|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.286.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 286/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 286/02 |
||
|
2011/C 286/03 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2011/C 286/04 |
Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2011 Irkupri ta’ pagamenti mhux dovuti taħt il-Politika Agrikola Komuni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2011/C 286/05 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 286/06 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 286/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6323 – Tech Data Europe/MuM VAD Business) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 286/08 |
||
|
2011/C 286/09 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 286/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
28.6.2011 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31225 (11/N) |
||||||
|
Stat Membru |
Il-Greċja |
||||||
|
Reġjun |
Anatoliki Makedonia Thraki; Kentriki Makedonia; Sterea Ellada |
||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ενίσχυση υπέρ των εταιρειών παροχής αερίου (ΕΠΑ) στην Ανατολική Μακεδονία — Θράκη, στην Κεντρική Μακεδονία και στη Στερεά Ελλάδα |
||||||
|
Il-bażi legali |
Νόμος 3428/2005 περί απελευθέρωσης αγοράς φυσικού αερίου. Νόμος 2364/1995 Εισαγωγή, μεταφορά, εμπορία και διανομή φυσικού αερίου. Κοινή υπουργική απόφαση που θα εκδοθεί βάσει του άρθρου 7(19) του νόμου 2364/1995 από τους υπουργούς Περιβάλλοντος, Ενέργειας και Κλιματικής Αλλαγής και Περιφερειακής Ανάπτυξης και Ανταγωνιστικότητας |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||||
|
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
|
L-estimi |
|
||||||
|
L-intensità |
|
||||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2015 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-provvista ta' dawl, gass u ilma |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Υπουργείο Περιβάλλοντος, Ενέργειας και Κλιματικής Αλλαγής |
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta’ Settembru 2011
2011/C 286/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3615 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
104,46 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4422 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87065 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2116 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2207 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8430 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,563 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
291,85 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4377 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3310 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,5249 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3864 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4049 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6107 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7476 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7626 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 603,96 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,7339 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,7103 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4930 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 179,80 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3288 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,464 |
|
RUB |
Rouble Russu |
43,5445 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
42,452 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4994 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,3650 |
|
INR |
Rupi Indjan |
66,6680 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Settembru 2011
li jwaqqaf il-grupp ta' esperti dwar il-korruzzjoni
2011/C 286/03
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 67(3) tat-Trattat assenja lill-Unjoni Ewropea l-kompitu biex tiżgura livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv huma neċessarji l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, kemm organizzata u ta' tip ieħor, inkluża l-korruzzjoni. |
|
(2) |
Il-programm ta' Stokkolma-Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (1), adottat mill-Kunsill Ewropew tal-10-11 ta' Diċembru 2009, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi, ibbażati fuq sistemi eżistenti u kriterji komuni, li jkejlu l-isforzi fil-ġlieda ta' kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-acquis (l-akkwist pubbliku, il-kontroll finanzjarju, eċċ). |
|
(3) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Novembru 2010 dwar L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura (2) tisħaq li hija ta' importanza kruċjali li tiġi sostnuta d-determinazzjoni politika għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li huma neċessarji kemm l-azzjoni fuq livell ta' Unjoni kif ukoll il-qsim tal-aħjar prattiki. Hija tħabbar proposta tal-Kummissjoni fl-2011 fuq kif tissorvelja u tgħin fl-isforzi tal-Istati Membri kontra l-korruzzjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' rappurtar tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni għall-valutazzjoni perjodika (“ir-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni”) (3), tistipula l-objettivi u l-elementi neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni. F'konformità ma' din id-deċiżjoni, mill-2013 'il quddiem dan ir-rapport għandu jkun ippubblikat kull sentejn. Ir-Rapport għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni, megħjuna minn grupp ta' esperti maħtur mill-Kummisjoni, wara sejħa bil-miftuħ għal proċedura. Il-membri tal-grupp ta' esperti għandu jkollhom speċjalizzazzjoni indiskussa, livell għoli ta' integrità, u reputazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. |
|
(5) |
Il-Komunikazjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni fl-UE (4), għandha previst li l-esperti li għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-ħidma fuq ir-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni għandhom jiġu minn firxa wiesgħa ta' sfondi, bħall-infurzar tal-liġi, il-prevenzjoni, is-soċjetà ċivili, u għandhom jintrabtu li jaġixxu fil-kapaċità professjonali personali tagħhom. |
|
(6) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam ta' kontra l-korruzzjoni, u li jiġu definiti l-kompiti u l-istruttura tiegħu. |
|
(7) |
Il-grupp għandu jgħin fix-xogħol tal-Kummissjoni fuq ir-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u fuq kwalunkwe politika futura tal-Unjoni li titnissel minnu. B'mod partikolari, il-grupp għandu jagħti parir fuq kwistjonijiet bħal: l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet globali u ta' pajjiżi speċifiċi li għandhom jiġu koperti minn kull rapport, l-iżviluppar ta' indikaturi, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri, jidentifika l-aħjar prattiki, l-identifikazzjoni ta' tendenzi tal-UE, u jagħmel rakkomandazjonijiet u jipproponi miżuri tal-UE fejn huwa xieraq. |
|
(8) |
Il-grupp għandu jkun magħmul minn 17-il membru u għandu jkollu rappreżentazzjoni bbilanċjata f'dak li għandu x'jaqsam ma' sfond istituzzjonali u professjonali, u reġjuni ġeografiċi. |
|
(9) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp. |
|
(10) |
Id-dejta personali dwar il-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta (5). |
|
(11) |
Il-mandat tal-membri għandu jkun għal erba’ snin u għandu jkun jiġġedded. |
IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
Il-grupp ta’ esperti dwar il-korruzzjoni, minn hawn ’il quddiem msejjaħ “il-grupp”, qed jiġi hawn stabbilit.
Artikolu 2
Kompiti
Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:
|
(a) |
li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mar-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni, inkluża l-metodoloġija ta' ħidma, kif ukoll dwar kwistjonijiet illi għandhom x'jaqsmu mal-politika tal-UE kontra l-korruzzjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet bil-fomm u bil-miktub, kif xieraq u maqbul mal-Kummissjoni; |
|
(b) |
li jgħin lill-Kummissjoni tevalwa l-iżvilupp tal-politiki ta' kontra l-korruzzjoni fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, u sabiex jassisti lill-Kummissjoni tidentifika tendenzi ta' korruzzjoni fl-UE; |
|
(c) |
li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika standards relevanti kontra l-korruzzjoni, kif ukoll indikaturi, li jistgħu jitkejlu magħhom il-valutazzjonijiet tar-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni; |
|
(d) |
li jgħin lill-Kummisssjoni tidentifika modi kif tiġi ssimplifikata informazzjoni relevanti dwar in-natura, il-firxa u l-kawża tal-korruzzjoni fl-Istati Membri, kif ukoll fuq kemm qed iħallu effett l-isforzi kontra l-korruzzjoni; |
|
(e) |
li jgħin lill-Kummissjoni tidentifika kwistjonijiet ta' kontra l-korruzzjoni globali kif ukoll ta' pajjiżi speċifiċi, ta' relevanza għall-UE u għall-Istati Membri, u bil-possibilità ukoll li jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni; |
|
(f) |
li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' metodoloġiji li jivvalutaw l-isforzi ta' kontra l-korruzzjoni fl-UE-27; |
|
(g) |
li jgħin lill-Kummissjoni tidentifika u tiddefinixxi miżuri u azzjonijiet rilevanti possibbli fuq livell ta' Unjoni u nazzjonali, fuq il-firxa wiesgħa ta' politiki ta' kontra l-korruzzjoni; |
|
(h) |
li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika l-aħjar prattiki u modi li jwasslu għall-qsim tal-esperjenza u tagħlim minn pari, li jistgħu jkunu żviluppati aktar fuq livell ta' Unjoni. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-grupp fuq kull kwistjoni li għandha x'taqsam mar-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u mal-politika tal-UE kontra l-korruzzjoni.
Artikolu 4
Sħubija – Ħatra
1. Il-grupp għandu jkun kompost minn 17-il membru.
2. Il-membri għandhom ikunu individwi b'kompetenza u esperjenza kkonfermata fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur pubbliku kif ukoll fil-privat, u fil-monitoraġġ/evalwazzjoni ta' politiki u prattiki ta' kontra l-korruzzjoni.
3. L-għamla tal-grupp għandha tirrifletti l-bilanċ neċessarju bejn il-kompetenzi meħtieġa dwar kwistjonijiet kontra l-korruzzjoni, kif ukoll l-aspetti varji neċessarji, bħal, iżda mhux limitati għall-infurzar tal-liġi, il-ġudikatura, il-prevenzjoni, it-tfassil ta' politika, il-monitoraġġ u/jew is-superviżjoni, ir-riċerka fuq it-tendenzi, il-politiki u/jew l-indikaturi, is-settur pubbliku u privat, il-liġi kriminali, kif ukoll l-aspetti/l-impatti ekonomiċi u soċjali.
4. Il-membri tal-grupp għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
5. Il-membri għandhom jiġu maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni minn fost dawk li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-Anness tad-Deċiżjoni preżenti).
6. Fuq il-bażi tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti li setgħu kienu meqjusa li huma kandidati xierqa għas-sħubija fil-grupp, li iżda ma ġewx maħtura, għandhom jitqiegħdu fuq lista ta’ riserva, bil-kunsens tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tuża din il-lista għall-ħatra ta’ sostituzzjonijiet bħala membri, jekk ikun meħtieġ. Jekk il-Kummissjoni tqis il-lista ta' riserva insuffiċjenti, tista' terġa' tippubblika sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex issawwar lista ġdida.
7. Il-membri għandhom jiġu maħtura f’kapaċità personali għal perjodu ta’ erba’ snin. Il-membri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jiskadi l-mandat tagħhom. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded.
8. Il-membri li ma jkunux għadhom kapaċi jikkontribwixxu b’mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, jew l-Artikolu 339 tat-Trattat, jistgħu jiġu sostitwiti għall-kumplament tal-mandat tagħhom.
9. L-ismijiet tal-membri tal-grupp għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Kummissjoni tal-gruppi ta’ esperti u entitajiet simili oħra (“ir-Reġistru”) (6), u fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
10. Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
Artikolu 5
Operat
1. Il-grupp għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Bi qbil mal-Kummissjoni, il-grupp jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza definiti mill-grupp. Dawn il-gruppi għandhom jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom.
3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp.
4. Il-Kummissjoni tista' tagħti status ta' osservatur lil rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, intergovernattivi u mhux governattivi.
5. Il-prijoritajiet ta' ħidma għandhom jirriflettu l-bżonn ta' rispons ikkoordinat, multidixxiplinarju u b'politika koerenti fl-aspetti kollha tal-korruzzjoni.
6. Il-membri tal-grupp kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti mit-Trattati u r-regoli tal-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà relatata mal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE, stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (8). Jekk jonqosu milli jirrispettaw dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa.
7. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali.
8. Il-grupp għandu jissottometti l-opinjonijiet u r-rapporti tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tistipula limitu ta’ żmien sa meta għandha tingħata opinjoni jew rapport.
9. Il-grupp jista' jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fuq il-bażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.
10. Il-Kummissjoni tippubblika l-informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa mill-grupp billi jew tinkludiha fir-Reġistru inkella permezz ta’ link mir-Reġistru għas-sit tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
Artikolu 6
Spejjeż tal-laqgħat
1. Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp m’għandhomx jingħataw ħlas għas-servizzi li jipprovdu.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għas-sussistenza li jonfqu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.
3. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 7
Dħul fis-Seħħ u Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi ppublikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tapplika għal 8 snin.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) COM(2010) 673 finali.
(3) C(2011) 3673 finali.
(4) COM(2011) 308 finali, mhux ippubblikat. Ara d-dokument tal-Kunsill 11580/11.
(6) Il-membri li ma jixtiqux li isimhom jiġi żvelat jistgħu japplikaw għal eżenzjoni minn din ir-regola. It-talba li li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta. Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 5.
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).
ANNESS
Sejħa għal applikazzjonijiet għall-għażla ta’ esperti maħtura f'kapaċità personali
Bid-Deċiżjoni (2011/C 286/03) tat-28 ta' Settembru 2011 (1) il-Kummissjoni waqqfet grupp ta' esperti dwar il-korruzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi lill-grupp u tista' tikkonsulta lill-grupp fuq kull kwistjoni li għandha x'taqsam mar-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u mal-politika tal-UE kontra l-korruzzjoni.
Il-kompiti tal-grupp tal-esperti huma:
|
(a) |
li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mar-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni, inkluża l-metodoloġija ta' ħidma, kif ukoll dwar kwistjonijiet illi għandhom x'jaqsmu mal-politika tal-UE kontra l-korruzzjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet bil-fomm u bil-miktub, kif xieraq u maqbul mal-Kummissjoni; |
|
(b) |
li jgħin lill-Kummissjoni tevalwa l-iżvilupp tal-politiki ta' kontra l-korruzzjoni fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, u sabiex jassisti lill-Kummissjoni tidentifika tendenzi fl-UE ta' korruzzjoni; |
|
(c) |
li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika standards relevanti kontra l-korruzzjoni, kif ukoll indikaturi verifikabbli, li jistgħu jitkejlu magħhom il-valutazzjonijiet tar-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni; |
|
(d) |
li jassisti lill-Kummisssjoni tidentifika modi kif tiġi ssimplifika informazzjoni relevanti dwar in-natura, il-firxa u l-kawża tal-korruzzjoni fl-Istati Membri, kif ukoll fuq kemm qed iħallu effett l-isforzi kontra l-korruzzjoni; |
|
(e) |
li jgħin lill-Kummissjoni tidentifika kwistjonijiet ta' kontra l-korruzzjoni globali kif ukoll ta' pajjiżi speċifiċi, ta' relevanza għall-UE u għall-Istati Membri, u bil-possibilità ukoll li jagħmel rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu enfasizzati fir-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni; |
|
(f) |
li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' metodoloġiji li jivvalutaw l-isforzi ta' kontra l-korruzzjoni fl-UE-27; |
|
(g) |
li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika u tiddefinixxi miżuri u azzjonijiet rilevanti possibbli fuq livell ta' Unjoni u nazzjonali, fuq il-firxa wiesgħa ta' politiki ta' kontra l-korruzzjoni; |
|
(h) |
li jassisti lill-Kummissjoni tidentifika l-aħjar prattiki u modi li jwasslu għall-qsim tal-esperjenza u tagħlim minn pari, li jistgħu jkunu żviluppati aktar fuq livell ta' Unjoni. |
Il-Kummissjoni qiegħda għaldaqstant tagħmel sejħa għall-applikazzjonijiet bit-tir li jintgħażlu membri tal-grupp ta’ esperti.
Il-grupp ta’ esperti għandu jħaddan 17-il membru, maħtura fil-kapaċità personali tagħhom, skont l-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni.
Il-Kummissjoni għandha taħtar membri f’kapaċità personali għal perjodu rinnovabbli ta’ erba’ snin. Dawn għandhom jagħtu lill-Kummissjoni opinjoni indipendenti ħielsa minn kwalunkwe influwenza esterna u għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti. Il-membri għandhom jintrabtu li jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Il-Kummissjoni ser tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-applikazzjonijiet:
|
(a) |
Kompetenza ppruvata, u livell għoli ta’ ħila u esperjenza professjonali (mill-inqas ħames snin), fuq livell Ewropew u/jew internazzjonali, f’attivitajiet relatati mal-prevenzjoni u l-ġlieda ta' kontra l-korruzzjoni u/jew oqsma relatati; |
|
(b) |
Għarfien sod tal-acquis u l-politiki attwali tal-UE fil-qasam ta' kontra l-korruzzjoni, kif ukoll tal-istrumenti legali eżistenti ta' kontra l-korruzzjoni, u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni f'dan il-qasam fuq livell Ewropew u internazzjonali; |
|
(c) |
Abbiltà murija ta' ħidma bl-Ingliż; |
|
(d) |
Il-bżonn li jkun hemm bilanċ fi ħdan il-grupp ta’ esperti f’dak li għandu x'jaqsam ma' sfond istituzzjonali u professjonali, is-sessi u l-oriġini ġeografika (2); |
|
(e) |
Il-bżonn li jiġi żgurat il-bilanċ neċessarju bejn il-kompetenzi meħtieġa dwar kwistjonijiet ta' kontra l-korruzzjoni, kif ukoll l-aspetti varji neċessarji, bħal, iżda mhux limitati għall-infurzar tal-liġi, il-ġudikatura, il-prevenzjoni, it-tfassil ta' politika, il-monitoraġġ u/jew is-superviżjoni, ir-riċerka fuq it-tendenzi, il-politiki u/jew l-indikaturi, is-settur pubbliku u privat, il-liġi kriminali, kif ukoll l-aspetti/l-impatti ekonomiċi u soċjali; |
|
(f) |
Il-membri tal-grupp għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. |
Il-ħiliet imsemmija se jiġu eżaminati fuq il-bażi tal-curriculum vitae (CV) mimli kollu u l-formola tal-applikazzjoni.
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi biss bl-użu tal-mudell tal-formola tal-applikazzjoni (Anness II) u l-mudell tas-CV (3). L-applikanti huma mitluba li jiddikjaraw b’mod ċar fl-applikazzjoni tagħhom il-qasam ta' kontra l-korruzzjoni li fih għandhom ħila partikolari.
L-applikazzjonijiet iffirmati kif suppost għandhom jintbagħtu fi żmien 20 ġurnata mid-data tas-sejħa għal applikanti ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz ta' email inkella bil-posta f'dan l-indirizz:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali Affarijiet Interni |
|
Segretarjat tal-Unità A2 |
|
LX 46 3/131 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
HOME-CORRUPTION@ec.europa.eu |
Meta l-applikazzjonijiet jintbagħtu b'email, id-data tal-email għandha titqies bħala d-data ta’ meta ntbagħtet. Meta l-applikazzjonijiet jintbagħtu bil-posta, it-timbru postali għandu jitqies bħala d-data ta’ meta ntbagħtet.
Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza b’rabta mal-attivitajiet tal-grupp ta’ esperti skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni, taħt il-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji disponibbli. Il-membri m’għandhom jirċievu l-ebda remunerazzjoni għax-xogħol tagħhom.
Il-lista tal-membri tal-grupp għandha tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-Kummissjoni fuq il-gruppi ta’ esperti u entitajiet simili oħra (“ir-Reġistru”) (4), u fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
Għal kwalunkwe informazzjoni oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sinjura Raluca STEFANUC, Tel. +32 22953152, Posta elettronika: raluca.stefanuc@ec.europa.eu
L-informazzjoni dwar ir-riżultati tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tad-DĠ Affarijiet Interni, u jekk f'lokha, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 286, 30.9.2011, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/407/KE tad-19 ta’ Ġunju 2000 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi tal-esperti stabbiliti minnha (ĠU L 154, 27.6.2000, p. 34).
(3) Il-curricula vitae għandhom jiġu sottomessi fil-format Ewropew: http://www.cedefop.eu.int/transparency/cv.asp
(4) Il-membri li ma jixtiqux li isimhom jiġi żvelat jistgħu japplikaw għal eżenzjoni minn din ir-regola. It-talba biex ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru mill-grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tagħha, jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu jew tagħha.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
Appendiċi
Il-Qorti tal-Awdituri
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/12 |
Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2011 “Irkupri ta’ pagamenti mhux dovuti taħt il-Politika Agrikola Komuni”
2011/C 286/04
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 8/2011 “Irkupri ta’ pagamenti mhux dovuti taħt il-Politika Agrikola Komuni” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
|
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
|
Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti” |
|
12, rue Alcide de Gasperi |
|
1615 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
|
Tel. +352 4398-1 |
|
Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/13 |
Proċedura ta’ stralċ
Deċiżjoni biex jingħata bidu għal proċedimenti tal-istralċ fir-rigward ta' FARO Compagnia di Assicurazioni e Riassicurazioni SpA
(Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)
2011/C 286/05
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
|
||||||||||
|
Data, dħul fis-seħħ u tip ta' deċiżjoni |
Decreto del Ministro dello Sviluppo Economico del 28 luglio 2011 — Revoca dell’autorizzazione all’esercizio delle attività assicurative in tutti i rami e liquidazione coatta amministrativa di FARO Compagnia di Assicurazioni e Riassicurazioni SpA (Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku tat-28 ta' Lulju 2011 – Irtirar tal-awtorizzazzjoni biex jitwettqu attivitajiet ta' assigurazzjoni fl-oqsma kollha u stralċ amministrattiv obbligatorju ta' Faro Compagnia di Assicurazioni e Riassicurazioni SpA) |
||||||||||
|
Awtorità kompetenti |
|
||||||||||
|
Awtorità superviżorja |
|
||||||||||
|
Likwidatur maħtur |
|
||||||||||
|
Liġi applikabbli |
Artikolu 245 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005. |
Permezz tad-Digriet tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tat-28 ta' Lulju 2011, l-awtorizzazzjoni li permezz tagħha FARO Compagnia di Assicurazione e Riassicurazioni SpA, ibbażata f' Roma, Viale Parioli 1/3, twettaq l-attivitajiet ta' assigurazzjoni fl-oqsma kollha ġiet irtirata fil-kuntest tal-Artikolu 245 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209 tas-7 ta' Settembru 2005 u nbdiet proċedura ta' stralċ obbligatorju.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/14 |
MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ
Sejħa għal proposti – EACEA/23/11
Appoġġ għax-xandir televiżiv tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej
2011/C 286/06
1. Miri u deskrizzjoni
Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Waħda mill-miri tal-programm hija l-promozzjoni tax-xandir transnazzjonali ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej prodotti minn kumpaniji ta' produzzjoni indipendenti billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn ix-xandara min-naħa u l-produtturi u d-distributuri indipendenti min-naħa l-oħra.
2. Applikanti eliġibbli
Dan l-avviż huwa indirizzat lil kumpaniji Ewropej li permezz tal-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri msemmija hawn fuq, u b'mod partikolari għal kumpaniji indipendenti li jaħdmu produzzjonijiet televiżivi.
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:
|
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
il-pajjiżi fiż-ŻEE, l-Iżvizzera u l-Kroazja. |
3. Azzjonijiet eliġibbli
Ix-xogħol awdjoviżiv propost għandu jkun produzzjoni televiżiva Ewropea indipendenti (stejjer ivvintati (fiction), animazzjoni jew dokumentarju kreattiv) li tinvolvi l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet kumpaniji tax-xandir minn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA 2007.
L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard mill-ewwel jum tal-fotografija prinċipali.
It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 30 jew 42 xahar (fil-każ ta' sensiela).
4. Kriterji għall-aġġudikazzjoni
Il-punti sejrin jiġu allokati minn total ta' 100 fuq il-bażi li ġejja; l-aspetti meqjusin huma msemmija taħt kull kriterju:
|
— |
Id-dimensjoni Ewropea u l-finanzjament tax-xogħol (45 punt).
|
|
— |
L-involviment tad-distributur internazzjonali (10 punti).
|
|
— |
Interess Internazzjonali u kwalità tax-xogħol (25 punt).
|
|
— |
Il-valorizzazzjoni tad-diversità lingwistika u kulturali Ewropea (7 punti).
|
|
— |
Il-valorizzazzjoni tal-patrimonju awdjoviżiv Ewropew (3 punti).
|
|
— |
Il-bejgħ internazzjonali preċedenti (10 punti).
|
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli jammonta għal EUR 10,8 miljun.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija f'forma ta' sussidju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tammonta għal EUR 500 000 għal kull proġett ta' fiction u ta' animazzjoni u EUR 300 000 għal kull dokumentarju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija qatt ma tista' taqbeż 12,5 % tal-ispejjeż eliġibbli ppreżentati mill-produttur għal fictions jew animazzjoni u 20 % tal-ispejjeż eliġibbli għad-dokumentarji.
6. Skadenza
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Diċembru 2011 jew il-11 ta’ Ġunju 2012 fl-indirizz li ġej:
|
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – MEDIA |
|
Constantin DASKALAKIS |
|
BOUR 3/30 |
|
Avenue du Bourget/Bougetlaan 1 |
|
1140 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Se jkunu aċċettati esklussivament l-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola ta' applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif xieraq mill-persuna awtorizzata li tirrappreżenta legalment l-organizzazzjoni kandidata fliemkien mal-informazzjoni u l-annessi kollha meħtieġa speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa.
L-applikazzjonijiet mibgħuta bil-faks jew permezz tal-posta elettronika mhumiex se jkunu aċċettati.
7. Dettalji sħaħ
It-test sħiħ tal-linji gwida, flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, huma disponibbli mill-indirizz elettroniku li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/producer/tv/detail/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/17 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6323 – Tech Data Europe/MuM VAD Business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 286/07
|
1. |
Fit-22 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Tech Data Europe GmbH (“Tech Data Europe”, il-Ġermanja), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' partijiet tal-impriża Mensch und Maschine Software SE u l-impriżi relatati tagħha (“MuM VAD Business”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6323 – Tech Data Europe/MuM VAD Business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/18 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 286/08
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“TOMATE LA CAÑADA”
KE Nru: ES-PGI-0005-0664-04.12.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Tomate La Cañada”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Klassi 1.6. |
Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1:
Il-frott tal-pjanta tat-tadam (Lycopersicon esculentum Mil.l.), tal-varjetajiet kummerċjali li ġejjin: “Redondo Liso”, “Asurcado”, “Oblongo o alargado” u “Tomate cereza”.
— “Redondo Liso”: Il-frott tagħha huwa ta’ lewn jgħajjat u skur ħafna, b'pedunkulu aħdar karg u lewn ta’ maturazzjoni jgħaxxaq.
— “Tomate Cereza” (inkluża l-varjetà “cóctel”): Il-frott ta’ din il-varjetà jispikka għat-togħma tiegħu, għall-kontenut tiegħu ta’ zokkor, u għat-tolleranza għall-qsim. Jippreżenta għenieqed twal u mqassmin tajjeb.
— “Asurcado”: Frott imfellel, uniformi, ta’ lewn skur, b'pedunkulu aħdar karg ħafna u togħma bnina ferm.
— “Oblongo o Alargado”: Frott uniformi ħafna, żenguli jew forma ta’ bajda, konsistenti u ta’ togħma bnina ferm. Jispikka mill-varjetajiet l-oħra għat-togħma tiegħu inqas aċiduża. Jikber fuq għadd ta' friegħi f'forma ta’ mrewħa.
Il-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tal-erba' varjetajiet kummerċjali tat-“Tomate La Cañada” huma stabbiliti fil-firxiet li ġejjin:
|
— |
Kontenut tal-likopene: bejn 10,8 u 44 milligramma għal kull 100 gramma. |
|
— |
Kontenut tal-vitamina C: bejn 62 u 195 mg/100 gr ta’ piż frisk. |
|
— |
L (luminożità): bejn 38 u 49. |
|
— |
Tilwin skont l-iskala tal-karta tal-ilwien: bejn 2 u 11. |
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss:)
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata:
Mhux applikabbli.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
Mhux applikabbli.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Kull tip ta’ ppakkjar li fih jinġarr it-tadam tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta għandu jkollu tikketti nnumerati maħruġin mill-Bord Regolatorju, li fuqhom għandu jidher b'mod obbligatorju l-kliem “Indicación Geográfica Protegida Tomate La Cañada”, kif ukoll dan il-logo tal-IĠP “Tomate La Cañada”.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika ta' produzzjoni tat-tadam bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Tomate La Cañada” hija kkostitwita mill-artijiet li jinsabu fuq l-unitajiet idroġeoloġiċi 06.11 (Campo de Níjar) u 06.12 (Andarax-Almería), li jikkorrispondu mal-muniċipalità ta’ Campo de Níjar y Bajo Andarax, fil-provinċja ta' Almería (Spanja). Iż-żewġ unitajiet huma kkostitwiti minn akkwiferi milqutin mis-salinizzazzjoni, b'facies magħmula l-iktar mill-klorur tas-sodju. L-għelieqi misqija bl-ilma li ġej minn dawn l-akkwiferi huma milqutin ukoll mis-salinizzazzjoni, fenomenu li jagħti karatteristiċi speċifiċi liż-żona definita, b'impatt min-naħa tagħhom fuq il-proprjetajiet speċifiċi tal-prodott.
L-erja tal-wiċċ totali li tkopri ż-żewġ unitajiet idroġeoloġiċi hija ta’ 901 km2.
Iż-żona ddefinita tinsab fix-Xlokk ta’ Spanja, fil-provinċja ta’ Almería, imgħannqa minn ktajjen ta’ muntanji importanti: is-Sierra Nevada y s-Sierra de Los Fibrales fit-Tramuntana, is-Sierra Alhamilla u s-Sierra Cabrera ftit iktar lejn in-Nofsinhar, u s-Sierra de Gador fil-Punent. Fin-Nofsinhar u fil-Lvant iż-żona tispiċċa fil-Baħar Mediterran.
Iż-żona ta’ produzzjoni tinkludi 22 muniċipalità jew partijiet minnhom: Almería, Huercal de Almería, Pechina, Viator, Gador, Benahadux, Rioja, Santa Fe de Mondujar, Santa Cruz de Marchena, Alsodux, Alhabia, Huécija, Instinción, Illar, Alboloduy, Bentarique, Terque, Alhama de Almería, Níjar, Carboneras, Lucainena de la Torres u Sorbas.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-ħamrija: L-artijiet watja li jtulu mill-wied għammiela tax-xmara Andarax (Almería) sal-bwar ta' Níjar huma tat-tip alluvjali. Fil-partijiet l-oħra jiddominaw l-għorom tar-ramel u l-materjal ramli, bi proporzjon ta’ 95 % ramel.
Il-ħamrija hija fonda, imnissla ġeneralment mill-ġir u ftit li xejn għammiela, soġġetta għal erożjoni intensa.
Il-ħamrija taż-żona ġeografika ddefinita hija milquta minn livell għoli ħafna ta' melħ, fenomenu li jirriżulta speċjalment mis-saqi b'ilmijiet mielħa mill-unitajiet idroġeoloġiċi 06.11 u 06.12, b'facies magħmula l-iktar mill-klorur tas-sodju. Iż-żewġ gruppi ta’ ħamrija predominanti fiż-żona huma tat-tip ta’ qrib ix-xmajjar, kalkarju u mielaħ (jiġifieri ħamrija mielħa ħafna), u tat-tip antrosol mielaħ u kumuliku, li jippreżenta wkoll kontenut għoli ta’ melħ, b'mod li l-ħamrija li fiha jitkabbar it-“Tomate La Cañada” tikkorrispondi għad-definizzjoni ta' ħamrija mielħa u bis-sodju.
F'dan is-sens, il-ħamrija li fiha jitkabbar it-tadam u li tinsab fiż-żona ġeografika ddefinita għandha konduttività elettrika għolja, u dan jirrifletti l-livelli għoljin ta’ melħ fil-ħamrija taż-żona, minħabba l-perċentwal għoli ta’ kloru u sodju skambjabbli. It-tadam kopert bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta għandu jitkabbar f'ħamrija b'konduttività ta' 4,5 dS/m jew aktar, u b'pH ta’ inqas minn 8,5.
F'dak li jirrigwarda l-perċentwal ta’ sodju skambjabbli (ESP, exchangable sodium percentage), wieħed jista' josserva kif it-“Tomate La Cañada” jitkabbar f'ħamrija b'ESP ogħla (ħamrija mielħa u bis-sodju) minn dawk fejn jitkabbar f'żoni oħra. B'dan il-mod, il-ħamrija fejn jitkabbar it-“Tomate La Cañada” fiha perċentwal ta' sodju skambjabbli (ESP) ta' iktar minn 15 %, filwaqt li l-bqija taż-żoni ta' tkabbir jippreżentaw ESP iktar baxx, inkluż sa 50 % iktar baxx fil-każ tal-Punent ta' Almería.
L-ilma: L-ilma użat għas-saqi fl-azjendi fejn jitkabbar it-“Tomate La Cañada” ġej esklussivament mill-unitajiet idroġeoloġici 06.11 u 06.12. Fih kloruri tas-sodju u kontenut għoli tal-jodju, u għandu konduttività elettrika għolja. Il-joni predominanti fl-ilma tas-saqi huma s-sodju, kloruri, sulfati u kalċju, b'mod li s-Cl– u n-Na+ jippreżentaw konċentrazzjonijiet ta’ 40 % u 35 % rispettivament, valuri li huma ogħla minn dawk misjuba fl-ilma tas-saqi tal-bqija taż-żoni ta’ tkabbir.
L-ilma tas-saqi użat fit-tkabbir tat-“Tomate La Cañada” għandu konduttività elettrika għolja, li tilħaq livelli ta’ 70 % 'l fuq minn dawk taż-żoni l-oħra ta’ tkabbir. Bl-istess mod, il-proporzjon tal-assorbiment tas-sodju (SAR) tal-ilma tas-saqi użat għat-tkabbir tat-“Tomate La Cañada” huwa madwar erba' darbiet ogħla minn tal-ilma użat f'żoni oħra, fatt li jispjega wkoll il-kontenut ogħla tas-sodju skambjabbli fil-ħamrija tat-“Tomate La Cañada”.
Il-konduttività elettrika tal-ilma użat għas-saqi fiż-żona ġeografika ddefinita għall-IĠP “Tomate La Cañada” għandha tkun ta’ mill-inqas 2,5 dS/m (ilma diġà meqjus bħala mielaħ u li jwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni).
Klima u orografija: B'mod ġenerali, iż-żona ġeografika ddefinita tinsab f'żona kklassifikata, f'termini klimatiċi, bħala arida (kurvatura ta’ nxif minn 3 sa 6) u subdeżertika, jiġifieri l-iktar żona niexfa tal-Ewropa, ikkaratterizzata minn nuqqas ta’ ġlata, u b'xita tant skarsa li ż-żona tista' tiġi deskritta bħala ta’ deżert aridu.
Din l-aridità hija karatterizzata minn preċipitazzjoni baxxa ħafna, b'medja annwali ta’ bejn il-200 u l-400 mm, kif ukoll minn temperatura medja annwali għolja ta’ bejn 16,8 u 18,3 °C, u atmosfera ta' evaporazzjoni tassew qawwija.
Normalment ix-xita tkun qawwija u irregolari, u tvarja minn minn xahar għal xahar u minn sena għall-oħra. Dawn il-kundizzjonijiet naturali, flimkien mal-karatteristiċi idroġeoloġiċi taż-żona, jispjegaw in-nuqqas ta’ ilmijiet tal-wiċċ, b'mod li wieħed għandu jirrikkorri jridx jew le għall-esplojtazzjoni tar-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art.
Din it-temperatura medja annwali għolja, flimkien mal-preċipitazzjoni medja annwali baxxa, jiggarantixxu proċess qawwi ta’ evapotraspirazzjoni u skular limitat, li jippermetti li l-imluħa solubbli jibqgħu fl-art u jżidu l-konduttività elettrika.
Uħud mill-karatteristiċi tal-klima taż-żona ddefinita huma r-riżultat taċ-ċirkolazzjoni atmosferika ġenerali li tiddefinixxi l-klima tal-peniżola Iberika. Madankollu, fl-istess nifs, il-pożizzjoni relattiva taż-żona (fir-rokna tax-Xlokk, l-iktar pożizzjoni mbiegħda mir-rotta tal-mases tal-arja li jikkontribwixxu għall-klima tal-peniżola), kif ukoll l-influwenza qawwija tad-deżert il-kbir tal-Afrika ta’ Fuq, għandhom ukoll rwol fondamentali.
Minbarra dawn il-fatturi kollha, għandhom rwol essenzjali wkoll il-kundizzjonijiet lokali, biż-żona mgħannqa minn ktajjen ta' muntanji importanti li jkennuha mill-influwenzi tat-Tramuntana u mill-irjieħ tat-Tramuntana u tal-Punent (is-Sierra Nevada, is-Sierra de los Filabres, is-Sierra Alhamilla u s-Sierra Cabrera ftit iktar lejn in-Nofsinhar, u s-Sierra de Gador fil-Punent), u bil-pożizzjoni taż-żona mal-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar u fil-Lvant.
Għaldaqstant, il-pożizzjoni taż-żona għall-irdoss tal-muntanji u mkenna mill-kurrenti tal-arja tat-Tramuntana, flimkien mal-latitudni tagħha u l-influwenza tal-Baħar Mediterran, iwasslu għal kundizzjonijiet termiċi eċċezzjonali. L-umdità relattiva medja annwali hija ta’ 73 %, livell li jibqa' stabbli ferm matul is-sena, anki jekk mhux dejjem twassal għall-kondensazzjoni. B'hekk, iż-żona ftit li xejn ikollha jiem ta’ ċpar.
Radjazzjoni inċidenti netta: Fiż-żona ġeografika ddefinita, il-medja ta' sigħat ta' xemx fis-sena hija mill-aktar għolja, bi 3,040 siegħa xemx. Fl-istess ħin, il-preżenza ta' sħab hija l-iktar waħda baxxa fi Spanja, b'35 jum fis-sena li fihom is-sema jkun għalkollox imsaħħab. Il-medja annwali ta’ radjazzjoni inċidenti ġos-serra hija ta’ 13,58 W/m2.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Luminożità (L) tat-tadam: L-istrumenti ta’ kejl Hunter jużaw il-parametri “L”, “a” u “b” biex jissimulaw spazju ta’ kulur rettangolari tridimensjonali, ibbażat fuq it-teorija tal-kuluri opposti. F'dan l-ispazju, it-“Tomate La Cañada” juri valur ta' L (luminożità) ogħla mill-firxa ta’ bejn 25 u 28, li hija l-firxa l-iktar assoċjata mat-tadam.
Redondo liso: L ta' bejn 42 u 46,5 (bejn 7 u 10 fuq il-karta tal-ilwien).
Oblongo: L ta' bejn 42,3 u 45 (bejn 8 u 9 fuq il-karta tal-ilwien).
Cereza: L ta' bejn 38 u 40 (bejn 10 u 11 fuq il-karta tal-ilwien).
Asurcado: L ta' bejn 45 u 49 (bejn 2 u 3 fuq il-karta tal-ilwien).
Kontenut ta’ likopene: Il-kontenut ta' likopene tal-varjetajiet tat-tadam imkabbar fiż-żona ġeografika ddefinita huwa ħafna ogħla minn dak li jinstab fil-biblijografija għall-istess varjetajiet kummerċjali tat- tadam imkabbar f'żoni oħra ta' produzzjoni.
Redondo liso: bejn 21 u 25,8 mg/100 gr ta' piż niexef.
Oblongo: bejn 10,8 u 13,2 mg/100 gr ta' piż niexef.
Cereza: bejn 31,6 u 38,4 mg/100 gr ta' piż niexef.
Asurcado: bejn 35,4 u 44 mg/100 gr ta' piż niexef.
Kontenut ta’ vitamina C: Il-kontenut ta' vitamina C tal-varjetajiet tat-tadam imkabbar fiż-żona ġeografika ddefinita huwa ħafna ogħla minn dak li jinstab fil-biblijografija għall-istess varjetajiet kummerċjali tat-tadam imkabbar f'żoni oħra ta' produzzjoni.
Redondo liso: bejn 153 u 195 mg/100 gr ta' piż frisk.
Oblongo: bejn 142 u 186 mg/100 gr ta' piż frisk.
Cereza: bejn 62 u 102 mg/100 gr ta' piż frisk.
Asurcado: bejn 130 u 155 mg/100 gr ta' piż frisk.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Il-fatturi li jolqtu l-kwalità u l-karatteristiċi speċifiċi tat-“Tomate La Cañada” (luminożità, kontenut ta' vitamina C, kontenut ta' likopene) huma l-ilma tas-saqi (kloruri tas-sodju, li ġejjin esklussivament mill-unitajiet idroġeoloġiċi ta' Campo de Níjar u Andarax, Almería), il-ħamrija bħala għajn ta' nutrizzjoni (ħamrija mielħa u bis-sodju, misqija bl-istess ilma mielaħ), u l-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi u speċjali taż-żona (radjazzjoni, temperatura u umdità).
(a)
Is-saqi bl-ilma mielaħ iżid il-konċentrazzjoni tal-vitamina C.
B'dan il-mod, billi tiżdied il-konduttività elettrika tal-ilma tas-saqi, li hija marbuta direttament mal-konċentrazzjoni tal-imluħa ġol-ilma, jiżdied il-kontenut tal-vitamina C fil-frott.
L-intensità tad-dawl li jaqa' fiż-żona ġeografika ddefinita, u li għalih huma esposti l-pjanti tat-tadam qabel il-qtugħ, tinfluwenza wkoll il-kontenut ta’ aċtu askorbiku (vitamina C) tal-frott misjur.
(b)
Is-saqi bl-ilma mielaħ iżid il-kontenut tal-likopene. Billi tiżdied il-konduttività elettrika tal-ilma tas-saqi, li hija marbuta direttament mal-konċentrazzjoni tal-imluħa ġol-ilma, jiżdied il-kontenut tal-likopene fl-erba' varjetajiet kummerċjali tat-tadam. It-temperaturi ta’ bejn 18 u 26 °C jiffavorixxu b'mod ġenerali s-sinteżi tal-likopene u tal-karotenojdi. Il-medja ta' 18 °C li tintlaħaq fiż-żona ġeografika ddefinita tiffavorixxi din is-sinteżi tal-likopene, u għaldaqstant tiffavorixxi wkoll il-kontenut għoli tal-likopene li fih it-“Tomate La Cañada”.
Is-sinteżi u l-livell għoli tal-likopene fit-“Tomate La Cañada” jitrawmu wkoll permezz tal-istress osmotiku u mielaħ, ikkawżat mill-konduttività elettrika għolja li fiha l-ħamrija fejn jitkabbar dan it-tadam.
(c)
B'referenza għall-ispazju ta’ kuluri ta’ Hunter, il-valuri L jiddependu mir-radjazzjoni inċidenti, mit-temperatura, kif ukoll mill-użu ta' ilma mielaħ u t-tkabbir f'ħamrija mielħa.
Għaldaqstant, is-saqi bl-ilma mielaħ, kif ukoll it-tkabbir f'ħamrija mielħa, itejbu l-valuri tal-parametru L fil-frott tat-tadam.
Il-joni Cl– huma dawk li jżidu l-iktar il-konduttività elettrika f'konċentrazzjoni ndaqs, u warajhom il-joni Ca2+ u Na+. Dan jispjega l-konduttività elettrika ikbar li għandha l-ħamrija li fiha jitkabbar it-“Tomate La Cañada”, billi l-kontenut ta' Cl– y Na+ taż-żoni l-oħra ta' produzzjoni jkun f'konċentrazzjonijiet ferm iktar baxxi.
It-tadam jeħtieġ livell għoli ta' radjazzjoni inċidenti, tant li għandu bżonn jiem ta’ bejn 8 u 16-il siegħa xemx sabiex il-pjanta tiżviluppa sew u tilħaq lewn uniformi mal-frott kollu. Ir-radjazzjoni għolja tolqot il-proċessi ta' twarrid, fertilizzazzjoni u żvilupp veġetattiv tal-pjanta, billi żżid l-assorbiment tal-ilma u tan-nutrijenti, u għaldaqstant ukoll il-produttività.
Il-fatt li t-“Tomate La Cañada” jitkabbar fl-iktar żona tal-Ewropa li għandha l-iktar sigħat ta’ xemx ifisser li t-tadam taż-żona ġeografika ddefinita jilħaq lewn mill-aqwa fix-xhur tax-xitwa.
Is-serer iħarsu l-pjanti mill-eċċess ta’ dawl fir-rebbiegħa u fis-sajf. Għat-twettiq tal-fotosinteżi, il-kloroplasti, li jirreaġixxu direttament għall-enerġija tax-xemx, jorjentaw ruħhom b'mod perpendikulari għall-imrieżaq tad-dawl.
Jekk l-enerġija tad-dawl tkun qawwija wisq (fir-rebbiegħa u fis-sajf), is-serer jevitaw li l-kloroplasti jorjentaw ruħhom b'mod li r-radjazzjoni inċidenti tolqothom minn angoli oblikwi, sitwazzjoni li fiha kieku jirċievu inqas dawl, li mbagħad ikollha effett fuq it-tilwin u fuq il-maturazzjoni tal-frott.
L-effett tat-temperatura fuq il-lewn huwa wkoll magħruf sew: it-temperaturi medji taż-żona ġeografika definita, ta' bejn 16,8 u 18,3 °C, jiffavorixxu tilwin aħjar tat-tadam.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fl-indirizz:
http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/Pliego_tomate.pdf
jew inkella, huwa disponibbli wkoll fuq il-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Consejería de Agricultura y Pesca (http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal), billi wieħed isegwi l-mogħdija li ġejja: “Industrias Agroalimentarias”/“Calidad y Promoción”/“Denominaciones de Calidad”/“Frutas y Hortalizas”. L-ispeċifikazzjoni tinsab taħt l-isem tad-denominazzjoni ta' kwalità.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
|
30.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/24 |
Pubblikazzjoni mill-ġdid ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
2011/C 286/09
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni tal-applikazzjoni b’mod konformi mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ STG
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
“BRATISLAVSKÝ ROŽOK”/“PRESSBURGER KIPFEL”/“POZSONYI KIFLI”
KE Nru: SK-TSG-0007-0056-04.02.2008
1. Isem u indirizz tal-grupp applikant:
|
Isem: |
Cech pekárov a cukrárov Regiónu západného Slovenska |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+421 336413314 |
|||
|
Posta elettronika: |
repecu@stonline.sk |
2. Stat Membru jew pajjiż mhux membru:
Ir-Repubblika Slovakka (SK)
3. Speċifikazzjoni tal-Prodott:
3.1. Isem propost għar-reġistrazzjoni:
“Bratislavský rožok”/“Pressburger Kipfel”/“Pozsonyi kifli”
3.2. L-isem:
|
|
huwa speċifiku fih innifsu |
|
|
ifisser il-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
Il-prodott huwa speċifiku f’termini tal-kompożizzjoni u l-metodu ta’ produzzjoni stabbiliti storikament. It-terminu “Bratislavský rožok” jintuża esklussivament sabiex jindika dan it-tip partikolari ta’ prodott fin tal-forn jew mill-għaġina.
L-isem Slovakk “Bratislavský rožok” beda jintuża madwar is-sena 1920, wara li l-belt ta’ Pressburg, li dak iż-żmien kienet tifforma parti miċ-Ċekoslovakkja u l-belt kapitali tas-Slovakkja, bdiet tissejjaħ Bratislava. Minn dik is-sena, l-isem tal-ikel mill-għaġina ġie addattat sabiex ikun jaqbel mal-isem il-ġdid tal-belt, għaldaqstant “Bratislavský rožok” (ħobż f'forma ta' nofs qamar ta' Bratislava). Wara li ġie adottat l-isem il-ġdid tal-belt, fl-Awstrija bdiet tintuża l-espressjoni “Kipfel”, minflok il-kelma normali “Beugel”, flimkien mal-isem l-antik tal-belt. Din id-drawwa għadha preżenti fl-Awstrija sal-ġurnata tal-lum u għalhekk aħna nirrikmandaw l-isem “Pressburger Kipfel” bħala l-verżjoni Ġermaniża. L-isem li kien jintuża oriġinarjament bl-Ungeriż kien “Pozsonyi patkó” (li jiġi tradott għal “Bratislavská podkovička” (nagħla taż-żwiemel ta’ Bratislava). Skont l-informazzjoni attwali minn bosta furnara u pastiċċiera Ungeriżi, b’mod partikolari f’Budapest, dan il-prodott huwa magħmul u kkummerċjalizzat bl-isem ta’ “Pozsonyi kifli”, li jiġi tradott għal “Bratislavský rožok” (ħobż f'forma ta' nofs qamar ta' Bratislava), l-isem tal-belt li ilu jintuża mill-1918. Minħabba d-drawwa stabbilita, nipproponu li jinżamm l-isem “Pozsonyi kifli”.
3.3. Ir-riserva tal-isem hija mfittxija skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:
|
|
Reġistrazzjoni bir-riserva tal-isem |
|
|
Reġistrazzjoni mingħajr ir-riserva tal-isem |
3.4. Tip ta’ prodott:
|
Kategorija 2.3. |
Ħlewwiet, ħobż, ikel mill-għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti tal-forn oħrajn |
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem taħt 3.1:
Ikel fin tal-forn jew mill-għaġina b’mili taż-żerriegħa tal-peprin jew tal-ġewż u b’wiċċ ileqq u rħamat.
|
|
Kulur: qoxra kannella għal kannella skur; fuq il-wiċċ maqtugħ, ftit millimetri ’l ġewwa mill-kisi b’għaġina mhux raffinata hemm mili biss – il-mili biż-żerriegħa tal-peprin huwa griż skur għal iswed, u l-mili bil-ġewż huwa kannella; |
|
|
Dehra: wiċċ uniformi kannella jleqq għal kannella skur b’tikek delikati bi sfumatura iktar ħafifa, jixbah l-irħam, fuq il-qoxra ta’ fuq; |
|
|
Konsistenza: kisi tal-ikel mill-għaġina: sod, irqiq, jitfarrak meta jinqasam; |
|
|
Riħa u togħma: delikata, tipika tal-mili magħżul (jiġifieri togħma tipika tal-ġewż jew taż-żerriegħa tal-peprin), b’togħma ħelwa pjaċevoli b’riħa tal-ingredjenti użati. |
|
|
Għamla: għamla ta’ nagħla taż-żwiemel b’dijametru idjaq għall-mili biż-żerriegħa tal-peprin, u għamla ta’ ittra C għall-mili bil-ġewż; |
|
|
Piż: normalment minn 40 sa 60 g. |
|
— |
kontenut ta’ xaħam fil-materja niexfa – minimu ta' 20 %; |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fil-materja niexfa – minimu ta' 12 %. |
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni għall-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem taħt 3.1:
Riċetta għal 1 000 prodott b'50-55 g:
Għaġina
|
Dqiq fin mill-qamħ |
19,51 kg |
|
Xaħam |
6,96 kg |
|
Ilma |
4,87 kg |
|
Ħmira |
0,97 kg |
|
Zokkor |
1,95 kg |
|
Melħ |
0,16 kg |
|
Ħalib tat-trab |
0,39 kg |
|
Kontenut tal-bajd (fl-għaġina) |
0,98 kg |
|
Total |
35,8 kg għaġina |
Mili biż-żerriegħa tal-peprin
|
Żerriegħa tal-peprin mitħuna |
10,50 kg |
|
Zokkor (għasel) |
7,35 kg |
|
Frak ħelu |
0,52 kg |
|
Ħalib tat-trab |
0,40 kg |
|
Zokkor bit-togħma tal-vanilja |
0,40 kg |
|
Kannella mitħuna |
0,04 kg |
|
Qxur tal-lumi |
0,10 kg |
|
Żbib |
0,52 kg |
|
Ilma |
4,37 kg |
|
Total |
24,20 kg |
Mili bil-ġewż
|
Qlub tal-ġewż mitħuna |
10,50 kg |
|
Zokkor (għasel) |
7,35 kg |
|
Frak ħelu |
0,52 kg |
|
Ħalib tat-rab |
0,40 kg |
|
Zokkor bit-togħma tal-vanilja |
0,20 kg |
|
Kannella mitħuna |
0,14 kg |
|
Qxur tal-larinġ fil-konfettura |
0,20 kg |
|
Żbib |
0,52 kg |
|
Ilma |
4,37 kg |
|
Total |
24,20 kg |
Għall-kisi tal-wiċċ: 30 bajda għal kull 1 000 prodott.
Minħabba li l-piż tal-prodott jista' jvarja bejn 40 u 60 g, il-proporzjon ta' materja prima jinbidel skont il-piż korrispondenti tal-prodott.
L-għaġina tiġi mħejjija billi d-dqiq jitħallat mal-ilma, jew ilma li miegħu jkunu żdiedu l-ħalib tat-trab, il-ħmira, il-melħ, iz-zokkor u x-xaħam li jittiekel. Ix-xaħam jista' jitħallat mad-dqiq l-ewwel, u l-materja prima l-oħra tiżdied iktar tard. L-għaġina mħallta titħalla togħla għal 30 sa 40 minuta. Wara li l-għaġina tkun żdiedet fil-volum b’mod li jkun evidenti, din tiġi magħġuna mill-ġdid għal ftit ħin u mbagħad tinqasam f’biċċiet li jiġu ffurmati fi blalen. Wara li jogħlew għal 15 sa 20 minuta, dawn il-blalen jinfetħu fi strixxi ellettiċi twal 12-15 ċm tul l-itwal fus tagħhom. Il-ħxuna tal-istrixxa mrembla tal-ikel mill-għaġina għandha tkun minn 2 sa 3 mm. Il-biċċiet f'forma ta' ċilindri bil-mili taż-żerriegħa tal-peprin jew tal-ġewż jitpoġġew fuq l-istrixxa u jitremblu biex jiffurmaw ċilindri twal bejn 12 u 15-il ċm, li jidjiequ gradwalment fid-dijametru miċ-ċentru sat-tarf. Meta l-mili jiġi mgeżwer, l-għaġina għandha tingħalaq indaqs minn kullimkien u l-punt fejn tingħaqad għandu jkun fuq in-naħa ta' isfel tal-prodott meta jiġi ffurmat f'forma ta' minġel fit-turtiera tal-forn.. Il-prodott jingħata jew l-għamla ta’ nagħla ta’ żiemel għall-mili biż-żerriegħa tal-peprin jew għamla ta’ ittra C għall-mili bil-ġewż. L-għamliet għandhom ikunu differenti biżżejjed bejniethom b’tali mod li jkun faċli sabiex wieħed jinduna mill-ewwel b’liema mili jkunu mimlijin.
Għall-mili taż-żerriegħa tal-peprin jintuża l-ilma jagħli. Il-mili jitħejja billi z-zokkor jiddewweb fi kwantità żgħira ta’ ilma u jitħalla sakemm jiftaħ jagħli (jista' jintuża l-għasel minflok iz-zokkor). Iż-żerriegħa tal-peprin mitħuna mħallta mal-ħalib tat-trab, mal-frak ħelu u maż-żbib jiżdiedu gradwalment maz-zokkor imdewweb filwaqt li kollox jibqa' jitħawwad u jitgħalla b'mod kostanti biex jiġi prodott oġġett kemxejn oħxon. Il-mili taż-żerriegħa tal-peprin imbagħad jitkessaħ u miegħu jiżdied porzjon tajjeb ta' qxur tal-lumi frisk imqatta’ jew pejst tal-lumi, flimkien ma' ammont żgħir ta' zokkor bit-togħma tal-vanilja fejn meħtieġ. Il-mili tal-ġewż ma jissajjarx, iżda l-qlub tal-ġewż mitħunin jiġu mħallta sempliċiment maz-zokkor (jew mal-għasel), żbib, ħalib tat-trab, misħun, zokkor bit-togħma tal-vanilja u kannella mitħun. Massimu ta’ 10 % bil-piż tal-qlub tal-ġewż mitħunin jista’ jiġi sostitwit bi frak ħelu.
Kemm mili kif ukoll l-ieħor għandu jkun oħxon biżżejjed wara li jitkessaħ sabiex jiġu ffurmati blalen żgħar bl-idejn.
Il-prodotti ffurmati jitpoġġew fuq it-turtiera tal-forn u tingħatalhom kisja bil-pinzell bil-kontenut kollu tal-bajd jew bl-isfar biss. Il-prodotti miksijin bil-bajd fuq id-dixxijiet jitħallew f’post frisk b’ċirkolazzjoni tal-arja sabiex il-fluss inixxef xi ftit il-wiċċ tagħhom. Ladarba l-wiċċ ikun nixef u jkunu għolew ftit, jerġgħu jinksew bil-kontenut tal-bajd imħabbat, jitħallew jinxfu u mbagħad jitpoġġew fil-forn. Il-prodotti li jogħlew jinħmew bħala prodotti mill-għaġina b’bażi ta’ ħmira. Waqt li l-prodotti jkunu qegħdin jogħlew u partikolarment matul il-ħami, il-fluss tal-arja xotta fuq il-wiċċ joħloq qsim fin u l-istruttura tiġi tixbah lill-irħam, tipika tal-qoxra tal-wiċċ tal-prodott.
Il-prodotti jinħmew mingħajr fwar f’temperatura ta’ 180-200 °C.
Il-ħin tal-ħami jiddependi mid-daqs tal-prodotti. Għall-prodotti li jiżnu bejn 40 u 50 g, il-ħin tal-ħami huwa minn 10 sa 12-il minuta, u għal dawk li jiżnu minn 50 sa 60 g l-ħin huwa ta' 15-il minuta.
Wara t-tkessiħ, il-prodotti moħmijin jitħejjew għad-dispaċċ u l-bejgħ.
It-telf tekniku u tal-ħami minħabba l-piż tal-prodott u l-konsistenza fil-mili jammonta għal madwar 10 %.
Tikkettar: l-isem enfasizzat tal-prodott “Bratislavský rožok” jew l-ekwivalenti bil-Ġermaniż jew bl-Ungeriż
il-logo tal-Komunità jew il-logo u l-iskrizzjoni “Zaručená tradičná špecialita” (Speċjalità tradizzjonali garantita). It-taqsira ZTŠ (STG) tista’ tidher fuq il-pakkett.
Metodu u post tal-bejgħ: Il-“Bratislavský rožok” jinbiegħ bil-wieħed f’postijiet tal-bejgħ speċjalizzati tal-manifatturi jew fi ħwienet tal-ħelu, kafetteriji u postijiet tal-bejgħ tal-fast-food.
Ħżin: Jinħażen f’temperatura ta’ mhux aktar minn + 10 °C.
3.7. Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel:
|
— |
il-karattru speċifiku tal-prodott jinsab fil-wiċċ distint tiegħu, li huwa “irħamat”, jiġifieri b’ħafna tikek irqaq b’kulur iktar ċar mill-bqija tal-qoxra tal-wiċċ. Prodotti tal-forn jew tal-ħelu oħrajn ma għandhomx dan it-tip ta’ wiċċ; |
|
— |
il-prodott huwa differenti minn tipi simili ta’ prodotti fini tal-forn magħmulin mill-għaġina tal-butir fis-suq minħabba l-għamla differenti u l-piż tiegħu, iżda wkoll minħabba l-kwantità tal-mili. L-għaġina għandha iktar xaħam miżjud magħha minn prodotti oħrajn, u ebda tip ta’ prodott tal-forn ieħor ma għandu l-wiċċ tiegħu rħamat; |
|
— |
il-prodott għandu riħa u togħma speċifiċi li jinkisbu mill-użu tal-mili taż-żerriegħa tal-peprin jew tal-ġewż; |
|
— |
il-prodott għandu dehra distinta u għamla ta’ nagħla jew ittra C; |
|
— |
il-prodott huwa magħmul bl-idejn u mhuwiex prodott bil-massa. |
Sabiex ikun ippreservat il-karattru tradizzjonali tal-prodott, ir-rekwiżiti tar-riċetta li ġejjin għandhom jintlaħqu waqt li jkun qed jiġi ppreparat:
|
— |
l-għaġina għandu jkollha mill-inqas 30 % xaħam bi propozjon mal-kwantità ta' dqiq użat; |
|
— |
il-mili jrid jikkostitwixxi mill-inqas minn 40 % tal-piż totali tal-prodott moħmi; |
|
— |
qabel jinħema, il-prodott għandu jingħata żewġ kisjiet, bil-pinzell, ta’ kontenut kollu tal-bajd jew ta’ isfar tal-bajd,; |
|
— |
skont il-metodu tal-produzzjoni, dan għandu jipproduċi strixxi fuq il-prodott moħmi. |
3.8. Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel:
Il-karattru tradizzjonali tal-prodott huwa bbażat fuq il-kompożizzjoni tradizzjonali, jiġifieri, il-mili jrid jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-piż totali tal-prodott moħmi.
Il-prodott bl-isem speċifiku tiegħu diġà ilu jsir għal aktar minn żewġ sekli, inklużi fil-pajjiżi ġirien tal-Ungerija u l-Awstrija li magħhom is-Slovakkja kellha kostituzzjoni waħda inqas minn 90 sena ilu.
Il-ktieb ta’ Vladimír Tomčík S vareškou dvoma tisícročiami, (li jiġbor 2 000 sena ta’ gastronomija) jikkwota daħliet minn kotba li jindikaw li l-“Bratislavský rožok” kien servut fil-lukandi fl-1590, għalkemm is-sigriet tal-manifattura tiegħu huwa eqdem.
Fil-pubblikazzjoni Ulice a námestia mesta Bratislavy (“Toroq u Pjazez tal-Belt ta’ Bratislava”) minn Tivadar Ortvay, ippubblikat fi Bratislava fl-1905, il-paġna 305 fiha dan il-kliem: “mhux bogħod mill-ħanut tal-ħelu ta’ Viktor Mayer, il-forn antik ta’ Scheuermann (issa Lauda) jaħmi, bħala speċjalità, in-nagħlat taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż li għamlu lil Bratislava famuża”. (Ulice a námestia mesta Bratislavy; Storja tal-belt permezz tal-ismijiet tat-toroq u l-pjazez skont riċerka oriġinali ta’ Dr. Tivadar Ortvay, Bratislava, 1905; stampat minn F.K. Wigand. Il-paġni 304 u 305 bl-Ungeriż tal-ktieb imsemmi fl-Anness 1 isemmu l-forn ta’ Scheuermann b’konnessjoni ma’ Hviezdoslavovo námestie tal-lum. Il-parti rilevanti tat-test tgħid: “Viċin hemm il-forn antik ta’ Scheuermann (issa Lauda) li jagħmel in-nagħlat taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż, li stabbilixxa l-fama ta’ Bratislava għal din l-ispeċjalità. Il-‘kreker ta’ Bratislava’ hija speċjalità oħra minn dawn …”)
Il-pubblikazzjoni Chlieb náš každodenný (“Ħobżna ta’ Kuljum”) ta’ V. Szemes u V. Karovič, ippubblikata fi Bratislava fl-1992, f’paġna 52 tiddikjara: Għal jum San Nikola fl-1785, il-furnar Schiermann poġġa fit-tieqa tal-ħanut tiegħu tip ġdid ta’ prodott moħmi bil-mili li tniżżel fl-istorja bħala l-“prešpurské beugle”. Aħna nqisu d-differenza bejn l-ismijiet Scheuermann u Schiermann bħala żball tipografiku; l-isem it-tajjeb huwa Scheuermann.
Diversi furnara fi Bratislava bdew jagħmlu l-“Bratislavský rožok”. Wieħed mill-aktar famużi kien Ágoston Schwappach, li l-forn tiegħu kien stabbilit fl-1834 u kien joffri nagħlat taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż. Tnejn mis-suċċessuri tal-furnara tal-“Bratislavský rožok” Scheuermann u Lauda kienu l-furnar prim Johann Korče, li għex mill-1851 sal-1919 u kien kavallier tal-Ordni ta’ Franz Josef, u ibnu, il-furnar prim Hans Korče. Il-familja Korče kellha bħala suċċessur lil Emil Kastner.
Il-forn ta’ Gustáv Wendler fi Štefánikova ulica fi Bratislava, li kien jibgħat il- “Bratislavský rožok” bil-posta wkoll, kien magħruf sew ukoll.
Fl-eks ġurnal ta’ Bratislava, il-“Pressburger Wegweiser” tal-1863, il-pastiċċier u furnar ta’ Anton Pressberger jirriklama, inter alia, “beugle taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż”.
Il-gazzetta ta’ Vjenna, “Neue Freie Presse” tas-16 ta’ April 1938 għandha riċetta għal “Pressburger Kipfel – Bratislavské rožky”. Id-deskrizzjoni tar-riċetta u l-metodu ta’ preparazzjoni huma kważi identiċi għal dak li jintuża llum.
Terézia Vansová u Ján Babilon ukoll iddeskrivew il-“Bratislavský rožok” fil-ktieb tagħhom tal-1870.
Serje ta’ furnara u pastiċċiera għamlu l-“Bratislavský rožok” f’diversi bliet Ewropej, b’mod partikolari fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka u fl-Ungerija. Skont informazzjoni miġbura minn esperti tal-forn f’pajjiżi oħrajn, prodott li jġib l-isem ta’ “Bratislavský rožok” isir f’diversi bliet, jew tal-inqas, l-għamla, ir-riċetta ġenerali u l-metodu ta’ produzzjoni tiegħu huma magħrufin. Taħriġ prattiku ta’ kif isir il-“Bratislavský rožok” ingħata f’kulleġġi vokazzjonali tal-furnara u tal-pastiċċiera fl-ex Ċekoslovakkja, b’mod partikolari wara l-1950. L-isem “Bratislavský rožok” beda jintuża wara l-1918, wara li ġiet stabbilita ċ-Ċekoslovakkja u wara li l-isem tal-belt inbidel mill-oriġinali Pressburg jew Pozsony għal Bratislava. L-isem tal-prodott inbidel ukoll. L-isem oriġinali beugel kien mibdul bl-Ungeriż għal “patkó”, li tfisser “nagħla”. It-terminu “rožok” mid-dehra beda jintuża mal-isem il-ġdid tal-belt. Fl-Ungerija, l-isem “Pozsonyi kifli” (“Bratislavský rožok”), jiġifieri l-isem il-qadim tal-belt mal-isem il-ġdid tal-għamla, għadu jintuża llum. Fl-Awstrija wkoll, l-isem “Pressburger Kipfel” jintuża aktar spiss u t-terminu “beugel” jinstema’ rari.
Il-“Bratislavský rožok” huwa prodott storiku minkejja l-popolarità tiegħu illum. Skont stimi, isir b’mod regolari fis-Slovakkja minn aktar minn 20 forn u pastiċċerija u mill-inqas darba fil-ġimgħa minn għadd ieħor ta’ manifatturi.
Fl-1999 u l-2005, il-koperattiva Slovakka tal-furnara ppreżentat il-“Bratislavský rožok” fost il-prodotti għall-kompetizzjoni fil-finali tat-Tazza tad-Dinja Lesaffre tal-Furnara f’Pariġi u tfaħħru ħafna mill-ġurati.
Fil-bidu tal-2007, għall-ewwel darba fl-istorja, ġiet organizzata kompetizzjoni internazzjonali għall-aqwa “Bratislavský rožok” bħala parti mill-eżibizzjoni Danubius Gastro fi Bratislava, li tattira disa’ timijiet minn tliet pajjiżi (il-paġna ta’ quddiem tal-“Bratislavské novíny”, il-25 ta’ Jannar 2007).
Il-ġurnali ta’ Bratislava u diversi perjodiċi nazzjonali għamlu serje ta’ artikli dwar il-kompetizzjoni.
Fil-25 ta’ Lulju 2008, il-ġurnal ta’ kuljum Nový čas stampa artikolu dwar il-“Bratislavský rožok”. L-artikolu għandu wkoll ir-riċetta tradizzjonali tal-1938, u d-deskrizzjoni tal-prodott tgħid li: “… tingħata l-għamla ta’ nagħla bil-mili taż-żerriegħa tal-peprin jew forma tal-ittra C bil-mili tal-ġewż.”.
L-artikolu bl-isem “Il-Bratislavský rožok – tradizzjoni bi storja twila” f'paġna 52 tar-rivista EPICURE jiddikjara li l-prodott “bil-mili taż-żerriegħa tal-peprin jiġi ffurmat f'forma ta' nagħla, u dak li jkollu l-mili tal-ġewż għandu forma ta' ittra C”.
3.9. Rekwiżiti u proċeduri minimi għall-kontroll tal-karattru speċifiku:
Il-karatteristiċi analitiċi bażiċi tar-riċetta partikolari jiġu kkontrollati – ir-riċetta tal-għaġina għandu jkun fiha mill-inqas 30 % xaħam u l-mili għandu jkun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-piż totali tal-prodott lest.
Il-kontrolli jitwettqu fuq il-materja prima użata għall-manifattura u b'konformità mal-proporzjonijiet preċiżi tal-ingredjenti skont ir-riċetta.
Il-parametri li ġejjin jiġu spezzjonati wkoll:
|
— |
karatteristiċi organolettiċi spezzjoni viżiva tal-wiċċ u tad-dehra; it-tnejn għandhom ikunu jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti fil-punt 3.5 tal-ispeċifikazzjonijiet; analiżi sensorja tar-riħa u t-togħma; |
|
— |
rekwiżiti fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi l-għamla tal-prodott tiġi spezzjonata viżwalment; għandha tikkonforma mal-karatteristiċi stabbiliti fil-punt 3.5 tal-ispeċifikazzjonijiet; il-kontenut tal-materja xaħmija u xotta huwa mmonitorjat permezz ta’ metodi analitiċi standard; il-mili għandu jkun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-piż totali tal-prodott moħmi, kif stabbilit fil-punt 3.7 tal-ispeċifikazzjonijiet; |
|
— |
il-konformità mal-metodu ta’ produzzjoni teknoloġika |
L-ispezzjonijiet mill-awtorità jew mill-entità li tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jitwettqu abbażi ta' analiżi tar-riskju.
Kull manifattur iwettaq il-kontrolli interim tiegħu stess.
4. Awtoritajiet jew korpi li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
4.1. Isem u indirizz:
|
Isem: |
Štátna veterinárna a potravinová správa SR |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+421 260257427 |
|||
|
Posta elettronika: |
buchlerova@svssr.sk |
|
|
Privat |
4.2. Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-korp:
Il-kontroll tal-kwalità u l-kontrolli fir-rigward tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni għall-“Bratislavský rožok” abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-applikazzjoni jitwettqu minn Štátna veterinárna a potravinová správa SR (Amministrazzjoni tal-Istat għall-Qasam Veterinarju u l-Ikel) bħala l-korp ċertifikat akkreditat skont l-istandard EN 45011. Din il-kumpanija hija awtorizzata mill-Ministeru Slovakk tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali biex tikkontrolla l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.