|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.283.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 283/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6363 – Dalkia Polska/SPEC) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2011/C 283/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 283/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2011/C 283/04 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd ( 1 ) |
|
|
2011/C 283/05 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 283/06 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 283/07 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 283/08 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6363 – Dalkia Polska/SPEC)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 283/01
Fid-19 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6363. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/635/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 kif implimentat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 956/2011
2011/C 283/02
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/635/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 kif implimentat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 956/2011 (2).
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Somalja, fit-12 ta' April 2010 adotta l-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 3 u 7 ta' UNSCR 1844 (2008).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet biex jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
United Nations — Focal point for delisting |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room S-3055 E |
|
New York, NY 10017 |
|
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar tagħrif irreferi: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom ikunu inklużi fil-listi tal-persuni u l-entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 356/2010.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 356/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, u jindirizzawha lil:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Koordinazzjoni DG K |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill fl-indirizz ipprovdut hawn fuq, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, li d-deċiżjoni biex huma jkunu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) ĠU L 249, 27.9.2011, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Settembru 2011
2011/C 283/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3500 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
103,05 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4427 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86960 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2475 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2206 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8260 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,675 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
289,42 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7096 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3888 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2963 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,5002 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3794 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3889 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5276 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7376 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7545 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 593,14 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,8100 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,6418 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4865 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 269,23 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3004 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,971 |
|
RUB |
Rouble Russu |
43,7214 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
42,012 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,4589 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,2116 |
|
INR |
Rupi Indjan |
66,7540 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/5 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 283/04
Għajnuna Nru: SA.32720 (11/XF)
Stat Membru: Spanja
Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: La Rioja/Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja
Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriżal li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Programa estratégico de comercio exterior
Bażi legali: Orden no 2/2011, de 11 de febrero, de la Consejería de Industria, Innovación y Empleo, por la que se aprueban las bases reguladoras de la concesión de subvenciones por la Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja destinadas al programa estratégico de comercio exterior, en régimen de concurrencia competitiva (Boletín Oficial de La Rioja número 22, de 16 de febrero de 2011).
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża: EUR 120 000
Intensità massima tal-għajnuna: Sa 50 %
Data tad-dħul fis-seħħ: Is-17 ta’ Frar 2011
Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja ta’ għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); Indika: fil-każ ta' skema: sa liema data tista' tingħata l-għajnuna: sat-30 ta' Ġunju 2014
Għan tal-għajnuna: It-titjib tal-kompetittività ta' impriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs) sabiex ikun faċilitat l-aċċess għas-swieq barranin.
Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikolu 20
Attività kkonċernata: L-iżvilupp ta' swieq ġodda u ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja (ADER) |
|
Muro de la Mata, 13-14 |
|
26071 Logroño, La Rioja |
|
ESPAÑA |
Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.larioja.org/npRioja/default/defaultpage.jsp?idtab^449883
Motivazzjoni: L-impriżi ddedikati għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tas-sajd huma inklużi bħala benefiċjarji fil-Programm Strateġiku tal-Kummerċ Barrani. Ma ġietx stabbilita għajnuna speċifika għal dawn l-impriżi, iżda ġew integrati fi pjan ta' għajnuna diġà eżistenti (sa issa għadhom reġistrati bin-numru XF 4/09).
Għajnuna Nru: SA.32722 (11/XF)
Stat Membru: Spanja
Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: La Rioja
Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Régimen de ayudas para el fomento de la acuicultura y de la transformación y comercialización de los productos de la pesca y la acuicultura.
Din l-Iskema tal-għajnuna tissostitwixxi l-iskema tal-għajnuna reġistrata taħt in-nru XF 7/09.
Bażi legali: Orden no 1/2011, de 11 de febrero, de la Consejería de Industria, Innovación y Empleo, por la que se aprueban las bases reguladoras de concesión de subvenciones por la Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja destinadas al fomento de la acuicultura y de la transformación y comercialización de los productos de la pesca y la acuicultura (Boletín Oficial de La Rioja número 22, de 16 de febrero de 2011).
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża: EUR 0,65 miljun
Intensità massima tal-għajnuna: 40 %
Data tad-dħul fis-seħħ: Is-17 ta’ Frar 2011
Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja ta’ għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); Indika: fil-każ ta' skema: sa liema data tista' tingħata l-għajnuna: sat-30 ta' Ġunju 2014
Għan tal-għajnuna: Il-promozzjoni tal-Akkwakultura u l-Ipproċessar u l-Kummerċjalizzazzjoni tal-Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura
Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża/w: L-Artikoli 11 u 16.
Attività kkonċernata: Akkwalkultura u Proċessar u Kummerċjalizzazzjoni bil-grossa tal-Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja (ADER) |
|
Muro de la Mata, 13-14 |
|
26071 Logroño, La Rioja |
|
ESPAÑA |
Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www2.larioja.org/pls/dad_user/G04.texto_integro?p_cdi_accn=26-314122
Motivazzjoni: Is-sussidji msemmija fl-Orden Nru 1/2011 tal-11 ta' Frar 2011, jagħmlu parti mill-programm operattiv għas-settur tas-sajd Spanjol li jikkorrispondi għall-perjodu 2007-2013, kofinanzjat mill-Fond Ewropew tas-Sajd.
Minkejja dan, huwa previst li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Agencia de Desarrollo Económico de La Rioja (Aġenzija għall-Iżvilupp Ekonomiku ta' La Rioja) se jkunu iktar minn dawk inklużi fil-programm operattiv, u għalhekk hu mifhum li japplika l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, u b'konsegwenza ta' dan japplikaw ukoll l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat.
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/7 |
Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26)
2011/C 283/05
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
REPUBBLIKA ĊEKA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011
1. Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi
|
— |
Povolení k pobytu (Permess ta’ residenza, stiker uniformi mwaħħla ma’ dokument tal-ivvjaġġar – maħruġ mill-1 ta’ Mejju 2004 liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi għal waqfiet permanenti jew fit-tul (l-għan rilevanti tar-residenza huwa indikat fuq l-istiker); mill-4 ta’ Lulju 2011 dawn il-permessi jistgħu jinħarġu bħala dokumenti provviżorji (matul il-proċedimenti dwar l-estensjoni ta’ permess ta’ residenza għat-tul preċedenti) jew f’każijiet ta’ emerġenza. |
2. Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza
|
— |
Průkaz o pobytu rodinného příslušníka občana Evropské unie (Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE – maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi – membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE għal residenza temporanja – librett ikħal, maħruġ mis-27 t’April 2006) |
|
— |
Průkaz o povolení k trvalému pobytu (Karta ta’ residenza permanenti, librett aħdar – maħruġ mis-27 t’April 2006 liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi – membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE u liċ-ċittadini taż-ŻEE/Svizzeri (sal-21 ta’ Diċembru 2007) |
|
— |
Potvrzení o přechodném pobytu na území (Ċertifikat ta’ residenza temporanja, dokument li jista’ jintewa – maħruġ mis-27 t’April 2006 liċ-ċittadini tal-UE/ŻEE/Svizzeri) |
|
— |
Povolení k pobytu (Permess ta’ residenza, stiker imwaħħla ma’ dokument tal-ivvjaġġar – maħruġ mil-15 ta’ Marzu 2003 sat-30 t’April 2004 liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkunu residenti permanenti) |
|
— |
Průkaz o povolení k pobytu pro cizince (Permess ta’ residenza, librett aħdar – maħruġ mill-1996 sal-1 ta’ Mejju 2004 liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkunu residenti permanenti, mill-1 ta’ Mejju 2004 sas-27 t’April 2006 għal residenza permanenti jew temporanja ta’ membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE u liċ-ċittadini taż-ŻEE/Svizzeri u l-membri tal-familja tagħhom.) |
|
— |
Průkaz o povolení k pobytu pro cizince (Permess ta’ residenza, librett aħdar – maħruġ mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka maż-Żona Schengen liċ-ċittadini taż-ŻEE/Svizzeri u l-membri tal-familja tagħhom.) |
|
— |
Průkaz povolení k pobytu azylanta (Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija l-asil, librett griż – maħruġ lill-persuni li jkunu ngħataw l-asil; mill-4 ta’ Lulju 2011 dawn id-dokumenti jinħarġu biss f'każijiet ta’ emerġenza.) |
|
— |
Průkaz oprávnění k pobytu osoby požívající doplňkové ochrany (Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja, librett isfar – maħruġ lill-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja; ilu jinħareġ sa mill-1 ta’ Settembru 2006; mill-4 ta’ Lulju 2011 dawn id-dokumenti jinħarġu biss f’każijiet ta’ emerġenza.) |
|
— |
Cestovní doklad Úmluva z 28. července 1951 (Konvenzjoni dwar id-dokument tal-ivvjaġġar tat-28 ta’ Lulju 1951 – maħruġ mill-1 ta’ Jannar 1995 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku)) |
|
— |
Cizinecký pas (Passaport tal-aljeni – jekk jinħareġ lil persuna mingħajr stat (immarkat fil-paġni ta’ ġewwa b’timbru uffiċjali bil-kliem “Úmluva z 28. září 1954/Konvenzjoni tat-28 ta’ Settembru 1954” maħruġ mis-17 ta’ Ottubru 2004) (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku)) |
|
— |
Seznam cestujících na školní výlet v rámci Evropské unie (Lista ta’ parteċipanti ta’ ħarġa skolastika fl-Unjoni Ewropea, dokument tal-karta maħruġ mill-1 t’April 2006) |
|
— |
Identifikační průkazy vydané Ministerstvem zahraničních věcí: (Karti tal-identità maħruġa mill-MFA) Diplomatické identifikační průkazy s označením (Karti tal-identità diplomatiċi bil-kodiċi li ġejjin)
Identifikační průkazy s označením (Karti tal-identità bil-kodiċijiet li ġejjin)
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/10 |
Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal-2012, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni
2011/C 283/06
B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skont il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal- 2012, tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).
Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħiet u għall-premju li ġejjin. Id-dati tal-għeluq u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet, li jinsabu ppubblikati fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Programm Speċifiku “Persuni”:
|
Titlu tas-sejħa |
Identifikatur tas-sejħa |
|
Il-Lejl tar-Riċerkaturi |
FP7-PEOPLE-2012-NIGHT |
Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma tal-2012 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 5033, tad-19 ta' Lulju 2011.
L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-premju, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti jinsabu fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/11 |
Notifika tal-Inizjazzjoni ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja
2011/C 283/07
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja (“il-pajjiżi kkonċernati”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. It-talba għal reviżjoni
It-talba tressqet fit-30 ta’ Ġunju 2011 minn 33 produttur jew grupp ta' produtturi tal-Unjoni (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik.
2. Il-prodott
Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa xkejjer u basktijiet tal-plastik, li fihom mill-anqas 20 % ta’ kemm jiżnu f'polietilen u f'kisi ta' ħxuna li ma taqbiżx il-100 mikrometru (μm), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja (“il-prodott ikkonċernat”), u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (il-kodiċi TARIC 3923210020, 3923291020 u 3923299020).
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 475/2011 (4).
4. Ir-raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija msejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal biex jissokta d-dumping u tissokta l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
L-allegazzjoni tal-issoktar ta' dumping fir-rigward tat-Tajlandja hija msejsa fuq it-tqabbil ta' valur normali maħdum mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. Abbażi ta' dan, il-marġini tad-dumping ikkalkolat huwa sinifikanti.
Sabiex tintwera l-probabbiltà tal-issoktar ta' dumping fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikanti ffissaw il-valur normali għall-produtturi li jesportaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ma ngħatawx trattament tal-ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ abbażi tal-valur normali maħdum f'pajjiż b'ekonomija tas-suq kif jixraq, li jissemma fil-punt 5.1.(d). Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw trattament ta' ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni, li wassal għall-miżuri fis-seħħ, il-valur normali ġie stabbilit abbażi ta' valur normali maħdum fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-allegazzjoni tal-issoktar ta' dumping hija msejsa fuq it-tqabbil tal-valur normali, kif stabbilit fis-sentenzi preċedenti, mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. Abbażi ta' dan, il-marġini ta' dumping li ġew ikkalkolati huma sinifikanti.
L-evidenza prima facie mogħtija mill-applikanti turi li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat komplew ikollhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, u dan irriżulta f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-qagħda finanzjarja u dik tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.
5. Il-proċedura
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex tkun iġġustifikata l-inizjazzjoni ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ dumping u ħsara
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk hux probabbli jew le li l-iskadenza tal-miżuri twassal biex jissokta d-dumping u tissokta l-ħsara.
(a) It-teħid ta’ kampjuni
Fid-dawl tan-numru apparentement kbir ta' partijiet involuti f'dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
(i)
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk ikun il-każ, biex tkun tista’ tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom, fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skont il-formati indikati fil-punt 7:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks, u l-persuna ta’ kuntatt, |
|
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (5) separatament u f'totali, |
|
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011, |
|
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji kollha relatati (6), involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat, |
|
— |
kull informazzjoni rilevanti oħra li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta l-kumpanija tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies li ma tkunx ikkooperat fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tat-Tajlandja, u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.
(ii)
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
|
— |
il-volum f'tunnellati u l-valur f’euro ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (7), involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, |
|
— |
kull informazzjoni rilevanti oħra li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta l-kumpanija tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies li ma tkunx ikkooperat fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
(iii)
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien stabbiliti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw il-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt ipprovduti fit-Taqsima 7 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji magħżula fl-aħħar nett biex ikunu fil-kampjun.
(iv)
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jissottomettu kull informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjuni għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(ii).
Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel l-għażla aħħarija tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fil-qafas tal-investigazzjoni.
Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ ssejjes is-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejbiet imsejsa fuq il-fatti disponibbli jistgħu jkunu inqas vantaġġjużi għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.
(b) Il-kwestjonarji
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi, lill-importaturi inklużi fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati.
(c) Ġbir ta' informazzjoni u seduti ta’ smigħ
Il-partijiet kollha interessati, b'dan qed jiġu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni barra mit-tweġibiet li taw fil-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Din l-informazzjoni u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn iressqu talba li turi li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).
(d) L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq
Fl-investigazzjoni ta’ qabel il-Malasja ntużat bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa tuża lill-Malasja għal dan l-għan. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna li jikkummentaw dwar kemm hu xieraq dan il-pajjiż, fil-limitu ta' żmien speċifiku stipulat fil-punt 6(c).
5.2. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-probabbiltà li jissokta d-dumping u li tissokta l-ħsara tiġi kkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista' tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Unjoni, lill-importaturi, lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lill-utenti rappreżentattivi u lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi. Dawn il-partijiet, inklużi dawk li l-Kummissjoni ma tafx bihom, sakemm jippruvaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ta' żmien ġenerali stabbiliti fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jagħtuha l-informazzjoni. Il-partijiet li jkunu aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, billi jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min jinnota li kull informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se titqies biss jekk tkun sostnuta b'evidenza fattwali fil-mument meta titressaq.
6. Limiti ta’ żmien
(a) Limiti ta’ żmien ġenerali
(i)
Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali għandha titlob kwestjonarju jew formoli ta’ talba oħrajn kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(ii)
Il-partijiet kollha interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku tiddependi fuq il-preżentazzjoni tal-parti fil-limitu ta' żmien imsemmi qabel.
Il-kumpaniji li jintgħażlu f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien speċifikat fil-punt 6(b)(iii).
(iii)
Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.
(b) Limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni
|
(i) |
L-informazzjoni speċifikata fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni beħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla aħħarija tagħha fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(ii) |
Kull informazzjoni oħra rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(iii) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet li jkunu ġew inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
(c) Limitu speċifiku ta' żmien għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq
Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu juru x-xewqa li jikkummentaw dwar kemm hu xieraq li l-Malasja titqies, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti (8)”.
Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni kunfidenzjali tista’ titwarrab.
Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-email, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kwalunkwe Prokura, ċertifikazzjonijiet iffirmati u aġġornamenti tagħhom li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju, għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument fiżiku, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tistax tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N105 04/092 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22956505 |
Kuntatt:
|
|
Għal kwistjonijiet marbuta mad-dumping: Kaxxa postali tal-każijiet: trade-psb-dumping@ec.europa.eu |
|
|
Għal kwistjonijiet marbuta mal-ħsara: Kaxxa postali tal-każijiet: trade-psb-injury@ec.europa.eu |
8. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limitu ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, din l-informazzjoni għandha titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
9. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
10. Il-possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi din ir-reviżjoni ta' skadenza qed titnieda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet li jirriżultaw minnha mhumiex se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda se jwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jkunu jixtiequ jitolbu tali reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
11. L-ipproċessar tad-dejta personali
Jekk jogħġbok kun af li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (9).
12. L-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ
Ta' min jinnota wkoll, li jekk il-partijiet interessati jqisu li qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom għal difiża, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala punt ta' interazzjoni bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn meħtieġ, il-medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-fajl, mal-kunfidenzjalità, mal-estensjoni tal-limiti taż-żmien u mat-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduti ta' Smigħ fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4.
(4) ĠU L 131, 18.5.2011, p. 10.
(5) Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u l-Ungerija.
(6) Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(7) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 6.
(8) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/16 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 283/08
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“BERENJENA DE ALMAGRO”
Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0011-23.09.2009
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni milquta mill-emenda:
|
— |
|
Isem il-prodott |
|
— |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
|
Żona ġeografika |
|
— |
|
Prova tal-oriġini |
|
— |
|
Metodu ta' produzzjoni |
|
— |
|
Rabta |
|
— |
|
Tikkettar |
|
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
|
Oħrajn [organu ta' spezzjoni] |
2. Tip ta' emenda:
|
— |
|
Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi |
|
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew IĠP rreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi |
|
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġx emendar tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
|
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emendi:
3.1. Deskrizzjoni tal-prodott:
Id-definizzjoni tal-materja prima twessgħet biex tispeċifika mhux biss l-ispeċi tal-prodott iżda wkoll il-varjetà, b'mod li frott miksub biss mill-ispeċi “Solanum Melongena”, var. “Dealmagro”, jista' jiġi kkummerċjalizzat bħala IĠP “Berenjena de Almagro”. Din il-varjetà ġdida ġiet irrikonoxxuta bħala varjetà indiġena taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni.
Din il-varjetà ġdida nkitbet fir-Reġistru ta’ Varjetajiet Kummerċjali tal-Ministeru għall-Ambjent u għall-Affarijiet Rurali u Marittimi, bl-isem “Dealmagro” u bin-numru 20060251, fid-dawl tax-xebh bejn isem iż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni u l-isem lokali/komuni li bih huwa magħruf dan il-brinġiel partikulari. It-tagħrif dwar din il-varjetà jista' jinkiseb mingħand l-Oficina Española de Variedades Vegetales (l-Uffiċċju Spanjol tal-Varjetajiet tal-Ħaxix).
Għaldaqstant, l-inklużjoni ta’ din il-varjetà indiġena u waħdanija fid-deskrizzjoni tal-prodott mistennija tkompli tiddistingwi u tikkaratterizza dan il-prodott uniku tal-IĠP “Berenjena de Almagro”.
Id-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni kimika ġiet adattata skont it-tekniki analitiċi l-ġodda, u l-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-proprjetajiet tal-varjetà “Dealmagro”.
3.2. Żona ġeografika:
Iż-żona protetta: Peress li l-varjetà indiġena “Dealmagro” hija adattata sew għal din iż-żona ġeografika, u minħabba d-domanda li hemm għall-prodotti koperti mill-IĠP “Berenjena de Almagro”, illum din il-varjetà qiegħda titkabbar ukoll f'muniċipalità oħra mhix inkluża fiż-żona ta’ produzzjoni tal-IĠP.
Muniċipalità minnhom fejn din il-varjetà indiġena ta' brinġiel ilha titkabbar minn żminijiet il-qedem hija Viso del Marqués, li tinsab fid-distrett ta' Campo de Calatrava. Il-muniċipalità ta' Viso del Marqués tmiss ma' dawk ta' Granátula de Calatrava fit-Tramuntana u ma' Calzada de Calatrava fil-Punent, żewġ muniċipalitajiet inklużi fiż-żona ta’ produzzjoni tal-IĠP Berenjena de Almagro.
Skont stħarriġ li ġie ppreżentat, ir-rabta bejn Viso del Marqués u ż-żona ġeografika ta' produzzjoni tal-IĠP “Berenjena de Almagro” tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:
|
— |
rabta storika: il-brinġiel ilu jitkabbar f'Viso del Marqués minn żminijiet il-qedem, flimkien ma' ħxejjex oħra; |
|
— |
rabta naturali: il-varjetà ewlenija tal-brinġiel imkabbar hija dik indiġena taż-żona, jiġifieri l-var. “Dealmagro”; |
|
— |
rabta orografika: iż-żona tat-Tramuntana tal-muniċipalità għandha altitudnijiet moderati ta' madwar 650 m., simili għal taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni; |
|
— |
rabta idrografika: żewġ baċiri idroloġiċi –il-baċir tal-Guadiana u l-baċir tal-Guadalquivir– ikopru l-muniċipalità, u r-riżorsi idroġeoloġiċi tagħhom jintużaw għas-saqi tal-uċuħ, kif isir ukoll fiż-żona ġeografika ta' produzzjoni; |
|
— |
rabta klimatika: il-klima Mediterranja kontinentali, ikkaratterizzata minn xtiewi kesħin u sjuf sħan li kultant jaslu sa temperatura ta’ 40 °C; livelli ta’ preċipitazzjoni li jvarjaw bejn 400-600 mm fis-sena, bil-perjodu tal-iktar xita kkonċentrat fix-xitwa u fir-rebbiegħa; is-sjuf ikunu twal u nixfin. |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, inqisu li ż-żona koperta għall-produzzjoni tal-IĠP “Berenjena de Almagro” għandha titwessa' għall-muniċipalità ta’ Viso del Marqués.
3.3. Prova tal-oriġini:
F'din it-taqsima żdiedet l-ispeċifikazzjoni li l-varjetà mkabbra għandha tkun dik indiġena, “Dealmagro”, billi din diġà nkitbet fir-Reġistru Uffiċjali tal-Varjetajiet Kummerċjali tal-Ministeru tal-Ambjent u tal-Affarijiet Rurali u Marittimi.
3.4. Organu ta’ spezzjoni:
Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha għażlet li tiġi vverifikata l-konformità tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, minn organu ta’ spezzjoni wieħed jew aktar skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 882/2004, li jaġixxu bħala entitajiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ prodotti. Għaldaqstant, b'dan nitolbu li l-organu ta’ spezzjoni għall-IĠP “Berenjena de Almagro” jkun l-entità ta’ ċertifikazzjoni “Servicios de Inspección y Certificación, S.L. (SIC)”, billi din tilħaq ir-rekwiżiti tal-istandard UNE-EN 45011 “Rekwiżiti ġenerali għall-entitajiet li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott”, kif ukoll għax hija organu ta’ spezzjoni awtorizzat mill-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“BERENJENA DE ALMAGRO”
Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0011-23.09.2009
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Berenjena de Almagro”
2. Stat membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
|
Klassi 1.6: |
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1:
Il-“Berenjena de Almagro” huwa l-frott miksub mill-ispeċi “Solanum Melongena” var. “Dealmagro”, b'saħħtu, nadif u sħiħ, li jgħaddi minn proċess tradizzjonali ta’ priżervazzjoni li jikkonsisti fit-tisjir, it-tħawwir, il-fermentazzjoni u l-ippakkjar.
Il-proċess ta’ produzzjoni tal-“priżerv” jibda bit-tisjir tal-frott tul 5-20 minuta, imbagħad issir il-fermentazzjoni f'kontenituri xierqa, li fihom isir it-tħawwir, u l-prodott jitħalla għal bejn 4 ijiem u ħmistax.
It-tħawwir jinkludi ħall, żejt veġetali, melħ, kemmun, tewm, paprika u ilma.
Ladarba l-prodott ikun ippakkjat, jista' jitqiegħed għall-bejgħ fl-erba' forom li ġejjin: bil-brinġiel imħawwar, mimli, bi bżar naturali jew b'pasta tal-bżar, sħiħ jew maqtugħ f'fetet.
Wara l-fermentazzjoni, il-brinġiel jiġi ppakkjat fl-istess post fejn ġew prodotti.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Brinġiel miksub mill-varjetà indiġena, l-ispeċi “Solanum Melongena” var. “Dealmagro”. Il-frott huwa mlaħħam, ta’ diversi suriet (tond, tawwali, imlanġas) u lwien (aħdar, vjola karg jew ċar, skur u mtektek), u l-parti l-kbira minnu jkun miksi bil-buttun, lewn aħdar pallidu, waqt li l-parti mhix miksija ssir vjola.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-produzzjoni, l-elaborazzjoni u l-ippakkjar tal-brinġiel għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
Il-proċess ta’ elaborazzjoni huwa kkaratterizzat mit-tisjir u l-fermentazzjoni: dejjem “minnufih wara t-tisjir”, il-brinġiel jitħawwar waqt li għadu sħun. B'hekk, b'bilanċ bejn il-prodott u l-kundizzjonijiet klimatiċi tal-madwar, jibda proċess naturali u spontanju ta' fermentazzjoni laktea, li jikkonverti l-brinġiel misjur fi prodott bil-lewn, il-konsistenza u t-togħma tipiċi li għalihom huwa magħruf il-brinġiel ta' Almagro.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
L-ippakkjar għandu jsir fl-istess post tal-produzzjoni. Wara l-proċess ta’ fermentazzjoni (ta’ bejn 4 u 15-il jum), bil-għan li tinżamm it-togħma tipika tal-“Berenjena de Almagro”, il-brinġiel għandu jiġi ppakkjat fl-istess post tal-produzzjoni. L-ippakkjar isir f'laned, f'bottijiet tal-ħġieġ jew fi kwalunkwe kontenitur tal-ikel ieħor.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Fuq it-tikketti kummerċjali għandu jidher il-kliem li ġej: “Indicación geográfica protegida ‘Berenjena de Almagro’ ”.
Il-prodott maħruġ għall-konsum għandu jkollu tikketta sekondarja nnumerata, maħruġa mill-Bord Regolatorju, li titwaħħal għand l-azjenda rreġistrata ta' produzzjoni b'mod li ma tkunx tista' terġa' tintuża.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni, tal-elaborazzjoni u tal-ippakkjar hija magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
Aldea del rey, Almagro, Bolaños de Calatrava, Calzada de Calatrava, Granátula de Calatrava, Valenzuela de Calatrava u Viso del Marques, kollha fil-provinċja ta' Ciudad Real.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-ħamrija hija tal-ġir u tat-tafal, tat-tipi Alfisol u Aridisol, b'orizzont alluvjali u ta' diżintegrazzjoni “in situ”, lewn aħmar ċar, b'kontenut baxx ta' materja organika, u b'orizzont inferjuri b'akkumulazzjoni ta' karbonat tal-kalċju, li f'ħafna każijiet ikun maqgħud.
Il-klima taż-żona hija tat-tip kontinentali, jiġifieri b'varjazzjonijiet estremi: xtiewi ħorox u sjuf sħan, bit-temperaturi kultant jilħqu l-40 °C.
F'din iż-żona, il-preċipitazzjoni medja hija ta’ 430 mm fis-sena, bil-perjodi tal-aktar xita fil-ħarifa (26 %), fix-xitwa (32 %) u fir-rebbiegħa (30 %); min-naħa l-oħra, is-sjuf ikunu twal u nixfin.
Il-brinġiel ilu jitkabbar f'din iż-żona minn żminijiet il-qedem. L-adattament tiegħu għall-karattru speċifiku taż-żona ġeografika, flimkien mas-selezzjoni ġenetika li saret mill-bdiewa tul is-sekli billi jirriproduċu ż-żrieragħ tagħhom stess, wasslu għal varjetà indiġena tal-brinġiel, irreġistrata bl-isem “Dealmagro”.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-“Berenjena de Almagro” huwa prodott uniku, kemm minħabba l-varjetà veġetali kif ukoll minħabba l-proċess ta' produzzjoni.
Il-varjetà veġetali hija dik indiġena taż-żona ta’ produzzjoni “Dealmagro”.
Din hija varjetà lokali u endemika, selezzjonata ġenetikament mill-bdiewa taż-żona ġeografika ta' produzzjoni tul is-sekli. Is-selezzjoni ġenetika saret abbażi tal-adattament tiegħu għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima taż-żona (produzzjoni u rendiment tal-uċuħ), kif ukoll abbażi tal-karatteristiċi organolettiċi mfittxija mill-konsumaturi tal-prodott tul is-snin. Il-prodott aħħari huwa uniku fid-dinja, billi hija varjetà li titkabbar u tiġi pproċessata biss f'din iż-żona.
Il-frott huwa mlaħħam, ta’ diversi suriet u lwien (aħdar, vjola karg jew ċar, skur u mtektek), u l-parti l-kbira minnu jkun miksi bil-buttun, lewn aħdar pallidu, waqt li l-parti mhix miksija ssir vjola.
Is-sistema partikulari ta’ produzzjoni tinvolvi t-tisjir għal bejn 5 u 20 minuta. Wara dan isir il-proċess ta’ fermentazzjoni f'kontenituri xierqa, li fihom isir it-tħawwir (ħall, żejt veġetali, melħ, kemmun, tewm, paprika u ilma), biex imbagħad il-prodott jitħalla għal bejn 4 u 15-il jum. Wara l-perjodu ta' fermentazzjoni, il-prodott jiġi ppakkjat.
Il-kompożizzjoni kimika hija kif ġej:
|
— |
Kcal × (100 g), < 32 |
|
— |
Xaħam veġetali < 1,5 % |
|
— |
pH < 4,5 |
|
— |
Aċtu aċetiku < 15 g/kg |
|
— |
Sodju (%) < 0,6 |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):
Il-brinġiel “Dealmagro” huwa tas-subspeċi Sculentum (Solarum Melongena), u jaqa' taħt il-grupp Depressum ta’ varjetajiet żgħar jew ċkejknin. Din hija varjetà indiġena, endemika, adattata bis-sħiħ għall-ambjent ġeografiku taż-żona ta’ produzzjoni.
Din hija l-varjetà li l-konsumaturi fittxew u aċċettaw, għax hija xierqa għall-metodu singulari u partikulari ta’ produzzjoni li ilu s-sekli jiġi segwit fiż-żona, skont riċetti tradizzjonali li jiddettaw il-ħinijiet ta’ tisjir u l-jiem ta’ fermentazzjoni bit-tħawwir. Dan kollu wassal biex il-varjetà “Dealmagro” ġiet selezzjonata b'mod li l-prodott aħħari jkun il-“Berenjena de Almagro”, li fid-dinja ma hemmx bħalha.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://docm.jccm.es/portaldocm/descargarArchivo.do?ruta=2010/10/20/pdf/2010_17414.pdf&tipo=rutaDocm
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.