ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.299.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 299

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
11 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 299/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6353 – CIE/COM HEM) ( 1 )

1

2011/C 299/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6364 – DCDC Holdings/Universal/WB/DCDC Joint Venture) ( 1 )

1

2011/C 299/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6377 – Advent/Oberthur Technologies) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 299/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/667/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

3

2011/C 299/05

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 999/2011 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 299/06

Rata tal-kambju tal-euro

5

2011/C 299/07

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/602/KE dwar it-twaqqif tal-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumaturi

6

2011/C 299/08

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 299/09

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

10

2011/C 299/10

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerta fir-rigward tal-operazzjoni tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

11

2011/C 299/11

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

12

2011/C 299/12

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerta fir-rigward tal-operazzjoni tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6353 – CIE/COM HEM)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 299/01

Fl-20 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6353. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6364 – DCDC Holdings/Universal/WB/DCDC Joint Venture)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 299/02

Fil-21 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6364. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6377 – Advent/Oberthur Technologies)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 299/03

Fit-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6377. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/667/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

2011/C 299/04

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/667/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 359/2011.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 265, 11.10.2011, p. 34.

(2)  ĠU L 265, 11.10.2011, p. 7.


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 999/2011 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

2011/C 299/05

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK (1), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 999/2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 265, 11.10.2011, p. 24.

(2)  ĠU L 265, 11.10.2011, p. 6.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Ottubru 2011

2011/C 299/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3593

JPY

Yen Ġappuniż

104,26

DKK

Krona Daniża

7,4434

GBP

Lira Sterlina

0,86890

SEK

Krona Żvediża

9,1249

CHF

Frank Żvizzeru

1,2326

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8025

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,780

HUF

Forint Ungeriż

293,60

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7080

PLN

Zloty Pollakk

4,3185

RON

Leu Rumen

4,3123

TRY

Lira Turka

2,4921

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3680

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3986

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5797

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7415

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7399

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 587,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,6961

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6297

HRK

Kuna Kroata

7,4735

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 124,42

MYR

Ringgit Malażjan

4,2489

PHP

Peso Filippin

58,948

RUB

Rouble Russu

43,1255

THB

Baht Tajlandiż

41,962

BRL

Real Brażiljan

2,3723

MXN

Peso Messikan

18,0715

INR

Rupi Indjan

66,5720


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/602/KE dwar it-twaqqif tal-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumaturi

2011/C 299/07

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 169 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jagħti lill-Unjoni l-kompitu li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, kif ukoll li tippromwovi d-drittijiet tal-konsumaturi għall-informazzjoni u li jorganizzaw lilhom infushom għall-ħarsien tal-interessi tagħhom;

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/602/KE (1) waqqfet “grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati” fl-oqsma tas-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumaturi b'effett mill-10 ta' Ottubru 2007 sabiex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prassi fil-proċess ta' konsultazzjoni u jgħinha wkoll biex tadatta aħjar il-proċessi tagħha li jinvolvu l-partijiet interessati għall-ħtiġijiet tagħhom fl-oqsma msemmija hawn fuq;

(3)

Skont l-Artikolu 3(4) ta' din id-Deċiżjoni, il-membri għandhom jinħatru għal mandat ta' erba' snin li ma jiġġeddidx. Madankollu, fir-rigward tal-ewwel ħatra biss, nofs il-membri għandhom jinħatru għal mandat ta' sentejn li ma jiġġeddidx. Il-Kummissjoni stabbiliet mandat iqsar għal nofs il-membri sabiex tillimita t-tfixkil relatat mas-sostituzzjoni tal-membri kollha tal-grupp.

(4)

Il-Kummissjoni ħatret il-membri tal-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/793/KE (2) u speċifikat il-mandat rispettiv tagħhom permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/783/KE (3). Bħala konsegwenza, il-mandat ta' għaxar membri ġie stabbilit għal erba' snin mid-29 ta' Novembru 2007 sad-29 ta' Novembru 2011 u għaxar membri ġodda nħatru għal terminu sħiħ ta' erba' snin li jispiċċa f'Novembru 2013;

(5)

Il-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati avvanza b'mod konsiderevoli fix-xogħol dwar l-iżvilupp ta' Kodiċi ta' prassi tajba fil-konsultazzjonijiet għad-DĠ Saħħa u Konsumaturi. It-tiġdid tal-kompożizzjoni tal-grupp f'dan il-mument ikun ta' tfixkil għal dan il-proċess u l-kontinwità tiegħu;

(6)

Abbażi tal-esperjenza, il-kompożizzjoni attwali tal-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati kisbet bilanċ ta' partijiet interessati mill-organizzazzjonijiet tal-industrija u dawk non-governattivi, li jaffettwawhom l-oqsma tal-politika koperti mid-Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi, u żgurat medda wiesgħa ta' kompetenza esperta rilevanti u distribuzzjoni ġeografika fi ħdan l-Unjoni kif ukoll bilanċ bejn is-sessi;

(7)

Għalhekk huwa xieraq li tinżamm il-kompożizzjoni attwali tal-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati sa Novembru 2013, meta jkun lesta l-mandat tiegħu;

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/602/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 3(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Ladarbda jinħatru, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sat-2 ta' Novembru 2013.”

2.

L-Artikolu 3(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-membri li ma jibqgħux f’qagħda li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 339 tat-TFUE jistgħu jiġu sostitwiti mill-Kummissjoni.”

3.

L-Artikolu 3(7) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   L-ismijiet tal-membri maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għandhom jiġu elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.”

Artikolu 2

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li jelenka l-membri tal-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati, għandu jiddaħħal bħala Anness tad-Deċiżjoni 2007/602/KE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fit-2 ta’ Novembru 2011.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 234, 6.9.2007, p 13.

(2)  ĠU L 320, 6.12.2007, p. 33.

(3)  ĠU L 279, 24.10.2009, p. 6.


ANNESS

Il-grupp ta' djalogu għall-partijiet interessati għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:

 

BAX Willemien

 

BERTELETTI KEMP Florence

 

CEPONYTE Zita

 

CZIMBALMOS Ágnes

 

GALLANI Barbara

 

GOUVEIA Rodrigo

 

GRUNER Bernd

 

HERVE Maryse

 

KETTLITZ Beate

 

KOSINSKA Monika

 

KUTIN Breda

 

LOGSTRUP Susanne

 

RODRIGUEZ Nathalie

 

ROSS Melody

 

SHEPPARD Philip

 

TIDDENS-ENGWIRDA Lisette

 

VAN TICHELEN Sonja

 

VINCENTEN Joanne

 

VON ESSEN Garlich


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/9


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2011/C 299/08

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: Malta

Suġġett tal-kommemorazzjoni: L-ewwel rappreżentanti eletti

Deskrizzjoni tad-disinn: Iċ-ċentru tal-munita juri id li qed tixħet vot fil-kaxxa tal-voti. Fil-qiegħ tagħha tidher is-sena “2011”. Fuq nett tal-munita tul iċ-ċirku ta’ ġewwa, li testendi għan-naħa tal-lemin, hemm il-kliem “Malta – First elected representatives 1849” (“Malta – L-ewwel rappreżentanti eletti 1849”)

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu:

Data tal-ħruġ: It-tieni sitt xhur tal-2011


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1 għall-uċuh nazzjonali tal-muniti kollha maħruġa fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, paġni 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/10


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

2011/C 299/09

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni–Zakynthos

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ April 2012

L-indirizz minn fejn it-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate-General for Air Transport

Air Transport Division

Section II

Vas. Georgiou 1

166 04 Athens

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Fax +30 2108947132

Internet: http://www.hcaa.gr


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/11


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerta fir-rigward tal-operazzjoni tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

2011/C 299/10

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni–Zakynthos

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Marzu 2016

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-PSOs

L-indirizz sħiħ minn fejn it-test tal-istedina għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

Vas. Georgiou 1

166 04 Athens

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Fax +30 2108947132

Internet: http://www.hcaa.gr


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/12


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

2011/C 299/11

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni–Syros

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ April 2012

L-indirizz sħiħ minn fejn it-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate-General for Air Transport

Air Transport Division

Section II

Vas. Georgiou 1

166 04 Athens

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Fax +30 2108947132

Internet: http://www.hcaa.gr


11.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/13


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerta fir-rigward tal-operazzjoni tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

2011/C 299/12

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ateni–Syros

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Marzu 2016

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-PSOs

L-indirizz minn fejn it-test tal-istedina għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate-General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

Vas. Georgiou 1

166 04 Athens

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Fax +30 2108947132

Internet: http://www.hcaa.gr