ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.330.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 330/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 330/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 330/03

Rata tal-kambju tal-euro

5

2011/C 330/04

Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti – Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 330/05

Avviż ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda

8

2011/C 330/06

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

9

2011/C 330/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 330/08

Sejħa għal proposti – Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 330/09

Tħassir tal-Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni in segwitu għall-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

22

 

2011/C 330/10

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 330/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 394/10

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Funding scheme for the archiving of programme material (‘The archiving scheme’)

Il-bażi legali

Broadcasting Act, 2009, section 154

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 12,86 miljun

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Broadcasting Authority of Ireland

2-5 Warrington Place

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.10.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32206 (11/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation du régime temporaire de prêts bonifiés pour les entreprises fabriquant des produits verts

Il-bażi legali

Pour les interventions de l’État: article 20 de la Constitution du 4 octobre 1958 ainsi que les articles L. 2251-1, L. 3231-1 et L. 4211-1 du code général des collectivités territoriales. Pour les interventions des collectivités territoriales: articles L. 1511-1 à L. 1511-5 du code général des collectivités territoriales tels que modifiés par l’article 1er de la loi no 809/2004 du 13 août 2004

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 500 miljun

 

Baġit globali: EUR 500 miljun

L-intensità

25 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

État et collectivités territoriales

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.5.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32479 (11/N)

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Scheme for the production and broadcasting of Danish TV drama and TV documentary programmes

Il-bażi legali

§ 11a of the Radio and Television Broadcasting Act, cf. consolidation Act No 477 of 6 May 2010, Order on support for the production of Danish public service TV (The Public Service Pool)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: DKK 37,5 miljun

 

Baġit globali: DKK 112,5 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Det Danske Filminstitut

Gothersgade 55

1123 København K

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 330/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.10.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32760 (11/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Toscana

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Valorizzazione delle aree forestali e marginali tramite investimenti nelle aziende zootecniche finalizzati ad una corretta gestione del pascolo e del bosco, all’utilizzo sostenibile delle risorse ed alla conservazione del paesaggio

Il-bażi legali

Legge Regionale 24 gennaio 2006, n. 1 «Disciplina degli interventi regionali in materia di agricoltura e di sviluppo rurale»;

Legge Regionale 21 marzo 2000, n. 39 «Legge Forestale della Toscana»;

Decreto Presidente Giunta Regionale 8 agosto 2003, n. 48/R «Regolamento forestale della Toscana».

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Investiment fl-intrapriżi agrikoli

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 10 miljuni

 

Baġit annwali: EUR 2 miljuni

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione Toscana

Settore Produzioni Agricole Zootecniche

Area Coordinamento Politiche per lo Sviluppo Rurale

Direzione Generale Competitività Regionale e Sviluppo delle Competenze

Via di Novoli 26

50127 Firenze FI

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Novembru 2011

2011/C 330/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3650

JPY

Yen Ġappuniż

105,59

DKK

Krona Daniża

7,4422

GBP

Lira Sterlina

0,85680

SEK

Krona Żvediża

9,0935

CHF

Frank Żvizzeru

1,2360

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7520

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,701

HUF

Forint Ungeriż

310,52

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7015

PLN

Zloty Pollakk

4,4235

RON

Leu Rumen

4,3472

TRY

Lira Turka

2,4283

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3428

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3906

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6235

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7536

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7604

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 538,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8444

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6571

HRK

Kuna Kroata

7,4725

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 235,32

MYR

Ringgit Malażjan

4,2969

PHP

Peso Filippin

59,107

RUB

Rouble Russu

41,5728

THB

Baht Tajlandiż

42,056

BRL

Real Brażiljan

2,3956

MXN

Peso Messikan

18,4192

INR

Rupi Indjan

68,4172


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/6


Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: Ottubru 2011

Perjodu ta' applikazzjoni: Jannar, Frar, Marzu 2012

10-2011

EUR

BGN

CZK

DKK

LVL

LTL

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

24,8407

7,44417

0,706057

3,45280

296,790

4,35165

1 BGN =

0,511300

1

12,7011

3,80620

0,361007

1,76542

151,749

2,22500

1 CZK =

0,0402565

0,0787336

1

0,299676

0,0284234

0,138998

11,9477

0,175182

1 DKK =

0,134333

0,262729

3,33693

1

0,0948470

0,463826

39,8688

0,584571

1 LVL =

1,41632

2,77003

35,1823

10,5433

1

4,89026

420,349

6,16331

1 LTL =

0,289620

0,566439

7,19437

2,15598

0,204488

1

85,9565

1,26032

1 HUF =

0,00336938

0,00658983

0,0836978

0,0250822

0,00237898

0,0116338

1

0,0146624

1 PLN =

0,229798

0,449439

5,70835

1,71066

0,162251

0,793447

68,2019

1

1 RON =

0,231247

0,452274

5,74435

1,72145

0,163274

0,798451

68,6321

1,00631

1 SEK =

0,109724

0,214597

2,72561

0,816801

0,0774711

0,378854

32,5649

0,477478

1 GBP =

1,14895

2,24712

28,5408

8,55298

0,811225

3,96710

340,998

4,99983

1 NOK =

0,129076

0,252447

3,20634

0,960863

0,0911349

0,445673

38,3085

0,561693

1 ISK =

0,00629040

0,0123028

0,156258

0,0468268

0,00444138

0,0217195

1,86693

0,0273736

1 CHF =

0,813317

1,59068

20,2034

6,05447

0,574248

2,80822

241,385

3,53927


10-2011

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,32437

9,11381

0,870360

7,74738

158,972

1,22953

1 BGN =

2,21105

4,65989

0,445015

3,96123

81,2825

0,628660

1 CZK =

0,174084

0,366890

0,0350376

0,311882

6,39967

0,0494967

1 DKK =

0,580907

1,22429

0,116918

1,04073

21,3553

0,165167

1 LVL =

6,12468

12,9080

1,23270

10,9727

225,155

1,74141

1 LTL =

1,25242

2,63954

0,252074

2,24380

46,0416

0,356097

1 HUF =

0,0145705

0,0307079

0,00293257

0,0261039

0,535638

0,00414277

1 PLN =

0,99373

2,09434

0,200007

1,78033

36,5315

0,282544

1 RON =

1

2,10755

0,201268

1,79156

36,7620

0,284326

1 SEK =

0,474486

1

0,0954990

0,850071

17,4430

0,134909

1 GBP =

4,96849

10,4713

1

8,90136

182,651

1,41267

1 NOK =

0,558172

1,17637

0,112342

1

20,5195

0,158703

1 ISK =

0,0272020

0,0573295

0,00547491

0,0487341

1

0,00773426

1 CHF =

3,51708

7,41241

0,707878

6,30107

129,295

1

Note: all cross rates involving ISK are calculated using ISK/EUR rate data from the Central Bank of Iceland

reference: Oct-11

1 EUR in national currency

1 unit of N.C. in EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

24,8407

0,0402565

DKK

7,44417

0,134333

LVL

0,706057

1,41632

LTL

3,45280

0,289620

HUF

296,790

0,00336938

PLN

4,35165

0,229798

RON

4,32437

0,231247

SEK

9,11381

0,109724

GBP

0,870360

1,14895

NOK

7,74738

0,129076

ISK

158,972

0,00629040

CHF

1,22953

0,813317

Note: ISK/EUR rates based on data from the Central Bank of Iceland

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/8


Avviż ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda

2011/C 330/05

Stat Membru

Il-Finlandja

Rotta kkonċernata

Mariehamn (MHQ)–Stokkolma Arlanda (ARN)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Mill-1 ta’ Marzu 2012

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u t-tagħrif u/jew d-dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ålands landskapsregering

PB 1060

AX-22111 Mariehamn

Åland

SUOMI/FINLAND

Posta elettronika: registrator@regeringen.ax


12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/9


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

2011/C 330/06

Stat Membru

Il-Finlandja

Rotta kkonċernata

Mariehamn (MHQ)–Stokkolma Arlanda (ARN)

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

1 ta’ Marzu 2012-29 ta’ Frar 2016

Data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

It-63 jum kalendarju wara l-pubblikazzjoni

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kwalunkwe tagħrif rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ålands landskapsregering

PB 1060

AX-22111 Mariehamn

Åland

SUOMI/FINLAND

Posta elettronika: registrator@regeringen.ax


12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/10


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 330/07

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

8.10.2011

Tul ta' żmien

8.10.2011-31.12.2011

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

COD/N3M.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

NAFO 3M

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

1096131

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/11


Sejħa għal proposti – Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi

2011/C 330/08

1.   KUNTEST

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi sejħa għal proposti (ref. ECFIN/A4/2011/014) biex isir stħarriġ bħala parti mill-Programm Konġunt Armonizzat tal-UE ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi (approvat mill-Kummissjoni fit-12 ta' Lulju 2006 COM(2006) 379) fl-Istati Membri tal-UE li ġejjin: Il-Lussemburgu, Malta, l-Isvezja u kif ukoll fil-pajjiżi kandidati: l-Islanda u l-Montenegro. Din il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' ftehim qafas ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-korpi speċjalizzati fuq perjodu ta' tliet snin.

Il-programm huwa mfassal sabiex jiġbor informazzjoni dwar il-qagħda tal-ekonomiji fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi kandidati, bl-għan li jkun jista' jsir tqabbil taċ-ċikli tan-negozju tagħhom għall-iskopijiet ta' ġestjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Dan sar għodda indispensabbli fil-proċess ta' sorveljanza ekonomika tal-UEM, kif ukoll għal skopijiet ġenerali ta' politika ekonomika.

2.   GĦAN U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-AZZJONI

2.1.   Għanijiet

Il-Programm Konġunt Armonizzat tal-UE jinvolvi korpi/istituzzjonijiet li jwettqu stħarriġiet tal-opinjoni fuq bażi ta' finanzjament konġunt. Il-Kummissjoni bħalissa qed tfittex li tikkonkludi ftehimiet ma' korpi u istituzzjonijiet li jkunu kkwalifikati kif jixraq biex għat-tliet snin li ġejjin iwettqu wieħed jew aktar mill-istħarriġiet li ġejjin:

Stħarriġ dwar l-investiment fl-Islanda, il-Montenegro u l-Isvezja

Stħarriġ dwar il-kostruzzjoni fl-Islanda u l-Montenegro

Stħarriġ dwar il-kummerċ bl-imnut fl-Islanda, il-Lussemburgu u l-Montenegro

Stħarriġ dwar is-servizzi fl-Islanda u l-Montenegro

Stħarriġ dwar l-industrija fl-Islanda, il-Lussemburgu, Malta u l-Montenegro

Stħarriġ dwar il-konsumaturi

Stħarriġiet ad hoc dwar suġġetti ekonomiċi attwali. Dawn l-istħarriġiet ad hoc huma mid-definizzjoni tagħhom stess aktar okkażjonali u jitwettqu flimkien mal-istħarriġiet li jsiru kull xahar, bl-użu tal-istess kampjuni stabbiliti bħall-istħarriġ li jsir kull xahar, sabiex jinkiseb tagħrif dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika ekonomika.

L-istħarriġiet huma mmirati lejn il-maniġers fis-settur tal-industrija, l-investiment, il-kostruzzjoni, il-kummerċ bl-imnut u s-servizzi kif ukoll il-konsumaturi.

2.2.   Speċifikazzjonijiet tekniċi

2.2.1.   Kalendarju tal-istħarriġ u rappurtar tar-riżultati

It-tabella li ġejja tagħti ħarsa ġenerali tal-isħarriġiet mitluba fil-kuntest ta' din is-sejħa għal proposti:

Isem l-istħarriġ

Numru ta’ attivitajiet/kategoriji tad-daqs

Numru ta’ aggregati

Numri ta’ mistoqsijiet kull xahar

Numru ta’ mistoqsijiet kull trimestru

Industrija

68/—

8

7

9

Investiment

6/6

2

2 mistoqsijiet f’Marzu/April

4 mistoqsijiet f’Ottubru/Novembru

Kostruzzjoni

3/—

1

5

1

Kummerċ bl-imnut

5/

3

6

Servizzi

37/—

1

6

2

Konsumatur

22 analiżi

2

14

3

L-istħarriġiet ta' kull xahar għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn ta' kull xahar u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-e-mail mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar tax-xahar skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja; ir-riżultati ġeneralment jiġu ppubblikati fil-jum ta' qabel l-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar. Id-data ta' għeluq għat-twassil tar-riżultati tal-istħarriġ dwar il-konsumaturi hija sebat ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar tax-xahar skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja.

L-istħarriġiet trimestrali għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn tal-ewwel xahar ta' kull trimestru (Jannar, April, Lulju u Ottubru) u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-e-mail mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar ta' Jannar, April, Lulju u Ottubru rispettivament u skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja.

L-istħarriġiet ta’ kull sitt xhur dwar l-investiment għandhom jitwettqu f’Marzu/April u f’Ottubru/Novembru u r-riżultati għandhom jintbagħtu permezz ta' email lill-Kummissjoni mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel tmiem April u Novembru, rispettivament, u skont il-kalendarju li se jiġi inkluż fil-ftehim ta’ għotja.

Fil-każ tal-istħarriġiet ad hoc, il-benefiċjarju għandu jintrabat li jikkonforma ruħu mal-kalendarji stabbiliti għalihom.

Deskrizzjoni dettaljata tal-azzjoni (l-Anness I tal-ftehim speċifiku ta' għotja) tista' titniżżel mill-indirizz tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm

2.2.2.   Metodoloġija u kwestjonarji

Dettalji dwar il-metodoloġija, il-kwestjonarji u l-linji gwida internazzjonali dwar it-tmexxija tal-impriżi jinsabu fil-gwida għall-utent dwar il-Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi fl-indirizz tal-websajt li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/db_indicators/surveys/documents/userguide_en.pdf

3.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U TUL TA' ŻMIEN

3.1.   Dispożizzjonijiet amministrattivi

Il-Kummissjoni tixtieq tistabbilixxi kooperazzjoni fit-tul mal-applikanti magħżula. Għal dan il-għan, se jkun konkluż ftehim qafas ta' sħubija bejn il-partijiet. Fl-ambitu ta' dan il-ftehim qafas ta' sħubija, li se jispeċifika l-għanijiet komuni u n-natura tal-azzjonijiet ippjanati, jistgħu jkunu konklużi ftehimiet ta' għotja annwali speċifiċi bejn il-partijiet. L-azzjoni tkopri l-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April.

3.2.   Tul ta' żmien

Il-korp jew l-istitut għandu jintgħażel għal perjodu massimu ta' tliet snin. Jistgħu jiġu konklużi tliet ftehimiet speċifiċi annwali ta' għotja. L-ewwel wieħed mill-ftehimiet speċifiċi tal-għotja se jikkonċerna l-perjodu mill-1 ta' Mejju 2012 sat-30 ta' April 2013.

4.   QAFAS FINANZJARJU

4.1.   Sorsi ta' finanzjament tal-Unjoni

L-operazzjonijiet magħżula se jkunu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 01.02.02 – Il-koordinament u s-sorveljanza tal-unjoni ekonomika u monetarja.

4.2.   Total stmat tal-baġit tal-Unjoni għal din is-sejħa

Il-baġit annwali totali disponibbli għall-perjodu Mejju 2012-April 2013 għal dawn l-istħarriġiet huwa ta' madwar EUR 175 000 (mija u ħamsa u sebgħin elf).

L-ammonti għas-sentejn ta' wara jistgħu jiżdiedu, bla ħsara għall-mezzi finanzjarji disponibbli, b'madwar 2 % kull sena.

4.3.   Perċentwali tal-kofinanzjament tal-Unjoni

Sehem il-Kummissjoni fil-finanzjament konġunt ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sostnuti mill-benefiċjarju għal kull stħarriġ. Il-Kummissjoni tiddetermina l-perċentwal tal-kofinanzjament fuq bażi individwali.

4.4.   Finanzjament tal-azzjoni mill-benefiċjarju u l-ispejjeż sostnuti

Il-benefiċjarju għandu jintalab jibgħat baġit dettaljat f'euro għall-ewwel sena, li jkun fih stima tal-ispejjeż u tal-finanzjament tal-azzjoni. Se jiġi pprovdut baġit dettaljat, rispettivament, għas-snin ta' wara fl-ambitu tal-ftehim qafas ta' sħubija skont sejħa mill-Kummissjoni.

L-ammont tal-għotja tal-baġit mitlub mill-Kummissjoni għandu jkun imqarreb sal-eqreb gћaxra. Jekk jitħalla barra, se jitqarreb għall-eqreb ċifra mill-Kummissjoni. Il-baġit għandu jiddaħħal fil-ftehim speċifiku tal-għotja bħala anness. Sussegwentement, il-Kummissjoni tista' tuża dawn iċ-ċifri għal finijiet ta' verifika.

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu sostnuti biss wara li jsir l-iffirmar tal-ftehim speċifiku tal-għotja mill-partijiet kollha, ħlief f'każi eċċezzjonali u, taħt l-ebda ċirkostanza, qabel ma tkun intbagħtet l-applikazzjoni għal għotja. Kontributi f'oġġetti mhumiex meqjusa bħala spejjeż eliġibbli.

4.5.   Arranġamenti għall-ħlas

Fi żmien 45 jum mid-data meta l-aħħar wieħed miż-żewġ partijiet jiffirma l-ftehim speċifiku, għandu jsir ħlas ta' prefinanzjament lill-imsieħeb, li jirrappreżenta 40 % tal-ammont massimu tal-għotja speċifikata fl-Artikolu 3 tal-ftehim speċifiku tal-għotja.

It-talba għall-ħlas tal-bilanċ għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn wara d-data tal-għeluq tal-azzjoni (ara d-dettalji sħaħ fl-Artikoli 5 u 6 tal-ftehim speċifiku tal-għotja).

Jiġu meqjusa bħala spejjeż eliġibbli dawk l-ispejjeż biss li jkunu rintraċċabbli u identifikabbli fis-sistema ta' kontabilità tal-ispiża tal-benefiċjarju.

4.6.   Subkuntrattar

Meta fi proposta l-ammont tas-servizzi mwettqa minn subkuntrattur ikun daqs jew iktar minn 50 % tax-xogħol, is-subkuntrattur għandu jipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta tal-applikant fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, tal-għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt). Dan jimplika li s-subkuntrattur irid jipprovdi evidenza li hu jissodisfa l-kriterji ta' esklużjoni, u li l-kapaċità kkombinata tas-subkuntrattur u l-applikant se titqies fir-rigward tal-kriterji ta' għażla u għotja.

L-applikant għall-għotja għandu jaġġudika l-kuntratti lil dawk li jitfgħu offerti li jkunu ppreżentaw l-offerta li toffri l-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità, waqt li joqgħod attent li ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi. Fil-każ li s-subkuntrattar jaqbeż l-ammont ta' EUR 60 000, l-applikant ikun irid jiddokumenta, ladarba jintgħażel, li s-subkuntrattur intgħażel fuq il-bażi tal-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità.

4.7.   Proposti konġunti

Fil-każijiet kollha ta' proposti konġunti, il-kompiti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri kollha li jieħdu sehem fil-proposta għandhom jiġu identifikati sew. Il-membri kollha għandhom jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt) relatati magħhom.

Wieħed mill-membri parteċipanti għandu jassumi r-rwol ta' koordinatur u għandu:

jassumi r-responsabbiltà ġenerali tas-sħubija fir-rigward tal-Kummissjoni;

jissorvelja l-attivitajiet tal-membri parteċipanti l-oħra;

jiżgura l-koerenza globali u s-sottomissjoni fil-ħin tar-riżultati tal-istħarriġ;

jiċċentralizza l-firma tal-kuntratt u jagħti lill-Kummissjoni l-kuntratt iffirmat kif suppost mill-parteċipanti kollha (anki permezz ta' prokura);

jiċċentralizza l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni u jqassam il-pagamenti lill-parteċipanti;

jiġbor id-dokumenti ta' sostenn tan-nefqa sostnuta minn kull parteċipant u jippreżentahom f'sottomissjoni waħda.

5.   KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ U ESKLUŻJONI

5.1.   Status ġuridiku tal-applikanti

Is-sejħa għal proposti hija miftuħa għall-korpi u istituzzjonijiet (entitajiet ġuridiċi) bi status ġuridiku f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE jew il-pajjiżi kandidati. L-applikanti għandhom juru li huma jeżistu bħala entità ġuridika u jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa permezz tal-formola standard ta' entità ġuridika.

5.2.   Raġunijiet għall-esklużjoni

Applikazzjonijiet għal għotja minn applikanti li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin ma jiġux ikkunsidrati (1):

(a)

huma falluti jew qed jiġu stralċjati, għandhom l-attivitajiet tagħhom amministrati mill-qrati, daħlu f'arranġament mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet tan-negozju tagħhom, huma s-suġġett ta' proċeduri dwar dawn l-affarijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili pprovduta fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali;

(b)

ġew misjuba ħatja ta' reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom b'sentenza li hija res judicata;

(c)

kienu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina serja ppruvata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġġustifikaw;

(d)

ma ssodisfawx l-obbligi li jirrigwardaw il-pagament ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-pagament ta' taxxi skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-pajjiż li fih huma stabbiliti jew ta' dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew ta' dawk tal-pajjiż fejn il-kuntratt għandu jiġi eżegwit;

(e)

kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali, jew kwalunkwe attività illegali oħra li hi ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(f)

wara proċedura oħra ta' akkwist jew ta' aġġudikazzjoni ta' għotja koperti mill-baġit tal-Unjoni, ġew iddikjarati li kienu qed jonqsu serjament milli josservaw l-obbligi tagħhom;

(g)

huma suġġetti għal kunflitt ta' interess;

(h)

huma ħatja ta' miżrappreżentazzjoni meta jagħtu l-informazzjoni mitluba jew jonqsu milli jagħtu din l-informazzjoni.

Mal-eliġibbiltà l-applikanti għandhom jiċċertifikaw li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati taħt il-punti 5.2., permezz tal-formola ta' dikjarazzjoni standard tal-unur, (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni).

5.3.   Attivitajiet illegali li jwasslu għal esklużjoni

Il-każijiet imsemmija fil-punt 5.2(e) iridu jkunu dawn li ġejjin:

(a)

każijiet ta' frodi msemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 (2);

(b)

każijiet ta' korruzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewoprej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 (3);

(c)

każijiet ta' involviment f'organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2(1) tal-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal-Kunsill (4);

(d)

każijiet ta' ħasil ta' flus kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE (5).

5.4.   Penali amministrattivi u finanzjarji

1.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' penali stipulati fil-kuntratt, kandidati jew offerenti u kuntratturi li għamlu dikjarazzjonijiet foloz, għamlu żbalji sostanzjali jew wettqu irregolaritajiet jew frodi, jew ikunu nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom, jistgħu jiġu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jkun ġie stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura kontenzjuża mal-kuntrattur.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal 10 snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.

Offerenti jew kandidati li għamlu dikjarazzjonijiet foloz, wettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, jistgħu jkunu wkoll suġġetti għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw 2 % sa 10 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt li jkun qed jingħata.

Kuntratturi li nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw 2 % sa 10 % tal-valur totali tal-kuntratt ikkonċernat.

Din ir-rata tista' tiżdied għal 4 % sa 20 % fil-każ ta' ksur ripetut fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

5.5.   Applikazzjoni tal-kriterji ta' esklużjoni u t-tul ta' żmien tal-esklużjoni

1.

Fil-każ imsemmi fil-punt 5.2(c) il-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha għal massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jitwettaq il-ksur jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, id-data li fiha jieqaf il-ksur.

2.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti 5.2(b) u (e), il-kandidati jew l-offerenti għandhom ikunu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha għal massimu ta' ħames snin mid-data tas-sentenza li jkollha s-saħħa ta' res judicata.

Dawk il-perjodi ta' esklużjoni jistgħu jiġu estiżi għal 10 snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-dati msemmija fil-punti 1 u 2 hawn fuq.

6.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

L-applikanti għandhom ikollhom sorsi finanzjarji sodi u biżżejjed biex isostnu l-attività tagħhom tul iż-żmien li fih se ssir l-azzjoni. L-applikanti għandhom ikollhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilestu l-azzjoni proposta jew il-programm ta' xogħol.

6.1.   Kapaċità finanzjarja tal-applikanti

L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċitajiet finanzjarji li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu l-karti tal-bilanċ u l-kontijiet ta' qligħ u telf, iċċertifikati mill-awdituri, għall-aħħar sentejn finanzjarji li fihom ingħalqu l-kontijiet. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal entitajiet pubbliċi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

6.2.   Kapaċità operattiva tal-applikanti

L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċità operattiva li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa.

Għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-applikant:

Il-kapaċità tal-applikant li jikkonforma mal-proċessi formalizzati tan-negozju u mal-istandards internazzjonali ta' ġestjoni ta' kwalità, speċjalment fit-tmexxija tal-istħarriġiet.

Mill-inqas tliet snin ta' esperjenza ppruvata fit-tħejjija u t-twettiq tal-istħarriġiet mensili jew trimestrali. Il-profil tal-applikant kif ukoll l-esperjenza u l-kwalifiki tal-esperti u l-maniġers se jiġu kkunsidrati;

Il-kapaċità tal-applikant li jikkompila l-istħarriġ u li jibgħat id-dejta kull xahar (jew jekk xieraq kull tliet xhur) fiż-żmien dovut (eż. fuq il-bażi tar-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu u l-evidenza tal-esperjenza rilevanti).

7.   KRITERJI TAL-AĠĠUDIKAZZJONI

Għandhom jintużaw dawn l-erba' kriterji li ġejjin fl-evalwazzjoni tal-proposti u sabiex jingħataw marki (kull kriterju għandu l-istess ponderazzjoni) u l-proposti jiġu kklassifikati u jiġu ddeterminati l-kandidati magħżula eliġibbli għal finanzjament mill-UE għall-azzjoni:

Il-kwalità tal-metodoloġija proposta tal-istħarriġ imsejsa fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (id-disinn tal-kampjun, il-metodu tal-istħarriġ, ir-rata ta' kopertura, il-kwalità rappreżentattiva tar-riżultati). It-tagħrif ulterjuri li ġej se jiġi kkunsidrat:

il-qafas għat-teħid ta' kampjuni (sors, daqs, karatteristiċi, unitajiet neqsin);

il-metodu ta' teħid ta' kampjuni (stratifikazzjoni, daqs tal-kampjun, livell ta' preċiżjoni tal-istimi, eċċ.);

ir-rata ta' rispons (attivitajiet ta' segwitu, inkluża l-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta' segwitu);

id-dejta nieqsa (in-nuqqas ta' rispons tal-unità jew in-nuqqas ta' rispons tal-punt);

skema ta' ponderazzjoni (individwali u aggregazzjoni);

qafas ta' assigurazzjoni tal-kwalità (il-kwalità tal-kampjun, il-kwalità tal-istimaturi, il-kwistjonijiet marbuta mal-preġudizzju ta' dawk li ma weġbux, il-kontrolli, is-serje ta' punti ta' riferiment, eċċ.).

Il-livell ta' esperjenza u kompetenza fl-iżvilupp ta' metodoloġija ta' stħarriġ, fit-tiswir ta' indikaturi bbażati fuq ir-riżultati tal-istħarriġ u fl-użu tar-riżultati tal-istħarriġ għall-analiżi u r-riċerka ċiklika u ekonomika, inkluża l-analiżi skont is-settur;

L-effiċjenza tal-loġistika u l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-offerent f'termini ta' infrastruttura, faċilitajiet u persunal ikkwalifikat għat-twettiq tal-ħidmiet kif speċifikati fil-punt 2.2.

Il-livell ta' konformità tal-kandidat mal-proċessi formalizzati tan-negozju u mal-istandards internazzjonali ta' ġestjoni ta' kwalità, speċjalment fit-tmexxija tal-istħarriġiet.

8.   PROĊEDURI PRATTIĊI

8.1.   Tfassil u preżentazzjoni ta' proposti

Il-proposti għandu jkollhom formola standard ta' applikazzjoni għal għotja mimlija u ffirmata u d-dokumenti ta' sostenn kollha msemmija fil-formola. L-applikanti jistgħu jibagħtu proposti għal diversi stħarriġiet u diversi pajjiżi. Madankollu, għandha titressaq proposta separata għal kull pajjiż.

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati fi tliet taqsimiet:

proposta amministrattiva,

proposta teknika,

proposta finanzjarja.

Il-formoli standard li ġejjin jistgħu jinkisbu mill-Kummissjoni:

formola ta' applikazzjoni għal għotja,

formola ta' entità ġuridika,

formola ta' identifikazzjoni finanzjarja,

dikjarazzjoni tal-unur (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni),

dikjarazzjoni li tindika r-rieda għall-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija u l-ftehim speċifiku tal-għotja,

dikjarazzjoni dwar il-pubblikazzjoni, ir-rilaxx u l-użu ta' dejta,

formola għad-deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-istħarriġ,

formola dwar is-subkuntrattar,

rendikont ta' baġit biex jiġu pprovduti stimi tal-ispejjeż u l-pjan finanzjarju tal-istħarriġ,

kif ukoll dokumentazzjoni li tirrigwarda l-aspetti finanzjarji tal-għotja:

aide-mémoire għat-tfassil ta' stimi finanzjarji u rendikonti finanzjarji,

mudell tal-ftehim qafas ta' sħubija,

mudell tal-ftehim annwali speċifika ta' għotja.

(a)

billi tniżżilhom mill-indirizz tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm

(b)

f'każ li l-ewwel għażla mhijiex possibbli, billi tikteb lill-Kummissjoni fl-indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

ECFIN A4 Forecasts and economic situation

Call for proposals — ECFIN/A4/2011/014

BU-1 3/13

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22963650

Posta elettronika: ecfin-bcs-mail@ec.europa.eu

Jekk jogħġbok agħmel referenza għal “Sejħa għal proposti – ECFIN/A4/2011/014”;

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li temenda dawn id-dokumenti standard skont il-ħtiġijiet tal-programm konġunt armonizzat tal-UE u/jew restrizzjonijiet tal-ġestjoni baġitarja.

8.2.   Il-kontenut tal-proposti

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, madankollu preferibbilment f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri bl-Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż.

8.2.1.   Proposta amministrattiva

Il-proposta amministrattiva għandha tinkludi:

Formola standard ta' applikazzjoni għal għotja ffirmata kif xieraq,

Formola standard ta' entità ġuridika mimlija u ffirmata kif xieraq u d-dokumentazzjoni ta' sostenn mitluba li tipprova l-istatus ġuridiku tal-korp jew istituzzjoni,

Formola standard ta' indentifikazzjoni finanzjarja mimlija u ffirmata kif xieraq,

Dikjarazzjoni tal-unur standard u ffirmata kif xieraq (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni),

Dikjarazzjoni standard iffirmata kif xieraq li turi l-kunsens għall-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija u l-ftehim speċifiku ta' għotja, jekk il-proposta tkun magħżula,

Dikjarazzjoni standard mimlija u ffirmata kif xieraq dwar il-pubblikazzjoni, ir-rilaxx u l-użu ta' dejta b'rabta mal-istħarriġiet tal-Kummissjoni Ewropea għan-negozji u l-konsumaturi.

L-organigramma tal-korp jew l-istitut, li turi l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tal-maniġment u tas-servizz operattiv responsabbli mit-tmexxija tal-istħarriġ(iet),

Prova ta' qagħda finanzjarja soda: karti tal-bilanċ u dikjarazzjonijiet tad-dħul, iċċertifikati mill-awdituri, mill-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Dikjarazzjoni li tidentifika l-membru li jaġixxi bħala koordinatur, iffirmata minn kull membru li jipparteċipa, fil-każ ta' proposta konġunta.

8.2.2.   Proposta teknika

Il-proposta teknika għandha tinkludi:

Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-korp jew l-istitut li tippermetti li ssir il-valutazzjoni tal-kwalifiki tagħha u l-iskop u t-tul tal-esperjenza tagħha fl-oqsma mitluba taħt il-punt 6.2. Dan għandu jfisser kwalunkwe studju, kuntrattu ta' servizz, xogħol ta' konsulenza, stħarriġ, pubblikazzjoni jew xogħol ieħor imwettaq qabel, bl-indikazzjoni tal-isem tal-klijent u anki jiġi ddikjarat liema, jekk hemm, kienu saru għall-Kummissjoni Ewropea. Għandhom jiġu mehmuża l-iktar studji u/jew riżultati rilevanti.

Deskrizzjoni dettaljata tal-organizzazzjoni operattiva biex jitwettqu l-istħarriġiet. Għandha tiġi mehmuża d-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, ir-riżorsi u l-persunal kwalifikat (CV's konċiżi tal-persunal li l-iktar huma involuti fit-twettiq tal-istħarriġ(iet)) għad-dispożizzjoni tal-applikant,

Kampjun ta' kwestjonarju bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa li biha se jsir l-istħarriġ;

Formola/formoli standard mimlija b'mod korrett li jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-istħarriġ;

Formola standard mimlija b'mod korrett dwar is-subkuntratturi involuti fl-azzjoni, inkluża deskrizzjoni dettaljata tax-xogħlijiet li għandhom jiġu subkuntrattati.

8.2.3.   Proposta finanzjarja

Il-proposta finanzjarja għandha tinkludi:

Rendikont standard ta' baġit dettaljat u mimli kif xieraq (f'euro u mingħajr VAT), li jkopri perjodu ta' 12-il xahar, għal kull stħarriġ, li jkun fih pjan finanzjarju tal-azzjoni u analiżi dettaljata tal-ispejjeż eliġibbli globali u ta' unitajiet għat-tmexxija tal-istħarriġ(iet), inklużi spejjeż ta' subkuntrattar. Għall-korpi mhux pubbliċi dan il-baġit jista' eċċezzjonalment jinkludi l-VAT dejjem jekk ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet proprji tat-taxxa jiċċertifika li l-benefiċjarju ma jistax jirkupra l-VAT. Għall-korpi pubbliċi, il-VAT qatt ma tkun eliġibbli.

Dokument iffirmat li jiċċertifika l-kontribuzzjoni(jiet) finanzjarja(i) minn organizzazzjoni(jiet)/sponser(s) esterni (ta' kofinanzjament), jekk applikabbli.

8.3.   Kuntatti bejn il-Kummissjoni u l-applikanti qabel id-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti

Il-Kummissjoni tista' tinforma lill-partijiet interessati bi kwalunkwe żball, impreċiżjoni, nuqqas jew kwalunkwe żball klerikali ieħor fit-test tas-sejħa għal proposti kif ukoll bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali billi titfa' din l-informazzjoni fuq l-indirizz web tagħha:

http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm

L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw regolarment is-sit web.

Fuq rikjesta tal-applikanti, il-Kummissjoni tista' tipprovdi informazzjoni addizzjonali bl-iskop uniku li tiċċara l-aspett tas-sejħa għal proposti. Kwalunkwe rikjesti għal informazzjoni addizzjonali għandom isiru, bil-miktub biss, fuq ecfin-bcs-mail@ec.europa.eu billi titniżżel b'mod ċar fil-parti tas-suġġett tal-e-mail, din ir-referenza li ġejja: “Sejħa għal Proposti – ECFIN/A4/2011/014”. Talbiet għal informazzjoni addizzjonali li jaslu f'inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti jistgħu ma jiġux ipproċessati.

8.4.   Indirizz u data finali għas-sottomissjoni tal-proposti

L-applikanti li huma interessati f'dawn l-għotjiet huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea.

L-applikant għandu jissottometti, kopja oriġinali waħda ffirmata u tliet kopji, mhux stejpiljati u bbajndjati. Dan jiffaċilita x-xogħol amministrattiv fit-tħejjija tal-kopji jew id-dokumenti meħtieġa kollha għall-kumitat(i) tal-għażla.

Il-proposti għandhom jintbagħtu f'envelopp issiġillat ġo envelopp issiġillat ieħor.

Fuq l-envelopp ta' barra għandu jkun hemm l-indirizz imniżżel fil-punt 8.4 hawn taħt.

L-envelopp issġillat ta' ġewwa fejn tinsab il-proposta għandu jkun immarkat “Sejħa għal Proposti – ECFIN/A4/2011/014, ma għandux jinfetaħ mid-dipartiment tal-posta interna”.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-kandidati li l-proposti tagħhom waslu billi tirritorna l-karta ta' konferma tal-wasla li ntbagħtet mal-proposta.

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu:

(a)

bil-posta jew permezz ta' servizz ta' konsenja mibgħut mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2011. Bħala prova tad-data meta jintbagħtu għandu jitqies it-timbru tal-posta jew id-data tal-irċevuta tad-depożitu tas-servizz ta' konsenja, fl-indirizz li ġej:

Bil-posta:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

Call for proposals Ref. ECFIN/A4/2011/014

Unit ECFIN R2 — Financial Management and Control

Office BU24 — 4/11

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Permezz ta' servizz ta' konsenja:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

Call for proposals Ref. ECFIN/A4/2011/014

Unit ECFIN R2 — Financial Management and Control

Office BU24 — 4/11

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

(b)

jew permezz ta' konsenja bl-idejn fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

Call for proposals Ref. ECFIN/A4/2011/014

Unit ECFIN R2 — Financial Management and Control

Office BU24 — 4/11

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

mhux iktar tard mid-19 ta' Diċembru 2011 sal-16:00 (ħin ta' Brussell). F'dan il-każ, il-prova tas-sottomissjoni tkun permezz ta' rċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal li jilqa' l-offerti fid-dipartiment imsemmi iktar 'il fuq. Dan id-dipartiment ikun miftuħ mit-08.00 sal-17.00 mit-Tnejn sal-Ħamis, u mit-08.00 sal-16.00 nhar ta' Ġimgħa. Ikun magħluq is-Sibt, il-Ħadd u fil-btajjel tal-Kummissjoni.

9.   X'ISIR MILL-APPLIKAZZJONIJIET LI JASLU

L-applikazzjonijiet kollha jiġu verifikati sabiex jiġi aċċertat jekk jissodisfawx il-kriterji uffiċjali ta' eliġibbiltà.

Il-proposti li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli jiġu evalwati u jingħataw il-marki skont il-kriterji ta' aġġudikazzjoni speċifikati hawn fuq sabiex jiġu identifikati dawk li jistgħu jirċievu finanzjament mill-UE għall-azzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-kost-effettività u l-baġit totali disponibbli għal din is-sejħa.

Il-proċess ta' evalwazzjoni tal-proposti se jsir matul ix-xhur ta' Diċembru 2011-Jannar 2012 Għandu jitwaqqaf kumitat ta' għażla għal dan l-iskop taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.

Il-kandidati li rnexxew u dawk li ma rnexxewx għandhom jiġu informati fil-bidu tal-2012.

Wara għandhom jiġu ffirmati ftehimiet qafas ta' sħubija mal-kandidati li jkunu rnexxew, u mbagħad jiġu ffirmati l-ftehimiet speċifiċi ta' għotja għall-ewwel sena.

10.   IMPORTANTI

Din is-sejħa għal proposti ma tikkostitwixxix xi tip ta' obbligu kuntrattwali min-naħa tal-Kummissjoni lejn xi korp/istituzzjoni li jkun qed jissottometti/tissottometti proposta fuq il-bażi tagħha. Kull komunikazzjoni dwar din is-sejħa għandha ssir bil-miktub.

L-applikanti għandhom joqogħdu attenti għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li se jsiru obbligatorji fil-każ ta' għotja.

Bl-għan li jitħares l-interess finanzjarju tal-Komunitajiet, id-dejta personali tiegħek tista' tkun trasferita lil servizzi interni ta' verifika, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord ta' Irregolaritajiet Finanzjarji u/jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Id-dejta tal-operaturi ekonomiċi li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju tista' tiġi inkluża f'database ċentrali u kkomunikata lill-persuni maħtura mill-Kummissjoni, minn istituzzjonijiet oħra, minn aġenziji, minn awtoritajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. Dan jirreferi wkoll għall-persuni b'setgħat ta' rappreżentanza, tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew ta' kontroll fuq l-operaturi ekonomiċi msemmija. Kull parti li tiddaħħal fid-database għandha d-dritt li tiġi informata dwar id-dejta li tikkonċernaha, fuq talba lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.


(1)  Skont l-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(2)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(3)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/22


Tħassir tal-Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni in segwitu għall-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 330/09

“ABENSBERGER SPARGEL”/“ABENSBERGER QUALITÄTSSPARGEL”

Nru KE: DE-PGI-0005-0852-26.01.2011

L-applikazzjoni msemmija kienet ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 307, 19 ta’ Ottubru 2011, p. 11. Fiha l-iżbalji u għalhekk trid titħassar. Se tinħareġ dalwaqt pubblikazzjoni kkoreġuta.


12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/s3


AVVIŻ

Fil-11 ta’ Novembru 2011, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 328 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu Komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli – is-seba’ suppliment tad-29 edizzjoni kompluta”

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.

Nonabbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali – bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) – jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image