ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.321.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
4 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 321/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6356 – GE/IR/UEC/JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 321/02

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 1,5 % fl-1 ta’ Novembru 2011 – Rata tal-kambju tal-euro

2

2011/C 321/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2011/C 321/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 321/05

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

5

2011/C 321/06

Avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għat-tressiq tal-offerti fir-rigward tal-operat tas-sevizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

6

2011/C 321/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 321/08

Sejħa għall-offerti – EACEA/24/11 – MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – i2i Audiovisual

8

2011/C 321/09

Sejħa għall-Proposti – EACEA/25/11 – Tempus IV – Riforma tal-edukazzjoni ogħla permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn l-universitajiet

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 321/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6393 – Astrium Holding/Vizada Group) ( 1 )

15

2011/C 321/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6378 – C1000/SdB Supermarket) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

16

2011/C 321/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6394 – Gilde/Eismann) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

17

2011/C 321/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6376 – ArcelorMittal/ATIC Services) ( 1 )

18

2011/C 321/14

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6262 – AGRANA/RWA/JV) ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 321/15

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6356 – GE/IR/UEC/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 321/01

Fis-27 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6356. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/2


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

1,5 % fl-1 ta’ Novembru 2011

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Novembru 2011

2011/C 321/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3627

JPY

Yen Ġappuniż

106,58

DKK

Krona Daniża

7,4414

GBP

Lira Sterlina

0,85515

SEK

Krona Żvediża

9,0625

CHF

Frank Żvizzeru

1,2174

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,758

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,03

HUF

Forint Ungeriż

309,48

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7037

PLN

Zloty Pollakk

4,4774

RON

Leu Rumen

4,3528

TRY

Lira Turka

2,4508

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3237

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3855

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,592

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7152

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7402

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 529,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1484

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6613

HRK

Kuna Kroata

7,501

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 121,45

MYR

Ringgit Malażjan

4,2525

PHP

Peso Filippin

58,289

RUB

Rouble Russu

42,14

THB

Baht Tajlandiż

42,162

BRL

Real Brażiljan

2,3945

MXN

Peso Messikan

18,6867

INR

Rupi Indjan

67,154


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Novembru 2011

2011/C 321/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3809

JPY

Yen Ġappuniż

107,78

DKK

Krona Daniża

7,441

GBP

Lira Sterlina

0,8619

SEK

Krona Żvediża

9,073

CHF

Frank Żvizzeru

1,2166

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7585

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,145

HUF

Forint Ungeriż

305,36

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,703

PLN

Zloty Pollakk

4,3725

RON

Leu Rumen

4,348

TRY

Lira Turka

2,4528

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3303

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3977

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7303

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7387

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7587

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 547,96

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0139

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7785

HRK

Kuna Kroata

7,499

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 331,89

MYR

Ringgit Malażjan

4,325

PHP

Peso Filippin

59,097

RUB

Rouble Russu

42,135

THB

Baht Tajlandiż

42,504

BRL

Real Brażiljan

2,4

MXN

Peso Messikan

18,6495

INR

Rupi Indjan

67,92


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Novembru 2011

2011/C 321/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3773

JPY

Yen Ġappuniż

107,33

DKK

Krona Daniża

7,4411

GBP

Lira Sterlina

0,85930

SEK

Krona Żvediża

9,0272

CHF

Frank Żvizzeru

1,2156

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7210

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,911

HUF

Forint Ungeriż

302,90

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7029

PLN

Zloty Pollakk

4,3463

RON

Leu Rumen

4,3523

TRY

Lira Turka

2,4230

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3215

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3874

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7009

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7325

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7464

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 550,10

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8292

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7544

HRK

Kuna Kroata

7,4997

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 351,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,3171

PHP

Peso Filippin

59,421

RUB

Rouble Russu

42,1525

THB

Baht Tajlandiż

42,311

BRL

Real Brażiljan

2,3675

MXN

Peso Messikan

18,3560

INR

Rupi Indjan

67,6870


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/5


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

2011/C 321/05

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni–Astipalea

Ateni–Ikaria

Ateni–Leros

Ateni–Milos

Tessaloniki–Samos

Tessaloniki–Chios

Limnos–Mitilini–Chios–Samos–Rodi

Rodi–Karpathos–Kasos–Sitia

Alexandroupoli–Sitia

Aktio–Sitia

Ateni–Kithira

Ateni–Naxos

Ateni–Paros

Ateni–Karpathos

Ateni–Sitia

Ateni–Skiathos

Tessaloniki–Korfu

Rodi–Kos–Leros–Astipalea

Korfu–Aktio–Kefalonia–Zakinthos–Kithira

Ateni–Kalimnos

Tessaloniki–Kalamata

Ateni–Skiros

Tessaloniki–Skiros

Rodi–Kastelorizo

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Mill-1 ta’ April 2012

L-indirizz minn fejn it-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate-General for Air Transport

Directorate for Air Operations

Department Β

Vassileos Georgiou 1

166 04 Elliniko

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Fax +30 2108947132

Internet: http://www.hcaa.gr


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/6


Avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għat-tressiq tal-offerti fir-rigward tal-operat tas-sevizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

2011/C 321/06

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni–Astipalea

Ateni–Ikaria

Ateni–Leros

Ateni–Milos

Tessaloniki–Samos

Tessaloniki–Chios

Limnos–Mitilini–Chios–Samos–Rodi

Rodi–Karpathos–Kasos–Sitia

Alexandroupoli–itia

Aktio–Sitia

Ateni–Kithira

Ateni–Naxos

Ateni–Paros

Ateni–Karpathos

Ateni–Sitia

Ateni–Skiathos

Tessaloniki–Korfu

Rodi–Kos–Kalimnos–Leros–Astipalea

Korfu–Aktio–Kefalonia–Zakinthos–Kithira

Ateni–Kalimnos

Tessaloniki–Kalamata

Ateni–Skiros

Tessaloniki–Skiros

Rodi–Kastelorizo

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Bejn l-1 ta’ April 2012 u l-31 ta’ Marzu 2016

Skadenzi għat-tressiq tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-indirizz minn fejn it-test tal-istedina għat-tressiq tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni marbuta mas-sejħiet għall-offerti pubbliċi u l-obbligu tas-servizz pubbliku jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate-General for Air Transport

Directorate for Air Operations

Department Β

Vassileos Georgiou 1

166 04 Elliniko

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Fax +30 2108947132

Internet: http://www.hcaa.gr


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/7


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 321/07

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

28.9.2011

Tul ta' żmien

28.9.2011-31.12.2011

Stat Membru

il-Latvja

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

PRA/N3L.

Speċi

Gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis)

Żona

NAFO 3L

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/8


SEJĦA GĦALL-OFFERTI – EACEA/24/11

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ

i2i Audiovisual

2011/C 321/08

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Fost il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni hemm l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni.

L-appoġġ għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess tal-kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej għall-finanzjamenti allokati l-istituzzjonijiet kreditu u finanzjarji, billi jikkofinanzja parti mill-ispejjeż tal-punti li ġejjin:

Assigurazzjoni għall-produzzjonijiet awdjoviżivi: Modulu 1 – Appoġġ għall-partita “assigurazzjoni” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

Garanzija ta’ tlestija għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 2: Appoġġ għall-partita “garanzija ta’ tlestija” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

Finanzjament tal-kreditu għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu3: Appoġġ għall-partita “spejjeż finanzjarji” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni.

2.   Kandidati eliġibbli

Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmijin hawn fuq, b’mod partikolari lill-kumpaniji ta’ produzzjoni awdjoviżivi indipendenti.

Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal- fiz-ZEE

l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Ix-xogħol awdjoviżiv propost:

għandu jkun drama, animazzjoni jew dokumentarju kreattiv il-maġġoranza prodotta minn kumpaniji stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

għandu jkun prodott b’parteċipazzjoni sinifikanti ta’ professjonisti li ġejjin minn Stati parteċipanti fil-Programm MEDIA, jew li għandhom ir-residenza tagħhom hemm.

It-tul massimu għall-proġetti huwa 30 xahar.

Din is-seħja għall-offerti tikkonċerna esklussivament il-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u s-6 ta’ Ġunju 2012.

4.   Kriterji ta’ għoti

Il-kandidati/proġetti eliġibbli ser ikunu evalwati skont il-kritertji li ġejjin:

1.

Proġetti li jibbenfikaw minn appoġġ MEDIA għall-iżvilupp ta’ proġetti individwali għall-pajjiżi l-kbar u/jew ta’ katalgi ta’ proġetti għall-pajjiżi li għandhom kapaċità awdjoviżiva żgħira: 25 punt.

2.

Proġetti li jibbenfikaw minn kreditu ta’ finanzjament bankarju: massimi 25 punt.

2.1.

Ftehim ta’ kreditu: 20 punt.

2.2.

Maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu tal-UE jew istituzzjoni finanzjarja ibbażata f’pajjiż differenti minn dak tal-kumpanija ta’ produzzjoni li qed tapplika: 5 punti.

3.

Proġetti li ġejjin minn pajjiż li għandu kapaċità awdjoviżiva żgħira: 25 punt.

4.

Proġetti mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 jew aktar tard (il-Bulgarija, Repubblika Ċeka, Estonja, Ungerija, Latvja, Litwanja, Malta, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Slovenja) u l-Kroazja: 15-il punt.

5.

Proġetti li għandhom dimensjoni Ewropea: koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: 10 massimi punti.

5.1.

Ftehim ta’ ko-produzzjoni: 5 punti.

5.2.

Ko-produttur/i mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 jew aktar tard u l-Kroazja: 2 punti għal kull ko-produttur.

5.3.

Ko-produttur(i) minn pajjiż b’kapaċita’ awdjoviżiva għolja/b’kapacita’ awdjoviżiva baxxa: Punt 1 għal kull ko-produttur.

5.4.

Ko-produttur(i) minn pajjiżi li ma jipparteċipawx fil-Programm MEDIA: 0,5 punti għal kull ko-produttur.

Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-kriterji hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

Potenzjal ta’ distribuzzjoni internazzjonali: massimu 10 punti.

Koperti minn ftehim ta’ distribuzzjoni ġeografika dinjija: massimimu ta’ 10 punti.

Distribuzzjoni ġeografika mhux nazzjonali koperta minn ftehim: 5 punti.

Proġetti bi ftehim ta’ distribuzzjoni dinjija se jirċievu massimu ta’ 10 punti.

5.   Baġit

Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ EUR 3 miljun. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż 50 %-60 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont tal-appoġġ huwa bejn EUR 5 000 u 50 000. L-ammont tal-appoġġ ma jistax jaqbeż il-limtu massimu ta’ EUR 50 000 għal kull proġett.

6.   Data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni

Id-dati ta’ għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma

Jannar 06, 2012 għall-proġetti b’data l-aktar kmieni għall-bidu tal-proġett minn Lulju 1, 2011

Ġunju 06, 2012 għall-proġetti b’data l-aktar kmieni għall-bidu tal-proġett minn Diċembru 1, 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Education Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA)

Call for Proposals EACEA/24/11

Mr Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida ddettaljati tas-sejħa għall-offerti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn

http://ec.europa.eu/media

Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-test sħiħ u jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/11


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/25/11

Tempus IV – Riforma tal-edukazzjoni ogħla permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn l-universitajiet

2011/C 321/09

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Ir-raba’ fażi tal-programm tkopri l-perjodu mill-2007 sal-2013.

L-għan ġenerali tal-programm huwa li jappoġġja il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla fl-inħawi madwar l-Unjoni Ewropea (UE). Il-programm TEMPUS jippromwovi l-kooperazzjoni istituzzjonali u jiffoka fuq ir-riforma u modernizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni ogħla fil-Pajjiżi Msieħba. Il-programm jikkontribwixxi lejn żona ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla li jinvolvu l-UE u Pajjiżi Msieħba, fis-sens wiesa’ tagħha. B’mod partikolari, il-programm jgħin biex jippromwovi konverġenza volontarja bi żviluppi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla li jirriżultaw mill-Istrateġija Ewropa 2020, il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET 2020) u l-proċess ta’ Bolonja.

L-għan ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa li tippromwovi kooperazzjoni multikulturali fost l-istituzzjonijiet, awtoritajiet u organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla mill-Istati Membri tal-UE u pajjiżi msieħba bil-għan ikun fuq ir-riforma u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla.

L-Aġenzija għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (“l-Aġenzija”), li taġixxi skond il-poteri delegati lilha mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), hija responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ din is-sejħa għall-proposti.

2.   Applikanti eliġibbli

Biex ikunu eliġibbli għal din l-għotja, l-applikanti jridu jkunu persuni ġuridiċi (“entitajiet ġuridiċi”) stabbiliti legalment għal iktar minn 5 snin, fl-UE jew fil-pajjiżi msieħba f’Tempus.

Applikanti għal Proġetti Konġunti jridu jkunu istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla rikonoxxuti mill-istat, pubbliċi jew privati, jew assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew networks ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla ddedikati għall-promozzjoni, it-titjib u r-riforma tal-edukazzjoni ogħla.

Applikanti għal Miżuri Strutturali għandhom ikunu entitajiet legali kif stipulati hawn fuq għal Proġetti Konġunti, jew organizzazzjonijiet ta’ retturi, għalliema jew studenti nazzjonali jew internazzjonali.

Istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba/kobenefiċjarji fil-Programm Tempus ivarjaw minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla sa istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet mhux akkademiċi bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, kumpaniji, industriji u awtoritajiet pubbliċi.

L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati f’dawn l-erba’ gruppi ta’ pajjiżi eliġibbli:

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

l-4 pajjiżi tar-reġjun Balkani tal-Punent: l-Albanija, il-Bosnija u l-Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo (1);

17-il pajjiż fiż-żona ta’ Nofsinhar u tal-Lvant li tmiss mal-Unjoni Ewropea: l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-territorju okkupat Palestinjan, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Moldova, il-Federazzjoni Russa u l-Ukranja;

il-5 Repubbliki Asjatiċi Ċentrali: il-Każakistan, il-Kirgizstan, it-Tajikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Iż-żewġ strumenti prinċipali għall-kooperazzjoni permezz ta’ din is-sejħa għall-proposti Tempus huma:

Proġetti Konġunti: proġetti b’approċċ “bottom-up” li fil-mira tagħhom għandhom il-modernizzazzjoni u r-riforma fuq livell istituzzjonali (università). Proġetti Konġunti jimmiraw li jittrasferixxu għerf bejn universitajiet, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet mill-UE u mill-pajjiżi msieħba kif ukoll bejn entitajiet fil-pajjiżi msieħba kif xieraq.

Miżuri Strutturali: proġetti li jfittxu li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u r-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi msieħba, kif ukoll li jtejbu l-kwalità u r-relevanza tagħhom, u li jżidu l-konverġenza volontarja tagħhom mal-iżviluppi tal-UE. Miżuri Strutturali sejrin jikkonċernaw interventi maħsuba biex jappoġġjaw riforma strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni ogħla u żvilupp ta’ qafas strateġiku fuq livell nazzjonali.

Taħt din is-sejħa, jistgħu jkunu ffinanzjati proġetti nazzjonali u proġetti bejn numru ta’ pajjiżi:

Proġetti nazzjonali għandhom isegwu prijoritajiet nazzjonali li jkunu stabbiliti wara djalogu mill-qrib bejn Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet relevanti fil-pajjiżi msieħba.

Għal proġetti nazzjonali, il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn gruppi ta’ istituzzjonijiet li jinvolvu:

mill-inqas tliet istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla minn pajjiż imsieħeb (fil-każ tal-Montenegro u l-Kosovo, minħabba d-daqs żgħir tal-qasam tal-edukazzjoni ogħla, università waħda tkun biżżejjed);

mill-inqas tliet istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla mill-UE, kull wieħed minn Stat Membru differenti tal-UE.

Proġetti bejn numru ta’ pajjiżi għandhom ikunu konformi ma’ prijoritajiet reġjonali li huma bbażati fuq il-politika tal-UE għall-kooperazzjoni mar-reġjuni tal-pajjiżi msieħba kif identifikata fid-dokumenti strateġiċi tagħha dwar il-pajjiżi ġirien (2), dawk għal pre-aċċezzjoni fl-UE (3) u dawk fl-Asja Ċentrali (4) u li huma komuni għall-pajjiżi kollha msieħba f’reġjun speċifiku, jew li jindirizzaw prijorità nazzjonali li hija komuni għal kull pajjiż imsieħeb parteċipant.

Għal proġetti bejn numru ta’ pajjiżi, il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn gruppi ta’ istituzzjonijiet li jinvolvu:

mill-inqas żewġ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, minn kull pajjiż imsieħeb parteċipant (minimu ta’ żewġ pajjiżi msieħba) involuti fil-proposta (bl-eċċezzjoni tal-Kosovo u l-Montenegro fejn il-ħtieġa hija istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla waħda minn kull wieħed mill-pajjiżi).

mill-inqas tliet istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, kull waħda minn Stat Membru differenti tal-UE.

Għal Miżuri Strutturali hija meħtieġa kundizzjoni addizzjonali: Il-Ministeru/i responsabbli għall-Edukazzjoni (Ogħla) fil-pajjiż/i għandu jkun involut bħala sieħeb/sħab fil-proġett ta’ Miżuri Strutturali.

It-tul massimu tal-proġetti huwa ta’ 24 xahar jew 36 xahar. Il-perjodu tal-eliġibilità tal-ispejjeż huwa mistenni li jibda fil-15 ta’ Ottubru 2012.

4.   Kriterji tal-għotja

L-applikazzjonijiet eliġibbli għall-Proġetti Konġunti u Miżuri Strutturali sejrin jiġu vvalutati minn esperti indipendenti esterni skont dawn il-kriterji tal-għotja:

Iċ-ċarezza u l-koerenza tal-objettivi tal-proġett; ir-relevanza tagħhom għall-istrateġiji ta’ riforma tal-edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet jew sistemi Pajjiżi Msieħba u l-adeżjoni għall-prijoritajiet tematiċi nazzjonali jew reġjonali identifikati għall-pajjiż/reġjun (25 % tal-punteġġ totali).

Il-kwalità tas-sħubija: abbiltajiet, ħila u kompetenzi rikonoxxuti, meħtieġa biex jitwettqu l-aspetti kollha tal-programm ta’ ħidma, distribuzzjoni xierqa tad-dmirijiet, komunikazzjoni u kooperazzjoni effikaċi (20 % tal-punteġġ totali).

Il-kwalità tal-kontenut tal-proġett u metodoloġija applikata inkluż, fost oħrajn, l-adegwatezza tar-riżultati tal-proġett u attivitajiet relatati b’mod konsistenti mal-għan u l-objettivi speċifiċi tal-proġett, turija tal-kapaċità ta’ ippjanar loġiku u għaqli (Matriċi loġika ta’ qafas u pjan ta’ xogħol), il-kontroll tal-kwalità mistenni, monitoraġġ u ġestjoni tal-proġett (indikaturi u benchmarks) (25 % tal-punteġġ totali).

Is-sostenibilità jew l-impatt dewwiemi tal-proġett fuq l-istituzzjonijiet, gruppi fil-mira u/jew sistema tal-edukazzjoni ogħla, inkluż disseminazzjoni u sfruttament tal-attivitajiet u r-riżultati tal-proġett (15 % tal-punteġġ totali).

Il-baġit u l-effikaċja fl-infiq, inkluż ippjanar tal-personal li jirrespetta r-rati ta’ salarji kuljum, xiri ta’ apparat meħtieġ, użu effiċjenti ta’ perjodi ta’ mobilità, distribuzzjoni ġusta tal-baġit, fattibbiltà tal-azzjoni mal-baġit definiti (15 % tal-punteġġ totali).

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa stmat għall-EUR 78 100 000 (flimkien ma’ ammont addizzjonali ta’ EUR 12 500 000 għaż-żoni qrib fin-Nofsinhar u l-Lvant., taħt ir-riżerva li d-deċiżjoni relevanti dwar finanzjament wara r-reviżjoni riċenti tal-ENP, tkun addottata mill-Kummisjoni Ewropea.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea ma tistax taqbeż id-90 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. Hemm bżonn ta’ kofinanzjament ta’ minimu ta’ 10 % tal-ispiża totali eliġibbli.

L-għotja minima kemm għall-Proġetti Konġunti kif ukoll għall-Miżuri Strutturali tkun EUR 500 000. L-għotja massima tammonta għal EUR 1 500 000. Għal proġetti nazzjonali, fil-każ tal-Kosovo u l-Montenegro l-għotja minima għaż-żewġ tipi ta’ proġetti hija ta’ EUR 300 000.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tiddistribwixxix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data ta’ għeluq għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet

Applikazzjonijiet għall-Proġetti Konġunti u Miżuri Strutturali għandhom jintbagħtu sa mhux iktar tard mill-23 ta’ Frar 2012, 12:00 (nofsinhar Ħin ta’ Brussell).

Applikazzjonijiet elettroniċi biss isiru bl-Ingliż, Franċiż jew Ġermani, sottomessi fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċċjali, iffirmata mill-persuna intitolata biex tidħol f’impenji li jorbtu legalment f’isem l-organizzazzjoni applikanta u li jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa biss ser jiġu aċċettati.

Din is-sottomissjoni hija kkunsidrata bħala l-kopja master. Dokumenti legali u amministrattivi addizzjonali (ara l-Linji Gwida għall-Applikazzjoni) bil-posta lill-Aġenzija sal-23 ta’ Frar 2012, (data tat-timbru postali) f’dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

Tempus & Bilateral Cooperation with Industrialised Countries

Call for proposals — EACEA/25/11

Office: BOUR 2/17

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew b’e-mail ma jiġux aċċettati.

7.   Dettalji sħaħ

Il-linji gwida flimkien mal-formali tal-applikazzjoni jistgħu jinsabu fl-indirizz elettroniku segwenti:

http://eacea.ec.europa.eu/tempus

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-linji gwida u jiġu sottomessi fuq il-formoli provduti.


(1)  Taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti, bi qbil mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(2)  Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija: http://ec.europa.eu/world/enp/pdf/oj_l310_mt.pdf

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:210:0082:0093:MT:PDF

(4)  Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ nhar it-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi strument finanzjarju għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:378:0041:0071:MT:PDF


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6393 – Astrium Holding/Vizada Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 321/10

1.

Fis-26 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Astrium Holding SAS (“Astrium”, Franza) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Mobsat Group Holding Sàrl kollha kemm hi u tas-sussidjarji tagħha (flimkien, il-“Vizada Group”, il-Lussemburgu) permezz ta’ xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Astrium hija sussidjarja indiretta ta’ EADS NV (l-Olanda) li tipprovdi prodotti u servizzi tat-teknoloġiji spazjali fuq bażi dinjija. It-tliet oqsma ewlenin tal-attività huma i) Astrium Space Transportation għall-vetturi li jtajru inġenji spazjali u infrastruttura orbitali, ii) Astrium Satellites għall-vetturi spazjali u segmenti tal-art, u iii) Astrium Services għal soluzzjonijiet komprensivi minn punt għal punt li jkopru satcom u netwerks sikuri u kummerċjali, tagħmir ta’ komunikazzjoni bis-satellita ta’ sigurtà għolja, servizzi ta' ġeoinformazzjoni u ta’ navigazzjoni globali apposta,

Il-Vizada Group hija fornitur indipendenti ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni għall-mobilità bbażati fuq satellita, li taqdi l-klijenti bejn settur u ieħor inkluż dak marittimu, tal-ajru, tal-art, tal-midja, NGOs (organizzazzjonijiet nongovernattivi) u tal-gvern/tad-difiża. Permezz tal-operaturi kollha tan-netwerks tas-satellita, l-impriża toffri servizzi mobbli u fissi ta' konnettività kemm direttament kif ukoll permezz ta' netwerk ta' distribuzzjoni ta' aktar minn 400 bejjiegħ mill-ġdid. (fuq l-art, fuq il-baħar u waqt it-titjira). Il-Vizada Group jopera mad-dinja kollha permezz ta’ sussidjarji fl-Ewropa, l-Istati Uniti, l-Amerika Latina, il-Lvant Nofsani, l-Afrika u l-Pajjiżi madwar il-Paċifiku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6393 – Astrium Holding/Vizada Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6378 – C1000/SdB Supermarket)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 321/11

1.

Fis-26 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża C1000 B.V. (“C1000”, l-Olanda) parti mill-grupp CVC, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll waħdieni fuq supermarkit fl-Olanda li attwalment jopera taħt il-formula tas-Super de Boer (“SdB Supermarket”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal C1000: il-kisba, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tal-konsum ta' kuljum, kif ukoll ta’ servizzi relatati fl-Olanda,

għal SdB Supermarket: il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tal-konsum ta' kuljum.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6378 – C1000/SdB Supermarket, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6394 – Gilde/Eismann)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 321/12

1.

Fil-25 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Gilde Buy-Out Management Holding B.V. (“Gilde”, l-Olanda), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Eismann AG (“Eismann”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Gilde: investitur ta’ ekwità privata speċjalizzat fl-investimenti tal-akkwist mill-maniġment,

għal Eismann: bejgħ bl-imnut u twassil ta’ ikel friżat li jitwassal dirett id-dar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6394 – Gilde/Eismann, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6376 – ArcelorMittal/ATIC Services)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 321/13

1.

Fis-26 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ArcelorMittal Netherlands BV (“ArcelorMittal”) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Franċiża ATIC Services Group (“ATIC”) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ArcelorMittal hija kumpanija li tagħmel parti mill-ArcelorMittal Group, li hija kumpanija attiva globalment fil-qasam tal-azzar u l-minjieri,

ATIC tipprovdi servizzi tul il-katina loġistika għall-importazzjoni u t-tkomplija tat-trasportazzjoni interna primarjament tal-faħam u tal-mineral tal-ħadid, u sa punt aktar limitat servizzi għall-esportazzjoni ta' prodotti lesti tal-azzar mill-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, ATIC tipprovdi (i) servizzi fit-terminali tal-portijiet tal-baħar għall-prodotti xotti bil-kwantità fil-portijiet ta' Rotterdam, Amsterdam, Zeeland, Fos-sur-Mer, Dunkirk, Le Havre u Gdynia, (ii) aġenzija tat-tbaħħir bil-kwantità f'ibħra fondi u servizzi relatati tal-loġistika, (iii) loġistika interna tal-baħar, u (iv) servizzi relatati mal-kummerċ tal-faħam.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6376 – ArcelorMittal/ATIC Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/19


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6262 – AGRANA/RWA/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 321/14

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fit-30 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn AGRANA u RWA. Fis-27 ta' Ottubru 2011, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qed jirtiraw in-notifika tagħhom.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 321/15

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“DÜSSELDORFER MOSTERT”/“DÜSSELDORFER SENF MOSTERT”/“DÜSSELDORFER URTYP MOSTERT”/“AECHTER DÜSSELDORFER MOSTERT”

Nru KE: DE-PGI-0005-0799-24.02.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Klassi 2.6

Pejst tal-mustarda

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imniżżel taħt punt 1:

“Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert” (minn issa ’l quddiem imsejjaħ fil-qosor “Düsseldorfer Mostert”) huwa pejst lest biex jittiekel li jintuża biex jitħawwar l-ikel. Il-pejst tal-mustarda tat-tip “Düsseldorfer Mostert” jikkonsisti esklussivament minn żrieragħ kannella u sofor tal-mustarda mitħuna, ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf, ilma ta’ Düsseldorf li fih b’mod partikolari l-ġir u l-minerali, melħ, zokkor u ħwawar. Il-konsistenza tiegħu hija kremuża u tleqq u l-kulur tiegħu hu kannella lewn ix-xgħir. Id-“Düsseldorfer Mostert” fih biċċiet żgħar tal-qxur (tikek). Karatteristika partikolari tad-“Düsseldorfer Mostert” hija t-togħma pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir li tinħoloq permezz tal-qxur tal-mustarda li huma mitħuna tliet darbiet. It-togħma tipikament pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir tirriżulta mis-sengħa tal-proċess tal-produzzjoni artiġjanali tradizzjonali esklussivament fiż-żona ġeografika miż-żrieragħ kannella u sofor tal-mustarda, l-approċċ kiesaħ speċjali, it-tħin taż-żerriegħa tal-mustarda li jsir tliet darbiet, is-sengħa tat-tħin finali bil-ġebel tal-granit, il-ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf u l-ilma ta’ Düsseldorf li fih b’mod partikolari l-ġir u l-minerali. Id-“Düsseldorfer Mostert” jikkonsisti esklussivament minn ingredjenti naturali. Fid-“Düsseldorfer Mostert” ma jistgħux jiżdiedu preservattivi, togħmiet u sustanzi li jħaxxnu.

Il-prodott lest tad-“Düsseldorfer Mostert” irid ikollu l-valuri li ġejjin:

il-kontenut ta' piż xott: mill-inqas 25 %

il-valur tal-pH < 4,1

l-aċidità totali (ikkalkulata bħala aċidu aċetiku) > 2,3 %

melħ tal-ikel (kalkulat bħala NaCI) > 3,5 %

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-materja prima għad-“Düsseldorfer Mostert” hija ż-żrieragħ kannella u sofor tal-mustarda, il-ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf, l-ilma ta’ Düsseldorf li fih b’mod partikolari l-ġir u l-minerali, melħ, zokkor u ħwawar.

Fid-“Düsseldorfer Mostert” ma jistgħux jiżdiedu preservattivi, togħmiet u sustanzi li jħaxxnu.

Sabiex tinżamm l-istess kwalità għolja u jinżamm frisk b’mod tradizzjonali, tinżamm ir-rabta reġjonali u magħha l-karatteristiċi organolettiċi tad-“Düsseldorfer Mostert” u l-immaġini tiegħu, fil-produzzjoni għandhom jintużaw esklussivament l-ilma ta’ Düsseldorf u l-ħall tal-inbid ta’ Düsseldorf mhux iffiltrat prodott mill-ilma ta’ Düsseldorf miż-żona ġeografika demarkata.

3.4.   Għalf (għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss):

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-materja prima għad-“Düsseldorfer Mostert” hija ż-żrieragħ kannella u sofor tal-mustarda, il-ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf, l-ilma ta’ Düsseldorf li fih b’mod partikolari l-ġir u l-minerali, melħ, zokkor u ħwawar.

Fid-“Düsseldorfer Mostert” ma jistgħux jiżdiedu preservattivi, togħmiet u sustanzi li jħaxxnu.

Wara li jkunu tnaddfu u ġew magħrbula, iż-żrieragħ kannella u sofor tal-mustarda għandhom jiġu mitħuna b'mod separat. Iż-żrieragħ kannella u sofor tal-mustarda mitħuna minn qabel, flimkien mal-melħ, iz-zokkor u l-ħwawar għandhom imbagħad jitħalltu mal-ilma ta’ Düsseldorf li fih b’mod partikolari l-ġir u l-minerali u mal-ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf fl-approċċ kiesaħ sakemm it-taħlita tal-mustarda ssir kannella.

Fl-aħħar, it-taħlita tal-mustarda ppreparata kiesħa għandha tiġi mitħuna darbtejn. Għall-aħħar tħin għandu jintuża ġebel tal-granit biex tiġi llixxjata l-istruttura tad-“Düsseldorfer Mostert” b’mod manwali u titneħħa l-arja b’mod artiġjanali. Il-biċċiet iż-żgħar tal-qxur jibqgħu jidhru. Wara ż-żmien tal-maturazzjoni, id-“Düsseldorfer Mostert” jiżviluppa t-togħma karatteristika tiegħu pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir. Wara dan għandu jimtela f’kontenituri differenti.

Għad-“Düsseldorfer Mostert” għandha tiġi indikata data ta’ durabbilità minima ta’ għaxar xhur biss, sabiex permezz ta’ dan id-“Düsseldorfer Mostert” jippreserva l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu.

Il-passi kollha tal-produzzjoni tad-“Düsseldorfer Mostert”, jiġifieri it-tindif, it-tgħarbil, it-tħin minn qabel u t-taħlit tal-ingredjenti fl-approċċ kiesaħ, it-tieni tħin, it-tielet tħin bil-ġebel tal-granit, u l-maturazzjoni għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika. B’hekk tiġi żgurata t-togħma tipikament pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir u magħha l-karatteristiċi organolettiċi u l-kwalità, l-oriġini reġjonali, it-traċċabiltà kif ukoll il-kontrolli matul il-proċess kollu tal-produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar eċċ.:

Il-passi tal-imballaġġ jiġifieri l-mili fil-kontenituri, l-ippakkjar kif ukoll it-tikkettar tal-kontenituri għandhom isiru fiż-żona ġeografika.

Dan huwa meħtieġ peress li l-qawwa u t-togħma tal-mustarda jistgħu jiġu affettwati faċilment u għalhekk il-proċess tal-maturazzjoni huwa soġġett għall-kontroll tat-temperatura raġonevoli. Il-kontroll tat-temperatura tal-ħżin u t-tul taż-żmien tal-ħżin għandhom influwenza deċiżiva fuq il-kwalità sensorjali tal-prodott finali. Il-persunal professjonali tal-produzzjoni biss (l-esperti interni tal-mustarda) għandu l-esperjenza meħtieġa biex jiddetermina ż-żmien ideali tal-mili biex tinżamm l-istess kwalità għolja tal-prodott. Din hija r-raġuni għala dan il-pass tal-produzzjoni, li huwa ewlieni għall-kwalità tal-prodott, irid isir taħt il-kontroll tal-produtturi fiż-żona ġeografika.

B’dan il-mod jiġu żgurati t-togħma tipikament pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir u magħha l-karatteristiċi organolettiċi, il-kwalità, l-oriġini reġjonali, it-traċċabbiltà kif ukoll il-kontrolli tad-“Düsseldorfer Mostert” matul il-proċess kollu tal-produzzjoni.

3.7.   Dispożizzjonijiet partikolari għat-tikkettar:

Ir-regoli li ġejjin tat-tikkettar, jew aħjar tal-identifikazzjoni, jiżguraw lill-konsumaturi kif ukoll lill-kontrolluri tal-produzzjoni u tal-abbuż l-oriġini u l-awtentiċità tad-“Düsseldorfer Mostert”. Dawn jiżguraw l-identifikazzjoni uniformi u l-assigurazzjoni tal-oriġini u t-traċċabiltà tad-“Düsseldorfer Mostert”.

Meta jitpoġġa għall-bejgħ, id-“Düsseldorfer Mostert” għandu jiġi mmarkat bit-tikketta:

bħala “Düsseldorfer Mostert”,

bħala “Düsseldorfer Senf Mostert”,

bħala “Düsseldorfer Urtyp Mostert” u/jew

bħala “Aechter Düsseldorfer Mostert”

Dan it-tikkettar, jew aħjar l-identifikazzjoni, jista’ jinkludi wkoll ir-referenza “IĠP” u/jew l-addizzjoni “indikazzjoni ġeografika protetta”.

Il-pejst tal-mustarda tat-tip “Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert” għandu jiġi mmarkat bis-simbolu tal-Komunità korrispondenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 bil-kulur jew bl-iswed u l-abjad.

L-assoċjazzjoni tal-protezzjoni żżomm lista aġġornata regolarment tal-kumpaniji li jipproduċu d-“Düsseldorfer Mostert”. L-assoċjazzjoni tal-protezzjoni tippermetti lill-kumpaniji kollha li jinnotifikaw lilha l-produzzjoni tad-“Düsseldorfer Mostert” u lill-membri tagħhom, l-użu tas-sinjali tal-kliem/l-istampi li ġejjin tal-assoċjazzjoni tal-protezzjoni tal-mustarda ta’ Düsseldorf bit-tip tal-kitba Arial/Regolari għall-kliem “Senfspezialität aus Düsseldorf” (Speċjalità tal-mustarda minn Düsseldorf) fil-varjanti li ġejjin għall-prodotti konformi mal-ispeċifikazzjonijiet:

Bil-kulur bil-lewn CMYK 12C 27M 56Y 0K (deheb), bil-lewn speċjali tad-deheb u/jew bl-ittimbrar tal-fojl jaħraq fil-lewn tad-deheb għall-ankra, il-linja ta’ barra tal-iljun u l-bordura tal-logo u/jew bil-kulur CMYK 12C 27M 56Y 0K (deheb), bil-lewn speċjali tad-deheb u/jew bl-ittimbrar tal-fojl jaħraq għall-ankra, l-iljun u l-linja ta' barra tal-iljun u l-bordura tal-logo u/jew bl-iswed u l-abjad bil-lewn CMYK 0C 0M 0Y 100K (iswed) għall-ankra, il-linja ta’ barra tal-iljun u d-dawra tal-logo u/jew bl-iswed u l-abjad bil-lewn CMYK 0C 0M 0Y 100K (iswed) għall-ankra, l-iljun u d-dawra tal-logo.

Il-kulur fl-isfond tal-logo huwa varjabbli. Id-daqs tal-logos jista’ jkun differenti skont l-iskop tal-użu.

Dawn ir-regoli tat-tikkettar japplikaw ukoll għal prodotti li fihom jintuża d-“Düsseldorfer Mostert” bħala l-uniku komponent fil-kategorija tal-prodotti korrispondenti ta’ prodotti oħra kif ukoll oġġetti tal-ikel.

Image

Image

Image

Image

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tinkludi l-belt kapitali tal-istat federali Düsseldorf; din tissejjaħ “Düsseldorf”.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tinkludi l-belt kapitali tal-istat federali Düsseldorf; u tissejjaħ “Düsseldorf”. Fiż-żona ġeografika ġie vvintat id-“Düsseldorfer Mostert”. Iż-żona ġeografika hija karatterizzata mit-tradizzjoni twila tal-produzzjoni tal-industrija tal-mustarda ta’ Düsseldorf. Permezz tad-denominazzjoni, l-oriġini tal-invenzjoni, it-tradizzjoni twila tal-produzzjoni, il-proċedura speċjali tal-estrazzjoni tal-ilma żviluppata u prattikata fiż-żona ġeografika, l-ingredjenti li jikkaratterizzaw it-togħma, b’mod partikolari l-minerali inklużi fil-kontenut għoli tal-ġir tal-ilma ta’ Düsseldorf u l-kultura tal-ħall tal-inbid użata f’Düsseldorf li ma nbidlitx mill-1969 li toriġina mill-batterji tal-ħall tal-ambjent direttament madwar il-fabbrika tal-mustarda, iż-żona ġeografika tiddistingwi lilha nfisha minn żoni fil-viċin.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Id-“Düsseldorfer Mostert” jikkonsisti esklussivament miż-żrieragħ mitħuna kannella u sofor tal-mustarda, il-ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf, l-ilma ta’ Düsseldorf li fih b’mod partikolari l-ġir u l-minerali, melħ, zokkor u ħwawar. Il-konsistenza tiegħu hija kremuża u tleqq u l-kulur tiegħu huwa kannella bħall-kulur tax-xgħir. Id-“Düsseldorfer Mostert” fih biċċiet żgħar tal-qxur (tikkek).

Karatteristika partikolari tad-“Düsseldorfer Mostert” hija t-togħma pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir permezz tal-qxur tal-mustarda li huma mitħuna tliet darbiet. It-togħma tipikament pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir tirriżulta mis-sengħa tal-proċess tal-produzzjoni artiġjanali tradizzjonali esklussivament fiż-żona ġeografika miż-żrieragħ kannella u sofor tal-mustarda, l-approċċ kiesaħ speċjali, it-tħin taż-żerriegħa tal-mustarda li jsir tliet darbiet, is-sengħa tat-tħin finali bil-ġebel tal-granit, il-ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf u l-ilma ta’ Düsseldorf li fih b’mod partikolari l-ġir u l-minerali. Id-“Düsseldorfer Mostert” jikkonsisti esklussivament minn ingredjenti naturali. Fid-“Düsseldorfer Mostert” ma jistgħux jiżdiedu preservattivi, togħmiet u sustanzi li jħaxxnu.

Dawn il-karatteristiċi organolettiċi huma minnhom infushom ir-raġuni għar-reputazzjoni tad-“Düsseldorfer Mostert” bħala speċjalità reġjonali. Ir-reputazzjoni tajba tad-“Düsseldorfer Mostert” inkisbet permezz tat-togħma, il-kwalità u l-partikolarità tiegħu.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Rabta storika/storja

Il-pejst tal-mustarda tat-tip “Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert”, “Düsseldorfer Senf” u “Düsseldorfer Tafelsenf” huwa speċjalità tal-oġġetti tal-ikel żviluppati f’Düsseldorf bi tradizzjoni reġjonali storika twila ħafna.

L-istorja tal-industrija tal-mustarda ta' Düsseldorf tapprova dan. Fl-1726 ġiet imwaqqfa l-ewwel fabbrika Ġermaniża tal-mustarda f’Düsseldorf. L-ispeċjalità tagħha kienet mustarda pikkanti, aromatika bħal tax-xgħir, kremuża tleqq, ta’ kulur kannella bħall-kulur tax-xgħir “Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert”. Id-“Düsseldorfer Mostert” sar magħruf malajr ukoll barra mill-Ġermanja u stabbilixxa l-fama ta' Düsseldorf bħala l-metropoli tal-mustarda.

Fl-1800 l-“Aechter Düsseldorfer Mostert” sar popolari mal-konsumaturi permezz tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu kemm fil-pajjiż kif ukoll lil hinn minnu. Fl-1884 id-“Düsseldorfer Mostert” daħal fl-istorja tal-arti permezz tax-xogħol ta’ Vincent van Gogh “Ħajja inanimata bil-fuħħar, fliexken u kaxxi”.

Fl-1896 kienu jeżistu tmien fabbriki tal-mustarda f’Düsseldorf. Fl-1826 l-aħbarijiet tal-kummerċ, il-letteratura tal-ivvjaġġar u d-deskrizzjonijiet tal-bliet kienu diġà jirrapurtaw dwar l-industrija tal-mustarda.

Fl-1920 għal Düsseldorf bdiet era ġdida tal-mustarda. Fl-aħħar tal-1920, in-negozjant li oriġina minn Lothringen, Otto Frenzel, waqqaf f'Düsseldorf il-fabbrika tal-mustarda tiegħu. F’din il-fabbrika huwa kien jipproduċi mustarda pikkanti ħafna u għall-ewwel darba ta’ kulur ċar li huwa ddeskriviha bħala l-mustarda tal-iljuni u mmarkaha bir-ras tal-iljun bħala rikonoxximent tal-arma tal-belt ta' Düsseldorf. Din il-mustarda ta’ kulur ċar sa dak iż-żmien ma kinitx magħrufa fil-Ġermanja. Għall-ewwel ix-xerrejja rreaġixxew b’mod xettiku u ostili għal dan l-iżvilupp ġdid. Permezz tat-togħma pikkanti qawwija u l-ħwawar distintivi, id-“Düsseldorfer Mostert” u d-“Düsseldorfer Senf” malajr saru popolari. Fi żmien qasir Otto Frenzel kiseb reputazzjoni għolja mal-konsumaturi bil-kreazzjoni l-ġdida tal-mustarda tal-iljuni. Bdiet l-istorja ta' suċċess tal-industrija tal-mustarda l-ġdida ta' Düsseldorf ta’ Otto Frenzel. Il-formula tas-suċċess ta' Frenzel kienet ir-rekwiżiti tal-purità għad-“Düsseldorfer Mostert” u d-“Düsseldorfer Senf” fejn wieħed juża biss l-ingredjenti tal-aqwa kwalità, joqgħod attent bi preċiżjoni kbira għall-preparazzjoni professjonali u jevita l-addittivi kollha.

Mill-1930 il-fabbriki tal-mustarda ta’ Düsseldorf bdew jipproduċu d-“Düsseldorfer Tafelsenf”, mustarda tal-mejda ta’ Düsseldorf pikkanti b'mod medju. Din l-ispeċjalità ta’ Düsseldorf inqas pikkanti, ta’ togħma taħraq u pikkanti b'mod medju, ta’ kulur isfar ħadrani, tleqq sew ġiet apprezzata u maħbuba fi żmien qasir mill-konsumaturi fil-Ġermanja u barra mill-pajjiż. Fl-1938 l-industrija tal-mustarda ta’ Düsseldorf bdiet tesporta l-pejst tal-mustarda tat-tip “Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert”, “Düsseldorfer Senf” u “Düsseldorfer Tafelsenf” lejn pajjiżi Ewropej oħra, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada, l-Amerika t'Isfel, l-Afrika, il-Ġappun u l-Awstralja.

Fl-istorja ta’ Düsseldorf, apparti l-fabbriki magħrufa tal-mustarda Adam Bernhard Bergrath sel. Wwe u Otto Frenzel Senfindustrie, kien hemm ukoll il-fabbriki tal-mustarda ta' Düsseldorf li joperaw b’mod reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, li kienu Senffabrik Ludwig Mackenstein, Dampf-Senffabrik Steinberg & Hild, Dampf-Senffabrik Carl Dick, Senffabrik Paul Eisenhardt, Senffabrik Ernst Roesberger, Senffabrik Carl von der Heiden, Senfvertrieb Wilhelm Pabelick, Senffabrik Geschwister Bramhoff u Senffabrik Johann Waldorf. Ħafna minn dawn il-produtturi tal-mustarda użaw l-ankri ta’ Düsseldorf jew l-iljun ta’ Düsseldorf għall-identifikazzjoni tad-“Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert”, “Düsseldorfer Senf” u “Düsseldorfer Tafelsenf” għall-mustarda ta' Düsseldorf prodotta minnhom.

Ir-rabta naturali/il-kundizzjonijiet ambjentali

Il-pejst tal-mustarda tat-tip “Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert” jindika rabta naturali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu.

L-ilma ta’ Düsseldorf li jintuża, li huwa l-ingredjent ewlieni tad-“Düsseldorfer Mostert”, joriġina mill-ilma msaffi mix-xmara Rhein u minħabba t-tisfija max-xatt tiegħu b’saffi ta’ ramel u żrar sa 30 metru fond, fih ħafna ġir u minerali. L-ipproċessar tal-ilma ta’ Düsseldorf isir skont proċedura speċjali żviluppata u prattikata f’Düsseldorf. Il-kontenut għoli tal-ġir u l-kontenut għoli tal-minerali tal-ilma ta’ Düsseldorf jikkaratterizza t-togħma partikolari tad-“Düsseldorfer Mostert”.

Barra minn hekk il-ħall tal-inbid mhux iffiltrat prodott f’Düsseldorf iħalli effett fuq it-togħma tad-“Düsseldorfer Mostert”. Dan huwa minħabba li għall-produzzjoni tal-ħall tal-inbid ta' Düsseldorf jintuża wkoll l-ilma ta’ Düsseldorf li fih il-ġir u l-minerali u razza ta’ batterji tal-ħall speċifika użata mill-1969 fil-produzzjoni tal-ħall tal-inbid ta’ Düsseldorf bħala kultura lokali reġjonali li toriġina mill-batterji tal-ħall tal-ambjent madwar il-fabbrika tal-mustarda.

Ir-rabta tal-preżent/Ir-reputazzjoni

Sal-ġurnata tal-lum id-“Düsseldorfer Mostert” għandu reputazzjoni għolja u popolarità kbira bħala speċjalità reġjonali fost il-konsumaturi reġjonali u nazzjonali.

Ir-reazzjonijiet tal-konsumaturi japprovaw li huwa rinomat ħafna. Id-“Düsseldorfer Mostert” huwa rikonoxxut mill-konsumaturi fis-suq.

Kif jidher mill-ismijiet stess, “Düsseldorfer Mostert”/”Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert”, Düsseldorf hija l-post tat-twelid storiku u ġeografiku tad-“Düsseldorfer Mostert”. Il-post tal-ħolqien tal-mustarda, Düsseldorf, jagħti reputazzjoni kbira lill-ispeċjalità tal-mustarda.

Ir-reputazzjoni tiddependi b’mod partikolari wkoll fuq l-istorja twila tal-produzzjoni tad-“Düsseldorfer Mostert”, “Düsseldorfer Senf” u “Düsseldorfer Tafelsenf” f’Düsseldorf u l-karatteristiċi organolettiċi tagħha. Skont l-istorja twila u popolari tal-industrija tal-mustarda ta’ Düsseldorf, ħafna jidentifikaw lil Düsseldorf bħala l-belt tal-mustarda jew aħjar bħala “Mostertstadt”.

Ir-reputazzjoni tal-ispeċjalitajiet tal-mustarda minn Düsseldorf hija hekk kbira li f’Düsseldorf hemm mużew iddedikat għaliha. It-tradizzjoni twila tal-produzzjoni tal-ispeċjalitajiet tal-mustarda f’Düsseldorf japprovawha għadd ta’ ritratti tal-produzzjoni tal-mustarda mill-industrija ta’ Düsseldorf. Ir-reputazzjoni reġjonali u nazzjonali tad-“Düsseldorfer Mostert” bħala speċjalità minn Düsseldorf juruha b'mod ċar pubblikazzjonijiet differenti dwar l-ispeċjalità tal-mustarda ta’ Düsseldorf fil-passat u fil-preżent.

Il-pejst tal-mustarda tat-tip “Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert”, “Düsseldorfer Senf” u “Düsseldorfer Tafelsenf” jagħmel parti mill-istorja u mill-kultura kulinarja ta’ Düsseldorf. Pereżempju, fuq il-menu tal-birreriji tal-belt il-qadima ta’ Düsseldorf, wieħed isib id-“Düsseldorfer Senfrostbraten” li huwa flett taċ-ċanga mixwi miksi bil–mustarda ta’ Düsseldorf. Is-sandwiċ tar-Rhein, li huwa panina li tissejjaħ “Röggelchen” li jkollha saff ġobon u l-mustarda ta' Düsseldorf, ukoll jagħmel parti mill-kultura kulinarja ta’ Düsseldorf.

Il-fatt li Düsseldorf hija l-belt tal-mustarda ta’ tip partikolari u li d-“Düsseldorfer Mostert”, bħall-birra “Düsseldorfer Alt”, għad għandu reputazzjoni tajba mal-konsumaturi minħabba l-oriġini ġeografika tiegħu, il-karatteristiċi organolettiċi marbuta miegħu kif ukoll it-togħma, japprovawh żewġ tradizzjonijiet antiki:

Sal-lum, ir-ristoranti tradizzjonali, il-birreriji fiċ-ċentru tal-belt li għadhom jipproduċu l-birra “Düsseldorfer Alt” kif ukoll id-djar tal-konsumaturi tar-reġjun, għadhom iżommu t-tradizzjoni li jservu l-mustarda ta' Düsseldorf f’reċipjenti żgħar speċjali tal-fuħħar għall-mustarda. L-għadd kbir ta’ viżitaturi tal-birreriji tad-“Düsseldorf Art” u tar-ristoranti tradizzjonali ta’ Düsseldorf ilhom deċennji jagħrfu u japprezzaw immedjatament it-togħma tad-“Düsseldorfer Mostert” anke permezz tar-reċipjenti żgħar tal-fuħħar, bħala speċjalità reġjonali.

F’Düsseldorf jeżistu żewġ ħwienet tradizzjonali li fihom wieħed jista' jikseb id-“Düsseldorfer Mostert”. Kuljum, għadd ta' konsumaturi reġjonali jmorru hemm biex jimlew ir-reċipjent tagħhom li ħafna drabi jkun tal-fuħħar bl-iskrizzjoni tradizzjonali, bid-“Düsseldorfer Mostert”.

Sal-lum id-“Düsseldorfer Mostert” huwa wkoll magħruf bħala speċjalità reġjonali ’l barra mil-limiti tal-Ġermanja. Sa mill-1938 id-“Düsseldorfer Mostert”, “Düsseldorfer Senf” u “Düsseldorfer Tafelsenf” kienu jiġu esportati f'pajjiżi Ewropej oħra u barra mill-Ewropa u kif ukoll b'mod partikolari fl-Istati Uniti tal-Amerika bħala “Genuine Dusseldorf Prepared Mustard”. L-istorja tagħti stampa ġenerali tal-għażla tal-prodott għall-esportazzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika. Bħala waħda mill-ftit bliet fid-dinja, Düsseldorf tista’ tħares lura lejn tradizzjoni tal-mustarda twila u kbira. B’hekk stabbilixxiet ruħha l-fama ta' Düsseldorf bħala metropoli tal-mustarda, anke barra r-reġjun. Ir-reputazzjoni kbira tal-ispeċjalitajiet tal-mustarda minn Düsseldorf barra mill-pajjiż tidher mit-talbiet tal-konsumaturi mid-dinja kollha sal-lum il-ġurnata.

Raġuni partikolari għar-reputazzjoni kbira tad-“Düsseldorfer Mostert” fost il-konsumaturi hija li l-ispeċjalità tal-mustarda minn Düsseldorf, bil-kontra ta’ pejsts oħra tal-mustarda barra miż-żona ġeografika, ma tinkludi ebda materjali tal-preservattivi.

Ir-rabta ekonomika/Is-sinifikat

Sal-lum is-sinifikat ekonomiku tad-“Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert” għal Düsseldorf huwa kbir ħafna. Il-popolarità kbira tad-“Düsseldorfer Mostert” tirrifletti lilha nfisha b’mod ċar fl-għadd tal-bejgħ fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel, fil-ħwienet tal-laħam u t-taverni tar-reġjun ġeografiku, fil-Ġermanja u fid-dinja.

Skont l-estimi, fiż-żona ġeografika ta’ Düsseldorf jiġu prodotti madwar 65 tunnellata ta' “Düsseldorfer Mostert” fis-sena. Dan l-għadd ta’ bejgħ japprova li d-“Düsseldorfer Mostert” għandu reputazzjoni għolja bħala speċjalità tipika reġjonali fost il-konsumaturi fuq il-bażi tal-oriġini reġjonali tiegħu u l-karatteristiċi organolettiċi marbuta miegħu.

Ir-rabta tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni/il-kwalità organolettika: Sa minn kważi 300 sena ilu, il-produtturi reġjonali kienu jipproduċu d-“Düsseldorfer Mostert”/“Düsseldorfer Senf Mostert”/“Düsseldorfer Urtyp Mostert”/“Aechter Düsseldorfer Mostert” f’Düsseldorf skont il-proċedura tal-produzzjoni żviluppata f’Düsseldorf. L-għarfien espert tagħhom u l-esperjenza tagħhom li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra jwasslu għall-karatteristiċi tal-kwalitajiet ġeografiċi u organolettiċi tad-“Düsseldorfer Mostert”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

It-taqsima 7c tal-volum 07 tal-“Markenblatt” tad-19 ta’ Frar 2010, p. 2509

(http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/11252)


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.