|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.295.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 295/01 |
||
|
2011/C 295/02 |
||
|
2011/C 295/03 |
||
|
2011/C 295/04 |
Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.309 – Display bil-Kristalli Likwidi (LCD) |
|
|
2011/C 295/05 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/39.309 – LCD) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8761 finali) ( 1 ) |
|
|
|
Aġenzija Ewropea għad-Difiża |
|
|
2011/C 295/06 |
Pubblikazzjoni tal-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2010 |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 295/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6262 – AGRANA/RWA/JV) ( 1 ) |
|
|
2011/C 295/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6266 – J&J/Synthes) ( 1 ) |
|
|
|
Rettifika |
|
|
2011/C 295/09 |
Rettifika għall-Informazzjoni dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU C 285, 29.9.2011) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta’ Ottubru 2011
2011/C 295/01
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3269 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
101,87 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4428 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86680 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1650 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2316 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8245 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,845 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
296,55 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7090 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3768 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3133 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,4587 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3725 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3890 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,3286 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7313 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7325 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 574,31 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,6816 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,4650 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4953 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 839,07 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2156 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,072 |
|
RUB |
Rouble Russu |
43,1265 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,279 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4350 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,0606 |
|
INR |
Rupi Indjan |
65,4830 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/2 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Novembru 2010 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/39.309 (1) – LCD
Rapporteur: Id-Danimarka
2011/C 295/02
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehimiet u/jew prattiki miftiehma fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-kumpless ta' ftehimiet u/jew prattiki miftiehma jikkostitwixxi f'infrazzjoni unika u kontinwa ta' kartell fil-qasam tal-pannelli tal-Liquid Crystal Display għat-TV, notebook u applikazzjoni tal-moniter għall-istess perjodu ta' żmien li fih kien jeżisti. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-kumpless ta' ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kellhom l-objettivi u l-effett li jillimitaw l-kompetizzjoni? |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dewmien tal-infrazzjoni għal kull destinatarju. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-konklużjoni li l-ftehim u l-prattiki miftiehma bejn id-destinatarji setgħu jħallu effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn il-partijiet kontraenti taż-ŻEE. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2010 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/39.309 (2) – LCD
Rapporteur: Id-Danimarka
2011/C 295/03
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda fl-ammont bażiku biex jiġi żgurat effett suffiċjenti ta' deterrent. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi skont l-Avviż ta' Klemenza tal-2002. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar inabbiltà ta' talbiet għal ħlas. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/4 |
Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
COMP/39.309 – Display bil-Kristalli Likwidi (LCD)
2011/C 295/04
|
(1) |
L-abbozz tad-deċiżjoni ppreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 u 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jikkonċerna kartell bejn il-produtturi tal-pannelli tad-Display bil-Kristalli Likwidi (“LCD”). |
|
(2) |
Fi Stqarrija ta' Oġġezzjonijiet (“SO”) datata s-27 ta’Mejju 2009, il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni preliminari li ċerti impriżi pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 (1) TFUE u l-Artikolu 53 (1) ZEE fis-settur tal-pannelli tal-Liquid Crystal Display għat-TV, u l-applikazzjonijiet tan-notebook u l-moniters bejn il-5 ta' Ottubru 2001 u l-25 ta' Mejju 2006 għall-impriżi kollha, għajr għal waħda li kien allegat li pparteċipat bejn il-5 ta’Ottubru 2001 u 6 ta' Jannar 2006. |
|
(3) |
L-abbozz tad-deċiżjoni jasal għall-konklużjoni li l-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 (1) TFUE u l-Artikolu 53 (1) tal-Ftehim taż-ŻEE billi pparteċipaw fi ftehim uniku u kontinwu u prattika miftiehma fis-settur tal-pannelli Liquid Crystal Display għat-TV u l-applikazzjonijijet tan-notebooks u l-moniters:
|
|
(4) |
Kull waħda minn dawn l-intrapriżi (kollettivament imsejħa bħala “l-partijiet” hawn taħt) rċeviet id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet u ngħatat il-possibbiltà li tesprimi l-fehmiet tagħha dwar l-oġġezzjonijiet li jinsabu fiha, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
|
(5) |
L-Uffiċjal tas-Seduta oriġinarjament responsabbli għal dan il-każ kienet is-Sinjura Karen WILLIAMS. Wara l-ħatra tiegħi bħala Uffiċjal tas-Seduta mis-16 ta' Settembru 2010, assumejt ir-responsabbiltà tal-każ. |
I. PROĊEDURI BIL-MIKTUB U ORALI
A. L-aċċess għall-fajl
|
(6) |
Wara li rċevew id-DO li ħarġet fis-27 ta' Mejju 2009, il-partijiet ingħataw aċċess għall-fajl permezz ta' CD-ROM li huma rċevew fl-4 ta' Ġunju 2009. Il-Partijiet rċevew ukoll aċċess għal dikjarazzjonijiet ta' klemenza orali u bil-miktub fil-bini tal-Kummissjoni. |
|
(7) |
Kwistjonijiet ta' aċċess għall-fajl tqajmu partikolarment mill-LGD fit-tweġiba tagħha għad-DO u fis-seduta orali. LGD stqarret li xi traduzzjonijiet kienu nieqsa u li l-organizzazzjoni tal-fajl, partikolarment il-post tal-verżjonijiet mhux kunfidenzjali, għamilha impossibbli għaliha biex tivvaluta x'valur miżjud is-sottomissjonijiet tagħha pprovdew għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni. LGD kienet mogħtija aċċess ulterjuri għall-fajl, u sussegwentement hi għamlet sottomissjoni addizzjonali fl-1 ta' Frar 2010 fejn talbet immunità parzjali skont il-paragrafu 26 tal-Avviż ta' Klemenza. Filwaqt li l-LGD irriżervat id-drittijiet tagħha li tagħmel kummenti ulterjuri f'sottomissjoni tagħha tal-1 ta' Frar 2010, dan m'għamlitux. |
|
(8) |
Abbażi ta' dan, inqis li l-LGD kienet kapaċi teżerċita b' mod sħiħ id-dritt tagħha li tinstema’ dwar il-kwistjoni ta' jekk hijiex intitolata għal immunità parzjali, u li d-diffikultajiet ta' aċċess għall-fajl – deplorabbli kemm kienu deplorabbli – ma wasslu għal ebda impediment tad-dritt tagħha li tinstema'. |
B. Perjodu ta' żmien biex wieħed iwieġeb għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet
|
(9) |
Id-destinatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet oriġinarjament kienu ngħataw skadenza sal-10 ta' Lulju 2009 biex iwieġbu għaliha. Il-partijiet kollha talbu estensjoni għal raġunijiet li nstab li kienu ġġustifkati minn dak li kien l-Uffiċjal tas-seduta. Ingħatat estensjoni lil CPT sat-23 ta' Lulju 2009; lil HannStar u Samsung sal-24 ta' Lulju 2009; lil CMI, AUO, u LGD sat-28 ta' Lulju 2009. B'konnessjoni mal-aċċess għall-fajl imsemmi hawn fuq LGD talbet estensjoni oħra, li ngħatat sal-11 ta' Awwissu 2009. Il-partijiet kollha rrispondew fil-ħin. |
C. Seduta orali
|
(10) |
Is-seduta orali saret fit-22 u t-23 ta' Settembru 2009 u li għaliha attendew rappreżentanti mill-partijiet kollha. |
|
(11) |
Matul is-seduta orali, il-Kummissjoni ppreżentat xi ftit mistoqsijiet lil uħud mill-partijiet u talbet tweġibiet bil-miktub. L-aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dawn it-tweġibiet kienet ipprovduta b'ittra tas-6 ta' April 2010. |
D. Ittra lill-partijiet dwar […]dokumenti
|
(12) |
Fis-6 ta’April 2010, il-Kummissjoni indirizzat ittra lill-partijiet (“l-Ittra”), u indikat li tista' tixtieq tinkludi fid-deċiżjoni ċerti dokumenti mressqa minn […] fir-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet fil-11 ta' Awwissu. Id-dokumenti kienu mehmuża mal-Ittra, li stqarret li “informazzjoni ġdida tikkorobora u tappoġġja l-oġġezzjonijiet diġà stipulati fid-DO.” |
|
(13) |
AUO ddikjarat fir-risposta taghħa għall-Ittra li l-fatt li ma pprovdietx id-dokumenti fis-seduta orali l-Kummissjoni ċaħħdet lill-AUO mill-opportunità li tinstema'. Fil-kummenti tagħha dwar ċerti […] dokumenti, AUO talbet ukoll li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar kif d-dokumenti jikkorroboraw u jappoġġjaw l-oġġezzjonijiet diġà stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. CMI nnutat fir-risposta tagħha għall-Ittra li mingħajr ebda spjegazzjoni li takkumpanja dwar x'suppost id-dokumenti kienu maħsuba biex juru, kien diffiċli li wieħed jara kif il-Kummissjoni kienet se tużahom. |
|
(14) |
Minkejja l-istqarrijiet ta' AUO u CMI, jien tal-fehma li d-dritt tal-partijiet li jinstemgħu dwar […] id-dokumenti l-ġodda kien irrispettat mill-Kummissjoni. L-ewwel nett, ma nqisx li l-ħin li fih ġew ikkomunikati […] d-dokumenti mill-Kummissjoni ma kienx xieraq. Il-Kummissjoni ma tistax tkun mitluba biex tiddetermina, sa minn qabel is-seduta orali, liema partijiet mir-risposti għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet tista' tixtieq tuża f'deċiżjoni finali. It-tieni nett, il-partijiet ingħataw l-opportunità li jikkummentaw bil-kitba dwar […] id-dokumenti l-ġodda. Id-dritt li jinstemgħu oralment hu pertinenti biss għal oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni torbot fuqhom, u l-Ittra ma żidetx xi oġġezzjonijiet għal dawk li kienu diġà saru fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Il-Kummissjoni għalhekk ma kienet taħt l-ebda obbligu li tisma' l-partijiet oralment fuq dawn id-dokumenti speċifikament. It-tielet nett, filwaqt li l-Ittra setgħet iddikjarat aktar speċifikament ma' liema oġġezzjonijiet kienu marbuta d-dokumenti, inqis li l-kuntest li fih dokumenti jkunu potenzjalment użati mill-Kummissjoni kienu ċari biżżejjed f'dan il-każ għall-partijiet biex jikkummentaw b'mod utli dwar id-dokumenti, u għalhekk jeżerċitaw b' mod sħiħ id-dritt tagħhom li jinstemgħu. |
II. L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI TAL-PROJBIZZJONI
A. L-abbozz tad-deċiżjoni jittratta biss oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet ġew mismugħa
|
(15) |
Wara li rrevedejt l-abbozz tad-deċiżjoni, wasalt għall-konklużjoni li din tittratta biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom (2). |
|
(16) |
Hawn taħt, madankollu se nirrevedi ċerti kummenti magħmula fil-kors tal-proċedimenti mill-partijiet fir-rigward tad-dritt li jinstemgħu, partikolarment fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni u l-kalkolu tal-multa. |
(a) Il-ġuriżdizzjoni tal-Kummissjoni
|
(17) |
Fit-tweġibiet tagħhom għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, bosta partijiet (3) ikkritikaw lill-Kummissjoni li ma stabbilietx sew li hija għandha ġuriżdizzjoni f'dan il-każ. Ġie partikolarment enfasizzat li d-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet fiha biss analiżi limitata ħafna ta’ din il-kwistjoni, li stipulat li l-Kummissjoni kellha ġuriżdizzjoni biss fuq il-bażi li l-imġiba antikompetittiva inkwistjoni tolqot il-kummerċ fil-Komunità u ż-ŻEE. Parti waħda argumentat li d-dritt tagħha li tinstema' jinkiser jekk id-deċiżjoni kellha tiġi adottata fuq il-bażi tar-raġunament stabbilit fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. |
|
(18) |
L-abbozz tad-Deċiżjoni jindirizza din il-kritika u jinkludi analiżi aktar elaborata li tispeċifika r-raġunijiet li fuqhom hija stabbilita l-ġuriżdizzjoni f’dan il-każ, jiġifieri li l-kartell kellu firxa globali, u kien immirat fost l-oħrajn lejn il-bejgħ dirett lil klijenti taż-ŻEE. |
|
(19) |
Filwaqt li huwa veru li valutazzjoni ġuridika tal-ġuriżdizzjoni tal-Kummissjoni fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet kienet pjuttost limitata, jiena xorta waħda tal-fehma li d-dritt tal-partijiet li jinstemgħu ġie rrispettat biżżejjed. Id-Dikjarazzjoni ta Oġġezzjonijiet inkludiet mingħajr ebda riserva dikjarazzjoni li l-Kummissjoni qieset li kellha ġuriżdizzjoni f'dan il-każ. Il-Partijiet wieġbu għal din l-istqarrija estensivament bil-miktub u waqt is-seduta. Il-fatti bażiċi li ngħataw piż fl-abbozz tad-deċiżjoni li tappoġġja l-konklużjoni legali fid-deċiżjoni li l-Kummissjoni għandha ġuriżdizzjoni kienu diġà ppreżentati fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Il-partijiet kienu għalhekk kapaċi li jasserixxu l-fehma tagħhom dwar dawn il-fatti qabel id-deċiżjoni ġiet adottata. Biex nagħlaq, waqt li kien ikun aħjar li d-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet inkludiet analiżi aktar komprensiva ta’ din il-kwistjoni ġuriżdizzjonali, jien inqis li t-tali nuqqas ma wassalx għal ksur tad-dritt għal seduta f'dan il-każ. |
(b) Il-Kalkolu tal-multa
|
(20) |
Fil-paragrafu 352, id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet innutat li “l-Kummissjoni beħsiebha tieħu inkonsiderazzjoni u li tinkludi fl-evalwazzjoni tagħha l-fatt li l-prodott konċernat mill-proċedimenti preżenti huwa inkorporat fi prodotti finali oħra”. Dan il-paragrafu ta lok għall-kummenti minn diversi partijiet fir-risposta tagħhom għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u fis-seduta orali. B'mod partikolari, xi partijiet argumentaw li l-paragrafu 352 ma kien ċar xejn, b'mod li ma setgħux jeżerċitaw sew id-dritt tagħhom li jinstemgħu. |
|
(21) |
L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat li, fir-rigward tal-kalkolu tal-multa, il-Kummissjoni teħtieġ biss biex tistabbilixxi, fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, l-elementi prinċipali tal-fatt u tad-dritt li jistgħu jwasslu għal multa, bħall-gravità u t-tul tal-ksur allegat u l-fatt li ġie kommess “intenzjonalment jew b’negliġenza” (4). Għalhekk, anke jekk wieħed jaċċetta d-dikjarazzjoni li l-paragrafu 352 ma kienx jindika biċ-ċar il-metodoloġija li biha l-Kummissjoni kien fi ħsiebha ssegwi biex tikkalkula l-multa possibbli, il-Kummissjoni xorta waħda aġixxiet fi ħdan il-limiti tal-każistika. |
|
(22) |
Fi kwalunkwe każ, it-tħassib tal-partijiet f'dan il-każ ġew indirizzati kompletament mill-Kummissjoni wara s-seduta orali. Fl-4 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni indirizzat ittra skont l-Artikolu 18 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fejn talbet lill-partijiet biex jipprovdu informazzjoni tal-fatturat għall-finijiet tal-kalkolu ta' multa possibbli. Il-partijiet ġew mitluba li jipprovdu, fost oħrajn, il-bejgħ diretti u indiretti tagħhom fiż-ŻEE (5). Wara r-risposta tal-partijiet għat-talba, ittra oħra kienet indirizzata lilhom fis-6 ta’April 2010, fejn kien iddikjarat espliċitament li “il-Kummissjoni biħsiebha tuża (id-dejta mitluba fit-talba għall-informazzjoni fl-4 ta' Marzu) bħala bażi għall-kalkolu tal-‘valur tal-bejgħ’ u għalhekk, skont il-Linji gwida tal-2006 dwar il-Multi, bħala l-bażi għall-multa”. |
|
(23) |
Kemm it-talba għal informazzjoni tal-4 ta' Marzu 2010 u kemm l-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2010 għamluha ċara li l-Kummissjoni kien fi ħsiebha tikkunsidra, fost l-oħrajn, ċertu bejgħ indirett taż-ŻEE (“Bejgħ dirett taż-ŻEE permezz ta' Prodotti Ttrasformati”) fil-kalkolu ta' multa possibbli. Allura l-partijiet ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom dwar din il-kwistjoni – u fil-fatt għamlu użu minn din l-opportunità, u għalhekk dak id-dritt tagħhom li jinstemgħu kien rispettat bis-sħiħ. Kif imsemmi hawn fuq, billi għamlet hekk, il-Kummissjoni marret lil hinn mir-rekwiżiti tal-każistika. |
B. L-oġġezzjonijiet li waqgħu meta mqabbla mad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet
|
(24) |
Wara li semgħet lill-partijiet bil-miktub u fis-seduta orali, it-tul tal-ksur ġie mnaqqas […]. |
|
(25) |
Barra minn hekk, diversi destinatarji tad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, li l-Kummissjoni indikat li kien fi ħsiebha li żżommhom responsabbli b'mod konġunt u in solidum ma' ċerti awturi tal-ksur, mhumiex destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni. |
III. KONKLUŻJONI
|
(26) |
Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, inqis li d-dritt li wieħed jinstema' ġie rrispettat. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p.21 (“il-Mandat”).
(2) L-Artikolu 15 tal-Mandat.
(3) AUO, LGD, CMI, u HannStar.
(4) Ara, per eżempju, Kawżi Konġunti C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Dansk rørindustri and others v Commission, [2005] Ġabra I-5425, il-paragrafu 428.
(5) It-tnejn kienu ddefiniti fl-ittra tal-4 ta' Marzu 2010. Fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-bejgħ indirett taż-ŻEE inkluż għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa hu msejjaħ “Bejgħ dirett taż-ŻEE permezz ta' Prodotti Ttrasformati”.
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/8 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-8 ta’ Diċembru 2010
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
(Każ COMP/39.309 – LCD)
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8761 finali)
(It-test bil-Ingliż biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 295/05
I. DAĦLA
|
(1) |
Fit-8 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. |
|
(2) |
Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-kompetizzjoni fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/cartels/cases/cases.html |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni kienet indirizzata lill-entitajiet legali li ġejjin li jappartjenu lil sitt impriżi: Samsung Electronics Co. Ltd. u Samsung Electronics Taiwan Co. Ltd., LG Display Co., Ltd. u LG Display Taiwan Co., Ltd., AU Optronics Corporation, Chimei InnoLux Corporation, Chunghwa Picture Tubes, Ltd., HannStar Display Corporation. |
II. L-INDUSTRIJA TAL-LCD
|
(4) |
Il-prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-ksur huma pannelli kbar tal-LCD għat-TV, u tal-applikazzjonijiet tal-IT (moniters u notebooks). Il-pannelli tal-LCD huma magħmula minn folja tal-ħġieġ ta' taħt (tranżister forma ta' film irqiq “TFT”), folja tal-ħġieġ ta' fuq (formazzjoni li tiffiltra l-kulur) u kristall likwidu injettat bejn iż-żewġ folji tal-ħġieġ, impoġġija quddiem sors ta' dawl biex iservu bħala skrin jew tagħmir elettroniku. |
III. PROĊEDURA
|
(5) |
Samsung ippreżentat applikazzjoni għall-immunità fil-[…] skont it-termini tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002 (1). Fil-[…], LG Display ippreżentat applikazzjoni għall-immunità/klemenza. |
|
(6) |
Fis-7 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni permezz ta' talbiet għall-informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) lill-partijiet kollha kkonċernati. |
|
(7) |
Fil-[…], AU Optronics ippreżentat applikazzjoni għal klemenza u kienet segwita permezz ta' sottomissjonijiet susssegwenti. |
|
(8) |
Fis-27 ta' Mejju 2009 inħarġet id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet. Is-seduta orali saret fit-22 u t-23 ta’ Settembru 2009. |
|
(9) |
Fil-[…], LG Display ressqet talba għal klemenza skont l-Avviż ta' Klemenza tal-2002 (l-hekk imsejħa “immunità parzjali”), rigward is-sehem tagħha fil-kartell fil-[…] 2006. |
IV. IT-TĦADDIM TAL-KARTELL
|
(10) |
Bejn il-5 ta' Ottubru 2001 u l-1 ta' Frar 2006, dawk li rċevew din id-Deċiżjoni daħlu f'arranġamenti anti kompetittivi sabiex direttament jew indirettament jiffissaw il-prezzijiet fis-settur tal-pannelli LCD. L-iffisar dirett tal-prezzijiet inkluda arranġamenti dwar żidiet fil-prezzijiet, firxa ta' prezzijiet u/jew prezzijiet minimi. L-iffissar indirett tal-prezzijiet kien riżultat ta' skambju regolari u puntwali ta' informazzjoni fuq il-prezzijiet, id-domanda, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni. |
|
(11) |
L-evidenza li fuqha l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha tikkonsisti fost l-oħrajn minn minuti kontemporanji ta' madwar 60 laqgħa fix-xahar li fihom kienu jieħdu sehem is-sitt impriżi. |
V. RIMEDJI
1. L-ammont bażiku tal-multa
|
(12) |
Skont il-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi (3), biex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa imposta, il-Kummissjoni tibda milll-valur tal-bejgħ tal-oġġetti u s-servizzi tal-impriża li miegħu jkollu x’jaqsam il-ksur fl-oqsma ġeografiċi rilevanti taż-ŻEE. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni bħala bażi ħadet il-valur medju annwali tal-pannelli LCD mibjugħin direttament fiż-ŻEE mill-impriżi li ħadu sehem fil-karetell. Dan kien jinkludi bejgħ fiż-ŻEE kemm lill-konsumaturi tal-pannelli tal-LCD u kemm lill-konsumaturi ta' televiżjonijiet, moniters u notebooks fejn il-pannell tal-LCD kien trasformat internament mill-impriża li kienet parti mill-kartell. |
|
(14) |
Meta wieħed iqis in-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika tal-kartell, il-persentaġġ tal-ammont varjabbli u l-ammont addizzjonali (“il-multa tad-dħul”) kien stabbilit għal 16 % |
|
(15) |
Il-kartell baqa' għaddej għal 4 snin, 3 xhur u 25 jum fil-każ tal-kumpaniji kollha minbarra Hannstar, li fil-każ tagħha dam għaddej 4 snin, tliet xhur u jum (1). L-ammont varjabbli ġie mmultiplikat b'4,25 snin għall-partijiet kollha minbarra għall-LGD li għaliha, peress li “l-immunità pazjali” għall-fatturat tagħha fl-2006 ġiet parzjalment aċċettata, il-multiplikatur kien ta' 4,16 snin. |
2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(16) |
Ma kien hemm l-ebda fattur aggravanti u attenwanti li ġie kkunsidrat mill-Kummissjoni, imma ġie applikat multiplikatur ta' deterrent ta' 1,2 fil-każ ta' Samsung skont il-punt 30 tal-Linji Gwida tal-2006 fuq il-multi. |
3. L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(17) |
L-ammonti finali individwali tal-multi kkalkolati qabel l-applikazzjoni tal-Avviz ta' Klemenza kienu taħt l-10 % tad-dħul dinji tal-impriżi indirizzati. |
4. L-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006: immunità u t-tnaqqis tal-multi
|
(18) |
Samsung kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfat il-kundizzjonijiet ta' punt 8 (a) tal-Avviż ta' Klenza tal-2002. Il-multa imposta fuq Samsung tnaqqset b'100 %. |
|
(19) |
LG Display ingħatat tnaqqis ta' 50 % u “immunità parzjali” għall-2006. |
|
(20) |
AU Optronics ingħatat tnaqqis ta' 20 %. |
|
(21) |
Minkejja li Chunghwa Picture Tubes ma applikatx formalment għal klemenza, din ingħatat tnaqqis ta' 5 % fir-rigward tal-valur miżjud tas-sottomissjonijiet tagħha. |
VI. DEĊIŻJONI
|
(22) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni u t-tul ta' żmien tal-involviment tagħhom kienu kif ġej:
|
|
(23) |
Għall-infrazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ġew imposti l-multi li ġejjin:
|
(1) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU C 45, 19.2.2002, p. 3).
(3) Linji gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).
Aġenzija Ewropea għad-Difiża
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/10 |
Pubblikazzjoni tal-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2010
2011/C 295/06
Il-verżjoni sħiħa tal-kontijiet finali tinsab fl-indirizz segwenti:
http://www.eda.europa.eu/
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6262 – AGRANA/RWA/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 295/07
|
1. |
Fit-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) AGRANA (l-Awstrija) ikkontrollata minn AGRANA Beteiligungs-Aktiengesellschaft u RWA (l-Awstrija) li jappartjenu lil RWA Raiffeisen Ware Autria Aktiengesellschaft jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża(i) AGRANA Juice (l-Awstrija) u ta’ Ybbstaler (l-Awstrija) permezz ta’ kuntratt ta’ġestjoni f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6262 – AGRANA/RWA/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6266 – J&J/Synthes)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 295/08
|
1. |
Fis-27 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Johnson & Johnson (“J&J”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Synthes, Inc. (“Synthes”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6266 – J&J/Synthes, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
Rettifika
|
7.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/13 |
Rettifika għall-Informazzjoni dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 285, tad-29 ta' Settembru 2011 )
2011/C 295/09
F'paġna 13, u fil-paġna tal-qoxra, taħt “INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA”:
minflok:
“Il-Kummissjoni Ewropea”,
aqra:
“L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.