|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.345.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
2011/C 345/01 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 345/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2011/C 345/03 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 345/04 |
||
|
2011/C 345/05 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 345/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6369 – HBO/Ziggo/HBO Nederland) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 345/07 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
|
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/1 |
KONTRIBUT TAS-XLVI COSAC
Il-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC)
Varsavja, 2-4 ta’ Ottubru 2011
2011/C 345/01
1. Il-Qafas Finanzjarju Multiannwali
|
1.1. |
Wara li kkunsidrat il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali f’xi Stati Membri; il-problemi ta’ defiċits tal-baġit eċċessivi li jġiegħlu għadd ta’ Stati Membri biex jimplimentaw programmi ta’ awsterità b’ambitu wiesa’; it-taqlib soċjali li jwassal għall-ewroxettiċiżmu fuq naħa waħda, u l-bżonnijiet u l-isfidi dejjem jikbru marbuta mal-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, u l-indirizzar tal-kompetizzjoni globali fuq in-naħa l-oħra; il-COSAC tappoġġa l-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-UE li jwasslu għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali propost għall-2014-2020, li se jipprovdi bażi għal dibattitu u deċiżjoni fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, ir-riżultat tad-diskussjoni qies l-oqfsa baġitarji nazzjonali u l-istrateġiji baġitarji nazzjonali. |
|
1.2. |
Il-COSAC tqis li hu neċessarju li tiġi simplifikata u tiżdied it-trasparenza tar-regoli u l-proċeduri marbuta mal-akkumulazzjoni, l-allokazzjoni u l-użu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu miżuri xierqa f’dan il-qasam. Il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew se jqisu l-merti ta’ dawn il-miżuri speċifiċi meta jkun xieraq. |
|
1.3. |
Il-COSAC ilha tanalizza bir-reqqa l-proposti għall-istabbiliment ta’ diversi tipi ta’ taxxi Ewropej li jkunu jipprovdu sors ġdid ta’ dħul għall-baġit tal-UE. Il-COSAC hi tal-opinjoni li, fil-perjodu ta’ rkupru mill-kriżi, l-istrumenti l-ġodda m’għandhomx jimponu żieda fil-piż finanzjarju fuq is-settur privat jew l-individwi. F’ċerti każijiet, miżuri bħal dawn jistgħu jfixklu l-ugwaljanza tal-istat attwali bejn l-entitajiet tal-UE u l-kompetituri globali tagħhom. |
|
1.4. |
Fid-dawl tal-kumplessità taċ-ċirkostanzi attwali u l-għadd ta’ problemi marbuta mal-ħtieġa li jittejbu l-ippjanar, l-approvazzjoni u r-rendiment ta’ baġits futuri tal-UE, il-COSAC tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kompetenti jaċċeleraw ix-xogħol leġiżlattiv f’dan il-qasam u, fejn possibbli, iwettqu konsultazzjonijiet soċjali estensivi iktar ta’ spiss. |
|
1.5. |
Il-COSAC tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jinnegozjaw u jadottaw il-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-2014-2020 li jiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa ta’ politiki tal-UE fuq tul ta’ żmien medju u twil f’konformità mal-prinċipju Ewropew ta’ solidarjetà u fir-rigward tal-kriżi ekonomika u finanzjarja preżenti. F’dan il-kuntest il-COSAC tenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni flimkien ma’ politika agrikola ġusta u ekwitabbli huma strumenti essenzjali u għandhom rwol importanti fit-trawwim tas-solidarjetà, it-tnaqqis ta’ disparitajiet ekonomiċi u soċjali fost l-Istati Membri u l-kisba tal-għanijiet strateġiċi tal-UE. Għandhom jibqgħu ffukati fuq iktar tkabbir u żvilupp tar-reġjuni l-inqas żviluppati. |
|
1.6. |
Il-COSAC tenfasizza l-importanza partikolari tal-fondi tal-UE għall-proġetti ta’ interess Ewropew li aktarx ma jiksbux fondi suffiċjenti mis-settur privat waħdu iżda huma essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-politika tal-UE ta’ suq intern li jiffunzjona sew. |
|
1.7. |
Il-COSAC tilqa’ t-tħabbir mill-Presidenza Pollakka li se tiġi organizzata konferenza dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali fl-20-21 ta’ Ottubru 2011. Il-COSAC tilqa’ wkoll l-intenzjoni tal-Presidenza biex tistieden lil rappreżentanti ta’ parlamenti nazzjonali u tenfasizza l-importanza ta’ involviment bikri ta’ parlamenti nazzjonali. |
|
1.8. |
Il-COSAC tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jinkludu l-objettiv tat-titjib tar-responsabbiltà u t-trasparenza tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE waqt negozjati tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali. Il-COSAC tistieden lill-Istati Membri, bl-attenzjoni xierqa lill-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, itejbu r-responsabbiltà u t-trasparenza tal-infiq tal-fondi tal-UE fil-livell nazzjonali. |
2. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona – esperjenza parlamentari
|
2.1. |
Il-COSAC tinnota b’sodisfazzjon l-ewwel dibattitu tagħha dwar l-evalwazzjoni ta’ esperjenza parlamentari u l-aqwa prattiki sentejn wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona. |
|
2.2. |
Il-COSAC tilqa' l-involviment attiv tal-parlamenti nazzjonali fil-kontrolli tas-sussidjarjetà taħt il-Protokoll 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tat-Trattat ta’ Liżbona. Il-parlamenti nazzjonali jħarsu b’mod differenti lejn l-implimentazzjoni prattika tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Il-COSAC temmen li l-parlamenti nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom, b’mod attiv, jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u tal-prattiki eżistenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll 2, u li l-applikazzjoni tiegħu għandha ssir iktar speċifika bħala parti minn djalogu kontinwu bejn il-partijiet kollha kkonċernati. |
|
2.3. |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll 2, il-COSAC tenfasizza li sabiex il-parlamenti nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat li ġew konferiti lilhom hu meħtieġ li jintużaw l-effetti finanzjarji tal-abbozz ta’ atti leġiżlattivi tal-UE biex jiġu evalwati, u, fil-każ ta’ Direttivi, jiġu evalwati wkoll l-implikazzjonijiet għal sistemi legali nazzjonali. Barra minn hekk, il-COSAC tfakkar li l-abbozz ta’ atti leġiżlattivi tal-UE għandu jkun iġġustifikat abbażi ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi. Il-COSAC tinnota li l-analiżi tas-sussidjarjetà fil-memoranda spjegatorji tal-Kummissjoni, sa issa, ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5. |
|
2.4. |
Il-COSAC tinnota t-tħassib tal-parlamenti nazzjonali dwar il-kwalità u n-natura indipendenti tal-valutazzjonijiet ta’ impatt tal-abbozz ta’ atti leġiżlattivi tal-UE li f'xi żminijiet jitqiesu bħala mhux sistematiċi jew sodisfaċenti fis-sustanza. Il-COSAC tiġbed l-attenzjoni lejn is-suġġeriment minn għadd ta’ parlamenti nazzjonali biex it-test sħiħ tal-istudju dwar l-impatt jiġi tradott bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. |
|
2.5. |
Il-COSAC tilqa’ d-dibattitu li kellha dwar il-koperazzjoni tal-parlamenti nazzjonali mal-Kummissjoni Ewropea. Il-COSAC titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tqis ir-riżultati tad-dibattitu fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-istat tal-Unjoni u fit-tħejjija tal-Programmi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. |
|
2.6. |
Fil-prinċipju, il-COSAC hi sodisfatta bil-koperazzjoni mill-qrib u miftuħa tal-parlamenti nazzjonali mal-Kummissjoni Ewropea, stabbilita skont it-Trattat ta’ Liżbona. Id-djalogu politiku informali bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-parlamenti nazzjonali se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. Madankollu, il-COSAC tinnota li skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll 2, l-opinjonijiet motivati li jitressqu għandhom jiddikjaraw għaliex l-abbozz ikkonċernat ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, iktar milli għaliex hu konformi miegħu. |
|
2.7. |
Il-COSAC titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi tweġibiet iktar preċiżi u sostanzjali għall-opinjonijiet motivati dwar l-abbozz tal-atti leġiżlattivi tal-UE. Bosta parlamenti nazzjonali jqisu li t-tweġibiet tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiffukaw iktar fuq dubji speċifiċi espressi f’opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali. Il-COSAC titlob lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura li t-tweġibiet tagħha għall-opinjonijiet motivati jew il-kontribuzzjonijiet fi ħdan l-ambitu tad-djalogu politiku informali jintbagħtu fi żmien tliet xhur. |
|
2.8. |
Il-COSAC tinnota t-tħassib espress minn bosta parlamenti nazzjonali, xi wħud minnhom f’opinjonijiet motivati, li s-setgħat li ngħataw lill-Kummissjoni Ewropea biex tirregola permezz ta’ atti delegati huma estensivi wisq. Il-COSAC tinnota li dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn l-elementi essenzjali ta' qasam, riżervati għall-abbozz ta' atti leġiżlattivi tal-UE, ikunu barra l-ambitu ta’ kontroll milll-parlamenti nazzjonali. |
|
2.9. |
Wara li kkunsidrat iktar kooperazzjoni interparlamentari, il-COSAC tenfasizza l-importanza ta’ komunikazzjoni intensifikata bħala parti mid-djalogu u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aqwa prattika bejn il-kumitati għall-affarijiet Ewropej tal-parlamenti nazzjonali u l-Istati Membri tal-UE u mal-Parlament Ewropew. |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-24 ta’ Novembru 2011
2011/C 345/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3373 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
103,07 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4370 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86060 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2440 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2268 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8310 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,693 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,93 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,6987 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4905 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3570 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,4911 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3697 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3964 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,4237 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7971 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7474 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 541,46 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,2962 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,5159 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4950 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 280,94 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2566 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,346 |
|
RUB |
Rouble Russu |
41,9912 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,817 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4851 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,8252 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,5860 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/5 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2011/C 345/03
Għajnuna Nru: SA.33862 (11/XA)
Stati Membri: Il-Belġju
Reġjun: Vlaams Gewest
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Bio zoekt Boer voor de periode 1 november 2011-31 december 2012, BB Projecten vzw/Innovatiesteunpunt voor Land- en Tuinbouw vzw Innovatiesteunpunt, Diestsevest 40, 3000 Leuven
Bażi legali: Ministerieel Besluit tot toekenning van een subsidie aan BB Projecten vzw/Innovatiesteunpunt voor Land- en Tuinbouw vzw Innovatiesteunpunt vzw voor het project „Bio zoekt Boer” voor de periode 1 november 2011 tot en met 31 december 2012 (zie bijlage).
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: 0,13 EUR (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-15 ta’ Novembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012
Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Departement Landbouw en Visserij |
|
Afdeling Duurzame Landbouwontwikkeling |
|
Koning Albert II-laan 35, bus 40 |
|
1030 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1914
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33873 (11/XA)
Stati Membri: Ir-Renju Unit
Reġjun: Scotland
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Small Scale Agricultural Aid Scheme (SSAAS)
Bażi legali: Sections 4 & 6 of the Small Landholders (Scotland) Act 1911.
CR 1857/2006, Chapter 2, Categories of Aid, Article 4, Investment in agricultural holdings.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:
|
|
Ammont kumplessiv ta' għajnuna ad hoc konċessa lill-impriża: 0 GBP (f'miljuni) |
|
|
Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: 0,50 GBP (f'miljuni) |
Intensità massima tal-għajnuna: 50 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-18 ta’ Novembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012
Għan tal-għajnuna: Investiment f'azjendi agrikoli (Art. 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Crofting Counties Agricultural Grants (Scotland) Scheme (CCAGS) |
|
C1 Spur |
|
Saughton House |
|
Broomhouse |
|
UNITED KINGDOM |
Indirizz tal-Internet: http://www.scotland.gov.uk/Topics/farmingrural/Agriculture/grants/BDandM/SSAAS
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33885 (11/XA)
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Campania
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: consulenza tecnica agli allevamenti finalizzata al miglioramento delle condizioni di biosicurezza aziendale
Bażi legali: DPCM 3 agosto 2007 e successivo decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri 4 luglio 2008;
OPCM 21 dicembre 2007 n. 3634 modificata con OPCM 28 maggio 2008 n. 3675 e OPCM 3829 del 27 novembre 2009;
OPCM n. 3697 del 1o ottobre 2011 — Proroga delle attività comm
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: 1 EUR (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Trobbija ta' frat oħra u bufli
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Commissariato di Governo per l’Emergenza brucellosi negli allevamenti bufalini in provincia di Caser |
|
presso IZSM via Iervolino 17 |
|
fraz. Tuoro |
|
81029 Caserta CE |
|
ITALIA |
|
Posta elettronika: caserta@cert.izsmportici.it |
Indirizz tal-Internet: http://www.sito.regione.campania.it/agricoltura/brucellosi/brucellosi.html
Informazzjoni oħra: —
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/7 |
Avviż ta' inizjazzjoni ta' proċedura tal-antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' bijoetanol li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika
2011/C 345/04
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' bijoetanol li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, qegħdin ikunu l-oġġett ta' dumping u qegħdin joħolqu dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.
1. L-ilment
L-ilment tressaq fit-12 ta’ Ottubru 2011 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Etanol Rinnovabbli ePURE (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f’dan il-każ aktar minn 25 % tat-total tal-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, kif definit hawn taħt fil-punt 2.
2. Il-prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-bijoetanol, li ġieli jissejjaħ “karburant etanol” jiġifieri alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), denaturat jew mhux denaturat, esklużi l-prodotti b'kontenut ta' ilma ta' aktar minn 0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard EN 15376, kif ukoll l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) ġo taħlitliet bil-gasolina b'kontenut ta' alkoħol etiliku ta' aktar minn 10 % (v/v) (“il-prodott li qed jiġi investigat”)
3. L-allegazzjoni ta’ dumping (2)
Il-prodott li allegatament huwa soġġett għad-dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment jaqa’ taħt il-Kodiċi NM ex 2207 10 00, ex 2207 20 00, ex 2208 90 99, ex 2710 11 11, ex 2710 11 15, ex 2710 11 21, ex 2710 11 25, ex 2710 11 31, ex 2710 11 41, ex 2710 11 45, ex 2710 11 49, ex 2710 11 51, ex 2710 11 59, ex 2710 11 70, ex 2710 11 90, ex 3814 00 10, ex 3814 00 90, ex 3820 00 00 u ex 3824 90 97. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw bħala tagħrif biss.
L-allegazzjoni ta’ dumping għall-pajjiż ikkonċernat hija bbażata fuq tqabbil tal-valur domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
4. L-allegazzjoni ta' dannu
Il-kwerelant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li pprovda l-kwerelant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat li kien hemm effetti negattivi sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
5. Il-proċedura
Billi wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċediment, hi b'dan qiegħda tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun soġġett tad-dumping u jekk dan id-dumping kienx ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni ser teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Il-proċedura biex jiġi ddeterminat id-dumping
Il-produtturi esportaturi tal-prodott (3) li qed jiġu investigati li huma mill-pajjiż ikkonċernat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.1.1.1.
(a) Il-kampjunar
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
|
— |
il-qligħ fil-valuta lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott li qed jiġi investigat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzoni (“PI”) bejn l-1 ta' Ottubru 2010 u t-30 ta' Settembru 2011, għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (4) separatament u b'kollox, |
|
— |
il-qligħ fil-valuta lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Il-produtturi esportaturi għandhom jindikaw ukoll jekk, f’każ li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun, jixtiqux jirċievu kwestjonarju x'jimlew u b’hekk jitolbu marġini individwali ta’ dumping skont it-taqsima (b) hawn taħt.
Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun jimplika li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies li ma kkoperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-produtturi esportaturi li ma jikkoperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju lest se jkollu tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat lill-Unjoni.
Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma ntgħażlux biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkoperaw (“produtturi esportaturi li kkoperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima (b) ta' hawn taħt, id-dazju tal-anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkoperaw mhux se jkun aktar mill-marġini medju b'piż differenzjat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (6).
(b) Marġini individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun
Il-produtturi esportaturi li kkoperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġni individwali ta’ dumping għandhom jitolbu kwestjonarju skont it-taqsima (a) ta’ hawn fuq u jibagħtuhom lura mimlija kif meħtieġ fl-iskadenzi speċifikati fis-sentenza li ġejja u fit-taqsima 5.1.2.2 hawn taħt. Il-kwestjonarju komplut għandu jiġi ppreżentat fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni individwali ta’ dumping għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.
5.1.2. L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati (7) (8)
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal numru raġonevoli l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
il-qligħ totali għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2010 u t-30 ta' Settembru 2011, |
|
— |
il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2010 u t-30 ta' Settembru 2011 tal-prodott importat li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (9) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies bħala li ma kkoperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkoperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkoperat.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ fl-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott fl-Unjoni li qiegħed jiġi investigat u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dannu
Dannu jfisser dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddida ta’ dannu materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ industrija bħal din. Id-determinazzjoni tad-dannu hi msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi studju oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji stabbiliti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt ipprovduti fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu intgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż ta’ produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta' dannu kkawżat minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi rappreżentattivi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Il-partijiet interessati kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibbiltà ta’ seduta mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu biex jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. Istruzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, ċertifikazzjonijiet iffirmati, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
|
Direttorat H |
|
Uffiċċju: N105 04/092 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22956505 |
Kuntatt:
|
|
Għal kwistjonijiet dwar id-dumping: Posta elettronika: TRADE-BIOETHANOL-DUMPING@ec.europa.eu Fax +32 22980772 |
|
|
Għal kwistjonjiet dwar dannu: Posta elettronika: TRADE-BIOETHANOL-INJURY@ec.europa.eu Fax +32 22980541 |
6. Nuqqas ta' koperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkoperax jew tikkopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkoperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi għal seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.
Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda ssir. Għal seduta dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dumping, id-dannu, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.
Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta' dejta personali
Kull dejta personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (10).
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Id-dumping huwa l-prattika tal-bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali normalment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li jixbaħ fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbaħ ħafna lill-prodott ikkonċernat.
(3) Il-produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat.
(4) Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u r-Renju Unit.
(5) B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew għandha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew għat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(6) Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġini żero u de minimis, u marġini stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għandhom jitwarrbu.
(7) Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi li jistgħu jiddaħħlu fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 5.
(8) Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni tad-dumping.
(9) Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 5.
|
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/13 |
Avviż ta’ inizjazzjoni ta’ proċedura kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika
2011/C 345/05
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' bijoetanol li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, qegħdin ikunu sussidjati u minħabba f'hekk qegħdin joħolqu dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.
1. L-ilment
L-ilment tressaq fit-12 ta’ Ottubru 2011 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Etanol Rinnovabbli (ePURE) (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f’dan il-każ aktar minn 25 % tat-total tal-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, kif definit hawn taħt fil-punt 2.
2. Il-prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-bijoetanol, li ġieli jissejjaħ “karburant etanol” jiġifieri alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), denaturat jew mhux denaturat, esklużi l-prodotti b'kontenut ta’ ilma ta’ aktar minn 0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard EN 15376, kif ukoll l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) ġo taħlitliet bil-gasolina b'kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) (“il-prodott li qed jiġi investigat”)
3. L-allegazzjoni ta’ sussidju
Il-prodott li allegatament huwa ssussidjat huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka (“il-pajjiżi kkonċernati”), li attwalment jaqa’ taħt il-Kodiċi NM ex 2207 10 00, ex 2207 20 00, ex 2208 90 99, ex 2710 11 11, ex 2710 11 15, ex 2710 11 21, ex 2710 11 25, ex 2710 11 31, ex 2710 11 41, ex 2710 11 45, ex 2710 11 49, ex 2710 11 51, ex 2710 11 59, ex 2710 11 70, ex 2710 11 90, ex 3814 00 10, ex 3814 00 90, ex 3820 00 00 u ex 3824 90 97. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw bħala tagħrif biss.
Huwa allegat li l-produtturi tal-prodott ikkonċernat mill-Istati Uniti tal-Amerka gawdew minn għad ta’ sussidji Federali mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u minn sussidji tal-istati mogħtija mill-Gvernijiet ta’ bosta' Stati tal-Istati Uniti tal-Amerka. Is-sussidji Federali jikkonsistu fi krediti tat-taxxa għall-produzzjoni tal-bijoetanol u l-bejgħ fil-forma ta’ (i) kreditu tat-taxxa tas-sisa u (ii) krediti tat-taxxa fuq id-dħul, u l-programmi ta’ għotjiet tal-bijokarburant Federali. L-iskemi tal-Istati huma i.a l-għotjiet għall-infrastruttura tal-Illinois E85, l-għotjiet li jiffaċilitaw il-produzzjoni tal-bijokarburanti fl-Illinois, l-għotjiet għall-infrastruttura tal-bijokarburanti tal-Iowa, il-programm ta’ self li jiġġedded għall-enerġija alternattiva tal-Iowa, il-kreditu tat-taxxa tal-investiment fl-etanol ċellulożiku tal-Minnesota, l-għotjiet għall-infrastruttura tal-karburant E85 tal-Minnesota, il-kreditu tat-taxxa għall-produzzjoni tal-etanol tan-Nebraska, u l-inċentiv għall-produzzjoni tal-etanol tas-South Dakota.
Huwa allegat li l-iskemi ta’ hawn fuq huma sussidji billi dawn jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka jew minn Gvernijiet ta’ Stati oħra u jikkonferixxu benefiċċju lid-destinatarji, jiġifieri lill-produtturi.esportaturi tal-bijoetanol. Huwa allegat li dawn huma limitati għal kumpaniji speċifiċi u għalhekk speċifiċi u kumpensatorji.
4. L-allegazzjoni tad-dannu
Il-kwerelant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li pprovda l-kwerelant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat li kien hemm effetti negattivi sostanzjali fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.
5. Il-proċedura
Billi wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċediment, b'dan hija qiegħda tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qed jiġi ssussidjat u jekk dan is-sussidju kienx ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-għoti ta' sussidji
Il-produtturi esportaturi tal-prodott (2) li qed jiġu investigati li huma mill-pajjiż ikkonċernat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
(a)
Peress li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
|
— |
il-qligħ fil-valuta lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott li qed jiġi investigat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzoni (“PI”) (bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011) għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (3) separatament u b'kollox |
|
— |
il-qligħ fil-valuta lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (4) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Il-produtturi esportaturi għandhom jindikaw ukoll jekk, f’każ li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun, jixtiqux jirċievu kwestjonarju x'jimlew u b’hekk jitolbu marġini individwali ta’ sussidjar skont it-taqsima (b) hawn taħt.
Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies li ma kkoperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-produtturi esportaturi li ma jikkoperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkoperat.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-Indja u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-Indja u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-Indja jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula għall-kampjun.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju se jkollu tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.
Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma ntgħażlux biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkoperaw (“produtturi esportaturi li kkoperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima b) hawn taħt, id-dazju kompensatorju li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkoperaw ma għandux jaqbeż il-marġini medju b'piż differenzjat ta’ sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun.
(b)
Il-produtturi esportaturi li kkoperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini individwali ta’ sussidju tagħhom (“marġini individwali ta’ sussidju”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali ta’ sussidju għandhom jitolbu kwestjonarju skont it-taqsima a) ta’ hawn fuq u jibagħtuh lura mimli kif meħtieġ fl-iskadenzi stipulati hawn taħt. Il-kwestjonarju komplut għandu jiġi ppreżentat fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni individwali ta’ sussidjar għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ sussidjar individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.
5.1.2. L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati (5) (6)
Peress li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, |
|
— |
il-qligħ totali matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011, |
|
— |
il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011 tal-prodott importat li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (7) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies li ma kkoperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkoperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkoperat.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ fl-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott fl-Unjoni li qiegħed jiġi investigat u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi magħżula mhux relatati u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dannu
Dannu jfisser dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ dannu materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ industrija bħal din. Id-determinazzjoni tad-dannu hi msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi studju oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ sussidjar, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali, il-produtturi tal-prodott fl-Unjoni li qed jiġi investigat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni ta' produtturi tal-Unjoni
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien stabbiliti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-użu tad-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt) u dwar l-adegwatezza ta’ din l-għażla fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu intgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidjar u dannu kkawżat minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi rappreżentattivi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fl-iskadenza ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 31 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Il-partijiet interessati kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibbiltà ta’ seduta mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu biex jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. Istruzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif imressaq għall-għażla tal-kampjuni, il-kwestjonarji mimlija u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom, magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub kemm fuq karta kif ukoll f’format elettroniku, u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Jekk parti interessata ma tkunx tista’ tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku minħabba raġunijiet tekniċi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih.
Is-sottomissjonijiet bil-miktub kollha, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Limitat” (8).
Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Limitat” huma mitluba jipprovdu s-sommarji mhux kunfidenzjali tagħhom skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex tinftiehem b'mod raġonevoli s-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
|
Direttorat H |
|
Uffiċċju: N105 04/092 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22956505 |
Kuntatt:
|
|
Għal kwistjonijiet dwar is-sussidjar: Il-posta elettronika għal dan il-każ: trade-bioethanol-subsidy@ec.europa.eu Fax +32 22980972 |
|
|
Għal kwistjonjiet dwar dannu: Il-posta elettronika għal dan il-każ: trade-bioethanol-injury@ec.europa.eu Fax +32 22980541 |
6. Nuqqas ta' koperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkoperax jew tikkopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkoperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi għal seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.
Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, is-sussidjar, id-dannu, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.
Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien 13-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta' dejta personali
Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (9).
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(2) Il-produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat.
(3) Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u r-Renju Unit.
(4) B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew għandha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew għat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(5) Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi li jistgħu jiddaħħlu fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.
(6) Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni ta’ sussidju.
(7) Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.
(8) Dokument “limitat” huwa wieħed meqjus bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6369 – HBO/Ziggo/HBO Nederland)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 345/06
|
1. |
Fis-17 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) (1) li permezz tagħha l-impriżi HBO Netherlands Holdings, S.R.O. (“HBO”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Ziggo B.V. (“Ziggo”, il-Pajjiżi l-Baxxi) biħsiebhom joħolqu intrapriża konġunta b'funzjoni sħiħa (“HBO Nederland”, il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6369 – HBO/Ziggo/HBO Nederland, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/19 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 345/07
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“SER KORYCIŃSKI SWOJSKI”
Nru KE: PL-PGI-0005-0835-18.10.2010
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Ser koryciński swojski”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Il-Polonja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Klassi 1.3 |
Ġobon |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:
Is-“ser koryciński swojski” huwa ġobon misjur magħmul mill-ħalib sħiħ mhux ipproċessat tal-baqra, li miegħu jiġu miżjuda t-tames u l-melħ tal-mejda. Jistgħu jiġu miżjuda ħwawar u ħxejjex aromatiċi.
Is-“ser koryciński swojski” għandu forma sferika ċċattjata (ġeojdali) b'sezzjoni trasversali ellittika; għandu dijametru li jasal sa 30 ċm (skont id-daqs tal-passatur li jkun intuża fil-produzzjoni tiegħu u l-kwantità ta' ġobon imqiegħed fih) u jiżen bejn 2,5-5 kg (skont il-passatur li jkun intuża u t-tul tal-perjodu tas-sajran).
Is-“ser koryciński swojski” għandu bosta toqob żgħar ta' daqsijiet u forom differenti. Il-wiċċ tal-ġobon hu skanalat.
Hemm tliet perjodi ta' maturazzjoni għall-ġobon mibjugħ taħt l-isem “ser koryciński swojski”:
|
|
Is-“ser koryciński swojski” – świeży (frisk) jitħalla jsir għal 2-4 ijiem; |
|
|
Is-“ser koryciński swojski” – leżakowany (immaturat) jitħalla jsir u jimmatura għal 5-14-il jum; |
|
|
Is-“ser koryciński swojski” – dojrzały (misjur) jitħalla jsir u jimmatura għal aktar minn 14-il jum. |
It-tul tal-perjodu ta' maturazzjoni ma jbiddilx il-karatteristiċi speċifiċi tas-“ser koryciński swojski” imsemmija f’ (5.2).
|
Deskrizzjoni tas-“ser koryciński swojski” skont it-tul tal-perjodu tas-sajran |
||||
|
Grupp tal-karatteristiċi jew tal-ingredjenti |
Karatteristika jew ingredjent |
“ser koryciński swojski” frisk |
“ser koryciński swojski” mmaturat |
“ser koryciński swojski” misjur |
|
Kulur |
Kulur estern |
lewn il-krema |
isfar ċar (lewn it-tiben) |
safrani jew isfar |
|
Kulur intern |
lewn il-krema |
lewn il-krema jkanġi fl-isfar ċar (lewn it-tiben) |
isfar ċar (lewn it-tiben) |
|
|
Konsistenza |
Konsistenza esterna |
il-konsistenza esterna hija l-istess bħall-interna |
kemxejn iebes fuq barra u artab fuq ġewwa |
qoxra safra delikata bi nwar bajdani fuq barra |
|
Konsistenza interna |
imxarrab, elastiku ħafna, b'toqob żgħar imqassmin b'mod ugwali (madwar 1 mm) |
niedi, elastiku, b'toqob indaqs u mqassmin b'mod ugwali (madwar 2 mm) |
kemxejn niedi, elastiku, b'toqob indaqs u mqassmin b'mod ugwali |
|
|
Karatteristiċi organolettiċi |
Togħma |
maġġorment għandu togħma ħelwa u kremuża, tipikament qisu lastku u jagħmel ħoss żaqżieqi meta jingidem |
kemxejn mielaħ, b'togħma notevoli li tixbah il-ġewż |
Notevolment xott, pjuttost mielaħ fis-saff ta' barra u kemxejn inqas lejn iċ-ċentru, b'togħma ħafifa ta' ġewż. |
|
Riħa |
aroma dominanti ta' butir frisk |
aroma ħafifa ta' ġobon niexef |
aroma ta' ġobon niexef |
|
|
Karatteristiċi fiżikokimiċi |
Ndewwa |
≤ 53 % |
≤ 48 % |
≤ 43 % |
|
Xaħam |
≥ 20 % |
≥ 22 % |
≥ 30 % |
|
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
|
— |
Il-materja prima bażika hija l-ħalib tal-baqra, it-tames u l-melħ tal-mejda (madwar 3 g għal kull 10 l ħalib), kif ukoll melħ għall-għorik fuq il-ġobon wara l-iffurmar. |
|
— |
Materja prima fakultattiva – ħwawar imnixxfin u ħxejjex aromatiċi: bżar, bżar aħmar, ħabaq, xibt, tursin, lovage, nagħniegħ, anisi sewda, tewm salvaġġ, paprika, merdqux, anisi, origanu, faqqiegħ mhux ħelu u niexef, |
|
— |
ħwawar u ħxejjex aromatiċi friski: tewm, paprika, żebbuġ; ħxejjex aromatiċi friski: xibt, kurrat salvaġġ, ħabaq, nagħniegħ u merdqux. |
Il-ħalib li jintuża fil-produzzjoni huwa ħalib sħiħ mhux ipproċessat. Ebda proċessar fiżiku jew kimiku mhuwa permess, ħlief għall-iffiltrar tal-impuritajiet makroskopiċi u t-tkessiħ f'temperatura ambjentali għal skopijiet ta' preservazzjoni. Il-manifattura tal-ġobon għandha tibda sa mhux aktar tard minn ħames sigħat wara li jitlesta l-ħlib.
L-użu ta' ħwawar differenti jservi biss biex jagħti t-togħma u ma jbiddilx il-karatteristiċi tas-“ser koryciński swojski”.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
Il-ħalib li jintuża biex isir is-“ser koryciński swojski” ġej minn baqar li jirgħu fil-mergħat għal tal-anqas 150 jum fis-sena. L-annimali jingħataw x'jieklu permezz ta' metodi tradizzjonali; fix-xitwa, il-bażi tal-għalf tagħhom hi ffurmata minn ħuxlief li jikber fuq art mistagħdra, ikel miċ-ċereali (xgħir, segala, qamħ u taħlit ta' ċereali) jew furrajna.
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
|
— |
It-tisħin tal-ħalib u ż-żieda tat-tames u l-melħ |
|
— |
It-tibqit |
|
— |
Il-frid tax-xorrox |
|
— |
It-tqattir tax-xorrox |
|
— |
L-iffurmar |
|
— |
Għorik bil-melħ |
|
— |
Sajran |
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Il-produtturi kollha tas-“ser koryciński swojski” huma meħtieġa jużaw il-logo komuni tas-“ser koryciński swojski” fuq it-tikketti tagħhom. Il-logo tas-“ser koryciński swojski” jitqassam miż–Zrzeszenie Producentów Sera Korycińskiego (Assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Ġobon Korycin).
Ir-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-logo ma jiddiskriminaw bl-ebda mod produtturi li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Is-“ser koryciński swojski” jiġi prodott fi tliet muniċipalitajiet fil-Kontea Sokólski, fil-Provincja Podlaskie, jiġifieri f'Korycin, Suchowola u Janów.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
5.1.1.
Iż-żona ġeografika li fiha s-“ser koryciński swojski” jiġi prodott tinsab fil-mesoreġjun Altipjan ta’ Białystok, li jagħmel parti mill-makroreġjun tal-pjanura tat-Tramuntana ta’ Podlachian, żona morena b’għadajjar ikkaratterizzata minn ħofor mimlijin tajn fost plateaux wesgħin. Il-pajsaġġ varjat taż-żona kien iffurmat minn azzjoni glaċjali repetuta. Il-Pjanura tat-Tramuntana ta’ Podlachian tinkludi diversi komponenti iżgħar, jiġifieri: widien, ħwat, pjanuri u altipjani, inkluż l-Altipjan ta’ Białystok. L-altipjani huma ta’ oriġini morenika u juru varjetà morfoloġika kbira ħafna. L-aktar strutturi tal-art komuni hawnhekk huma għoljiet moreni u kames mikulin li jilħqu għoli ta' 200 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar f'ċerti postijiet.
Din il-pjanura għandha klima li notevolment issir aktar kontinentali lejn il-Lvant (filwaqt li influwenzi klimatiċi marittimi jipprevalu fil-Punent tal-Polonja). Iż-żona fejn jiġi prodott is-“ser koryciński swojski” tinsab fil-parti t’isfel tal-Grigal tal-Polonja, li hija kkunsidrata bħala r-reġjun l-aktar kiesaħ fil-pajjiż, minbarra l-muntanji. Ix-xtiewi huma twal (bejn wieħed u ieħor 110 ijiem), bl-aktar temperaturi baxxi fil-pajjiż: il-medja tat-temperaturi tal-arja f'Jannar hija bejn – 5 u – 6 °C (il-medja ta’ Jannar għal Varsavja hija ta’ madwar – 3,5 °C), u jkun hemm kisja ta’ silġ li ddum mhux ħażin. Is-sjuf idumu għal madwar 90 jum u huma pjuttost sħan, bit-temperatura medja ta’ Lulju tkun madwar 18 °C. Il-perjodi ta’ tranżizzjoni huma iqsar minn dawk tal-parti ċentrali tal-pajjiż. Il-medja annwali ta’ xita hija ta’ madwar 650 mm. Il-maġġoranza tax-xita tinżel fil-perjodu bejn April u Settembru. Iż-żmien ta’ meta tinżel ix-xita huwa fattur favorevoli, għaliex 70 % tax-xita kollha tinżel matul l-istaġun tat-tkabbir, u dan huwa ta’ benefiċċju għall-artijiet mistagħdra u għall-mergħat. Il-frekwenza tax-xita matul l-istaġun tat-tkabbir hija favorevoli wkoll, għaliex ix-xita tinżel għal madwar 94 jum. L-istaġun tat-tkabbir huwa qasir; jibda fl-għaxar jum ta’ April u jispiċċa fl-aħħar ta’ Ottubru. B’hekk idum għal madwar 200 jum.
5.1.2.
Ir-reġjun li fih jiġi prodott is-“ser koryciński swojski” m'għandux industrija tqila. L-impjanti industrijali li joperaw fih huma involuti fl-ipproċessar ta' ikel agrikolu – b'mod partikolari l-ħalib. Il-maġġoranza tal-art hi foresta jew użata għall-biedja. L-art agrikola, li kważi kollha kemm hi tappartjeni lil irziezet individwali, tammonta għal parti sinifikanti taż-żona. Il-maġġoranza tagħha hija art agrikola b'valur baxx ta' produzzjoni u bi ftit injam.
Il-Provinċja Podlaskie, li tinkludi ż-żona definita f’ (4), hija mgħammra biex tipproduċi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kif juri l-fatt li għandha l-akbar parti ta’ art mimlija ħaxix fil-Polonja, li tammonta għal 35,4 % taż-żona kkultivata. Il-mergħat jammontaw għal 13 % u l-artijiet mistagħdra għal 22,4 %. Il-provinċja tinsab fit-tieni post fil-pajjiż f’termini ta’ rjus ta’ baqar. Tforni lis-suq b’litru minn kull tliet litri ta’ ħalib prodott fil-Polonja u blokka minn kull ħames blokok ta’ butir. Il-produtturi tal-ħalib tagħha jipproduċu medja ta’ 33,3 tunnellati ħalib, imqabbla mal-medja nazzjonali ta’ 16,2 tunnellati. Is-sehem tagħha fil-figura nazzjonali qiegħed kull ma jmur jiżdied.
Tradizzjonalment kienet mgħammra biex tipproduċi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib minħabba l-livell baxx ta’ industrijalizzazzjoni fil-passat u l-livelli baxxi kontinwi ta’ investiment, livell għoli ta’ qgħad, u pagi baxxi. Fil-passat, bażikament kien jinbiegħ il-ħalib mhux ipproċessat, iżda ħafna rziezet kienu jagħmlu wkoll il-butir u s-“ser koryciński swojski” għall-użu tagħhom stess jew għall-bejgħ. Il-manifattura tal-ġobon kienet, b'mod partikolari, mezz biex isir użu mill-ħalib prodott fl-irziezet u biex jiddiversifikaw id-dieti. Il-ħiliet speċifiċi tal-produtturi tas-“ser koryciński swojski” jidhru b’mod partikolari bl-użu ta’ ħalib mhux pasturizzat biex jipproduċu l-ġobon u bit-taqlib tal-prodott waqt is-sajran f’diversi stadji ddeterminati mill-għarfien u l-esperjenza tal-produtturi.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Is-“ser koryciński swojski” għandu forma speċifika assoċjata mal-passaturi li fihom jiġi magħmul. Dawn l-għodda lill-ġobon jagħtuh ukoll il-wiċċ skanalat karatteristiku tiegħu. Huwa magħmul minn ħalib sħiħ mhux pasturizzat, li jagħtih l-aroma karatteristika tiegħu ta' ħalib frisk. Il-ġobon huwa niedi u elastiku, b'bosta toqob żgħar, indaqs u mqassmin b'mod ugwali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):
Ir-rabta bejn is-“ser koryciński swojski” u ż-żona hija bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi definiti f’ (5.2), u fuq ir-reputazzjoni tiegħu.
Il-karatteristiċi speċifiċi tas-“ser koryciński swojski” evolvew matul il-ħafna snin li matulhom ġie prodott, l-għarfien tal-metodu ta’ produzzjoni u l-ħiliet prattiċi assoċjati li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra, hekk kif it-teknoloġija tal-prodotti tal-ħalib u l-manwali tal-produzzjoni ma jagħtux deskrizzjoni ta’ kif għandu jiġi magħmul dan il-prodott, li huwa assoċjat mill-qrib maż-żona ġeografika definita f’ (4). Il-prodott igawdi minn reputazzjoni tajba, kif juru n-numru ta' artikoli fl-istampa, ir-referenzi fuq l-internet u l-premji li rċieva. Is-“ser koryciński swojski” jinbiegħ fi ħwienet li għandhom reputazzjoni tajba għal ammont li jlaħħaq mal-50 % iżjed tal-prezz mitlub għal ġobon tat-tames ieħor. Is-“ser koryciński swojski” jinbiegħ fuq l-internet għall-istess prezz eżatt tal-“oscypek”, li huwa denominazzjoni protetta tal-oriġini.
Il-ġobon Korycin (ser koryciński) rebaħ l-ewwel premju u t-titlu ta' “Smak Roku” fil-fiera kummerċjali tal-Polagra Farm f'Poznań fl-2004, “Perła” fil-kompetizzjoni Nasze Kulinarne Dziedzictwo, u t-titlu “Podlaska Marka Roku” fil-kategorija tat-togħma. Il-Festa tal-Ġobon ta' Korycin (Święto sera korycińskiego) ilha tiġi mtellgħa kull ħarifa sa mill-2004. Fl-2005, is-“ser koryciński swojski” kien inkluż fil-lista nazzjonali ta' prodotti tradizzjonali tal-Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.
Is-“ser koryciński swojski” qiegħed kull ma jmur isir aktar magħruf u aktar imfittex, speċjalment fit-Tramuntana u fiċ-ċentru tal-Polonja. Jiġi promoss kull sena ġewwa Varsavja matul il-festa Podlasie w stolicy.
Ir-referenzi għar-rikonoxximent u l-popolarità li jgawdi l-ġobon Korycin jidhru fl-istampa reġjunali u nazzjonali: Gazeta Wyborcza (Białystok) tal-4-5 ta' Ġunju 2005 – “Podlasie w stolicy”; Kurier Poranny tal-4 ta' Lulju 2005 – “Tłoczno i smacznie”; Gazeta Współczesna tat-12 ta' Settembru 2005 – “Zrób sobie swojski ser”; Gazeta Współczesna tad-29 ta' Settembru 2005 – “Święto sera po raz drugi”; Gazeta Współczesna tal-4 ta' Ottubru 2005 – “Gospodynie z Gminy Korycin twierdzą, że nie ma to jak … Swojskiego sera smak”; Gazeta Współczesna, tad-29 ta' Novembru 2005 – “Projekt dla sera”; Gazeta Współczesna tal-24 ta' Settembru 2007 – “Magia Smaku”; Gazeta Współczesna tal-25 ta' Settembru 2007 – “Pierwsza przydomowa serowarnia”; Gazeta Współczesna tat-23 ta' Ottubru 2007 – “Sery to jest przyszłość”; Kurier Poranny tas-17 ta' Ottubru 2007 – “Niektórzy wracają”; Kurier Poranny tad-19 ta' Jannar 2008 – “Dobra marka To jest to!”; Gazeta Współczesna tas-17 ta' Marzu 2008 – “Pierwszy Festiwal Kuchni Podlaskiej”; GWAGRO tad-19 ta' Mejju 2008 – “Danie warte ‚Perły‘ ”; Gazeta współczesna tal-11 ta' Ġunju 2008 – “Podlasie w stolicy”; Gazeta Współczesna tad-19 ta' Ġunju 2008 – “Serowarnia po polsku”; Gazeta Wyborcza Duży Format tas-16 ta' Frar 2009“Bambus w szynce”; Gazeta Współczesna tas-17 ta' Marzu 2009 – “To były smaki”; Gazeta Wyborcza (Białystok) tal-15 ta' Mejju 2009 – “Wspólna dla wszystkich jest kaczka – mowa o potrawach przygotowanych na Międzynarodowy Festiwal Kuchni”; Gazeta Współczesna tad-9 ta' Ġunju 2009 – “Dobre smaki można promować”; Gazeta Współczesna tas-16 ta' Ġunju 2009 – “Regionalne specjały – próbujmy i kupujmy”. Tiftixa fuq l-internet għas-“ser koryciński” tagħti 10 paġni ta' riżultati; Is-“ser koryciński swojski” huwa deskritt ukoll fil-Wikipedija, l-enċiklopedija bla ħlas.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.minrol.gov.pl/index.php?/pol/Jakosc-zywnosci/Produkty-regionalne-i-tradycyjne/Zlozone-wnioski-o-rejestracje-Produkty-regionalne-i-tradycyjne
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.