ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.309.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 309/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6141 – China National Agrochemical Corporation/Koor Industries/Makhteshim Agan Industries) ( 1 ) |
|
2011/C 309/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6296 – Triton/Compo) ( 1 ) |
|
2011/C 309/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6373 – Sungwoo/Mitsubishi/Sungwoo CZ/Sungwoo SK) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2011/C 309/04 |
||
2011/C 309/05 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 309/06 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2011/C 309/07 |
Notifika skont l-Artikolu 114(5) tat-TFUE – Talba għal awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali iktar stretta mid-dispożizzjonijiet ta' miżura armonizzata tal-UE ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2011/C 309/08 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 309/09 |
||
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 309/10 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6141 – China National Agrochemical Corporation/Koor Industries/Makhteshim Agan Industries)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 309/01
Fit-3 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6141. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6296 – Triton/Compo)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 309/02
Fit-23 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6296. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6373 – Sungwoo/Mitsubishi/Sungwoo CZ/Sungwoo SK)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 309/03
Fis-17 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6373. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/3 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/699/PESK
2011/C 309/04
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/699/PESK (1).
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti indika l-persuni u l-entitajiet li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 13 u 15 tar-riżoluzjoni 1596 (2005), kif imġedda mill-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni 1952 (2010).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 8 tal-UNSCR 1533 (2004), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Talbiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u l-entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/699/PESK. Ir-raġunijiet biex jiġu indikati l-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz mogħti hawn fuq.
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 276, 21.10.2011, p. 50.
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/5 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/698/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1049/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
2011/C 309/05
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/698/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1049/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet nominati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilita skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuna nominata fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi inkluża fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Koordinazzjoni DG K |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 276, 21.10.2011, p. 47.
(2) ĠU L 276, 21.10.2011, p. 2.
Il-Kummissjoni Ewropea
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta’ Ottubru 2011
2011/C 309/06
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3807 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
106,07 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4450 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87500 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,0978 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2362 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,7085 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,903 |
HUF |
Forint Ungeriż |
296,24 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7053 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3515 |
RON |
Leu Rumen |
4,3331 |
TRY |
Lira Turka |
2,5696 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3449 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4015 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,7412 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7310 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7499 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 577,16 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,1584 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,8147 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4738 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 181,59 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3130 |
PHP |
Peso Filippin |
59,852 |
RUB |
Rouble Russu |
43,1730 |
THB |
Baht Tajlandiż |
42,760 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,4417 |
MXN |
Peso Messikan |
18,5178 |
INR |
Rupi Indjan |
68,7690 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/8 |
Notifika skont l-Artikolu 114(5) tat-TFUE – Talba għal awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali iktar stretta mid-dispożizzjonijiet ta' miżura armonizzata tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 309/07
1. |
Fis-17 ta' Mejju 2011, ir-Renju tal-Isvezja nnotifika talba għall introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-tqegħid fis-suq ta' fertilizzanti li fihom il-kadmju. Ir-Renju tal-Isvezja diġà jgawdi minn deroga għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 dwar il fertilizzanti (1) li tippermetti lill-awtoritajiet Svediżi jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-fertilizzanti li fihom il-kadmju f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-100 gramma għal kull tunnellata ta' fosfru. In-notifika li ressqu l-awtoritajiet Svediżi għandha l-għan li tikseb awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta' miżuri nazzjonali li jnaqqsu l-kontenut ta' kadmju li huwa permess fil-fertilizzanti tal-fosfru għal massimu ta' 46 gramma għal kull tunnellata ta' fosfru. |
2. |
Hekk kif fil-bidu tal-1995, ir-Renju tal-Isvezja ngħaqad mal-Unjoni Ewropea, huwa kellu valuri ta' limitu li jorbtu legalment fir-rigward tal-konċentrazzjoni ta' kadmju fil-fertilizzanti minerali. L-Artikolu 112 u l-punt 4 tal-Anness XII tal-Att ta' Adeżjoni tar-Renju tal-Isveżja jistipulaw li safejn jikkonċerna l-kontenut ta' kadmju fil-fertilizzanti, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 76/116/KEE (2) ma għandux japplika għar-Renju tal-Isvezja qabel l-1 ta' Jannar 1999. Id-Direttiva 76/116/KEE mbagħad kienet ġiet emendata bid-Direttiva 98/97/KE (3) fir-rigward tal-marketing fl-Awstrija, fil-Finlandja u fl-Isvezja ta' fertilizzanti li fihom il-kadmju, li ppermettiet, inter alia lir-Renju tal-Isvezja li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tat-territorju tiegħu ta' fertilizzanti li fihom il-kadmju f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu dawk li ġew stabbiliti nazzjonalment fid-data tal-adeżjoni. Din id-deroga kienet tapplika għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2001. |
3. |
Fis-7 ta’ Diċembru 2001, ir-Renju tal-Iżvezja nnotifika l-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti, b’devjazzjoni mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/116/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fertilizzanti. Wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/399/KE tal-24 ta’ Mejju 2002 (4) dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Renju tal-Iżvezja taħt l-Artikolu 95(4) tat-Trattat KE dwar il-kontenut massimu ta’ kadmju ammissibbli fil-fertilizzanti, tawlet id-deroga tad-Direttiva 76/116/KEE sal-31 ta’ Diċembru 2005. |
4. |
Fid-29 ta' Ġunju 2005, ir-Renju tal-Isvezja talab, għal darb'oħra, biex iżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jiddevjaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 dwar il-fertilizzanti. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/347/KE tat-3 ta' Jannar 2006 (5) tippermetti lill-awtoritajiet Svediżi li jżommu l-miżuri nazzjonali sakemm ma jiġu applikati miżuri armonizzati dwar il-kadmju fil-fertilizzanti fil-livell tal-UE. Għalkemm il-ħidma tinsab għaddejja, hemm dewmien fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE. |
5. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix it-tqegħid fis-suq jew it-trasferiment tal-fertilizzanti koperti min-numri doganali tat-tariffi 25.10, 28.09, 28.35, 31.03 u 31.05 li fihom il-kadmju f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-100 gramma għal kull tunnellata ta' fosfru, fit-territorju tar-Renju tal-Isvezja. L-Isvezja tirrikjedi t-tnaqqis ta' dawk il-konċentrazzjonijiet għal livell ta' 46 gramma għal kull tunnellata ta' fosfru (li hija ekwivalenti għal 20 mg Cd/kg P2O5). |
6. |
L-Art. 114(5) tat-TFUE jistipula li jekk, wara l-adozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali ibbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x'taqsam mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta' xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom. |
7. |
Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex jew le mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern. |
8. |
L-awtorità Svediża tiġġustifika t-talba tagħha billi tirreferi għal valutazzjoni ġdida tar-riskju mwettqa mill-Isvezja. Din il-valutazzjoni tqis il-valutazzjoni tar-riskju ġenerali tal-UE tal-kadmju u tal-ossidu tal-kadmju maħluq f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (6), kif ukoll opinjoni xjentifika mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel rigward il-kadmju fl-ikel (7). Il-valutazzjoni Svediża tar-riskju hija ppubblikata fuq l-internet fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/chemicals/documents/specific-chemicals/fertilisers/cadmium/risk-assessment_en.htm |
9. |
Skont l-awtoritajiet, il-valutazzjoni l-ġdida tar-riskju turi l-ħtieġa li titnaqqas l-espożizzjoni għall-kadmju sabiex titħares is-saħħa tal-popolazzjoni Svediża. L-espożizzjoni tiddependi mill-konsum ta' ikel li jkun fih il-kadmju, prinċipalment il-pjanti, u għaldaqstant huwa neċessarju li jitnaqqas ir-riskju ta' livelli għolja ta' kadmju fl-għelejjel. L-uċuh tar-raba għall-ħrit huma ġeneralment iktar aċidużi fl-Isvezja milli fl-Ewropa Ċentrali u din is-sitwazzjoni speċifika tagħmel il-kadmju iktar faċilment disponibbli għall-pjanti. |
10. |
It-tnaqqis tal-limitu nazzjonali minn 100 gramma kadmju għal kull tunnellata ta' fosfru għal 46 gramma ta' kadmju għal kull tunnellata ta' fosfru hija miżura maħsuba biex tnaqqas l-akkumulazzjoni ta' kadmju fil-ħamrija, kemm l-għelejjel jieħdu minnu u fl-aħħar mill-aħħar ir-riskju għall-bnedmin tal-espożizzjoni għall-kadmju mid-dieta tagħhom. |
11. |
Għaldaqstant, ir-Renju tal-Isvezja jqis neċessarju li skont l-Artikolu 114(5) tat-TFUE jintroduċi miżuri nazzjonali li jnaqqsu l-kontenut ta' kadmju fil-fertilizzanti. |
12. |
In-notifika preżenti se tiġi vvalutata fid-dawl tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 u f’konformità mal-Artikolu 114(5) tat-TFUE. Il-Kummissjoni għandha sitt xhur ċans biex tapprova jew tirrifjuta l-miżuri notifikati, li matulhom għandha tivverifika li dawn ma jkunux mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija għall-kummerċ u li ma joħolqux ostakli mhux meħtieġa u sproporzjonati għall-funzjonament tas-suq intern. |
13. |
Osservazzjonijiet possibbli dwar in-notifika preżenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Kwalunkwe kumment imressaq wara dawn it-30 jum mhux se jiġi kkunsidrat. |
14. |
Iktar tagħrif dwar in-notifika Svediża jista' jinkiseb minn:
|
(1) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
(2) Sostitwit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.
(3) ĠU L 18, 23.1.1999, p. 60.
(4) ĠU L 138, 28.5.2002, p. 24.
(5) ĠU L 129, 17.5.2006, p. 24.
(6) UE RAR, ECB 2007: European Union Risk Assessment Report on cadmium oxide and cadmium metal, Volum 72, Il-Kummissjoni Ewropea, Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, l-Istitut għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
(7) EFSA (2009). L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kadmju fl-ikel. Il-Ġurnal EFSA (2009) 980, 1-139.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Parlament Ewropew
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/11 |
Avviż ta' reklutaġġ PE/141/S
2011/C 309/08
Il-Parlament Ewropew qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:
— |
PE/141/S – Aġent Temporanju – Amministratur (AD 5) – Inġinier tal-bini |
Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal kors ta' grad Universitarju komplut ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikat b'diploma uffiċjalment rikonoxxuta fl-arkitettura jew fl-inġinerija relatata mas-settur tal-kostruzzjoni.
Mhi meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali.
Dan l-avviż ta' reklutaġġ qed jiġi ppubblikat biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-test sħiħ jinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 309 A b'dawn il-lingwi.
Il-Kummissjoni Ewropea
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/12 |
Sejħa għal proposti għal azzjonijiet ta’ modal shift, katalisti, “Toroq tat-Tbaħħir”, azzjonijiet għal evitar tat-traffiku u ta’ tagħlim komuni fi ħdan it-tieni Programm Marco Polo
(Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament (KE) Nru 1692/2006 – ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1)
2011/C 309/09
Il-Kumissjoni Ewropea qiegħda hawnhekk tiftaħ sejħa għall-proposti għall-proċedura tal-għażla 2011 taħt it-tieni Programm Marco Polo. Is-sejħa tagħlaq fis-16 Jannar 2012.
Aktar tagħrif dwar is-sejħa u għajnuna dwar kif għandhom jiġu sottomessi l-proġetti jistgħu jinsabu fuq dan il-Websajt:
http://ec.europa.eu/transport/marcopolo/getting-funds/call-for-proposals/2011/index_en.htm
Il-helpdesk tal-Programm Marco Polo jista’ jiġi kkuntattjat permezz tal-e-mail: eaci-marco-polo-helpdesk@ec.europa.eu u fax: +32 22979506.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/13 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 309/10
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“KRAŠKI ZAŠINK”
Nru KE: SI-PGI-0005-0824-29.09.2010
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Kraški zašink”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Is-Slovenja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 1.2. |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.). |
3.2. Deskrizzjoni ta' prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
Il-Kraški zašink huwa prodott tal-laħam imnixxef tradizzjonali mir-reġjun ta' Karst, li huwa magħmul mil-laħam tal-għonq tal-majjal. Għandu forma ċilindrika tipika u kisi naturali li huwa mgħotti b'xibka elastika. Il-piż minimu tal-prodott finali huwa 0,90 kg. Il-wiċċ tal-Kraški zašink huwa ferm iżda elastiku u ftit imkemmex fit-trufijiet. L-aroma sħiħa tal-laħam u tax-xaħam ta' madwaru tiżviluppa matul il-proċess ta' tnixxif u maturazzjoni. Il-Kraški zašink għandu togħma ftit mielħa tipika. Il-kontenut tal-melħ għandu jkun inqas minn 6 %, il-grad ta' tnixxif milħuq għandu jkun mill-inqas 36 %, filwaqt li l-valur aw għandu jkun inqas minn 0,92, u l-kontenut tal-proteina għandu jkun mill-inqas 24 %.
Il-biċċiet maqtugħin tal-Kraški zašink għandhom kulur roża ħamrani, u t-trufijiet tagħhom huma ftit iktar skuri. Ix-xaħam huwa ta' kulur abjad. It-tessut tal-laħam u tax-xaħam jinħass lixx fil-ħalq u jdub malajr.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Għall-produzzjoni tal-Kraški zašink, jintuża l-għonq ta' majjali ta' razez imlaħħmin. Il-parti tal-għonq użata tinkludi l-vertebri ċervikali kollha sal-ħames vertebra tad-dahar. Il-laħam ma għandux xaħam fil-wiċċ, għadam, jew qarquċa, ikun żvinat sew u ma jkollux inċiżjonijiet jew tbenġil. Il-piż minimu tal-laħam frisk tal-għonq huwa 1,5 kg.
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):
—
3.5. Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata:
— |
It-temperatura tal-laħam frisk tal-għonq għandha tkun bejn + 1 °C u + 4 °C, kif imkejla qabel il-proċess tat-tmelliħ. |
— |
L-immarkar tal-bidu tat-tmelliħ u l-ittikkettar tal-lott – jum, xahar u sena. |
— |
Tmelliħ bil-melħ tal-baħar. Il-kwantità tal-melħ hija adattata skont il-piż. Għandhom jiżdiedu z-zokkor, il-bżar u t-tewm. |
— |
Il-proċess tat-tmelliħ idum bejn 7 u 12-il ġurnata f'temperatura ta' bejn + 1 °C u + 6 °C. |
— |
It-tneħħija tal-kumplament tal-melħ u l-mili tal-laħam tal-għonq f'kisi magħmul minn fibri naturali, segwit mit-tgeżwir f'xibka elastika. |
— |
Il-proċess tat-tnixxif f'temperatura kiesħa jdum sebat(7) ijiem f'temperatura bejn + 1 °C u + 6 °C |
— |
Il-proċess tat-tnixxif f'temperatura bejn 20 °C u 22 °C għal mill-inqas 12 –il siegħa. |
— |
Il-proċess ta' tnixxif/maturazzjoni f'temperatura bejn 10 °C u 16 °C; Il-perjodu ta' produzzjoni totali jdum għal mill-inqas 12 –il ġimgħa u jiġi estiż kif xieraq għal għenuq itqal tal-majjal. |
— |
Għandu jitkejjel il-grad ta' tnixxif miksub, li għandu jkun għall-inqas 36 %; il-valur aw għandu jkun inqas minn 0,92, il-kontenut tal-melħ inqas minn 6 % u l-piż minimu tal-prodott finali għandu jkun 0,90 kg. |
— |
It-testijiet sensorji tal-prodott, l-analiżi tal-kontenut tal-melħ u l-valur aw. |
— |
Il-prodotti mmaturati għandhom jinħażnu f'temperatura ta' + 8 °C. |
— |
It-traċċabbiltà, il-verifika tad-dokumentazzjoni, il-ħżin tad-dokumentazzjoni, id-dokumentazzjoni veterinarja relatata, ir-rekords tal-produttur (folja teknika). |
— |
Il-Kraški zašink tista' tkun ikkummerċjalizzata sħiħa bix-xibka tagħha, bħala biċċiet ippakkjati bil-vakum jew bħala biċċiet maqtugħin ta' Kraški zašink ippakkjati bil-vakum jew ippakkjati f'atmosfera mmodifikata. |
3.6. Regoli speċifiċi li jikkonċernaw it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
Sabiex tkun żgurata n-natura awtentika tal-prodott, sabiex ikunu preservati l-karatteristiċi tipiċi tiegħu u l-karatteristiċi organolettiċi u sabiex tkun żgurata s-sikurezza mikrobijoloġika tiegħu, il-proċess tal-ippakkjar bil-vakum jew atmosfera mmodifikata għandu jsir biss f'impjanti approvati għall-produzzjoni tal-Kraški zašink. F'dawn il-proċeduri kollha, huwa importanti li jitqiesu l-għarfien speċjali, l-esperjenza u l-ħila esperta li l-produtturi tal-Kraški zašink kisbu matul is-snin tal-produzzjoni tal-prodott. Tagħmir inadegwat, esponiment għall-arja, temperatura jew umdità ħażina jistgħu jikkawżaw id-deterjorazzjoni malajr tal-karatteristiċi tal-prodott, li jistgħu jrenduh ukoll mikrobijoloġikament mhux tajjeb għall-konsum. Il-fażijiet kollha msemmija hawn fuq huma mmonitorjati minn persunal ikkwalifikat li huwa familjari mal-karatteristiċi kollha tal-Kraški zašink. Din is-sistema tiżgura superviżjoni kontinwa, traċċabbiltà sħiħa u preservazzjoni tal-karatteristiċi tipiċi tal-Kraški zašink li huma apprezzati ħafna u mfittxija mill-konsumaturi.
3.7. Regoli speċifiċi dwar l-ittikkettar.:
Il-Kraški zašink li huwa prodott skont l-ispeċifikazzjonijiet u li ngħata ċertifikat, jista' jingħata tikketta bl-isem Kraški zašink, il-logo Kraški zašink, id-dikjarazzjoni “indikazzjoni protetta tal-oriġini” u s-simbolu ta' kwalità nazzjonali. Il-logo jikkonsisti f'għonq ta' majjal stilizzat b'inskrizzjoni “Kraški zašink” u huwa l-istess għall-produtturi kollha. In-numru ta' reġistrazzjoni tal-produttur għandu jitqiegħed maġenb il-logo. L-użu tal-logo huwa obbligatorju għall-formati kollha tal-Kraški zašink li huma kkummerċjalizzati.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Iż-żona ta' produzzjoni għall-Kraški zašink hija delimitata minn linja li tibda minn Kostanjevica na Krasu sa Opatje selo, minn hemm sal-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Italja u matul il-fruntiera sal-punt tal-qsim tal-fruntiera f'Lipica, minn hemm matul it-triq sal-villaġġ ta' Lokev, imbagħad matul it-triq għal Divača, minn hemm f'linja dritta sal-villaġġ ta' Vrabče u ta' Štjak, Selo, Krtinovica, Kobdilj, u minn hemm f'linja dritta minn Mali Dol għal Skrbina lejn Lipa u Temnica u lura għal Kostanjevica na Krasu. Il-villaġġi kollha msemmija hawn fuq huma parti miż-żona ġeografika.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Ir-reġjun ta' Karst (Kras) huwa wieħed mill-ikbar pajsaġġi fis-Slovenja u b'mod ċar huwa distint minn pajsaġġi ġirien oħrajn. Iż-żona tikkonsisti fi plateau kalkarju bi tliegħi u niżliet b'terren tipikament Karst li l-altitudni tiegħu tonqos mix-Xlokk għall-Majjistral. It-terra rossa famuża ta' Karst iffurmat fuq is-sottostrat kalkarju. Hemm ftit ħamrija fil-wiċċ, li prinċiparjament hija ġeblija, għalkemm f'xi postijiet jikbru xi pjanti, siġar żgħar u foresti rqaq. Fir-reġjun ta' Karst, il-prossimità tal-baħar hija influwenza predominanti fuq il-klima. Hawnhekk, il-klima Mediterranja mhix waħda severa u tiltaqa' ma' arja kontinentali kiesħa. Il-fluttwazzjonijiet fit-temperatura huma komuni fir-reġjun ta' Karst, fejn ikun hemm influss ta' arja kontinentali kiesħa fiż-żona tal-Mediterran fl-għamla tar-riħ bora ta' Karst. Il-prossimità tal-baħar tfisser li, fix-xitwa, ħafna drabi jkun hemm żieda qawwija fit-temperatura wara granet ta' rjieħ bora kesħin ħafna. Kull meta tinżel il-borra, din malajr tinħall. Il-prossimità tal-baħar għandha effett sinifikanti fuq is-sajf meta jippredomina temp ċar u sħun. Id-diversità tal-plateau tar-reġjun ta' Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar tfisser li dejjem ikun hemm riħ jew żiffa, li jippromwovu livell komparabbli baxx ta' umdità relattiva. Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika joffru kundizzjonijiet mikroklimatiċi favorevoli għat-tnixxif tal-laħam li n-nies lokali ilhom jisfruttaw għal snin sħaħ. Huma jibbilanċjaw il-kombinazzjoni ġusta tat-temperatura u l-umdità bl-użu ta' kmamar differenti fid-djar Karst li għandhom ħitan ħoxnin. Il-bdiewa jitrasferixxu pršut (prieżet), panceta (bejken bix-xaħam) vratovina (għonq tal-majjal), zalzett u prodotti oħra minn kamra għall-oħra f'tiftixa kostanti għall-aħjar kombinazzjoni ta' umdità u temperatura għall-fażijiet teknoloġiċi individwali tal-proċess ta' maturazzjoni. Għalhekk, biż-żmien, il-ħiliet tekniċi u l-għarfien prattiku żviluppaw bl-esperjenza u saru stabbiliti b'mod permanenti fost in-nies lokali.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-Kraški zašink huwa prodott tal-laħam imnixxef tradizzjonali mir-reġjun Karst.
Waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-Kraški zašink hija l-għażla b'attenzjoni tal-materja prima (l-għonq tal-majjal), li tikkonsisti fil-vertebri ċervikali kollha sal-ħames vertebra tad-dahar u li ma jkollhiex xaħam fil-wiċċ, għadam jew qarquċa. Il-Kraški zašink huwa differenti wkoll minn prodotti simili oħra fil-proċess tal-produzzjoni teknoloġika tiegħu, li fih, tintuża biss il-proċedura tat-tmelliħ manwali fin-niexef li tinvolvi kwantità moderata ta' melħ tal-baħar li tinħakk bl-idejn ma' kull għonq ta' majjal. Karatteristika speċifika oħra hija l-proċess ta' tnixxif/maturazzjoni li ma jinvolvi l-ebda trattament tas-sħana u li jsir f'temperatura ta' 16 °C. Dan ifisser li ma hemm ebda deterjorazzjoni tal-proteini minħabba s-sħana u li tkun preservata s-sodezza tat-tessut tax-xaħam.
Il-proċess tat-tmelliħ fin-niexef u l-perjodu twil biżżejjed ta' maturazzjoni f'temperaturi baxxi għandhom impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-Kraški zašink. Is-sodezza ġentili tal-laħam tal-muskolu matur u tax-xaħam tista' tinħass fil-ħalq. L-aroma qawwija u t-togħma li ma tibqax fit-tul ta' ħwawar hija tipika. Qatgħa Kraški zašink għandha kulur aħmar fir-roża unit tipiku tal-laħam tal-muskolu u xaħam intermuskolari abjad.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għall-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Is-suċċess f'termini tar-reputazzjoni kurrenti u l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-laħam tal-għonq fir-reġjun ta' Karst huwa dovut għat-tekniki tradizzjonali u individwali użati mill-bdiewa.
Id-diversità tal-plateau ta' Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar ifissru li dejjem ikun hemm ir-riħ jew żiffa jew li l-umdità relattiva hija komparattivament baxxa fiż-żona ġeografika, li minn żmien il-qedem ipprovdew lin-nies lokali b'kundizzjonijiet mikroklimatiċi favorevoli għat-tnixxif tal-prodotti tal-laħam. It-tnixxif tal-biċċiet tal-laħam probabilment imur lura għaż-żmien meta r-reġjun ta' Karst beda jkun ippopolat. Rekords dwar id-dieta tal-poplu tar-reġjun ta' Karst li jmorru lura għall-1820 jgħidu li d-dieta ta' kuljum tal-bdiewa kienet tinkludi prodotti tal-laħam imnixxfin. Anton Melik, fost l-oħrajn, kiteb dwar il-livell għoli ta' żvilupp fit-trobbija tal-majjali fir-reġjun ta' Karst fil-ktieb tiegħu “Slovensko Primorje” (1960). Diversi awturi differenti kitbu estensivament dwar ir-reputazzjoni tal-Kraški zašink, inklużi Dr Stanko Renčelj, fil-kotba tiegħu “Suhe mesnine narodne posebnosti” (prodotti tal-laħam imnixxfa – speċjalitajiet nazzjonali) (1991), “Kraška kuhinja” (il-kċina tar-reġjun ta' Karst) (1999), “Suhe mesnine na Slovenskem” (prodotti tal-laħam imnixxfa tas-Slovenja) (2009) “Okusi Krasa” (Togħmiet mir-Reġjun ta' Karst) (2009) u “Kras, zvestoba tradiciji” (Ir-reġjun ta' Karst, leali għat-tradizzjoni) (1999), (Anny Rechberger Pečar, Umberto Pillizon, 2006), u fi gwidi turistiċi bħal “Dobrote Krasa in Brkinov” (Speċjalitajiet tar-reġjuni ta' Karst u Brkini) (TIC Sežana, 2010).
Biż-żmien, il-poplu lokali kiseb esperjenza imprezzabbli u għarfien prattiku li uża għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tradizzjonali tiegħu għall-produzzjoni tal-Kraški zašink. Għall-kuntrarju ta' reġjuni oħra fis-Slovenja, il-poplu ta' Karst juża esklussivament tmelliħ fin-niexef u kwantità moderata ta' melħ meta jipproduċi prodotti tal-laħam imnixxfa. F'żoni oħra tas-Slovenja, tintuża s-salmura jew kombinazzjoni ta' tmelliħ fin-niexef u fl-imxarrab. It-tmelliħ isir manwalment bi kwantità relattivament żgħira ta' melħ tal-baħar li jinħakk manwalment fuq l-għonq tal-majjal. Il-poplu lokali tar-reġjun ta' Karst huwa wkoll kburi bit-tradizzjoni tat-tnixxif tal-għonq tal-majjal. Oriġinarjament, l-għonq tal-majjal kien jitnixxef f'biċċa waħda flimkien mal-għadam tal-għonq, iżda l-prodott kien jinxef wisq u l-wiċċ kien ikun iebes u xott u ħafna drabi maqsum. Minħabba l-iżvantaġġi tal-proċess tat-tnixxif tal-għonq tal-majjal flimkien mal-għadam tal-għonq, in-nies lokali abbandunaw dan il-metodu u żviluppaw il-proċess tat-tnixxif tal-għonq tal-majjal mingħajr għadam f'kisi naturali. Huma kienu jqiegħdu l-għonq immellaħ tal-majjal f'kejsing naturali qabel it-tnixxif. Inizjalment dan il-kisi kien ikun magħmul mill-bużżieqa tal-urina tal-majjal; wara bdew jużaw rektum. Il-prodott kien tipikament jiddawwar bl-ispag, li kien itih dehra partikolarment attraenti. Hija tradizzjoni stabbilita għall-fażi kollha tat-tnixxif/maturazzjoni li ssir mingħajr trattament bis-sħana. Bis-saħħa tat-temperaturi pjuttost baxxi, m'hemmx deterjorazzjoni tal-proteini minħabba s-sħana. Il-proċess tat-tmelliħ fin-niexef u l-perjodu twil biżżejjed ta' maturazzjoni f'temperaturi baxxi għandhom impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-Kraški zašink.
L-esperjenza kbira għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra u wasslet għall-iżvilupp tat-tradizzjoni. It-teknoloġija użata fil-produzzjoni tal-Kraški zašink tinkludi livelli għoljin ta' għarfien u esperjenza prattiċi u ta' sengħa, li jagħtu lill-prodott karatteristiċi organolettiċi tipiċi, li għamluh speċjalità gastronomika u kulinari stabbilita.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/Varna_hrana/KRASKI_ZASINK_splet_10611.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.