ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.312.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
25 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 312/01

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar l-inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt fil-qasam tar-riċerka Ewropa Urbana – Sfidi Globali Urbani, Soluzzjonijiet Ewropej Konġunti

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 312/02

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 312/03

Lista ta' aġenziji internazzjonali ta' kontroll u superviżjoni (minn hawn 'il quddiem, aġenziji ta' superviżjoni) approvati mill-Istati Membri skont l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 612/2009 (Din il-lista tieħu post il-lista ppubblikata f’ĠU C 215, 10.8.2010, p. 14)

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 312/04

Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

9

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

2011/C 312/05

Stedina lill-istituzzjonijiet akkademiċi biex jesprimu interess li jiġu involuti fil-Kumitat Konsultattiv Konġunt CARIFORUM-KE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

10

2011/C 312/06

Stedina lill-organizzazzjonijiet nongovernattivi biex jesprimu interess li jiġu involuti fil-Kumitat Konsultattiv Konġunt CARIFORUM-KE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 312/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6357 – Koninklijke Philips/Indal Group) ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ottubru 2011

dwar l-inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt fil-qasam tar-riċerka “Ewropa Urbana – Sfidi Globali Urbani, Soluzzjonijiet Ewropej Konġunti”

2011/C 312/01

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 181 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-kuntest ta’ xejriet globali li dejjem qed jintensifikaw bħall-urbanizzazzjoni, l-iżvilupp sostanzjali ta’ żoni urbani Ewropej hija kwistjoni serja għas-soċjetà. Qed jitbassar illi sal-2050 kważi 70 % tal-popolazzjoni globali ser tkun toqgħod fi bliet, żieda mill-madwar 50 % ta’ bħalissa (1). Iċ-ċifra għall-Ewropa hija ogħla: huwa mistenni li madwar 83 % tal-popolazzjoni (madwar 557 miljun) ser joqgħodu fi bliet sal-2050.

(2)

L-urbanizzazzjoni tinvolvi firxa wiesgħa ta’ sfidi marbutin ma’ xulxin, inkluż tiċħid u segregazzjoni soċjali, espansjoni urbana u konġestjoni, kwistjonijiet ta’ sikurezza u sigurtà, degradazzjoni ambjentali, tniġġis u effetti tat-tibdil fil-klima. Dawn l-iżviluppi jagħmlu pressjoni fuq is-soċjetà u joħolqu sfida eċċezzjonali għar-reżiljenza, il-ġestjoni u l-governanza ta’ sistemi urbani fl-Ewropa u fid-dinja.

(3)

Fl-istess waqt, l-Ewropa għandha tisfrutta l-vantaġġi ta’ spazju urbanizzat. Iż-żoni urbani huma l-muturi għat-tkabbir fl-ekonomija Ewropea. Agglomerazzjonijiet urbani u bliet b’netwerks ġabu l-iżvilupp ’il quddiem, mhux biss minn perspettiva soċjo-ekonomika, iżda wkoll minn perspettivi teknoloġiċi u ġeopolitiċi. Il-bliet huma “ċentri ta’ innovazzjoni” huma stess, fejn l-għarfien, il-politika u l-prassi jingħaqdu flimkien biex joħolqu ideat innovattivi, jimpjegaw teknoloġija ġdida u jibbenefikaw minn għarfien ġdid dwar il-muturi għall-iżvilupp urban, kif ukoll dwar l-isfidi u s-soluzzjonijiet għall-kisba tiegħu. Qiegħda wkoll tiżdied dejjem iżjed l-evidenza li n-netwerks ta’ ċentri urbani ewlenin, ta’ sikwit imsejħa “bliet globali”, jeżerċitaw dejjem aktar effett fuq l-iskala internazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin trid tingħaraf l-importanza ta’ bliet żgħar u ta’ daqs medju minħabba l-impatt tagħhom, notevolment f’termini ta’ żvilupp reġjonali. L-Ewropa hija kkaraterizzata minn densità urbana għolja u minn għadd kbir ta’ bliet żgħar u ta’ daqs medju, li l-assi tagħhom għandhom jitqiesu minn perspettiva ekonomika, soċjali u kulturali.

(4)

L-istrateġija Ewropa 2020 tippreżenta tliet prijoritajiet reċiproċi, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (2). Żvilupp urban sostenibbli jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal kisba ta’ dawn l-għanijiet. Fl-inizjattiva ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni” stipulata fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010“Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni” (3), waħda mis-Sħubijiet ta’ Innovazzjoni potenzjali hija “bliet intelliġenti u abitabbli li jgħaqqdu flimkien l-effiċjenza fl-enerġija, it-trasport nadif u l-Internet veloċi”. Il-bliet jistgħu jikkontribwixxu għal tkabbir inklużiv, notevolment fil-ġlieda kontra l-polarizzazzjoni soċjali u l-faqar, waqt li tiġi evitata s-segregazzjoni soċjali u jiġu indirizzati kwistjonijiet dwar it-tixjiħ demografiku. Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (4) għandha l-għan li tilħaq il-mira tal-UE biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali b’mill-anqas 20 miljun sal-2020. Ser tgħin biex tidentifika l-aqwa prassi u tippromwovi tagħlim reċiproku bejn il-muniċipalitajiet.

(5)

Hemm bżonn urġenti li tissaħħaħ il-bażi tal-għarfien dwar l-iżvilupp urban integrat permezz tal-interfaċji tar-riċerka tagħha tal-ekonomija, is-soċjetà, il-mobbiltà u l-ekoloġija, sabiex tappoġġa t-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza.

(6)

Teħtieġ koordinazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi msemmija hawn fuq, biex jittieħed vantaġġ tal-opportunitajiet u biex tiġi ffaċilitata kollaborazzjoni fir-riċerka ta’ kwalità għolja bil-għan li tipprovdi evidenza ta’ riċerka li tkun il-bażi ta’ żoni urbani bħala sistema kumplessa ta’ netwerks b’interdipendenzi għoljin tas-sistemi sekondarji ekonomiċi, teknoloġiċi, soċjali u ekoloġiċi relatati u b’perspettiva li tħares ’il quddiem fuq medda twila ta’ żmien.

(7)

Fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2010 (5), il-Kunsill għall-Kompetittività identifika u ssostanzja sett ta’ inizjattivi potenzjali għall-ipprogrammar konġunt (minn hawn ’il quddiem JPIs), fosthom dik imsejħa “Ewropa Urbana – Sfidi Globali Urbani, Soluzzjonijiet Ewropej Konġunti (Urban Europe — Global Urban Challenges, Joint European Solutions)”, bħala oqsma li fihom l-ipprogrammar konġunt fil-qasam tar-riċerka jagħti valur miżjud ewlieni lill-isforzi fframmentati attwali tal-Istati Membri u lill-inizjattivi eżistenti tal-Unjoni. Għalhekk, dan il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom għaraf il-ħtieġa li titnieda inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt marbuta ma’ dan is-suġġett u li fihom stieden lill-Kummissjoni tagħti kontribut fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva.

(8)

L-Istati Membri kkonfermaw li huma se jieħdu sehem fit-tali JPI billi bagħtu ittri formali ta’ impenn.

(9)

L-ipprogrammar konġunt fil-qasam tar-riċerka dwar żvilupp urban sostenibbli se jipprovdi għall-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni f’dan il-qasam, u se jagħti kontribut sinifikanti għall-bini ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka li taħdem b’mod sħiħ għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-iżvilupp urban, u se jsaħħaħ ir-rwol ta’ tmexxija u l-kompetittività tal-Ewropa fir-riċerka f’dan il-qasam.

(10)

L-iżvilupp urban huma qasam importanti b’perspettiva intertematika fi ħdan il-programmi ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni. Jeħtieġ li l-attivitajiet fi ħdan din il-JPI jiġu kkoordinati mill-qrib mal-attivitajiet relatati l-oħrajn fil-kuntest ta’ programmi ta’ finanzjament u inizjattivi eżistenti u futuri dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(11)

Għaldaqstant, u sabiex jinkisbu l-għanijiet stipulati b’din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw koordinazzjoni u żvilupp ta’ sinerġiji mal-iskemi eżistenti ta’ riċerka u innovazzjoni billi jiġu esplorati l-inizjattivi tal-Kummissjoni relatati bħall-Bliet Intelliġenti u l-Inizjattiva tal-Komunitajiet kif ukoll inizjattivi oħrajn relatati, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u r-repetizzjoni.

(12)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar f’din il-JPI,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw u jżommu viżjoni komuni dwar kif il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-qasam tar-riċerka fil-livell tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal kisba ta’ żvilupp urban sostenibbli fil-forom kollha tiegħu (6).

2.

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw aġenda strateġika komuni tar-riċerka li tistabbilixxi l-bżonnijiet u l-għanijiet fil-perjodu taż-żmien medju u fit-tul tar-riċerka fil-qasam tal-iżvilupp urban f’kuntest ta’ globalizzazzjoni li qiegħda tiżdied. L-aġenda strateġika tar-riċerka għandha tinkludi pjan ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-iskedi ta’ żmien u li jispeċifika l-azzjonijiet, l-istrumenti u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu.

3.

L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu l-azzjonijiet li ġejjin bħala parti mill-aġenda strateġika tar-riċerka u fil-pjan ta’ implimentazzjoni:

(a)

l-identifikazzjoni tat-tagħrif dwar il-programmi nazzjonali u l-attivitajiet ta’ riċerka rilevanti u l-iskambju ta’ dan it-tagħrif;

(b)

ir-rinfurzar tal-kapaċitajiet fil-perspettiva konġunta kif ukoll fil-valutazzjoni tat-teknoloġija;

(c)

l-iskambju tat-tagħrif, tar-riżorsi, tal-aqwa prassi, tal-metodoloġiji u tal-linji gwida;

(d)

l-identifikazzjoni ta’ oqsma jew ta’ attivitajiet ta’ riċerka li se jibbenefikaw mill-koordinazzjoni u mit-tisħiħ ta’ din il-koordinazzjoni;

(e)

l-identifikazzjoni ta’ oqsma jew ta’ attivitajiet ta’ riċerka li se jibbenefikaw mis-sejħiet konġunti għall-proposti jew mill-ġbir flimkien tar-riżorsi;

(f)

id-definizzjoni tal-modi li bihom għandha titwettaq ir-riċerka b’mod konġunt fl-oqsma msemmija fil-punt (e);

(g)

l-iżgurar tal-koordinazzjoni, l-iżvilupp ta’ sinerġiji mal-programmi u l-inizjattivi ta’ finanzjament eżistenti u futuri dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni, u l-evitar tad-duplikazzjoni ma’ inizjattivi eżistenti u futuri tal-Unjoni f’dan il-qasam;

(h)

il-kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet li jinbidlu tal-bliet u l-popolazzjoni urbana meta jiġu definiti l-għanijiet għal programmi ta’ riċerka dwar l-iżvilupp urban;

(i)

il-qsim, fejn ikun xieraq, tal-infrastrutturi eżistenti tar-riċerka jew l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ġodda bħalma huma l-banek tad-dejta kkoordinati jew l-inventarju u l-iżvilupp ta’ mudelli sabiex jiġu studjati l-proċessi urbani;

(j)

it-tħeġġiġ ta’ kollaborazzjoni aħjar fis-settur pubbliku u bejn is-settur pubbliku u dak privat, kif ukoll l-innovazzjoni miftuħa bejn l-attivitajiet differenti ta’ riċerka, is-settur tal-edukazzjoni u tan-negozju relatati mal-iżvilupp urban waqt li jiġi żgurat involviment wiesa’ tal-partijiet interessati konċernati bħall-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili;

(k)

l-esportazzjoni u t-tqassim tal-għarfien, l-innovazzjoni u l-approċċi metodoloġiċi interdixxiplinari, kif ukoll l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ostakli fis-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni li ma jippermettux soluzzjonijiet innovattivi b’benefiċċju għas-soċjetà milli jilħqu s-suq aktar malajr;

(l)

l-għotja ta’ tagħrif xjentifiku adattat fil-livell tat-tfassil ta’ politika fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni;

(m)

il-ħolqien ta’ netwerks bejn ċentri ddedikati għar-riċerka urbana, inkluż ċentri li huma ’l barra miż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

4.

L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu u jkomplu jiżviluppaw struttura effiċjenti ta’ ġestjoni komuni fil-qasam tar-riċerka dwar l-isfidi tal-iżvilupp urban, li jkollha s-setgħa tistabbilixxi kundizzjonijiet, regoli u proċeduri komuni għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni u li jkollha s-setgħa tissorvelja l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika tar-riċerka.

5.

L-Istati Membri huma mħeġġa jimplimentaw l-aġenda strateġika tar-riċerka b’mod konġunt permezz tal-programmi nazzjonali tar-riċerka tagħhom skont il-linji gwida tal-Kundizzjonijiet ta’ Qafas fl-Ipprogrammar Konġunt żviluppati mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Ipprogrammar Konġunt tal-Kunsill (7).

6.

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkooperaw mal-Kummissjoni bil-għan li jesploraw inizjattivi tal-Kummissjoni relatati sabiex jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw l-aġenda strateġika tar-riċerka u sabiex jikkoordinaw il-JPI ma’ inizjattivi oħra tal-Unjoni f’dan il-qasam, bħar-riċerka u l-iżvilupp appoġġati minn programmi ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni, notevolment fl-oqsma tax-xjenzi soċjo-ekonomiċi u umanistiċi, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), is-sigurtà, is-saħħa, kif ukoll inizjattivi oħrajn ta’ riċerka u innovazzjoni bħal JPIs oħra relatati, il-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija.

7.

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkollaboraw mill-qrib mal-Forum Strateġiku għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika Internazzjonali (“Strategic Forum for International Science and Technology” — SFIC) (8), fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dimensjoni internazzjonali possibbli fl-aġenda strateġika tar-riċerka u jiżguraw koerenza ma’ inizjattivi tal-SFIC ma’ u lejn pajjiżi terzi.

8.

L-Istati Membri huma mħeġġa jirrapportaw b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun qed isir f’din il-JPI permezz ta’ rapporti annwali dwar il-progress.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  http://www.un.org/esa/population/unpop.htm

(2)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa 2020 – Strateġija għal Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, Brussell, COM(2010) 2020.

(3)  COM(2010) 546.

(4)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali Brussell, COM(2010) 758 finali.

(5)  10246/10.

(6)  http://www.jpi-urbaneurope.eu

(7)  ERC-GPC 1311/10. L-Ipprogrammar Konġunt fil-qasam tar-riċerka għall-2008 sal-2010 u lil hinn minn dan il-perjodu – Rapport tat-12 ta’ Novembru 2010 tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Ipprogrammar Konġunt lill-Kunsill – l-Anness II.

(8)  L-SFIC oriġina mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2008 fejn il-Kunsill talab lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jifformaw sħubija ġdida għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika internazzjonali. Huwa mwaqqaf mill-Kunsill bħala konfigurazzjoni ddedikata tal-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Ottubru 2011

2011/C 312/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3856

JPY

Yen Ġappuniż

105,45

DKK

Krona Daniża

7,4452

GBP

Lira Sterlina

0,86910

SEK

Krona Żvediża

9,1065

CHF

Frank Żvizzeru

1,2280

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6915

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,982

HUF

Forint Ungeriż

297,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7047

PLN

Zloty Pollakk

4,3739

RON

Leu Rumen

4,3240

TRY

Lira Turka

2,5253

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3320

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3938

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7782

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7219

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7589

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 573,26

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1260

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8343

HRK

Kuna Kroata

7,4888

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 261,46

MYR

Ringgit Malażjan

4,3432

PHP

Peso Filippin

59,993

RUB

Rouble Russu

42,7205

THB

Baht Tajlandiż

42,787

BRL

Real Brażiljan

2,4650

MXN

Peso Messikan

18,8843

INR

Rupi Indjan

69,0380


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/5


Lista ta' aġenziji internazzjonali ta' kontroll u superviżjoni (minn hawn 'il quddiem, “aġenziji ta' superviżjoni”) approvati mill-Istati Membri skont l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 612/2009

(Din il-lista tieħu post il-lista ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 215, tal-10 ta’ Awwissu 2010, p. 14)

2011/C 312/03

1.   ĠENERALI

Skont l-Artikolu 17(1)(b) u (2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (1), l-aġenziji ta' superviżjoni approvati mill-Istati Membri, huma awtorizzati joħorġu ċertifikati għall-ħatt u importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għal rifużjonijiet tal-esportazzjoni f'pajjiżi terzi jew, tal-anqas, għall-wasla tagħhom fid-destinazzjoni f'pajjiżi terzi.

Barra minn hekk, l-aġenziji ta' superviżjoni approvati u kkontrollati minn Stat Membru skont l-Artikoli 18 sa 23 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 jew minn aġenzija uffiċjali tal-Istat Membru għandhom ikunu responsabbli biex jagħmlu l-kontrolli previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010 (li jagħti rekwiżiti għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni konnessi mal-benessri tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport).

L-Istati Membri huma responsabbli għall-approvazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn l-aġenziji ta' superviżjoni.

L-approvazzjoni ta’ aġenzija ta' superviżjoni minn Stat Membru wieħed tkun valida fl-Istati Membri kollha. Dan ifisser li ċ-ċertifikati maħruġa mill-aġenziji ta' superviżjoni approvati jistgħu jintużaw fil-Komunità kollha, irrispettivament mill-Istat Membru li fih tkun ibbażata l-aġenzija li toħroġ iċ-ċertifikat.

Għall-informazzjoni tal-esportaturi Komunitarji ta' prodotti agrikoli, il-Kummissjoni, perjodikament, tippubblika lista tal-aġenziji ta' superviżjoni kollha approvati mill-Istati Membri. Din il-lista mehmuża kienet aġġornata fl-1 ta' Settembru 2011.

2.   AVVIŻ

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-esportaturi għal dan li ġej:

L-inklużjoni ta' aġenzija ta' superviżjoni fil-lista ma tagħtix garanzija awtomatika li ċ-ċertifikati li toħroġ huma aċċettabbli. Jistgħu jkunu meħtieġa aktar dokumenti bħala prova. Jista' jiġri wkoll li, maż-żmien, jirriżulta li ċ-ċertifikati maħruġa ma jkunux korretti.

L-aġenziji jistgħu jitneħħew mil-lista fi kwalunkwe waqt. Qabel ma jibdew xogħol ma' aġenzija partikolari, l-esportaturi jingħataw parir li jiċċekkjaw mal-awtoritajiet nazzjonali (ara l-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 612/2009) li dik l-aġenzija tkun għadha approvata.

L-esportaturi jistgħu jiksbu aktar tagħrif mill-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe aġenzija li tkun approvata.


(1)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.


ANNESS

Lista ta' aġenziji ta' superviżjoni approvati mill-Istati Membri

ID-DANIMARKA

Baltic Control Ltd Aarhus (1)

Sindalsvej 42 B

PO Box 2199

8240 Risskov

DANMARK

Tel. +45 86216211

Fax +45 86216255

http://www.balticcontrol.com

Posta elettronika: baltic@balticcontrol.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-21.7.2008 sal-20.7.2011 (l-approvazzjoni mill-ġdid qed tiġi investigata)

IL-ĠERMANJA

IPC HORMANN GmbH (1)

Independent Product-Controlling

Ernst-August-Straße 10

29664 Walsrode

DEUTSCHLAND

Tel. +49 51616-0390

Fax +49 5161603-9101

http://www.ips-hormann.com

Posta elettronika: ipc@ipc-hormann.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-1.4.2009 sal-31.3.2012

Schutter Deutschland GmbH

Speicherstadt — Block T

Alter Wandrahm 12

20457 Hamburg

DEUTSCHLAND

Tel. +49 3097660

Fax +49 321486

http://www.schutter-deutschland.de

Posta elettronika: info@schutter-deutschland.de

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-1.11.2010 sal-31.10.2013

SPANJA

SGS Española de Control SA (1)

C/ Trespaderne, 29

Edificio Barajas I

(Bo del Aeropuerto)

28042 Madrid

ESPAÑA

Tel. +34 913138000

Fax +34 913138080

http://www.sgs.es

Posta elettronika: david.perez@sgs.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-1.10.2008 sal-31.9.2011 (rigward ir-Regolament (KE) Nru 612/2009) mit-22.12.2008 sal-21.12.2011 (rigward ir-Regolament (UE) Nru 817/2010)

FRANZA

Control Union Inspections France

8 boulevard Ferdinand de Lesseps

B.P. 4077

76022 Rouen

FRANCE

Tel. +33 232102100

Fax +33 235718099

Posta elettronika: qufrance@control-union.fr

Perjodu tal-approvazzjoni: l-approvazzjoni skadiet; l-approvazzjoni mill-ġdid qed tiġi eżaminata.

L-ITALJA

Società SGS Italia SpA

Sede legale: via Gasparre Gozzi 1/A

20129 Milano MI

ITALIA

Tel. +39 0273931

Fax +39 0270124630

http://www.sgs.com

Posta elettronika: sgs.italy@sgs.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-14.3.2011 sat-13.3.2014

Società Viglienzone Adriatica SpA

Sede legale: via della Moscova 38

20121 Milano MI

ITALIA

http://www.viglienzone.it

Filiale di Ravenna: c.ne Piazza d'Armi 130

48100 Ravenna RA

ITALIA

Tel. +39 0544422242 / 428839

Fax +39 0544590765

Posta elettronika: controlli@viglienzone.it

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-14.2.2009 sal-13.2.2012

Società Bossi & C. Transiti SpA

Via D. Fiasella 1

16121 Genova GE

ITALIA

Tel. +39 0105716

Fax +39 0105716246

Posta elettronika: bossi@bossi-transiti.it

http://www.bossi-transiti.it

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-15.6.2010 sat-14.6.2013

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Control Union Nederland (1)

Boompjes 270

3011 XZ Rotterdam

NEDERLAND

PO Box 893

3000 AW Rotterdam

NEDERLAND

Tel. +31 102823390

Fax +31 104123967

Posta elettronika: netherlands@controlunion.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-1.11.2008 sal-31.10.2011

Saybolt International B.V.

Stoomloggerweg 12

3133 KT Vlaardingen

NEDERLAND

Tel. +31 104609911

Fax +31 104353600

http://www.saybolt.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-1.2.2010 sal-31.1.2013

IL-POLONJA

J.S. Hamilton Poland Ltd. Sp. z o.o.

ul. Świętojańska 134

81-404 Gdynia

POLSKA/POLAND

Tel. +48 586607720

Fax +48 586007721

http://www.hamilton.com.pl

Posta elettronika: info@hamilton.com.pl

Perjodu tal-approvazzjoni: Mit-3.12.2010 sal-25.11.2013

Polcargo International Sp. z o.o.

ul. Henryka Pobożnego 5

70-900 Szczecin

POLSKA/POLAND

Tel. +48 914418201

Fax +48 914482036

http://www.polcargo.pl

Posta elettronika: office@polcargo.pl

Perjodu tal-approvazzjoni: Mit-3.12.2010 sal-25.11.2013

SGS Polska Sp. z o.o.

ul. Bema 83

01-233 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 223292222

Fax +48 223292220

http://www.pl.sgs.com

Posta elettronika: sgs.poland@sgs.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mit-3.12.2010 sal-25.11.2013

IL-FINLANDJA

OY Lars Krogius AB (2)

Vilhonvuorenkatu 11 B 10

FI-00500 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Tel. +358 947636300

Fax +358 947636363

Posta elettronika: finland@krogius.com

http://www.krogius.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-15.5.2009 sal-14.5.2012

IR-RENJU UNIT

ITS Testing Services Ltd (Intertek)

Caleb Brett House

734 London Road

West Thurrock Grays

Essex

RM20 3NL

UNITED KINGDOM

Tel. +44 1708680200

Fax +44 1708680255

Posta elettronika: mstokes@caleb-brett.com

Perjodu tal-approvazzjoni: Mill-4.4.2010 sal-4.4. 2013


(1)  Din id-ditta hija awtorizzata wkoll sabiex tagħmel kontrolli f'pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 817/2010 (il-benessri tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport).

(2)  Din id-ditta hija awtorizzata toħroġ ċertifikati biss għar-Russja, l-Ukraina u l-Belarus. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtoritajiet Finlandiżi.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/9


Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2011/C 312/04

Qiegħed jingħata b’dan avviż dwar it-tnedija ta’ sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007 sa 2013).

Huma mistiedna proposti għas-sejħa li ġejja. Iż-żmien perentorju tas-sejħa u l-baġit indikattiv huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq il-Portal tal-Parteċipant.

Programm ta’ ħidma Ideat:

Titlu tas-Sejħa

ERC Synergy Grant

Identifikatur tas-Sejħa

ERC-2012-SyG

Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4961 tad-19 ta’ Lulju 2011.

Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi proposti hija disponibbli permezz tal-websajts rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/appmanager/participants/portal


Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

25.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/10


Stedina lill-istituzzjonijiet akkademiċi biex jesprimu interess li jiġu involuti fil-Kumitat Konsultattiv Konġunt CARIFORUM-KE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

(2011/000/)

L-Artikolu 232 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, jistabbilixxi Kumitat Konsultattiv Cariforum-KE bl-inkarigu li jgħin lill-Kunsill Konġunt CARIFORUM-KE jippromovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom il-komunità akkademika u l-imsieħba soċjali u ekonomiċi.

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jrawwem djalogu soċjali u ċivili permezz tal-konsultazzjoni dwar l-aspetti kollha marbuta ma’ kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi, ambjentali u dawk ta’ żvilupp li jqumu fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-CARIFORUM-UE-FSE.

In-naħa Ewropea tal-Kumitat Konsultattiv għandha tkun magħmula minn 15-il membru – 9 membri jirrappreżentaw lill-atturi soċjoekonomiċi, 4 membri jirrappreżentaw lill-NGOs u 2 membri jirrappreżentaw lill-komunità akkademika.

1.

L-istituzzjonijiet akkademiċi huma mistiedna jesprimu l-interess tagħhom li jiġu inklużi f’Roster ta’ organizzazzjonijiet li se jkunu involuti fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”). L-inklużjoni fir-Roster hija miftuħa għall-istituzzjonijiet akkademiċi kollha, inklużi l-istituzzjonijiet tar-riċerka indipendenti, li jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009 (fl-appendiċi).

2.

Biex jirreġistraw fir-Roster, l-istituzzjonijiet akkademiċi jridu jipprovdu informazzjoni dwar kif jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet, b’mod speċjali rigward il-post li jinsabu fih u l-kompetenzi tagħhom.

3.

L-istituzzjonijiet akkademiċi li jesprimu l-interess tagħhom li jiġu inklużi fir-Roster għandhom jindikaw ukoll jekk wieħed mir-rappreżentanti tagħhom huwiex interessat li jservi bħala membru permanenti tal-Kumitat. F’dan il-każ, huma jkollhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kompetenzi tal-persuna li qed tiġi proposta fl-oqsma koperti mill-Ftehim, kif ukoll Curriculum Vitae dettaljat. Din l-informazzjoni ser tkun disponibbli għall-istituzzjonijiet akkademiċi kollha li jkunu rreġistraw fir-Roster. L-istituzzjonijiet akkademiċi inklużi fir-Roster imbagħad jintalbu japprovaw il-kandidatura ta’ żewġ membri permanenti tal-Kumitat minn fost dawk li jkunu wrew interess. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizz ta’ kuljum marbuta mal-parteċipazzjoni tal-membri permanenti fil-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv jiġu koperti.

4.

L-istituzzjonijiet akkademiċi inklużi fir-Roster ser jinżammu infurmati dwar l-attivitajiet tal-Kumitat mis-segretarjat tal-Kumitat u ser ikunu jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-ħidma tal-Kumitat billi jħallsu huma stess. L-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ser jitniżżlu fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.

5.

L-applikazzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni għandhom isiru permezz tal-formola tar-reġistrazzjoni li tinsab fis-sit tal-internet http://spportal/cariforum-eu u għandhom jaslu mhux iżjed tard mis-7 p.m. (ħin ta’ Brussell) tal-1 ta’ Diċembru 2011.

6.

L-irċevuta tar-reġistrazzjoni fir-Roster tintbagħat bil-posta elettronika.


25.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/11


Stedina lill-organizzazzjonijiet nongovernattivi biex jesprimu interess li jiġu involuti fil-Kumitat Konsultattiv Konġunt CARIFORUM-KE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

2011/C 312/06

L-Artikolu 232 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, jistabbilixxi Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE bl-inkarigu li jgħin lill-Kunsill Konġunt CARIFORUM-KE jippromovi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom il-komunità akkademika u l-imsieħba soċjali u ekonomiċi.

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jrawwem djalogu soċjali u ċivili permezz tal-konsultazzjoni dwar l-aspetti kollha marbuta ma’ kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi, ambjentali u dawk ta’ żvilupp li jqumu fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-CARIFORUM-UE-FSE.

In-naħa Ewropea tal-Kumitat Konsultattiv għandha tkun magħmula minn 15-il membru – disa’ membri jirrappreżentaw lill-atturi soċjoekonomiċi, erba’ membri jirrappreżentaw lill-NGOs u żewġ membri jirrappreżentaw lill-komunità akkademika.

1.

L-organizzazzjonijiet nongovernattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp u l-ambjent, huma mistiedna jesprimu l-interess tagħhom li jiġu inklużi f’Roster ta’ organizzazzjonijiet li se jkunu involuti fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”). L-inklużjoni fir-Roster hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha li jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009 (fl-appendiċi).

2.

Biex jirreġistraw fir-Roster, l-organizzazzjonijiet iridu jipprovdu informazzjoni rigward il-post li jinsabu fih, il-kompetenzi tagħhom u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati li huma jirrappreżentaw.

3.

L-organizzazzjonijiet li jesprimu l-interess tagħhom li jiġu inklużi fir-Roster għandhom jindikaw ukoll jekk wieħed mir-rappreżentanti tagħhom huwiex interessat li jservi bħala membru permanenti tal-Kumitat. F’dan il-każ huma jkollhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kompetenzi tal-persuna li qed tiġi proposta fl-oqsma koperti mill-Ftehim, kif ukoll curriculum vitae dettaljat. Din l-informazzjoni ser tkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet kollha li jkunu rreġistraw fir-Roster. L-organizzazzjonijiet inklużi fir-Roster imbagħad jintalbu japprovaw il-kandidatura ta’ mhux aktar minn żewġ membri permanenti tal-Kumitat minn fost dawk li jkunu wrew interess. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizz ta’ kuljum marbuta mal-parteċipazzjoni tal-membri permanenti fil-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv jiġu koperti.

4.

L-organizzazzjonijiet inklużi fir-Roster ser jinżammu infurmati dwar l-attività tal-Kumitat mis-segretarjat tal-Kumitat u ser ikunu jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-ħidma tal-Kumitat billi jħallsu huma stess. L-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ser jitniżżlu fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.

5.

L-applikazzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni għandhom isiru permezz tal-formola tar-reġistrazzjoni li tinsab fis-sit tal-internet http://spportal/cariforum-eu u għandhom jaslu mhux iżjed tard mis-7 p.m. (ħin ta’ Brussell) tal-1 ta’ Diċembru 2011.

6.

L-irċevuta tar-reġistrazzjoni fir-Roster tintbagħat bil-posta elettronika.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6357 – Koninklijke Philips/Indal Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 312/07

1.

Fis-17 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Philips Electronics N.V. (“Philips”, l-Olanda) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriżi kollha Industrias Derivadas del Aluminio, SA (“Indal”, Spanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Philips: grupp diversifikat attiv fl-oqsma tad-dawl, il-kura tas-saħħa u l-istil tal-ħajja tal-konsumatur,

għall-impriża Indal: dawl professjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6357 – Koninklijke Philips/Indal Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).