ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.347.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 347

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
26 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 347/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 340, 19.11.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 347/02

Kawża C-403/08 u C-429/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-4 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division, High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Ir-Renju Unit) — Football Association Premier League Ltd, NetMed Hellas SA, Multichoice Hellas SA vs QC Leisure, David Richardson, AV Station plc, Malcolm Chamberlain, Michael Madden, SR Leisur Ltd, Philip George Charles Houghton, Derek Owen (C-403/08), Karen Murphy vs Media Protection Services Ltd (C-429/08) (Xandir bis-satellita — Xandir ta’ logħob tal-futbol — Riċezzjoni tax-xandira permezz ta’ kards ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita — Kards ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita legalment imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru u użati fi Stat Membru ieħor — Projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ użu fi Stat Membru — Viżwalizzazzjoni ta’ xandiriet bi ksur tad-drittijiet esklużivi mogħtija — Drittijiet tal-awtur — Dritt ta’ xandir televiżiv — Liċenzji esklużivi għax-xandir fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 56 TFUE — Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Protezzjoni ta’ servizzi b’aċċess kundizzjonali — Apparat illeċitu — Direttiva 98/84/KE — Direttiva 2001/29/KE — Riproduzzjoni ta’ xogħlijiet fil-memorja ta’ dekodifikatur tas-satellita u fuq skrin tat-televiżjoni — Eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni — Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet fil-kafetteriji-ristoranti — Direttiva 93/83/KEE)

2

2011/C 347/03

Kawża C-302/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia — Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Irkupru)

3

2011/C 347/04

Kawża C-493/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE — Moviment liberu tal-kapital — Fondi ta’ pensjoni barranin u nazzjonali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Dividendi — Eżenzjoni — Trattament differenti)

4

2011/C 347/05

Kawża C-381/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija)) — Astrid Preissl KEG vs Landeshauptmann von Wien (Politika industrijali — Iġjene tal-prodotti tal-ikel — Regolament (KE) Nru 852/2004 — Installazzjoni ta’ friskaturi għall-ħasil tal-idejn fil-latrini ta’ stabbiliment li jikkummerċjalizza prodotti tal-ikel)

4

2011/C 347/06

Kawża C-382/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien — (l-Awstrija)) — Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van Ly Sundara, Alexander Svoboda u Stefan Toth vs Landeshauptmann von Wien (Politika industrijali — Iġjene tal-prodotti tal-ikel — Regolament (KE) Nru 852/2004 — Bejgħ self-service ta’ prodotti tal-ħobż u tal-ħelu)

5

2011/C 347/07

Kawża C-421/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Deggendorf vs Markus Stoppelkamp bħala likwidatur tal-patrimonju ta’ Harald Raab (VAT — Sitt Direttiva — Artikolu 21(1)(b) — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni — Servizzi provduti minn fornitur residenti fl-istess pajjiż bħall-konsumatur, iżda li stabbilixxa s-sede tal-attività ekonomika tiegħu f’pajjiż ieħor — Kunċett ta’ persuna taxxabbli stabbilita barra mill-pajjiż)

5

2011/C 347/08

Kawża C-443/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Limoges — Franza) — Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement (Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Importazzjoni, minn persuna residenti fi Stat Membru, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Primjum Ambjentali — Kundizzjonijiet — Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri)

6

2011/C 347/09

Kawża C-506/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht (il-Ġermanja)) — Rico Graf u Rudolf Engel vs Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt (Ftehim bejn, minn naħa, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra, il-Konfederazzjoni Svizzera, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Trattament ugwali — Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom — Kuntratt ta’ kirja agrikola — Struttura agrarja — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti li ssir oppożizzjoni għall-kuntratt jekk il-prodotti miksuba fuq it-territorju nazzjonali minn agrikolturi transkonfinali Svizzeri huma intiżi sabiex jiġu esportati, b’eżenzjoni tad-dazji doganali, lejn l-Isvizzera)

6

2011/C 347/10

Kawża C-364/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (Budapest, ir-Repubblika tal-Ungerija) fil-11 ta’ Lulju 2011 — Mostafa Abed El Karem El Kott et vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal, ENSZ Menekültügyi Főbiztosság

7

2011/C 347/11

Kawża C-409/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Csonka Gábor et vs L-Istat Ungeriż

7

2011/C 347/12

Kawża C-438/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Lagura Vermögensverwaltungs GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

8

2011/C 347/13

Kawża C-439/11 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2011 minn Ziegler SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fis-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-199/08, Ziegler vs Il-Kummissjoni

8

2011/C 347/14

Kawża C-444/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2011 minn Team Relocations NV et kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawżi magħquda T-204/08 u T-212/08, Team Relocations NV et vs Il-Kummissjoni

9

2011/C 347/15

Kawża C-451/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gießen (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Settembru 2011 — Natthaya Dülger vs Wetteraukreis

10

2011/C 347/16

Kawża C-455/11 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2011 minn Solvay SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-186/06, Solvay SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

11

2011/C 347/17

Kawża C-466/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja) fid-9 ta’ Settembru 2011 — Gennaro Currà et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

12

2011/C 347/18

Kawża C-467/11 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2011 minn Audi AG u Volkswagen AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-318/09, Audi AG, Volkswagen AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

12

2011/C 347/19

Kawża C-473/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjżi l-Baxxi

13

2011/C 347/20

Kawża C-477/11 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2011 minn Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-275/09, Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2011/C 347/21

Kawża C-483/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Settembru 2011 — Andrei Emilian Boncea, Filofteia Catrinel Boncea, Adriana Boboc, Cornelia Mihăilescu vs Statul român — Ministerul Finanțelor Publice

14

2011/C 347/22

Kawża C-484/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Settembru 2011 — Mariana Budan vs Statul român — Ministerul Finanțelor Publice — Direcția Generală a Finanțelor Publice Argeș

15

2011/C 347/23

Kawża C-487/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (Ir-Repubblika tal-Latvja) fit-22 ta’ Settembru 2011 — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests

15

2011/C 347/24

Kawża C-489/11 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 minn Mitsubishi Electric Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-12 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-133/07, Mitsubishi Electric Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2011/C 347/25

Kawża C-492/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Mercato San Severino (l-Italja) fis-26 ta’ Settembru 2011 — Ciro Di Donna vs Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)

16

2011/C 347/26

Kawża C-493/11 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 minn United Technologies Corp kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-141/07, United Technologies Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

2011/C 347/27

Kawża C-494/11 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 minn Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis BV, Otis Elevator Company, Otis GmbH & Co. OHG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-141/07, Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis BV, Otis Elevator Company, Otis GmbH & Co. OHG vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2011/C 347/28

Kawża C-498/11 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 minn Toshiba Corp. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-113/07 — Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2011/C 347/29

Kawża C-501/11 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 minn Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV u Schindler Deutschland Holding GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-138/07, Schinder Holding Ltd et vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

19

2011/C 347/30

Kawża C-502/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Settembru 2011 — Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss vs Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

20

2011/C 347/31

Kawża C-503/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp Elevator (CENE) GmbH, li kienet ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, u minn ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2011/C 347/32

Kawża C-504/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp Ascenseurs Luxemburg Sàrl kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

2011/C 347/33

Kawża C-505/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp Elevator AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni

23

2011/C 347/34

Kawża C-506/11 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni

24

2011/C 347/35

Kawża C-512/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö TSN ry vs Terveyspalvelualan Liitto ry u Mehiläinen Oy

25

2011/C 347/36

Kawża C-513/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Ylemmät Toimihenkilöt YTN ry vs Teknologiateollisuus ry u Nokia Siemens Networks Oy

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 347/37

Kawża T-38/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Agroexpansión vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Effett dissważiv — Trattament ugwali — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni)

26

2011/C 347/38

Kawża T-41/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Alliance One International vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Effett dissważiv — Ċirkustanzi attenwanti)

26

2011/C 347/39

Kawża T-139/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni (Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Adozzjoni, mill-Istat Membru, ta’ ċerti miżuri — Talba għal ħlas — Kompetenza tal-Kummissjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali)

27

2011/C 347/40

Kawża T-312/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja mogħtija lil proġett fil-qasam tal-ambjent — LIFE — Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas — Determinazzjoni tal-obbligi tal-benefiċjarju assunti fil-kuntest tal-proġett finanzjarju — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni)

27

2011/C 347/41

Kawża T-449/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Ottubru 2011 — SLV Elektronik vs UASI — Jiménez Muñoz (LINE) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva LINE — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Line — Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

27

2011/C 347/42

Kawża T-561/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Gutknecht vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Spezzjonijiet sanitarji — Prodotti bijoċidali — Inventarju tas-sustanzi attivi fis-suq — Adozzjoni ta’ regolamenti mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/8/KE — Rabta kawżali)

28

2011/C 347/43

Kawża T-393/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2011 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — Nokia (NaViKey) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark Komunitarja verbali NaViKey — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NAVI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

28

2011/C 347/44

Kawża T-439/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Purvis vs Il-Parlament (Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew — Skema ta’ pensjoni addizzjonali — Rifjut li parti mill-benefiċċju ta’ pensjoni addizzjonali volontarja tingħata fil-forma ta’ kapital — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Drittijiet miksuba — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità)

28

2011/C 347/45

Kawża T-53/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Reisenthel vs UASI — Dynamic Promotion (kaxxi li jistgħu jitqiegħdu fuq xulxin u basktijiet) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni — Notifikazzjoni tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni permezz ta’ faks — Appell quddiem il-Bord tal-Appell — Nota li tispjega l-aggravji tal-appell — Terminu għal preżentata — Ammissibbiltà tal-appell — Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Rettifika ta’ deċiżjoni — Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 — Prinċipju ġenerali ta’ dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ deċiżjoni illegali)

29

2011/C 347/46

Kawża T-87/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — Chestnut Medical Technologies vs UASI (PIPELINE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PIPELINE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

29

2011/C 347/47

Kawża T-213/10 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2011 — P vs Il-Parlament (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Tkeċċija — Telf ta’ fiduċja — Motivazzjoni — Żnaturament tal-provi)

29

2011/C 347/48

Kawża T-224/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Association belge des consommateurs test-achats vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq Belġjan tal-enerġija — Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni — Impenji matul l-ewwel fażi ta’ eżami — Deċiżjoni li tirrifjuta r-rinviju parzjali tal-eżami ta’ konċentrazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali — Rikors għal annullament — Assoċjazzjoni ta’ konsumaturi — Interess ġuridiku — Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni fil-fond — Drittijiet proċedurali — Inammissibbiltà)

30

2011/C 347/49

Kawża T-304/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — dm-drogerie markt vs UASI — Semtee (caldea) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva caldea — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

30

2011/C 347/50

Kawża T-277/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Secure Computing vs UASI — Investronica (SECUREOS) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2011/C 347/51

Kawża T-341/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Hess Group vs UASI — Coloma Navarro (COLOMÉ) (Trade mark Komunitarja — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ftehim u r-revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2011/C 347/52

Kawża T-96/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011 — UCAPT vs Il-Kunsill (Rikors ta’ annullament — Politika agrikola komuni — Regoli ta’ appoġġ għal bdiewa — Għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Nuqqas ta’ interess individwali — Inamissibbiltà)

31

2011/C 347/53

Kawża T-128/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2011 — Meridiana u Meridiana fly vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2011/C 347/54

Kawża T-297/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — DBV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina — Drittijiet tad-difiża — Kalkolu tal-valur normali — Proporzjonalità — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

32

2011/C 347/55

Kawża T-149/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — GS vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 1210/2010 — Fakultà għall-Istati Membri li jirrifjutaw ir-rimbors ta’ muniti tal-euro li ma humiex tajbin għaċ-ċirkulazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà)

32

2011/C 347/56

Kawża T-206/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011 — Complex vs UASI — Kajometal (KX) (Trade mark Komunitarja — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2011/C 347/57

Kawża T-346/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 — Gollnisch vs Il-Parlament (Miżuri provviżorji — Tneħħija tal-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

33

2011/C 347/58

Kawża T-347/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 — Gollnisch vs Il-Parlament (Miżuri provviżorji — Ċaħda ta’ talba ta’ ħarsien tal-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

33

2011/C 347/59

Kawża T-379/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ambjent — Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE — Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Ammissibbiltà — Urġenza)

33

2011/C 347/60

Kawża T-381/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Eurofer vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ambjent — Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE — Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Ammissibbiltà — Urġenza)

34

2011/C 347/61

Kawża T-384/11 R: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-28 ta’ Settembru 2011 — Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

34

2011/C 347/62

Kawża T-395/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 — Elti vs Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

34

2011/C 347/63

Kawża T-421/11 R: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2011 — Qualitest FZE vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

35

2011/C 347/64

Kawża T-422/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda ta’ offerta — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Telf ta’ opportunità — Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli — Nuqqas ta’ urġenza)

35

2011/C 347/65

Kawża T-309/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2011 — Klein vs Il-Kummissjoni

35

2011/C 347/66

Kawża T-489/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2011 — Ruse Industry vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 347/67

Kawża T-495/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2011 — Streng vs UASI — Gismondi (PARAMETRICA)

37

2011/C 347/68

Kawża T-498/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

37

2011/C 347/69

Kawża T-503/11: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill

38

2011/C 347/70

Kawża T-508/11: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 — LTTE vs Il-Kunsill

39

2011/C 347/71

Kawża T-512/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

40

2011/C 347/72

Kawża T-516/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2011 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni

40

2011/C 347/73

Kawża T-519/11 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 minn Sandro Gozi mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-116/10, Gozi vs Il-Kummissjoni

41

2011/C 347/74

Kawża T-526/11: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Igcar Chemicals vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

41

2011/C 347/75

Kawża T-538/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

42

2011/C 347/76

Kawża T-540/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2011 — Melkveebedrijf Overenk et vs Il-Kummissjoni

42

2011/C 347/77

Kawża T-234/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Fondazione Opera S. Maria della Carità vs Il-Kummissjoni

44

2011/C 347/78

Kawża T-235/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Codess Sociale et vs Il-Kummissjoni

44

2011/C 347/79

Kawża T-255/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Ciga et vs Il-Kummissjoni

44

2011/C 347/80

Kawża T-266/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Confartigianato Venezia et vs Il-Kummissjoni

44

2011/C 347/81

Kawża T-502/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — Inovis vs UASI — Sonaecom (INOVIS)

44

2011/C 347/82

Kawża T-23/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — El Corte Inglés vs l-UASI — BA&SH (ba&sh)

44

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 347/83

Kawża F-87/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs FRONTEX

45

2011/C 347/84

Kawża F-88/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

45

2011/C 347/85

Kawża F-89/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

45

2011/C 347/86

Kawża F-92/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta Settembru 2011 — ZZ vs KESE

46

2011/C 347/87

Kawża F-93/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

46

2011/C 347/88

Kawża F-95/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs BEI

46

2011/C 347/89

Kawża F-97/11: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Parlament

47

2011/C 347/90

Kawża F-98/11: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

47

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/1


2011/C 347/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 340, 19.11.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 331, 12.11.2011

ĠU C 319, 29.10.2011

ĠU C 311, 22.10.2011

ĠU C 305, 15.10.2011

ĠU C 298, 8.10.2011

ĠU C 290, 1.10.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-4 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division, High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Ir-Renju Unit) — Football Association Premier League Ltd, NetMed Hellas SA, Multichoice Hellas SA vs QC Leisure, David Richardson, AV Station plc, Malcolm Chamberlain, Michael Madden, SR Leisur Ltd, Philip George Charles Houghton, Derek Owen (C-403/08), Karen Murphy vs Media Protection Services Ltd (C-429/08)

(Kawża C-403/08 u C-429/08) (1)

(Xandir bis-satellita - Xandir ta’ logħob tal-futbol - Riċezzjoni tax-xandira permezz ta’ kards ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita - Kards ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita legalment imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru u użati fi Stat Membru ieħor - Projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ użu fi Stat Membru - Viżwalizzazzjoni ta’ xandiriet bi ksur tad-drittijiet esklużivi mogħtija - Drittijiet tal-awtur - Dritt ta’ xandir televiżiv - Liċenzji esklużivi għax-xandir fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 56 TFUE - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Protezzjoni ta’ servizzi b’aċċess kundizzjonali - Apparat illeċitu - Direttiva 98/84/KE - Direttiva 2001/29/KE - Riproduzzjoni ta’ xogħlijiet fil-memorja ta’ dekodifikatur tas-satellita u fuq skrin tat-televiżjoni - Eċċezzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni - Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet fil-kafetteriji-ristoranti - Direttiva 93/83/KEE)

2011/C 347/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division, High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — (Ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Football Association Premier League Ltd, NetMed Hellas SA, Multichoice Hellas SA (C-403/08), Karen Murphy (C-4923/08)

Konvenuti: QC Leisure, David Richardson, AV Station plc, Malcolm Chamberlain, Michael Madden, SR Leisure Ltd, Philip George Charles Houghton, Derek Owen (C-403/08), Media Protection Services Ltd (C-429/08)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Renju Unit) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28, 30, 49 u 81 KE kif ukoll tal-Artikoli 2(a) u (e), 4(a) u 5 tad-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 147), tal-Artikoli 2, 3 u 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), tal-Artikolu 1(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224), u interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134) — Għoti, b’remunerazzjoni, ta’ drittijiet esklużivi, sabiex jiġi żgurat ix-xandir bis-satellita ta’ logħbiet tal-futbol — Kummerċjalizazzjoni, fir-Renju Unit, ta’ dekodifikaturi, legalment imqiegħda fis-suq fi Stat Membru ieħor, li bihom jistgħu jintwerew tali logħbiet bi ksur tad-drittijiet esklużivi mogħtija

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “apparat illeċitu” fis-sens tal-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li dan la jkopri l-apparati ta’ dekodifikazzjoni barranin — li jagħtu aċċess għas-servizzi ta’ xandir bis-satellita ta’ organizzazzjoni tax-xandir, huma mmanifatturati u kkummerċjalizzati bl-awtorizzazzjoni ta’ din l-organizzazzjoni, iżda huma użati, kontra r-rieda ta’ din tal-aħħar, barra miż-żona ġeografika li għaliha dawn ngħataw —, la dawk miksuba jew attivati permezz tal-provvista ta’ isem falz u ta’ indirizz falz u lanqas dawk użati bi ksur ta’ limitazzjoni kuntrattwali li tippermetti l-użu tagħhom biss għal finijiet privati.

(2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 8/84/KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timpedixxi l-użu ta’ apparati ta’ dekodifikazzjoni barranin, inklużi dawk miksuba jew attivati permezz tal-provvista ta’ isem falz u ta’ indirizz falz jew dawk użati bi ksur ta’ limitazzjoni kuntrattwali li tippermetti l-użu tagħhom biss għal finijiet privati, peress li tali leġiżlazzjoni ma taqax fil-qasam ikkoordinat minn din id-direttiva.

(3)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li

dan l-artikolu jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li trendi illeċiti l-importazzjoni, il-bejgħ u l-użu f’dan l-Istat ta’ apparati ta’ dekodifikazzjoni barranin li jippermettu l-aċċess għal servizz ikkowdjat ta’ xandir bis-satellita li joriġina minn Stat Membru ieħor u li jinkludi oġġetti protetti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-ewwel Stat,

din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata la miċ-ċirkustanza li l-apparat ta’ dekodifikazzjoni barrani nkiseb jew ġie attivat permezz tal-indikazzjoni ta’ identità falza u ta’ indirizz falz, bl-intenzjoni li tinqabeż ir-restrizzjoni territorjali inkwistjoni u lanqas miċ-ċirkustanza li dan l-apparat huwa użat għal finijiet kummerċjali meta kien intiż għal użu ta’ natura privata.

(4)

Il-klawżoli ta’ kuntratt ta’ liċenzjar esklużiv konkluż bejn proprjetarju ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u organizzazzjoni tax-xandir jikkostitwixxu restrizzjoni għall-kompetizzjoni pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE peress li dawn jimponu l-obbligu fuq din l-organizzazzjoni tal-aħħar li ma tipprovdix apparati ta’ dekodifikazzjoni li jippermettu l-aċċess għall-oġġetti protetti ta’ dan il-proprjetarju bil-għan li dawn jintużaw barra mit-territorju kopert minn dan il-kuntratt ta’ liċenzjar.

(5)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ riproduzzjoni jestendi għall-frammenti tranżitorji tax-xogħlijiet fil-memorja ta’ dekodifikatur tas-satellita u fuq skrin tat-televiżjoni, kemm-il darba dawn il-frammenti jkollhom elementi li jkunu l-espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awturi kkonċernati stess, filwaqt li t-total kompost mill-frammenti riprodotti simultanjament għandu jiġi eżaminat sabiex jiġi vverifikat jekk dan jinkludix tali elementi.

(6)

L-atti ta’ riproduzzjoni bħalma huma dawk inkwistjoni fil-Kawża C-403/08, li jsiru fil-memorja ta’ dekodifikatur tas-satellita u fuq skrin tat-televiżjoni, jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 u jistgħu għalhekk isiru mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati.

(7)

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-trażmissjoni ta’ xogħlijiet imxandra, permezz ta’ skrin tat-televiżjoni u ta’ lawdspikers, lill-klijenti preżenti f’kafetterija-ristorant.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma għandhiex effett fuq il-legalità tal-atti ta’ riproduzzjoni mwettqa fil-memorja ta’ dekodifikatur tas-satellita u fuq skrin tat-televiżjoni.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-302/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Irkupru)

2011/C 347/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u G. Aiello, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (notifikata bin-numru C(1999) 4268), (ĠU L 150, p. 50).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-493/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE - Moviment liberu tal-kapital - Fondi ta’ pensjoni barranin u nazzjonali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Dividendi - Eżenzjoni - Trattament differenti)

2011/C 347/04

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u H. Ferreira, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 ŻEE — Restrizzjonijiet għall-moviment ta’ kapital — Fondi ta’ pensjoni barranin u nazzjonali — Dividendi — Trattament differenti

Dispożittiv

(1)

Billi rriżervat il-benefiċċju tal-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji biss għall-fondi ta’ pensjoni residenti fit-territorju Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija)) — Astrid Preissl KEG vs Landeshauptmann von Wien

(Kawża C-381/10) (1)

(Politika industrijali - Iġjene tal-prodotti tal-ikel - Regolament (KE) Nru 852/2004 - Installazzjoni ta’ friskaturi għall-ħasil tal-idejn fil-latrini ta’ stabbiliment li jikkummerċjalizza prodotti tal-ikel)

2011/C 347/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Astrid Preissl KEG

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — Interpretazzjoni tal-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l iġjene tal oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319) u b’mod partikolari tal-kelma Handwaschbecken (friskatur intiż għall-ħasil tal-idejn) inkluża fil-verżjoni Ġermaniża tal-imsemmija dispożizzjoni — Deċiżjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li tordna l-installazzjoni ta’ friskatur mgħammar b’materjal għall-ħasil u għat-tnixxif tal-idejn b’mod iġjeniku fil-latrini ta’ kafè

Dispożittiv

Il-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma timplikax li friskatur għall-ħasil tal-idejn fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandu jkun maħsub esklużivament għall-ħasil tal-idejn u lanqas li l-vit kif ukoll il-materjal għat-tnixxif tal-idejn għandhom ikunu jistgħu jintużaw mingħajr ma jkun meħtieġ li jintmissu bl-idejn.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien — (l-Awstrija)) — Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van Ly Sundara, Alexander Svoboda u Stefan Toth vs Landeshauptmann von Wien

(Kawża C-382/10) (1)

(Politika industrijali - Iġjene tal-prodotti tal-ikel - Regolament (KE) Nru 852/2004 - Bejgħ self-service ta’ prodotti tal-ħobż u tal-ħelu)

2011/C 347/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängigen Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van Ly Sundara, Alexander Svoboda, Stefan Toth

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — Interpretazzjoni tal-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319) — Protezzjoni tal-prodotti tal-ikel minn kontaminazzjoni — Bejgħ self-service ta’ ħobż u ta’ ħelu — Deċiżjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li tordna l-installazzjoni ta’ mekkaniżmu tekniku li ma jħallix lill-klijenti jirritornaw il-prodotti wara li jkunu missewhom b’idejhom

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, għandu jiġi interpetat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fir-rigward ta’ xkafef maħsuba għall-bejgħ self-service ta’ prodotti tal-ħobż u tal-ħelu, il-fatt li xerrej potenzjali seta’ teoretikament miss b’idejh il-prodotti tal-ikel proposti għall-bejgħ jew għatas fuqhom ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jiġi kkonstatat li dawn il-prodotti tal-ikel ma kinux protetti minn kull kontaminazzjoni li tista’ tirrendihom mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, perikolużi għas-saħħa jew ikkontaminati b’mod li dawn il-prodotti ma jkunux jistgħu jibqgħu raġonevolment jitqiesu bħala li jistgħu jiġu kkunsmati f’dak l-istat.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Deggendorf vs Markus Stoppelkamp bħala likwidatur tal-patrimonju ta’ Harald Raab

(Kawża C-421/10) (1)

(VAT - Sitt Direttiva - Artikolu 21(1)(b) - Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni - Servizzi provduti minn fornitur residenti fl-istess pajjiż bħall-konsumatur, iżda li stabbilixxa s-sede tal-attività ekonomika tiegħu f’pajjiż ieħor - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli stabbilita barra mill-pajjiż”)

2011/C 347/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Deggendorf

Konvenut: Markus Stoppelkamp bħala likwidatur tal-patrimonju ta’ Harald Raab

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesfinanzhof - Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni - Servizzi mwettqa minn fornitur residenti fl-istess Stat Membru bħall-konsumaturi, iżda li stabbilixxa s-sede tal-attività ekonomika tiegħu fi Stat Membru ieħor - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli stabbilita barra mill-pajjiż”

Dispożittiv

L-Artikolu 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/65/KE, tas-17 ta’ Ottubru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex persuna tiġi kkunsidrata bħala “persuna taxxabbli mhix stabbilita fit-territorju tal-pajjiż”, huwa biżżejjed li l-persuna taxxabbli kkonċernata tkun stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha barra dan il pajjiż.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Limoges — Franza) — Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement

(Kawża C-443/10) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Importazzjoni, minn persuna residenti fi Stat Membru, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Primjum Ambjentali - Kundizzjonijiet - Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri)

2011/C 347/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Limoges

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Philippe Bonnarde

Konvenuta: Agence de Services et de Paiement

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Limoges — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351), emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/127/KE, tat-23 ta’ Diċembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 7. p. 710) — Importazzjoni, minn persuna residenti fi Franza, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ primjum ambjentali għall-għoti ta’ ċertifikat li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti

Dispożittiv

L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex ikun jista’ jingħata l-“bonus écologique — Grenelle de l’environnement” meta l-vetturi bil-mutur għal wiri impurtati jiġu rreġistrati f’dan l-Istat Membru, teżiġi li fuq l-ewwel ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ tali vetturi għandu jkun hemm il-kliem “vettura għal wiri”.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht (il-Ġermanja)) — Rico Graf u Rudolf Engel vs Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt

(Kawża C-506/10) (1)

(Ftehim bejn, minn naħa, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra, il-Konfederazzjoni Svizzera, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Trattament ugwali - Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom - Kuntratt ta’ kirja agrikola - Struttura agrarja - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti li ssir oppożizzjoni għall-kuntratt jekk il-prodotti miksuba fuq it-territorju nazzjonali minn agrikolturi transkonfinali Svizzeri huma intiżi sabiex jiġu esportati, b’eżenzjoni tad-dazji doganali, lejn l-Isvizzera)

2011/C 347/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rico Graf u Rudolf Engel

Konvenut: Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgerichts Waldshut-Tiengen -Landwirtschaftsgericht — Interpretazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999 (ĠU 2002, L 114, p. 6) — Oppożizzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għaż-żamma ta’ kirja agrikola fuq artijiet agrikoli li jinsabu f’dan l-Istat u konkluża minn bidwi Svizzeru li għandu s-sede tan-negozju tiegħu fl-Isvizzera — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, fir-rigward tal-artijiet li jservu għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli intiżi għall-esportazzjoni bla dazju barra mis-suq intern, tali oppożizzjoni minħabba distorsjoni tal-kompetizzjoni

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ trattament ugwali stabbilit fl-Artikolu 15(1) tal-Anness I għall-Ftehim bejn, minn naħa, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra, il-Konfederazzjoni Svizzera, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru li topponi kuntratt ta’ kirja agrikola li jirrigwarda art li tinsab f’żona determinata tat-territorju tal-Istat Membru u konkluż bejn resident ta’ dan tal-aħħar u resident transkonfinali tal-parti kontraenti l-oħra, peress li l-art mogħtija b’kirja agrikola sservi għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli intiżi li jiġu esportati b’eżenzjoni tad-dazju doganali barra mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea u li minn dan tirriżulta distorsjoni tal-kompetizzjoni, jekk din il-leġiżlazzjoni, permezz tal-applikazzjoni tagħha, taffettwa numru ikbar sew ta’ ċittadini tal-parti kontraenti l-oħra milli ċittadini tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu tapplika din il leġiżlazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din l-aħħar ċirkustanza sseħħx.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (Budapest, ir-Repubblika tal-Ungerija) fil-11 ta’ Lulju 2011 — Mostafa Abed El Karem El Kott et vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal, ENSZ Menekültügyi Főbiztosság

(Kawża C-364/11)

2011/C 347/10

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság (Ir-Repubblika tal-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mostafa Abed El Karem El Kott et

Konvenuti: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal, ENSZ Menekültügyi Főbiztosság

Domandi preliminari

(1)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(a), tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), il-fatt li persuna tista’ tibbenefika mid-Direttiva jimplika r-rikonoxximent ta’ status ta’ refuġjat, jew ta’ waħda jew l-oħra miż-żewġ forom ta’ protezzjoni inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (l-istatus ta’ refuġjat u l-għoti ta’ protezzjoni sussidjarja) skont l-għażla tal-Istat Membru, jew, jekk ikun il-każ, ma jimplikax ir-rikonoxximent ta’ ebda waħda minn dawn b’mod awtomatiku, iżda biss l-appartenenza għall-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva?

(2)

It-tmiem tal-protezzjoni jew tal-assistenza ta’ istituzzjoni jimplika residenza barra miż-żona operazzjonali tagħha, it-tmiem tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, it-tmiem tal-possibbiltà li wieħed jibbenefika minn protezzjoni jew minn assistenza min-naħa ta’ din l-istituzzjoni, jew, eventwalment, impediment indipendenti mill-volontà tagħha, leġittimu jew oġġettivament iġġustifikat, li minħabba tali impediment il-persuna li jkollha dritt għall-protezzjoni jew għall-assistenza ma tkunx tista’ tirrikorri għaliha?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Csonka Gábor et vs L-Istat Ungeriż

(Kawża C-409/11)

2011/C 347/11

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gábor Csonka, Tibor Isztli, Dávid Juhász, János Kiss, Csaba Szontágh

Konvenut: L-Istat Ungeriż

Domandi preliminari

(1)

L-Istat Ungeriż, fiż-żmien tal-aġir dannuż tar-rikorrenti, kien implementa d-Direttiva 72/166/KEE, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-obbligi previsti fl-Artikolu 3 ta’ din l-istess direttiva, u din tista’ allura tiġi kkunsidrata li għandha effett dirett fil-konfront tar-rikorrenti?

(2)

Id-dritt Komunitarju fis-seħħ jippermetti lil individwu li sofra dannu għad-drittijiet tiegħu minħabba n-nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Istat tad-Direttiva 72/166/KEE li jeżiġi mill-Istat li naqas li dan jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva billi jinvoka direttament kontra l-imsemmi Stat ir-regoli tad-dritt Komunitarju sabiex jikseb il-garanziji li dan kellu joffrilu abbażi ta’ dawn ir-regoli?

(3)

Id-dritt Komunitarju fis-seħħ jippermetti lil individwu li sofra dannu għad-drittijiet tiegħu minħabba n-nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Istat tad-Direttiva 72/166/KEE li jeżiġi ħlas ta’ danni min-naħa tal-Istat minħabba n-nuqqas tiegħu?

(4)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domandi preċedenti, ir-responsabbiltà tal-Istat Ungeriż għad-dannu mwettaq hija lejn ir-rikorrenti jew lejn il-vittmi tal-inċidenti tas-sewqan ipprovokati mir-rikorrenti?

Konkretament, id-direttiva tinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-poloz kollha ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li toriġina mill-użu ta’ vetturi:- ikopru, fuq il-bażi ta’ premium wieħed, (id-danni kkawżati fuq) it-territorju kollu tal-Komunità” (1).

(5)

Ir-responsabbiltà tal-Istat tista’ tiġi kkontestata jekk id-dannu jirriżulta minn attività leġiżlattiva difettuża?

(6)

Id-Digriet tal-Gvern Nru 190/2004 (VI.8), fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2010, dwar l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili tad-detenturi ta’ vetturi bil-mutur (190/2004 (VI.8) Korm. rendelet a gépjármű üzembentartójának kötelező felelősségbiztosításról, iktar ’il quddiem id-“Digriet tal-Gvern Nru 190/2004”) huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 72/166/KEE, jew l-Ungerija naqset milli tittrasponi l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva fid-dritt Ungeriż?


(1)  Fil-verità, dan il-paragrafu (minbarra l-parti fil-parenteżi kwadri) ma tteħidx mid-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10, iżda mill-Artikolu 2 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Lagura Vermögensverwaltungs GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-438/11)

2011/C 347/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lagura Vermögensverwaltungs GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Domanda preliminari

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jiġifieri li l-awtoritajiet tal-Istat terz ma għandhomx iktar il-possibbiltà li jivverifikaw jekk iċ-ċertifikat maħruġ minnhom huwiex ibbażat fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti, il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa għandha tiġi rrifjutata l-possibbiltà li tinvoka l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi skont it-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali (1) jekk iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-impossibbiltà li tiġi vverifikata l-korrettezza taċ-ċertifikat ta’ oriġini jaqgħu taħt il-kontroll tal-esportatur jew inkella t-trasferiment, mill-awtoritajiet doganali lill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, tal-oneru tal-prova fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali jimplika biss, jew b’mod iktar preċiż: pjuttost li l-kawża ta’ din l-impossibbiltà ma taqax taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur jew tikkonsisti f’negliġenza attribwibbli biss lill-esportatur?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/8


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2011 minn Ziegler SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fis-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-199/08, Ziegler vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-439/11 P)

2011/C 347/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ziegler SA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Favart, A. Bailleux, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-199/08, Ziegler vs Il-Kummissjoni, u tiddeċiedi hija stess dwar il-kawża li hija s-suġġett tagħha;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza u, għalhekk, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali, jew, sussidjarjament, tannulla l-multa imposta fuq l-appellanti f’din id-deċiżjoni jew, iktar sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multa msemmija;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tosserva li l-Qorti Ġenerali wetqet diversi żbalji ta’ dritt peress li fis-sentenza appellata ddeċidiet li l-Kummissjoni setgħet legalment tikkonkludi, skont il-linji gwida tagħha dwar il-kunċett ta’ impatt fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, li l-ksur ilmentat kontra l-appellanti kien kapaċi li jaffettwa b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 296 TFUE, id-dritt fundamentali għal smigħ xieraq u l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma naqsitx mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta bbażat ruħha biss fuq in-natura “serja ħafna” tal-ksur biex tiddetermina l-perċentwali tal-bejgħ b’relazzjoni mal-ksur użat biex jiġi kkalkulat l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq l-appellanti skont il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, il-kumpannija Ziegler tosserva li s-sentenza kkontestata hija milquta minn nuqqas ta’ motivazzjoni peress li ma indirizzatx il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ imparzjalità oġġettiva tal-Kummissjoni, u li kisret id-dritt fundamentali għal smigħ xieraq u d-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba billi eskludiet l-imsemmi motiv.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti finalment issostni li s-sentenza kkontestata tikser id-dritt tal-Unjoni, u partikolarment il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, peress li, filwaqt li tirrikonoxxi li l-Kummissjoni ma analizzatx korrettament is-sitwazzjoni finanzjarja tal-appellanti, din ma tpoġġix indiskussjoni l-fatt li l-Kummissjoni lanqas ma kienet ikkunsidrat il-possibbiltà li tagħti lill-appellanti l-benefiċċju ta’ tnaqqis fil-multa abbażi tal-paragrafu 37 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, minkejja li din ikkonċediet lil kumpannija oħra sanzjonata għall-istess ksur, tnaqqis fil-multa skont il-klawżola msemmija iktar ’il fuq.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/9


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2011 minn Team Relocations NV et kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawżi magħquda T-204/08 u T-212/08, Team Relocations NV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-444/11 P)

2011/C 347/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Team Relocations NV, Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd, Team Relocations Ltd

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011, fil-Kawżi magħquda T-204/08 u T-212/08,

fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi tapplika t-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tagħha,

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 fil-Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ Ġarr Internazzjonali, sa fejn tiddikjara li l-appellanti kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53(1) ŻEE fil-perijodu Jannar 1997- Settembru 2003;

tannulla l-Artikolu 2 tal-istess deċiżjoni sa fejn timponi fuq l-appellanti multa ta’ EUR 3.49 miljun;

sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuq l-appellanti bl-imsemmija deċiżjoni;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tal-istess deċiżjoni sa fejn iżżomm lil Amertranseuro International Holdings Ltd responsabbli in solidum għal ammont ta’ EUR 1 300 000.

sussidjarjament, tordna lill-Kummissjoni tikkomunika l-fatturi li kkunsidrat meta naqqset lil Interdean NV 70 % mill-multa li altrimenti kienet tiġi imposta fuq Interdean, u li sussegwentement tat lil Team Relocations l-opportunità li tispjega bil-miktub għaliex dawn ir-raġunijiet japplikaw ukoll għas-sitwazzjoni tagħha,

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw disa’ aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar din id-dispożizzjoni, żnaturament tal-provi, ksur tar-regoli li jirrigwardaw l-oneru tal-prova u l-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn is-sentenza appellata tiddikjara lil Team Relocations responsabbli għall-“ksur uniku u kontinwu” imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni bejn Jannar 1997 u Settembru 2003.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-punt 13 tal-linji gwida tal-Kumissjoni dwar multi tal-2006, ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova, il-prinċipji ta’ in dubio pro reo u nulla poena sine culpa sa fejn is-sentenza appellata ssostni li l-ammont bażiku tal-multa tal-appellanti tista’ tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ li l-allegat ksur ta’ Team Relocations ma kienx jirrigwarda.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u l-prinċipju li l-multi jridu jkunu speċifiċi għal min wettaq il-ksur u ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li timplementa dawn il-prinċipji, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u r-regoli li jirrigwardaw l-oneru tal-prova sa fejn is-sentenza appellata ssostni li d-deċiżjoni tista’ tapplika, fir-rigward ta’ Team Relocations, perċentwali ta’ 17 % fil-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa tagħha.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament 1/2003 (1) sa fejn is-sentenza appellata ssostni li d-deċiżjoni tista’ timmultiplika l-perċentwali ta’ Team Relocations tal-“valur tal-bejgħ” bin-numru ta’ snin li fihom hija pparteċipat fil-ksur.

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-patere legem quam ipse fecisti u l-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn is-sentenza appellata ssostni li l-impożizzjoni ta’ ammont addizzjonali ta’ 17 % fuq Team Relocations kienet ġustifikata.

Is-sitt aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFEU tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq dik id-dispożizzjoni, l-obbligu ta’ motivazzjoni, il-prinċipju ta’ patere legem quam ipse fecisti u ta’ żnaturament tal-provi, sa fejn is-sentenza appellata ssostni li d-deċiżjoni sostniet b’mod korrett li ma jeżistu l-ebda ċirkustanzi attenwanti li jiġġustifikaw tnaqqis sostanzjali tal-multa tal-appellanti.

Is-seba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn is-sentenza appellata tiddikjara lil Amertranseuro International Holdings Ltd bħala responsabbli in solidum għal ammont ta’ EUR 1 300 000.

It-tmien aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn is-sentenza appellata tiddikjara li l-multa kif ġiet imposta fuq Team Relocations tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità.

Id-disa’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju tal-patere legem quam ipse fecisti sa fejn is-sentenza appellata tiċħad it-tmien aggravju ta’ Team Relocations sa fejn din tiċħad it-talba ta’ Team Relocations sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tagħti r-raġunijiet għaliex Interdean ingħatat tnaqqis ta’ 70 % mill-multa tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gießen (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Settembru 2011 — Natthaya Dülger vs Wetteraukreis

(Kawża C-451/11)

2011/C 347/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Gießen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Natthaya Dülger

Konvenut: Wetteraukreis

Domanda preliminari

Ċittadina Taljandiża, li kienet miżżewġa lil ċittadin Tork li jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru u li, wara li kienet awtorizzata tingħaqad miegħu, għexet miegħu għal iktar minn tliet snin mingħajr waqfien, tista’ tinvoka d-drittijiet stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE- Turkija, bil-konsegwenza li, minħabba l-effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni, din iċ-ċittadina tgawdi minn dritt ta’ residenza?


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/11


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2011 minn Solvay SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-186/06, Solvay SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-455/11 P)

2011/C 347/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Solvay SA (rappreżentanti: O. W. Brouwer, avukat, M. O’Regan, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja joġgħbha:

tannulla l-punti 121sa 170 tas-sentenza,

tannulla l-punti 394, 395 u 402 sa 427 tas-sentenza,

tagħti sentenza finali hija stess u tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiġi kkonstatat li (a) l-appellanti kisret l-Artikolu 81(1) KE bejn Mejju 1995 u Awwissu 1997 u li (b) l-appellanti kienet it-tielet impriża li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ punt 21 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2002, u għalhekk tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti, jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u

tordna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tressaq żewġ aggravji. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali parzjalment ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (COMP/F/38.620 każ — Perossidu tal-idroġenu u perborat).

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tikkontesta l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tipprovdi li l-appellanti pparteċipat fi ksur tal-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53(1) ŻEE bejn Mejju 1995 u Awwissu 1997. Il-Qorti Ġenerali eċċediet il-poteri ta’ stħarriġ tagħha u wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-appellanti ddiskutiet u/jew skambjat informazzjoni dwar il-prezzijiet u dwar l-istrateġija kummerċjali tagħha ma’ impriżi oħra: tali konklużjonijiet ma setgħux isiru abbażi tat-test tad-deċiżjoni kkontestata. Il-Qorti Ġenerali wetqet żbalji ta’ liġi billi kkonfermat il-konklużjoni tad-deċiżjoni kkontestata li, billi kien hemm intenzjoni komuni li tiġi ristretta l-kompetizzjoni, id-diskussjonijiet, in-negozjati u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-manifatturi tal-perossidu tal-idroġenu (inkluża l-appellanti) f’tentattiv mingħajr suċċess li jsir arranġamenti għat-tqassim tas-suq (li ma wasslux għall-konklużjoni ta’ ftehim bejniethom) ikkostitwixxew ksur tal-Artikoli 81(1) KE u 53(1) taż-ŻEE minħabba li huma kienu, alternattivament, jew negozjati preparatorji u li kienu jagħmlu parti mill-istess arranġament kollużiv bħal akkordju ammess dwar l-iffissar tal-prezzijiet konkluż f’Awissu 1997 jew prattika miftiehma għat-“tħejijja ta’ bażi” għal dak li iktar tard sar l-akkordju u/jew li tikkostitwixxi skambju ta’ informazzjoni projbit bejn impriżi.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni ma eċċedietx il-marġini ta’ diskrezzjoni fil-konstatazzjoni tagħha, fid-deċiżjoni kkontestata, li impriża oħra, Arkema, kienet issodisfatt ir-rekwiżiti tal-punt 21 tal-Avviż tal-Klemenza tal-2002 tal-Kummissjoni, fit-3 ta’ April 2003. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fid-definizzjoni u l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ “valur miżjud sinifikanti” u ħolqot żnaturament tal-provi u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-provi, meta ddeċidiet li d-dokumenti mibgħuta bil-faks minn Arkema fit-3 ta’ April 2003 mingħajr ebda spjegazzjoni mehmuza kienu jirrapreżentaw valur miżjud sinifikanti skont il-punt 21 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2002. Hija wkoll wetqet żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ proċedura u żnaturat il-provi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet intitolata fid-deċiżjoni kkontestata li tasal għal konklużjoni differenti minn dik milħuqa bid-Deċiżjoni C(2006) 2098 tal-31 ta’ Mejju 2006 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F.38.645 — methacrylate), li fiha hija kkonstatat li l-istess faks tat-3 ta’ April 2003 ta’ Arkema (li kienet tikkonċerna l-investigazzjonijiet mill-Kummissjoni ta’ diversi allegati akkordji inklużi dawk ta’ HP u Methacrylates) ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 21 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2002 sakemm susegwentement ġew provduti spjegazzjonijiet minn Arkema.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja) fid-9 ta’ Settembru 2011 — Gennaro Currà et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-466/11)

2011/C 347/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Brescia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gennaro Currà et

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Intervenjenti: Ir-Repubblika Taljana

Domandi preliminari

(1)

Fuq il-bażi tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Ġermaniż (Artikoli 2 u 5(2) tal-Konvenzjoni ta’ Londra tal-1953 dwar id-debiti tad-Deutsche Reich, etc), l-allegat privileġġ ta’ immunità ċivili (ta’ dak l-Istat) invokat quddiem il-qrati Taljani fir-rigward tal-fatti inkwistjoni fil-kawża (…) — privileġġ li dak l-Istat ma għadux jista’ jinvoka mill-11 ta’ Marzu 2004 (sentenza Ferrini) — u l-ftehim (iffirmat fi Trieste mal-Gvern Taljan fit-18 ta’ Novembru 2008) li tinfetaħ kawża quddiem il-Qorti Internazzjonali ((Kawża) Nru 143/2008, General list), (flimkien mal-)leġiżlazzjoni korrispondenti Taljana (kif tinsab fil-)Liġi Nru 89/2010, li tipprojbixxi l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi Taljani bbażati fuq reati gravi kontra l-umanità, imorru kontra l-Artikolu 6 (TUE) u l-Artikoli 17, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (tal-Unjoni) Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2000?

(2)

L-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Reichsbeamtenhaftungsgesetz (Liġi dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali tar-Reich) (Bundesgerichtshof, sentenza tas-26 ta’ Ġunju 2003, III ZR 245/98, u Bundensverfassungsgericht, sentenza tal-15 ta’ Frar 2006, 2 Bvr 1476/03), dwar ir-reati tal-gwerra u r-reati kontra l-umanità, li jeskludi ċ-ċittadini Ewropej mid-dritt għall-kumpens fil-konfront tal-Istat Ġermaniż, b’mod li jmur kontra l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Londra tal-1953 dwar id-debiti tad-Deutsche Reich, kienet tikser id-drittijiet tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (tal-Unjoni) Ewropea sal-11 ta’ Marzu 2004 (sentenza Ferrini) u, għaldaqstant, il-fatt li jiġi invokat terminu ta’ preskrizzjoni jmur kontra l-obbligi Komunitarji u, b’mod partikolari, kontra l-Artikolu 3 (TUE) u l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(3) (TUE) kif ukoll kontra l-prinċipju “non conceditur contra venire factum proprio”?

(3)

L-eċċezzjoni tal-immunità ġudizzjarja mqajma mill-konvenuta, jiġifieri mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tmur kontra l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(3) (TUE) u kontra l-Artikolu 21 (TUE) sa fejn din teskludi r-responsabbiltà ċivili fuq il-bażi tal-prinċipji komuni Ewropej (Artikolu 340 (TFUE)) tal-konvenuta minħabba li kisret id-dritt internazzjonali (projbizzjoni tal-iskjavitù u tax-xogħol sforzat) fil-konfront taċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor?


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/12


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2011 minn Audi AG u Volkswagen AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-318/09, Audi AG, Volkswagen AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-467/11 P)

2011/C 347/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Audi AG, Volkswagen AG (rappreżentant: P. Kather, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011, fil-Kawża T-318/09;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009, Każ R 226/2007-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tikser l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark (1), għaliex id-dritt Komunitarju materjali kien ġie applikat b’mod żbaljat. It-trade mark TDI ma hijiex deskrittiva. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kienet assumiet, b’mod żbaljat. li l-pubbliku rilevanti jipperċepixxi b’mod immedjat u mingħajr ħsieb ulterjuri, li s-sinjal TDI kien taqsira għal xi karatteristika teknika. Dan ma huwiex fondat, billi TDI ma hijiex taqsira u lanqas ma jeżistu numru ta’ formoli itwal għal din l-abbrevjazzjoni. Għalhekk, fi kwalunkwe każ, il-ħtieġa ta’ ftehim “b’mod immedjat u mingħajr ħsieb ulterjuri” ma hijiex sodisfatta. Barra minn hekk, l-appellanti jemmnu li l-prinċipju ta’ investigazzjoni ex officio li jirriżulta mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament dwar it-trade mark ġie miksur minħabba li l-UASI kienet naqset milli tipprova li teżisti raġuni assoluta għal rifjut.

Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ trattament ugwali ġie miksur minħabba li bejn is-sinjal TDI u s-sinjali rreġistrati CDI u HOl teżisti rabta diretta u konkreta li teħtieġ trattament ugwali. Tali trattament ugwali ma jeżistix, għaliex is-sinjal TDI ma huwiex irreġistrat.

Is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikolu 7(3) tar-Regolament dwar it-trade mark, għaliex minn naħa l-prova ta’ użu ma hijiex meħtieġa fil-Komunità u min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-fatti sottostanti. Ma huwiex neċessarju li tiġi prodotta prova minħabba li l-ġurisprudenza “Pago” tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 9 hija trasferibbli għall-Artikolu 7 tar-Regolament dwar it-trade mark. Barra minn hekk, ġew prodotti l-provi neċessarji għall-karattru distintiv, li iżda fl-evalwazzjoni tagħha l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali injorat l-effett tal-indizju tar-reġistrazzjonijiet nazzjonali. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma ħadet inkunsiderazzjoni l-partijiet tas-suq u n-numru elevat ta’ bejgħ ta’ vetturi TDI u naqset milli teżamina wkoll l-effett promozzjonali marbut ma’ din l-evalwazzjoni ġuridika.

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li s-sinjal TDI ma huwiex ser jintuża bħala trade mark. Dan huwa żbaljat u jmur kontra l-liġi Komunitarja, peress li s-sinjal TDI jintuża bħala trade mark f’kull forma.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/13


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjżi l-Baxxi

(Kawża C-473/11)

2011/C 347/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, billi applika skema partikolari ta’ VAT għall-aġenziji tal-ivvjaġġar kif previst bid-Deċiżjoni Nru B71/2260 ta’ Marzu 1971, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 43, 96, 98 u 306 sa 310 tad-Direttiva tal-VAT (1);

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-Pajjiżi l-Baxxi ma implementawx l-iskema partikolari tal-VAT għall-aġenziji tal-ivvjaġġar. Din il-konstatazzjoni tirriżulta mid-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 1971, Nru B71/2260, kif emedata l-aħħar, li hija manifestament kuntrarja għall-iskema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar prevista fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-VAT.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/13


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2011 minn Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-275/09, Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-477/11 P)

2011/C 347/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd (rappreżentanti: I. Dodds-Smith, solicitor, D. Anderson QC, J. Stratford, barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara r-rikors għal annullament ta’ Sepracor ammissibbli u tiddeċiedi l-kawża favur Sepracor (f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti proċedurali sostanzjali) u/jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-mertu tar-rikors għal annullament;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ Sepracor f’din il-proċedura u dawk tal-proċedura tal-ewwel istanza fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà; u

tirriżerva l-ispejjeż għall-kumplament.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li d-digriet appellat, li jiċħad ir-rikors tagħha bħala inammissibbli, għandu jiġi annullat għal żewġ raġunijiet:

(a)

ksur tad-dritt tal-appellanti ta’ aċċess għall-ġustizzja u tad-dritt tagħha għal rimedju effettiv

(b)

ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali minħabba fl-użu ta’ osservazzjonijiet ta’ terz, motiv invokat quddiem il-Qorti Ġenerali iżda mhux eżaminat minnha.

Ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja u għal rimedju effettiv

L-appellanti, f’Lulju 2007, ressqet talba għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ċentralizzat tal-prodott tagħha, Lunivia, sostnuta minn riċerka estensiva u għalja, li tqis li Lunivia tista’ tibbenefika minn evalwazzjoni ċentralizzata billi sustanza attiva ġdida, skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1). Kien hemm għall-inqas raġunijiet tajba sabiex il-prodott tal-appellanti, Lunivia, jiġi kkunsidrat bħala sustanza attiva ġdida u l-AEM, għalhekk, aċċettat l-evalwazzjoni ċentralizzata.

Id-deċiżjoni kkontestata kienet tammonta għal deċiżjoni finali, adottata mill-Kummissjoni, li tgħid li Lunivia ma kienx ser ikun ittrattat bħala sustanza attiva ġdida (u għalhekk kien l-ekwivalenti funzjonali ta’ deċiżjoni negattiva dwar l-eliġibbiltà). Din id-deċiżjoni kellha konsegwenzi legali, b’mod partikolari t-tneħħija tal-protezzjoni kontra r-referenzi ta’ applikanti ġeneriċi u kontra l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ kopji għal perijodu totali ta’ 10 snin.

F’ċirkustanzi bħal dawn, l-appellanti ma kellha ebda għażla oħra ħlief li tirtira l-applikazzjoni tagħha. Li tiġi permessa awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ċentralizzat mingħajr il-protezzjoni għall-fajl ta’ riċerka li jirriżulta mill-għoti tal-istatus ta’ sustanza attiva ġdida, kien jagħti l-possibbiltà lil kull applikant ġeneriku madwar l-Ewropa li juża’ wkoll id-data siewja kollha li tirrigwarda l-perijodu pre-kliniku u dak kliniku tal-fajl tal-applikant. L-ebda kumpannija farmaċewtika innovattiva ma setgħet tħalli li dan iseħħ. Ir-“rimedju” ta’ talba għal annullament u ta’ talba għal miżuri provviżorji kienu ineffikaċji minħabba li dawn ma ppermettewx li dawn il-konsegwenzi irrevokabbli jinqalbu.

Għalhekk, l-uniku mod sabiex ir-rimedju jkun effettiv u effikaċji (kif oppost għal rimedju teoretiku u illużorju) huwa li jiġi permess jikkontesta d-deċiżjoni inkwistjoni.

F’dan ir-rigward, l-appellanti tallega, fost affarijiet oħra:

(a)

id-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja u għal rimedju effettiv, protett bl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u bl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

(b)

il-ħtieġa li r-regoli proċedurali li jirregolaw azzjonijiet miġjuba quddiem il-qrati tal-Unjoni jkunu interpretati skont dawn il-prinċipji

(c)

il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-qrati nazzjonali

(d)

kunsiderazzjonijiet ta’ natura politika dwar ir-relazzjoni bejn il-proċedura ċentralizzata u l-proċeduri nazzjonali

(e)

il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna:

(1)

is-separazzjoni tal-poteri

(2)

l-ammissibbiltà ta’ kontestazzjonijiet ta’ atti li jikkostitwixxu l-qofol ta’ proċedura speċjali u distinta

(3)

l-eżistenza ta’ protezzjoni legali adegwata

(4)

l-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-argument ta’ Sepracor dwar il-ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali minħabba fit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ osservazzjonijiet ta’ terz. In-nuqqas li tinforma lil Sepracor, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni, bil-kontenut tal-osservazzjonijiet li kienu ġew irċevuti u meħuda inkunsiderazzjoni, ta lok għal ksur tad-dritt għal smigħ, li huwa prinċipju fundamentali tad-dritt tal-UE.


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Settembru 2011 — Andrei Emilian Boncea, Filofteia Catrinel Boncea, Adriana Boboc, Cornelia Mihăilescu vs Statul român — Ministerul Finanțelor Publice

(Kawża C-483/11)

2011/C 347/21

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Argeș.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andrei Emilian Boncea, Filofteia Catrinel Boncea, Adriana Boboc Cornelia Mihăilescu.

Konvenut: Statul român — Ministerul Finanțelor Publice.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Liġi 221/2009, kif emendati bid-deċiżjoni tal-Curtea Constituțională Nru 1358 tal-21 ta’ Ottubru 2010, jiksru l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem?

(2)

L-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi limitat id-dritt ta’ persuna li tkun ġiet issuġġettata għal kundanna politika permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tmur kontra d-dispożizzjonijiet legali għall-kisba ta’ kumpens materjali għad-danni morali subiti?


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Settembru 2011 — Mariana Budan vs Statul român — Ministerul Finanțelor Publice — Direcția Generală a Finanțelor Publice Argeș

(Kawża C-484/11)

2011/C 347/22

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Argeș.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mariana Budan.

Konvenuti: Statul român — Ministerul Finanțelor Publice — Direcția Generală a Finanțelor Publice Argeș.

Intervenjenti: Iulian-Nicolae Cujbescu.

Domanda preliminari

Permezz tal-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tagħti lill-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u skont it-Trattati tal-Unjoni Ewropea, f’sitwazzjoni ta’ lacuna regolatorja fid-dritt intern (bħala konsegwenza tad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kostituzzjonalità tal-Artikolu 5 tal-Liġi 221/20(09)), ir-rikorrenti, Mariana Budan, (…) u l-intervenjenti, Iulian-Nicolae Cujbescu, (…), bħala vittmi tar-reġim Komunista u attwalment ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għandhom id-dritt għal kumpens għad-danni morali?


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (Ir-Repubblika tal-Latvja) fit-22 ta’ Settembru 2011 — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-487/11)

2011/C 347/23

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Laimonis Treimanis

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 918/83 (1) jipprojbixxi lill-proprjetarju ta’ vettura personali importata minn Stat terz fit-territorju tal-Unjoni Ewropea li jagħti l-imsemmija vettura, għall-finijiet tal-użu tagħha bla ħlas, lil membru tal-familja tiegħu li jkun effettivament ittrasferixxa r-residenza tiegħu minn Stat terz lejn l-Unjoni Ewropea u li kien jgħix mal-proprjetarju tal-vettura fl-istess dar fl-Istat terz qabel l-importazzjoni tal-vettura fl-Unjoni Ewropea, meta l-proprjetarju tal-vettura jirrisjedi prinċipalment f’dan l-Istat terz wara l-importazzjoni tal-imsemmija vettura fl-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/15


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 minn Mitsubishi Electric Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-12 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-133/07, Mitsubishi Electric Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-489/11 P)

2011/C 347/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mitsubishi Electric Corp. (rappreżentant: R. Denton, Solicitor, J. J Vyavaharkar, Solicitor, K. Haegeman, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza safejn tiċħad ir-rikors ta’ Melco quddiem il-Qorti Ġenerali,

tannulla dawk l-artikoli tad-deċiżjoni li għadhom ma ġewx annullati mis-sentenza, sa fejn japplikaw għal Melco u għal TMT&D għall-perjodu li għalih Melco tikkondividi r-responsabbiltà in solidum ma’ Toshiba għall-attivitajiet ta’ TMT & D,

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u l-ispejjeż ta# Melco fil-kuntest ta’ din il-proċedura u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tissottometti li l-Qorti Ġenerali għamlet żbalji legali sinjifikattivi fl-evalwazzjoni tal-provi dwar l-eżistenza tal-allegat “fehim komuni”:

il-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-informazzjoni fir-rigward tal-eżistenza tal-“approċċ komuni”;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika l-kriterji adegwati għall-eżami tal-provi u applikat b’mod żbaljat il-prinċipju li jirriżulta mill-ġurisprudenza li jipprovdi li dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tad-dikjarant għandhom fil-prinċipju jiġu kkunsidrati bħala partikolarment attendibbli;

il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-provi meta kkonkludiet li d-dikjarazzjoni ta’ M hija kredibbli u għandha valur probatorju;

il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbalajt il-liġi dwar il-korroborazzjoni tar-risposta ta’ Fuji għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet;

il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra l-effett ġenerali tad-diversi ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq ta’ Melco;

il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet ta’ difiża ta’ Melco, b’mod partikolari l-preżunzjoni ta’ innoċenza, billi obbligat lil Melco ġġib prova fin-negattiv li tipprova li ma wetqitx ksur;

il-Qorti Ġenerali kisret il-preżunzjoni ta’ innoċenza u applikat b’mod żbaljat il-prinċipji legali billi rrifjutat li tikkunsidra spjegazzjoni alternattiva plawsibbli.

L-appellanti issostni wkoll li l-Qorti Ġenerali għamlet żbalji ta’ liġi serji fl-evalwazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-allegat ksur:

il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprova l-allegat tul ta’ żmien tal-ksur fil-livell legali mitlub.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Mercato San Severino (l-Italja) fis-26 ta’ Settembru 2011 — Ciro Di Donna vs Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)

(Kawża C-492/11)

2011/C 347/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Mercato San Severino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ciro Di Donna

Konvenuta: Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)

Domanda preliminari

L-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000 u adottata fi Strasbourg fit-12 ta’ Diċembru 2007, id-Direttiva 2008/52/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u b’mod ġenerali, id-dritt tal-Unjoni kollu kemm hu, jipprekludu li tiġi introdotta, f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni, bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010 u d-Digriet Ministerjali Nru 180/2010, kif emendat bid-Digriet Ministerjali Nru 145/2011, li abbażi tagħha:

il-qorti tista’ tiddeduċi, fil-kuntest tal-kawża sussegwenti, provi kontra l-parti li naqset milli tattendi, mingħajr ġustifikazzjoni, għal proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja;

il-qorti għandha teskludi r-rimbors tal-ispejjeż sostnuti, mill-parti rebbieħa li tkun irrifjutat proposta għal konċiljazzjoni, wara li tkun saret din tal-aħħar, u għandha tikkundannaha għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti matul dan l-istess perijodu mill-parti telliefa, kif ukoll għall-ħlas favur it-Teżor tal-Istat ta’ somma oħra ta’ ammont ugwali għal dawk diġà mħallsa bħala taxxa dovuta (kontribuzzjoni unifikata), jekk is-sentenza mogħtija fi tmiem il-kawża mressqa wara l-formulazzjoni tal-proposta rrifjutata tikkorrispondi kompletament mal-kontenut ta’ din il-proposta;

il-qorti, għal raġunijiet gravi u eċċezzjonali, tista’ teskludi r-rimbors tas-somom sostnuti mill-parti rebbieħa fir-rigward tal-kumpens imħallas lill- medjatur u tal-ispjjeż ta’ espert, anki meta s-sentenza mogħtija fi tmiem il-kawża ma tikkorrispondix kompletament mal-kontenut tal-proposta;

il-qorti għandha tikkundanna lill-parti li ma pparteċipatx fil-proċedura ta’ medjazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni tħallas lit-Teżor tal-Istat somma li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni unifikata dovuta fir-rigward tal-proċeduri,;

il-medjatur jista’, jew anki għandu, jifformula proposta ta’ konċiljazzjoni anki mingħajr il-qbil tal-partijiet u anki f’każ ta’ nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-partijiet fil-proċeduri;

it-terminu li fih għandu jintemm it-tentattiv ta’ medjazzjoni jista’ jkun ta’ erba’ xhur;

anki wara l-iskadenza tat-terminu ta’ erba’ xhur mill-bidu tal-proċedura, kawża tista’ titressaq biss wara li jinkiseb, mingħand is-segretarjat tal-korp ta’ medjazzjoni, rapport li jistabbilixxi nuqqas ta’ qbil, redatt mill-medjatur u li jindika l-proposta miċħuda;

ma huwiex eskluż li l-proċeduri ta’ medjazzjoni jistgħu jimmultiplikaw — u b’hekk jiġu mmultiplikati t-termini sabiex jintmemu l-kawżi — bl-istess mod bħat-talbiet leġittimament imressqa fil-kuntest tal-proċeduri li sadanittant ikunu nbdew;

l-ispiża tal-proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja hija mill-inqas darbtejn ogħla minn dik tal-proċeduri ġudizzjarji li l-proċedura ta’ medjazzjoni tipprova tevita u din id-differenza tiżdied b’mod esponenzjali hekk kif jiżdied il-valur tal-kwistjoni (b’mod li l-ispiża tal-medjazzjoni tista’ tirriżulta sitt darbiet ogħla mill-ispiża ta’ proċess ġudizzjarju) jew hekk kif tiżdied il-kumplessità tagħha (meta jkun neċessarju, f’dan l-aħħar każ, li jinħatar espert, imħallas mill-partijiet fil-proċedura, sabiex jassisti lill-medjatur fi kwistjonijiet li jirrikjedu ħiliet tekniċi speċifiċi, mingħajr ma r-rapport tal-espert jew l-informazzjoni li huwa jkun stabbilixxa jistgħu sussegwentement jintużaw fil-kuntest tal-proċeduri legali)?


(1)  ĠU L 136, p. 3.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/17


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 minn United Technologies Corp kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-141/07, United Technologies Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-493/11 P)

2011/C 347/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: United Technoligies Corp. (rappreżentanti: A. Winckler, avukat, J. Temple Lang, solicitor, C. J. Cook, avukat u D. Gerard, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

abbażi tal-elementi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha disponibbli, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u tnaqqas l-ammont tal-multi ffissati fiha jew, jekk hija tqis li huwa xieraq, tannulla s-sentenza appellata u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid tal-fatti rilevanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din l-istanza kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tipprovdi li l-Kummissjoni kienet intitolata li tattribwixxi r-responsabbiltà lil UTC għall-prattiki ta’ GTO u tas-sussidjarji ta’ Otis. Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet. Fl-ewwel parti tiegħu, il-Qorti Ġenerali wettqet difett sostanzjali billi naqset milli tikkonforma ruħha mat-test legali pprovdut għall-konfutazzjoni ta’ imputabbiltà li tirriżulta minn sehem ta’ 100 % fil-kapital ta’ sussidjarji minn kumpannija parent. It-tieni nett, l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tat-test legali għall-konfutazzjoni tal-preżunzjoni ta’ imputabbiltà tikser il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli timmotiva b’mod suffiċjenti r-raġunijiet preċiżi ta’ konfutazzjoni tal-preżunzjoni ta’ responsabbiltà kif imqajma mill-appellanti.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi motivazzjoni xierqa u wettqet żball peress li naqset milli teżamina l-ilment ta’ UTC dwar ksur tat-trattament ugwali fil-konfront ta’ MEC.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/18


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 minn Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis BV, Otis Elevator Company, Otis GmbH & Co. OHG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-141/07, Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis BV, Otis Elevator Company, Otis GmbH & Co. OHG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-494/11 P)

2011/C 347/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis BV, Otis Elevator Company, Otis GmbH & Co. OHG (rappreżentanti: A. Winckler, avukat, J. Temple Lang, solicitor, C.J. Cook, avukat, D. Gerard, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu l l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza,

abbażi tal-provi prodotti quddiemha, tannulla parzjalment id-deċiżjoni u tnaqqas l-ammont tal-multi stabbiliti fiha jew, kif tħoss li huwa xieraq, tannulla s-sentenza u tirrinvija l-kawża lura għand il-Qorti Ġenerali sabiex tikkunsidra mill-ġdid l-elementi fattwali rilevanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni kienet intitolata tattribwixxi r-responsabbiltà għall-ksur ta’ GTO fil-Lussemburgu lil Otis SA. Dan l-aggravju huwa maqsum f’erba’ partijiet. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sostantiva meta applikat b’mod żbaljat l-istandard legali stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-97/08 P, Akzo Nobel vs Il-Kummissjoni u l-kunċett ta’ impriża waħda. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali marret lil hinn mill-kompetenza tagħha meta bbażat ruħha fuq elementi fattwali li ma kienx sar riferiment għalihom mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni u li ma kinux inklużi fil-proċess tal-Kummissjoni. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali interrpetat b’mod ħażin in-natura u l-iskop tar-relazzjoni legali bejn GTO u Otis SA, u żnaturat il-fatti. Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi raġunament xieraq meta ċaħdet il-ksur imwettaq mill-Kummissjoni meta kisret id-dmir tagħha li titratta lill-kumpanniji parent ta’ GTO u MEE b’mod ugwali.

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi meta aċċettat il-kalkolu tal-ammont bażi tal-multa għall-ksur Ġermaniż. Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-Linji Gwida tal-1998 dwar il-Multi meta qieset li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa tieħu inkunsiderazzjoni d-daqs tas-suq affettwat meta din iffissat l-ammont bażi tal-multa. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi biżżejjed raġunijiet dwar id-determinazzjoni tad-daqs tas-suq affettwat u tat-tqassim tal-parteċipanti f’kategoriji.

Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi u li marret lil hinn mill-kompetenza tagħha meta ċaħdet lil Otis il-benefiċċju ta’ “immunità parzjali”, skont l-aħħar paragrafu tal-punt 23(b) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2002. Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika t-test legali korrett għall-għoti ta’ “immunità parzjali”, marret lil hinn mill-kompetenza tagħha meta ssostitwixxiet l-evalwazzjoni tagħha stess tal-provi prodotti minn Otis ma’ dawk tal-Kummissjoni u ma osservatx regoli stabbiliti tal-evidenza. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-obbligu tal-Kummissjoni li tagħti raġunijiet.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/18


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 minn Toshiba Corp. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-113/07 — Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-498/11 P)

2011/C 347/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Toshiba Corp. (rappreżentanti: J.F. MacLennan, Solicitor, A. Schulz, Rechtsanwalt, A. Dawes, Solicitor, S. Sakellariou, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiċħad it-talba ta’ Toshiba għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-punti ta’ liġi; u, fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi meta ċaħdet it-talba tagħha għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata:

(a)

wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li d-dikjarazzjonijiet ta’ xhieda ipprovduti minn ABB setgħu jipprovaw l-eżistenza ta’ ftehim komuni;

(b)

wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li kien hemm kemm provi korroborattivi kif ukoll provi indiretti dwar l-eżistenza ta’ ftehim komuni;

(ċ)

wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li Toshiba pparteċipat kemm fi ksur waħdieni kif ukoll fi ksur kontinwu; u

(d)

wettqet żball ta’ liġi billi kkonstatat li n-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ diversi dikjarazzjonijiet ta’ xhieda li jiskaġunaw ma kienx jippreġudika d-drittijiet tad-difiża ta’ Toshiba.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/19


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 minn Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV u Schindler Deutschland Holding GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-138/07, Schinder Holding Ltd et vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-501/11 P)

2011/C 347/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV u Schindler Deutschland Holding GmbH (rappreżentanti: R. Bechtold u W. Bosch, avukati, kif ukoll Dr. J. Schwarze, Professur)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-138/07;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2007 fil-Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u Eskalejters; sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multi imposti f’din id-deċiżjoni fuq l-appellanti;

sussidjarjament, fir-rigward tal-ewwel u tat-tieni talba, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni konformi mal-punti ta’ liġi deċiżi permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw tlettax-il aggravju:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ separazzjoni tal-poteri u r-rekwiżit ta’ proċedura bbażata fuq ir-rispett tal-prinċipji ta’ stat tad-dritt meta ddeċidiet, mingħajr ma eżaminat b’mod sħiħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li din kellha s-setgħa timponi multi.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ produzzjoni diretta tal-prova meta ddeċidiet li kienet ammissibbli l-produzzjoni tal-prova permezz tax-xhieda ta’ applikanti għall-klemenza hekk kif iseħħ fil-prattika attwali tal-Kummissjoni.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ċertezza ta’ reat (Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iktar ’il quddiem il-“KEDB”) billi ddeċidiet li l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) jikkostitwixxi bażi legali speċifika biżżejjed sabiex jiġu imposti multi.

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx il-fatt li l-linji gwida tal-Kummissjoni tal-1998 dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi kienu nulli u bla effett minħabba n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni.

Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ċaħdet l-argument li l-linji gwida tal-Kummissjoni tal-1998 dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi ma jiksrux il-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Is-sitt nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ħtija u ta’ preżunzjoni tal-innoċenza (Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003, Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), l-Artikolu 6(2) tal-KEDB) għaliex ma kkunsidratx bħala neċessarju li l-ksur imwettaq minn impjegati jiġi attribwit lill-impriżi kkonċernati jew għaliex ma kienx ivverifikat jekk il-ksur kienx attribwibbli lill-impriża kkonċernata.

Is-seba’ nett, il-Qorti Ġenerali assumiet b’mod żbaljat responsabbiltà konġunta ma’ Schindler Holding. F’dan ir-rigward, il-prinċipji ta’ responsabbiltà konġunta li ġew applikati affettwaw il-kompetenzi tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali marret lil hinn mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u kisret il-preżunzjoni ta’ innoċenza (Artikolu 48(1) tal-Karta u Artikolu 6(2) tal-KEDB).

It-tmien nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li ma kienx hemm eċċess tal-limiti stabbiliti mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.

Id-disa’ nett, din kisret ukoll id-dritt ta’ proprjetà ta’ Schindler Holding billi l-multi imposti għandhom l-istess effett bħal esproprjazzjoni (Artikolu 17(1) tal-Karta u Artikolu 1 tal-protokoll addizzjonali għall-KEDB).

L-għaxar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat bħala ġustifikati l-ammonti ta’ bażi għolja wisq, li ġew magħżula mill-Kummissjoni.

Il-ħdax nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat approvat li l-Kummissjoni ma aċċettatx bħala ċirkustanzi speċifiċi ċerti ċirkustanzi attenwanti. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari naqset milli tikkunsidra li kienu ġew volontarjament mitmuma l-akkordju fil-Ġermanja kif ukoll il-miżuri meħuda mill-appellanti sabiex ikun hemm konformità.

It-tnax nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat bħala ġġusitifikat li l-Kummissjoni tagħti tnaqqis baxx ħafna taħt l-Avviż ta’ Klemenza jew li tirrifjuta li tagħti tali tnaqqis. F’dan ir-rigward, din ma tiħux inkunsiderazzjoni l-kontribut tal-appellanti. Lanqas ma tikkunsidra li l-Kummissjoni żbaljatament tat tnaqqis baxx ħafna għall-kooperazzjoni barra mill-kuntest tal-Avviż ta’ Klemenza.

It-tlettax nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta kkunsidrat li l-ammont tal-multi xorta kien legali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Settembru 2011 — Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss vs Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

(Kawża C-502/11)

2011/C 347/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss

Konvenuta: Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

Domandi preliminari

(1)

L-ordinament Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/37/KEE (1) (iktar ’il quddiem: l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/18/KEE (2)), jipprekludi bħala prinċipju lil leġiżlazzjoni nazzjonali (bħall-Artikolu 10(1)(a) tal-Liġi 109 tal-1994 — li mbagħad sar l-Artikolu 34(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv 163 tal-2006), milli tillimita biss lill-kumpanniji li jeżerċitaw attività kummerċjali milli jipparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’tali mod li jeskludu lit-tali imprendituri (bħall-società semplici) li normalment u prevalentement ma jeżerċitawx tip ta’ attività bħal din, jew jirriżulta li din il-projbizzjoni hija raġonevoli u mhux diskriminatorju fid-dawl tar-regoli partikolari u tas-sistema partikolari tal-assi tas-“società semplici”?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja tiġi mistoqsija s-segwenti domanda ulterjuri:

(2)

L-ordinament Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/37/KEE (sussegwentement: l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/18/KEE), kif ukoll il-prinċipju ta’ libertà tal-forma ġuridika tas-suġġetti li tħallew jipparteċipaw fis-sejħa għall-offerti jippermetti lil leġiżlatur nazzjonali li jillimita l-kapaċità ġuridika ta’ imprenditur (jew, ta’ operatur ekonomiku, skont id-definizzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE), b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi li jikkaratterizzaw il-liġi nazzjonali ta’ tali imprenditur, jipprekludu lill-imsemmi imprenditur milli jipparteċipa fis-sejħa pubblika għall-offerti, jew tali limitazzjoni tirriżulta li tikser il-prinċipji ta’ raġonevolezza u ta’ nondiskriminazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/21


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp Elevator (CENE) GmbH, li kienet ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, u minn ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-503/11 P)

2011/C 347/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: ThyssenKrupp Elevator (CENE) GmbH, li kienet ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, u ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH (rappreżentant: K. Blau-Hansen, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07 (ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea), sa fejn tiċħad ir-rikors u sa fejn tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tkompli tnaqqas b’mod raġonevoli l-multa imposta fuq l-appellanti permezz tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2007;

iktar sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti jikkontestaw is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-147/07 et (ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea), sa fejn dik is-sentenza tiċħad ir-rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2007 kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007 (Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u Eskalejters) u sa fejn tikkonċerna lill-appellanti.

L-appellanti jinvokaw, f’total ta’ erba’ aggravji, in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali, ksur tat-Trattat KE, tat-Trattat FUE u tad-dispożizzjonijiet legali li jimplementawhom, kif ukoll użu ħażin tal-poter u ksur tad-drittijiet fundamentali.

Fl-ewwel lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kkonfermat, b’mod legalment żbaljat, il-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-implementazzjoni tal-proċedura. Fil-fehma tagħhom, il-Qorti Ġenerali kien imissha annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni minħabba li l-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE) ma kienx japplika fid-dawl tal-fatt li l-ksur lokali kkonstatat ma kellux implikazzjonijiet transkonfinali. Barra minn hekk, meta l-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Artikolu 101 TFUE kien applikabbli, hija kien imissha kkunsidrat li, fi kwalunkwe każ, skont il-Komunikazzjoni dwar in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, il-kompetenza tal-Kummissjoni hija suġġetta għas-sistema ta’ kompetenzi paralleli stabbilita mir-Regolament Nru 1/2003 (1). Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li l-ftuħ sussegwenti ta’ proċeduri min-naħa tal-Kummissjoni jammonta għal ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ legalità fejn jidħlu s-sanzjonijiet, prinċipji protetti bħala drittijiet fundamentali.

Fit-tieni lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kkonfermat, b’mod legalment żbaljat, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm lill-appellanti responsabbli in solidum filwaqt li tieħu bħala bażi l-volum tad-dħul mill-bejgħ tal-grupp ThyssenKrupp AG. B’hekk, is-sentenza tikser l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, il-prinċipju tal-istat tad-dritt kif espress fil-prinċipju nulla poena sine lege, il-prinċipju tal-proporzjonalità tas-sanzjonijiet, il-prinċipju in dubio pro reo u l-prinċipju ta’ responsabbiltà. Skont l-appellanti, is-sentenza hija vvizzjata minn żball ta’ liġi sa fejn hija bbażata fuq il-preżunzjoni li, għal finijiet ta’ responsabbiltà, kumpannija sussidjarja tifforma, flimkien mal-kumpannija parent tagħha (u ma’ kumpanniji oħra fil-grupp), entità waħda fil-forma ta’ unità ekonomika. Barra minn hekk, is-sentenza appellata tikser il-prinċipju ta’ responsabbiltà sa fejn timponi multa in solidum fuq l-appellanti flmkien mal-kumpanniji parent tagħhom. Sussidjarjament, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali kkonfermat ir-responsabbiltà in solidum sa fejn naqset milli tistabbilixxi livelli ta’ responsabbiltà fir-relazzjoni interna.

Fit-tielet lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, ma ssodisfatx l-obbligu legali tagħha li twettaq stħarriġ eżawrjenti, u dan sa fejn eżaminat b’mod insuffiċjenti biss in-natura sproporzjonata tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku u tal-multiplikatur dissważiv u n-nuqqas ta’ rikonoxximent min-naħa tal-Kummissjoni tal-kollaborazzjoni tal-appellanti, b’tali mod li kisret id-dritt għal smigħ xieraq u l-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tagħmel parti minn dan id-dritt.

Fir-raba’ lok, qiegħed jiġi allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku għall-ksur li jikkorrispondi għall-Ġermanja sa fejn, fid-determinazzjoni ta’ dan l-ammont, ġie inkluż il-volum tad-dħul mill-bejgħ minn prodotti li ma kinux involuti fil-ksur, u dan minkejja li raġunijiet imperattivi jipprekludu dan. F’dan is-sens, il-Qorti Ġenerali tat motivazzjoni ġustament differenzjata fir-rigward ta’ Schindler iżda naqset, b’mod żbaljat fil-liġi, milli tagħmel tali distinzjoni anki fir-rigward tal-appellanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/22


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp Ascenseurs Luxemburg Sàrl kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-504/11 P)

2011/C 347/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: ThyssenKrupp Ascenseurs Luxemburg Sàrl (rappreżentant: T. Schaper, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07 (ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea), sa fejn tiċħad ir-rikors u sa fejn tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tkompli tnaqqas b’mod raġonevoli l-multa imposta fuq l-appellanti permezz tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2007;

iktar sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti qiegħda tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-148/07 et (ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni Ewropea), sa fejn dik is-sentenza tiċħad ir-rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2007 kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007 (Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u Eskalejters) u sa fejn tikkonċerna lill-appellanti.

L-appellati tinvoka, f’total ta’ tliet aggravji, in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali, ksur tat-Trattat KE, tat-Trattat FUE u tad-dispożizzjonijiet legali li jimplementawhom, kif ukoll użu ħażin tal-poter u ksur tad-drittijiet fundamentali.

Fl-ewwel lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kkonfermat, b’mod legalment żbaljat, il-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-implementazzjoni tal-proċedura. Fil-fehma tagħha, il-Qorti Ġenerali kien imissha annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni minħabba li l-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE) ma kienx japplika fid-dawl tal-fatt li l-ksur lokali kkonstatat ma kellux implikazzjonijiet transkonfinali. Meta l-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Artikolu 101 TFUE kien applikabbli, hija kien imissha kkunsidrat li, fi kwalunkwe każ, skont il-Komunikazzjoni dwar in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, il-kompetenza tal-Kummissjoni hija suġġetta għas-sistema ta’ kompetenzi paralleli stabbilita mir-Regolament Nru 1/2003 (1). Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li l-ftuħ sussegwenti ta’ proċeduri min-naħa tal-Kummissjoni jammonta għal ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ legalità fejn jidħlu s-sanzjonijiet, prinċipji protetti bħala drittijiet fundamentali.

Fit-tieni lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kkonfermat, b’mod legalment żbaljat, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm lill-appellanti responsabbli in solidum filwaqt li tieħu bħala bażi l-volum tad-dħul mill-bejgħ tal-grupp ThyssenKrupp AG. B’hekk, is-sentenza tikser l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, il-prinċipju ta’ stat tad-dritt kif espress fil-prinċipju nulla poena sine lege, il-prinċipju ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet, il-prinċipju in dubio pro reo u l-prinċipju ta’ responsabbiltà. Skont l-appellanti, is-sentenza hija vvizzjata minn żball ta’ liġi sa fejn hija bbażata fuq il-preżunzjoni li, għal finijiet ta’ responsabbiltà, kumpannija sussidjarja tifforma, flimkien mal-kumpannija parent tagħha (u ma’ kumpanniji oħra fil-grupp), entità waħda fil-forma ta’ unità ekonomika. Barra minn hekk, is-sentenza appellata tikser il-prinċipju ta’ responsabbiltà sa fejn timponi multa in solidum fuq l-appellanti flmkien mal-kumpanniji parent tagħha. Sussidjarjament, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kkonfermat ir-responsabbiltà in solidum sa fejn naqset milli tistabbilixxi livelli ta’ responsabbiltà fir-relazzjoni interna.

Fit-tielet lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, ma ssodisfatx l-obbligu legali tagħha li twettaq stħarriġ eżawrjenti, u dan sa fejn eżaminat b’mod insuffiċjenti biss in-natura sproporzjonata tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku u tal-multiplikatur dissważiv u n-nuqqas ta’ rikonoxximent min-naħa tal-Kummissjoni tal-kollaborazzjoni tal-appellanti, b’tali mod li kisret id-dritt għal smigħ xieraq u l-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tagħmel parti minn dan id-dritt.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/23


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp Elevator AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-505/11 P)

2011/C 347/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: ThyssenKrupp Elevator AG (rappreżentant: T. Klose, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07 (ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni), u sa fejn tiċħad ir-rikors u sa fejn tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tkompli tnaqqas b’mod raġonevoli l-multa imposta fuq l-appellanti permezz tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2007;

iktar sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka sitt aggravji li jikkonċernaw l-inkompetenza tal-Kummissjoni, ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, ksur tat-Trattat KE, tat-Trattat FUE u tad-dispożizzjonijiet legali li jimplementawhom, kif ukoll użu ħażin tal-poter u ksur tad-drittijiet fundamentali.

Fl-ewwel lok, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-implementazzjoni tal-proċedura. Fil-fehma tagħha, il-Qorti Ġenerali kien imissha annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni minħabba li l-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE) ma kienx japplika fid-dawl tal-fatt li l-ksur lokali kkonstatat ma kellux implikazzjonijiet transkonfinali. Barra minn hekk, meta l-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Artikolu 101 TFUE kien applikabbli, hija kien imissha kkunsidrat li, fi kwalunkwe każ, skont il-Komunikazzjoni dwar in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, il-kompetenza tal-Kummissjoni hija suġġetta għas-sistema ta’ kompetenzi paralleli stabbilita mir-Regolament Nru 1/2003 (1). Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li l-ftuħ sussegwenti ta’ proċeduri min-naħa tal-Kummissjoni jammonta għal ksur tal-prinċipju nulla poena sine lege li huwa protett bid-drittijiet fundamentali.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li kien hemm ksur tal-prinċipju ne bis in idem peress li l-Kummissjoni ma kkunsidratx id-deċiżjonijiet ta’ klemenza favur l-appellanti mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedura.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm lill-appellanti responsabbli in solidum għall-aġir tal-kumpanniji sussidjarji tagħha. L-appellanti nfisha ma pparteċipatx fil-ksur. L-imputazzjoni ta’ aġir lil terz abbażi ta’ preżunzjoni żbaljata tar-responsabbiltà tal-unità ekonomika tmur kontra l-prinċipju in dubio pro reo u l-prinċipju ta’ dritt għal smigħ xieraq.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma ħaditx inkunsiderazjzoni l-fatt li l-konferma tar-responsabbiltà in solidum tal-appellanti tmur kontra l-prinċipju tan-natura personali tar-responsabbiltà. Sussidjarjament, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-fatt li hija ma żżomx parti suffiċjenti tal-kapital tal-kumpanniji sussidjarji tagħha sabiex titqies responsabbli u li, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni.

Fil-ħames lok, l-appellanti ssostni li, fis-sentenza tagħha, l-Qorti Ġenerali ma ssodisfatx l-obbligu legali tagħha li twettaq stħarriġ, u dan sa fejn eżaminat biss b’mod insuffiċjenti in-natura sproporzjonata tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku u tal-multiplikatur dissważiv u tal-iffissar ta’ diversi multi għal ksur paralleli, kif ukoll tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kollobarazzjoni tal-appellanti mill-Kummissjoni u li, għalhekk, hija kisret id-dritt għal smigħ xieraq u l-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tagħmel parti minn dan id-dritt. Fi kwalunkwe każ, is-sentenza hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn tikkonferma l-impożizzjoni ta’ diversi multi, b’mod li l-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni ma ttiħditx inkunsiderazzjoni.

Fis-sitt lok, fir-rigward tal-ammont bażiku stabbilit għall-ksur li jikkonċerna l-Ġermanja; l-appellanti tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li dan l-ammont ma jiħux biss inkunsiderazzjoni d-dħul mill-prodotti inkwistjoni, u dan minkejja li raġunijiet imperattivi jipprekludu dan. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tat motivazzjoni ddifferenzjata u preċiża fir-rigward ta’ Schindler iżda, b’mod żbaljat fil-liġi, naqset milli tagħmel dan fir-rigward tal-appellanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/24


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2011 minn ThyssenKrupp AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-506/11 P)

2011/C 347/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: ThyssenKrupp AG (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi magħquda T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07 (ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni), sa fejn tiċħad ir-rikors u sa fejn tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tkompli tnaqqas b’mod raġonevoli l-multa imposta fuq l-appellanti permezz tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2007;

iktar sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka sitt aggravji li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, ksur tat-Trattat KE, tat-Trattat FUE u tad-dispożizzjonijiet legali li jimplementawhom, kif ukoll użu ħażin tal-poter u ksur tad-drittijiet fundamentali.

Fl-ewwel lok, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-implementazzjoni tal-proċedura. Fil-fehma tagħha, il-Qorti Ġenerali kien imissha annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni minħabba li l-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE) ma kienx japplika fid-dawl tal-fatt li l-ksur lokali kkonstatat ma kellux implikazzjonijiet transkonfinali. Barra minn hekk, meta l-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Artikolu 101 TFUE kien applikabbli, hija kien imissha kkunsidrat li, fi kwalunkwe każ, skont il-Komunikazzjoni dwar in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, il-kompetenza tal-Kummissjoni hija suġġetta għas-sistema ta’ kompetenzi paralleli stabbilita mir-Regolament Nru 1/2003 (1). Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li l-ftuħ sussegwenti ta’ proċeduri min-naħa tal-Kummissjoni jammonta għal ksur tal-prinċipju nulla poena sine lege li huwa protett bid-drittijiet fundamentali.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li kien hemm ksur tal-prinċipju ne bis in idem peress li l-Kummissjoni ma kkunsidratx id-deċiżjonijiet ta’ klemenza favur l-appellanti mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedura.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm lill-appellanti responsabbli in solidum għall-aġir tal-kumpanniji sussidjarji tagħha. L-appellanti nfisha ma pparteċipatx fil-ksur. L-imputazzjoni ta’ aġir lil terz abbażi ta’ preżunzjoni żbaljata tar-responsabbiltà tal-unità ekonomika tmur kontra l-prinċipju in dubio pro reo u l-prinċipju ta’ dritt għal smigħ xieraq.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma ħaditx inkunsiderazjzoni l-fatt li l-konferma tar-responsabbiltà in solidum tal-appellanti tmur kontra l-prinċipju tan-natura personali tar-responsabbiltà. Sussidjarjament, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-fatt li hija ma żżomx parti suffiċjenti tal-kapital tal-kumpanniji sussidjarji tagħha sabiex titqies responsabbli u li, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni.

Fil-ħames lok, l-appellanti ssostni li, fis-sentenza tagħha, l-Qorti Ġenerali ma ssodisfatx l-obbligu legali tagħha li twettaq stħarriġ, u dan sa fejn eżaminat biss b’mod insuffiċjenti in-natura sproporzjonata tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku u tal-multiplikatur dissważiv u tal-iffissar ta’ diversi multi għal ksur paralleli, kif ukoll tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kollobarazzjoni tal-appellanti mill-Kummissjoni u li, għalhekk, hija kisret id-dritt għal smigħ xieraq u l-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tagħmel parti minn dan id-dritt. Fi kwalunkwe każ, is-sentenza hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn tikkonferma l-impożizzjoni ta’ diversi multi, b’mod li l-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni ma ttiħditx inkunsiderazzjoni.

Fis-sitt lok, fir-rigward tal-ammont bażiku stabbilit għall-ksur li jikkonċerna l-Ġermanja, l-appellanti tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li dan l-ammont ma jiħux biss inkunsiderazzjoni d-dħul mill-prodotti inkwistjoni, u dan minkejja li raġunijiet imperattivi jipprekludu dan. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tat motivazzjoni ddifferenzjata u preċiża fir-rigward ta’ Schindler iżda, b’mod żbaljat fil-liġi, naqset milli tagħmel dan fir-rigward tal-appellanti.

Fis-seba’ lok, l-appellanti ssostni wkoll li l-ammont bażiku ġie ffissat b’mod żbaljat għall-multa li tirrigwarda s-suq Olandiż, billi l-volum sħiħ ġie kkunsidrat meta dan kien ftit li xejn affettwat mill-akkordju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö TSN ry vs Terveyspalvelualan Liitto ry u Mehiläinen Oy

(Kawża C-512/11)

2011/C 347/35

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Työtuomioistuin (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö TSN ry

Konvenut: Terveyspalvelualan Liitto ry u Mehiläinen Oy

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (1), kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (2), jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv nazzjonali, jew l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li jipprovdu li ħaddiema mara li tgħaddi minn leave għal raġunijiet ta’ tagħlim mhux remunerat għal leave tal-maternità ma tibbenefikax, matul il-leave tal-maternità, mill-ħlas tar-remunerazzjoni prevista mill-ftehim kollettiv?


(1)  ĠU L 204, p. 23.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Ylemmät Toimihenkilöt YTN ry vs Teknologiateollisuus ry u Nokia Siemens Networks Oy

(Kawża C-513/11)

2011/C 347/36

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Työtuomioistuin (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ylemmät Toimihenkilöt YTN ry.

Konvenuti: Teknologiateollisuus ry u Nokia Siemens Networks Oy.

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (1), kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (2), jipprekludu li ftehim kollettiv nazzjonali jiġi interpretat fis-sens li ħaddiema mara li tgħaddi minn leave għal raġunijiet ta’ tagħlim għal leave tal-maternità ma tibbenefikax, matul il-leave tal-maternità, mill-ħlas tar-remunerazzjoni prevista mill-ftehim kollettiv?


(1)  ĠU L 204, p. 23.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110.


Il-Qorti Ġenerali

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Agroexpansión vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/05) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Effett dissważiv - Trattament ugwali - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

2011/C 347/37

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agroexpansión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u P. Vidal Martínez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Agroexpansión, SA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), huwa ffisat għal EUR 2 430 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Agroexpansión għandha tbati disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tagħha u disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, u din tal-aħħar għandha tbati parti minn għaxra mill-ispejjeż tagħha kif ukoll parti minn għaxra mill-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 82, 02.04.2005.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Alliance One International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/05) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Effett dissważiv - Ċirkustanzi attenwanti)

2011/C 347/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance One International, Inc., li qabel kienet Dimon Inc. (Danville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment L. Bergkamp, H. Cogels, J. Dhont, M. Marañon Hermoso u A. Emch, sussegwentement M. Odriozola Alén, J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez, M. Barrantes Diaz u A. João Vide, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier u F. Amato, sussegwentement É. Gippini Fournier, N. Khan u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Is-sehem mill-ammont tal-multa imposta fuq Agroexpansión, SA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), li għall-ħlas tiegħu Alliance One International, Inc. hija responsabbli in solidum ma’ Agroexpansión, huwa ffisat għal EUR 2 187 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Alliance One International għandha tbati disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tagħha u disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, u din tal-aħħar għandha tbati parti minn għaxra mill-ispejjeż tagħha kif ukoll parti minn għaxra mill-ispejjeż ta’ Alliance One International.


(1)  ĠU C 93, 16.04.2005.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/06) (1)

(Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Adozzjoni, mill-Istat Membru, ta’ ċerti miżuri - Talba għal ħlas - Kompetenza tal-Kummissjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali)

2011/C 347/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G de Bergues u S. Gasri, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues u B. Cabouat, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: T. van Rijn, K. Banks u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, T. Harris u C. Murrell, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 659 finali, tal-1 ta’ Marzu 2006, li tirrigwarda talba għal ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità dovuti skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza (C-304/02, Ġabra p. I-6263).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 165, 15.07.2006.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/07) (1)

(Għajnuna finanzjarja mogħtija lil proġett fil-qasam tal-ambjent - LIFE - Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas - Determinazzjoni tal-obbligi tal-benefiċjarju assunti fil-kuntest tal-proġett finanzjarju - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 347/40

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Dimos Peramatos (Perama, il-Greċja) (rappreżentanti: G. Gerapetritis u P. Petropoulos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn A. Somou, avukat)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament jew, sussidjarjament, għat-tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2005) 5361, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar in-nota ta’ debitu Nru 3240504536, indirizzata lil Dimos Peramatos (muniċipalità ta’ Perama) għall-irkupru tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sussidju mogħti lil Dimos Peramatos permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)/1997/finali/29, tas-17 ta’ Lulju 1997.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dimos Peramatos għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Ottubru 2011 — SLV Elektronik vs UASI — Jiménez Muñoz (LINE)

(Kawża T-449/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċediment ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva LINE - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Line - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 347/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SLV Elektronik GmbH (Übach-Palenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Angel Jiménez Muñoz (Gelida, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Lulju 2008 (Każ R 759/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Angel Jiménez Muñoz u SLV Elektronik GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Lulju 2008 (Każ R 759/2007-4) hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti “lampi li jaħdmu bil-kurrent elettriku, tagħmir u installazzjoniet elettriċi, tagħmir elettriku ta” effetti teatrali, lampi tal-elettriku u partijiet tal-prodotti msemmija li jaqgħu fil-klassi 11.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Gutknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/08) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Spezzjonijiet sanitarji - Prodotti bijoċidali - Inventarju tas-sustanzi attivi fis-suq - Adozzjoni ta’ regolamenti mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/8/KE - Rabta kawżali)

2011/C 347/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Gutknecht (Kirchheimbolanden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu mġarrab, prinċipalment, bl-adozzjoni allegatament illegali mill-Kummissjoni ta’ varji regolamenti skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3); jew, sussidjarjament, bl-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċċessarji biex tipproteġi d-dritt għall-protezzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont l-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Jürgen Gutknecht huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2011 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — Nokia (NaViKey)

(Kawża T-393/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali NaViKey - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NAVI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2011/C 347/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Munzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nokia Corp. (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Tanhuanpää, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1143/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nokia Corp. u NEC Display Soltutions Europe GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Purvis vs Il-Parlament

(Kawża T-439/09) (1)

(Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Skema ta’ pensjoni addizzjonali - Rifjut li parti mill-benefiċċju ta’ pensjoni addizzjonali volontarja tingħata fil-forma ta’ kapital - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Drittijiet miksuba - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità)

2011/C 347/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Robert Purvis (Saint-Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, sussegwentement N. Lorenz, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tas-7 ta’ Awwissu 2009, li tirrifjuta li r-rikorrent jingħata parti mill-benefiċċju tal-pensjoni addizzjonali volontarja tiegħu fil-forma ta’ kapital.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

John Robert Purvis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Reisenthel vs UASI — Dynamic Promotion (kaxxi li jistgħu jitqiegħdu fuq xulxin u basktijiet)

(Kawża T-53/10) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni - Notifikazzjoni tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni permezz ta’ faks - Appell quddiem il-Bord tal-Appell - Nota li tispjega l-aggravji tal-appell - Terminu għal preżentata - Ammissibbiltà tal-appell - Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Rettifika ta’ deċiżjoni - Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Prinċipju ġenerali ta’ dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ deċiżjoni illegali)

2011/C 347/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Reisenthel (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Aliki Busse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Schäffner, sussegwentement minn R. Manea u G. Schneider, bħala aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dynamic Promotion Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)

Suġġett

Rikors ippreżentat, minn naħa, kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Novembru 2009, kif irrettifikata bid-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 621/2009-3), u, min-naħa l-oħra, kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 621/2009-3), dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Peter Reisenthel u Dynamic Promotion Co. Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 621/2009-3) hija annullata sa fejn tirrigwarda t-talba għal rettifika ta’ Peter Reisenthel tat-23 ta’ Diċembru 2009.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — Chestnut Medical Technologies vs UASI (PIPELINE)

(Kawża T-87/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PIPELINE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2011/C 347/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chestnut Medical Technologies, Inc. (Menlo Park, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H.P. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 968/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PIPELINE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Chestnut Medical Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2011 — P vs Il-Parlament

(Kawża T-213/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Tkeċċija - Telf ta’ fiduċja - Motivazzjoni - Żnaturament tal-provi)

2011/C 347/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: P (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment S. Seyr u R. Ignătescu, sussegwentement S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-24 ta’ Frar 2010, P vs Il-Parlament (F-89/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

P għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Association belge des consommateurs test-achats vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/10) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Belġjan tal-enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Impenji matul l-ewwel fażi ta’ eżami - Deċiżjoni li tirrifjuta r-rinviju parzjali tal-eżami ta’ konċentrazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali - Rikors għal annullament - Assoċjazzjoni ta’ konsumaturi - Interess ġuridiku - Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni fil-fond - Drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà)

2011/C 347/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Association belge des consommateurs test-achats ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fratini u F. Filpo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment C. Lazarus, A. Amsellem u A. Fontanille, sussegwentement C. Lazarus u A. Creus Carreras, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2009) 9059 u C(2009) 8954, tat-12 ta’ Novembru 2009, l-ewwel waħda li tiddikjara l-kompatibbiltà ta’ konċentrazzjoni mas-suq komuni (Każ COMP/M.5549 — EDF/Segebel) abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2009, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), u t-tieni waħda li tiċħad t-talba tal-awtoritajiet kompetenti Belġjani sabiex l-imsemmi każ jiġi rrinvijat parzjalment skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Association belge des consommateurs test-achats ASBL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Électricité de France (EDF) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — dm-drogerie markt vs UASI — Semtee (caldea)

(Kawża T-304/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva caldea - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 347/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u P. Hiller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Semtee (Escaldes Engornay, Andorra) (rappreżentant: É. Guissart, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 899/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn drogerie markt GmbH & Co. KG u Semtee.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent ta’ Semtee.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Secure Computing vs UASI — Investronica (SECUREOS)

(Kawża T-277/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 347/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Secure Computing Corp. (Roseville, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Investronica, SA. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. López Leiva, sussegwentement J. L. Zurdo Rivas, sussegwentement J. L. Zurdo Rivas u E. López Camba, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ April 2007 (Każ R 1063/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Investrónica, SA u Secure Computing Corp.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx kemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 235, 06.10.2007.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Hess Group vs UASI — Coloma Navarro (COLOMÉ)

(Kawża T-341/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ftehim u r-revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 347/51

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hess Group AG (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José Félix Coloma Navarro (Alvarado, Spanja) (rappreżentant: A. Fernández Lerroux, avukat)

Suġġett

Appell kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1030/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M. José Félix Coloma Navarro u Hess Group AG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs kull wieħed ta’ dawk inkorsi mill-konvenut.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011 — UCAPT vs Il-Kunsill

(Kawża T-96/09) (1)

(Rikors ta’ annullament - Politika agrikola komuni - Regoli ta’ appoġġ għal bdiewa - Għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Nuqqas ta’ interess individwali - Inamissibbiltà)

2011/C 347/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union des coopératives agricoles des producteurs de tabac de France (UCAPT) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Peignot u D.F. Garreau, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

L-Union des coopératives agricoles des producteurs de tabac de France għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha


(1)  ĠU C 90. 18.04.2009.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2011 — Meridiana u Meridiana fly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 347/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meridiana SpA (Olbia, l-Italja); u Meridiana fly SpA, li qabel kienet Eurofly SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: N. Green, QC, K. Bacon, barrister, C. Osti u A. Prastaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u E. Righini, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, avvocati dello Stato); u Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA (Fiumicino, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) finali, tat-12 ta’ Novembru 2008 (Għajnuna mill-Istat N 510/2008 — Italja — Bejgħ tal-assi ta’ Alitalia).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors preżenti.

(2)

Meridiana SpA u Meridiana fly SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA.

(3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — DBV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-297/10) (1)

(Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Drittijiet tad-difiża - Kalkolu tal-valur normali - Proporzjonalità - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2011/C 347/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DBV Deutscher Brennstoffvertrieb Würzburg GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rudolph u A. Günther, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010, tal-10 ta’ Mejju 2010, li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 117, p. 64).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

DBV Deutscher Brennstoffvertrieb Würzburg GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — GS vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-149/11) (1)

(Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 1210/2010 - Fakultà għall-Istati Membri li jirrifjutaw ir-rimbors ta’ muniti tal-euro li ma humiex tajbin għaċ-ċirkulazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)

2011/C 347/55

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH (Eigeltingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rësslein u A. Neergaard, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Id-dispożittiv huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

GS Gesellschaft für Umwelt- und Energie-Serviceleistungen mbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk subiti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011 — Complex vs UASI — Kajometal (KX)

(Kawża T-206/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 347/56

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Complex S.A. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kajometal s.r.o. (Dolný Kubín, is-Slovakkja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2011 (Każ R 864/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Complex S.A u Kajometal s.r.o.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 194, 02.07.2011.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 — Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-346/11 R)

(Miżuri provviżorji - Tneħħija tal-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 347/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentant: G. Dubois, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, D. Moore u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 li titneħħa l-immunità tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 — Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-347/11 R)

(Miżuri provviżorji - Ċaħda ta’ talba ta’ ħarsien tal-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2011/C 347/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentant: G. Dubois, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, D. Moore u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 li ma jitħarsux l-immunità u l-privileġġi tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE - Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Urġenza)

2011/C 347/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (Duisburg, il-Ġermanja); Rogesa — Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja); Salzgitter Flachstahl GmbH (Salzgitter, il-Ġermanja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg); u voestalpine Stahl GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Mifsud-Bonnici u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Eurofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE - Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Urġenza)

2011/C 347/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Mifsud-Bonnici u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/34


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-28 ta’ Settembru 2011 — Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill

(Kawża T-384/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 347/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Safa Nicu Sepahan Co. (Isfahan, l-Iran) (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Vitro u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u I. Gurov, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji, inkluża talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-punt 19 tat-Tabella B tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 36), sa fejn fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi tinsab inkluża entità bl-isem ta’ “Safa Nicu”.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 — Elti vs Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro

(Kawża T-395/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2011/C 347/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elti d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja) (rappreżentant: N. Zidar Klemenčič, avukat)

Konvenuta: Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro (rappreżentanti: inizjalment N. Bertolini, aġent, sussegwentement J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni ewropea għall-Montenegro, tal-21 ta’ Marzu 2011, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku EuropaAid/129435/C/SUP/ME-NP u li tinkludi l-informazzjoni li dan il-kuntratt kien ingħata lil offerenti oħra.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/35


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2011 — Qualitest FZE vs Il-Kunsill

(Kawża T-421/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 347/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualitest FZE (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: M. Catrain González, avukat, E. Wright u H. Zhu, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Marhic u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, fir-rigward tar-rikorrenti, minn naħa waħda, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26) u min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Computer Resources International (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta’ opportunità - Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 347/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Computer Resources International (Luxembourg) SA (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u D. Calciu, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Lulju 2011, li, minn naħa, tiċħad l-offerti ppreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10340, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 2011/S 66-106099), u, min-naħa l-oħra, tinforma lir-rikorrenti li l-kuntratt-qafas relattiv għall-kuntratt inkwistjoni ingħata lil offerenti oħra.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2011 — Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/10)

2011/C 347/65

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Schneider-Addae-Mensah, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas tagħha li tieħu azzjoni fil-proċedura tal-klawżola ta’ sigurtà li ilha għaddejja mill-1997 għall-inalatur Broncho Air ® u effecto ® u minħabba n-nuqqas ta’ impenn ta’ proċedura tal-klawżola ta’ sigurtà taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/42/KEE wara l-adozzjoni mill-Ġermanja ta’ deċiżjoni li tipprojbixxi d-distribuzzjoni ta’ effecto ®, kisret l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 93/42/KEE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju u, għalhekk, direttament ikkawżat dannu lir-rikorrent;

tordna li r-rikorrent jiġi kkumpensat għad-dannu, li għad irid jiġi determinat, ikkawżat lir-rikorrent mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għal-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob kumpens għad-dannu sostnut minnu mill-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni fil-kuntest ta’ proċedura tal-klawżola ta’ sigurtà taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (1). Ir-rikorrent kien żviluppa apparat li jgħin t-teħid ta’ nifs għall-ażmatiċi u għall-persuni li jsofru minn mard pulmonari ostruttiv kroniku (MPOK) li skont l-awtoritajiet Ġermaniżi ma jissodisfax ir-rekwiżiti bażiċi tad-Direttiva 93/42/KEE għaliex ir-rikorrent b’mod partikolari naqas milli jipprovdi data klinika suffiċjenti dwar is-sigurtà tal-inalatur. Ir-rikorrent jargumenta li l-proċedura tal-klawżola ta’ sigurtà taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/42/KEE mibdija fl-1997 mill-Kummissjoni sabiex tiċċara l-kwistjoni wara l-ewwel projbizzjoni tal-inalatur qatt ma ngħalqet. Wara t-tieni projbizzjoni fl-2005, il-Kummissjoni, filwaqt li sostniet li dan kien każ ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 93/42/KEE, ma bdietx proċedura ġdida tal-klawżola ta’ sigurtà.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv: nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni minħabba n-nuqqas li tingħalaq il-proċedura tal-klawżola ta’ sigurtà mibdija fl-1997 fir-rigward tal-inalatur Broncho Air ® kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura tal-klawżola ta’ sigurtà wara l-projbizzjoni ta’ effecto ® fl-2005.

Minħabba s-sitwazzjoni legali mhux ċara fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni, ir-rikorrent u l-kumpannija atmed AG, li r-rikorrent huwa direttur tagħha, kellhom iwettqu investimenti li ma kienx hemm bżonn għal spejjeż ta’ proċedura u għal privattivi.

(2)

It-tieni motiv: nuqqas ta’ għeluq pożittiv tal-proċedura tal-klawżola ta’ sigurtà permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkwalifika d-deċiżjoni ta’ projbizzjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi bħala mhux ġustifikata.

L-inalatur Broncho Air ® u effecto ® ma humiex perikolużi, filwaqt li l-oneru tal-prova dwar jekk prodott huwiex perikoluż jaqa’ fuq l-Istat Membru fid-dawl tal-preżunzjoni ta’ konformità tal-prodott mediċinali inkwistjoni li jkollu l-marka KE. Barra minn hekk, l-utilità tal-inalatur Broncho Air ® u effecto ® intweriet mill-preżentazzjoni ta’ data klinika suffiċjenti. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni, il-kumpannija atmed AG u għalhekk ir-rikorrent sofrew telf kbir fid-dħul mill-bejgħ li wassal għall-falliment kif ukoll għar-revoka tal-privattivi u tad-dritti esklużiv ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(3)

It-tielet motiv: informazzjoni insuffiċjenti tar-rikorrent f’dak li jirrigwarda d-dokumenti allegatament meħtieġa u li r-rikorrent għandu jipprovdi billi d-data klinika li kellu jippreżenta qatt ma ġiet identifikata b’mod ċar.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 447).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2011 — Ruse Industry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/11)

2011/C 347/66

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Ruse Industry AD (Ruse, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Angelov u S. Panov avutati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 12/2010 u N 389/2009 mogħtija mill-Bulgarija favur Ruse Industry.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 12/2010 u N 389/2009 mogħtija mill-Bulgarija favur Ruse Industry;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn, skont din id-dispożizzjoni, dak li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala nuqqas tal-Istat li jiġbor l-ammonti dovuti lilu la jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u lanqas ma jikkostitwixxi bidla ta’ għajnuna mill-Istat eżistenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li dan ma jkabbarx ir-riskju totali għall-Istat filwaqt li, anki jekk dan ikun il-każ, il-fatti kontenzjużi xorta waħda ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat ġdida.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 263(2) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni, mingħajr ma pproduċiet ebda prova u mingħajr ma indikat ebda raġuni, assumiet b’mod żbaljat li l-fatt li l-ammonti dovuti ma nġabrux mill-Istat jipprokura, għall-kumpannija inkwistjoni, vantaġġ li jmur kontra l-kompetizzjoni u li, għalhekk, huwa inkompatibbli mas-suq intern.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ difett proċedurali sa fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tindikax il-motivi li wasslu għall-formulazzjoni tal-konklużjonijiet milħuqa.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, sa fejn fid-deċiżjoni kkontestata la huwa indikat l-ammont preċiż li għandu jiġi rkuprat u lanqas l-interessi korrispondenti adegwati stabbiliti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2011 — Streng vs UASI — Gismondi (PARAMETRICA)

(Kawża T-495/11)

2011/C 347/67

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Michael Streng (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Pappert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fulvio Gismondi (Ruma, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1348/2010-4, u tirrinvija l-każ lura lir-Raba’ Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PARAMETRICA” għal servizzi fil-klassijiet 36 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6048433

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża Nru 30311096 tat-trade mark verbali “parameta”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni milqugħa u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tar-Regoli 19(2) u (3) flimkien mar-Regola 98(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li d-dokumenti ppreżentati li jinkludu l-kodiċi WIPO INID ma humiex fil-lingwa tal-proċedimenti u/jew ikkunsidrati flimkien mat-traduzzjoni pprovduta fl-att tat-3 ta’ Novembru 2008, ma jikkostitwix “traduzzjoni” fis-sens tar-Regola 98(1) tal-imsemmi regolament.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/37


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-498/11)

2011/C 347/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti bħala risposta għall-istedina sabiex tipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti Nru 10369 dwar “l-immodernizzar tas-sit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)” li timplementa l-kuntratt qafas multiplu għall-provvista ta’ servizzi f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni Nru 10224, lot 1, u d-deċiżjonijiet relatati tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari dik li tagħti l-kuntratt inkwistjoni lill-offerent rebbieħ, magħżul bħala l-kuntrattur;

tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għall-ħlas ta’ EUR 31 977 lill-kumpannija rikorrenti bħala kumpens għad-danni;

barra minn hekk, tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jħallas l-ammont ta’ EUR 20 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għad-danni mġarrba minħabba t-telf ta’ opportunita’ u minħabba l-ħsara għar-reputazzjoni u l-kredibbiltà tagħha; u

tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għall-ħlas tal-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 100(2) tar-regolament finanzjarju;

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u fuq l-applikazzjoni tal-kriterju tal-għoti bi ksur tal-Artikolu 97 tar-regolament finanzjarju u tal-Artikolu 138 tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni; u

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq it-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-preżentazzjoni, mill-kumitat ta’ evalwazzjoni, ta’ kummenti vagi u infondati, fuq it-tibdil tal-kriterji tal-għoti inklużi fis-sejħa għall-offerti inizjali u fuq in-nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-offerenti tal-kriterji stabbiliti a posteriori.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/38


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-503/11)

2011/C 347/69

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Stichting Al-Aqsa (Heerlen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. van Eik, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 687/2011 sa fejn japplika għar-rikorrent;

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 ma japplikax għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka għaxar motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 687/2011 (1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrent, huwa kuntrarju għall-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-ekonomija tal-ġudizzju, minħabba appelli li għadhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 u mid-deċiżjoni tal-Ministru Olandiż għall-Affarijiet Barranin tat-18 ta’ April 2011 li tikkunsidra li d-deċiżjoni dwar sanzjonijiet fil-qasam tat-terroriżmu (Sanctieregeling Terrorisme) 2007-II tapplika għar-rikorrent.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-pożizzjoni komuni (2).

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ebda awtorità kompetenti ma ħadet deċiżjoni, kif jipprovdi l-Artikolu 1(4) tal-pożizzjoni komuni. La d-deċiżjoni tal-voorzieningenrechter (imħallef għal miżuri provviżorji), tat-3 ta’ Ġunju 2003, u lanqas id-deċiżjoni tat-18 ta’ April 2011 li permezz tagħha d-deċiżjoni dwar sanzjonijiet fil-qasam tat-terroriżmu 2007-II hija kkunsidrata applikabbli għar-rikorrent, ma jistgħu jiġu kkwalifikati bħala deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li, skont ir-rikorrent, xejn ma jindika li huwa kellu l-konoxxenza meħtieġa tal-Artikolu 1(3)(k) tal-pożizzjoni komuni.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li ma jistax jiġi kkunsidrat li r-rikorrent (għadu) jiffaċilita atti ta’ terroriżmu, peress li dan ma jirriżulta la mid-deċiżjoni tal-voorzieningenrechter tat-3 ta’ Ġunju 2003, u lanqas mid-deċiżjoni tal-Ministru Olandiż għall-Affarijiet Barranin tat-18 ta’ April 2011 li għandu jiġi kkunsidrat li d-deċiżjoni dwar sanzjonijiet fil-qasam tat-terroriżmu 2007-II tapplika għar-rikorrent.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u ta’ eċċess ta’ setgħa diskrezzjonali. Skont ir-rikorrent il-Kunsill żbalja meta għamel eżami mill-ġdid u ma ssodisfax l-oneru tal-prova li għandu f’każ ta’ deċiżjoni ta’ inklużjoni mill-ġdid.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-regolament ta’ implementazzjoni jikkostitwixxi indħil sproporzjonat fid-dritt għall-proprjetà tiegħu.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

(10)

L-għaxar motiv ibbażat fuq id-dritt għal rimedju effettiv u l-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża, sa fejn il-Kunsill ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni speċifika u konkreta fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn għadu neċessarju li jibqa’ inkluż fil-lista.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011 (ĠU L 188, p. 2).

(2)  Pożizzjoni komuni tal-Kunsill, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 — LTTE vs Il-Kunsill

(Kawża T-508/11)

2011/C 347/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (Herning, id-Danimarka) (rappreżentant: V. Koppe, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011 (1) sa fejn jikkonċerna lil LTTE u tistabbilixxi li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) ma huwiex applikabbli fir-rigward ta’ LTTE;

sussidjarjament, tapplika miżura inqas restrittiva minn tqegħid kontinwu fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li fir-rigward tagħhom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż bl-interessi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, li jallega

li r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 huwa bla effett sa fejn jikkonċerna lil LTTE u/jew li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 huwa inapplikabbli minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-liġi dwar il-kunflitt armat;

(2)

It-tieni motiv, li jallega

li r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 huwa bla effett sa fejn jikkonċerna lil LTTE peress li r-rikorrenti ma tistax tiġi kkwalifikata bħala organizzazzjoni terrorista kif iddefinit fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK;

(3)

It-tielet motiv, li jallega

li r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 huwa bla effett sa fejn jikkonċerna lil LTTE peress li ma ttieħdet ebda deċiżjoni minn awtorità kompetenti kif meħtieġ mill-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK;

(4)

Ir-raba’ motiv, li jallega

li r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 huwa bla effett sa fejn jikkonċerna lil LTTE peress li l-Kunsill ma għamel ebda reviżjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK;

(5)

Il-ħames motiv, li jallega

li r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 huwa bla effett sa fejn jikkonċerna lil LTTE peress li d-deċiżjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà;

(6)

Is-sitt motiv, li jallega

li r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 huwa bla effett sa fejn jikkonċerna lil LTTE peress li d-deċiżjoni ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 296 TFUE;

(7)

Is-seba’ motiv, li jallega

li r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 huwa bla effett sa fejn jikkonċerna lil LTTE peress li jikser id-dritt tad-difiża tar-rikorrenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat- 18 ta’ Lulju 2011, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 610/2010 u (UE) Nru 83/2011 (ĠU L 188, p. 2).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/40


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2011 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-512/11)

2011/C 347/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummmissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment, skont l-Artikoli 263 u 264 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-13 ta’ Lulju 2011, fil-kawża ta’ għajnuna mill-Istat SA.29064 (2011/C ex 2011/NN) — IrlandaTrasport bl-AjruEżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru, sa fejn l-eżenzjoni ta’ trasferiment u ta’ tranżitu tal-passiġġieri mit-Taxxa Irlandiża fuq l-Ivvjaġġar bl-Ajru ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti; u

tadotta l-miżuri ulterjuri li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ikkommettiet żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-eżenzjoni ta’ trasferiment u ta’ tranżitu ta’ passiġġieri mit-Taxxa Irlandiża dwar l-Ivvjaġġar bl-Ajru ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur mill-konvenuta tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (1), inkwantu naqset milli tibda l-proċedura prevista f’dawn id-disposizzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna koperta mill-ewwel parti tad-deċiżjoni kkontestata, minkejja l-eżistenza, ta’ mill-anqas, dubji serji dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-eżenzjoni ta’ trasferiment u ta’ tranżitu ta’ passiġġieri mit-Taxxa Irlandiża dwar l-Ivvjaġġar bl-Ajru, u għalhekk kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti skont l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuta tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li tat motivi żbaljati, karatterizzati minn kontradizzjonijiet u ġeneralizzazzjoni abużiva.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8 Vol. 1 p. 339)


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/40


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2011 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/11)

2011/C 347/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MasterCard, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti); MasterCard International, Inc. (Wilmington); u MasterCard Europe (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Amory, V. Brophy u S. McInnes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;

tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Lulju 2011, ibbażata fuq eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2), u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331); u

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 4(3) u 8(1) tar Regolament (KE) Nru 1049/2004, peress li:

il-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-kundizzjonjiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huma sodisfatti;

l-elementi li bbażat ruħha fuqhom il-Kummissjoni fil-fatt ma humiex eżatti; u

teżisti raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku fl-iżvelar tad-dokumenti pprovduti minn EIM Business and Policy Research fil-qafas tal-istudju dwar “Spejjeż u benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi ta’ ħlas differenti” (COMP/2009/D1/020).

(2)

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi bil-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li:

il-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-kundizzjonijiet tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huma sodisfatti;

l-elementi li bbażat ruħha fuqhom il-Kummissjoni ma humiex kredibbli; u

teżisti raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku fl-iżvelar tad-dokumenti ta’ EIM.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/41


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 minn Sandro Gozi mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-116/10, Gozi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-519/11 P)

2011/C 347/73

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Sandro Gozi (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Passalacqua u G. Calcerano, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla id-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali Riżorsi umani u sigurtà — Direttorat D prot. HR.D.2/MB/dh Ares (2010) — Y96 985 tas-6 ta’ Awwissu 2010.

taċċerta u tiddikjara d-dritt ta’ S. Gozi għar-rimbors tal-ispejjeż legali, u b’konsegwenza ta’ dan tordna l-ħlas tas-somma ta’ EUR 24 480,00, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell qed isir mid-deċiżjoni li biha l-appellata rrifjutat ir-rimbors tas-somma ta’ EUR 24 480 għall-ispejjeż legali sostnuti mill-appellant fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja fl-Italja,

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant invoka aggravju wieħed, ibbażat fuq il-fatt li s-sentenza li hija s-suġġett ta’ dan l-appell hija żbaljata fil-liġi u hija vvizzjata f’punti varji minn motivazzjoni manifestament kontradittorja, peress li tmur kontra l-loġika u d-diċitura tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, u tmur kontra l-ġurisprudenza, li hija stess tirreferi għaliha u konstatazzjonijiet fattwali dwar il-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Igcar Chemicals vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża T-526/11)

2011/C 347/74

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Igcar Chemicals, SL (Rubí, Spanja) (rappreżentant: L. Fernández Vaissieres, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li r-rikors huwa fondat u ammissibbli;

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonċerna fattura mibgħuta għal ħlaisjiet amministrattivi u tannulla l-imsemmi fattura;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirreferi għad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar ’il quddiem l-“ECHA”) numru SME (2011) 0572, tat-3 ta’ Awwissu 2011, u konsegwentement l-annullament tal-fattura tal-ħlasijiet amministrattivi (Nru tal-kont 10028302, tal-5 ta’ Awwissu 2011).

F’dan ir-rigward jitfakkar li l-impriża rikorrenti kienet f’dak iż-żmien irreġistrat minn qabel divesi sustanzi li hija kellha l-intenzjoni li tirreġistra. Qabel din ir-reġistrazzjoni, hija kienet ġiet irreġistrata b’mod żbaljat bħala impriża ta’ daqs żgħir.

F’Ġunju 2011, abbażi tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar il-ħlasijiet”, l-Aġenzija talbet lir-rikorrenti sabiex tistabbilixxi li kellha dritt għat-tnaqqis tal-ħlas ta’ reġistrazzjoni li kienet ġie applikat għaliha. Ir-rikorrenti rrispondiet billi sostniet li d-daqs tagħha jikkorrispondi għal dak ta’ kumpannija ta’ daqs medju, fatt li kien ittieħed inkunsiderazzjoni u kkoreġut fis-sistema REACH-IT b’mod volontarju u qabel ma kienet saret it-talba msemmija iktar ’il fuq tal-ECHA.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tiddelega lill-ECHA l-impożizzjoni ta’ ħlas amministrattiv u min-naħa l-oħra, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-ECHA sabiex tadotta d-deċiżjoni MB/29/2010 tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tagħha, tat-12 ta’ Novembru 2010 (“on the classification of services for which services are levied”).

Ir-rikorrenti ssostni fuq dan il-punt li, billi stabbiliet fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament dwar il-ħlasijiet li l-ECHA titlob ħlas amministrattiv differenti mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni, li huwa l-uniku wieħed awtorizzat mid-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu l-ECHA, il-Kummissjoni tmur lil hinn minn dak li jippermettu dawn id-dispożizzjonijiet, u dwar dan il-punt, l-Artikolu 114 TFUE ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi bbażata fuqu l-kompetenza tal-Kummissjoni jew tal-ECHA.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq id-delega illegali ta’ setgħat li jinsabu fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament dwar il-ħlasijiet

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li d-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tħalli għad-diskrezzjoni tal-ECHA l-iffissar ta’ ħlas amministrattiv, mingħajr ma tiddefinixxi l-għanijiet, il-kontenut, il-portata u t-tul tiegħu, peress li l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni MB/29/2010 u b’mod partikolari t-tabella 1 tal-anness tagħha huma vvizzjati b’illegalità.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq in-natura punittiva tad-Deċiżjoni MB/29/2010

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li, għalkemm skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament bażiku tal-ECHA, l-aġenzija tista’ titlob ħlas għas-servizzi li tipprovdi, skont l-Artikolu 74(3) tal-istess test, il-ħlasijiet u s-sorsi l-oħra ta’ dħul tal-aġenziji għandhom jiġu ddeterminati b’mod li jiggarantixxi li dawn ikunu biżżejjed sabiex ikopru l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti. Madankollu, ħlas amministrattiv ta’ ammont fiss ta’ EUR 14 500 ma jistax jiġi ġġustifikat bix-xogħol ta’ verifika tal-ECHA, peress li dan l-ammont huwa għoli b’mod sproporzjonat meta pparagunat mas-servizzi pprovduti. Min-naħa l-oħra, dawn il-ħlasijiet amministrattivi fil-verità għandhom natura ta’ sanzjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li s-sistema REACH-IT ma toffrix biżżejjed informazzjoni lill-impriżi sabiex ikunu jafu s-sanzjonijiet li esponew ruħhom għalihom fir-rigward tad-dmir ta’ verfika tagħhom dwar id-daqs tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-aġenzija ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ natura intenzjonali tar-rikorrenti, kif ukoll il-korrezzjoni volontarja tal-iżball imwettaq.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-kuntest tal-iffissar tal-ħlasijiet amministrattivi inkwistjoni.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/42


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-538/11)

2011/C 347/75

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J. Halleux, assistiti minn L. Van den Hende, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini implimentata mill-Belġju (Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04));

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Il-miżuri implementati mill-Belġju ma jinkludu ebda vantaġġ selettiv favur il-bdiewa, il-biċċeriji u entitajiet oħra involuti fl-ipproċessar, fil-manipulazzjoni, fil-bejgħ u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw minn bovini u li huma suġġetti għal test għall-BSE obbligatorju skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/42


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2011 — Melkveebedrijf Overenk et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/11)

2011/C 347/76

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Melkveebedrijf Overenk B.V. (Sint Anthonis, il-Pajjiżi l-Baxxi); Maatschap Veehouderij Kwakernaak (Oosterwolde, il-Pajjiżi l-Baxxi); Mulders Agro VOF (Heerle, il-Pajjiżi l-Baxxi); Melkbedrijf Engelen V.O.F. (Grashoek, il-Pajjiżi l-Baxxi), Melkveebedrijf de Peel B.V. (Asten, il-Pajjiżi l-Baxxi); u M. Moonen (Nederweert, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Mazel u A. van Beelen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikkjara r-rikors ammissibbli;

prinċipalment, tilqa’ r-rikors għad-danni skont l-Artikolu 340 TFUE u tiddikkjara li r-rikorrenti għandhom dritt għal kumpens finanzjarju fl-ammont tad-danni, kif indikat fl-Annessi 13 sa 18, li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tħallas minħabba d-dannu subit bħala konsegwenza tal-adozzjoni illegali u l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib;

sussidjarjament, tilqa’ r-rikors għad-danni skont l-Artikolu 340 TFUE u tikkonstata li r-rikorrenti għandhom dritt għal kumpens finanzjarju fl-ammont tad-danni, kif indikat fl-Annessi 13 sa 18, li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tħallas minħabba d-dannu subit bħala konsegwenza tal-adozzjoni illegali u l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni minħabba aġir illegali, minħabba li dan imur kontra l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, li jikkonsisti fi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-emendar tas-sistema ta’ korrezzjoni negativa tax-xaħam fil-ħalib permezz tar-Regolament (KE) Nru 1468/2006 (1) għad-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 kien sa mill-bidu inadegwat sabiex jikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan tal-imsemmija regolamenti, jiġifieri, t-tnaqqis tal-iskwilibriju bejn l-offerta u t-talba fis-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib u l-eċċessi strutturali li jirriżultaw minnu. Barra minn hekk, l-emenda inkwistjoni tattribwixxi responsabbiltà oneruża u sproporzjonata fuq ir-rikorrenti li tqiegħed f’periklu l-ġestjoni tal-impriża. F’dan ir-rigward, jeżisti ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni minħabba aġir illegali, minħabba li dan imur kontra l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni bi ksur tad-dritt ta’ proprjetà u tal-libertà tal-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1468/2006 il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li din il-leġiżlazzjoni kienet ibbażata fuq għan leġittimu ta’ interess ġenerali, u għamlet ukoll kunsiderazzjoni żbaljata tal-interessi involuti, li għandu jiġi kkwalifikat bħala aġir illegali tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, id-dannu li sofrew ir-rikorrenti, u li għadhom iridu jsofru minħabba dan in-nuqqas, għandu jiġi kkumpensat.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni minħabba aġir illegali dovut għal ksur tal-prinċipju ta’ “égalité devant les charges publiques” (trattament ugwali fir-rigward tal-obbligi pubbliċi). Id-dannu li sofrew ir-rikorrenti u li għadhom iridu jsofru bħala konsegwenza tal-korrezzjoni negattiva tax-xaħam fil-ħalib, adottata bir-Regolament (KE) Nru 1468/2006, huwa fattwali u reali, u jaffettwa b’mod sproporzjonat lir-rikorrenti bħala kategorija speċjali ta’ impriżi meta pparagunati ma’ impriżi oħra fl-istess settur. Barra minn hekk dan id-dannu jissupera l-limiti tar-riskju ekonomiku marbut mal-attivitajiet fis-settur ikkonċernat mingħajr ma r-regolament li jemenda li huwa l-bażi tad-dannu ma huwa ġġustifikat minn interess ekonomiku ġenerali. Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, l-Unjoni Ewropea, jew tal-inqas, il-Kummissjoni għandha tikkumpensa dan id-dannu, jew tal-inqas tikkumpensah raġonevolment.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni minħabba aġir illegali, kuntrarjament għall-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju, li jikkonsisti fil-ksur tad-dritt ta’ proprjetà u tal-libertà tal-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ għan leġittimu ta’ interess ġenerali għall-emendar tal-korrezzjoni tax-xaħam fil-ħalib, in-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit “fair balance” (ekwilibriju ġust) fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1468/2006 u l-fatt li l-Kummissjoni ma pprovdietx f’dan ir-rigward għal kumpens adegwat għall-prevenzjoni jew għall-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet tal-proprjetà tal-produtturi kkonċernati affettwati minn dan ir-regolament u d-dannu hekk ikkawżat, hemm preżunzjoni ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 340 TFUE għad-dannu li r-rikorrenti sofrew u li għadhom iridu jsofru, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għal raġunijiet ta’ kumpens.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 338M, p. 526).


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Fondazione Opera S. Maria della Carità vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/00) (1)

2011/C 347/77

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 4, 06.01.2001.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Codess Sociale et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/00) (1)

2011/C 347/78

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 4, 06.01.2001.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Ciga et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-255/00) (1)

2011/C 347/79

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 355, 09.12.2000


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Confartigianato Venezia et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/00) (1)

2011/C 347/80

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 355, 9.12.2000.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — Inovis vs UASI — Sonaecom (INOVIS)

(Kawża T-502/09) (1)

2011/C 347/81

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — El Corte Inglés vs l-UASI — BA&SH (ba&sh)

(Kawża T-23/11) (1)

2011/C 347/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 80, 12.3.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/45


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs FRONTEX

(Kawża F-87/11)

2011/C 347/83

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S.A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (FRONTEX)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li ma jkunx imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 tad-Direttur Eżekuttiv tal-FRONTEX;

jikkundanna lil FRONTEX għall-ispejjeż.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/45


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/11)

2011/C 347/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma jinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/148/09-RO — Amministraturi-Liġi (AD 5).

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Bord tal-Għażla tad-9 ta’ Novembru 2010 li tikkonferma d-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2010 li ma jinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/148/09-RO;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Ġunju 2011 li tiċħad l-ilment amministrattiv tar-rikorrent tas-7 ta’ Frar 2011;

jemenda l-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/148/09-RO — Amministraturi-Liġi, sabiex tinkludi isem ir-rikorrent jew alternattivament tordna l-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ riżerva ġdida li tinkludi isem ir-rikorrent;

jordna l-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrenti li ġew preliminarjament stmati ex aequo et bono għal EUR 7 000;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/45


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-89/11)

2011/C 347/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, sabiex jikseb kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u dixxipplinari.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni Nru 0352/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li tiċħad it-talba tar-rikorrent, imressqa fl-14 ta’ Lulju 2010 skont l-Artikolu 90(l) tar-Regolamenti tal-Persunal, sabiex jikseb kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u dixxiplinari;

sa fejn hemm bżonn, jannula d-deċiżjoni espliċita tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Mejju 2011, li tiċħad l-ilment li r-rikorrent ippreżenta skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fl-10 ta’ Frar 2011;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti minħabba d-dewmien eċċessiv tal-proċeduri amministrattivi u dixxiplinari mressqa kontrih;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti minħabba żbalji u negliġenzi min-naħa tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-iżvolġiment tad-diversi proċeduri amministrativi u dixxiplinari;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 41 888,68 bħala kumpens għad-danni materjali subiti minħabba t-tluq furzat u antiċipat għall-pensjoni;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas tal-interessi moratorji fuq l-ammonti ċċitati iktar ’il fuq skont ir-rati tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’żieda ta’ żewġ punti;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/46


Rikors ippreżentat fit-23 ta Settembru 2011 — ZZ vs KESE

(Kawża F-92/11)

2011/C 347/86

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-KESE li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għall-ammissjoni tal-iżbalji mwettqa fir-rigward tagħha minħabba nuqqas ta’ assistenza u nuqqas ta’ dmir ta’ premura kif ukoll għat-teħid ta’ miżuri ta’ natura li jistabbilixxu pubblikament il-merti u l-kompetenzi tagħha u talba għal danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2011 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Awtorità tal-Ħatra/KESE) li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti għall-ammissjoni tal-iżbalji mwettqa fir-rigward tagħha minħabba nuqqas ta’ assistenza u nuqqas ta’ dmir ta’ premura kif ukoll għat-teħid ta’ miżuri ta’ natura li jistabbilixxu pubblikament il-merti u l-kompetenzi professjonali tagħha b’mod partikolari, il-kapaċità tagħha fi ħdan direttorat ta’ diviżjoni amministrattiva u għat-tmexxija tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħha;

jikkundanna lill-KESE għall-ħlas ta’ ammont ta’ EUR 15 000 bħala danni morali li jirriżultaw mill-ksur tad-dmir ta’ premura tal-Awtorità tal-Ħatra;

jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/46


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/11)

2011/C 347/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-President tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji (AST 1) li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda fil-15 ta’ Ġunju 2011 li tiċħad lir-rikorrent id-dritt li jieħu sehem fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji fil-grad AST1;

konsegwentement, jiddeċiedi li hemm lok għall-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-proċess ta’ reklutaġġ stabbilit mill-imsemmija kompetizzjoni, jekk ikun meħtieġ, billi jiġu organizzati eżamijiet ta’ evalwazzjoni ġodda;

fi kwalunkwe każ, jitlob lill-EPSO jiżvela informazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward tar-riżultati miksuba mill-kandidati kollha fit-test d);

sussidjarjament, fil-każ fejn it-talba prinċipali ma tintlaqax, quod non, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000;

fi kwalunkwe każ, titħallas lir-rikorrent is-somma ffissata b’mod provviżorju u ex aequo et bono ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-danni morali.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs BEI

(Kawża F-95/11)

2011/C 347/88

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-BEI li temenda l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju kif ukoll in-natura tal-funzjonijiet tar-rikorrenti u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-BEI li temenda l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju kif ukoll in-natura tal-funzjonijiet tar-rikorrenti;

tordna lill-BEI jassenja mill-ġdid lir-rikorrenti f’pożizzjoni skont il-grad u l-impjieg tagħha;

tikkonstata l-eżistenza ta’ żbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI;

tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI, fir-rigward tar-rikorrenti, għall-illegalità tad-deċiżjoni u għall-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI;

tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrenti li jirriżultaw mill-illegalità tad-deċiżjoni u mill-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-Bank u l-kumpens għandu jinkludi interessi moratorji;

fir-rigward tal-illegalità tad-deċiżjoni:

fir-rigward tad-dannu morali: EUR 20 000;

fir-rigward tad-dannu materjali minħabba telf ta’ remunerazzjoni; EUR 113 100;

fir-rigward tal-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI:

fir-rigward tal-ksur mill-BEI tad-dmirijiet tiegħu ta’ premura u ta’ protezzjoni: EUR 119 100;

fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolamenti tal-Persunal: EUR 10 000;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/47


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-97/11)

2011/C 347/89

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament fir-rigward tad-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għat-tneħħija tal-allowance tad-dar wara deċiżjoni ċivili li ddikjarat id-divorzju tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-4 ta’ Lulju 2011 li tiċħad parzjalment l-ilment tar-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-21 ta’ Jannar 2011 innotifikata permezz tal-applikazzjoni tal-ġestjoni amministrattiva Streamline, li d-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili tar-rikorrent tkun iffisata għad-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni li tiddikjara d-divorzju;

jindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-konsegwenzi tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b’mod partikolari, id-data effettiva li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għad-deċiżjoni li tiddikjara d-divorzju bejn ir-rikorrent u l-ex konjuġi tiegħu, jew id-data tat-traskrizzjoni tad-deċiżjoni li ngħatat fis-26 ta’ April 2011;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/47


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/11)

2011/C 347/90

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti ta’ edukazzjoni ogħla titqies bħala benefiċċju tal-istess natura bħall-benefiċċji għall-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-benefiċċju għall-iskola mogħti lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni li titressaq proċedura għall-irkupru tal-ħlas mhux dovut.

Talbiet tar-rikorrent(i)

Fir-rigward tal-ewwel disa’ rikorrenti, tannulla, min-naħa waħda, id-deċiżjonijiet li mill-benefiċċji għall-iskola stabbiliti bil-liġi mħallsa lit-tfal tagħhom jitnaqqas l-ammont tal-boroż għall-edukazzjoni ogħla mogħti lil dawn tal-aħħar mis-Centre de Documentation et d’Information sur l’Enseignement Supérieur du Grand-Duché du Luxembourg (CEDIES), kif ukoll, min-naħa l-oħra, tannulla d-deċiżjonijiet li jitressqu proċeduri għall-irkupru tal-ħlas mhux dovut diretti lejn kull wieħed mir-rikorrenti msemmija u li jikkorrispondi għall-ammonti allegatament mhux dovuti tal-benefiċċji għall-iskola rċevuti preċedentement;

fir-rigward tal-aħħar rikorrent, tannulla d-deċiżjoni li titolbu sabiex jikkomunika jekk it-tifel tiegħu kienx jibbenefika minn borża għall-istudju mogħtija mis-CEDIES u li tissospendi, sadanittant, il-benefiċċju għall-iskola għal dan it-tifel mill-1 ta’ Diċembru 2011, f’dak li jirrigwarda b’mod esklużiv din is-sospensjoni;

tinkludi l-arretrati tar-remunerazzjoni riżultanti flimkien mal-interessi għad-dewmien korrispondenti kkalkolati, mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.