ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.305.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
15 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 305/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 298, 8.10.2011

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 305/02

Ħatra tar-Reġistratur

2

2011/C 305/03

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 305/04

Kawża C-387/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

4

2011/C 305/05

Kawża C-391/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

4

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 305/06

Kawża T-524/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2011 — Meredith vs UASI (BETTER HOMES AND GARDENS) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETTER HOMES AND GARDENS — Raġuni assoluta għal rifjut — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

6

2011/C 305/07

Kawża T-525/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2011 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

6

2011/C 305/08

Kawża T-452/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Western Digital u Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

6

2011/C 305/09

Kawża T-459/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2009 — Barloworld vs Il-Kummissjoni

7

2011/C 305/10

Kawża T-465/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Globula vs Il-Kummissjoni

8

2011/C 305/11

Kawża T-471/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

9

2011/C 305/12

Kawża T-177/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Awwissu 2011 — PASP et vs Il-Kunsill

10

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 305/13

Kawża F-75/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kunsill

11

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/1


2011/C 305/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 298, 8.10.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 282, 1.10.2011

ĠU C 282, 24.9.2011

ĠU C 269, 10.9.2011

ĠU C 252, 27.8.2011

ĠU C 238, 13.8.2011

ĠU C 232, 6.8.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/2


Ħatra tar-Reġistratur

2011/C 305/02

Il-mandat ta’ Emmanuel Coulon, Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skada fil-5 ta’ Ottubru 2011.

Il-Qorti Ġenerali, fil-laqgħa plenarja tagħha tat-13 ta’ April 2011, iddeċidiet li ġġedded il-mandat ta’ Emmanuel Coulon, skont l-Artikoli 20 u 7(3) tar-Regoli tal-Proċedura, għall-perijodu li jmur mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-5 ta’ Ottubru 2017 inkluż.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2011/C 305/03

Fl-20 ta’ Settembru 2011, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara li l-Imħallef M. Kancheva assumiet il-kariga, dwar l-assenjazzjoni tagħha lill-awli u dwar il-proroga tal-assenjazzjoni tal-Imħallfin l-oħra sal-31 ta’ Awwissu 2013.

Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2010 dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli, kif emendata bid-Deċiżjonijiet tas-26 ta’ Ottubru 2010 (1) u tad-29 ta’ Novembru 2010 (2), hija għalhekk emendata kif ġej :

“Għall-perijodu bejn l-20 ta’ Settembru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2013, l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli hija kif ġej :

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

J. Azizi, President tal-Awla, E. Cremona, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen u D. Gratsias, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

J. Azizi, President tal-Awla;

 

E. Cremona, Imħallef;

 

S. Frimodt Nielsen, Imħallef.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

N.J Forwood, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek, J. Schwarcz, A. Popescu u M. Kancheva, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

N.J Forwood, President tal-Awla;

a)

F. Dehousse u A. Popescu, Imħallfin;

b)

F. Dehousse u J. Schwarcz, Imħallfin;

ċ)

J. Schwarcz u A. Popescu, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

O. Czúcz, President tal-Awla, E. Cremona, I. Labucka, S. Frimodt Nielsen u D. Gratsias, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

O. Czúcz, President tal-Awla;

 

I. Labucka, Imħallef.

 

D. Gratsias, Imħallef

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

I. Pelikánová, President tal-Awla;

 

K. Jürimäe, Imħallef;

 

M. van der Woude, Imħallef.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

S. Papasavvas, President tal-Awla, V. Vadapalas, K. Jürimäe, K. O’Higgins u M. van der Woude, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

S. Papasavvas, President tal-Awla;

 

V. Vadapalas, Imħallef;

 

K. O’Higgins, Imħallef.

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

E. Moavero Milanesi, President tal-Awla, M.E Martins Ribeiro, N. Wahl, S. Soldevila Fragoso u H. Kanninen, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

E. Moavero Milanesi, President tal-Awla;

 

N. Wahl, Imħallef;

 

S. Soldevila Fragoso, Imħallef.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, M. Prek, J. Schwarcz, A. Popescu u M. Kancheva, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

A. Dittrich, President tal-Awla;

a)

I. Wiszniewska-Białecka u M. Prek, Imħallfin;

b)

I. Wiszniewska-Białecka u M. Kancheva, Imħallfin

ċ)

M. Prek u M. Kancheva, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

L. Truchot, President tal-Awla, M.E Martins Ribeiro, N. Wahl, S. Soldevila Fragoso u M. Kanninen, Imħallfin

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn tliet Imħallfin :

 

L. Truchot, President tal-Awla;

 

M.E Martins Ribeiro, Imħallef;

 

M. Kanninen, Imħallef

Fit-Tieni u fis-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin, l-Imħallfin li ser jifformaw il-kulleġġ ta’ ħames Imħallfin mal-President tal-Awla ser ikunu ż-żewġ Imħallfin l-oħra tal-kulleġġ inizjalment adit, ir-raba’ Imħallef ta’ din l-awla u Mħallef tal-awla l-oħra li hija komposta minn erba’ Imħallfin. Dan ta’ l-aħħar, li ma jistax’ ikun il-President ta’ Awla, ser jiġi nnominat għal sena skont l-ordni previst fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.”


(1)  ĠU C 317 tal-20.11.2010, p. 5

(2)  ĠU C 346 tat-18.12.2010, p. 2


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-387/11)

2011/C 305/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Soulay, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi żamm fis-seħħ regoli differenti dwar it-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli miġbura minn kumpanniji ta’ investiment Belġjani u t-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli miġbura minn kumpanniji ta’ investiment barranin, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni tikkritika t-trattament differenti bejn il-kumpanniji ta’ investiment residenti u l-kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli. B’differenza mal-kumpanniji ta’ investiment residenti, il-kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti li ma għandhomx stabbiliment fiss fit-territorju nazzjonali ma għandhomx, fil-fatt, il-possibbiltà li jirkupraw l-ammont imħallas minħabba l-withholding tax fuq it-taxxa fuq id-dħul kapitali u beni mobbli. Din id-diskriminazzjoni hija inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment, peress li għandha l-konsegwenza li trendi inqas attraenti t-twaqqif ta’ kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, peress li l-finanzjament ta’ kumpannija Belġjana permezz ta’ kumpannija ta’ investiment barranija huwa ogħla minn finanzjament permezz ta’ kumpannija ta’ investiment Belġjana.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrifjuta l-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani. L-ewwel nett, dawn ma pproduċew l-ebda prova oġġettiva sabiex jiġi konkluż li teżisti differenza bejn is-sitwazzjoni tal-kumpanniji ta’ ivestiment residenti u dik tal-kumpanniji ta’ investiment li ma humiex residenti, li hija rilevanti mill-perspettiva tal-istauts fiskali tagħhom. Sussegwentement, is-sistema fiskali inkwistjoni ma għandha l-ebda rabta mat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati kkonċernati. Fi kwalunkwe każ, Stat Membru ma jistax jinvoka ftehim bilaterali sabiex jevita l-obbligi imposti fuqu mit-Trattat. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ allegat riskju ta’ frodi fiskali min-naħa tal-kumpanniji li ma humiex residenti, l-awtoritajiet Belġjani ma jistgħux jinvokaw ostakoli għall-kontrolli fiskali, li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet adottati mill-Belġju stess, sabiex jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-libertajiet iggarantiti mit-Trattat.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-391/11)

2011/C 305/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-punti (1) u (3) tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 5(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1) huma trasposti korrettement, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-direttiva msemmija;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE skada fil-21 ta’ April 2002. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, ma kienx informa b’dan lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224.


Il-Qorti Ġenerali

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2011 — Meredith vs UASI (BETTER HOMES AND GARDENS)

(Kawża T-524/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETTER HOMES AND GARDENS - Raġuni assoluta għal rifjut - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 305/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meredith Corp. (Des Moines, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Hardcastle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R 517/2009-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BETTER HOMES AND GARDENS bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Meredith Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.2.2010.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2011 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA)

(Kawża T-525/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 305/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Metronia, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1315/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.3.2010.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/6


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Western Digital u Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/11)

2011/C 305/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Western Digital Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) u Western Digital Ireland, Ltd (Grand Cayman, Cayman Islands) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat, u P. Stuart, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuta tipproduċi l-kwestjonarji li hija bagħtet lil terzi matul l-ewwel fażi u t-tieni fażi tal-investigazzjoni tagħha tal-proposta ta’ xiri min-naħa ta’ Western Digital Corporation ta’ Viviti Technologies Ltd. u tal-proposta ta’ xiri min-naħa ta’ Seagate tan-negozju tal-hard disk drive ta’ Samsung Electronics Co. Ltd.

tordna lill-konvenuta tipprovdi aċċess għall-fajl ta’ prenotifika u ta’ postnotifika tat-tranżazzjoni Seagate, inkluż, b’mod partikolari, aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ kull korrispondenza u kitbiet reġistrati ta’ kuntatti bejn Seagate, Samsung, u l-Kummissjoni sad-data tan-notifika, u kull komunikazzjonijiet interni fi ħdan il-Kummissjoni – kemm fil-Kawżi Seagate vs Samsung u Western Digital Ireland vs Viviti Technologies – li jikkonċernaw il-prijoritizzazzjoni taż-żewġ tranżazzjonijiet;

tannulla d-deċiżjoni prijoritarja inkluża fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2011/C 165/04), tat-30 ta’ Mejju 2011, fil-Każ COMP/M.6203 – Western Digital Ireland vs Viviti Technologies (ĠU 2011 C 165, p. 3), li tibda t-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, skont l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ setgħat tal-konvenuta li tadotta regola ta’ prijorità bbażata fuq id-data tan-notifika ta’ konċentrazzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ekwità u ta’ amministrazzjoni tajba min-naħa tal-konvenuta billi:

ir-regola ta’ prijorità magħżula mill-konvenuta ma għandha l-ebda bażi taħt id-dritt Ewropew, ma ssegwix ġurisprudenza stabbilita, u ma hijiex inerenti fis-sistema ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet;

ir-regola ta’ prijorità magħżula mill-konvenuta tagħti lok għal riżultati ħżiena; u

ir-regola ta’ prijorità magħżula mill-Kummissjoni tikser prinċipji ġenerali ta’ liġi.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur mill-konvenuta tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li l-proposta ta’ xiri min-naħa Western Digital Corporation ta’ Viviti Technologies Ltd. tiġi evalwata kontra l-istruttura tas-suq li kienet fis-seħħ meta ġiet iffirmata, imħabbra u nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur mill-konvenuta tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ekwità, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, billi imponiet oneri addizzjonali fuq ir-rikorrenti, u billi ma żvelatx il-fatt li kien hemm tranżazzjoni parallela li taffettwa l-istess swieq rilevanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/7


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2009 — Barloworld vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-459/11)

2011/C 305/09

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Barloworld International, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. Alcaraz Gutierrez u A. J. de la Cruz Martínez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (“TRILS”) (it-test konsolidat tal-Att dwar it-Taxxa tal-Kumpanniji Spanjol) jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat irregolata mill-Artikolu 107(1) TFUE u hija nieqsa mill-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE;

sussidjarjament, skont il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tannulla l-Artikolu 1(2) u (3) tad-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, sa fejn ma tippermettix li t-tranżazzjonijiet effettwati bejn id-data ta’ meta ġiet ippubblikata d-deċiżjoni tal-ftugħ tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni (il-21 ta’ Diċembru 2007) u d-data ta’ meta ġiet ippubblikata d-deċiżjoni kkontestata (il-21 ta’ Mejju 2011), ikomplu japplikaw it-tnaqqis fiskali taħt l-Artikolu 12(5) TRLIS matul il-perijodu kollu ta’ amortizzazzjoni;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(4) u (5) tad-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, sa fejn il-fatt li tiġi stabbilita skema abbażi tal-allegata ineżistenza ta’ ostakoli legali għal kummerċ transkonfinali huwa nieqes minn motivazzjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex jiġi kkunsidrat għajnuna mill-Istat.

L-Artikolu 12(5) TRLIS, ikkunsidrat fis-sistema sħiħa tat-taxxa Spanjola, ma jikkostitwix vantaġġ ekonomiku għall-iskop tal-Artikolu 107(1) TFUE. Min-naħa l-oħra, il-miżura inkwistjoni hija ta’ natura ġenerali, għaliex ma jistax jiġi konkluż li fil-fatt hija selettiva, skont it-termini rrikonoxxuti mid-duttrina tal-Kummissjoni stess u mill-ġurisprudenza Komunitarja.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas totali ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontesta.

Id-deċiżjoni hija nieqsa mill-motivazzjoni mitluba mill-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma eżaminatx bir-reqqa u b’mod imparzjali il-kwistjonijiet kollha relevanti, u lanqas ma mmotivat suffiċjentement il-konklużjonijiet ta’ din id-deċiżjoni. Konkretament, jattira l-attenzjoni n-nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-analiżi jekk hemmx jew le ostakoli legali għall-amalgamazzjonijiet transkonfinali bejn impriżi.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-kompatibbiltà tal-miżura mal-Artikolu 107(3) TFUE.

L-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju għandha l-għan, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fiskali fil-livell tal-Unjoni, li tneħħi l-ostakoli għall-investiment transkonfinali, peress li tneħħi l-effett negattiv ta’ ostakoli għall-amalgamazzjonijiet transkonfinali ta’ impriżi u tqarreb it-trattament fiskali tal-amalgamazzjonijiet transkonfinali ta’ impriżi mat-trattament mogħti lil impriżi nazzjonali, li jiżgura li d-deċiżjonijiet adottati f’dak li jikkonċerna dawn it-tranżazzjonijiet ma jkunux ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet fiskali, iżda fuq kunsiderazzjonijiet purament ekonomiċi.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-iskema tranżitorja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għandha tiġi applikata sad-data ta’ meta ġiet ippubblikata d-deċiżjoni fil-ĠUUE, jiġifieri l-21 ta’ Mejju 2011.

Id-deċiżjoni dwar akkwiżizzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea nżammet sa ma tittieħed deċiżjoni, li kienet issemmiet espliċitament fl-ewwel deċiżjoni, dwar akkwiżizzjonijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea peress li, barra l-Unjoni, jista’ jkun għad hemm ostakoli legali għal amalgamazzjonijiet transkonfinali ta’ impriżi li jistgħu jpoġġu dawn it-tranżazzjonijiet f’sitwazzjoni legali u fattwali differenti minn dik ta’ tranżazzjonijiet ġewwa l-Unjoni. Għalhekk, l-ewwel deċiżjoni wasslet ċerti impriżi sabiex ikollhom aspettattivi leġittimi dwar il-leġiżlazzjoni Spanjola, speċjalment fid-dawl tal-konoxxenza li, fil-parti l-kbira tal-ġurisdizzjonijiet, huwa fil-fatt impossibbli li jsiru amalgamazzjonijiett transkonfinali ta’ impriżi barra mill-Unjoni Ewropea.


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/8


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Globula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/11)

2011/C 305/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Globula a.s. (Hodonín, ir-Republika Ċeka) (rappreżentanti: M. Petite, D. Paemen, A. Tomtsis, D. Koláček u P. Zákoucký, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ġunju 2011, li tordna lir-Repubblika Ċeka biex tirtira d-deċiżjoni nnotifikata tal-Ministeru tal-Industrija u tal-Kummerċ Ċek, tas-26 ta’ Ottubru 2010, li tagħti eżenzjoni temporanja lir-rikorrenti mill-obbligu li tipprovdi aċċess innegozjat għal partijiet terzi għal faċilità futura ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice (C(2011) 4509); u

tikkundanna lill-konvenuta tħallas ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 36(9) tat-Tielet Direttiva tal-Gass (1), minflok applikat l-Artikolu 22(4) tat-Tieni Direttiva tal-Gass (2). B’riżultat ta’ dan, il-konvenuta ħarġet id-deċiżjoni ikkontestat fil-forma ta’ deċiżjoni vinkolanti minflok ta’ talba informali. Barra minn hekk, abbażi tal-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 36(9) tat- Tielet Direttiva tal-Gass, il-konvenuta ħarġet id-deċiżjoni ikkontesta tard, peress li skont it-Tieni Direttiva tal-Gass il-perijodu ta’ żmien oriġinali jista’ jiġi estiż b’xahar addizzjonali wieħed biss. B’riżultat ta’ dan id-deċiżjoni kkontestata hija mingħajr ebda effett ġuridiku.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta kisret l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti meta l-ewwel tat garanziji preċiżi, mingħajr kundizzjoni u konsistenti rigward meta u taħt liema ċirkostanzi d-deċiżjoni nnotifikata tal-Ministeru tal-Industrija u tal-Kummerċ Ċek issir finali, iktar tard b’mod inekwivoku kkonfermat mill-ġdid dan u mbagħad, b’mod mhux mistenni, ħarġet id-deċiżjoni kkontestata b’mod inkonsistenti mad-dikjarazzjonijiet preċedenti.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta kisret it-Trattati u l-istat tad-dritt dwar l-applikazzjoni tagħhom. F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni kkontestata applikat dritt sostantiv żbaljat. Ir-rikorrenti ssostni li r-regoli sostantivi applikabbli, li fid-dawl tagħhom il-Kummissjoni kellha tirevedi d-deċiżjoni nnotifikata, jinsabu fl-Artikolu 22 tat-Tieni Direttiva tal-Gass. Għaldaqstant il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti meta, b’mod żbaljat, irrifjutat l-ispjegazzjoni offruta mill-Ministeru tal-Industrija u tal-Kummerċ Ċek, li r-rikorrenti kienet u baqgħet ma sabitx sieħeb affidabbli u għal żmien twil skont ir-regoli tad-dritt Ċek għall-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ ħżin, applikabbli kemm fiż-żmien meta r-rikorrenti ippreżentat ir-rikors għal eżenzjoni lill-Ministeru kif ukoll attwalment.


(1)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, p. 94).

(2)  Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12 Vol. 2 p. 230


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/9


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/11)

2011/C 305/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru SG-Greffe (2011) D/C(2011) 3503 tat-13 ta’ Mejju 2011, meħuda fil-Kawża COMP/M.2978 Lagardère/Natexis/VUP wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni, u li biha l-Kummissjoni approvat għal darb’oħra Wendel bħala akkwirent tal-assi ttrasferiti skont impenji marbuta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar 2004 li tawtorizza l-konċentrazzjoni Lagardère vs Natexis/VUP;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-impossibbiltà manifesta għall-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta’ konfermazzjoni li tivvalida ex post, flimkien barra minn hekk effett retroattiv, l-approvazzjoni ta’ Wendel li jakkwista fl-2004 l-assi ta’ Editis. Ir-rikorenti ssostni li:

Meta aġixxiex b’dan il-mod, mingħajr ma tislet il-konsegwenzi kollha li kienu wasslu għall-illegalità kkonstatata mill-Qorti Ġenerali, fir-rigward tan-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatorju responsabbli milli jissorvelja l-imsemmi trasferiment, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 266 TFUE u li:

Billi ffissat id-data ta’ effett tad-deċiżjoni kkonstatata għat-30 ta’ Lulju 2004, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattivà, b’nuqqas ta’ kunsiderazzjoni għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma tawtorizzax tali effett, eċċezzjonalment, li l-kundizzjoni doppja li għan ta’ interess ġenerali perentorju jeżiġih u li l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jiġu debitament osservati. Ir-rikorrenti ssostni li dawn iż-żewġ kundizzjonijeit ma humiex osservati f’dan il-każ.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar li tawtorizza l-konċertazzjoni saret inapplikabbli wara l-konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti impenji minn Lagardère.

(3)

It-tielet u r-raba’ motivi bbażati fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-kandidatura ta’ Wendel, kemm fl-2004 kif ukoll fid-deċiżjoni l-ġdid ta’ approvazzjoni, kif ukoll fuq żbalji li jirrigwardaw, minn naħa, it-teħid inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi adottata d-deċiżjoni kkontestata, ta’ data sussegwenti t-30 ta’ Lulju 2004 u, min-naħa l-oħra, it-teħid inkunsiderazzjoni b’mod selettiv u parzjali ta’ din id-data sussegwenti.

(4)

Il-ħames motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter b’mod partikolari sa fejn, billi adottat ex post deċiżjoni ta’ validazzjoni retroattiva ta’ trasferiment illegali u billi approvat mandatorju ġdid responsabbli mill-inkarigu biss li jabbozza rapport ġdid li jikkonferma l-kwalitajiet ta’ Wendel bħala akkwirent tal-assi trasferiti, il-Kummissjoni biddlet l-għan tal-Artikolu 266 TFUE u tar-Regolament Nru 4064/89 (1), li kien jipprovdi, fost oħrajn, il-possibbiltà li tiġi rrevokat id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni u li jiġu ssanzjonati l-partijiet responsabbli għall-illegalità mwettqa.

(5)

Is-sitt motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni peress li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa kemm minn insuffiċjenza u minn kontradizzjoni ta’ motivi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 1, p. 31).


15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Awwissu 2011 — PASP et vs Il-Kunsill

(Kawża T-177/11) (1)

2011/C 305/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/11


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-75/11)

2011/C 305/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jingħatax il-promozzjoni għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2007.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta’ April 2011 li tirrifjuta l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni li ma jingħatax il-promozzjoni għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2007;

sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jingħatax il-promozzjoni għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2007;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.