ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.310.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 310/01 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 310/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6392 – GORES/MEXX) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2011/C 310/03 |
Att tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2011 li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol |
|
2011/C 310/04 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 310/05 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2011/C 310/06 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2011/C 310/07 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2011/C 310/08 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2011/C 310/09 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2011/C 310/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
V Avviżi |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 310/11 |
||
2011/C 310/12 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Ottubru 2011
dwar l-inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt fil-qasam tar-riċerka “Kollegament tal-Għarfien dwar il-Klima għall-Ewropa”
2011/C 310/01
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 181 tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-isfidi kbar ta’ żmienna: il-Qbil ta’ Kopenħagen (1) irrikonoxxa l-għan ta’ 2 °C u enfasizza l-ħtieġa għal tnaqqis kbir fl-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra, filwaqt li saħaq fuq azzjonijiet immirati biex jimminizzaw l-impatt tat-tibdil fil-klima. |
(2) |
Huwa ppjanat li l-ħames (5) Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) li jmiss, mistenni li jiġi ppubblikat fl-2014, ser jiġbor u jivvaluta r-riżultati xjentifiċi ġodda bil-għan li jipprovdi bażi soda msejsa fuq ix-xjenza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’enfasi fuq previżjonijiet futuri dwar il-klima, aspetti reġjonali tat-tibdil fil-klima u tal-impatt assoċjat, valutazzjoni tad-diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u r-rwol ta’ kull settur, pereżempju, l-enerġija, it-trasport, l-agrikoltura, l-industrija. |
(3) |
L-Istrateġija Ewropa 2020 tiċċara l-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet li diġà huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni Ewropea u tenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenża tal-ekonomiji tagħna għar-riskji klimatiċi u l-kapaċità tagħna għall-prevenzjoni tad-diżastri u r-reazzjoni għalihom. |
(4) |
Dawn l-għanijiet ta’ politika huma msejsa fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. B’mod partikolari, jeħtieġ tbassir aħjar tal-klima biex jiġi indirizzat il-potenzjal għal tibdil fil-ġejjieni tal-frekwenza u l-intensità ta’ avvenimenti estremi. Ir-riċerka hija wkoll meħtieġa għall-valutazzjoni tal-fattibbiltà, l-implikazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-miri globali fl-Ewropa u ’l hinn minnha, u biex jiġu kkwantifikati l-impatti reġjonali assoċjati ma’ dawn il-miri. Għarfien aħjar huwa essenzjali biex jiġu identifikati l-għażliet ta’ adattament u ta’ mitigazzjoni u għall-valutazzjoni tal-benefiċċji, l-impatti u l-kosti potenzjali tagħhom meta mqabbla ma’ jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni. |
(5) |
Il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tas-soċjetà u l-ekosistemi għal riskji klimatiċi għadhom verament mhux mifhuma sew. B’rabta ma’ dan, jeħtieġ li l-proċessi fundamentali li jirregolaw is-sistema kumplessa klimatika jinftehmu aħjar sabiex it-tibdil fil-klima jkun jista’ jiġi individwat u attribwit aħjar (l-effett uman kontra dak naturali) u sabiex it-tibdil fil-klima jkun jista’ jiġi ddistingwit mill-varjabbiltà tal-klima. |
(6) |
Jenħtieġu b’mod urġenti teknoloġiji, kunċetti u mekkaniżmi ta’ mitigazzjoni biex jiżguraw tnaqqis qawwi fl-emissjonijiet tal-karbonju rikjesti sal-2050, inkluż riċerka u innovazzjoni dwar sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, qbid u ħżin tal-karbonju, l-effiċjenża enerġetika u fl-użu tar-riżorsi, fjuwils alternattivi, bidla fl-użu tal-art, mobbiltà sostenibbli, agrikoltura u forestrija, u tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu li jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. |
(7) |
Għandhom jiġu żviluppati Servizzi Klimatiċi għall-produzzjoni, id-disponibbiltà u l-applikazzjoni ta’ previżjonijiet klimatiċi bbażati fuq ix-xjenza. F’dan ir-rigward, tenħtieġ riċerka biex jittejbu u jiġu żviluppati sistemi ta’ osservazzjoni, analiżi ta’ dejta, mudelli u sistemi għat-tbassir fuq perjodu twil ta’ żmien, fuq firxa wiesgħa ta’ skedi ta’ żmien, u biex tappoġġa t-twaqqif b’suċċess ta’ sħubijiet bejn fornituri u utenti. |
(8) |
Fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2010 (2), il-Kunsill dwar il-Kompetittività rrikonoxxa l-Kollegament tal-Għarfien dwar il-Klima għall-Ewropa’ bħala qasam fejn l-ipprogrammar konġunt għandu jipprovdi valur miżjud kbir biex jitnaqqsu l-isforzi frammentati tal-Istati Membri fil-qasam tar-riċerka. Għalhekk, dan il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom għaraf il-ħtieġa li titnieda inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt marbuta ma’ dan is-suġġett u li fihom stieden lill-Kummissjoni tagħti kontribut fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva. Il-Kunsill ikkonferma mill-ġdid ukoll li l-ipprogrammar konġunt huwa proċess li jmexxuh l-Istati Membri u li fih ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tiffaċilitah. L-analiżi tal-attivitajiet nazzjonali ta’ riċerka spjegati fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tikkonferma li hemm bżonn ta’ koordinazzjoni aħjar biex jiżdiedu l-effikaċja u l-impatt tar-riċerka kif ukoll biex jiġu sfruttati sinerġiji mal-attivitajiet imwettqa fil-livell tal-UE permezz tal-iżvilupp ta’ aġenda strateġika komuni tar-riċerka. |
(9) |
It-tibdil fil-klima u r-riċerka relatata mal-klima huma qasam ewlieni fi ħdan il-Programm Kwadru għar-Riċerka tal-Unjoni Ewropea, li għandu rwol strateġiku ħafna biex jappoġġa l-proċess tal-politika tal-Unjoni Ewropea meta wieħed iqis id-dimensjoni globali tat-tibdil fil-klima. Jeħtieġ li l-attivitajiet fi ħdan din l-inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt ikunu kkoordinati mill-qrib fi ħdan is-7 Programm Kwadru tal-Unjoni Ewropea u l-programmi tal-Unjoni Ewropea tal-ġejjieni f’dan il-qasam, partikolarment il-Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020. |
(10) |
L-ipprogrammar konġunt fil-qasam tar-riċerka dwar kollaborazzjoni ta’ għarfien għat-tibdil fil-klima għandu jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tar-riċerka f’dan il-qasam, u għal Żona Ewropea tar-Riċerka dwar it-tibdil fil-klima li topera bis-sħiħ, u li ssaħħaħ it-tmexxija u l-kompetittività Ewropea tar-riċerka f’dan il-qasam. |
(11) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti b’din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni billi jesploraw inizjattivi possibbli tal-Kummissjoni sabiex jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw aħjar u jimplimentaw l-aġenda strateġika tar-riċerka. |
(12) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-inizjattivi kollha għall-ipprogrammar konġunt, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress miksub f’din l-inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw viżjoni komuni dwar kif il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-qasam tar-riċerka fil-livell tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu biex tintlaħaq l-isfida tal-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, bil-kolloborazzjoni tax-xjenza, il-politika, l-ekonomija u s-soċjetà. Għandu jkun hemm impenn għall-involviment sħiħ tal-Istati Membri, inkluż b’mod partikolari pajjiżi fejn l-effetti tat-tibdil fil-klima huma mistennija li jkunu qawwija. |
2. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw aġenda strateġika operattiva komuni tar-riċerka li tistabbilixxi l-bżonnijiet u l-għanijiet fil-perjodu taż-żmien medju u fit-tul tar-riċerka fil-qasam tat-tibdil fil-klima. Din l-aġenda għandha tinkludi pjan ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-iskedi taż-żmien u li jispeċifika l-azzjonijiet, l-istrumenti u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu. |
3. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu l-azzjonijiet li ġejjin bħala parti mill-aġenda strateġika operattiva tar-riċerka u mill-pjan ta’ implimentazzjoni:
|
4. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu u jkomplu jiżviluppaw struttura ta’ ġestjoni komuni fil-qasam tat-tibdil fil-klima, li jkollha s-setgħa tistabbilixxi kundizzjonijiet, regoli u proċeduri komuni għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni u li jkollha s-setgħa tissorvelja l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika tar-riċerka. |
5. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jimplimentaw l-aġenda strateġika tar-riċerka b’mod konġunt, fosthom permezz tal-programmi nazzjonali tar-riċerka tagħhom jew ta’ attivitajiet nazzjonali oħrajn tar-riċerka, skont il-linji gwida tal-Kundizzjonijiet ta’ Qafas għall-Ipprogrammar Konġunt żviluppati mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Ipprogrammar Konġunt tal-Kunsill (3). |
6. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jikkooperaw mal-Kummissjoni bil-għan li jiġu esplorati inizjattivi li tista’ tieħu l-Kummissjoni biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiżviluppaw u jimplimentaw l-aġenda strateġika tar-riċerka, u bil-għan li l-programmi konġunti jiġu kkoordinati mal-inizjattivi l-oħra tal-Unjoni f’dan il-qasam. |
7. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jikkollaboraw mill-qrib mal-Forum Strateġiku għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika Internazzjonali (Strategic Forum for International Science and Technology Cooperation - SFIC) fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dimensjoni internazzjonali possibbli fl-aġenda strateġika tar-riċerka u jiżguraw koerenza ma’ inizjattivi tal-SFIC ma’ u lejn pajjiżi terzi. |
8. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jirrappurtaw b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun qed isir f’din il-JPI permezz ta’ rapporti annwali dwar il-progress. |
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Máire GEOGHEGAN-QUINN
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Rapport tal-UNFCCC (2009) dwar il-Konferenza tal-Partijiet fil-15-il sessjoni tagħha, li saret f’Kopenħagen mis-7 sad-19 ta’ Diċembru 2009.
(2) 10246/10
(3) http://ec.europa.eu/research/era/docs/en/voluntary_guidelines.pdf
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6392 – GORES/MEXX)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 310/02
Fis-17 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6392. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/5 |
ATT TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Ottubru 2011
li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol
2011/C 310/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha,
Filwaqt li jaġixxi bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar il-Viċi Direttur tal-Europol,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni,
Wara li kkunsidra t-Tabella tal-Persunal tal-Europol għall-2010-2012 u b'mod partikolari l-punt 1.1(C) tiegħu u l-Pjan ta' Politika tal-Persunal tal-Europol għall-2011-2013 u b'mod partikolari t-Taqsima 1.2.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara t-talba ta' riżenja ta' Viċi Direttur tal-Europol, li ngħatat mill-Kunsill (2), huwa meħtieġ li jinħatar Viċi Direttur. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol li tistabbilixxi r-regoli dwar l-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tkeċċija tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Europol (3), tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċeduri ta' għażla tad-Direttur jew Viċi Direttur tal-Europol. |
(3) |
Il-Bord ta' Amministrazzjoni ppreżenta lill-Kunsill lista qasira ta' applikanti adatti għall-ħatra, flimkien mad-dossjer sħiħ tal-applikazzjoni ta' kull wieħed minn dawk il-kandidati, kif ukoll il-lista tal-kandidati eliġibbli kollha. |
(4) |
Abbażi tal-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord ta' Amministrazzjoni, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skont il-Kunsill, jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-pożizzjoni vakanti ta' Viċi Direttur, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Oldrich MARTINŮ hu b'dan maħtur Viċi Direttur tal-Europol mill-1 ta' Novembru 2011 sal-31 ta' Ottubru 2015 fil-grad AD 13, skala 1.
Artikolu 2
Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.
Huwa għandu jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) 9425/11 ENFOPOL 126.
(3) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 3.
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/6 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Abdollahi Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), Arbabsiar Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), Shahlai Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), Shakuri Ali Gholam u Soleimani Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(ara l-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1063/2011 tal-21 ta' Ottubru 2011)
2011/C 310/04
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni ta' ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), SHAKURI Ali Gholam u SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1063/2011 tal-21 ta' Ottubru 2011 (1).
Il-Kunsill iddeċieda li jinkludi l-persuni msemmijin hawn fuq fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet previsti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartienu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill li għalihom ġew inklużi fil-lista msemmija hawn fuq fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali (Attn: CP 931 designations) |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
jew b'fax fuq in-numru +32 22815375. |
Din it-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien tliet ġimgħat mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Dawn it-talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif elenkat fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2580/2011 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament). Lista aġġornata ta' awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:
http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm
Fl-aħħar nett, qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 277, 22.10.2011, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ Ottubru 2011
2011/C 310/05
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3798 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
105,82 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4456 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86775 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,1031 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2307 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,7060 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,993 |
HUF |
Forint Ungeriż |
298,46 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7053 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3935 |
RON |
Leu Rumen |
4,3304 |
TRY |
Lira Turka |
2,5513 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3401 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3957 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,7353 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7304 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7577 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 584,02 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,2490 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,8120 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4775 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 228,04 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3390 |
PHP |
Peso Filippin |
59,959 |
RUB |
Rouble Russu |
43,0250 |
THB |
Baht Tajlandiż |
42,760 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,4638 |
MXN |
Peso Messikan |
18,9171 |
INR |
Rupi Indjan |
69,0240 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/9 |
Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2011 “Kienu effettivi l-proġetti ta’ gvern elettroniku appoġġjati mill-FEŻR?”
2011/C 310/06
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 9/2011 “Kienu effettivi l-proġetti ta’ gvern elettroniku appoġġjati mill-FEŻR?” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti |
12, rue Alcide de Gasperi |
1615 Luxembourg |
LUXEMBOURG |
Tel. +352 4398-1 |
Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2011/C 310/07
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella li ġejja:
Data u ħin tal-għeluq |
11.5.2011 |
Tul ta' żmien |
11.5.2011-31.12.2011 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta' stokkijiet |
WHB/1X14 |
Speċi |
Stokkafixx (Micromesistius poutassou) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV |
Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
887265 |
Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2011/C 310/08
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
18.7.2011 |
Tul ta' żmien |
18.7.2011-31.12.2011 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta' stokkijiet |
RNG/8X14- |
Speċi |
Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV |
Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
887089 |
Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/12 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2011/C 310/09
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
18.7.2011 |
Tul ta' żmien |
18.7.2011-31.12.2011 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta' stokkijiet |
RNG/5B67- |
Speċi |
Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |
Żona |
l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII |
Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
887083 |
Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/13 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2011/C 310/10
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
6.9.2011 |
Tul ta' żmien |
6.9.2011-31.12.2011 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta' stokkijiet |
JAX/2A-14 |
Speċi |
Sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati (Trachurus spp.) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV |
Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
1008695 |
Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/14 |
Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 310/11
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“THÜRINGER ROSTBRATWURST”
Nru tal-KE: DE-PGI-0105-0223-09.02.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:
— |
|
Isem il-prodott |
— |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
|
Żona ġeografika |
— |
|
Prova tal-oriġini |
— |
|
Metodu tal-produzzjoni |
— |
|
Ir-rabta maż-żona ġeografika |
— |
|
It-tikkettar |
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
— |
|
Oħrajn (għandhom jiġu ppreċiżati) |
2. Tip ta’ emenda/emendi
— |
|
Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju |
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sommarju ma ġew ippubblikati |
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
— |
|
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/emendi:
Emendi mitluba:
3.1. Deskrizzjoni:
Is-sentenza “Mill-inqas 51 % tal-materja prima użata għandha tiġi mir-reġjun ta' Thüringen” għandha titħassar.
Raġuni:
Ir-rabta tal-materja prima maż-żona ġeografika għandha titneħħa. Il-karatteristiċi u d-dehra tal-prodott ma jiġux affettwati mill-fatt li parti mill-materja prima użata toriġina mir-reġjun.
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006
“THÜRINGER ROSTBRATWURST”
Nru tal-KE: DE-PGI-0105-0223-09.02.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Thüringer Rostbratwurst”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. It-tip ta’ prodott:
Il-kategorija 1.2 |
Prodotti abbażi tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:
Iz-zalzett tat-tip “Rostbratwurst” ikun twil mill-inqas bejn 15 u 20 ċm, ikun fin b'mod medju f'kisja naturali dejqa (magħmula mill-intestini tal-ħanżir jew mill-kisja tan-nagħaġ), ikun nej jew imsajjar fuq nar bati, u jkollu togħma qawwija ta' ħwawar; Il-piż ta' zalzett wieħed huwa ta’ 100 sa 150 gramma;
Laħam tal-majjal li jkun tneħħielu x-xaħam, ħaddejn tal-majjal mingħajr il-qoxra, u forsi wkoll il-vitella jew iċ-ċanga mingħajr għeruq mhux ikkurati għall-mili; it-taħlita tal-ħwawar tvarja skont ir-riċetti mogħtija minn ġenerazzjoni għall-oħra u skont il-karatteristiċi reġjonali; minbarra l-melħ u l-bżar, jintużaw ukoll b’mod speċjali l-ħlewwa, il-merdqux u t-tewm. Il-kontenut tax-xaħam huwa ta’ 20 % (± 5 %).
Proteini tal-laħam mingħajr proteini fit-tessuti konnettivi: mhux inqas minn 8,5 %; proteini mingħajr proteini fit-tessuti konnettivi fil-proteini tal-laħam: mhux inqas minn volum ta' 65 % (istometrikament) u mhux inqas minn 75 % (kimikament).
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-proċess kollu tal-produzzjoni taz-zalzett tat-tip “Rostbratwurst” isir fiż-żona ġeografika identifikata.
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Ir-reġjun federali ta' Thüringen.
5. Ir-rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Iz-zalzett tat-tip “Thüringer Rostbratwurst” għandu tradizzjoni li tmur lura ħafna sekli. L-ewwel referenza ddokumentata li tirreferi għalih hija waħda tal-1404. Fl-arkivji tal-istat ta' Rudolstadt hemm irċevuta mill-kunvent tal-Verġni Marija ta' Arnstadt li, fost affarijiet oħra, tinkludi wkoll l-oġġett “darme czu bratwurstin” (kisjiet taz-zalzett mixwi). L-eqdem riċetta magħrufa tiegħu tinsab fl-arkivji tal-istat ta' Weimar. Din ġejja mill-“Ordnung für das Fleischerhandwerk zu Weimar, Jena und Buttstädt” tat-2 ta' Lulju 1613. Riċetta oħra tinsab fil-ktieb tar-riċetti msejjaħ “Thüringisch-Erfurtische Kochbuch” tal-1797. Illum il-ġurnata, kważi l-produtturi kollha tal-laħam u taz-zalzett ta' Thüringen joffru z-zalzett tat-tip “Thüringer Rostbratwurst” fost il-prodotti tagħhom u dan il-prodott jista' jinkiseb minn kwalunkwe post f’Thüringen mill-postijiet speċjali li jbigħu l-ikel mixwi. Dan l-isem żamm il-karattru tal-oriġini tiegħu peress li f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja, huwa kien jintuża biss bħala indikazzjoni ġenwina tal-oriġini ġeografika.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Iz-zalzett tat-tip “Thüringer Rostbratwurst” għandu tradizzjoni li tmur lura ħafna sekli. Dan iz-zalzett kien apprezzat minn Martin Luther u Goethe u fl-1669 diġà kien qed jissemma b’tifħir fil-letteratura (fil-ktieb ta' Grimmelshausen imsejjaħ “Simplizissimus”). Minħabba t-togħma unika u tajba tiegħu, iz-zalzett tat-tip “Thüringer Rostbratwurst” għad għandu reputazzjoni tajba u għadu jgawdi minn fama kbira fil-Ġermanja u lil hinn minnha sal-lum.
5.3. Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Ir-reputazzjoni taz-zalzett tat-tip “Thüringer Rostbratwurst” hija bbażata fuq il-ħiliet u l-esperjenza tal-biċċiera ta' Thüringen u fuq ir-riċetti li ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
It-taqsima 7a-bb tal-Volum 33 tal-“Markenblatt” tal-20 ta' Awwissu 2010, p. 14729
http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/14402
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
22.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/17 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 310/12
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SOMMARJU EŻEKUTTIV
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“SZŐREGI RÓZSATŐ”
KE Nru: HU-PGI-0005-0389-21.10.2004
DPO ( ) IĠP ( X )
Dan is-sommarju jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-finijiet tal-informazzjoni.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
Isem: |
Vidékfejlesztési Minisztérium Élelmiszer-feldolgozási Főosztály |
||||
Indirizz: |
|
||||
Tel. |
+36 17952000 |
||||
Fax |
+36 17950096 |
||||
Posta elettronika: |
efef@vm.gov.hu Agnes.Komari@vm.gov.hu |
2. Grupp:
Isem: |
Szőregi Virág-Dísznövény Áfész |
||||
Indirizz: |
|
||||
Tel. |
+36 62406606 |
||||
Fax |
+36 62405138 |
||||
Posta elettronika: |
szoreg.rozsa@vnet.hu |
||||
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
Il-kategorija 3.5. |
Fjuri u pjanti ornamentali |
4. Speċifikazzjoni:
(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Szőregi rózsatő”
4.2. Deskrizzjoni:
Il-warda mtejba bl-għerq mikxuf li hija kkummerċjalizzata tikkonsisti minn riżoma u kultivar imtejjeb imlaqqam magħha. Il-varjetajiet li ġejjin jintużaw bħala riżoma: Laxa, Polmeriana, Schmid’s Ideal, Inermis, Multiflora u Superbe. Ir-riżoma għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin: kapaċi tissaporti temperaturi baxxi sa -30 °C mingħajr ma ssofri ħsara; tkun reżistenti għall-mard (primarjament kontra l-fungu tal-ordni Uredinales, l-istar-rust u l-moffa); tkun tiflaħ għan-nixfa u l-umdità; turi qawwa kbira li tikber (tiżviluppa b'saħħitha u malajr); tkun tolleranti għall-ħamrija b'kontenut ta' ġir (bl-eċċezzjoni tar-Rosa multiflora); tkun faċli biex wieħed inissel minnha (ġerminazzjoni mgħaġġla taż-żrieragħ mingħajr il-ħtieġa li titħalla toqgħod).
Il-gruppi tal-kultivar tal-ward tal-ġnien u tal-ħammiela, ibridi tat-té, Polyantha, Floribunda, xeblieka, minjatura, u li jikbru ma' wiċċ l-art jintużaw fil-produzzjoni tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő”. Il-friegħi tat-tilqim minn dawn il-gruppi jistgħu jitlaqqmu wkoll maz-zokk tagħhom stess (bl-eċċezzjoni tal-Floribunda). It-tul tal-tilqima jista' jvarja minn 40 sa 140 ċm.
Il-propjetajiet tad-indikazzjoni ġeografika protetta tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő” jiġu ggruppjati jew f'kategorija A jew B:
— |
il-kategorija A tkopri l-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf li jferra' minn tilqima li minnha, fil-każ ta' warda mtejba, jiżviluppaw mill-inqas żewġt izkuk, it-tielet zokk jinqasam mhux iktar minn 5 ċm bogħod mit-tilqima, id-dijametru totali taz-zokk ikun 24 mm, u kull zokk għandu dijametru minimu ta' 6 mm. Għall-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf xeblieka, it-tul minimu taz-zokk huwa 40 ċm, għall-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf minjatura, it-tul huwa 20 ċm, filwaqt li għall-ward li jaqa' fi ħdan il-gruppi l-oħra kollha (il-gruppi tal-kultivar tal-ward tal-ġnien u tal-ħammiela, ibridu tat-té, Polyantha, Floribunda, u li jikber ma' wiċċ l-art), it-tul huwa 30 ċm. L-għerq ewlieni għandu jferra' b'mod dens fi spazju ta' mhux iktar 10 ċm għall-gruppi kollha. L-għerq għandu jkun twil mill-inqas 20 ċm. |
— |
il-kategorija B tkopri l-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf li jferra' minn tilqima li minnha, fil-każ ta' warda mtejba, jiżviluppaw mill-inqas żewġt izkuk, id-dijametru totali taz-zokk ikun mill-inqas 16-il mm, u d-dijametru minimu ta' kull zokk huwa 6 mm. Jekk id-dijametru taż-żewġt izkuk ikun inqas minn 16-il mm, għandu jferra' t-tielet zokk b'dijametru minimu ta' 6 mm fi spazju ta' 5 ċm. |
— |
Dawn il-gruppi kollha (bl-eċċezzjoni tal-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf xeblieka) jistgħu jitlaqqmu maz-zokk tagħhom stess. It-tul tal-tilqima jista' jvarja minn 40 sa 140 ċm. Minn tilqima waħda għandhom jiffurmaw mill-inqas tlett izkuk, b'kull zokk b'dijamteru ta' mill-inqas 6 mm. |
4.3. Żona ġeografika:
Il-warda mtejba bl-għerq mikxuf bl-indikazzjoni ġeografika protetta “Szőregi rózsatő” tiġi prodotta fil-konfini amministrattivi tal-lokalitajiet li ġejjin fil-Kontea ta' Csongrád: Szeged-Szőreg, Szeged-Mihálytelek, Szeged-Gyálarét, Algyő, Deszk, Újszentiván, Kübekháza u Tiszasziget.
4.4. Prova tal-oriġini:
Il-produttur iżomm reġistru spezzjonat u ċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti u li jinżamm skont ir-regoli uffiċjali. Ir-reġistru fih l-informazzjoni li ġejja: in-numru topografiku taż-żona, l-għadd ta' riżomi miżrugħa, il-varjetà u l-oriġini tagħhom; mappa taż-żrigħ; l-iskeda tat-tilqim u l-implimentazzjoni tagħha; l-ammont imlaqqam għal kull varjetà; l-ammont u d-distribuzzjoni tal-kwalità tal-prodott finali u l-ammont mibjugħ mill-varjetà, id-destinatarju (jew ix-xerrej), in-numru tal-kuntratt konkluż max-xerrej, in-numru tal-produttur u l-kodiċi tal-pjanta. Meta tiġi kkumerċjalizzata l-warda mtejba bl-għerq mikxuf bit-tikketta “Szőregi rózsatő”, is-Szõregi Virág-Dísznövény Áfész jopera sistema ta' reġistrazzjoni kompjuterizzata uniformi li tiggarantixxi l-konsistenza tal-kwalità. Wara l-ksib (il-kunsinna) mingħand dawk li jkabbru, il-kultivari tal-ward imtejjeb jitpoġġew fis-suq b'tabella, stampa u isem tal-varjetà komuni.
4.5. Metodu tal-produzzjoni:
Il-proċedura tibda bil-ksib u l-produzzjoni tar-riżoma. Jekk dawk li jkabbru jagħżlu li jipproduċu r-riżoma, iż-żerriegħa għandha tinżera' jew fil-ħarifa jew fir-rebbiegħa, skont jekk it-trattament kiesaħ isirx b'mod artifiċjali jew naturali. Ix-xitel miż-żerriegħa jinqala' lejn l-aħħar tal-ħarifa. Wara li jitneħħa x-xitel miż-żerriegħa, jingħażel u jiġi ggruppjat skont il-ħxuna tal-għonq tal-għerq. Ix-xitel miż-żerriegħa jista' jinxtara f'din il-fażi tal-proċedura (għal dawk li jkabbru u li ma jipproduċux ir-riżomi tagħhom stess). Il-gruppi, sew jekk dawk li jkabbru jkunu produċewhom huma stess u sew jekk ikunu xtrawhom, għandhom jitpoġġew fir-raded b'angolu u jitgħattew b'attenzjoni bil-ħamrija sabiex iz-zkuk ikunu koperti tliet kwarti b'mod ibbilanċjat u kullimkien.
Il-fażi li jmiss tal-proċedura tinvolvi l-preparazzjoni tal-ħamrija għat-taħwil. Il-ħamrija ta' Tisza-Maros hija eċċellenti għat-tkabbir tal-ward. Madankollu, wieħed għandu joqgħod attent sabiex ir-riżomi jitpoġġew f'ħamrija li hija rikka fin-nutrijenti u ħielsa mill-ħaxix ħażin. Ir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba' hija obbligatorja fit-tkabbir tal-ward. Iċ-ċereali u l-ħuxlief għandhom jiġu prodotti bħala uċuħ tar-raba' preċedenti. Wara li l-uċuħ tar-raba' preċedenti jkunu ġew maħsuda, fil-ħarifa għandha ssir il-protezzjoni tal-pjanti u l-ħrit fil-fond (30-40 ċm) permezz ta' kultivatur li jdur jew li jxattab ir-raba'.
It-taħwil għandu jsir f'nofs Frar jew fil-bidu ta' Marzu. Ir-riżomi jitħawlu skont id-daqs, jibdew bl-eħxen u jibqgħu resqin lejn l-irqaq. Ir-riżomi għandhom jiġu ppreparati għat-taħwil: l-għeruq jitqassru għal tul ta' 17-il ċm, u z-zkuk jinżabru għal 10 ċm. It-taħwil bl-idejn huwa tipiku imma jista' jsir ukoll bil-magni. Ir-ringieli jkunu bejn 80 u 90 ċm bogħod minn xulxin, u d-distanza bejn il-ward tkun bejn 12 sa 14-il ċm. Wara t-taħwil, jiġi ppreparati l-meded. Il-fond tat-taħwil huwa importanti ħafna: l-għonq tax-xitel miż-żerriegħa għandu jkun minn 2 sa 3 ċm 'l fuq mill-art sabiex it-tilqim ikun jista' jsir faċilment.
Il-pjanti għandhom jingħataw l-attenzjoni u jiġu mħarsa matul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni. Il-kultivazzjoni tal-ħamrija teqred il-ħaxix ħażin u l-organiżmi ta' ħsara. Minħabba li l-forniment tan-nutrijent itejjeb ir-reżistenza tal-ward, għandu jintuża fertilizzant artifiċjali u possibbilment demel organiku tal-bovini. Ir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba' tgħin biex tevita l-proliferazzjoni ta' organiżmi ta' ħsara speċifiċi. Il-ħaxix ħażin għandu jitneħħa mir-riżoma regolarment, u dan isir permezz tal-muturi tal-ħart mekkaniċi jew permezz tal-moħriet jew bl-għażiq manwali. Dan jiżgura wkoll l-arjazzjoni xierqa tal-ħamrija. Dan għandu jsir minn 4 sa 6 darbiet fis-sena. Il-pjanti għandhom jitbexxu regolarment kontra l-mard fungali u l-organiżmi ta' ħsara. It-tisqija hija importanti wkoll; madankollu, din tiddependi mit-temp.
It-tilqim li jsir wara t-taħwil u jdum mit-tieni nofs ta' Lulju sal-bidu ta' Settembru. Għall-ward għandu jintuża t-tilqim inattiv. Ix-xogħol tat-tilqim jinqasam fi tliet fażijiet: il-ftuħ tar-riżomi, it-tilqim u t-tgeżwir. Il-blanzuni għandhom jittieħdu mill-kultivari tal-ward imtejba u fluworexxenti moderatament li jkunu tlaqqmu fis-sena preċedenti.
L-ewwel biċċa xogħol li ssir wara t-tilqim hija li fix-xitwa jitferrex il-fertilizzant fuq ir-riżomi. Ix-xogħol tar-rebbiegħa fuq il-ward jibda fit-tieni sena, billi jinqatgħu. Imbagħad ir-riżoma tinqata' 'l fuq mill-blanzun permezz ta' imqass kbir li jaqta'. Iż-żarġun ta' bejn ir-rimjiet għandu jitneħħa. Il-friegħi għat-tilqim għandhom jinqarsu wara 5-10 ċm ta' tkabbir, sabiex jippermettu lill-warda timtela. It-tneħħija regolari tal-ħaxix ħażin b'mod mekkaniku, l-għażiq manwali u l-bexx jaqgħu max-xogħlijiet tas-sajf u tar-rebbiegħa tal-warda mtejba. Matul is-sajf, il-blanzuni meħtieġa għat-tilqim tar-riżomi għandhom jitneħħew mill-ward li jkun inħoloq b'dan il-mod.
Il-ward joħroġ fil-ħarifa. Ottubru huwa l-aħjar żmien biex jinqata' l-ward. Il-ward għandu jinżabar għal tul ta' 40 ċm qabel ma joħroġ. Meta jkun qed jinqata', il-ward li jkun inħarat u nqaleb permezz ta' trakter (shaking tractor) għandhom jitneħħewlu l-weraq u ż-żraġen u jiġi kklassifikat, iggruppjat u ttikkettat; Wara li jintgħażel u li jiġi ggruppjat, il-ward jiġi trasportat għal post frisk kemm jista' jkun malajr u jiġi protett kontra n-nixfa. L-iktar tagħmir tat-tkessiħ adattat għall-ħżin huwa dak li jżomm temperatura ta' bejn 0 u 2 °C kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf.
Il-materjal bażiku tal-ippakkjar huwa taħlita ta' pit u ċana bil-proporzjoni xieraq (50:50), li tinżamm f'daqqa permezz tal-poliester jew tal-karta. Din tal-aħħar tista' titħawwel flimkien mar-roll li jiddiżintegra fil-ħamrija. L-għan tal-ippakkjar huwa li jiġi evitat li l-għeruq tal-ward jinxfu jew tiġrilhom il-ħsara bil-magni. Il-ward tal-istess grad jinġabar fi gruppi ta' 10 u mbagħad titwaħħal tikketta mal-bukkett. Il-bukketti ta' 10 ppreparati b'dan il-mod jerġgħu jiġu ggruppjati fi gruppi ta' ħamsa.
4.6. Rabta:
Il-kwalità speċjali tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő” hija parzjalment dovuta għat-tradizzjoni ta' iktar minn mitt sena u parzjalment dovuta għall-klima u l-kundizzjonijiet ġoegrafiċi eċċellenti taż-żona.
Rabta storika: Il-kultivazzjoni tal-ward u l-bejgħ tar-riżomi mlaqqma u l-fjuri maqtugħin fir-reġjun ta' Szeged-Szőreg bdew f'Új-Szeged lejn tmiem is-seklu 19. L-istorja tal-kultivazzjoni tal-ward f'Szőreg hija marbuta mat-tradizzjonijiet tal-produzzjoni f'Szeged u f'Új-Szeged u mal-iżvilupp tal-ġonna. L-imgħallmin żgħażagħ li gradwaw mill-mixtliet ta' Szeged issetiljaw f'Szőreg, u kienu jikkultivaw għalihom infushom fil-ħbula tal-art tar-raba' żgħar tagħhom ta' minn 400 sa 800 négyszögöl (1 440-2 880 m2). Huma stabbilixxew mixtla u ħafna drabi kienu jbigħu r-riżomi mlaqqma flimkien permezz ta' ordnijiet mill-mixtla ta' Szeged li kienet tħaddimhom. Fil-bidu tas-seklu għoxrin infetaħ settur ekonomiku ġdid f'Szőreg u mingħajr eċċezzjoni l-pijunieri tiegħu kienu bdiewa foqra li ma kellhomx artijiet u kienu jikru u jkunu raħħala, u ħaddiema li ma għandhomx xogħol fiss. Minħabba li huma kienu wkoll esperti fil-prattika, il-ġardinara ż-żgħar ta' Szőreg ipperfezzjonaw xogħolhom, u wara li kienu jlestu ix-xogħol tat-tilqim tagħhom f'darhom, kienu jmorru f'postijiet imbiegħda biex ilaqqmu. B'hekk, permezz ta' xogħolhom Szőreg sar famuż. Dan il-grupp żgħir għallem lill-grupp attwali ta' ġardinara. L-aqwa żmien tal-kultivazzjoni tal-ward ta' Szőreg kien fl-1927.
Is-sidien tal-mixtliet iż-żgħar kienu interdipendenti. Minħabba li kien ikollhom problemi partikolari biex ibigħu l-ward tagħhom, fl-1936 stabbilixxew l-ewwel kooperattiva. Fl-1938, l-erja totali tal-mixtliet tas-siġar ta' Szeged-Szőreg kienet 350 kh (2), u huma ppreparaw 1 250 000 tilqima. L-erja tal-kumplament tal-mixtliet fil-pajjiż kienet 850 ejkers Ungeriżi li produċew 2 040 000 tilqima. Il-mixtliet ta' Szeged-Szőreg kienu diġà bdew jesportaw il-ward fl-ewwel snin tas-seklu 20. Bejn l-1929 u l-1931 il-mixtliet ta' Szeged-Szőreg kienu jammontaw għal medja ta' 63,6 % tal-esportazzjonijiet totali tal-mixtliet tal-pajjiż (jiġifieri 587 000 tilqima) , li juru li dawn il-mixtliet żgħar kabbru tilqim eċċellenti.
98 % tal-ward prodott fl-Ungerija jitkabbar f'Szőreg u f'dawk il-viċinanzi, li huwa l-uniku reġjun ewlieni tat-tkabbir tal-ward fl-Ungerija. Il-warda tat-tip “Szőregi rózsatő” tgawdi wkoll reputazzjoni tajba u hija stmata sew anke barra mill-pajjiż. Xhieda ta' dan huwa l-fatt li l-maġġoranza vasta (iktar minn tliet kwarti) tal-4 sa 5 miljun warda mtejba bl-għerq mikxuf prodotta kull sena tiġi esportata.
Fatturi naturali: Barra mit-tradizzjonijiet tal-kultivazzjoni, il-kundizzjonijiet eċċellenti tal-ambjent ukoll jorbtu l-ward ma' Szőreg. Għall-produzzjoni ta' ward ta' kwalità tajba, reżistenti u b'saħħtu huma meħtieġa tliet kundizzjonijiet ambjentali: ħamrija ta' kwalità tajba u rikka fin-nutrijenti, forniment adegwat tal-ilma u biżżejjed dawl tax-xemx.
Ir-reġjun fejn jiġi prodott il-ward tat-tip “Szőregi rózsatő” jinsab f'post fejn qabel kien pjanura tal-għargħar fil-konfluwenza tax-xmajjar Tisza u Maros. Il-ħamrija għanja li fiha t-tafal, ir-ramel u materjal ta' ħxejjex midbiela kumpatta b'mod medju li żviluppat hemmhekk, bil-kontenut għoli ta' materjal organiku magħmul mill-weraq niexef (humus) u l-kapaċità tajba tagħha li tiskula, u l-ħamrija mimlija ħama u alluvjali tirriżulta f'riżoma li tferra' b'mod dens li fiha iktar xniexel mill-każ tal-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf imkabbar f'tipi oħra ta' ħamrija. Minħabba l-kapaċità tajba li jiskula, l-ilma ma jistaġnax fil-ħamrija, u minħabba l-istruttura laxka u arjuża, l-ossiġnu meħtieġ għall-iżvilupp tajjeb tal-għeruq huwa disponibbli. Ir-riżoma li tferra' b'mod dens tiżgura teħid aħjar tan-nutrijenti u l-parti mtejba tikber aħjar, tiżviluppa b'saħħitha u trendi iktar zkuk, rimjiet u fjuri mill-pjanti li jikbru f'ħamrija b'karatteristiċi oħra. Għalhekk, il-warda mtejba bl-għerq mikxuf intenzjonata għall-kummerċjalizzazzjoni hija ħafna iktar reżistenti għall-mard u għall-ġlata, u wieħed ikun jista' wkoll jorbot fuqha għax iżżomm il-kwalità tagħha f'tipi oħra ta' ħamrija. Il-viċinanza tax-xmajjar Tisza u Maros ukoll tiżgura l-aqwa umdità relattiva għall-kultivazzjoni tal-ward u l-possibbiltà tat-tisqija.
Fost l-iktar kundizzjonijiet ambjentali importanti għall-kultivazzjoni tal-ward hemm id-dawl, minħabba li jipprovdi l-enerġija meħtieġa għall-fotosinteżi. Apparti l-għadd ta' sigħat bid-dawl tax-xemx, it-tul tal-ġurnata, il-qawwa u l-enerġija tad-dawl ukoll jinfluwenzaw ħafna l-kwalità tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő”. Ir-reġjun tat-tkabbir tal-ward Szőreg għandu l-iktar sajf sħun u l-iktar dawl tax-xemx mir-reġjuni kollha fil-pajjiż. It-temperatura annwali medja hija 11,5 °C, filwaqt li matul l-istaġun tat-tkabbir tkun 18 °C. Ir-reġjun ikollu iktar minn 2 100 siegħa dawl tax-xemx, u dan jaqbeż il-medja għar-reġjuni li jinsabu iktar 'il fuq. L-istaġun tat-tkabbir jibda minn kmieni fir-rebbiegħa u jkompli sa tard fil-ħarifa u l-perjodu veġetattiv huwa estiż, u għalhekk, il-pjanti jirċievu ammont totali ikbar ta' dawl tax-xemx u sħana minn żoni li jinsabu iktar fit-Tramuntana. Dawn jirriżultaw fi tkabbir sod. Il-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf jiflaħ sew għall-ħarifa, billi jipproduċi ħafna zkuk ħoxnin u linjifikati b'mod sinifikanti bi blanzuni żviluppati sew u b'saħħithom. Ir-riżervi rikki bin-nutrijenti fiz-zkuk sodi jippermettu lill-kultivari tal-ward li jkunu nqatgħu fil-ħarifa jkunu soġġetti għal ħżin fit-tul u jiffaċilitaw li wara t-tħawwil fis-snin sussegwenti l-għeruq jaqbdu. Ir-reżistenza għall-ġlata tiżdied permezz tal-fatt li fiż-żona ta' Szőreg mhuwiex rari li wara sjuf sħan ikun hemm xtiewi ħarxin li matulhom il-pjanti jissodaw b'mod suffiċjenti għall-bqija ta' ħajjithom. Huwa żgurat li permezz tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő” wara ż-żrigħ l-għeruq jaqbdu.
Fatturi umani, esperti: Il-produzzjoni tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő” tmur lura għal iktar minn seklu u għandha tradizzjonijiet li huma uniċi fil-pajjiż. Il-kultivazzjoni tal-ward imtejjeb bl-għerq mikxuf li tinvolvi ħidma u ħila intensivi ħafna tipikament issir fl-irziezet tal-familja li jkunu ilhom jiżviluppaw għal ħafna ġenerazzjonijiet. L-għarfien u l-ħiliet żviluppati fir-reġjun jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. Dawn jinkludu li jgħaddu t-tradizzjonijiet tal-kultivazzjoni, il-ħila u l-ħeffa tat-tilqim bl-idejn.
Fil-qosor, jista' jingħad li r-reġjun ta' Tisza-Maros, bil-klima kontinetali, bil-ħamrija alluvjali rikka fin-nutrijenti u bi struttura laxka u b'metodu ta' tisqija ideali u l-esponiment għad-dawl tax-xemx, huma konġenjali għall-kultivazzjoni tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő”. Bħala riżultat tal-kundizzjonijiet naturali eċċezzjonali u l-għarfien u l-esperjenza speċjalizzata trażmessi mill-missirijiet lil uliedhom, il-kwalitajiet speċifiċi tal-ward tat-tip “Szőregi rózsatő” jiġu ppreservati fi kwalunkwe kundizzjoni klimatika.
4.7. Entità tal-ispezzjoni:
Isem: |
Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság |
||||
Indirizz: |
|
||||
Tel. |
+36 13369115 |
||||
Fax |
+36 13369011 |
||||
Posta elettronika: |
menyhertt@mgszh.gov.hu |
4.8. Tikkettar:
Il-kitba fuq it-tikketta hija: “Szőregi rózsatő”, bl-immaġni li ġejja:
Wara d-dħul fir-reġistru tal-Kummissjoni, għandhom jintwerew ukoll it-tikketta “indikazzjoni ġeografika protetta” u s-simbolu relatat tal-Kummissjoni.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) Ejker katastrali huwa terminu tal-kejl qadim li huwa daqs 1 600négyszögöl, jiġifieri 0,5755 ettaru jew 5 755m2.