ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.339.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 339

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
19 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 339/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6368 – TPG/Fournais Holding/Lars Seier Christensen Holding/Saxo Bank) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 339/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2011/C 339/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tagħha tas-26 ta' Marzu 2010 dwar abbozz preminari ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/38.344 (1) – Azzar għall-Prestressing

3

2011/C 339/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2010 dwar abbozz preliminari ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/38.344 (2) – Azzar għall-Prestressing

4

2011/C 339/05

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/38.344 – azzar għall-prestressing (skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Seduta f'xi proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

5

2011/C 339/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010 relatat ma' proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE kontra l-impriżi ArcelorMittal, Emesa/Galycas/ArcelorMittal (España), GlobalSteelWire/Tycsa, Proderac, Companhia Previdente/Socitrel, Fapricela, Nedri/HIT Groep, WDI/Pampus, DWK/Saarstahl, voestalpine Austria Draht, Rautaruukki/Ovako, Italcables/Antonini, Redaelli, CB Trafilati Acciai, I.T.A.S., Ori Martin/Siderurgica Latina Martin, Emme Holding (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-Prestressing) (notifikat taħt in-numru tad-dokument C(2010) 4387 (finali) kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2010 notifikata taħt id-dokument numru C(2010) 6676 (finali) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2011 notifikata taħt dokument numru C(2011) 2269 (finali))  ( 1 )

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 339/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

12

2011/C 339/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

13

2011/C 339/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

14

2011/C 339/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

15

2011/C 339/11

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

2011/C 339/12

Avviż ta’ post battal għal Direttur (Grad AD 14)

17

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 339/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6401 – Waterland/Alychlo/Omega Pharma) ( 1 )

18

2011/C 339/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6407 – Apache/Mobil North Sea) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

2011/C 339/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6403 – Volkswagen/KPI Polska/Skoda Auto Polska/VW Bank Polska/VW Leasing Polska) ( 1 )

20

2011/C 339/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6434 – Teekay/Marubeni/Maersk LNG) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21

2011/C 339/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6433 – Glencore International plc/Carlo Colombo SpA) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

22

2011/C 339/18

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6431 – Evonik Degussa/Treibacher Industries/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

23

 

Rettifika

2011/C 339/19

Rettifika għan-Notifika skont l-Artikolu 114(5) tat-TFUE — Talba għal awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali iktar stretta mid-dispożizzjonijiet ta' miżura armonizzata tal-UE (ĠU C 309, 21.10.2011)

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6368 – TPG/Fournais Holding/Lars Seier Christensen Holding/Saxo Bank)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/01

Fit-3 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6368. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Novembru 2011

2011/C 339/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3576

JPY

Yen Ġappuniż

104,06

DKK

Krona Daniża

7,4426

GBP

Lira Sterlina

0,85805

SEK

Krona Żvediża

9,1606

CHF

Frank Żvizzeru

1,2378

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8200

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,475

HUF

Forint Ungeriż

305,30

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7045

PLN

Zloty Pollakk

4,4200

RON

Leu Rumen

4,3643

TRY

Lira Turka

2,4686

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3479

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3879

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5719

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7800

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7579

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 546,23

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0814

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6273

HRK

Kuna Kroata

7,4950

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 244,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,2907

PHP

Peso Filippin

58,927

RUB

Rouble Russu

41,8304

THB

Baht Tajlandiż

42,072

BRL

Real Brażiljan

2,4043

MXN

Peso Messikan

18,5448

INR

Rupi Indjan

69,5840


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tagħha tas-26 ta' Marzu 2010 dwar abbozz preminari ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/38.344 (1) – Azzar għall-Prestressing

2011/C 339/03

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-kumpless ta' ftehimiet u/jew prattiki miftiehma jikkostitwixxi infrazzjoni unika u kontinwa fil-każ tal-azzar għall-prestressing għall-perjodu ta' żmien li fih kienu jeżistu.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma għandhom bħala għan li jillimitaw l-kompetizzjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dewmien tal-ksur fil-każ ta' kull destinatarju.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-konklużjoni li l-ftehim bejn id-destinatarji seta' jħalli effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn il-partijiet kontraenti taż-ŻEE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2010 dwar abbozz preliminari ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/38.344 (2) – Azzar għall-Prestressing

2011/C 339/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta' deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-ammonti bażiċi tal-multi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fejn jidħlu ċ-ċirkustanzi mitiganti u aggravanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta' ħila li jsir il-ħlas.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti finali tal-multi.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/5


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ COMP/38.344 – azzar għall-prestressing

(skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Seduta f'xi proċedimenti tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

2011/C 339/05

Il-każ jikkonċerna l-prezz u l-arranġamenti tal-kwoti għat-tul konklużi bejn fornituri Ewropej ta' azzar għaall-prestressing.

I.   PROĊEDURA BIL-MIKTUB

1.   Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u sfond

Il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) fit-30 ta' Settembru 2008 indirizzata lil 40 kumpanija (il-“Partijiet”) li jiffurmaw 18-il impriża.

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni skattat minħabba dokumenti li ngħatawlha mill-Bundeskartellamt fl-2002 u li ġew issupplimentati minn applikazzjoni għall-immunità li ssottomettiet impriża skont l-Avviż ta' Klemenza tal-2002 (1). Wara li l-Kummissjoni kkonċediet immunità kundizzjonali, hija wettqet spezzjonijiet għal għarrieda fil-bini u l-uffiċċji ta' għadd kbir ta' produtturi tal-azzar għall-prestressing, kif ukoll f'dawk ta' impriża waħda oħra. Wara l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet ulterjuri għall-klemenza. Qabel ma' adottat id-DO, il-Kummissjoni infurmat lil dawn l-applikanti li l-immunità mill-multi ma kinitx disponibbli, bil-konklużjonijiet preliminari tagħha għal dak li għandu x'jaqsam mad-disponibbiltà ta' tnaqqis mill-multa u speċifikat, kif xieraq, il-firxa ta' tnaqqis li kien maħsub.

Abbażi tal-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-Partijiet kienu wettqu, f'perjodi ta' tul differenti, ksur wieħed u kontinwu u/jew ksur ripetut tal-Artikolu 101 tat-TFUE mill-1 ta' Jannar 1984 u tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 1994 sad-19 ta' Settembru 2002.

2.   Aċċess għall-fajl

Il-Partijiet ingħataw aċċess għall-fajl permezz ta' DVD f'Ottubru 2008. Huma rċevew ukoll aċċess għal dikjarazzjonijiet orali u miktuba ta' klemenza fil-bini tal-Kummissjoni. F'dan is-sens, nieħu pjaċir nirrimarka li miegħi ma tqajmet l-ebda kwistjoni dwar l-aċċess għall-fajls minn xi parti, minkejja fajl voluminuż u kumpless.

3.   Skandenzi għat-tweġiba bil-miktub

Il-Partijiet oriġinarjament kienu ngħataw perjodu ta' sitt ġimgħat biex iwieġbu bil-miktub għad-DO, li beda' mill-jum li jiġi wara dak li fih waslilhom il-fajl tad-DVD. Numru ta' partijiet issottomettew talbiet immotivati biex jingħataw estensjonijiet, li jiena lqajt. Il-Partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

II.   IL-PROĊEDURA ORALI

Fil-11 u t-12 ta’ Frar 2009 saret Seduta Orali li għaliha attendew rappreżentanti mill-partijiet kollha ħlief minn erbgħa.

Il-preżentazzjoni orali ta' impriża waħda b'mod partikolari, inkluż il-preżentazzjonijiet minn individwu wieħed, ikkontestat b'mod qawwi l-fatti allegati fid-DO fejn jidħol l-involviment allegat tagħha fil-kartell. L-impriża fil-kwistjoni pprovdiet fost affarijiet oħra provi li hija kienet qed tikkompeti b'mod aggressiv fil-perjodu relevanti. Fit-tweġiba bil-miktub tagħha hija kienet ippreżentat argumenti simili.

III.   L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

Fl-abbozz ta' deċiżjoni, il-Kummissjoni essenzjalment żammet l-oġġezzjonijiet tagħha kif imfissra fid-DO. Wara sottomissjonijiet bil-miktub u bil-fomm mill-Partijiet, kien hemm daqsxejn ta' tnaqqis fil-firxa ta' prodotti kkonċernati kif ukoll fin-natura tal-allegata imġiba antikompetittiva.

Erbgħa mill-partijiet (jiġifieri entitajiet legali) li lejhom kienet indirizzata d-DO tneħħew mill-abbozz ta' deċiżjoni, inkluż l-impriża diskussa fit-taqsima II. Għalkemm il-perjodu ta' żmien totali tal-ksur kif dikjarat fl-abbozz ta' deċiżjoni huwa l-istess bħal dak allegat fid-DO, il-perjodu ta' parteċipazzjoni li nstab għal xi impriżi u partijiet fi ħdan xi impriżi tnaqqas.

Fejn tidħol l-applikazzjoni tal-Linji ta' Gwida tal-2006 dwar il-multi, id-DO identifikat għadd ta' impriżi bħala “mexxejja” potenzjali tal-kartelli, iżda dan ma nżammx fl-abbozz ta' deċiżjoni. B'żieda ma' dan, ġew identifikati anqas imprizi bħala reċedivi fl-abbozz ta' deċiżjoni milli fid-DO, u ġew iċċitati anqas deċiżjonijiet preċedenti.

Fl-aħħar nett, ninnota li fl-abbozz ta' Deċiżjoni, il-Kummissjoni ġeneralment għandha l-intenzjoni li tirreferi għad-dejta l-aktar riċenti dwar il-fatturat, li hija disponibbli għall-impriżi kollha, sabiex tikkalkula l-limitu massimu ta' 10 % tal-fatturat (filwaqt li tirispetta l-limitu massimu legali speċifikat fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003). Meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra l-kriżi ekonomika u finanzjarja reċenti u l-effetti tagħhom fuq il-fatturat tal-Partijiet. Din il-varjazzjoni għalhekk taħdem favur il-Partijiet. Madankollu, fil-każ ta' parti minnhom, il-Kummissjoni rreferiet għal sena preċedenti peress dik il-parti ilha għal għadd ta’ snin li waqfet tiġġenera fatturat.

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom, il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.

IV.   KONKLUŻJONI

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ta' hawn fuq, inqis li d-dritt tal-Partijiet kollha li jinstemgħu fil-proċedimenti ta' dan il-każ ġie rispettat.

Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Michael ALBERS


(1)  Avviż tal-Kummissjoni dwar Immunità minn multi jew tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartelli (ĠU C 45, 19.2.2002, p. 3).


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/7


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Ġunju 2010

relatat ma' proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE kontra l-impriżi ArcelorMittal, Emesa/Galycas/ArcelorMittal (España), GlobalSteelWire/Tycsa, Proderac, Companhia Previdente/Socitrel, Fapricela, Nedri/HIT Groep, WDI/Pampus, DWK/Saarstahl, voestalpine Austria Draht, Rautaruukki/Ovako, Italcables/Antonini, Redaelli, CB Trafilati Acciai, I.T.A.S., Ori Martin/Siderurgica Latina Martin, Emme Holding

(Każ COMP/38.344 – Azzar għall-Prestressing)

(notifikat taħt in-numru tad-dokument C(2010) 4387 (finali) kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2010 notifikata taħt id-dokument numru C(2010) 6676 (finali) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2011 notifikata taħt dokument numru C(2011) 2269 (finali))

(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/06

Fit-30 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni relatata ma' proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim taż-ŻEE) li ġie emendat bid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2010 u l-4 ta' April 2011. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda b’dan tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe pieni imposti, wara li qieset l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lis-36 entità legali li jappartjenu lil 17-il impriża tal-azzar għall-prestressing talli pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Huma ingaġġaw f'iffissar tal-prezzijiet, iffissar tal-kwoti, allokazzjoni tal-klijenti u skambju ta' informazzjoni sensittiva f'kartell rigward azzar għall-prestressing bl-eċċezzjoni ta' strands u stays speċjali. Il-kartell dam għaddej bejn Jannar 1984 u Settembru 2002 u kkonċerna l-pajjiżi kollha li dak iż-żmien kienu jiffuraw l-UE15 ħlief ir-Renju Unit, l-Irlanda u l-Greċja. Huwa affettwa wkoll in-Norveġja. Il-kartell waqaf fl-2002, meta DWK/Saarstahl żvelaw l-eżistenza tiegħu taħt in-Notifika ta' Klemenza tal-Kummissjoni (2) introdotta f'dik is-sena.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Dan il-każ infetaħ fuq il-bażi ta’ applikazzjoni ta’ immunità mressqa minn DWK Drahtwerk Köln GmbH (DWK) fit-18 ta’ Ġunju 2002.

(3)

Wara l-informazzjoni pprovduta saru spezzjonijiet fid-19-20 ta' Settembru 2002 fil-propjetà tal-14-il impriża f'6 pajjiżi.

(4)

Sussegwentement, bejn il-21 ta' Settembru 2002 u t-28 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet ta' klemenza minn sitt impriżi. Erba' impriżi wkoll ipprovdew informazzjoni awtoinkriminanti bi tweġiba għal talbiet għall-informazzjoni.

(5)

L-investigazzjoni tal-każ ġiet segwita billi ġew indirizzati għadd ta' talbiet għall-informazzjoni lill-kumpaniji kollha involuti fil-ftehimiet antikompetittivi u bi spezzjoni addizzjonali fis-7-8 ta' Ġunju 2006 fil-bini tas-Sur (…), konsulent estern tal-kartell (il-parti Taljana tiegħu).

(6)

Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet ġiet adottata fit-30 ta' Settembru 2008 u s-Smigħ Orali seħħ fil-11 u t-12 ta' Frar 2009.

(7)

Il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni fit-30 ta' Ġunju 2010 u Deċiżjoni ta' Emenda li tikkoreġi xi żbalji fil-kalkolazzjoni tal-multa fit-30 ta' Settembru 2010.

(8)

Fl-4 ta' April 2011 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta' Emenda oħra li fiha eżerċitat il-marġini ta' apprezzament tagħha biex tnaqqas il-multi li għalihom kienu responsabbli biss erbgħa mill-entitajiet legali involuti fil-kartell, minħabba li kienu relatati ma' dawk il-perjodi li fihom l-entitajiet legali pparteċipaw mingħajr il-kumpaniji possedenti kurrenti tagħhom, sabiex tiżgura li l-livell ta' dawk il-multi ma jkunx sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs u l-fatturat tagħhom. Il-Kummissjoni naqqset il-multi relevanti għal għaxra fil-mija tal-fatturat tal-entitajiet legali nfushom.

2.2.   Sommarju tal-ksur

(9)

Il-każ jirrigwarda ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u, mill-1 ta’ Jannar 1994, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward tal-azzar għall-prestressing bl-eċċezzjoni ta' strands u stays speċjali. L-azzar għall-prestressing jikkonsisti f'wajer twil u mmaljat użat għall-konkrit f'siti tal-kostruzzjoni biex isiru l-pedamenti, gallariji jew pontijiet u huwa użat ukoll fl-inġinerija taħt l-art u għall-bini tal-pontijiet.

(10)

Il-fornituri konċernati ingaġġaw f'iffissar tal-prezzijiet, iffissar tal-kwoti, allokazzjoni tal-klijenti u skambju ta' informazzjoni sensittiva f'kartell f'perjodu ta' aktar minn 18-il sena, li dam għaddej bejn l-1 ta' Jannar 1984 u d-19 ta' Settembru 2002. Barra minn hekk, huma ssorveljaw il-prezzijiet, il-klijenti u l-arranġamenti tal-kwoti permezz ta' sistema ta' koordinaturi nazzjonali u kuntatti bilaterali. Xi fornituri kienu involuti wkoll f'forma speċifika ta' allokazzjoni tal-klijenti lil klijent Nordiku kbir. Min-natura tiegħu stess il-ksur jikkonsisti f’wieħed mill-agħar tipi ta’ vjolazzjonijiet tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

(11)

Il-kartell ikkonsista f'arranġament pan-Ewropew, l-ewwel imsejjaħ bħala “Club Zurich”, imsemmi wara l-post fl-Isvizzera fejn saru l-ewwel laqgħat tal-kartell, u wara bħala “Club Europe”. Pero' kien hemm ukoll żewġ arranġamenti reġjonali, fl-Italja (“Club Italia”) u fi Spanja/l-Portugall (“Club España”). L-arranġamenti differenti tal-kartell kienu jikkostitwixxu ksur uniku, kumpless u kontinwu minħabba li kienu konnessi b'territorju, sħubija u kronoloġija li jisporġu f'xulxin. Barra minn hekk kellhom għan komuni u użaw mekkaniżmi identiċi. Fil-fatt l-għan tal-kartell kien li jiġu stabbiliti ishma tas-suq tal-fornituri biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet u ffaċilitati ż-żidiet fil-prezzijiet. Dan sar permezz ta' qbil fuq il-kwoti, prezzijiet u/jew allokazzjoni tal-klijenti. Il-ftehimiet kienu sorveljati u twaqqfu mekkaniżmi ta' kumpens. Barra minn hekk, il-parteċipanti ta' arranġamenti differenti kienu konxji b'mod reċiproku tat-tentattivi ta' xulxin li jistabbilixxu l-ishma tas-suq/il-prezzijiet u kien hemm sforzi biex isir qbil dwar ekwilibriju komuni u biex flimkien jiffissaw il-prezzijiet.

(12)

Il-kumpaniji involuti ġeneralment iltaqgħu fil-marġini tal-laqgħat uffiċjali tal-kummerċ f'lukandi madwar l-Ewropa kollha. Il-Kummissjoni għandha evidenza ta' aktar minn 550 laqgħa tal-kartell.

2.3.   Destinatarji u dewmien

(13)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fil-ksur matul mill-anqas il-perjodi segwenti:

 

Impriża ffurmata minn

Perjodu ta’ responsabbiltà

1.

(a)

ArcelorMittal Wire France SA

1.1.1984 sa 19.9.2002

(b)

ArcelorMittal Fontaine SA

20.12.1984 sa 19.9.2002

(c)

ArcelorMittal Verderio Srl u

3.4.1995 sa 19.9.2002

(d)

ArcelorMittal

1.7.1999 sa 19.9.2002

2.

(a)

Emesa-Trefilería SA

30.11.1992 sa 19.9.2002

(b)

Industrias Galycas SA

15.12.1992 sa 19.9.2002

(c)

ArcelorMittal España SA u

2.4.1995 sa 19.9.2002

(d)

ArcelorMittal

18.2.2002 sa 19.9.2002

3.

(a)

Moreda-Riviere Trefilerías SA

10.6.1993 sa 19.9.2002

(b)

Trenzas y Cables de Acero PSC, SL

26.3.1998 sa 19.9.2002

(c)

Trefilerías Quijano SA u

15.12.1992 sa 19.9.2002

(d)

Global Steel Wire SA

15.12.1992 sa 19.9.2002

4.

SOCITREL — Sociedade Industrial de Trefilaria SA u Companhia Previdente — Sociedade de Controle de Participações Financeiras SA

7.4.1994 sa 19.9.2002

5.

voestalpine Austria Draht GmbH u voestalpine AG

15.4.1997 sa 19.9.2002

6.

Fapricela Industria de Trefilaria SA

2.12.1998 sa 19.9.2002

7.

Proderac Productos Derivados del Acero SA

24.5.1994 sa 19.9.2002

8.

(a)

Westfälische Drahtindustrie GmbH

1.1.1984 sa 19.9.2002

(b)

Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft GmbH & Co. KG

3.9.1987 sa 19.9.2002

(c)

Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG

1.7.1997 sa 19.9.2002

9.

(a)

Nedri Spanstaal BV

1.1.1984 sa 19.9.2002

(b)

Hit Groep BV

1.1.1998 sa 17.1.2002

10.

DWK Drahtwerk Köln GmbH u Saarstahl AG

9.2.1994 sa 6.11.2001

11.

Ovako Hjulsbro AB, Ovako Dalwire Oy Ab, Ovako Bright Bar AB u Rautaruukki Oyj

23.10.1997 sa 31.12.2001

12.

Italcables SpA u Antonini SpA

24.2.1993 sa 19.9.2002

13.

Redaelli Tecna SpA

1.1.1984 sa 19.9.2002

14.

CB Trafilati Acciai SpA

23.1.1995 sa 19.9.2002

15.

I.T.A.S. — Industria Trafileria Applicazioni Speciali — SpA

24.2.1993 sa 19.9.2002

16.

(a)

Siderurgica Latina Martin SpA u

10.2.1997 sa 19.9.2002

(b)

ORI Martin SA

1.1.1999 sa 19.9.2002

17.

Emme Holding SpA

4.3.1997 sa 19.9.2002

2.4.   Rimedji

2.4.1.   L-Ammont Bażiku tal-multa

(14)

Meta stabbiliet il-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni il-bejgħ tal-kumpaniji involuti fis-suq konċernat fl-aħħar sena qabel it-tmiem tal-kartell (2001; ħlief għal DWK, 2000), in-natura ferm serja tal-ksur, l-iskop ġeografiku tal-kartell u l-perjodu ta' żmien li fih kien jopera.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

2.4.2.1.   Ċirkustanzi Aggravanti/Mitiganti

(15)

Il-Kummissjoni żiedet il-multi għal ArcelorMittal Fontaine u ArcelorMittal Wire France minħabba li kienu diġà ġew immultati qabel għax kienu involuti f'kartell. Saarstahl kienet ġiet preċedentament immultata fil-kartell tat-travi tal-ħadid, imma rċeviet immunità fil-kartell preżenti minħabba li kienet l-ewwel waħda li tat l-informazzjoni taħt in-Notifika ta' Klemenza tal-2002 tal-Kummissjoni.

(16)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-parteċipazzjoni aktar limitata ta' Proderac u Emme Holding billi naqqset il-multa tagħhom b'5 %. Il-multa għal ArcelorMittal España tnaqqset bi 15 % għall-kooperazzjoni tagħha barra n-Notifika ta' Klemenza.

2.4.2.2.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(17)

Il-multa fuq għadd ta' kumpaniji kienet se taqbeż il-massimu legali ta' 10 % tal-fatturat tal-2009, u għalhekk tnaqqset għal dan il-livell.

2.4.3.   Applikazzjoni għall-Avviż ta' Klemenza tal-2002

(18)

Il-Kummissjoni tat immunità sħiħa mill-multa lil DWK/Saarstahl u tnaqqis mill-multa għall-kooperazzjoni taħt l-Avviż ta' Klemenza tal-2002 lil Italcables/Antonini (50 %), Nedri (25 %), Emesa and Galycas (5 %), ArcelorMittal u s-sussidjarji tagħha (20 %) u lil WDI/Pampus (5 %). Redaelli u SLM ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni u għalhekk ma rċevew ebda tnaqqis mill-multa.

2.4.4.   Kapaċità ta' ħlas

(19)

Il-Kummissjoni aċċettat tliet applikazzjonijiet ta' inkapaċità ta' ħlas u tat tnaqqis rispettivament ta' 25 %, 50 % u 75 % tal-multa li kienet se tkun imposta. Hija rċeviet applikazzjonijiet minn 13-il impriża skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-Multi.

3.   DEĊIŻJONI

(20)

Il-multi segwenti ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

1.

EUR 45 705 600

lil ArcelorMittal Wire Franza SA u ArcelorMittal Fontaine SA, li minnhom,

ArcelorMittal Verderio Srl hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 32 353 600; li minnhom

ArcelorMittal SA hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 31 680 000.

2.

EUR 36 720 000

lil ArcelorMittal España SA, li minnhom

ArcelorMittal SA hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 8 256 000; li minnhom

Emesa — Trefilería SA hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 2 576 400; li minnhom

Industrias Galycas SA hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 868 300.

3.

EUR 54 389 000

b’mod konġunt u separat lil Global Steel Wire SA u Moreda-Riviere Trefilerías SA, li minnhom

Trenzas y Cables de Acero PSC, SL hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 40 000 000; li minnhom

Trefilerías Quijano SA hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 4 190 000.

4.

EUR 12 590 000

b’mod konġunt u separat lil Companhia Previdente — Sociedade de Controle de Participações Financeiras SA u SOCITREL — Sociedade Industrial de Trefilaria SA

5.

EUR 22 000 000

b’mod konġunt u separat lil voestalpine AG u voestalpine Austria Draht GmbH.

6.

EUR 8 874 000

lil Fapricela — Indústria de Trefilaria SA

7.

EUR 482 250

lil Proderac Productos Derivados del Acero SA

8.

EUR 46 550 000

lil Westfälische Drahtindustrie GmbH, li minnhom

Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft GmbH & Co. KG hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 38 855 000; li minnhom

Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 15 485 000.

9.

EUR 6 934 000

lil HIT Groep BV, li minnhom

Nedri Spanstaal BV hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 5 056 500.

10.

EUR 0

b’mod konġunt u separat lil Saarstahl AG u DWK Drahtwerk Köln GmbH.

11.

EUR 4 300 000

b’mod konġunt u separat lil Rautaruukki Oyj u Ovako Bright Bar AB, li minnhom

Ovako Hjulsbro AB hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 1 808 000; li minnhom

Ovako Dalwire Oy Ab hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 554 000.

12.

EUR 2 386 000

lil Italcables SpA, li minnhom

Antonini SpA hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 22 500.

13.

EUR 6 341 000

lil Redaelli Tecna SpA

14.

EUR 2 552 500

lil CB Trafilati Acciai SpA

15.

EUR 843 000

lil I.T.A.S. — Industria Trafileria Applicazioni Speciali — SpA

16.

EUR 15 956 000

lil Siderurgica Latina Martin SpA, li minnhom:

ORI Martin SA hija meqjusa konġuntament u solidarjament responsabbli għall-ammont ta' EUR 14 000 000.

17.

EUR 3 249 000

lil Emme Holding SpA


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Din kienet għadha f'konformità man-Notifika tal-Kummissjoni tal-2002 dwar Immunità minn multi jew tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartelli (ĠU C 45, 19.2.2002, p. 3).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/12


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 339/07

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

24.10.2011

Tul ta' żmien

24.10.2011-31.12.2011

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

RED/51214D

Speċi

Redfish (pelaġiku tal-fond) – (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/13


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 339/08

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

31.10.2011

Tul ta' żmien

31.10.2011-31.12.2011

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

POK/2A34.

Speċi

Pollakkju (saithe) (Pollachius virens)

Żona

Iż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/14


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 339/09

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

23.10.2011

Tul ta' żmien

23.10.2011-31.12.2011

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

HER/4AB.

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

1152436

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/15


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 339/10

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

17.10.2011

Tul ta' żmien

17.10.2011-31.12.2011

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

LIN/3A/BCD

Speċi

Ling (Molva molva)

Żona

Iż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 339/11

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

31.10.2011

Tul ta' żmien

31.10.2011-31.12.2011

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

COD/2A3AX4

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Iż-żona IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa; dik il-parti taż-żona IIIa mhux koperta mis-Skagerrak u l-Kattegat

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/17


Avviż ta’ post battal għal Direttur (Grad AD 14)

2011/C 339/12

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali Cedefop, huwa korp tal-Unjoni Ewropea li jinsab f’Tessaloniki, fil-Greċja. Huwa jassisti lill-Kummissjoni Ewropea u lil partijiet oħra interessati fl-inkoraġġiment tal-promozzjoni u l-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali.

Bħala Direttur se tkun responsabbli milli tiddirieġi, tmexxi u tirrapreżenta lil Cedefop u se tkun marbut li twieġeb għal xogħlok lill-Bord ta’ Tmexxija u lill-Parlament Ewropew. Irid ikollok fehim tajjeb tal-qafas istituzzjonali ta’ organizzazzjoni tal-UE u trid tkun tixtieq taħdem f’livell għoli f'ambjent internazzjonali. Il-kuntratt huwa għal perijodu ta’ ħames snin, u jista’ jiġġedded.

Il-kondizzjonijiet kollha meħtieġa għall-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza huma spjegati b’mod dettaljat fl-avviż tal-post battal u jinkludu:

Ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Il-ħila li l-kanidat iwettaq il-mandat sħiħ ta’ ħames snin qabel jilħaq l-età obbligatorja tal-pensjoni

Grad universitarju, preferibbilment f’qasam rilevanti għall-ħidma tas-Cedefop

15-il sena esperjenza professjonali wara l-gradwazzjoni, inklużi tal-inqas 5 snin f’oqsma relatati mal-attivitajiet tas-Cedefop u mill-inqas 5 snin f’kariga ta’ tmexxija ta’ livell għoli

Għarfien tajjeb tal-lingwi

Kapaċità li tmexxi u timmotiva organizzazzjoni internazzjonali

Kapaċità li tinteraġixxi u tinnegozja fuq livell għoli tal-istituzzjonijiet tal-UE, awtoritajiet pubbliċi u msieħba soċjali

Il-formola ta’ applikazzjoni tinsab fl-Avviż tal-Post Battal, disponibbli fuq is-sit web ta’ Cedefop http://www.cedefop.europa.eu

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati u ttimbrati sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Jannar 2012

Kumpanija tal-HR tassisti fl-evalwazzjoni tal-applikanti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6401 – Waterland/Alychlo/Omega Pharma)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/13

1.

Fid-9 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Waterland Private Equity Investment B.V. (“Waterland”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Alychlo NV (li l-kontroll aħħari tagħha huwa f’idejn is-sur Marc Coucke, il-Belġju) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Omega Pharma NV (“Omega”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Waterland: ġestur ta’ fondi ta’ ekwità privata li jinvesti f’kumpaniji b’attivitajiet f’diversi oqsma tan-negozju bħal ma huma l-kura tas-saħħa, it-turiżmu u l-assikurazzjoni,

għal Alychlo NV: kumpanija holding,

għal Omega: fornitur ta’ prodotti tal-kura tas-saħħa u dik personali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6401 – Waterland/Alychlo/Omega Pharma, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6407 – Apache/Mobil North Sea)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/14

1.

Fil-11 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Apache Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll totali tal-Mobil North Sea Limited (“MNSL” il-Gżejjer Kajman) li hi tal-Grupp ExonMobil (l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Apache Corporation: l-esplorazzjoni għat-titjib, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' gass naturali, żejt mhux maħdum u likwidi tal-gass naturali,

għal MNSL: il-produzzjoni l-iżvilupp u l-bejgħ ta' żejt mhux maħdum u gass naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6407 – Apache/Mobil North Sea, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6403 – Volkswagen/KPI Polska/Skoda Auto Polska/VW Bank Polska/VW Leasing Polska)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/15

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Volkswagen AG (“VW”, il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża KPI Polska SP. z o.o. (“KPI Polska”, il-Polonja), Skoda Auto Polska SA (“Skoda Auto Polska”, il-Polonja), Volkswagen Bank Polska SA (“VW Bank Polska”, il-Polonja) u Volkswagen Leasing Polska Sp z o.o. (“VW Leasing Polska”, il-Polonja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal VW: il-fabbrikazzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta' vetturi bil-mutur (karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, karozzi tal-linja, kowċijiet, u xażis għal tal-linja) inkluż spare parts u aċċessorji relatati, magni diżil, l-għoti ta’ servizzi finanzjarji,

għal KPI Polska: l-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ fil-Polonja ta' wħud mill-karozzi tal-passiġġieri tal-VW u vetturi kummerċjali ħfief u l-ispare parts u l-aċċessorji tagħhom,

għal Skoda Auto Polska: l-importazzjoni u d-distribuzzjoni bl-ingrossa fil-Polonja ta' karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief tad-ditta Skoda u l-ispare parts u l-aċċessorji tagħha,

għal VW Bank Polska: l-għoti fil-Polonja ta' servizzi bankarji ġenerali u għall-impriżi prinċipalment għall-klijenti u l-bejjiegħa ta' vetturi tal-KPI Polska u Skoda Auto Polska,

għal VW Leasing Polska: l-għoti ta' servizzi finanzjarji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6403 – Volkswagen/KPI Polska/Skoda Auto Polska/VW Bank Polska/VW Leasing Polska, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6434 – Teekay/Marubeni/Maersk LNG)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/16

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi Teekay LNG Partners, permezz tas-sussidarja kollha kemm hi tagħha Teekay LNG Operating, u Marubeni Corporation (il-Ġappun) jiksbu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta' Maersk LNG A/S (id-Danimarka), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Teekay LNG Partners tipprovdi servizzi ta' trasport bil-baħar ta' LNG, gass petroleum likwefatt tal-pitrolju u żejt mhux maħdum,

Marubeni Corporation hija involuta fl-immaniġġjar ta' prodotti u fil-provvista ta' servizzi f'firxa wiesgħa ta' setturi. Dawn l-oqsma jinkludu l-importazzjoni u l-esportazzjoni, kif ukoll tranżazzjonijiet fis-suq Ġappuniż, relatati ma' materjali tal-ikel, prodotti tal-ikel, tessuti, materjali, polpa u karta, kimiki, enerġija, metalli u riżorsi minerali, makkinarju għat-trasportazzjoni, u magħhom jingħadd il-kummerċ offshore. L-attivitajiet ta' Marubeni jestendu wkoll għal proġetti tal-enerġija u tal-infrastruttura, impjanti u makkinarju industrijali, finanzjament, loġistika, industrija tal-informazzjoni, kif ukoll żvilupp tal-proprjetà immobbli u kostruzzjoni. Barra minn hekk, Marubeni twettaq investiment fil-kummerċ, żvilupp u mmaniġġjar fuq livell globali,

Maersk LNG A/S tipprovdi servizzi ta' transport ta' LNG permezz ta' bastimenti disinjati apposta għat-trasport tal-LNG.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6434 – Teekay/Marubeni/Maersk LNG, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6433 – Glencore International plc/Carlo Colombo SpA)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/17

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha il-Glencore International plc (“Glencore”, Jersey) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ fuq Carlo Colombo SpA (“Carlo Colombo”, l-Italja), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Glencore produttur u negozjant tal-komoditajiet u tal-materja prima,

għal Carlo Colombo: produttur tal-vireg tar-ram u prodotti tar-ram nofshom maħduma.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6433 – Glencore International plc/Carlo Colombo SpA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6431 – Evonik Degussa/Treibacher Industries/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 339/18

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Evonik Industries AG (“Evonik”, il-Ġermanja) u Treibacher Industrie AG (“Treibacher”, l-Awstrija) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Evonik: produzzjoni ta' kimiċi ta' speċjalità,

għal Treibacher: produzzjoni ta' prodotti kimiċi u prodotti metallurġiċi,

għal JV: produzzjoni u bejgħ ta' ċerti persalts, speċifikament il-perborat tas-sodju u l-perkarbonat tas-sodju, kimiċi użati prinċipalment fid-deterġenti sintetiċi u t-trab tal-ħasil.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6431 – Evonik Degussa/Treibacher Industries/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/24


Rettifika għan-Notifika skont l-Artikolu 114(5) tat-TFUE — Talba għal awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali iktar stretta mid-dispożizzjonijiet ta' miżura armonizzata tal-UE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 309 tal-21 ta' Ottubru 2011 )

2011/C 339/19

F'paġna 8, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“Fis-17 ta' Mejju 2011, ir-Renju tal-Isvezja nnotifika …”,

aqra:

“Fis-17 ta' Ottubru 2011, ir-Renju tal-Isvezja nnotifika …”.