimentaw approprjazzjonijiet operazzjonali, b'mod partikolari billi jkun żgurat ukoll fir-Regolament Finanzjarju li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tiggarantixxi li s-sottodelgazzjoni tal-poteri ma taffettwax il-proċedura ta’ kwittanza;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fid-dokument komprensiv ta’ ħidma tagħha dwar l-infiq relatat mal-azzjoni esterna tal-UE, li għandu jitfassal flimkien mal-Abbozz ta’ baġit tal-UE, dettalji li, inter alia, jolqtu l-pjanijiet ta’ stabbiliment tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-infiq għall-azzjoni esterna għal kull pajjiż u kull missjoni;jinnota li biħsiebu jimmmodifika r-Regolament Finanzjarju skont dan;

5.

Itenni li, fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ qbil dwar istruzzjonijiet mill-Kummissjoni lil Kpaijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE li, skont l-Artikolu 221(2) tat-TFUE, jitqiegħdu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, u fil-każ li ma jkunx hemm qbil bejn ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarji responsabbli għall-programmazzjoni tal-istrumenti rilevanti tal-assistenza esterna, ikun kompitu tal-Kulleġġ tal-Kummissarji li jieħdu d-deċiżjoni finali.

6.

Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli biex tiżgura li d-dispożizzjonjiet stipulati fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, skont liema tal-anqas 60 % tal-persunal kollu tas-SEAE fil-livell AD għandhom ikunu uffiċjali permanenti, ikunu riflessi fil-gradi kollha tal-ġerarkija tas-SEAE;

7.

Huwa tal-fehma li miżuri addizzjonali speċifiċi maħsuba fl-Artikolu 6(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-bilanċ ġeografiku u tal-ġeneru għandhom jinkludu, f'dak li jirrigwarda l-bilanċ ġeografiku, miżuri analogi għal dawk li dwarhom jiddisponi r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 401/2004 (1);

8.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

9.

Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà;

10.

Jagħti istruzzjonjiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2004 tat-23 ta’ Frar 2004 li jdaħħal, fl-okkażjoni ta’ l-adeżjoni ta’ Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, miżuri speċjali tempoanji għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 1).


Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
P7_TC1-NLE(2010)0816

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-8 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 27(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Kummissjoni (1),

Billi:

(1)

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni hu li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”), korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, stabbilit bl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), kif emendat bit-Trattat ta’ Lisbona. Din id-Deċiżjoni u b'mod partikolari r-referenza għat-terminu “Rappreżentant Għoli” ser jiġu interpretati skont il-funzjonijiet differenti tagħha skont l-Artikolu 18 tat-TUE.

(2)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tat-TUE, l-Unjoni ser tiżgura l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn il-linji politiċi u l-linji politiċi l-oħra tagħha. Il-Kunsill u l-Kummissjoni, assistiti mir-Rappreżentant Għoli, ser jiżguraw dik il-konsistenza u għandhom jikkoperaw għal dak il-għan.

(3)

Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli , li hija wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni u l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, fit-twettiq tal-mandat tagħha biex tmexxi l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (“PESK”) tal-Unjoni Ewropea u biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE kif deskritt, b'mod partikolari, fl-Artikoli 18 u 27 TUE . Is-SEAE ser jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta’ President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Is-SEAE ser jappoġġa wkoll ir-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, għar-responsabbiltajiet tagħha fil-Kummissjoni għal-responsabbiltajiet inkombenti għal din tal-aħħar fir-relazzjonijiet esterni u fil-koordinazzjoni ta’ aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

(4)

Fil-kontribut tiegħu għall-programmi ta’ kooperazzjoni esterna tal-UE, is-SEAE għandu jfittex li jiżgura li dawn il-programmi jwieġbu għall-objettivi għall-azzjoni esterna stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE, b'mod partikolari l-paragrafu tiegħu (2)(d) u li jirrispettaw l-objettivi tal-politika tal-UE għall-iżvilupp f'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F'dan il-kuntest, is-SEAE għandu wkoll jippromwovi t-twettiq tal-objettivi tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

(5)

Mit-Trattat ta’ Lisbona jirriżulta li, sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tiegħu, is-SEAE jeħtieġ li jkun operattiv kemm jista' jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak it-Trattat.

(6)

Il-Parlament Ewropew ser ikollu rwol sħiħ fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż il-funzjonijiet tiegħu ta’ kontroll politiku kif previst fl-Artikolu 14(1) tat-TUE, kif ukoll fi kwistjonijiet leġislattivi u baġitarji kif stipulati fit-Trattati. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE, ir-Rappreżentant Għoli ser jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK u ser jiżgura li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Is-SEAE ser jassisti lir-Rappreżentant Għoli f'dan ir-rigward. Għandhom isiru arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikata fil-qasam tal-PESK. Sal-adozzjoni ta’ tali arranġamenti, ser japplikaw dispożizzjonijiet eżistenti skont il-Ftehim Internazzjonali tal-2002 dwar dokumenti u informazzjoni klassifikata fil-qasam tal-PESD.

(7)

Ir-Rappreżentant Għoli, jew ir-rappreżentant tagħha, għandha teżerċita fir-rigward tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà u l-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża, ir-responsabbiltajiet previsti fl-atti fundaturi rispettivi tagħhom. Is-SEAE għandu jipprovdi dawn l-entitajiet bl-appoġġ attwalment ipprovdut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(8)

Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati mal-persunal tas-SEAE u r-reklutaġġ tagħhom fejn tali dispożizzjonijiet huma meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE. B'mod parallel, għandhom isiru l-emendi meħtieġa, f'konformità mal-Artikolu 336 tat-TFUE, għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra ta’ dawk il-Komunitajiet (“CEOS”) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 298 tat-TFUE . Għal kwistjonijiet relatati mal-persunal tiegħu, is-SEAE għandu jiġi ttrattat bħala istituzzjoni fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal.▐ Ir-Rappreżentant Għoli ser tkun l-Awtorità li Taħtar, fir-rigward kemm ta’ uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal ▐ u ta’ aġenti soġġetti għas- CEOS . In-numru ta’ uffiċjali u aġenti oħra għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u ser ikun rifless fil-pjan ta’ stabbiliment.

(9)

Il-membri tal-persunal tas-SEAE ser iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni.

(10)

Ir-reklutaġġ ser ikun ibbażat fuq il-mertu filwaqt li jiżgura bilanċ ġeografiku adegwat u bilanċ bejn is-sessi adegwat. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha. Ir-reviżjoni prevista fl-2013 għandha wkoll tkopri din il-kwistjoni, inkluż, kif adatt, suġġerimenti għal miżuri speċifiċi addizzjonali biex jiġu kkoreġuti żbilanċi possibbli.

(11)

F'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, is-SEAE ser ikun magħmul minn uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal li ġej mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Għal-dik il-fini, id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni ser jiġu ttresferiti lis-SEAE, flimkien mal-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f'tali dipartimenti jew funzjonijiet. Qabel l-1 ta’ Lulju 2013, is-SEAE ser jirrekluta esklussivament uffiċjali li joriġinaw mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll persunal li ġej mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Wara dik id-data, kull uffiċjal u aġent ieħor tal-Unjoni Ewropea għandu jkun jista' japplika għall-postijiet battala fis-SEAE.

(12)

Is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal esperti nazzjonali sekondati (SNEs), li r-Rappreżentant Għoli għandha awtorità fuqhom. L-Esperti Nazzjonali Sekondati li għandhom kariga fis-SEAE mhux ser jingħaddu fit-terz li l-persunal mill-Istati Membri għandu jirrappreżenta meta s-SEAE jilħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu. It-trasferiment tagħhom matul il-fażi tal-istabbiliment tas-SEAE mhux ser ikun awtomatiku u ser isir bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-oriġini. Sa meta jiskadi l-kuntratt ta’ SNE ttrasferit lis-SEAE skont l-Artikolu 7, il-funzjoni ser tiġi kkonvertita f'kariga ta’ aġent temporanju fil-każijiet fejn il-funzjoni mwettqa mill-SNE tikkorrispondi għal funzjoni normalment imwettqa minn persunal fil-livell AD, dment li l-kariga meħtieġa tkun disponibbli skont il-pjan ta’ stabbiliment.

(13)

Il-Kummissjoni u s-SEAE ser jaqblu dwar il-modalitajiet għall-ħruġ ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni lid-delegazzjonijiet. Dawn għandhom jipprevedu partikolarment li meta l-Kummissjoni toħroġ struzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, hija ser tipprovdi simultanjament kopja ta’ dawn lill-Kap tad-Delegazzjoni u lill-amministarzzjoni ċentrali tas-SEAE.

(14)

Ir- Regolament Finanzjarju għandu jiġi emendat sabiex jinkludi lis-SEAE fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju, b'taqsima speċifika fil-baġit tal-Unjoni. F'konformità mar-regoli applikabbli, u bħalma huwa l-każ għal istituzzjonijiet oħra, parti mir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri ser tiġi ddedikata wkoll lis-SEAE u s-SEAE ser iwieġeb għal tali rapporti. Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx kif previst fl-Artikolu 319 tat- TFUE u fl-Artikoli 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli ser tipprovdi lill-Parlament Ewropew bl-appoġġ kollu meħtieġ biex jikkompleta d-dritt tal-Parlament Ewropew bħala awtorità ta’ rilaxx. L-implimentazzjoni tal-baġit operattiv ser tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 317 tat-TFUE. Id-deċiżjonijiet li għandhom impatt finanzjarju ser jirrispettaw b'mod partikolari r-responsabbiltajiet imniżżlin fit-Titolu IV tar-Regolament Finanzjarju, speċjalment l-Artikolu 75 tiegħu dwar l-operazzjonijiet tal-infiq u l-Artikoli 64 sa 68 dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.

(15)

L-istabbiliment tas-SEAE għandu jkun iggwidat mill-prinċipju tal- effiċjenza meta mqabbla mal-ispejjeż li jimmira lejn in-newtralità baġitarja. Għal dan l-għan, ser ikollhom jintużaw arranġamenti transizzjonali u l-bini gradwali tal-kapaċità. Għandhom jiġu evitati d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-kompiti, il-funzjonijiet u r-riżorsi ma’ strutturi oħra. Għandhom jintużaw l-opportunitajiet kollha għar-razzjonalizzazzjoni. Barra minn hekk, ser ikun meħtieġ numru ta’ postijiet addizzjonali għal aġenti temporanji tal-Istati Membri li jkollhom jiġu ffinanzjati fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

(16)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jkopru l-attivitajiet tas-SEAE u l-persunal tiegħu fir-rigward tas-sigurtà, il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u t-trasparenza.

(17)

Huwa mfakkar li l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni japplika għas-SEAE, l-uffiċjali tiegħu u aġenti oħrajn, li għandhom ikunu soġġetti jew għar-Regolamenti tal-Persunal jew għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għas-CEOS .

(18)

L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jkomplu jużaw qafas istituzzjonali uniku. Għalhekk huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-relazzjonijiet esterni tat-tnejn li huma, u li jkun possibbli għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jirrappreżentaw lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijiet internazzjonali.

(19)

Ir-Rappreżentant Għoli għandha, sa nofs l-2013, tagħmel rieżami tal-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, akkumpanjat, jekk meħtieġ, mill-proposti għal reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni . Tali reviżjoni għandha tiġi adottata mhux aktar tard mill- bidu tal-2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Natura u Ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”).

2.   Is-SEAE, li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu fi Brussell, għandu jkun korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni Ewropea, separat mill-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, bil-kapaċità legali meħtieġa li jwettaq il-kompiti tiegħu u jilħaq l-objettivi tiegħu.

3.   Is-SEAE għandu jitqiegħed taħt l-awtorità tar-Rappreżentan Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“Rappreżentant Għoli”).

4.   Is-SEAE għandu jkun magħmul minn amministrazzjoni ċentrali u mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Kompiti

1.   Is-SEAE għandu jappoġġa r-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tal-mandati tagħha kif deskritt, b'mod partikolari, fl-Artikoli 18 u 27 TUE:

fit-twettiq tal-mandat tagħha li tmexxi l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (“PESK”) tal-Unjoni Ewropea , inkluża l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (“PSDK”), li tikkontribwixxi bil-proposti tagħha għall-iżvilupp ta’ dik il-politika, li għandha twettaq kif ingħatat mandat mill-Kunsill u li tiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

fil-kapaċità tagħha ta’ President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

fil-kapaċità tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni għat-twettiq tar-responsabbiltajiet inkombenti fil-Kummissjoni fir-relazzjonijiet esterni tagħha u għall-koordinazzjoni ta’ aspetti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompiti normali tas-servizzi tal-Kummissjoni.

2.   Is-SEAE għandu jassisti lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni, u lill-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni .

Artikolu 3

Koperazzjoni

1.   Is-SEAE għandu jappoġġa lis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri kif ukoll lis- Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lis-servizzi tal-Kummissjoni ▐, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn il-politiki u l-politiki l-oħra tagħha.

2.   Is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-materji kollha li jirrigwardaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom ħlief dwar materji koperti mill-PSDK. Is-SEAE għandu jieħu sehem fil-ħidma u l-proċeduri ta’ tħejjija rigward l-atti li jitħejjew mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-TUE, u mal-Artikolu 205 tat-TFUE.

3.   Is-SEAE jista' jidħol f'arranġamenti fil-livell ta’ servizz ma’ servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jew uffiċċji jew korpi interistituzzjonali oħra tal-Unjoni Ewropea.

4.   Is-SEAE għandu jestendi l-appoġġ u l-kooperazzjoni kif meħtieġ lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni , b'mod partikolari lill-Parlament Ewropew. Is-SEAE jista' jibbenifika wkoll mill-appoġġ u l-kooperazzjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet u korpi, inklużi l-aġenziji kif adatt. L-awditur intern tas-SEAE ser jikkoopera mal-awditur intern tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-politika tal-verifika, b'referenza partikolari għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-infiq operattiv. Barra minn hekk, is-SEAE għandu jikkoopera mal-Uffiċċju għall-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999. Dan għandu b'mod partikolari jadotta rapidament id-deċiżjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament skont it-termini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni. Kif ipprovdut f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri, f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, u l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ biex jippermettu lill-aġenti OLAF iwettqu l-kompitu tagħhom .

Artikolu 4

Amminstrazzjoni Ċentrali

1.   Is-SEAE għandu jiġi ġestit minn Segretarju Ġenerali eżekuttiv li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-SEAE, inkluża l-ġestjoni amministrattiva u baġitarja tiegħu. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiżgura l-koordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti kollha fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ▐.

2.   Is-Segretarju Ġenerali eżekuttiv għandu jiġi assistit minn żewġ Viċi Segretarji Ġenerali.

3.   L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE għandha tiġi organizzata fid-direttorati ġenerali. Dawn jinkludu b'mod partikolari :

numru ta’ direttorati ġenerali li jinkludu uffiċċji ġeografiċi li jkopru l-pajjiżi u r-reġjuni kollha tad-dinja, kif ukoll uffiċċji multilaterali u tematiċi. Dawn id-dipartimenti għandhom jikkoordinaw kif meħtieġ ma’ servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

direttorat ġenerali għal kwistjonijiet amministrattivi, ta’ persunal, baġitarji, ta’ sigurtà u tas-sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li jaħdem fil-qafas tas-SEAE ġestit mis-Segretarju Ġenerali eżekuttiv. Ir-Rappreżentant Għoli għandha taħtar, f'konformità mar-regoli normali tar-reklutaġġ, Direttur Ġenerali għall-baġit u l-amministrazzjoni li għandu jaħdem taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. Huwa għandu jkun responsabbli għar-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni baġitarja amministrattiva u interna tas-SEAE. Huwa għandu jsegwi l-istess linji baġitarji u regoli amministrattivi kif applikabbli fil-parti tat-Taqsima III tal-baġit tal-UE li taqa' taħt l-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali ;

il-ġestjoni tal-kriżijiet u d-direttorat tal-ippjanar, il-kapaċità tal-ippjanar u l-kondotta ċivili, il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni tal-Unjoni Ewropea, imqegħdin taħt l-awtorità u r-responsabbiltà diretta tar-Rappreżentant Għoli għandhom jassistuha fil-kompitu tat-twettiq tal-PESK tal-Unjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, filwaqt li jirrispettaw, f'konformità mal-Artikolu 40 tat-TUE, il-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni.

L-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-istrutturi, kif ukoll il-partikularitajiet tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reklutaġġ u l-istatus tal-persunal għandhom jiġu rispettati.

Għandha tkun żgurata koordinazzjoni sħiħa bejn l-istrutturi kollha tas-SEAE.

L-amministrazzjoni ċentrali għandha tinkludi wkoll:

dipartiment għall-ippjanar ta’ politika strateġika;

dipartiment legali taħt l-awtorità amministrattiva ▐ tas-Segretarju Ġenerali eżekuttiv li għandu jaħdem mill-qrib mas-Servizzi Legali tal-Kunsill u l-Kummissjoni;

dipartimenti għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, l-informazzjoni u d-diplomazija pubblika, il-verifika u l-ispezzjonijiet interni, u l-protezzjoni tad-data personali.

4.   Ir-Rappreżentant Għoli għandha tinnomina ▐ l-presidenti tal-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, inkluż il-president tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, konformement mal-modalitajiet stabbiliti fl-Anness II tad-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (2009/908/UE) (3) .

5.   Ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jiġu appoġġati fejn meħtieġ mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni. Għal dan l-għan jistgħu jitfasslu arranġamenti fil-livell ta’ servizz mis-SEAE, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet tal-Unjoni

1.   Id-deċiżjoni biex tinfetaħ jew tingħalaq delegazzjoni għandha tiġi adottata mir-Rappreżentant Għoli ▐, bi qbil mal-Kunsill u mal-Kummissjoni.

2.   Kull delegazzjoni tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt l-awtorità ta’ Kap tad-Delegazzjoni.

Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu awtorità fuq il-membri kollha tal-persunal fid-delegazzjoni, hu x'inhu l-istatus tagħhom, u fuq l-attivitajiet kollha tad-delegazzjoni. Huwa għandu jagħti rendikont lir-Rappreżentant Għoli għall-ġestjoni ġenerali tal-ħidma tad-delegazzjoni u biex tkun żgurata l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet kollha tal-Unjoni.

Il-persunal fid-delegazzjonijiet għandu jinkludi l-persunal tas-SEAE u, meta dan ikun adatt għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u l-politiki tal-Unjoni barra dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-SEAE, il-persunal tal-Kummissjoni.

3.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirċievi l-istruzzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE, u għandu jkun responsabbli għat-twettiq tagħhom.

F'oqsma fejn il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni tista' wkoll , konformement mal-Artikolu 221(2) tat-TFUE, tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet, li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni.

4.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jimplimenta krediti operattivi fir-rigward tal-proġetti tal-UE fil-pajjiż terz korrispondenti, fejn issottodelegat mill-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

5.   L-operat ta’ kull delegazzjoni għandu jkun perjodikament evalwat mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE; l-evalwazzjoni għandha tinkludi verifiki finanzjarji u amministrattivi. Għal din il-fini s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jista' jitlob biex jiġi assistit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti. Barra mill-miżuri interni mis-SEAE, l-OLAF għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, b'mod partikolari billi jwettaq miżuri kontra l-frodi, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

6.   Ir-Rappreżentant Għoli għandha tidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-pajjiż ospitanti, l-organizzazzjoni internazzjonali jew il-pajjiż terz ikkonċernat. B'mod partikolari, ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-Istati ospitanti jagħtu lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, lill-persunal u l-proprjetà tagħhom, il-privileġġi u l-immunitajiet ekwivalenti għal dawk imsemmijin fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna tat-18 ta’ April 1961 dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi.

7.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jaqdu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE, b'mod partikolari ▐ l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti ▐ tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom huma akkreditati d-delegazzjonijiet .

8.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-UE fil-pajjiż fejn id-delegazzjoni hi akkreditata , b'mod partikolari għall-konklużjoni ta’ kuntratti u billi jkun parti għall-proċedimenti legali.

9.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib u jikkondividu informazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri.▐

10.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom, jaġixxu f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 35 tat-TUE u fuq talba mill-Istati Membri, jappoġġaw lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom u fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.

Artikolu 6

Persunal

1.     Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, ħlief il-paragrafu 2, għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra ta’ dawk il-Komunitajiet (“CEOS”), inklużi l-emendi li saru għal dawk ir-regoli, f'konformità mal-Artikolu 336 tat-TFUE, sabiex jġu adattati għall-ħtiġijiet tas-SEAE.

2 .   Is-SEAE għandu jinkludi ▐ uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, inklużi membri tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri maħturin bħala aġenti temporanji (4).

Ir-Regolamenti tal-Persunal u s-CEOS għandhom japplikaw għal dan il-persunal .

3 .   Jekk meħtieġ, is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal numru limitat ta’ esperti nazzjonali sekondati speċjalizzati (SNEs).

Ir-Rappreżentant Għoli għandha tadotta r-regoli, ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta’ Diċembru 2007  (5) , li skontha l-SNEs jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SEAE sabiex jipprovdu ħiliet speċjalizzati.

4 .   Il-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom iwettqu dmirijiethom u jimxu biss mal-interessi tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(1), it-tielet inċiż, 2(2) u 5(3), huma m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda Gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mis-SEAE jew kwalunkwe korp jew persuna oħra ħlief ir-Rappreżentant Għoli. F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tas-SEAE jista' ma jaċċettax kwalunkwe ħlas ta’ kwalunkwe tip minn kwalunkwe sors barra mis-SEAE.

5.   Is-setgħat mogħtija lill-awtorità li taħtar mir-Regolamenti tal-Persunal u lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti bis-CEOS għandhom jingħataw lir-Rappreżentant Għoli, li tista' tiddelega dawk is-setgħat fis-SEAE.

6.    Ir-reklutaġġ fis-SEAE għandu jkun ibbażati fuq il-mertu, filwaqt li jiżgura bilanċ ġeografiku u bilanċ bejn is-sessi adegwat. Il-persunal tas-SEAE għandu jinkludi preżenza sinifikanti ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha. Ir-reviżjoni li għandha ssir fl-2013 għandha wkoll tkopri din il-kwistjoni, bl-inklużjoni, fejn ikunu xierqa, ta’ suġġerimenti għal miżuri addizzjonali speċifiċi biex jikkoreġu żbilanċi possibbli.

7 .    L-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġenti temporanji li ġejjin mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi, u għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eliġibbiltà li jassumu l-pożizzjonijiet kollha taħt kondizzjonijiet ekwivalenti. M'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn aġenti temporanji li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali u uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għoti tad-dmirijiet biex jitwettqu fl-oqsma kollha tal-attivitajiet u l-politiki implimentati mis-SEAE. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-Unjoni fl-infurzar tar-responsabbiltajiet finanzjarji li jirriżultaw minn kwalunkwe responsabbiltà skont l-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju tal-aġenti temporanji tas-SEAE li ġejjin minn servizzi diplomatiċi nazzjonali.

8 .   Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi l-proċeduri tal-għażla għall-persunal tas-SEAE, li għandhom jitwettqu permezz ta’ proċedura trasparenti bbażata fuq il-mertu bl-għan li jinkisbu s-servizzi tal-persunal bl-ogħla standard ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità filwaqt li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku ubilanċ bejn is-sessi xieraq u t preżenza sinifikattiva ta’ ċittadini mill-Istati Membri kollha tal-UE fis-SEAE . Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu involuti fil-proċedura ta’ reklutaġġ għal postijiet battala fis-SEAE. ▐

9.   Meta s-SEAE jkun laħaq il-kapaċità sħiħa tiegħu, il-persunal mill-Istati Membri , kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jirrappreżenta tal-inqas terz mill-persunal tas-SEAE kollu fil-livell AD. Bl-istess mod, l-uffiċjali permanenti tal-UE għandhom jirrappreżentaw tal-inqas 60 % tal-persunal tas-SEAE fil-livell AD, inklużi membri tal-persunal li ġejjin minn servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri, li saru uffiċjali permanenti tal-UE, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal. Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta rapport lill- Parlament Ewropew u lill- Kunsill dwar l-okkupazzjoni ta’ postijiet fis-SEAE.

10.   Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi r-regoli dwar il-mobbiltà sabiex ikun żgurat li l-membri tal-persunal tas-SEAE jkunu soġġetti għal grad għoli ta’ mobbiltà. Għall-persunal imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4 (3), għandhom japplikaw modalitajiet speċifiċi. Fil-prinċipju, il-persunal tas-SEAE kollu għandu perjodikament iservi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tistabbilixxi regoli għal dak l-għan.

11.   F'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi l-uffiċjali tiegħu li saru aġenti temporanji fis-SEAE b'garanzija ta’ reintegrazzjoni immedjata fi tmiem il-perjodu ta’ servizz tagħhom mas-SEAE. Dan il-perijodu ta’ servizz, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50b tas-CEOS, ma għandux ikun aktar minn tmien snin, ħlief jekk jiżdied b'mhux aktar minn sentejn f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fl-interess tas-servizz.

L-uffiċjali tal-UE li jservu fis-SEAE għandu jkollhom id-dritt li japplikaw għal postijiet fl-istituzzjoni tal-oriġini tagħhom taħt l-istess kondizzjonijiet bħal applikanti interni.

12.   Għandhom jittieħdu passi sabiex il-persunal tas-SEAE jiġi pprovdut b'taħriġ komuni adegwat, waqt li jibni b'mod partikolari fuq il-prattiki u l-istrutturi nazzjonali u tal-UE eżistenti. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu miżuri adatti għal dak l-għan fis-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-persunal

1.     Id-dipartimenti u l-funzjonijiet rilevanti fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. L-uffiċjali u l-aġenti temporanji li għandhom post f' dipartimenti jew funzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE. Dan għandu japplika mutatis mutandis għal membri tal-persunal b'kuntratt u dawk lokali assenjati lil dawn id-dipartimenti u l-funzjonijiet. L-SNEs li jaħdmu f'dawk id-dipartimenti jew funzjonijiet għandhom ukoll jiġu ttrasferiti lis-SEAE bil-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-oriġini.

Dawn it-trasferimenti għandom isiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2011.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, mat-trasferiment tagħhom lis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli għandha tassenja kull uffiċjal għal post fil-grupp ta’ funzjoni tiegħu li jikkorrispodi għall-grad tiegħu.

2.     Il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal għal postijiet trasferiti fis-SEAE li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu validi: huma għandhom jitkomplew u jitlestew taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli f'konformità mal-avviżi ta’ post vakanti rilevanti u r-regoli applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal u tas-CEOS.

Artikolu 8

Baġit

1.    Id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti għat-taqsima tas-SEAE tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati f'konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tadotta r-regoli interni għall-ġestjoni tal-linji baġitarji amministrattivi. L-infiq operattiv għandu jibqa' fit-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit.

2.   Is-SEAE għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu f'konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni fil-limiti tal-approprjazzjonijiet allokati lilu.

3.     Meta tfassal l-estimi tal-infiq amministrattiv għas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli ser ikollha konsultazzjonijiet, rispettivament, mal-Kummissarju għall-Politika tal-Iżvilupp u mal-Kummissarju għall-Politika tal-Viċinat dwar ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom.

4.     F'konformità mal-Artikolu 314(1) tat-TFUE, is-SEAE għandu jfassal l-estimi tal-infiq tiegħu għas-sena finanzjarja li jmiss. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz ta’ baġit, li jista' jkun fih estimi differenti. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta’ baġit kif previst fl-Artikolu 314(2) tat-TFUE.

5.    Sabiex tkun żgurata t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni ser tittrasmetti lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-Abbozz ta’ Baġit tal-UE, dokument ta’ ħidma li jippreżenta, b'mod komprensiv, l-infiq kollu relatat mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

6.   Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri dwar ir-rilaxx previsti fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 145 sa 147 tar-Regolament Finanzjarju. F'dan il-kuntest, is-SEAE ser jikkoopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ rilaxx u jipprovdi, kif adatt, l-informazzjoni meħtieġa addizzjonali, inkluż permezz tal-attendenza fil-laqgħat tal-korpi rilevanti.

Artikolu 9

Strumenti u pprogrammar tal-Azzjoni Esterna

1.    Il- ġestjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni esterna tal-UE hija taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni u tas-SEAE fl-ipprogrammar kif stabbilit fil-paragrafi li ġejjin.

2.     Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-UE, billi tiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE b'mod partikolari permezz tal-istrumenti esterni ta’ assistenza:

l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp,

il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,

l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija,

l-Istrument għall-Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi Industrijalizzati,

l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari,

l-Istrument għall-Istabbiltà, rigward l-assistenza prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1717/2006 tal-15 ta’ Novembru 2006.

3.    B'mod partikolari, is-SEAE għandu jikkontribwixxi għall-ipprogrammar u ċ-ċiklu ta’ ġestjoni għall-istrumenti msemmijin, abbażi tal-objettivi tal-politika stabbiliti f'dan ir-rigward. Huwa għandu jkollu r-responsabbiltà għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin dwar il-passi strateġiċi u pluriennali fiċ-ċiklu ta’ programmar:

(i)

allokazzjonijiet tal-pajjiż biex jiġi ddeterminat il-pakkett finanzjarju globali għal kull reġjun (soġġett għall-analiżi dettaljata indikattiva tal-perspettivi finanzjarji). F'kull reġjun, ser jiġi riżervat proporzjon tal-finanzjament għall-programmi reġjonali;

(ii)

dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiż u reġjonali (CPSs/RSPs);

(iii)

programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali (NIPs/RIPs).

F'konformità mal-Artikolu 3, matul iċ-ċiklu sħiħ ta’ programmar, ippjanar u implementazzjoni ta’ dawn l-istrumenti, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3). Il-proposti kollha għal deċiżjoni ser jitħejjew permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni u ser jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

4.   Fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta’ programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta’ Żvilupp u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

▐ Programmi tematiċi , ħlief l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-parti tal-Istrument għall-Istabbiltà msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, għandhom jitħejjew mis-Servizz tal-Kummissjoni adatt taħt il-gwida tal-Kummissarju responsabbli għall-Iżvilupp u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kulleġġ bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u Kummissarji rilevanti oħra.

5.   Fir-rigward tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, kwalunkwe proposta, inklużi dawk għal bidliet fir-regolamenti bażiċi u d-dokumenti ta’ programmar fil-paragrafu 3 hawn fuq, għandha titħejja konġuntament mis-servizzi rilevanti fis-SEAE u fil-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissarju responsabbli għall-Politika ta’ Viċinat u mbagħad għandha tiġi ppreżentata konġuntament mar-Rappreżentant Għoli għal deċiżjoni mill-Kummissjoni.

6.     L-azzjonijiet imwettqin taħt il-baġit tal-PESK, l-Istrument għall-Istabbiltà ħlief il-parti msemmija fis-seba' inċiż tal-paragrafu 2, l-Istrument għall-Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati, id-Diplomazija ta’ Komunikazzjoni u Pubblika kif ukoll il-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet huma taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli/SEAE. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha ta’ Viċi President tal-Kummissjoni  (6) . Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għal din l-implimentazzjoni ser jiġu ko-allokati mas-SEAE.

Artikolu 10

Sigurtà

1.   Ir-Rappreżentant Għoli , wara li tikkonsulta l-Kumitat imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE, għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli ta’ sigurtà għas-SEAE u tieħu l-miżuri adatti kollha sabiex ikun żgurat li s-SEAE jimmaniġġa b'mod effettiv ir-riskji għall-persunal, l-assi fiżiċi u l-informazzjoni tiegħu, u li jwettaq dmiru fir-responsabbiltajiet tal-kura. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-persunal kollu tas-SEAE, u għall-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom.

2.    Sakemm toħroġ id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1:

rigward il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, is-SEAE għandu japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE;

rigward aspetti oħra ta’ sigurtà, is-SEAE għandu japplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE.

3.   Is-SEAE għandu jkollu dipartiment responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà, li għandu jiġi assistit mis-servizzi kompetenti tal-Istati Membri.

4.   Ir-Rappreżentant Għoli għandha tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiġu implimentati regoli ta’ sigurtà fis-SEAE, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nuqqas mill-persunal tas-SEAE li jikkonforma mar-regoli ta’ sigurtà. Għal dik il-fini, is-SEAE għandu jfittex parir mill-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u mis-servizzi rilevanti tal-Istati Membri.

Artikolu 11

Aċċess għad-dokumenti, l-arkivji u l-protezzjoni tad-data

1.   Is-SEAE għandu japplika r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli implimentattivi għas-SEAE.

2.   Is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE għandu jorganizza l-arkivji tas-Servizz. L-arkivji rilevanti tad-dipartimenti trasferiti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiġu trasferiti lis-SEAE.

3.   Is-SEAE għandu jipproteġi lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli implimentattivi għas-SEAE.

Artikolu 12

Proprjetà immobbli

1.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex it-trasferimenti msemmijin fl- Artikolu 7 bis ikunu jistgħu jiġu akkumpanjati mit-trasferimenti tal-bini tal-Kunsill u l-Kummissjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-SEAE.

2.   Il-kondizzjonijiet li taħthom il-proprjetà immobbli ssir disponibbli għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi konġuntament mar-Rappreżentant Għoli u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, kif adatt.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet finali

1.   Ir-Rappreżentant Għoli, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jagħmlu hekk.

2.   Ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tas-SEAE mhux aktar tard mit-tmiem tal-2011. Dan ir-rapport għandu jkopri b'mod partikolari l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3) u (10) u Artikolu 9.

3.    Sa nofs l-2013, ir-Rappreżentant Għoli għandha tagħmel rieżami tal-funzjonament u l-organizzazzjoni tas-SEAE, li ser ikopri fost l-oħrajn l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) u (11). Dan ir-rieżami għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti adatti għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni. F'dan il-każ, il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 27(3) TUE għandu, jirrevedi din id-Deċiżjoni fid-dawl tar-reviżjoni mhux aktar tard mill-bidu tal-2014 ▐.

4.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Id-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-reklutaġġ ▐ għandhom isiru effettivi ladarba jiġu adottati l-emendi meħtieġa għar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Finanzjarju, kif ukoll tal-baġit emendatorju. Għandhom isiru arranġamenti mir-Rappreżentant Għoli, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, u għandhom isiru konsultazzjonijiet mal-Istati Membri biex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel.

5.   L-aktar tard xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta lill-Kummissjoni stima tad-dħul u l-infiq tas-SEAE, inkluż pjan ta’ stabbiliment, sabiex tippreżenta abbozz ta’ baġit emendatorju.

6.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, [data]

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU…

(2)  ĠU…

(3)   ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28.

(4)   L-Artikolu 98(1), it-tieni subparagrafu tar-Regoli tal-Persunal għandu jaqra kif ġej: “Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tqis ukoll l-applikazzjonijiet ta’ uffiċjali minn istituzzjonijiet oħra mingħajr ma tagħti prijorità lill-ebda waħda minn dawn il-kategoriji.”

(5)   ĠU L 327, 13.12.2007, 10.

(6)   Il-Kummissjoni ser tagħmel dikjarazzjoni li tgħid li r-Rappreżentant Għoli ser ikollha l-awtorità meħtieġa f'dan il-qasam, b'rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
ANNESS

DIPARTIMENTI U FUNZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU TRASFERITI GĦAS-SEAE (1)

Li ġejja hija lista tal-entitajiet amministrattivi kollha li għandhom jiġu trasferiti en bloc għas-SEAE. Dan ma jippreġudikax il-ħtiġijiet addizjonali u l-allokazzjoni tar-riżorsi li għandhom jiġu ddeterminati fin-negozjati tal-baġit ġenerali li jistabbilixxi s-SEAE, u lanqas id-deċiżjonijiet dwar il-proviżjoni ta’ persunal adegwat responsabbli għall-funzjonijiet ta’ appoġġ, u l-ħtieġa korrelatata għal akkordi fuq livell ta’ servizz bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni u s-SEAE.

1.   SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-KUNSILL

Il-persunal kollu fid-dipartimenti u l-funzjonijiet elenkati hawn taħt għandhom jiġu trasferiti en bloc għas-SEAE, ħlief għal numru limitat ħafna ta’ persunal biex iwettaq il-kompiti normali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 2(1), it-tieni inċiż, u għal ċerti funzjonijiet speċifiċi li huma indikati hawn taħt:

 

 

Direttorat għall-Maniġġar ta’ Kriżijiet u l-Ippjanar (CMPD)

Il-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC)

Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMS)

Dipartimenti taħt l-awtorità diretta tad-DGEUMS

Direttorat tal-Kunċetti u l-Kapaċità

Direttorat tal-Intelligence

Direttorat tal-Operazzjonijiet

Direttorat tal-Loġistika

Direttorat tas-Sistemi ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni

Iċ-Ċentru ta’ Sitwazzjonijiet tal-UE (SITCEN)

L-eċċezzjoni:

Persunal fis-SITCEN li jappoġġa l-Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà

 

Entitajiet taħt l-awtorità diretta tad-Direttur Ġenerali

Direttorat għall-Ameriki u n-Nazzjonijiet Uniti

Direttorat għall-Balkani tal-Punent, l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali

Direttorat għan-Non-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

Direttorat għall-affarijiet Parlamentari fil-qasam tal-PESK

L-Uffiċju ta’ Kollegament ta’ New York

L-Uffiċju ta’ Kollegament ta’ Ġinevra

 

2.   KUMMISSJONI (INKLUŻI D-DELEGAZZJONIJIET)

Il-persunal kollu fid-dipartimenti u l-funzjonijiet elenkati hawn taħt għandu jiġi trasferit en bloc lis-SEAE, ħlief għal numru limitat ta’ persunal imsemmi hawn taħt bħala eċċezzjonijiet.

 

Il-karigi kollha tal-ġerarkija u l-persunal ta’ appoġġ marbut direttament magħhom

Direttorat A (Pjattaforma ta’ Kriżi u Koordinazzjoni Politika fil-PESK)

Direttorat B (Relazzjonijiet Multilaterali u Drittijiet tal-Bniedem)

Direttorat C (l-Amerika ta’ Fuq, l-Asja tal-Lvant, l-Awstralja, in-New Zealand, iż-ŻEE, l-EFTA, San Marino, l-Andorra, Monako)

Direttorat D (Koordinazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat)

Direttorat E (l-Ewropa Orjentali, il-Kawkasu t'Isfel, ir-Repubbliki tal-Asja Ċentrali)

Direttorat F (il-Lvant Nofsani, in-Nofsinhar tal-Mediterran)

Direttorat G (Amerika Latina)

Directorate H (l-Asja (minbarra l-Ġappun u l-Korea))

Direttorat I (Riżorsi tal-kwartieri ġenerali, informazzjoni, relazzjonijiet interistituzzjonali)

Direttorat K (Servizz Estern)

Directorate L (Strateġija, Koordinazzjoni u Analiżi)

Task Force għas-Sħubija tal-Lvant

Unità Relex-01 (verifika)

Eċċezzjonijiet:

Persunal responsabbli għall-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji

Persunal responsabbli għall-ħlas tal-pagi u l-allowances għall-persunal fid-delegazzjonijiet

 

Il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u l-Viċi Kapijiet tad-Delegazzjonijiet kollha u l-persunal ta’ appoġġ marbut direttament magħhom

It-Taqsimiet tal-Politika jew iċ-ċelluli u l-persunal kollha

It-taqsimiet tal-informazzjoni u d-diplomazija pubblika u l-persunal kollha

It-taqsimiet amministrattivi kollha

Eċċezzjonijiet

Persunal responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji

 

Direttorat D (AKP II – Afrika tal-Punent u Ċentrali, il-Karibew u l-OCT) minbarra t-task force għall-OCT

Direttorat E (Il-Qarn tal-Afrika, il-Lvant u n-Nofsinhar tal-Afrika, l-Oċean Indjan u l-Paċifiku)

Unità CI (AKP I: Programmazzjoni u ġestjoni tal-għajnuna): Persunal responsabbli għall-ipprogrammar

Unità C2 (Kwistjonijiet u Istituzzjonijiet Pan-Afrikani, Governanza u Migrazzjoni): Persunal responsabbli għar-relazzjonijiet Pan-Afrikani

Il-karigi tal-ġerarkija applikabbli u l-persunal ta’ appoġġ marbut direttament magħhom


(1)  Ir-riżorsi umani li għandhom jiġu trasferiti huma kollha ffinanzjati mill-intestatura tan-nefqa 5 (Amministrazzjoni) tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Il-Ħamis 8 ta’ Lulju 2010
ANNESS

DIKJARAZZJONI TAR-RAPPREŻENTANT GĦOLI  (1) DWAR IR-RESPONSABBILTÀ POLITIKA

Fir-relazzjoni tagħha mal-Parlament Ewropew, ir-Rappreżentant Għoli ser tibni fuq il-konsultazzjoni, l-informazzjoni u l-impenji ta’ rappurtar meħuda matul l-aħħar leġislatura mill-Kummissarju preċedenti għar-relazzjonijiet esterni, mir-Rappreżentant Għoli preċedenti għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), kif ukoll mill-Presidenza tal-Kunsill b’rotazzjoni. Fejn meħtieġ, dawn l-impenji ser jiġu aġġustati fid-dawl tar-rwol tal-Parlament ta’ kontroll politiku u d-definizzjoni mill-ġdid tar-rwol tar-Rappreżentant Għoli kif stabbilit mit-Trattati u f’konformità mal-Artikolu 36 TUE.

F’dan ir-rigward:

1.

Rigward il-PESK, ir-Rappreżentant Għoli ser titlob il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi ta’ din il-politika f’konformità mal-Artikolu 36 TUE. Kwalunkwe skambju ta’ fehmiet qabel l-adozzjoni ta’ mandati u strateġija fil-qasam tal-PESK ser isiru fil-format adatt, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi. F’dan il-kuntest, ser tissaħħaħ ukoll il-prattika tal-Laqgħat ta’ Konsultazzjoni Konġunta mal-Uffiċċji tal-AFET (Kumitat għall-Affarijiet Barranin) u tal-COBU (Kumitat dwar il-Baġits). L-informazzjoni mogħtija f’dawn il-laqgħat ser tirrigwarda b’mod partikolari l-missjonijiet tal-PESK iffinanzjati mill-baġit tal-UE, kemm dawk li qed jiġu implimentati kif ukoll dawk li qed jitħejjew. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati aktar Laqgħat ta’ Konsultazzjoni Konġunta, flimkien mal-laqgħat regolari. Il-preżenza tas-SEAE (fil-laqgħat kollha) ser tinkludi, flimkien mal-President permanenti tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, uffiċjali għolja responsabbli għall-politika.

2.

Ir-riżultati tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim Qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar negozjati ta’ ftehimiet internazzjonali ser jiġu applikati mutatis mutandis mir-Rappreżentant Għoli għal ftehimiet li jaqgħu fil-qasam tagħha ta’ responsabbiltà, fejn il-kunsens tal-Parlament hu meħtieġ. Il-Parlament Ewropew ser ikun, f’konformità mal-Artikolu 218 (10) TFUE, infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż għal ftehimiet konklużi fil-qasam tal-PESK.

3.

Ir-Rappreżentant Għoli ser tkompli bil-prattika kemm ta’ djalogu fil-fond dwar il-fażijiet strateġiċi ta’ ppjanar tal-istrumenti finanzjarji (bl-eċċezzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), kif ukoll li tkompli tikkomunika d-dokumenti kollha. L-istess ser japplika għad-dokumenti konsultattivi kollha ppreżentati lill-Istati Membri matul il-fażi preparatorja. Din il-prattika hi mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar l-ambitu u l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE dwar atti delegati.

4.

Is-sistema attwali li tiġi pprovduta informazzjoni kunfidenzjali dwar missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK (permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP) ser tinżamm. Ir-Rappreżentant Għoli tista’ tipprovdi wkoll aċċess għal dokumenti oħra fil-qasam tal-PESK lil MPE oħra li jeħtieġu l-informazzjoni, li, fir-rigward ta’ dokumenti klassifikati, jiġu debitament awtorizzati f’konformità mar-regoli applikabbli, fejn tali aċċess hu meħtieġ għall-eżerċizzju tal-funzjoni istituzzjonali tagħhom fuq talba tal-President tal-AFET, u, jekk meħtieġ, il-President tal-PE. Ir-Rappreżentant Għoli ser, f’dan il-kuntest, teżamina mill-ġdid u fejn meħtieġ tipproponi li jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikati fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża (2002 IIA ESDP). Sakemm isir dan l-aġġustament, ir-Rappreżentant Għoli ser tiddeċiedi dwar miżuri transitorji li hi tqis neċessarji biex MPE debitament indikati u notifikati li jeżerċitaw funzjoni istituzzjonali jingħataw aċċess aktar faċli għall-informazzjoni ta’ hawn fuq.

5.

Ir-Rappreżentant Għoli ser twieġeb pożittivament għal talbiet mill-Parlament Ewropew biex Kapijiet ta’ Delegazzjonijiet maħtura reċentement f’pajjiżi u organizzazzjonijiet li l-Parlament jikkunsidra bħala strateġikament importanti jidhru quddiem l-AFET għal skambju ta’ fehmiet (li huma differenti minn seduti) qabel ma jibdew il-mandat tagħhom. L-istess ser japplika għar-RSUE (Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea). Dawn l-iskambji ta’ fehmiet ser isiru f’format maqbul mar-Rappreżentant Għoli, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi.

6.

F’każijiet fejn ir-Rappreżentant Għoli ma tistax tipparteċipa f’dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, hi tiddeċiedi dwar is-sostituzzjoni tagħha minn Membru ta’ istituzzjoni tal-UE, jiġifieri jew Kummissarju għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prevalentament fil-kompetenza tal-Kummissjoni, jew Membru tal-Kunsill Affarijiet Barranin għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prinċipalment fil-qasam tal-PESK. Fil-każ tal-aħħar, is-sostituzzjoni ser issir jew minn ħdan il-Presidenza b’rotazzjoni jew minn ħdan it-trio tal-Presidenzi, f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bid-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar is-sostituzzjoni.

7.

Ir-Rappreżentant Għoli ser tiffaċilita l-preżenza tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, ir-RSUE, il-Kapijiet ta’ missjonijiet tal-PSDK u uffiċjali għolja tal-SEAE f’kumitati u sottokumitati parlamentari rilevanti sabiex iseħħu laqgħat ta’ informazzjoni regolari.

8.

Fir-rigward ta’ operazzjonijiet militari tal-PSDK, iffinanzjati mill-Istati Membri, l-informazzjoni ser tkompli tiġi pprovduta permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP soġġett għal kwalunkwe reviżjoni tal-IIA, f’konformità mal-punt 4 ta’ hawn fuq.

9.

Il-Parlament Ewropew ser jiġi kkonsultat dwar l-identifikazzjoni u l-ippjanar ta’ Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali u s-segwitu tagħhom - f’konformità mad-drittijiet tal-Parlament ta’ skrutinju baġitarju tal-istrument rilevanti ta’ finanzjament, jiġifieri l-EIDHR. Il-ħatra ta’ Osservaturi Għolja tal-UE ser issir f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni Elettorali, fi żmien debitu qabel il-bidu tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali.

10.

Ir-Rappreżentant Għoli ser ikollha rwol attiv fid-deliberazzjonijiet li jmiss dwar l-aġġornament ta’ arranġamenti eżistenti rigward il-finanzjament tal-PESK li jinsabu fi IIA 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda, abbażi tal-impenn fir-rigward tal-kwistjonijiet li jinsabu fil-punt 1. Il-proċedura baġitarja l-ġdida introdotta mit-Trattat ta’ Lisbona ser tapplika bis-sħiħ għall-baġit tal-PESK. Ir-Rappreżentant Għoli ser ukoll taħdem għal aktar trasparenza dwar il-baġit tal-PESK, inkluż, inter alia, il-possibbiltà li jiġu identifikati missjonijiet ewlenin tal-PSDK fil-baġit (bħall-missjonijiet preżenti fl-Afganistan, il-Kosovo u l-Ġeorġja), filwaqt li jiġu ppreservati l-flessibbiltà fil-baġit kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata kontinwità ta’ azzjoni għall-missjonijiet diġà fis-seħħ.

DIKJARAZZJONI MOGĦTIJA MIR-RAPPREŻENTANT GĦOLI FIL-PLENARJA TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR L-ORGANIZZAZZJONI BAŻIKA TAL-AMMINISTRAZZJONI ĊENTRALI TAS-SEAE

Ir-Rappreżentant Għoli ser tistabbilixxi s-servizzi u l-funzjonijiet meħtieġa fis-SEAE biex jiġu ssodisfati l-objettivi tiegħu u biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE għal azzjoni esterna konsistenti, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni. Meta jkun meħtieġ hija ser tiżgura li jiġu ppreżentati proposti adatti lill-awtorità baġitarja.

Is-servizzi u l-funzjonijiet ser jiġu adatti matul iż-zmien fid-dawl ta’ prijoritajiet ġodda u żviluppi.

Is-SEAE mill-bidu ser tinkludi, fost oħrajn, id-dipartimenti li ġejjin:

Dipartiment li jassisti lir-Rappreżentant Għoli ir-relazzjonijiet istituzzjonali tagħha mal-Parlament Ewropew kif imniżżel fit-Trattati u fid-Dikjarazzjoni dwar il-Kontabbiltà Politika u mal-Parlamenti nazzjonali.

Dipartiment li jassisti lir-Rappreżentant Għoli fil-kompitu tagħha tal-iżgurar tal-konsistenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni. Dan id-Dipartiment ser jipprovdi, fost l-oħrajn, informazzjonu u ser jiżgura segwitu għal-laqgħat regolari tar-Rappreżentant Għoli ma’ membri oħra tal-Kummissjoni. Fil-livell ta’ servizz id-Dipartiment ser jiżgura l-interazzjoni u l-koordinazzjoni meħtieġa mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni dwar l-aspetti esterni tal-linji ta’ politika interni.

Direttur Ġenerali għall-Baġit u l-Amministrazzjoni. Dan ser ikun persuna anzjana fis-SEAE b’esperjenza kbira fil-baġit tal-UE u l-amministrazzjoni.

Ġestjoni tal-kriżi u bini tal-paċi: l-istrutturi tal-PSDK ser ikunu parti mis-SEAE fil-mod kif maqbul mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2009 u kif previst fid-Deċiżjoni tas-SEAE. L-istruttura adatt hija l-integrazzjoni tal-unitajiet rilevanti fil-Kummissjoni li jittrattaw ir-rispons għall-kriżi u l-bini tal-paċi.

Ir-Rappreżentant Għoli ser tiżgura li l-unitajiet rilevanti mill-Kummissjoni trasferiti għas-SEAE li jittrattaw l-ippjanar u l-ipprogrammar tar-rispons għall-kriżi, il-prevenzjoni tal-konflitti u l-bini tal-paċi, u l-istrutturi tal-PSDK, jaħdmu f’kooperazzjoni u sinerġija mill-qrib, kemm taħt ir-responsabbiltà u l-awtorità diretti tagħha fl-istruttura adatta. Dan huwa naturalment mingħajr preġudizzju għan-natura speċifika, notevolment intergovernattiva u Komunitarja, tal-linji ta’ politika.

Taħt l-awtorità diretta u r-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli, ser tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa bejn is-servizzi kollha tas-SEAE, b’mod partikolari bejn l-istrutturi tal-PSDK u s-servizzi rilevanti l-oħra tas-SEAE, filwaqt li jiġu rispettati l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-istrutturi.

Ir-Rappreżentant Għoli ser tiżgura li tiġi stabbilita l-koordinazzjoni meħtieġa bejn ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u d-Dipartimenti rilevanti fis-SEAE.

Ir-Rappreżentant Għoli ser tagħti prijorità għolja lill-promozzjoni tad-Drittijiet Umani u l-governanza tajba madwar il-globu u ser tippromwovi l-integrazzjoni fil-linji ta’ politika esterni, fis-SEAE kollu. Ser ikun hemm struttura tad-drittijiet tal-bniedem u demokratika fil-livell tal-kwartieri ġenerali, kif ukoll punti fokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni rilevanti kollha bl-impenn tal-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta’ realizzazzjoni effettiva tal-miri tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem.


(1)  It-terminu Rappreżentant Għoli f’din id-dikjarazzjoni jkopri l-funzjonijiet kollha tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li huwa wkoll Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet speċifiċi skont il-funzjonijiet speċifiċi li hi teżerċita.