ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.349.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 349

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
30 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 349/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6388 – Ecolab/Nalco Holding Company) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 349/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2011 li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 349/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2011/C 349/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2011 li twaqqaf Pjattaforma Ewropea ta’ bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT

4

2011/C 349/05

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2011 li taħtar il-membri tal-grupp ta’ esperti għal pariri tekniċi dwar l-Iskema tal-Frott fl-Iskejjel

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 349/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 349/07

Sejħa għall-offerti – EACEA/38/11 – Programm ta’ Kooperazzjoni Edukattiva ICI – Kooperazzjoni f’Edukazzjoni Ogħla u Taħriġ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea – Sejħa għall-offerti 2011 għal Proġetti Konġunti dwar il-Mobbiltà (JMP) u Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji (JDP)

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 349/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6442 – Virgin Money/Northern Rock) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6388 – Ecolab/Nalco Holding Company)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 349/01

Fit-8 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6388. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Novembru 2011

li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

2011/C 349/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-impjegati sar vakanti minħabba r-riżenja tas-Sinjura Leslie MANASSEH.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura bħala membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:

RENJU UNIT

Is-Sur Iain MURRAY

TUC (UK)

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Novembru 2011

2011/C 349/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3336

JPY

Yen Ġappuniż

103,82

DKK

Krona Daniża

7,4377

GBP

Lira Sterlina

0,85365

SEK

Krona Żvediża

9,2195

CHF

Frank Żvizzeru

1,2282

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8495

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,548

HUF

Forint Ungeriż

309,08

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6980

PLN

Zloty Pollakk

4,5270

RON

Leu Rumen

4,3518

TRY

Lira Turka

2,4692

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3332

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3717

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3929

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7519

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7306

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 523,71

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1472

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4778

HRK

Kuna Kroata

7,5010

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 211,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,2255

PHP

Peso Filippin

58,174

RUB

Rouble Russu

41,8100

THB

Baht Tajlandiż

41,715

BRL

Real Brażiljan

2,4621

MXN

Peso Messikan

18,6147

INR

Rupi Indjan

69,4210


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Novembru 2011

li twaqqaf Pjattaforma Ewropea ta’ bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT

2011/C 349/04

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-istrateġija tal-Ewropa 2020, kif stipulata fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata Ewropa 2020: “Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (1), tistabbilixxi viżjoni tal-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew għas-seklu 21 li jgawdi l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà diġitali kollha. Din tenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livelli għolja ta’ produttività tax-xogħol, ekonomija b’karbonju baxx u koeżjoni soċjali.

(2)

Waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020, stipulata fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ta' Aġenda Diġitali għall-Ewropa  (2), tagħti rwol minn ta' quddiem lit-titjib tal-issettjar tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) biex tiżgura l-interoperabbiltà bejn l-applikazzjonijiet, is-servizzi u l-prodotti ICT bil-ħsieb li tonqos il-frammentazzjoni tas-suq ewlieni diġitali filwaqt li jinġiebu 'l quddiem l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni.

(3)

Inizjattiva ewlenija oħra tal-Istrateġija Ewropa 2020, stabbilita fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ta' “Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni – Nagħrfu r-Rwol Ċentrali tal-Kompetittività u s-Sostenibbiltà (3), issejjaħ lill-Ewropa biex tiżviluppa sistema ta' standards li tissodisfa l-istennija kemm tal-partijiet ewlenin fis-suq kif ukoll tal-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li tinġieb il quddiem l-influwenza Ewropea lil hinn mis-suq ewlieni fl-ekonomija globalizzata.

(4)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ta' “Viżjoni strateġika għal standards Ewropej: Il-mixja 'l quddiem biex jittejjeb u jitħaffef it-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Ewropea sal-2010 (4), tistqarr li fl-2011, il-Kummissjoni se toħloq u tippresjedi pjattaforma apposta magħmula minn bosta partijiet interessati biex jagħtuha pariri dwar kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-politika ta' standardizzazzjoni tal-ICT, inkluż il-programm ta' ħidma għall-istandardizzazzjoni tal-ICT, l-issettjar tal-prijoritajiet b'appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-istrateġiji politiċi u l-identifikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet żviluppati minn organizzazzjonijiet għall-iżvilupp tal-istandards globali tal-ICT.

(5)

Għalhekk jeħtieġ li titwaqqaf pjattaforma ta’ bosta partijiet interessati fil-qasam tal-istandardizzazzjoni tal-ICT u li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tagħha.

(6)

Il-pjattaforma tal-bosta partijiet interessati għandha tkun magħmula minn rappreżentanti ta' awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA, organizzazzjonijiet ta' partijiet interessati li jirrappreżentaw l-industrija, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, konsumaturi u partijiet oħra interessati tas-soċjetà kif ukoll entitajiet Ewropej u internazzjonali ta' standardizzazzjoni u organizzazzjonijiet oħra li ma jagħmlux qligħ u li huma soċjetajiet professjonali, assoċjazzjonijiet tal-industrija jew tal-kummerċ jew organizzazzjonijiet oħra bi sħubija attivi fl-Ewropa li ġewwa l-qasam ta' kompetenza tagħhom jiżviluppaw standards fis-settur tal-ICT.

(7)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar ir-regoli dwar l-iżvelar tat-tagħrif mill-membri tal-Pjattaforma, u din tkun bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom.

(8)

Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-suġġett

Il-Pjattaforma Ewropea tad-diversi Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT, minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “il-pjattaforma”, hija b’dan stabbilita.

Artikolu 2

Il-kompiti

Il-kompiti tal-pjattaforma għandhom ikunu li:

(a)

Tipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar l-affarijiet kollha marbuta mal-politika ta’ standardizzazzjoni tal-ICT Ewropea u l-implimentazzjoni effettiva tagħha;

(b)

Tipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar il-programm ta' ħidma ta’ standardizzazzjoni tal-ICT u l-prijoritajiet li jirrigwardawh;

(c)

Tidentifika l-ħtiġijiet ta’ standardizzazzjoni tal-ICT potenzjali fil-ġejjieni b’appoġġ tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġiji politiċi u l-kuntratti pubbliċi Ewropej;

(d)

Tipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar mandati eventwali ta’ standardizzazzjoni dwar l-ICT għal entitajiet u attivitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej li jista’ jagħti l-każ li jsiru minn entitajiet oħra b’kooperazzjoni mal-entitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej;

(e)

Tipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar il-progress ta’ standardizzazzjoni tal-ICT u attivitajiet marbuta b’appoġġ tal-leġiżlazzjoni u l-istrateġiji politiċi;

(f)

Tipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-regolament propost dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (5);

(g)

Tipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet ta’ żvilupp ta’ standards u entitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej għal integrazzjoni aħjar tal-ħidma tagħhom fl-istandardizzazzjoni tal-ICT Ewropea u l-iżgurar tad-disponibbiltà tal-istandards tal-ICT li jappoġġjaw l-interoperabbiltà;

(h)

Tiġbor tagħrif dwar il-programmi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-istandards tal-ICT biex tgħin tiżgura l-koordinazzjoni u tiġi evitata d-duplikazzjoni żejda jew il-frammentazzjoni tal-isforzi.

Artikolu 3

Il-Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-pjattaforma dwar kwalunkwe suġġett marbut ma':

(a)

Inizjattivi oħra li jistgħu jittieħdu fil-livell tal-Unjoni biex tindirizza tfixkil għall-interoperabbiltà tal-ICT;

(b)

Inizjattivi Nazzjonali, Ewropej u internazzjonali dwar l-istandardizzazzjoni b’appoġġ tal-interoperabbiltà tal-ICT.

Artikolu 4

Sħubija – Ħatra

1.   Il-pjattaforma għandha tkun magħmula minn mhux aktar minn 67 membru.

2.   Il-membri għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati ta’ standardizzazzjoni tal-ICT maħtura mill-Kummissjoni kif ġej:

(a)

Sa 18-il organizzazzjoni li jirrappreżentaw lill-industrija, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-partijiet interessati tas-soċjetà inġenerali,

(b)

Sa 14-il entità Ewropea u internazzjonali ta’ standardizzazzjoni u organizzazzjonijiet oħra li ma jagħmlux profitt li huma assoċjazzjonijiet ta’ soċjetajiet professjonali, tal-industrija jew kummerċ jew organizzazzjonijiet oħra bi sħubija attivi fl-Ewropa li fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tagħhom jiżviluppaw standards fis-settur tal-ICT.

3.   Il-membri msemmija fi 2(a) u (b) għandhom jinħatru mid-Diretturi Ġenerali tad-DĠ Intrapriża u Industrija u d-DĠ tas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja f’isem il-Kummissjoni minn organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati rilevanti bil-ħsieb li tinkiseb rappreżentanza bilanċjata b’konsiderazzjoni tal-ħidmiet u l-kompetenza meħtieġa.

4.   L-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet maħtura mill-Kummissjoni għandhom jaħtru r-rappreżentant tagħhom kif ukoll rappreżentant sostitut biex jieħu sehem fl-attivitajiet tal-pjattaforma.

5.   Il-membri tal-pjattaforma jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin. Għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded.

6.   Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-pjattaforma, li jirriżenjaw jew li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 339 tat-Trattat, jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom.

7.   L-ismijiet tal-membri msemmija fl-artikoli 2(a) u (b) għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u entitajiet oħrajn simili (“ir-Reġistru”).

8.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi proċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

L-Operazzjonijiet

1.   Il-presidenza tal-pjattaforma għandha tkun f’idejn is-servizzi tad-DĠ tal-Intrapriża u l-Industrija u d-DĠ tas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja.

2.   Bi qbil mar-rappreżentant tal-Kummissjoni, il-pjattaforma tista' tistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-pjattaforma. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-pjattaforma fuq bażi ad hoc. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jagħti status ta’ osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif iddefinit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta’ esperti u l-pajjiżi kandidati.

4.   Il-membri tal-pjattaforma u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jkunu mistiedna għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà marbutin mal-ħarsien ta' tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

5.   Il-laqgħat tal-pjattaforma u tas-sottogruppi għandhom jinżammu fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma u s-sottogruppi tagħha.

6.   Il-pjattaforma għandha tadotta kwalunkwe regola ta’ proċedura meħtieġa, inklużi regoli dwar kunflitti ta’ interess, abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi tal-esperti adottati mill-Kummissjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tagħrif rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa mill-pjattaforma, jew billi tinkludih fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa elettronika mir-Reġistru għal websajt ddedikata għal dan.

8.   Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta jista’ jipprovdi pariri xjentifiċi u servizzi li jiffurmaw parti mill-qasam ta’ kompetenza tiegħu.

Artikolu 6

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-pjattaforma ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż ta’ vvjaġġar u sussistenza mġarrba min dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-pjattaforma għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2012.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  COM (2010) 2020 finali, 3.3.2010.

(2)  COM(2010) 245 finali, 19.5.2010.

(3)  COM(2010) 614 finali, 28.10.2010.

(4)  COM(2011) 311 finali, 1.6.2011.

(5)  COM(2011) 315 finali, 1.6.2011.


30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2011

li taħtar il-membri tal-grupp ta’ esperti għal pariri tekniċi dwar l-Iskema tal-Frott fl-Iskejjel

2011/C 349/05

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/986/KE tat-18 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti għal pariri tekniċi dwar l-Iskema tal-Frott fl-Iskejjel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet grupp ta’ esperti indipendenti u ddefinixxiet il-kompiti u l-istruttura tiegħu bid-Deċiżjoni 2009/986/UE.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 4(2)(c) tad-Deċiżjoni 2009/986/UE, ġiet ippubblikata sejħa għall-applikazzjonijiet fuq is-sit tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) Abbażi ta’ dawk l-applikazzjonijiet u filwaqt li jkun osservat ir-rekwiżit tal-ġbir, l-ipproċessar u l-pubblikazzjoni tad-dejta personali rilevanti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data (dejta) personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (dejta) (3), il-Kummissjoni għandha taħtar membri tal-grupp tal-esperti minn speċjalisti li għandhom esperjenza rilevanti,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-kandidati li ġejjin, permezz ta’ dan qedgħin jinħatru bħala membri permanenti tal-grupp ta’ esperti għal perjodu ta’ tliet snin li jiġġedded u li jibda jgħodd mid-data tal-adozzjoni:

Saida Barnat

Margherita Caroli

Bela Franchini

Victoria Anna Kovacs

Athena Linos

Charles Fergus Lowe

Mario Mazzocchi

Bent Egberg Mikkelsen

Loes Neven

Martine Padilla

2.   Il-kandidati li ġejjin, permezz ta’ dan qedgħin jinħatru bħala membri supplenti tal-grupp ta’ esperti għal perjodu ta’ tliet snin li jiġġedded u li jibda jgħodd mid-data tal-adozzjoni:

Alessandra Bordoni

Michele Cecchini

Inken Birte Christoph

Piero Ferrari

Susana González Manzano

Michael Kenneth Heasman

Vaios Karathanos

Chrystalleni Lazarou

Yannis Manios

Timothy (Tim) Marsch

Morten Kromann Nielsen

Andrea Pezzana

Ana Isabel Rito

Aileen Robertson

Inge Tetens

Antonia Trichopoulou

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha u għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2014.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 19.12.2009, p. 99.

(2)  ĠU C 296, 30.10.2010, p. 25.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 349/06

Għajnuna Nru: SA.33768 (11/XA)

Stati Membri: L-Ungerija

Reġjun: Hungary

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: MFB Fagykár 2011. Forgóeszköz Hitelprogram

Bażi legali:

A 2011 májusában bekövetkezett fagykárok enyhítését szolgáló intézkedésekről szóló 1252/2011. (VII.21.) Korm. határozat 2. és 3. pontjai.

A 2011 májusában fagykárt szenvedett mezőgazdasági termelők hitelhez jutási lehetőségéről szóló …/2011. (… …) VM rendelettervezet.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: HUF 1 000 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 90 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-22 ta’ Novembru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2012

Għan tal-għajnuna: Avvenimenti klimatiċi avversi (Art. 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministry of Rural Development

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Indirizz tal-Internet:

 

http://www.kormany.hu/hu/dok?page=2&source=5&type=302#!DocumentBrowse

 

http://www.kormany.hu/download/8/e3/60000/fagykar%20jogszab%20tervezet.zip#!DocumentBrowse

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33818 (11/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Vlaams Gewest

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Investeringen in landbouwbedrijven

Bażi legali: Besluit van de Vlaamse Regering van 24 november 2000 betreffende steun aan de investeringen en aan de installatie in de landbouw, gewijzigd bij de besluiten van de Vlaamse Regering van 19 maart 2004, 14 juli 2004, 3 december 2004, 16 juni 2006, 27 juni 2008 en 23 december 2010.

Maatregel 121 van het plattelandsontwikkelingsprogramma.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 50 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 38 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mid-19 ta’ Novembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Investiment f'azjendi agrikoli (Art. 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vlaamse Overheid

Vlaams Landbouwinvesteringsfonds (VLIF)

Ellips 4e verdieping

Koning Albert II-laan 35, bus 41

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1838

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33819 (11/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Vlaams Gewest

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Vestiging van jonge landbouwers

Bażi legali: Besluit van de Vlaamse Regering van 24 november 2000 betreffende steun aan de investeringen en aan de installatie in de landbouw, gewijzigd bij de besluiten van de Vlaamse Regering van 19 maart 2004, 14 juli 2004, 3 december 2004, 16 juni 2006, 27 juni 2008 en 23 december 2010.

Maatregel 112 van het plattelandsontwikkelingsprogramma.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 7 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 50 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mid-19 ta’ Novembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ (Art. 7 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vlaamse Overheid

Vlaams Landbouwinvesteringsfonds (VLIF)

Ellips 4e verdieping

Koning Albert II-laan 35, bus 41

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1839

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/11


SEJĦA GĦALL-OFFERTI – EACEA/38/11

Programm ta’ Kooperazzjoni Edukattiva ICI

Kooperazzjoni f’Edukazzjoni Ogħla u Taħriġ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

Sejħa għall-offerti 2011 għal Proġetti Konġunti dwar il-Mobbiltà (JMP) u Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji (JDP)

2011/C 349/07

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

L-għan ġenerali huwa li jitjieb il-ftehim reċiproku bejn persuni tal-UE u l-Pajjiżi Msieħba inkluż għarfien usa’ tal-lingwi, kulturi u istituzzjonijiet tagħhom u li jitjiebu l-kwalità ta’ edukazzjoni ogħla u ta’ taħriġ billi tiġi stimulata sħubija bilanċjata bejn edukazzjoni ogħla u istituzzjonijiet ta’ taħriġ fl-UE u fil-Pajjiżi Msieħba.

2.   Applikanti eliġibbli

Is-sejħa segwenti hija miftuħa għal konsorzju ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u/jew istituzzjonijiet ta’ taħriġ post-sekondarju.

Applikanti eleġibbli jridu jkunu minn wieħed mill-Pajjiżi Msieħba u minn wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Jeżistu żewġ tipi ta’ azzjonijiet taħt din is-sejħa, jiġifieri Proġetti Konġunti dwar il-Mobilità u Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji.

Għal Proġetti Konġunti dwar il-Mobilità (JMP) jiġi pprovdut sostenn sabiex il-konsorzji konġunti bejn l-UE-il-Pajjiż Imsieħeb ta’ istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali post-sekondarju, ikunu jistgħu jwettqu studju konġunt u programmi ta’ taħriġ u biex jimplimentaw il-mobilità tal-istudenti u tal-fakultà. L-appoġġ jinkludi finanzjament f’somma f’daqqa għall-amministrazzjoni, għotjiet għall-istudenti u membri tal-istaff akkademiku u amministrattiv. Konsorzju illi japplika għal Proġett Konġunt dwar il-Mobilità ICI-ECP irid jinkludi talanqas 3 istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali post-sekondarju minn 3 Stati Membri differenti tal-UE u talanqas 2 istituzzjonijiet bħal dawn minn Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu ta’ proġetti JMP huwa ta’ 36 xahar. Tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti illi jinkludu apprendistati u postijiet tax-xogħol.

Għal Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji (JDP) jiġi pprovdut sostenn sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta’ lawrji doppji jew konġunti. L-appoġġ jinkludi finanzjament f’somma f’daqqa għal xogħol ta’ żvilupp u amministrazzjoni, għotjiet għall-istudenti u membri tal-istaff akkademiku u amministrattiv. Konsorzju illi japplika għal Proġett Konġunt dwar il-Lawrji ICI-ECP irid jinkludi talanqas 2 istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla minn 2 Stati Membri differenti tal-UE u talanqas 2 istituzzjonijiet minn Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu ta’ proġetti JDP huwa ta’ 48 xahar. Tingħata attenzjoni speċjali għal applikazzjonijiet għal Proġett Konġunt dwar il-Lawrji.

L-attivitajiet huma ppjanati li jibdew f’Ottubru 2012.

4.   Kriterji għall-għoti

A.   L-Importanza tal-proġett għar-relazzjoni bejn l-UE u l-Pajjiżi Msieħba u l-kontribuzzjoni għal kwalità u l-eċċellenza (20 %)

sejra tiġi stabbilita minn:

(a)   Ir-rilevanza tal-proposta għall-għanijiet tas-sejħa u għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pajjiż Imsieħeb.

Ir-rilevanza tal-proposta għall-għanijiet tas-sejħa u, b’mod partikolari, il-valur miżjud distint tal-programm ta’ studju fid-dixxiplina u professjoni proposti, mill-perspettiva tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pajjiż Imsieħeb.

(b)   Kontribuzzjoni tal-proġett għal edukazzjoni ta’ kwalità, eċċellenza u innovazzjoni fil-qasam tagħha.

Il-kontribuzzjoni probabbli tal-proġett għal edukazzjoni ta’ kwalità, eċċellenza u innovazzjoni, inkluż it-titjib fil-metodi ta’ tagħlim u fl-istudju ulterjuri tal-istudenti u f’opportunitajiet professjonali u d-definizzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tal-kwalità akkademiku effiċjenti.

B.   Il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proġett (80 %)

sejra tiġi stabbilita minn:

(a)   Ġestjoni ta’ sħubija u kooperazzjoni fost l-imsieħba

Kemm il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u l-istruttura amministrattiva jirriflettu sbuħija li qed tiffunzjona tajjeb.

Il-konklużjoni mill-imsieħba sa mill-bidu tal-mobilità, ta’ ftehim ta’ sħubija u/jew memorandum ta’ fehim komprensiv.

Il-livell ta’ impenn mill-istituzzjonijiet imsieħba fil-proġett.

(b)   Skema tal-mobilità tal-istudenti

L-integrazzjoni ta’ skema tal-mobilità tal-studenti fost l-istituzzjonijiet imsieħba (jiġifieri d-distribuzzjoni ta’ attivitajiet ta’ mobilità ta’ studenti fost l-imsieħba u l-bilanċ tal-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet imsieħba fl-azzjoni).

Is-sodisfazzjon tar-rekwiżiti f’termini ta’ numri u tipi ta’ attivitajiet ta’ mobilità u l-bilanċ ta’ flussi tal-mobilità proposti.

L-iżvilupp ta’ mekkaniżmi b’saħħithom fl-għażla tal-istudenti bbażati fuq prinċipji ta’ trasparenza, ugwaljanza u mertu applikabbli għall-istituzzjonijiet imsieħba kollha fil-qafas tal-proġett propost.

Id-deskrizzjoni ta’ standards komuni li jkun sar qbil fuqhom mis-sbuħija għall-proċeduri ta’ applikazzjoni konġunta, għażla, ammissjoni u eżami.

(c)   Arranġamenti għat-trasferimenti u rikonoxximent ta’ krediti akkademiċi

Is-sħuħija u ċ-ċarezza tal-arranġamenti għal krediti akkademiċi u għat-trasferiment ta’ krediti, inkluż, jekk applikabbli, kemm sejrin jintużaw il-mekkaniżmi tal-ECTS bħal skali ta’ gradazzjoni u mekkaniżmi oħra għal perjodi ta’ studji kompatibbli mal-ECTS.

L-użu ta’ Suppliment ta’ Diploma (dokument maħruġ b’mod konġunt f’isem is-sħubija lil kull student ta’ suċċess li jipprovdi informazzjoni dwar in-natura, il-livell, il-kuntest, il-kontenut u l-istatus tal-istudji li hu/hi jkunu temmew b’suċċess).

(d)   L-ospitar tal-istudenti u tal-Fakultà, servizzi għall-istudenti, preparazzjoni lingwistika u kulturali

Il-kwalità tar-riżorsi disponibbli għall-ospitar ta’ studenti barranin u membri tal-Fakultà (speċjalment ta’ faċilitajiet ta’ djar, għajnuna għall-viża, permess ta’ residenza u l-assigurazzjoni, għajnuna lingwistika, eċċ.).

Il-kwalità tal-pjan lingwistiku u kulturali offrut lil studenti mobbli.

(e)   Skema ta’ mobilità fil-Fakultà

Il-pjan ta’ mobilità fil-fakultà u l-bilanċ tal-fluss tal-mobilità fil-fakultà fost l-istituzzjonijiet imsieħba. L-attivitajiet ippjanati li għandhom jitwettqu mill-Fakultà u l-persunal li telaq fuq mobilità. Ir-relazzjoni tal-attività mal-proġett u kif din l-attività sejra tiġi reġistrata.

(f)   Pjan ta’ evalwazzjoni

L-iżvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ kontinwu, il-kwalità ta’ pjan ta’ evalwazzjoni u l-involviment tal-istudenti fl-awto-evalwazzjoni tal-proġett.

(g)   Pjan ta’ tixrid

Il-kwalità ta’ attivitajijiet ta’ disseminazzjoni u l-impatt tagħhom f’termini ta’ viżibilità u ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Pajjiż Imsieħeb.

(h)   Pjan ta’ sostenibbiltà

Il-kwalità tal-pjan ta’ sostenibbiltà (fi ħdan u lil hinn mill-perjodu kuntrattwali previst) u l-probabbiltà tal-proġett li jkun sostenibbli f’termini tal-impatt fuq livell istituzzjonali (inkluż ir-rikonoxximent tal-istudji fost l-imsieħba, żvilupp ta’ kooperazzjoni internazzjonali, eċċ.).

5.   Baġit

Il-baġit disponibbli huwa ta’ madwar EUR 2,3 miljun. Finanzjament komparabbli sejjer jiġi pprovdut mill-Pajjiżi Imsieħba bi qbil mar-regoli applikabbli għal kull wieħed minnhom.

L-ammont massimu ta’ finanzjament min-naħa tal-UE se jkun ta’ EUR 350 000 għal proġett JDP fuq erba’ snin ma’ 2 istituzzjonijiet tal-UE jew iżjed u EUR 262 500 għal proġett JMP fuq tliet snin ma’ tliet istituzzjonijiet tal-UE jew iżjed.

6.   Data ta’ skadenza

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi kemm lill-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet ta’ implimentazzjoni fl-Awstralja (Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-Awstralja – DEEWR) u fir-Repubblika tal-Korea (Fondazzjoni Nazzjonali għar-Riċerka tal-Korea – NRF).

L-Applikazzjonijiet f’isem l-istituzzjoni fit-tmexxija tal-UE għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2012. Applikazzjonijiet b’timbri tal-posta wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fuq dan l-indirizz li ġej:

The Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

EU-ICI ECP Call for Proposals 2011

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

BOUR 02/17

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Applikazzjonijiet f’isem istituzzjoni prinċipali tal-UE għandhom jiġu sottomessi fil-formola x-xierqa, mimlija kif suppost, iffirmati mill-persuna awtorizzata sabiex tidħol f’impenji jorbtu legalment f’isem l-organizzazzjoni applikanti u għandhom ikunu datati.

Applikazzjonijiet Awstraljani u dokumenti ta’ appoġġ għandhom jintbagħtu bil-posta reġistrata lil:

The Director International Engagement Section (C50MA10)

International Group

Department of Education, Employment and Workplace Relations

GPO Box 9880

Canberra ACT 2601

AUSTRALIA

Applikazzjonijiet Koreani u dokumenti ta’ appoġġ għandhom jitwasslu personalment, jew permezz ta’ servizz ta’ courier privat lil:

ICI Education Co-operation Programme

Team of European & American Cooperation Programme

Division of International Affairs

National Research Foundation of Korea

25, Heolleungno, Seocho-gu, Seoul

REPUBLIC OF KOREA 137-748

7.   Iżjed informazzjoni

Il-Linji gwida u l-formoli ta’ applikazzjoni huma disponibbli fuq din il-websajt:

http://eacea.ec.europa.eu/bilateral_cooperation/eu_ici_ecp/index_en.php

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu billi tintuża l-formola pprovduta u għandhom jinkludu l-annessi kollha u l-informazzjoni mitluba.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6442 – Virgin Money/Northern Rock)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 349/08

1.

Fis-17 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Virgin Money Holdings (ir-Renju Unit) Limited (ikkontrollata b'mod konġunt minn Virgin Financial Services UK Holding Limited, sussidjarja ta' Virgin Group Holdings Limited, u minn WLR IV VM LLC, entità bi skop speċjali li fl-aħħar mill-aħħar l-investituri sottostanti tagħha huma kkontrollati minn WL Ross Group L.P.), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Northern Rock plc (ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Virgin Money Holdings Limited: attivitajiet bankarji għall-operaturi u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' assigurazzjoni,

għal Northern Rock plc: attivitajiet bankarji għall-operaturi u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' assigurazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6442 – Virgin Money/Northern Rock, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).