|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.311.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2011/C 311/01 |
||
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2011/C 311/02 |
||
|
2011/C 311/03 |
Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli |
|
|
2011/C 311/04 |
||
|
2011/C 311/05 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2011/C 311/06 |
||
|
2011/C 311/07 |
||
|
2011/C 311/08 |
||
|
2011/C 311/09 |
||
|
2011/C 311/10 |
Kawżi maqgħquda C-58/10 sa C-68/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d’État — Franza) — Monsanto SAS et vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche |
|
|
2011/C 311/11 |
||
|
2011/C 311/12 |
||
|
2011/C 311/13 |
||
|
2011/C 311/14 |
||
|
2011/C 311/15 |
||
|
2011/C 311/16 |
||
|
2011/C 311/17 |
||
|
2011/C 311/18 |
||
|
2011/C 311/19 |
||
|
2011/C 311/20 |
||
|
2011/C 311/21 |
||
|
2011/C 311/22 |
||
|
2011/C 311/23 |
||
|
2011/C 311/24 |
||
|
2011/C 311/25 |
||
|
2011/C 311/26 |
||
|
2011/C 311/27 |
||
|
2011/C 311/28 |
||
|
2011/C 311/29 |
||
|
2011/C 311/30 |
||
|
2011/C 311/31 |
||
|
2011/C 311/32 |
||
|
2011/C 311/33 |
||
|
2011/C 311/34 |
||
|
2011/C 311/35 |
||
|
2011/C 311/36 |
||
|
2011/C 311/37 |
||
|
2011/C 311/38 |
||
|
2011/C 311/39 |
||
|
2011/C 311/40 |
||
|
2011/C 311/41 |
||
|
2011/C 311/42 |
||
|
2011/C 311/43 |
||
|
2011/C 311/44 |
||
|
2011/C 311/45 |
||
|
2011/C 311/46 |
||
|
2011/C 311/47 |
||
|
2011/C 311/48 |
||
|
2011/C 311/49 |
||
|
2011/C 311/50 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2011/C 311/51 |
||
|
2011/C 311/52 |
||
|
2011/C 311/53 |
||
|
2011/C 311/54 |
||
|
2011/C 311/55 |
||
|
2011/C 311/56 |
||
|
2011/C 311/57 |
||
|
2011/C 311/58 |
||
|
2011/C 311/59 |
||
|
2011/C 311/60 |
||
|
2011/C 311/61 |
||
|
2011/C 311/62 |
||
|
2011/C 311/63 |
||
|
2011/C 311/64 |
||
|
2011/C 311/65 |
||
|
2011/C 311/66 |
||
|
2011/C 311/67 |
||
|
2011/C 311/68 |
||
|
2011/C 311/69 |
||
|
2011/C 311/70 |
||
|
2011/C 311/71 |
||
|
2011/C 311/72 |
||
|
2011/C 311/73 |
||
|
2011/C 311/74 |
||
|
2011/C 311/75 |
||
|
2011/C 311/76 |
||
|
2011/C 311/77 |
||
|
2011/C 311/78 |
||
|
2011/C 311/79 |
||
|
2011/C 311/80 |
||
|
2011/C 311/81 |
||
|
2011/C 311/82 |
||
|
2011/C 311/83 |
||
|
2011/C 311/84 |
||
|
2011/C 311/85 |
||
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2011/C 311/86 |
Kawża F-79/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni |
|
|
|
|
|
|
(1) ĠU C 100, 17.04.2010 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/1 |
2011/C 311/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/2 |
Ħatra tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
2011/C 311/02
Fis-6 ta’ Ottubru 2011, skont l-Artikolu 4(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u l-Artikolu 6(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eleġġew lil S. VAN RAEPENBUSCH bħala President, għall-perijodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2014.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/3 |
Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli
2011/C 311/03
B’deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 (1), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jiltaqa’ fi tliet Awli u f’seduta plenarja. B’deċiżjoni tal-10 ta’ Ottubru 2011, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eleġġa bħala Presidenti tal-Awla, għall-perijodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2014, lill-Imħallfin H. KREPPEL u M. I. ROFES I PUJOL u assenja l-imħallfin lill-Awli kif ġej:
L-Ewwel Awla
|
|
H. KREPPEL, President tal-Awla, |
|
|
E. PERILLO u R. BARENTS, Imħallfin, |
It-Tieni Awla
|
|
M. I. ROFES I PUJOL, President tal-Awla, |
|
|
I. BORUTA u K. BRADLEY, Imħallfin, |
It-Tielet Awla, bi tliet imħallfin
|
|
S. VAN RAEPENBUSCH, President tal-Awla, |
|
|
I. BORUTA, E. PERILLO, R. BARENTS u K. BRADLEY, Imħallfin. |
F’din l-aħħar Awla, il-President ipoġġi, f’alternanza, jew mal-Imħallfin I. BORUTA u E. PERILLO, jew mal-Imħallfin R. BARENTS u K. BRADLEY, bla ħsara għall-konnessjoni bejn il-kawżi.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/4 |
Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli
2011/C 311/04
Fl-10 ta’ Ottubru 2011, skont l-Artikolu 4 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jassenja, mill-preżentata tar-rikors, il-kawżi alternattivament lill-Ewwel Awla, lit-Tieni Awla u lit-Tielet Awla skont l-ordni li fihom ġew irreġistrati fir-reġistru, bla ħsara għall-Artikoli 13, 14 u 46(2) tar-Regoli tal-Proċedura.
Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jidderoga mir-regoli ta’ assenjazzjoni għal raġunijiet ta’ konnessjoni, kif ukoll sabiex jiġi żgurat xogħol ibbilanċjat u koerenti fi ħdan it-Tribunal.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/5 |
Ħatra ta’ mħallef li jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala mħallef għal miżuri provviżorji
2011/C 311/05
Fl-10 ta’ Ottubru 2011, skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012, l-Imħallef H. KREPPEL ser jissostitwixxi l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-każ ta’ assenza jew impediment bħala mħallef għal miżuri provviżorji.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paint Graphos Soc. coop. arl (C-78/08), Adige Carni Soc. coop. arl, fi stralċ vs Agenzia delle Entrate, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-79/08), u Ministero delle Finanze vs Michele Franchetto (C-80/08)
(Kawżi magħquda C-78/08 sa C-80/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali mogħtija lis-soċjetajiet kooperattivi - Klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 KE - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Kundizzjonijiet)
2011/C 311/06
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate (C-78/08), Adige Carni Soc. coop. arl, fi stralċ (C-79/08), Ministero delle Finanze (C-80/08)
Konvenuti: Paint Graphos scarl (C-78/08), Agenzia delle Entrate, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-79/08), Michele Franchetto (C-80/08)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikoli 81 KE, 87 KE u 88 KE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 280), u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE, tat-22 ta’ Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 338) — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Liġi Taljana li tagħti vantaġġi fiskali lill-kooperattivi agrikoli, tal-produzzjoni u tal- ħaddiema
Dispożittiv
Eżenzjonijiet fiskali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija lis-soċjetajiet kooperattivi tal-produzzjoni u tax-xogħol taħt leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 11 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 601, tad-29 ta’ Settembru 1973, li jirregola l-vantaġġi fiskali, fil-verżjoni tiegħu li kienet fis-seħħ mill-1984 sal-1993, jikkostitwixxu “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE biss jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik li wasslet għall-kawżi li għandha quddiemha l-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva tal-eżenzjonijiet fiskali kkonċernati kif ukoll l-eventwali ġustifikazzjoni tagħhom minħabba n-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali nazzjonali li jagħmlu parti minnha, u dan billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk is-soċjetajiet kooperattivi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jinsabux fil-fatt f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ operaturi oħra inkorporati fil-forma ta’ entitajiet ġuridiċi bi skop ta’ lukru u, jekk dan effettivament ikun il-każ, jekk it-trattament fiskali iktar favorevoli rriżervat lill-imsemmija soċjetajiet kooperattivi huwiex, minn naħa, inerenti għall-prinċipji essenzjali tas-sistema ta’ tassazzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat u, min-naħa l-oħra, konformi mal-prinċipji ta’ koerenza u ta’ proporzjonalità.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-279/08 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 87(1) KE - Skema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu - Klassifikazzjoni tal-miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ ‘selettività’ - Vantaġġ iffinanzjat bir-riżorsi tal-Istat - Protezzjoni tal-ambjent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammissibbiltà)
2011/C 311/07
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, K. Gross u H. van Vliet, aġenti)
Appellati: Ir-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels, D.J.M. de Grave, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, B. Klein u T. Henze, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A.-L. Vendrolini, J. Gstalter u B. Cabouat, aġenti), Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc, agent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, S. Ossowski u H. Walker, aġenti u K. Bacon, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (Il-Ħames Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2008, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (T-233/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1761 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat N 35/2003 li tirrigwarda l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu nnotifikata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Dispożittiv
|
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ April 2008, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (T-233/04), hija annullata. |
|
(2) |
L-appelli inċidentali huma miċħuda. |
|
(3) |
Ir-rikors tal-ewwel istanza huwa miċħud. |
|
(4) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-kuntest tal-imsemmija proċedura. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-appell. |
|
(6) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Østre Landsret — Danimarka) — Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-398/09) (1)
(Nuqqas ta’ rimbors ta’ taxxa indebitament imħallsa - Arrikkiment indebitu minħabba r-rabta li teżisti bejn l-introduzzjoni ta’ din it-taxxa u t-tneħħija ta’ taxxi oħra)
2011/C 311/08
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S
Konvenuta:Skatteministeriet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Østre Landsret — Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-192/95, Comateb et, u tal-prinċipji tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-irkupru ta’ pagament mhux dovut — Rifjut ta’ rimbors ta’ taxxa nazzjonali meqjusa inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, minħabba l-arrikkament indebitu dovut għar-rabta diretta bejn l-introduzzjoni tat-taxxa illegali u t-tneħħija ta’ taxxi oħra miġbura fuq bażi oħra — Nuqqas ta’ rimbors li għandu bħala effett li jiġu żvantaġġati l-operaturi importaturi ta’ prodotti meta mqabbla mal-operaturi xerrejja ta’ prodotti simili nazzjonali minħabba l-ħlas proporzjonalment ogħla tat-taxxa illegali min-naħa tal-ewwel meta mqabbla ma’ tal-aħħar.
Dispożittiv
Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar l-irkupru ta’ pagament mhux dovut għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irkupru ta’ pagament mhux dovut jista’ jagħti lok għal arrikkiment indebitu biss fil-każ meta l-ammonti indebitament imħallsa minn individwu skont taxxa miġbura fi Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni ġew ittrasferiti direttament fuq ix-xerrej. Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi lil Stat Membru milli jirrifjuta r-rimbors ta’ taxxa illegali minħabba li l-ammonti indebitament mħallsa mill-individwu ġew paċuti minn tfaddil li jirriżulta mit-tneħħija konkomitanti ta’ ġbir ieħor, peress li tali tpaċija ma tistax titqies, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, bħala arrikkiment indebitu fir-rigward ta’ din it-taxxa.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — Karl Heinz Bablok et vs Freistaat Bayern
(Kawża C-442/09) (1)
(Ikel modifikat ġenetikament - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikoli 2 sa 4 u 12 - Direttiva 2001/18/KE - Artikolu 2 - Direttiva 2000/13/KE - Artikolu 6 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikolu 2 - Prodotti tal-apikultura - Preżenza ta’ polline ta’ pjanti modifikati ġenetikament - Konsegwenzi - Tqegħid fis-suq - Kunċett ta’ ‘organiżmu’ u ta’ ‘ikel li fih ingredjenti prodotti minn organiżmi modifikati ġenetikament’)
2011/C 311/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Karl Heinz Bablok, Stefan Egeter, Josef Stegmeier, Karlhans Müller, Barbara Klimesch
Konvenut: Freistaat Bayern
fil-preżenza ta’: Monsanto Technology LLC, Monsanto Agrar Deutschland GmbH, Monsanto Europe SA/NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(5) u (10), 3(1), 4(2) u 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432) — Preżenza involontarja u aċċidentali, fil-prodotti tal-apikultura ta’ polline minn pjanti modifikati ġenetikament u li ma huwiex iktar kapaċi li jirriproduċi — Riperkussjonijiet possibbli fuq il-modalitajiet tat-tqegħid fis-suq tal-imsemmija prodotti — Kunċett ta’ “organiżmu modifikat ġenetikament” u ta’ “prodott minn OĠM”
Dispożittiv
|
(1) |
Il-kunċett ta’ organiżmu modifikat ġenetikament fis-sens tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanza, bħall-polline derivat minn varjetà ta’ qamħirrun modifikat ġenetikament, li tilfet il-kapaċità tagħha li tirripproduċi u li ma għandha l-ebda kapaċità li titrasferixxi materjal ġenetiku kontenut fiha, ma taqax iktar taħt dan il-kunċett. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(1), (10) u (13), kif ukoll l-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1829/2003, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, u l-Artikolu 6(4)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta sustanza bħall-polline li jkun fiha DNA u proteini modifikati ġenetikament ma tistax titqies bħala organiżmu modifikat ġenetikament, prodotti bħall-għasel u supplimenti tal-ikel li fihom tali sustanza jikkostitwixxu, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1829/2003, “ikel […] li fih [ingredjenti prodotti minn OMĠ]”. Tista’ ssir l-istess klassifikazzjoni indipendentement mill-punt jekk il-kontaminazzjoni tas-sustanza inkwistjoni kinitx intenzjonali jew aċċidentali. |
|
(3) |
L-Artikoli 3(1) u 4(2) tar-Regolament Nru 1829/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta jinvolvu obbligu ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sorveljanza ta’ ikel, ma jistax jiġi applikat mutatis mutandis limitu ta’ tolleranza għal dan l-obbligu bħal dak previst fil-qasam tat-tikkettjar fl-Artikolu 12(2) tal-istess regolament. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d’État — Franza) — Monsanto SAS et vs Ministre de l’Agriculture et de la Pêche
(Kawżi maqgħquda C-58/10 sa C-68/10) (1)
(Agrikoltura - Għalf ġenetikament modifikat - Miżuri ta’ emerġenza - Miżura adottata minn Stat Membru - Sospensjoni provviżorja ta’ awtorizzazzjoni mogħtija skont id-Direttiva 90/220/KEE - Bażi legali - Direttiva 2001/18/KE - Artikolu 12 - Leġiżlazzjoni settorali - Artikolu 23 - Klawżola ta’ Salvagwardja - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 20 - Prodotti eżistenti - Artikolu 34 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikoli 53 u 54 - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni)
2011/C 311/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Monsanto SAS (C-58/10 u C-59/10), Monsanto Agriculture France SAS (C-58/10 u C-59/10), Monsanto International SARL (C-58/10 u C-59/10), Monsanto Technology LLC (C-58/10 u C-59/10), Monsanto Europe SA (C-59/10), Association générale des producteurs de maïs (AGPM) (C-60/10), Malaprade SCEA et (C-61/10), Pioneer Génétique SARL (C-62/10), Pioneer Semences SAS (C-62/10), Union française des semenciers (UFS), li qabel kien Syndicat des établissements de semences agréés pour les semences de maïs (Seproma) (C-63/10), Caussade Semences SA (C-64/10), Limagrain Europe SA, anciennement Limagrain Verneuil Holding SA (C-65/10), Maïsadour Semences SA (C-66/10), Ragt Semences SA (C-67/10), Euralis Semences SAS (C-68/10), Euralis Coop (C-68/10)
Konvenut: Ministre de l’Agriculture et de la Pêche
fil-preżenza ta’: Association France Nature Environment (C-59/10 u C-60/10), Confédération paysanne (C-60/10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432), tal-Artikoli 12 u 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77) kif ukoll tal-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463) — Sospensjoni jew projbizzjoni provviżorja fuq l-użu jew il-bejgħ ta’ żrieragħ tal-qamħ li joħorgu linja ta’ qamħ ġenetikament immodifikat, wara l-awtorizzazzjoni ta’ tqiegħed fis-suq ta’ dan il-prodott — Kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jadottaw dawn il-miżuri — Kunċetti ta’ “riskju” u ta’ “riskju serju” għall-ambjent — Kriterji ta’ identifikazzjoni tar-riskju, ta’ evalwazzjoni tal-probabbiltà tiegħu u tal-evalwazzjoni tal-effetti tiegħu
Dispożittiv
|
(1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawżi prinċipali, organiżmu modifikat ġenetikament bħall-qamħirrun MON 810, li ġew awtorizzati b’mod partikolari bħala żerriegħa għal finijiet ta’ koltivazzjoni, b’applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, tat-23 ta’ April 1990, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, u li, fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, ġew notifikati bħala prodotti eżistenti, imbagħad kienu s-suġġett ta’ talba għal tiġdid ta’ awtorizzazzjoni li kienet qed tiġi eżaminata ma jistgħux ikunu s-suġġett, min-naħa ta’ Stat Membru, ta’ miżuri ta’ sospensjoni jew ta’ projbizzjoni provviżorja mill-użu jew mit-tqegħid fis-suq b’applikazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, fejn min-naħa l-oħra, tali miżuri jistgħu jiġu adottati b’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003. |
|
(2) |
L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jawtorizza lil Stat Membru sabiex jadotta miżuri ta’ emerġenza biss fiċ-ċirkustanzi proċedurali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, li fir-rigward tagħhom hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika l-osservanza. |
|
(3) |
Għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza, l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jimponi lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu, minbarra l-emerġenza, l-eżistenza ta’ sitwazzjoni li tista’ tippreżenta riskju importanti li jipperikola b’mod manifest is-saħħa tal-bneidem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Q-Beef NV (C-89/10), Frans Bosschaert (C 96/10) vs Belgische Staat (C 89/10), Belgische Staat, Vleesgroothandel Georges Goossens en Zonen NV, Slachthuizen Goossens NV (C-96/10)
(Kawża C-89/10 u C-96/10) (1)
(Taxxi inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Taxxi mħallsa skont sistema ta’ appoġġ finanzjarju u ta’ ġbir iddikjarata kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni - Sistema sostitwita minn sistema ġdida meqjusa kompatibbli - Ħlas lura ta’ taxxi indebitament miġbura - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni - Dies a quo - Djun li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istat u mingħand individwi - Termini differenti)
2011/C 311/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Q-Beef NV (C-89/10), Frans Bosschaert (C-96/10)
Konvenuta: Belgische Staat (C-89/10), Belgische Staat, Vleesgroothandel Georges Goossens en Zonen NV, Slachthuizen Goossens NV (C-96/10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — Interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju dwar il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt Komunitarju — Taxxi mħallsa skont sistema ta’ sostenn finanzjarju u ta’ kontribuzzjonijiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt Komunitarju — Sistema sostitwita b’sistema ġdida meqjusa kompatibbli — Rifużjoni ta’ taxxi indebitament miġbura — Terminu ta’ preskrizzjoni
Dispożittiv
|
(1) |
Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, previst fl-ordinament ġuridiku intern għad-djun dovuti mill-Istat, fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-irkupru ta’ taxxi li tħallsu bi ksur tad-dritt tal-Unjoni skont “sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxi”. |
|
(2) |
Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, tagħti lil individu terminu itwal sabiex jikseb l-irkupru ta’ taxxi mingħand individwu ieħor li aġixxa bħala intermedjarju, li ħallashom indebitament lilu u li sussegwentement ħallashom f’isem l-ewwel individwu għall-benefiċċju tal-Istat, filwaqt li, jekk dan l-individwu kien iħallas dawn it-taxxi direttament lil dan tal-aħħar, l-azzjoni ta’ dan l-individwu kienet tkun suġġetta għal terminu iqsar, li jidderoga mis-sistema ta’ dritt komuni tal-azzjoni għall-irkupru ta’ pagament mhux dovut, peress li l-individwi li jaġixxu bħala intermedjarji jibbenefikaw jistgħu effettivmanet jitlobu lill-Istat Membru l-ammonti eventwalment mħallsa għall-benefiċċju ta’ individwi oħrajn. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, il-konstatazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’sentenza mogħtija wara rinviju għal deċiżjoni preliminari, tal-inkompatibbiltà tan-natura retroattiva tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni mad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex effett fuq il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-ordinament ġuridiku intern għad-djun dovuti mill-Istat. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Ordinario di Venezia — L-Italja) — Ivana Scattolon vs Ministero dell’Università e della Ricerca
(Kawża C-108/10) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 77/187/KEE - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi - Kunċetti ta’ “impriża” u ta’ “trasferiment” - Ċedent u ċessjonarju taħt id-dritt pubbliku - Applikazzjoni, sa mid-data tat-trasferiment, tal-ftehim kollettiv fis-seħħ fis-servizz taċ-ċessjonarju - Salarju - Teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità fi grad miksuba fis-servizz taċ-ċedent)
2011/C 311/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Venezia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ivana Scattolon
Konvenut: Ministero dell’Università e della Ricerca
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Venezia — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 61, p. 26) u tad-Direttiva 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/187/KEE — Trasferiment tal-persunal amministrattiv tat-tindif ta’ amministrazzjoni lokali għal amministrazzjoni tal-istat — Salvagwardja tad-drittijiet inkluż fosthom l-anzjanità fis-servizz miksuba fi ħdan l-entità lokali
Dispożittiv
|
(1) |
It-teħid lura, minn awtorità pubblika ta’ Stat Membru, tal-persunal impjegat minn awtorità pubblika oħra u inkarigata mill-provvista, lil skejjel, ta’ servizzi awżiljarji li jinkludu b’mod partikolari funzjonijiet ta’ manutenzjoni u ta’ assistenza amministrattiva, jikkostitwixxi trasferiment ta’ impriża li jaqa’ taħt id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ negozji, ladarba l-imsemmi persunal ikun ikkostitwit minn grupp organizzat ta’ impjegati li huma protetti bħala ħaddiema skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru. |
|
(2) |
Meta trasferiment fis-sens tad-Direttiva 77/187 iwassal għall-applikazzjoni immedjata, għall-ħaddiema ttrasferiti, tal-ftehim kollettiv fis-seħħ fi ħdan iċ-ċessjonarju, u l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni previsti minn dan il-ftehim ikunu marbuta b’mod partikolari mal-anzjanità fi grad, l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprekludi li l-ħaddiema ttrasferiti jbatu, meta titqabbel is-sitwazzjoni immedjatament preċedenti għat-trasferiment tagħhom, minn tnaqqis fis-salarju sostanzjali minħabba l-fatt li l-anzjanità fi grad tagħhom miksuba fis-servizz taċ-ċedent, ekwivalenti għal dik miksuba minn ħaddiema fis-servizz taċ-ċessjonarju, ma titteħidtx inkunsiderazzjoni meta tiġi ddeterminata l-pożizzjoni inizjali tas-salarju tagħhom fis-servizz taċ-ċessjonarju. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) — European Air Transport SA vs Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles Capitale
(Kawża C-120/10) (1)
(Trasport bl-ajru - Direttiva 2002/30/KE - Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità - Limiti tal-livell tal-ħoss li għandhom jiġu osservati f’titjiriet fuq territorji urbani li jinsabu viċin)
2011/C 311/13
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: European Air Transport SA
Konvenuta: Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles-Capitale, Région de Bruxelles-Capitale
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(e), 4(4) u 6(2) tad-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 96) — Limiti fil-livell tal-ħoss li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji urbani li jinsabu fil-viċinanzi ta’ ajruport — Kunċett ta’ “restrizzjoni fuq l-operat” — Restrizzjonijiet adottati fir-rigward ta’ ajruplani li jkunu jikkonformaw bi ftit — Possibbiltà li jiġu stabbiliti tali restrizzjonijiet skont il-livell tal-ħoss imkejjel mill-art — Impatt tal-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (Konvenzjoni ta’ Chicago)
Dispożittiv
L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità għandha tiġi interpretata fis-sens li “restrizzjoni fuq l-operat” tikkostitwixxi miżura projbittiva totali jew temporanja li tipprojbixxi l-aċċess ta’ ajruplan bil-jet subsoniku ċivili għal ajruport ta’ Stat Membru tal-Unjoni. Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ambjent, li timponi limiti massimi ta’ ħoss imkejjel mill-art, li għandu jiġi rrispettat f’titjiriet fuq territorji li jinsabu qrib l-ajruport, ma tikkostitwix, bħala tali, “restrizzjoni fuq l-operat” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, sakemm, minħabba l-kuntesti ekonomiċi, tekniki u ġuridiċi relevanti, jkollhom l-istess effetti bħal projbizzjoni tal-aċċesss għall-imsemmi ajruport
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Isernia — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello
(Kawża C-163/10) (1)
(Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet - Artikolu 8 - Proċedura kriminali għar-reat ta’ kalunnja - Dikjarazzjonijiet magħmula barra mill-konfini tal-Parlament - Kunċett ta’ “opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet” - Immunità - Kundizzjonijiet)
2011/C 311/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Isernia
Parti fil-proċedura kriminali fil-kawża prinċipali
Aldo Patriciello
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Isernia — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967 152, p. 13) — Membru tal-Parlament Ewropew akkużat bir-reat ta’ kalunnja wara akkuża falza ta’ rappreżentant tal-forżi tal-ordni — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet ta’ membru tal-Parlament.
Dispożittiv
L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Ujoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li dikjarazzjoni magħmula minn membru parlamentari Ewropew barra mill-Parlament Ewropew li tat lok għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru tal-oriġini tiegħu minħabba r-reat ta’ kalunnja ma tikkostitwixxix opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari koperta bl-immunità stipulata f’din id-dispożizzjoni ħlief meta din id-dikjarazzjoni hija evalwazzjoni suġġettiva li għandha rabta diretta u ovvja mal-qadi ta’ tali dmirijiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti fil-kawża prinċipali.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 12 de Sevilla — Spanja) Francisco Javier Rosado Santana vs Consejería de Justicia y Administración Pública de la Junta de Andalucía
(Kawża C-177/10) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar xogħol għal żmien fiss - Klawżola 4 - Applikazzjoni tal-ftehim qafas fil-qasam tas-servizz pubbliku - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)
2011/C 311/15
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 12 de Sevilla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Javier Rosado Santana
Konvenuta: Consejería de Justicia y Administración Pública de la Junta de Andalucía
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 12 de Sevilla — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat 28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 1, p. 368) — Anness, klawżola 4 (prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni) — Kamp ta’ applikazzjoni — Diskriminazzjoni meqjusa ammissibbli mill-qorti kostituzzjonali — Obbligi tal-qorti nazzjonali
Dispożittiv
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, u l-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss li jinsab fl-anness tad-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, japplikaw għall-kuntratti u r-relazzjonijiet tax-xogħol għal żmien fiss konklużi mal-amministrazzjonijiet u l-entitajiet l-oħra tas-settur pubbliku u, min-naħa l-oħra, jeżiġu li jiġi eskluż kull trattament differenti bejn l-impjegati permanenti taċ-ċivil u l-impjegati temporanji taċ-ċivil komparabbli ta’ Stat Membru biss għar-raġuni li dawn tal-aħħar jaħdmu għal żmien fiss, sakemm it-trattament differenti ma jkunx iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi fis-sens tal-kalwżola 4(1) tal-imsemmi ftehim qafas. |
|
(2) |
Il-klawżola 4 tal-imsemmi ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-perijodi ta’ servizz imwettqa minn impjegat temporanju taċ-ċivil ta’ amministrazzjoni pubblika ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-aċċess ta’ dan tal-aħħar, li fil-frattemp ikun sar impjegat permanenti taċ-ċivil, għal promozzjoni interna li huma eliġibbli għaliha biss l-impjegati permanenti taċ-ċivil, sakemm din l-esklużjoni ma tkunx iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi fis-sens tal-punt 1 ta’ din il-klawżola. Il-fatt, waħdu, li l-impjegat temporanju taċ-ċivil wettaq l-imsemmija perijodi ta’ servizz abbażi ta’ kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol għal żmien fiss ma jikkostitwixxix tali raġuni oġġettiva. |
|
(3) |
Id-dritt primarju tal-Unjoni, id-Direttiva 1999/70 u l-imsemmi ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala regola, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-azzjoni miġjuba minn impjegat permanenti taċ-ċivil kontra deċiżjoni li tirrifjuta l-kandidatura tiegħu f’kompetizzjoni u bbażata fuq il-fatt li din il-proċedura kisret il-klawżola 4 tal-imsemmi ftehim qafas għandha ssir f’terminu ta’ dekadenza ta’ xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni. Madankollu, dan it-terminu ma jistax jiġi invokat kontra impjegat permanenti taċ-ċivil, kandidat f’din il-kompetizzjoni, li ġie ammess għall-eżamijiet u li ismu kien inkluż fil-lista definittiva tal-kandidati li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni jekk ikun tali li jrendi impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ftehim qafas. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-terminu ta’ xahrejn jista’ jibda jiddekorri biss mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni li tannulla l-ammissjoni tiegħu għall-imsemmija kompetizzjoni u n-nomina tiegħu bħala impjegat permanenti taċ-ċivil tal-grupp superjuri. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-220/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġis u inkonvenjenzi - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3, 5 u 6 - Nuqqas ta’ identifikazzjoni taż-żoni sensittivi - Nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ trattament iktar strett ta’ skariki f’żoni sensittivi)
2011/C 311/16
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. J. Lois, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)
Dispożittiv
|
(1) |
Billi r-Repubblika Portugiża,
hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3, 5, u 6 tad-Direttiva 91/271. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht — il-Ġermanja) — Sabine Hennigs (C-297/10) vs Eisenbahn-Bundesamt, Land Berlin (C-298/10) vs Alexander Mai
(Kawżi magħquda C-297/10 u C-298/10) (1)
(Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2(2) u 6(1) - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 21 u 28 - Ftehim kollettiv dwar il-ħlas tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-settur pubbliku ta’ Stat Membru - Remunerazzjoni ffissata skont l-età - Ftehim kollettiv li jħassar l-iffissar tar-remunerazzjoni skont l-età - Żamma tad-drittijiet miksuba)
2011/C 311/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sabine Hennigs (C-297/10), Land Berlin (C-298/10)
Konvenuti: Eisenbahn-Bundesamt (C-297/10), Alexander Mai (C-298/10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesarbeitsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010 C 83, p. 389), kif implementata bid-Direttiva tal Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Remunerazzjoni ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz pubbliku ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi salarju bażiku differenti skont l-età
Dispożittiv
|
(1) |
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età stabbilit fl Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u kkonkretizzat bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl impjieg u fix-xogħol u, b’mod iktar partikolari l-Artikoli 2 u 6(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura prevista fi ftehim kollettiv, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, f’kull grad, l-iskala ta’ remunerazzjoni bażi ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fis-settur pubbliku hija ddeterminata, meta dan jiġi impjegat, skont l-età tiegħu. F’dan ir rigward, il-fatt li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-imsemmija miżura u li din tinsab fi ftehim kollettiv ma jippreġudikax id-dritt li jiġu nnegozjati u konklużi ftehim kollettivi rrikonoxxut fl-Artikolu 28 tal Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva 2000/78 kif ukoll l-Artikolu 28 tal Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura prevista minn ftehim kollettiv, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Kawża C-297/10, milli tissostitwixxi sistema ta’ remunerazzjoni li toħloq diskriminazzjoni minħabba l-età b’sistema ta’ remunerazzjoni bbażata fuq kriterji oġġettivi, filwaqt li żżomm, għal perijodu tranżitorju u limitat fiż-żmien, uħud mill-effetti diskriminatorji tal-ewwel minn dawn is-sistemi sabiex tiżgura lill-membri tal-persunal it-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida mingħajr ma jsofru telf fid-dħul. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/13 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Craiova — Ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Claudia Norica Vijulan
(Kawża C-335/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis imħallsa waqt l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
2011/C 311/18
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu
Konvenuta: Claudia Norica Vijulan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Craiova — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati rreġistrati diġà fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali fuq il-vetturi bil-mutur matul l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru speċifiku — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Eżenzjoni temporanja għall-vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur waqt l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi ċ-ċirkolazzjoni, fl-imsmemi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr ma jiskoraġġixxu x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess antikità u tal-istess kedd u xedd fis-suq nazzjonali.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/13 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău vs Lilia Druțu
(Kawża C-438/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi)
2011/C 311/19
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău
Konvenut: Lilia Druțu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacău Secția Comercială, Contencios Administrativ și Fiscal — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li taffettwa l-vetturi meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ u reġistrazzjoni suċċessivi
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jimponi taxxa fuq it-tniġġis li taffettwa l-vetturi meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dak l-Istat Membru, jekk tali miżura fiskali titħaddem b’tali mod li tiskoraġġixxi d-dħul fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi tal-istess żmien u kundizzjoni li jkunu fis-suq nazzjonali.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Télévision française 1 SA (TF1) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Métropole télévision (M6), Canal +, Ir-Repubblika Franċiża, France Télévisions
(Kawża C-451/10 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 86(2) KE - Servizz pubbliku ta’ xandir - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Prova - Effettività ekonomika tal-impriża)
2011/C 311/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Télévision française 1 SA (TF1) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti), Métropole télévision (M6), Canal + (rappreżentanti: E. Guillaume, avukat), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), France Télévisions (rappreżentanti: J.-P. Gunther u A. Giraud, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-1 ta’ Lulju 2010, TFI u M6 vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-568/08 u T-573/08), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3506 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar il-proġett ta’ għoti mir-Repubblika Franċiża ta’ kapital ta’ EUR 150 miljun lil France Télévisions SA — Ksur tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova — Ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE — Kunċett ta’ “servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali” — Nuqqas ta’ diffikultajiet serji
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Canal + u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2011 — adp Gauselmann GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-532/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark figurattiva Archer Maclean’s Mercury - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali Merkur)
2011/C 311/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliz
Partijiet
Appellanti: adp Gauselmann GmbH (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tad-9 ta’ Settembru 2010, adp Gauselmann vs UASI (T-106/09), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “Merkur”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 28, 35, 37, 41 u 42, kontra d-deċiżjoni R 1266/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-12 ta’ Jannar 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Archer Maclean’s Mercury”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 — MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-536/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Sinjal verbali “ROI ANALYZER”)
2011/C 311/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2010 — MPDV Mikrolab vs UASI (T-233/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “ROI ANALYZER” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 35 u 42 — Karattru distintiv tat-trade mark
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat. |
|
(2) |
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Timișoara — ir-Rumanija) — Sergiu Alexandru Micșa vs Administrația Finanțelor Publice Lugoj, Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-573/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura matul l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
2011/C 311/23
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Timișoara
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sergiu Alexandru Micșa
Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice Lugoj, Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș, Administrația Fondului pentru Mediu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Timișoara — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li tolqot il-vetturi bil-mutur matul l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Validità tal-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa introdotta għal ċerti kategoriji ta’ vetturi
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis li tolqot il-vetturi bil-mutur matul l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stat Membri oħrjan, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess età u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-27 ta’ Mejju 2011 — Dansk Funktionærforbund, Serviceforbundet għal Frank Frandsen vs Cimber Air A/S
(Kawża C-266/11)
2011/C 311/24
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dansk Funktionærforbund, Serviceforbundet għal Frank Frandsen.
Konvenuta: Cimber Air A/S
Domandi preliminari
“Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-projbizzjoni fuq kull forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tipprekludi regoli nazzjonali milli tikkonferma l-validità ta’ ftehiem kollettiv bejn kumpannija tal-ajru u l-organizzazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-piloti ta’ dik il-kumpannija, li jipprovdi għall-irtirar obbligatorja mas-60 sena, meta dik id-dispożizzjoni tal-ftehim, li kienet tapplika wkoll qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill u qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġislazzjoni nazzjonali ta’ implementazzjoni, għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjoni ġenerali ta’ kapaċità ta’ prestazzjoni mnaqqsa bl-età, mingħajr evalwazzjoni speċifika tal-kapaċità ta’ prestazzjoni individwali tal-pilota, iżda b’mod li l-pilota individwali jista’ jitlob li jitħalla jkompli l-impjieg tiegħu minn sena għall-oħra wara l-approvazzjoni minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta’ min jimpjega u tal-impjegati?”
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/16 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2011 minn United States Polo Association kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ April 2011 fil-Kawża T-228/09, United States Polo Association vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) u Textiles CMG, SA
(Kawża C-327/11 P)
2011/C 311/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: United States Polo Association (rappreżentanti: P. Goldenbaum, avukat, T. Melchert u I. Rohr, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni)
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 fil-Kawża T-228/09, |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell R 08861/2008-4, |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u dawk tal-appellanti, |
|
— |
u, jekk Textiles CMG S.A. tintervjeni fil-proċeduri, tikkundanna lil Textiles CMG S.A. għall-ispejjeż tagħha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn interpretazzjoni ħażina u minn applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, (li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009) dwar it-trade mark Komunitarja (1).
Fuq il-bażi ta’ din l-interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, il-Qorti Ġenerali waslet inġustament għall-konklużjoni li l-Bord tal-Appell kien korrett meta sab li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks U.S. POLO ASSN. (apllikazzjoni kkontestata) u POLO-POLO (trade mark preċedenti).
Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx evalwazzjoni globali kompleta u korretta tal-probabbiltà ta’ konfużjoni u ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti jew applikat b’mod żbaljat il-prinċipji tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward.
L-argumenti prinċipali tal-appellanti fir-rigward tan-nuqqasijiet tal-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali jistgħu jiġu mqassra kif ġej:
|
(1) |
Il-Qorti Ġenerali applikat ħażin il-prinċipji stabbiliti fil-Kawża C-120/04 Medion [2005] Ġabra p. I-8551 dwar il-possibbiltà tar-rwol distintiv u indipenedenti ta’ element wieħed f’sinjal kompost minn diversi elementi minkejja li ma jiddominax l-impressjoni ġenerali. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ċaħdet — ġustament — li l-kelma “POLO” kienet dominanti fit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, iżda wara — inġustament — ikkonstatat funzjoni allegatament indipendenti u distintiva tal-element “POLO” minħabba l-fatt li l-elementi l-oħra “U.S.” u “ASSN.” kienu inizjali u abbrevjazzjonijiet u jifformaw nuqqas ta’ tifsira preżunt u livell ta’ distintività allegatam insuffiċjenti. Dan juri li r-rekwiżit ta’ funzjoni distintiva indipendenti ta’ element wieħed f’sinjal kompost minn diversi elementi ġie mifhum ħażin. Id-deċiżjoni fil-Kawża Medion bl-ebda mod ma tista’ tinftiehem bħala li tistabbilixxi regola ġenerali li kwalunkwe element ta’ distintività normali użat fiż-żewġ trade marks għandu jitqies bħala li għandu rwol distintiv indipendenti f’sinjal kompost minn diversi elementi. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni li skont il-Kawża Medion hemm relazzjoni ta’ regola u eċċezzjoni, fejn il-każ normali huwa dak fejn il-konsumatur medju jipperċepixxi trade mark bħala ħaġa waħda bil-possibbiltà li l-impressjoni ġenerali tista’ tkun iddominata minn komponent wieħed jew iktar tas-sinjal kompost minn diversi elementi u fejn l-eċċezzjoni hija li jekk element ma huwiex dominanti fl-impressjoni ġenerali, huwa biss f’każijiet eċċezzjonali li jista’ jkollu rwol distintiv indipendenti. Il-Qorti Ġenerali ma ppreżentatx raġunijiet għal tali każ eċċezzjonali. |
|
(2) |
Il-Qorti Ġenerali tat valur esklużiv u deċiżiv lill-fatt li ż-żewġ sinjali kunfliġġenti għandhom it-tnejn l-element “POLO” mingħajr ma applikat b’mod korrett il-prinċipji tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Kawża C-251/95 SABEL (Ġabra p. I-6191). Ma osservatx il-prinċipju li l-pubbliku ġenerali jipperċepixxi it-trade mark bħala ħaġa waħda u ma janalizzax id-dettalji verji tagħha iżda — fir-rigward tat-trade mark preċedenti — ħadet komponent wieħed u pparagunatu mat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni. B’mod partikolari, hija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ iċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti, billi injorat id-differenzi bejn is-sinjali kunfliġġenti, b’mod partikolari, ir-repetizzjoni tal-element “POLO” fit-trade mark preċedenti. L-element singolu “POLO” la jiddomina it-trade mark preċedenti “POLO-POLO” u lanqas ma għandu rwol distintiv indipendenti fis-sinjal kompost minn diversi elementi, u l-Qorti Ġenerali lanqas biss ma allegat tali funzjoni hawn. Barra minn hekk, it-trade mark preċedenti “POLO-POLO” evalwata fl-intier tagħha ma għandhiex tifsira fl-ebda lingwa tal-Komunità. Għaldaqstant, ma jista’ jsir l-ebda paragun kunċettwali. |
|
(3) |
Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-prinċipju li jipprovdi li huwa biss jekk il-komponenti l-oħra kollha tat-trade mark huma negliġibbli li l-evalwazzjoni tax-xebh tista’ ssir biss fuq il-bażi ta’ element wieħed. |
|
(4) |
L-argumenti tal-Qorti Ġenerali hija kontradittorja u inkonsistenti fil-punti li ġejjin: Minn naħa, il-Qorti Ġenerali sabet li l-elementi “U.S” u “ASSN.” ma kellhomx tifsira bħala tali. Min-naħa l-oħra, hija nnotat li “U.S.” tista’ tiġi pperċepita mill-pubbliku rilevanti bħala li tirreferi għall-oriġini ġeografika. Barra minn hekk, anki jekk wieħed iqis li uħud mill-konsumaturi ma jifhmux l-abbrevjazzjoni “ASSN.”, il-konumaturi ma jkollhomx raġuni sabiex jinjorawaha iżda — skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kawża MATRA TZEN — ikollhom raġuni ikbar iqisuha bħala element distintiv. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Alexandra Schulz vs Technische Werke Schussental GmbH u Co.KG
(Kawża C-359/11)
2011/C 311/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alexandra Schulz
Konvenuta: Technische Werke Schussental GmbH u Co.KG
Domandi preliminari
L-Artikolu 3(3) moqri flimkien mal-punti (b) u/jew (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tirrigwarda r-reviżjoni tal-prezzijiet f’kuntratti ta’ provvista ta’ gass naturali konklużi ma’ klijenti domestiċi, li jirċievu l-provvisti fl-ambitu tal-obbligu ġenerali ta’ provvista (klijenti suġġetti għal tariffa standard), tissodisfa r-rekwiżiti marbuta mal-grad neċessarju ta’ trasparenza jekk, għalkemm ir-raġuni, ir-rekwiżiti u l-portata ta’ reviżjoni ma jirriżultawx fiha, il-klijenti jkunu madankollu żgurati li l-impriża tad-distribuzzjoni tal-gass tinformahom minn qabel, permezz ta’ preavviż raġonevoli, b’kull żieda fil-prezz, u dawn ikunu liberi li jirrexxindu l-kuntratt fil-każ li ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet ġodda nnotifikati lilhom?
(1) ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Dusseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2011 — Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co KG vs Kreis Düren
(Kawża C-386/11)
2011/C 311/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co KG
Konvenut: Kreis Düren
Parti oħra fil-proċedura: Stadt Düren
Domanda preliminari
Għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala “kuntratt pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), kuntratt bejn żewġ awtoritajiet lokali li permezz tiegħu waħda minnhom tittrasferixxi lill-awtorità l-oħra, kompetenza limitata ħafna inkambju għar-rimbors tal-ispejjeż, partikolarment meta l-kompitu ttrasferit ma jirrigwardax attività ta’ awtorità pubblika bħala tali, iżda jirrigwarda biss ftehim anċillari?
(1) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud fit-22 ta’ Lulju 2011 — CS AGRO Ronov s.r.o. vs Ministerstvo zemědělství
(Kawża C-390/11)
2011/C 311/28
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CS AGRO Ronov s.r.o.
Konvenut: Ministerstvo zemědělství
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li, impenn tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota lill-impriżi li magħhom huwa kkonkluda kuntratt ta’ kunsinna matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, ifisser dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur li tipprovdi li huwa ma huwiex ser iforni pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, jew ifisser xoljiment bil-miktub tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-produttur u l-impriża taz-zokkor li tikkonċerna l-kunsinna ta’ pitravi taz-zokkor għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmja? |
|
(2) |
Il-fatt li parti fil-kuntratt tuża approċċ stabbilit minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea direttament applikabbli jista’ jkollu bħala konsegwenza n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-impenn ta’ din il-parti, ibbażat fuq kuntratt validu konkluż bejn suġġetti għal dritt privat, jekk dan il-fatt iwassal sabiex il-parti l-oħra fil-kuntratt tingħata fondi mill-baġit tal-Istat? |
(1) ĠU L 335M, p. 29.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Lulju 2011 — BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH vs Finanzamt Lüdenscheid
(Kawża C-395/11)
2011/C 311/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH
Konvenut: Finanzamt Lüdenscheid
Domandi preliminari
|
(1) |
Apparti s-servizzi, il-kunċett ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni, kif mifhum fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2004/290/KE (1), jinkludi wkoll il-provvisti ta’ beni? |
|
(2) |
Fil-każ li l-awtorizzazzjoni li d-destinatarju tal-operazzjoni jitqies taxxabbli tkopri wkoll il-provvisti: L-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni jista’ jeżerċita l-awtorizzazzjoni biss b’mod parzjali għal ċerti kategoriji (bħalma huma d-diversi tipi ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni) u għall-operazzjonijiet ipprovduti lil ċerti destinatarji? |
|
(3) |
Fil-każ li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi kategoriji: l-Istat Membru huwa suġġett għal restrizzjonijiet meta jistabbilixxi dawn il-kategoriji? |
|
(4) |
Fil-każ li l-Istat Membru ma jistax jistabbilixxi kategoriji, b’mod ġenerali (domanda 2) jew minħabba r-restrizzjonijiet li ma jkunx osserva (domanda 3):
|
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 94, p. 59).
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2011 — Josef Egbringhoff vs Stadtwerke Ahaus GmbH
(Kawża C-400/11)
2011/C 311/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Josef Egbringhoff
Konvenuta: Stadtwerke Ahaus GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(5) flimkien mal-paragrafi b u/jew ċ tal-Anness A tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar bidliet fil-prezzijiet fil-kuntratti tal-provvista tal-elettriku magħmula ma’ klijenti residenzjali li huma fornuti bħala parti mill-obbligu ġenerali ta’ provvista (klijent bit-tariffi standard) tissodisfa r-rekwiżiti ta’ trasparenza jekk ma tippreċiżax il-motivi, il-kundizzjonijiet u l-importanza ta’ bidla eventwali fil-prezzijiet, iżda li fi kwalunkwe każ tiggarantixxi li l-fornitur tal-elettriku javża lill-klijenti tiegħu bi kwalunkwe żieda fil-prezz fi żmien xieraq u li dawn tal-aħħar jingħataw id-dritt li jtemmu l-kuntratt permezz ta’ xoljiment, jekk ma jkunux jixtiequ jaċċettaw il-bdil fil-kundizzjonijiet li jkunu ġew ikkomunikati lilhom?
(1) Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id Direttiva 96/92/KE (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211).
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-28 ta’ Lulju 2011 — Blanka Soukupová vs Ministerstvo zemědělství
(Kawża C-401/11)
2011/C 311/31
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Blanka Soukupová.
Konvenut: Ministerstvo zemědělství.
Domandi preliminari
|
(1) |
Nistgħu ninterpretaw il-kunċett ta’ “eta’ ta’ irtirar”, imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (1), bħala “l-età neċessarja sabiex jinkiseb id-dritt għall-pensjoni tax-xjuħija” tal-applikant konkret skont id-dritt nazzjonali? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-fatt li “l-eta’ ta’ irtirar” fil-mument tat-trasferiment tal-attività agrikola, tiġi ddeterminata b’mod differenti għall-applikanti individwali skont is-sess tagħhom u n-numru tat-tfal li rabbew, huwa konformi mad-dritt u mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea? |
|
(3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-kriterji li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “eta’ ta’ irtirar” fil-mument tat-trasferiment tal-attività agrikola skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti? |
(1) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/19 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-1/08, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-405/11 P)
2011/C 311/32
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik u T. Maxian Rusche)
Partijiet oħra fil-proċedura: Buczek Automotive Sp. z o.o., Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 Mejju 2011 fil-Kawża T-1/08, Buczek Automotive Sp. z o.o. vs Il-Kummissjoni, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tieħu deċiżjoni finali dwar il-kawża fir-rigward tal-punti li huma s-suġġett ta’ dan l-appell; |
|
— |
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-motivi l-oħra li tqajmu fil-proċeduri fl-ewwel istanza; |
|
— |
tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji, jiġifieri ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, u ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE flimkien mal-Artikolu 296 TFUE u tal-Protokoll Nru 8 tal-Att tal-2004 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka (1) (iktar ’il quddiem il-“Protokoll Nru 8”).
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE, billi applikat l-istandard legali żbaljat fl-evalwazzjoni tal-kriterju dwar il-kreditur privat applikat mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kienet meħtieġa tagħmel kalkoli addizzjonali tal-benefiċċji tal-metodi differenti ta‘ eżekuzzjoni u li kellha tipparaguna t-tul tal-metodi diversi ta’ rkupru ta’ dejn pubbliku. Il-Kummissjoni ssostni li ma hijiex marbuta twettaq kalkoli dettaljati, iżda li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi li kreditur privat kien jieħu inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni tagħha.
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn bil-għan li tiċħad l-argument tal-imġiba ta’ kreditur privat, hija inġustament imponiet l-oneru tal-prova fuq il-Kummissjoni sabiex tissottometti provi addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tad-dewmien tat-tul tal-metodi differenti jew fuq il-paragun tal-ammonti li jirriżultaw mit-tipi differenti ta’ proċeduri ta’ rkupru effettiv ta’ dejn jew tal-istadji differenti tagħhom.
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE flimkien mal-Artikolu 296 TFUE u l-Protokoll Nru 8, billi b’mod żbaljat ikkunsidrat li l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligu tagħha li tindika l-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna fuq il-kummerċ bejn Stati Membri taffettwa, tikkawża jew thedded li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Qorti Ġenerali b’ebda mod ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li fid-dritt primarju, jiġifieri l-Protokoll Nru 8, li jikkostitwixxi l-bażi legali tad-deċiżjoni, wieħed kellu jassumi li l-għajnuna tikkawża jew thedded li tikkawża distorsjoni, u għal dan il-għan ġustifikazzjoni addizzjonali tal-kundizzjonijiet dwar il-kummerċ u kompetizzjoni fid-deċizjoni kienet tkun superfluwa.
(1) Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea — Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka (ĠU 2003, L 236, p. 948).
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/20 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 minn Atlas Transport GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-145/08 — Atlas Transport GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); il-parti l-oħra: Atlas Air Inc.
(Kawża C-406/11 P)
2011/C 311/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Atlas Transport GmbH (rappreżentant: K. Schmidt-Hern, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Atlas Air Inc.
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannnulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fil-Kawża T-145/08, tas-16 ta’ Mejju 2011, |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1), |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Bid-deċiżjoni kkontestata, l-UASI u l-Qorti Ġenerali kisru t-tielet sentenza tal-Artikolu 59 tar-Regolament Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja, li jirregola l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-appell. Bid-deċiżjoni kkontestata, l-UASI u l-Qorti Ġenerali kisru wkoll l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 40/94 kif ukoll ir-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/96, li jimplimenta r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, applikata b’analoġija, kif ukoll prinċipji rikonoxxuti mid-dritt tal-Istati Membri. Kien imperattiv li l-proċedimenti quddiem l-UASI jiġu sospiżi, billi t-terminu għall-preżentata tal-appell kien għadu ma ntemmx.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Münster (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Thomas Karl-Heinz Kerkhoff
(Kawża C-408/11)
2011/C 311/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Thomas Karl-Heinz Kerkhoff
Staatsanwaltschaft Münster
Domanda preliminari
L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi b’mod permanenti liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil sewwieq li l-liċenza tas-sewqan tiegħu kienet diġà ġiet irtirata fl-ewwel Stat Membru meta ma kien impost ebda perijodu ta’ projbizzjoni distint fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida jew meta l-perijodu ta’ projbizzjoni impost kien sadanittant skada?
(1) Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 403, p.18).
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/21 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2011 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla Estiża) tat-8 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-86/11, Bamba vs Il-Kunsill
(Kawża C-417/11 P)
2011/C 311/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, B. Driessen u E. Dumitriu-Segnana, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Nadiany Bamba, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla Estiża) tat-8 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-86/11, Bamba vs Il-Kunsill; |
|
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċħad ir-rikors ta’ Nadiany Bamba bħala infondat; u |
|
— |
tikkundanna lil Nadiany Bamba għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest tal-ewwel istanza u tal-appell preżenti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kunsill jinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tiegħu.
Prinċipalment, l-appellant isostni li l-motivazzjoni pprovduta fl-atti kkontestati tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE u, konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-atti kkontestati huma vvizzjati min-nuqqas ta’ motivazzjoni. Il-Kunsill effettivament ipprovda, fil-premessi tal-atti kkontestati, deskrizzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni partikolarment gravi fil-Côte d’Ivoire, li tiġġustifika l-miżuri adottati kontra ċerti persuni u entitajiet. Barra minn hekk il-Kunsill indika b’mod ċar ir-raġunijiet li għalihom huwa jikkunsidra li Nadiany Bamba għandha tkun is-suġġett tal-miżuri restrittivi inkwistjoni.
Sussidjarjament, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta injorat, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-kuntest, magħruf sewwa minn Nadiany Bamba, li fih ġew adottati l-atti kkontestati.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud de Prague (ir-Repubblika Ċeka) fl-10 ta’ Awwissu 2011 — Česká spořitelna a.s. vs Gerald Feichter
(Kawża C-419/11)
2011/C 311/36
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Městský soud de Prague
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Česká spořitelna a.s.
Konvenut: Gerald Feichter
Domandi preliminari
|
(1) |
L-espressjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ’l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu”, użata fl-Artikolu 15(1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), tista’ tiġi interpretat fis-sens li tinkludi wkoll id-drittijiet li jirriżultaw mill-promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut, li l-benefiċċjarju jinvoka kontra dak li jagħti l-aval għan-nom ta’ min ħareġ il-promissory note? |
|
(2) |
Minkejja r-risposta għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ materji kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, b’kunsiderazzjoni esklużiva tal-kontenut tal-promissory note bħala tali, hija tinkludi wkoll id-drittijiet li jirriżultaw mill-promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut, li l-benefiċċjarju juża kontra dak li jagħti l-aval għan-nom ta’ min ħareġ il-promissory note? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4 p. 42
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/21 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2011 mill-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-226/10 — Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-422/11 P)
2011/C 311/37
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellant: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (rappreżentanti: D. Dziedzic-Chojnacka u D. Pawłowska)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi eżaminata mill-ġdid; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikors ġie miċħud minħabba r-relazzjoni ta’ xogħol tal-avukati (radcowie prawni) li rrappreżentaw lill-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (President tal-uffiċċju tal-komunikazzjonijiet elettroniċi) ma’ dan tal-aħħar, liema relazzjoni, fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, kienet tipprekludi l-possibbiltà li r-rikorrent jiġi rrappreżentat minnhom.
Fir-rigward tad-digriet appellat, il-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej jinvoka dawn l-aggravji:
|
|
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet ksur tat-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, mas-sitt paragrafu tal-Artikolu 254 tat-Trattat FUE, u mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (iktar ’il quddiem, ir-“Regoli tal-Proċedura”), peress li interpretat l-ewwel dispożizzjoni b’mod żbaljat u konsegwentement qieset li ma tapplikax għall-avukati li jkunu jinsabu f’kuntratt ta’ xogħol ma’ waħda mill-partijiet fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
|
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 67 tat-Trattat FUE, flimkien mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura peress li ma osservatx is-sistema legali u t-tradizzjoni normattiva differenti ta’ Stat Membru u ċaħdet ir-rikors meta assumiet li l-avukati li jkunu jinsabu f’relazzjoni ta’ xogħol għandhom grad inqas ta’ indipendenza meta pparagunati ma’ avukati li jeżerċitaw l-attività tagħhom f’uffiċċju indipendenti. |
|
|
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet ksur tal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 5 tat-Trattat UE, flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tat-Trattat UE, u mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura peress li qieset li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat jawtorizzaw differenza fir-rigward tal-portata tad-drittijiet tal-avukati fil-qasam tar-rappreżentanza quddiem il-Qorti Ġenerali, minkejja li tali differenza ma hijiex prevista fid-dritt ta’ Stat Membru, filwaqt li, fit-Trattati, ma ġiet attribwita ebda kompetenza f’dan il-qasam lill-Unjoni. |
|
|
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 5 TUE flimkien mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura, peress li kkonstatat li l-fatt li l-avukati li jkunu jinsabu f’relazzjoni ta’ xogħol ma jistgħux jirrappreżentaw parti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali huwa neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet tat-Trattati. |
|
|
Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali wettqet ksur proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/22 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2011 mir-Repubblika tal-Polonja kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħti fit-23 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-226/10, Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-423/11 P)
2011/C 311/38
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellant: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Europea, Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Talbiet tal-appellant
Ir-Repubblika tal-Polonja titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħti fit-23 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-226/10. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors minħabba li l-konsulenti legali li rrappreżentaw lill-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (president tal-uffiċċju tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, iktar ’il quddiem il-“president tal-UKE”, u “UKE” għall-uffiċċju hawn fuq imsemmi) kienu marbuta mal-UKE b’relazzjoni ta’ impjieg li teskludi l-possibbiltà li dawn jirrapreżentaw lir-rikorrent fl-ewwel istanza f’kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja jressaq kontra d-digriet appellat l-aggravji li ġejjin:
|
|
Fl-ewwel lok, hija tilmenta li d-digriet jikser it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikoli 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inkwantu dan l-artikolu ġie interpretat b’mod żbaljat. Id-dispożizzjonijet tad-dritt tal-Unjoni ma jarmonizzawx il-forom ammissibbli għall-għoti ta’ servizzi legali. Bl-istess mod, l-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jintroduċi ebda limitazzjoni f’dan ir-rigward, u jirreferi direttament għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali. Skont il-Gvern Pollakk, l-Artikolu 19 ma jistax iservi ta’ bażi sabiex iċaħħad mid-dritt ta’ rappreżentazzjoni tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod arbitrarju u ġenerali, lill-konsulenti legali li jipprovdu assistenza legali skont kuntratt ta’ xogħol, ladarba d-dispożizzjonijiet tad-dritt Pollakk jiggarantixxu l-indipendenza sħiħa tagħhom. |
|
|
Fit-tieni lok, hija tilmenta li d-digriet jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 5(4) TUE. Il-Gvern Pollakk iqis li l-fatt li l-konsulenti legali li jipprovdu assistenza legali lill-partijiet fil-kawża skont kuntratt ta’ xogħol jiġu preklużi mis-setgħa ta’ rappreżentanza tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-garanzija tal-indipendenza ta’ dawn il-konsulenti. Jeżistu miżuri materjali u formali inqas restrittivi li jippermettu li jintlaħaq l-istess għan, b’mod partikolari leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw ir-regoli tal-prattika tal-professjoni u r-regoli ta’ konformità. |
|
|
Fit-tielet lok, hija tilmenta li d-digriet jikser ir-regoli proċedurali peress li dan ma huwiex suffiċjentement motivat. Il-Gvern Pollakk iqis li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx suffiċjentement skont il-liġi d-digriet mogħti fil-Kawża T-226/10, billi naqset b’mod partikolari milli tirreferi għar-rabta ġuridika stabbilita bejn il-konsulenti legali u l-president tal-UKE. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fil-11 ta’ Awwissu 2011 — Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd, National Association of Pension Funds Ltd, Ford Pension Fund Trustees Ltd, Ford Salaried Pension Fund Trustees Ltd, Ford Pension Scheme for Senior Staff Trustee Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-424/11)
2011/C 311/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd, National Association of Pension Funds Ltd, Ford Pension Fund Trustees Ltd, Ford Salaried Pension Fund Trustees Ltd, Ford Pension Scheme for Senior Staff Trustee Ltd
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-kliem “fondi ta’ investiment” li jinsab fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 (2) għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi (i) skema ta’ pensjoni ta’ rtirar stabbilita minn persuna li tħaddem sabiex toffri lill-impjegati tagħha benefiċċji ta’ pensjoni u/jew (ii) fond komuni ta’ investiment li fi ħdanu jinġabar l-attiv ta’ diversi skemi ta’ pensjoni għall-finijiet ta’ investimenti meta, fil-kuntest tal-iskemi ta’ pensjoni inkwistjoni:
|
|
(2) |
Fid-dawl (i) tal-għanijiet tal-eżenzjoni previsti taħt l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, (ii) tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u (iii) taċ-ċirkostanzi deskritti fil-kuntest tal-ewwel domanda preliminari:
|
|
(3) |
Jekk, fil-kuntest tat-tweġiba għad-domanda 2b(ii), hemm lok li jiġi evalwat sa fejn il-fond huwa “simili u għalhekk jikkompeti ma’” mezzi ta’ investiment li diġà ġew ikkunsidrati mill-Istat Membru bħala fond speċjali ta’ investiment, l-eżistenza jew il-livell ta’ “kompetizzjoni” bejn il-fond inkwistjoni u tali mezzi oħra ta’ investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala kwistjoni separata minn dik ta’ xebh? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)
(2) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fit-12 ta’ Awwissu 2011 — Mark Alemo-Herron et vs Parkwood Leisure Ltd
(Kawża C-426/11)
2011/C 311/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mark Alemo-Herron, Sandra Tipping, Christopher Anderson, Stacey Aris, Audrey Beckford, Lee Bennett, Delroy Carby, Vishnu Chetty, Deborah Cimitan, Victoria Clifton, Claudette Cummings, David Curtis, Stephen Flin, Patience Ijelekhai, Rosemarie Lee, Roxanne Lee, Vivian Ling, Michelle Nicholas, Lansdail Nugent, Anne O’Connor, Shirley Page, Alan Peel, Mathew Pennington, Laura Steward
Konvenuta: Parkwood Leisure Ltd
Domandi preliminari
|
(1) |
Meta, bħal fil-kawża preżenti, impjegat għandu dritt kuntrattwali, infurzabbli kontra ċ-ċedent, sabiex jibbenefika minn kundizzjonijiet li huma nnegozzjati u miftehma perijodikament minn korp terz ta’ negozjar kollettiv u dan id-dritt huwa rrikonoxxut taħt id-dritt nazzjonali bħala ta’ natura pjuttost dinamika iktar milli statika, bejn l-impjegat u l-persuna li tħaddem li hija ċ-ċedent, l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1) tat-12 ta’ Marzu 2001, moqri fid-dawl tas-sentenza Werhof tal-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
(2) |
Meta Stat membru wettaq l-obbligu tiegħu li jittrasponi, fid-dritt nazzjonali teigħu, r-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/23, iżda jqajjem il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri ta’ traspożizzjoni għandhomx jinftiehmu bħala jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti favur l-impjegati protetti, billi jingħataw drittijiet kuntrattwali ta’ natura dinamika kontra ċ-ċessjonarju, jista’ jitqies li l-qrati tal-Istati Membri huma liberi li japplikaw id-dritt nazzjonali għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tar-regoli li jiżguraw it-traspożizzjoni mingħajr, ovvjament, ma tali interpretazzjoni tmur kontra d-dritt Komunitarju, jew għandu jiġi adottat approċċ ieħor rigward l-interpretazzjoni, u fil-każ ta’ risposta pożittiva, liema approċċ? |
|
(3) |
F’dan il-każ, peress li ma huwiex allegat, mill-persuna li tħaddem, li jekk jiġi rikonoxxut lill-impjegati dritt ta’ natura dinamika abbażi tad-dritt nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet miftehma mill-ftehim kollettivi jirriżulta fi ksur tad-drittijiet ta’din il-persuna li taddem fir-rigward tal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-qorti nazzjonali hija libera li tapplika l-interpretazzjoni tat-TUPE invokata mill-impjegati? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-16 ta’ Awwissu 2011 — Margaret Kenny et. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána
(Kawża C-427/11)
2011/C 311/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Margaret Kenny, Patricia Quinn, Nuala Condon, Eileen Norton, Ursula Ennis, Loretta Barrett, Joan Healy, Kathleen Coyne, Sharon Fitzpatrick, Breda Fitzpatrick, Sandra Hennelly, Marian Troy, Antoinette Fitzpatrick, Helena Gatley
Konvenuti: Minister for Justice, Equality and Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána
Domandi preliminari
|
(1) |
F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, bi ksur tal-Artikolu 141 (li issa sar l-Artikolu 157 TFUE) u tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE (1), sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi:
|
|
(2) |
F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi ġustifikazzjoni fir-rigward:
|
|
(3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda 2(b) tkun fl-affermattiv, il-ġustifikazzjoni oġġettiva xorta tkun stabbilita minkejja li tali ġustifikazzjoni ma tkunx tapplika għall-ħaddiema magħżula li jissostitwixxu? |
|
(4) |
Il-Labour Court wettqet żball, skont id-dritt Komunitarju, meta aċċettat li setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-“interessi ta’ relazzjonijiet industrijali tajba” fid-determinazzjoni jekk min iħaddem jistax jiġġustifika b’mod oġġettiv id-differenza fil-paga? |
|
(5) |
F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, tista’ tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva abbażi tat-tħassib min-naħa tal-konvenut fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali? Tali tħassib għandu jkollu xi rilevanza fir-rigward ta’ evalwazzjoni ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva? |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-10 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 179)
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) fis-16 ta’ Awwissu 2011 — Purely Creative Ltd et vs Office of Fair Trading
(Kawża C-428/11)
2011/C 311/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Purely Creative Ltd, Strike Lucky Games Ltd, Winners Club Ltd, McIntyre & Dodd Marketing Ltd, Dodd Marketing Ltd, Adrian Williams, Wendy Ruck, Catherine Cummings, Peter Henry
Konvenut: Office of Fair Trading
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-prattika pprojbita msemmija fil-paragrafu 31 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2005/29/KE (1) tipprojbixxi lil kummerċjanti milli jinformaw lil konsumaturi li rebħu premju jew xi benefiċċju ekwivalenti meta fil-fatt il-konsumatur huwa mistieden li jidħol fi spejjeż, li jinkludu spiża de minimis, sabiex wieħed jitlob il-premju jew benefiċċju ekwivalenti? |
|
(2) |
Jekk il-kummerċjant joffri lil konsumatur varjetà ta’ modi kif jitlob il-premju jew benefiċċju ekwivalenti, il-paragrafu 31 tal-Anness 1 ikun inkiser jekk it-teħid ta’ kwalunkwe azzjoni fir-rigward ta’ xi waħda mill-metodi sabiex jiġu mitluba l-premji tkun suġġetta għall-fatt li l-konsumatur ikollu jħallas spiża, li tinkludi spiża de minimis? |
|
(3) |
Jekk il-paragrafu 31 tal-Anness 1 ma jkunx inkiser fejn il-metodu sabiex jintalab premju jinvolvi li l-konsumatur ikollu jħallas spejjeż de minimis biss, il-qorti nazzjonali kif għandha tiddeċiedi jekk tali spejjeż humiex de minimis? B’mod partikolari, tali spejjeż għandhom ikunu totalment neċessarji:
|
|
(4) |
L-użu tal-kliem ‘impressjoni falza’ fil-paragrafu 31 jimponi xi ħtieġa addizzjonali għar-rekwiżit li l-konsumatur iħallas flus jew jinkorri spiża sabiex jitlob il-premju, sabiex il-qorti nazzjonali tistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 31 inkisru? |
|
(5) |
Jekk iva, il-qorti nazzjonali kif sejra tistabbilixxi jekk ingħatatx tali ‘impressjoni falza’? B’mod partikolari, il-qorti nazzjonali hija meħtieġa li tikkunsidra l-valur relattiv tal-premju kif ikkomparat mal-ispiża sabiex dan jintalab meta jiġi deċiż jekk ingħatatx ‘impressjoni falza’? Jekk iva, dak il-‘valur relattiv’ għandu jiġi evalwat b’riferiment għall-:
|
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) ĠU L 149, p. 22
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/26 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2011 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-431/11)
2011/C 311/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell, aġent, T. de la Mare, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2011 (1) dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE; |
|
— |
tillimita l-effetti ratione temporis ta’ din id-deċiżjoni sa meta l-Kunsill jadotta deċiżjoni ġdida, abbażi tal-Artikolu 79(2)(b) TFUE, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Renju Unit jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 264 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/407/UE, tas-6 ta’ Ġunju 2011, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni”).
Ir-Renju Unit jixtieq jikseb:
|
(a) |
l-annullament tad-deċiżjoni: |
|
(b) |
meta d-deċiżjoni tiġi annullata, li d-dispożizzjonijiet tagħha jibqgħu fis-seħħ sa meta l-Kunsill jadotta deċiżjoni legali, abbażi tal-Artikolu 79(2)(b) TFUE, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE; u |
|
(c) |
il-kundanna tal-Kunsill għall-ispejjeż. |
Id-deċiżjoni, adottata fuq il-bażi legali sostantiva tal-Artikolu 48 TFUE, iddeterminat il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE.
Ir-Renju Unit isostni li l-Kunsill wettaq żball meta adotta d-deċiżjoni billi uża l-Artikolu 48 TFUE bħala bażi legali sostantiva. Il-Kunsill kien messu, minflok, ibbaża tali deċiżjoni fuq l-Artikolu 79(2)(b) TFUE, li jikkostitwixxi l-bażi legali adatta għall-adozzjoni ta’ pożizzjoni komuni bl-għan li jiġu konklużi ftehim internazzjonali li l-effetti tagħhom fl-Unjoni jikkonsistu fl-estensjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà soċjali. L-Artikolu 48 TFUE jagħti biss il-kompetenza li tiġi provduta leġiżlazzjoni fil-konfront ta’ ħaddiema, imjegati jew li jaħdmu għal rashom, li huma ċittadini tal-Istati Membri. Permezz tal-formulazzjoni espressa tiegħu, l-Artikolu 79(2)(b) jagħti l-kompetenza li jingħataw drittijiet lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Unjoni.
Skont il-Protokoll Nru 21, il-miżuri adottati taħt jew skont il-bażijiet legali kollha tat-Titolu V, inkluż l-Artikolu 79(2)(b) TFUE, ma japplikawx għar-Renju Unit ħlief jekk huwa ma jkunx għażel dan.
Konsegwentement, ir-Renju Unit jitlob l-annullament tad-deċiżjoni minħabba li ġiet adottata fuq bażi legali żbaljata, u dan jimplika li huwa ġie mċaħħad mid-drittijiet tiegħu mogħtija mill-Protokoll Nru 21.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/407/UE, tas-6 ta’ Ġunju 2011, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE, ĠU L 182, p. 12.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Novartis AG vs Actavis UK Ltd
(Kawża C-442/11)
2011/C 311/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Novartis AG
Konvenuta: Actavis UK Ltd
Domandi preliminari
Fejn ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari jingħata lil prodott kif iddefinit mir-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) għal ingredjent attiv, id-drittijiet mogħtija minn dan iċ-ċertifikat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament fir-rigward tas-suġġett tal-protezzjoni kif ddefinit mill-Artikolu 4 tar-Regolament huma miksura:
|
(i) |
minn prodott mediċinali li jkun fih dak l-ingredjent attiv (f’dan il-każ valsartan) b’kombinazzjoni ma’ wieħed jew aktar ingredjenti attivi oħra (f’dan il-każ hydrochlorothiazide); jew |
|
(ii) |
biss minn prodott mediċinali li jkun fih dak l-ingredjent attiv (f’dan il-każ valsartan) bħala l-uniku ingredjent attiv? |
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1)
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/27 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-16 ta’ Ġunju 2011, fil-Kawża T-196/06, Edison vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-446/11 P)
2011/C 311/45
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)
Parti oħra fil-kawża: Edison SpA
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, innotifikata lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Ġunju 2011; |
|
— |
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex isir eżami mill-ġdid; |
|
— |
tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż sostnuti fiż-żewġ istanzi; |
|
— |
f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tista’ tagħti deċiżjoni fuq il-mertu, tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u tikkundnna lil Edison SpA għall-ispejjeż sostnuni fiż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
|
(i) |
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 253 KE, flimkien mal-Artikolu 81 KE, billi ddeterminat b’mod żbaljat is-suġġett u l-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għal ksur tal-Artikolu 81 KE lill-kumpannija li hija proprejtarja 100 % tal-kapital tal-kumpannija li tipparteċipa direttament fil-ksur, li hija attribuzzjoni bbażata fuq preżunzjoni li għandha tiġi kkonfutata b’mod adegwat. B’mod partikolari, il-Qorti Generali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kuntest u r-regoli ġuridici li jirregolaw dan il-qasam, jiġifieri l-oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-appellanti. B’mod żbaljat, hija imponiet fuq il-Kummissjoni obbligu ta’ motivazzjoni fid-dawl ta’ argumenti “mhux nieqsa minn sinjifikat”, mingħajr ma eżiġiet, kif kellha tagħmel, li tali argumenti kellhom ikunu xierqa sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpannija li għandha kontroll. |
|
(ii) |
Sussidjarjament, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 230 u 253 KE billi waslet għall-konklużjoni li d-deċiżjoni ma tinkludix motivazzjoni suffiċjenti. Minn naħa waħda, hija wettqet żball ta’ liġi fil-qari tad-deċiżjoni kkontestata, billi naqset milli teżamina numru ta’ paragrafi rilevanti. Min-naħa l-oħra, hija kkonfondiet kwistjonijiet ta’ fatt u kwistjonijiet fuq il-mertu meta rrifjutata li tikkunsidra spjegazzjonijiet ipprovduti fid-deċiżjoni appellata, kemm peress li ddeċidiet li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, u kemm peress li ddikjarat li tali spjegazzjonijiet ma kinux konvinċenti. |
|
(iii) |
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 230 u 253 KE flimkien mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni relatati mad-dritt tad-difiża u mal-prinċipju tal-kontradittorju quddiem il-qrati tal-Unjoni. Fil-fatt, hija ddikjarat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ma setgħetx tipprevalixxi ruħha minn argumenti li ma ssemmewx fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew li ma ġewx invokati fid-deċiżjoni sabiex jirribattu l-argumenti tar-rikorrenti intiżi sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpannija li għandha kontroll. Dan jgħodd b’mod partikolari, bħal f’dan il-każ, fir-rigward ta’ dokumenti invokati mir-rikorrenti, jew li hija kellha konoxxenza tagħhom u ma setgħetx tinjora r-riskju li l-Kummissjoni teħodhom inkunsiderazzjoni bħala prova kontra tagħha, jew meta mid-dokumenti fil-kawża hija setgħet b’mod ragjonevoli tiddeduċi l-konklużjonijiet li l-Kummissjoni kienet sejra tasal għalihom. |
|
(iv) |
Il-Qorti Ġenerali kisret id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 230, 231 u 253 KE, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li kellha tannualla d-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni anki meta s-soluzzjoni pprovduta minnha kienet korretta fil-mertu. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/28 |
Appell ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2011 minn Caffaro Srl taħt amministrazzjoni straordinarja (li kienet Caffaro Srl) kontra s-senenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, fil-Kawża T-192/06, Caffaro vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-447/11 P)
2011/C 311/46
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Caffaro Srl, taħt amministrazzjoni straordinarja (li kienet Caffaro Srl) (rappreżentanti: A. Santa Maria, B. Biscaretti di Cuffia u E. Gambaro, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza u, għaldaqastant, tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, sa fejn timponi fuq Caffaro S.r.l., flimkien u in solidum ma’ SNIA S.p.A., multa ta’ EUR 1 078 miljun jew, sussidjarjament, |
|
— |
tannulla s-sentenza u, konsegwentement, id-deċiżjoni sa fejn tikkonċerna l-partijiet li jirrigwardaw l-aggravji ta’ dan l-appell li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tqis fondati; |
|
— |
sussidjarjament, tiddetermina mill-ġdid, billi tnaqqasha għal ammont simboliku jew billi tnaqqasha sostanzjalment, il-multa imposta fuq l-appellanti, fid-dawl tal-aggravji u tal-punti ta’ fatt invokati f’dan l-appell; |
|
— |
iktar sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni ġdida skont indikazzjonijiet u kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tipprovdi f’dawn il-proċeduri ta’ appell; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-ewwel aggravju, Caffaro tallega ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament (KE) 1/2003 (1) u tal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi (2), klassifikazzjoni legali żbaljata, żnaturament tal-fatti u ta’ ċerti provi, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll nuqqas u kontradizzjoni tal-motivazzjoni fil-parti ta-sentenza li fiha l-Qorti Ġenerali naqset milli tqis bħala rilevanti l-istat ta’ dipendenza ekonomika ta’ Caffaro fis-suq ikkonċernat u d-dannu subit minnha speċifikament minħabba l-kartell.
Permezz tat-tieni aggravju, Caffaro tallega li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali kif ukoll l-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament (KE) 1/2003 u l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi, fir-rigward tas-sena ta’ riferiment meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni inkonnessjoni ma’ l’hekk imsemmi trattament differenzjat. B’mod partikolari, l-allegazzjoni tirrigwarda l-attribuzzjoni lill-parteċipanti kollha fl-allegat ksur (ħlief Caffaro)) tal-ishma tas-suq għas-sena 1999.
Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali żbaljat fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ effett, fuq it-tul attribwit lil Caffaro, tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-appellanti fil-kuntatti illegali tas-26 Novembru 1998. B’mod partikolari, Caffaro tallega ksur tal-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament (KE) 1/2003 u tal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi fir-rigward tat-tul, nuqqas ta’ motivazzjoni, evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
Permezz tar-raba’ aggravju, li jirrigwarda l-iskadenza tal-preskrizzjoni u t-tardività tal-azzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-appellanti, Caffaro tallega applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) 1/2003, żnaturament u klassifikazzjoni legali żbaljata tal-fatti, użu ħażin ta’ poter, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza. B’mod partikolari, Caffaro tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal sena, wara l-att li jinterrompi l-preskrizzjoni, qabel ma bagħtet lill-appellanti talba għal informazzjoni, mingħajr ma wettqet ebda investigazzjoni u mingħajr ma pprovdiet ebda motivazzjoni espressa.
Permezz tal-ħames aggravju, fl-aħħar nett, l-appellanti tikkontesta n-nuqqas ta’ motivazzjoni u l-evalwazzjoni żbaljata fis-sentenza taċ-ċirkustanzi attenwanti adottati minn Caffaro quddiem il-Kummissjoni. L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet ukoll ksur tar-regoli tal-proċedura u evalwat b’mod żbaljat ċerti provi, għad-dannu tagħha.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/29 |
Appell ippreżentat fit-31 ta’ Awwissu 2011 minn SNIA SpA kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, fil-Kawża T-194/06, SNIA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-448/11 P)
2011/C 311/47
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: SNIA SpA (rappreżentanti: A. Santa Maria, B. Biscaretti di Ruffia u E. Gambaro, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza li ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn SNIA S.p.A u, b’konsegwenza, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, sa fejn tinkludi SNIA SpA fost id-destinatarji tad-deċiżjoni, filwaqt li timponi, in solidum ma’ Caffaro Srl, multa ta’ EUR 1 078 miljun; |
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għall-eżami mill-ġdid skont l-indikazzjonijiet u l-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tistabilixxi f’din il-proċedura tal-appell; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-ewwel aggravju, SNIA tilmenta dwar l-iżball ta’ liġi li wettqet il-Qorti Ġenerali meta ddeduċiet awtomatikament li SNIA hija responsabbli minħabba li din tal-aħħar ngħaqdet ma’ Caffaro SpA, u li applikat ħażin il-prinċipji dwar l-allokazzjoni tar-responsabbiltà fil-qasam tal-kompetizzjoni, partikolarment fir-rigward l-hekk imsejjaħ kriterju ta’ “vijabbiltà ekonomika”, u dawk dwar l-oneru tal-prova. Skont l-appellanti, il-qorti tal-ewwel istanza ikklassifikat il-każ b’mod żbaljat u żnaturat uħud mill-provi.
Fit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li d-deċiżjoni naqset milli tistabbilixxi d-diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni rigward l-element tal-amalgamazzjoni bejn SNIA u Caffaro SpA B’mod partikolari, l-appellanti tallega l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) 1/2003 (1), il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha, il-klassifikazzjoni ġuridika żbaljata u ż-żnaturament tal-fatti u tal-provi.
It-tielet motiv, l-appellanti tallega l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE u l-evalwazzjoni żbaljata tal-provi tali li joħolqu żnaturament tal-kontenut u l-ambitu u l-ksur tad-drittijiet ta’ difiża. B’mod partikolari, l-appellanti tilmenta li s-sentenza naqset milli tistabbilixxi li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kienet insuffiċjenti u kontradittorja, sa fejn tidentifika r-responsabbiltà in solidum ta’ SNIA. Barra minn hekk, l-appellanti tallega “distorsjoni” tal-kontenut tas-sentenza u ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha peress li l-Qorti Ġenerali stabbilixxiet ir-responsabbiltà tagħha fuq elementi li fuqhom SNIA la kellha l-opportunità li tesprimi lilha infisha matul il-proċedura amministrattiva u lanqas waqt il-proċedura tal-ewwel istanza.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/29 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2011 minn Solvay Solexis SpA kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Kawża T-195/06, Solvay Solexis vs Il-Kummisjoni
(Kawża C-449/11 P)
2011/C 311/48
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Solvay Solexis SpA (rappreżentanti: T. Salonico, G.L. Zampa u G. Barone, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha;
|
— |
tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni sa fejn jikkonstataw il-parteċipazzjoni ta’ Ausimont fil-ksur qabel Mejju-Settembru 1997, u konsegwentement tikkalkola mill-ġdid il-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni; |
|
— |
tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni sa fejn, b’riferiment għall-perijodu wara Mejju-Settembru 1997, ma huwiex rikonoxxut il-livell gravità ridotta tal-aġir ta’ Ausimont minħabba n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħha fil-ftehim dwar il-limitazzjoni tal-kapaċitajiet u sa fejn jikklassifikawha taħt kategorija żbaljata għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa u, konsegwentement, tikkalkola mill-ġdid il-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni; jew, |
|
— |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata sa fejn tirrigwarda l-punti 1 u 2 u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni ġdida; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
I. |
Ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), motivazzjoni kontradittorja u insuffiċjenti, flimkien ma’ żnaturament manifest tal-provi, sa fejn ma jirriżultax ipprovat li l-aġir ta’ Ausimont minn Mejju 1995 sa Mejju-Settembru 1997 jista’ jiġi kkwalifikat bħala parti minn “ftehim” jew minn “prattika miftiehma”, u lanqas ma jirriżulta li hija motivata ċ-ċaħda tal-provi oġġettivi prodotti mill-appellanti li juru l-aġir ferm kompetittiv u indipendenti ta’ Ausiment matul dan il-perijodu. |
|
II. |
Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ċertezza legali, speċjalment fid-dawl tan-nuqqas ta’ osservanza tal-linji gwida tal-1998 dwar il-kalkolu tal-multi (2), kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni u żnaturament manifest tal-provi, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur ta’ Ausimont u tad-determinazzjoni tas-sanzjoni tagħha. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/30 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — JPMorgan Chase Bank, NA, J.P. Morgan Securities Limited vs Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts
(Kawża C-54/11) (1)
2011/C 311/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/30 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundeskommunikationssenat — L-Awstrija) — Publikumsrat des Österreichischen Rundfunks vs Österreichischer Rundfunk
(Kawża C-162/11) (1)
2011/C 311/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-236/02) (1)
(Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Impjieg f’pajjiż terz - Assenjazzjoni mill-ġdid tal-impjieg u tal-persuna li kienet tokkupah - Drittijiet tad-difiża - Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2011/C 311/51
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: L. Garofalo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Marzu 2002 li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-Direttorat Ġenerali “Żvilupp”, delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda (l-Angola), lejn is-sede tal-imsemmi Direttorat Ġenerali fi Brussell (il-Belġju), ta’ kull att preliminari, konness u/jew li ġie wara, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-eventwali ħatra ta’ uffiċjal ieħor sabiex jokkupa l-pożizzjoni tiegħu, kif ukoll tan-noti tal-Kummissjoni tat-13 u tal-14 ta’ Novembru 2001 u tal-opinjoni jew opinjonijiet tal-Kumitat tad-Direttorat tas-Servizzi Esterni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni konnessa mal-funzjonijiet tiegħu fl-Angola, kif ukoll kumpens għad-dannu subit.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2002 li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-Direttorat Ġenerali “Żvilupp”, delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda (l-Angola), lejn is-sede tal-imsemmi Direttorat Ġenerali fi Brussell (il-Belġju) huja annullata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn L. Marcuccio. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/05) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Ħlas għall-estensifikazzjoni - Uċuħ tar-raba’ li jinħartu - Frott u ħxejjex - Għajnuna għat-trasformazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ somma f’daqqa ta’ 100 % - Proporzjonalità)
2011/C 311/52
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u E. Svolopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u L. Visaggio, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 188, p. 36), sa fejn hija teskludi ċerti spejjeż li saru mir-Repubblika Ellenika fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, tal-uċuħ tar-raba’ li jinħartu, u tal-frott u l-ħxejjex.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/555/KE, tal-15 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata, sa fejn din teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-ispejjeż li saru mir-Repubblika Ellenika għall-ħlas tal-estensifikazzjoni li sar għas-snin 2000 u 2001. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Deltafina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Immunità minn multi - Kooperazzjoni - Multi - Proporzjonalità - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti)
2011/C 311/53
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Deltafina SpA (Orvieto, l-Italja) (rappreżentanti: R. Jacchia, A. Terranova, I. Van Bael, J.-F. Bellis u F. Di Gianni, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Whelan u F. Amato, sussegwentement A. Whelan u V. Di Bucci, u finalment É. Gippini Fournier u L. Malferrari, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Deltafina permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (kawża COMP/C-38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — L-Italja).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Deltafina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Alliance One International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-25/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir illegali - Multi)
2011/C 311/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alliance One International, Inc. (Danville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Osti u A. Prastaro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier u F. Amato, sussegwentement É. Gippini Fournier u N. Khan, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (kawża COMP/C-38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — L-Italja), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq Alliance One International.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Alliance One International, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Lucite International u Lucite International UK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-216/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-méthacrylates - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva tal-ftehim jew prattiki li jikkostitwixxu ksur)
2011/C 311/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lucite International Ltd (Southampton, ir-Renju Unit); u Lucite International UK Ltd (Darwen, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Thompson, QC, S. Rose u A. Chandler, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn V. Bottka, F. Amato u I. Chatzigiannis, sussegwentement minn V. Bottka, I. Chatzigiannis u F. Arbault, aġent)
Suġġett
Talba ta’ tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Méthacrylates).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
It-talba tal-Kummissjoni intiża għat-tneħħija tal-immunità hija miċħuda. |
|
(3) |
Lucite International Ltd u Lucite International UK Ltd għandhom ibatu 90 % tal-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż esposti minn Lucite International u Lucite International UK. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-232/06) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi intizi li jkopru l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi tal-informatika doganali relatati ma’ ċerti proġetti tal-informatika - Ċaħda tal-offerta ta’ offerenti - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rikors għad-danni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà - Rikors għal annullament - Terminu sa meta jintlaqgħu l-offerti - Terminu għal-preżentazzjoni ta’ talbiet għal informazzjoni - Trattament ugwali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2011/C 311/56
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2006, li tiċħad l-offerta magħmula mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpanniji oħrajn, fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti dwar l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi tal-informatika doganali relatati mal-proġetti tal-informatika “CUST-DEV”, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Koninklijke Grolsch vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-234/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni li tikkonstata ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 81 KE - Partecipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur ikkonstatat - Insuffiċjenza ta’ provi - Nuqqas ta’ motivazzjoni)
2011/C 311/57
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Koninklijke Grolsch NV (Enschede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Biesheuvel u J. de Pree, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, S. Noë u A. Nijenhuis, aġenti, sussegwentement A. Bouquet u S. Noë, assistiti minn M. Slotboom, avukat)
Suġġett
Min-naħa, talba għall-annullament, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)1697 finali, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Koninklijke Grolsch NV. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-257/07) (1)
(Saħħa tal-annimali - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Protezzjoni kontra l-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered - Ngħaġ u Mogħoż - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Adozzjoni ta’ miżuri ta’ eradizzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement - Prinċipju ta’ prekawzjoni)
2011/C 311/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli-Surrans u A.-L. During, sussegwentement minn E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli-Surrans u B. Cabouat, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Nolin, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn I. Rao u C. Gibbs, sussegwentment minn I. Rao u L. Seeboruth, u fl-aħħar nett minn L. Seeboruth u F. Penlington, aġenti assisti minn T. Ward, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), sa fejn jawtorizza miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement għall-merħliet ta’ ngħaġ u mogħoż.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea għall-proċedura prinċipali u għall-proċeduri għall-miżuri provviżorji. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Tegebauer vs Il-Parlament
(Kawża T-308/07) (1)
(Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 311/59
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ingo-Jens Tegebauer (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment R. Nieporte, sussegwentement H.-B. Pfriem, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück u M. Windisch, sussegwentement N. Lorenz u E. Waldherr, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007).
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ġunju 2007, li ma tittiħidx azzjoni fuq il-petizzjoni ppreżentata minn Ingo-Jens Tegebauer fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007) hija annullata. |
|
(2) |
Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ I. J. Tegebauer. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — CMB u Christof vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-407/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-AER - Provvista ta’ tagħmir għall-ġestjoni ta’ skart mediku - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ilment amministrattiv imressaq qabel - Żball skużabbli - Kriterji ta’ għoti - Regoli ta’ proċedura - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2011/C 311/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CMB Maschinenbau & Handels GmbH (Gratkorn, l-Awstrija); u J. Christof GmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment A. Petsche, N. Niejahr, avukati, F. Young, solicitor, u Q. Azau, avukat, sussegwentement A. Petsche, N. Niejahr u Q. Azau)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea bħala s-suċċessur legali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) (rappreżentanti: P. van Nuffel, F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EuropeAid/124192/D/SUP/YU li tirrigwarda l-provvista ta’ tagħmir għall-ġestjoni ta’ skart mediku (ĠU 2006, S 233-248823), kif ukoll li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
CMB Maschinenbau & Handels GmbH u J. Christof GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-475/07) (1)
(Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Sustanza attiva trifluralin - Nuqqas ta’ iskrizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Rikors għal annullament - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Studju ġdid u studju komplimentari - Termini - Kunċett ta’ ‘riskju’ u ta’ ‘periklu’ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Abbozz ta’ rapport ta’ eżami mill-ġdid - Abbozz ta’ direttiv jew ta’ direttiva - Termini - Konsegwenzi ta’ eventwalità nuqqas ta’ osservazzjoni - Aspettativi leġittimi - Prinċiġju ta’ proporzjonalità - Deċiżjoni 1999/468/KE, imsejħa ‘komitoloġija’ - Regolament (KE) Nru 850/2004 - Artikolu 3(3) - Eċċezzjoni ta’ illegalità)
2011/C 311/61
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit) u l-20 rikorrenti l-oħrajn li ismijiet huwa mniżżel fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, tal-20 ta’ Settembru 2007, dwar in-nuqqas ta’ iskrizzjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 255, p. 42)
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Dow AgroSciences Ltd u l-20 rikorrenti l-oħrajn li ismijiet huwa mnizzel fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħho, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/35 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Olive Line International vs UASI — Knopf (O-live)
(Kawża T-485/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O-live - Isem kummerċjali preċedenti Olive line - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Dritt li jiġi pprojbit l-użu ta’ trade mark iktar reċenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 7 tal-liġi dwar it-trade marks Spanjola u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 311/62
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reinhard Knopf (Malsch, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Weber, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1478/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u Reinhard Knopf.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1478/2006-2) hija annullata. |
|
(2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Reinhard Knopf għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Kwang Yang Motor vs UASI — Honda Giken Kogyo (Magna b’kombustjoni interna b’ventilatur fuqha)
(Kawża T-10/08) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta magna b kombustjoni interna b’ventilatur fuqha - Disinn nazzjonali preċedenti - Motiv għal invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Karatteristiċi viżibbli ta’ parti minn prodott kumpless - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Utent informat - Grad tal-libertà tad-disinjatur - Artikoli 4 u 6 kif ukoll l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2011/C 311/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co., Ltd (Kaohsiung, Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath, W. Festl-Wietek u M. Wetzel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Musmann, H. Timmann, M. Büttner u S. von Petersdorff-Campen, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Ottubru 2007, tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1337/2006-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju bejn Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha u Kwang Yang Motor Co., Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Kwang Yang Motor Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Kwang Yang Motor vs UASI — Honda Giken Kogyo (Magna b’kombustjoni interna)
(Kawża T-11/08) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta magna b’kombustjoni interna - Disinn nazzjonali preċedenti - Motiv għal invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Karatteristiċi viżibbli ta’ parti minn prodott kumpless - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Utent informat - Grad tal-libertà tad-disinjatur - Artikoli 4 u 6 kif ukoll l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2011/C 311/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co., Ltd (Kaohsiung, Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath, W. Festl-Wietek u M. Wetzel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Musmann, H. Timmann, M. Büttner u S. von Petersdorff-Campen, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Ottubru 2007, tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1380/2006-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju bejn Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha u Kwang Yang Motor Co., Ltd.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Kwang Yang Motor Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — LPN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/08) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut ta’ aċċess - Dokumenti relatati ma’ proċedura pendenti ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tikkonċerna proġett ta’ diga fix-xmara Sabor - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Informazzjoni dwar l-ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Interess pubbliku ikbar)
2011/C 311/65
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Liga para Protecção da Natureza (LPN) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: P. Vinagre u Silva, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u D. Recchia, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment B. Weis Fogh, sussegwentement C. Vang, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: inizjalment J. Heliskoski, A. Guimaraes-Purokoski, M. Pere u H. Leppo, sussegwentement M. Heliskoski u Guimaraes-Purokoski, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, S. Johannesson u K. Petkovska, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2007 li tikkonferma r-rifjut li jingħata aċċess għal dokumenti inklużi fil-proċess ta’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mibdija kontra r-Repubblika Portugiża li tikkonċerna l-proġett ta’ bini ta’ diga fix-xmara Sabor (il-Portugall), li seta’ jikser id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98), u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud sa fejn jirrigwarda dokumenti u partijiet minn dokumenti li l-aċċess għalihom inċaħad lil Liga para Protecção da Natureza (LPN) fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MIB/psi D(2008) 8639, tal-24 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament. |
|
(3) |
Il-Liga para Protecção da Natureza (LPN) għandha tbati l-ispejjeż kollha tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(4) |
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2011 — Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI — Quant (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)
(Kawża T-522/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AGATHA RUIZ DE LA PRADA - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti li tirrappreżenta fjura sewda u bajda - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 311/66
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mary Quant Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Arnold, solicitor, u M. Hicks, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1523/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mary Quant Ltd u Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2011 — Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI — Quant Cosmetics Japan (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)
(Kawża T-523/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AGATHA RUIZ DE LA PRADA - Trade marks nazzjonali u Komunitarja figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw fjura sewda u bajda - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 311/67
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mary Quant Cosmetics Japan Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Arnold, solicitor, u C. Hicks, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1522/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mary Quant Cosmetics Japan Ltd u Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2011 — Dredging International u Ondernemingen Jan de Nul vs EMSA
(Kawża T-8/09) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tal-EMSA - Intervent ta’ bastimenti ta’ assistenza bil-għan li jiġi miġġieled it-tniġġis bl-idrokarburi - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ konformità tal-offerta mal-għan tal-kuntratt - Konsegwenzi - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Definizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt - Nuqqas ta’ żvelar tal-karatteristiċi u tal-vantaġġi tal-offerta magħżula - Motivazzjoni - Għoti ta’ kuntratt - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kuntratt konkluż mal-persuna li ngħatat il-kuntratt - Talba għad-danni)
2011/C 311/68
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dredging International NV (Zwijndrecht, il-Belġju); u Ondernemingen Jan de Nul NV (Hofstade-Aalst, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Martens u A. Van Vaerenbergh, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (rappreżentanti: J. Menze, aġent, assistit minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)
Suġġett
Primarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMSA tad-29 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura nnegozzjata EMSA/NEG/3/2008, li tirrigwarda l-konklużjoni ta’ kuntratti għal servizzi relatati mal-intervent ta’ bastimenti ta’ assistenza bil-għan li jiġi miġġieled it-tniġġis bl-idrokarburi (lott Nru 2: Baħar tat-Tramuntana) u li tattribwixxi l-kuntratt lil DC International, sussegwentement, talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kuntratt konkluż bejn l-EMSA u DC International u, finalment, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Dredging International NV u Ondernemingen Jan de Nul NV huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — dm-drogerie markt vs UASI — Distribuciones Mylar (dm)
(Kawża T-36/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali dm - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti dm - Proċedura amministrattiva - Deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni - Revoka - Rettifika ta’ żbalji materjali - Att ineżistenti - Ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Aspettattivi leġittimi - Artikoli 59, 60a, 63 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 60, 62, 65 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2011/C 311/69
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment J. Novais Gonçalves, sussegwentement G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Distribuciones Mylar, SA (Gelves, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 228/2208-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Distribuciones Mylar, SA u dm-drogerie markt GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 228/2008-1), dwar proċedimenti ta’ opppożizzjoni bejn Distribuciones Mylar, SA u dm-drogerie markt GmbH & Co. KG, hija annullata sa fejn hija ma ddikjaratx null u bla effett il-verżjoni emendata tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-16 ta’ Mejju 2007. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Chalk vs UASI — Reformed Spirits Company Holdings (CRAIC)
(Kawża T-83/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali CRAIC - Ċessjonijiet - Reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark - Revoka - Artikoli 16, 17, 23 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 16, 17, 23 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) u r-Regola 31 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2011/C 311/70
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: David Chalk (Canterbury, Kent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: W. James, M. Gilbert, C. Balme, solicitors, u S. Malynicz, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reformed Spirits Company Holdings Ltd (Saint Helier, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Morcom, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1888/2007-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta’ trade mark Komunitarja wara ċessjoni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
David Chalk huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Reformed Spirits Company Holdings Ltd għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Settembru 2011 — Prinz Sobieski zu Schwarzenberg vs UASI — British-American Tobacco Polska (Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg)
(Kawża T-271/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti JAN III SOBIESKI u figurattiva preċedenti Jan III Sobieski - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa tal-appell bi pagament jew trasferiment fit-terminu - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala li ma ġiex ippreżentat - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 - Rikors en restitutio in integrum - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali jew imprevedibbli - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/71
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Fitzner u U. H. Fitzner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: British-American Tobacco Polska S.A. (Augustów, il-Polonja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2009 (Każ R 771/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British-American Tobacco Polska S.A. u Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Deutsche Bahn vs UASI — DSB (IC4)
(Kawża T-274/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali IC4 - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ICE u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti IC - Kriterji għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)
2011/C 311/72
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Haag, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DSB (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentant: T. Swanstrøm, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1380/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Bahn AG u DSB.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1380/2007-1) u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tas-26 ta’ Lulju 2007 huma annullati. |
|
(2) |
L-UASI huwa kkundannati għall-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Bahn AG għall-finijiet kemm ta’ din il-proċedura ġudizzjarja u kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
|
(3) |
L-UASI u DSB għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — CEVA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-285/09) (1)
(Programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tar-riċerka dwar il-ħajja - Proġett Seapura - Ftehim ta’ għoti - Klawżola ta’ arbitraġġ - Talba għal rimbors tal-ħlasijiet li saru bil-quddiem skont kuntratt ta’ finanzjament għal riċerka - Ittri ta’ tfakkir - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà)
2011/C 311/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn E. Bouttier, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-erba’ ittri ta’ tfakkir tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Mejju 2009, li bihom din tistieden lir-rikorrent jirrimborsha l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem li hija tagħtu skont ftehim ta’ għoti konkluż għal proġett li kellu jitwettaq fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku intitolat “Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin”.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
(2) |
Is-Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE CLINICAL RESEARCH)
(Kawża T-289/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali OMNICARE CLINICAL RESEARCH - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn is-servizzi - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti)
2011/C 311/74
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrello, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Astellas Pharma GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Gutiérrez Martínez, M. H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 401/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yamanouchi Pharma GmbH u Omnicare, Inc.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Omnicare, Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE)
(Kawża T-290/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komuntarja verbali OMNICARE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE - Probabbilità ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tas-servizzi - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti)
2011/C 311/75
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Astellas Pharma GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Gutiérrez Martínez, M. H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 402/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yamanouchi Pharma GmbH u Omnicare, Inc.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Omnicare, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Ergo Versicherungsgruppe vs UASI — DeguDent (ERGO)
(Kawża T-382/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ERGO - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti CERGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 311/76
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ergo Versicherungsgruppe AG (Dusseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A.W. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DeguDent GmbH (Hanau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Blau, sussegwentement W. Blau, D. Kaya u C. Kusulis, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 44/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DeguDent GmbH u Ergo Versicherungsgruppe AG.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 44/2008-4) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar l-appell li ġie ppreżentat quddiemu fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 5. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Ergo Versicherungsgruppe AG, DeguDent GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — centrotherm Clean Solutions vs UASI — Centrotherm Systemtechnik (CENTROTHERM)
(Kawża T-427/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali CENTROTHERM - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/77
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u R. Manea, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht u U. Vormbrock, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4) hija annullata sa fejn hija annullat parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat 30 ta’ Ottubru 2007. |
|
(2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG. |
|
(3) |
Centrotherm Systemtechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Centrotherm Systemtechnik vs UASI — centrotherm Clean Solutions (CENTROTHERM)
(Kawża T-434/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali CENTROTHERM - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ammissibbiltà ta’ provi ġodda - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2011/C 311/78
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht u U. Vormbrock, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider et R. Manea, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Centrotherm Systemtechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
(3) |
centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2011 — Zangerl-Posselt vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-62/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet prattiċi u orali - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Diplomi meħtieġa - Artikolu 5(3)(a)(ii) tar-Regolamenti tal-Persunal - Interpretazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti - Xogħlijiet preparatorji)
2011/C 311/79
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Brigitte Zangerl-Posselt (Merzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Paulmann, avukat)
Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009, Zangerl-Posselt vs Il-Kummissjoni (F-83/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
B. Zangerl-Posselt għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — BVR vs UASI — Austria Leasing (Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich)
(Kawża T-197/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Raiffeisenbank - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/80
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband der Deutschen Volksbanken und Raiffeisenbanken e.V. (BVR) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Rinke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Austria Leasing GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Joachim, avukat)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 248/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Bundesverband der Deutschen Volksbanken und Raiffeisenbanken e.V. (BVR) u Austria Leasing GmbH.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Il-Bundesverband der Deutschen Volksbanken und Raiffeisenbanken e.V. (BVR)hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — DRV vs UASI — Austria Leasing (Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich)
(Kawża T-199/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedneti Raiffeisen - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjon - Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/81
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutscher Raiffeisenverband e.V. (DRV) (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Rinke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Austria Leasing GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Joachim, avukat)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 253/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutscher Raiffensenverband e.V. (DRV) u Austria Leasing GmbH
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Id-Deutscher Raiffeisenverband e.V. (DRV) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — K-Mail Order vs UASI — IVKO (MEN’Z)
(Kawża T-279/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEN’Z - Isem kummerċjali preċedenti WENZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Sinjifikat lokali tas-sinjal preċedenti - Artikolu 8(4) u Artikolu 41(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/82
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: K-Mail Order GmbH & Co. KG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Zeiher u G. Stallecker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH (Baar-Wanderath, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Marzu 2010 (Każ R 746/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wenz GmbH u IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
K-Mail Order GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/44 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — Hemofarm vs UASI — Laboratorios Diafarm (HEMOFARM)
(Kawża T-411/11)
2011/C 311/83
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hemofarm AD farmaceutsko-hemijska industrija Vršac (Vršac, is-Serbja) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Diafarm, SA (Barberá del Vallès, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tissospendi l-proċeduri tar-rikors ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Mejju 2011, sakemm il-UASI u t-tribunali tal-kummerċ Nru 4 u 8 ta’ Barcelona jiddeċiedu dwar ir-rikorsi għal invalidità u għar-revoka minħabba nuqqas ta’ użu; |
|
— |
fin-nuqqas ta’ dan, tirrevedi, tannulla jew, skont il-każ, temenda d-Deċiżjoni R 0298/2010-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell f’dak li jikkonċerna l-prodotti inkwistjoni tal-klassi 5 sabiex tiċħad l-oppożizzjoni B 996 506 relatata ma’ din il-klassi, b’mod li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 504 049 HEMOFARM tar-rikorrenti tiġi aċċettata għall-prodotti kollha fil-klassi 5 u tkun tista’ tiġi rreġistrata fil-klassijiet 5 u 35 mitluba. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “HEMOFARM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Laboratorios Diafarm, SA
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Komunitarja u internazzjonali “HEMOFARM”, għal prodotti fil-klassi 3 u 16 u trade marks verbali nazzjonali “HEMOPLANT” u “HEMONET” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjlament milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li ma teżistix possibbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/45 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2011 — Longevity Health Products vs UASI — Weleda Trademark (MENOCHRON)
(Kawża T-473/11)
2011/C 311/84
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassaw, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Weleda Trademark AG (Arlesheim, l-Isvizzera)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 2345/2010-4 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Weleda Trademark AG kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja CTM 005050752, u |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MENOCHRON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Weleda Trademark AG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “MENODORON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/46 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża F-67/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-475/11)
2011/C 311/85
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tilqa’ dan ir-rikors bi kwalunkwe konsegwenza legali li tista’ tirriżulta minnu.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell jirrigwarda d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li ċaħad bħala inammissibbli r-rikors intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-danni allegatament subiti mill-appellant wara li l-Kummissjoni rrifjutat li tħallsu l-ispejjeż, li jistgħu jiġu rkuprati, allegatament sostnuti fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-4 ta’ Novembru 2008, fil-Kawża F-41/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqajjem tliet aggravji.
|
(1) |
L-illegalità taċ-ċaħda, minħabba l-allegata inammissibbiltà, tat-“tielet kap tat-talbiet” (sic bejn il-paragrafi 13 u 14 tad-digriet appellat) magħmula mill-appellant fir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza, kif ukoll tar-“raba’ kap tat-talbiet” (sic bejn il-paragrafi 19 u 20 tad-digriet appellat) magħmula mill-appellant fir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza, kif ukoll minħabba (a) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata u irraġonevli tal-kunċett ta’ talba skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tal-istess regolamenti, kif ukoll nuqqas, mingħajr motivazzjoni u illoġiku, ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza rilevanti; (b) nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, interpretazzjoni ħażina u żnaturament tal-fatti, inkoerenza, natura indisputabbli, arbitrarja, illoġika, irrazzjonali u irraġonevoli; |
|
(2) |
Interpretazzjoni ħażina u żnaturament tal-fatti u nuqqas assolut ta’ investigazzjoni; |
|
(3) |
Nuqqas ta’ deċiżjoni dwar talba intra litem tal-appellant, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u għal kontradittorju tal-appellant. |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/47 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-79/11)
2011/C 311/86
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti minħabba n-nuqqas ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza F-128/07.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 abbażi tat-telf ta’ opportunità subit minħabba n-nuqqas ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 000 abbażi tad-dannu morali subit minħabba n-nuqqas ta’ kull komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar is-segwitu li kellha l-intenzjoni li tagħti lis-sentenza ta’ annullament; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |