ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.282.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 282

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
24 ta' Settembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 282/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 269, 10.9.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 282/02

Kawża C-308/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ġunju 2011 — Chemische Fabrik Kreussler & Co. GmbH vs John O. Butler GmbH

2

2011/C 282/03

Kawża C-310/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Ġunju 2011 — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

2

2011/C 282/04

Kawża C-321/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de A Coruña (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2011 — Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor vs Iberia, Líneas Aéreas de España SA

3

2011/C 282/05

Kawża C-323/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

3

2011/C 282/06

Kawża C-324/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-A Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (l-Ungerija) fid-29 ta’ Ġunju 2011 — Gábor Tóth vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága, bħala s-suċċessur ta’ Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

3

2011/C 282/07

Kawża C-331/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja

4

2011/C 282/08

Kawża C-334/11 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2011 minn Lancôme parfums et beauté & Cie kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH

4

2011/C 282/09

Kawża C-348/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Paris (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Thomson Sales Europe SA vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

5

2011/C 282/10

Kawża C-349/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Auditeur du travail vs Yangwei SPRL

5

2011/C 282/11

Kawża C-350/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

6

2011/C 282/12

Kawża C-351/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — KGH Belgium NV vs Belgische Staat

6

2011/C 282/13

Kawża C-354/11: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2011 minn Maurice Emram kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-187/10 — Emram vs UASI

7

2011/C 282/14

Kawża C-355/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Lulju 2011 — G. Brouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

8

2011/C 282/15

Kawża C-360/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

8

2011/C 282/16

Kawża C-361/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Hewlett-Packard Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

9

2011/C 282/17

Kawża C-362/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira (il-Portugall) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Serafim Gomes Oliveira vs Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

9

2011/C 282/18

Kawża C-365/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de Pequena Instância Cível de Lisboa (il-Portugal) fit-8 ta’ Lulju 2011 — João Nuno Esteves Coelho dos Santos vs TAP Portugal

10

2011/C 282/19

Kawża C-367/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fil-11 ta’ Lulju 2011 — Déborah Prete vs Office national de l’emploi

10

2011/C 282/20

Kawża C-368/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Lulju 2011 — proċeduri kriminali kontra Raffaele Arrichiello

11

2011/C 282/21

Kawża C-369/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

11

2011/C 282/22

Kawża C-371/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Gent (Il-Belġju) fit-13 ta’ Lulju 2011 — Punch Graphix Prepress Belgium NV vs Belgische Staat

11

2011/C 282/23

Kawża C-372/11 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2011 minn Power-One Italy SpA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-489/08, Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2011/C 282/24

Kawża C-374/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

13

2011/C 282/25

Kawża C-375/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fil-15 ta’ Lulju 2011 — Belgacom SA, Mobistar SA, KPN Group Belgium SA vs L-Istat tal-Belġju

13

2011/C 282/26

Kawża C-384/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2011 — Tate & Lyle Investments vs Belgische Staat; parti oħra fil-proċedura: Syral Belgium NV

14

2011/C 282/27

Kawża C-392/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

14

2011/C 282/28

Kawża C-393/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et

15

2011/C 282/29

Kawża C-396/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Lulju 2011 — Proċeduri kriminali kontra Ciprian Vasile Radu

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 282/30

Kawża T-264/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Sejħa għal teħid ta’ azzjoni — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Rabta kawżali — Dannu — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

17

2011/C 282/31

Kawża T-275/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2011 — Sepracor Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Sustanza attiva eszopiclone — Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq — Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kwalità ta’ sustanza attiva ġdida — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

17

2011/C 282/32

Kawża T-351/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Acetificio Marcello de Nigris vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

17

2011/C 282/33

Kawża T-367/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Sejħa għal teħid ta’ azzjoni — Inammissibbiltà manifesta — Rikors għad-danni — Rabta kawżali — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

18

2011/C 282/34

Kawża T-403/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Arrikiment indebitu — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

18

2011/C 282/35

Kawża T-454/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — van Arum vs Il-Parlament (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

18

2011/C 282/36

Kawża T-4/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Al Saadi vs il-Kummissjoni (Mewt tar-rikorrent — Nuqqas ta’ tkomplija tal-kawża mill-aventi kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2011/C 282/37

Kawża T-13/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Goutier vs UASI — Rauch (ARANTAX) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2011/C 282/38

Kawża T-252/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Cross Czech vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni — Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti — Natura kuntrattwali u mhux deċiżjonali ta’ din l-ittra — Inammissibbiltà)

19

2011/C 282/39

Kawża T-366/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati — Eċċezzjoni ta’ rikors parallel — Difetti proċedurali — Drittijiet tad-difiża — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

20

2011/C 282/40

Kawża T-393/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni)

20

2011/C 282/41

Kawża T-398/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Fapricela vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Dannu finanzjarju — Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Nuqqas ta’ urġenza)

20

2011/C 282/42

Kawża T-450/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2011 — Maruccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Terminu raġonevoli għall-ippreżentar ta’ talba għad-danni — Dewmien — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

21

2011/C 282/43

Kawża T-451/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Politika agrikola komuni — Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju — Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni — Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

21

2011/C 282/44

Kawża T-142/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — SIR vs Il-Kunsill (Politika barranija u tas-sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2011/C 282/45

Kawża T-160/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — Petroci vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni tal-Côte d’Ivoire — Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2011/C 282/46

Kawża T-187/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Trabelsi et vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

22

2011/C 282/47

Kawża T-213/11 P(I): Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-BEI et. vs Bömcke (Appell — Servizz Pubbliku — Talba għal intervent quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Kalkolu tat-terminu — Tardività)

23

2011/C 282/48

Kawża T-292/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — Cemex et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Talba għal informazzjoni — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

23

2011/C 282/49

Kawża T-293/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — Holcim (Deutschland) u Holcim vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Talba għal informazzjoni — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

23

2011/C 282/50

Kawża T-296/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Talba għal informazzjoni — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

24

2011/C 282/51

Kawża T-302/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — HeidelbergCement vs Il-Kummisjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Talba għal informazzjoni — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

24

2011/C 282/52

Kawża T-317/11 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 minn Ioannis Vakalis mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ April 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/10, Vakalis vs Il-Kummissjoni

24

2011/C 282/53

Kawża T-340/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2011 — Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 282/54

Kawża T-359/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2011 — Makhlouf vs Il-Kunsill

25

2011/C 282/55

Kawża T-364/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2011 — Arla Foods vs UASI — Artax (Lactofree)

26

2011/C 282/56

Kawża T-365/11 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2011 minn AO kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ April 2011 fil-Kawża F-45/10 — AO vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 282/57

Kawża T-367/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2011 — Lyder Enterprises vs CPVO Liner Plants NZ (1993) (Southern Splendour)

28

2011/C 282/58

Kawża T-368/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2011 — Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni

28

2011/C 282/59

Kawża T-369/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2011 — Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni et.

29

2011/C 282/60

Kawża T-380/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — Palirria Souliotis vs Il-Kummissjoni

29

2011/C 282/61

Kawża T-382/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — Pigui vs Il-Kummissjoni Ewropea

30

2011/C 282/62

Kawża T-383/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2011 — Makhlouf vs Il-Kunsill

30

2011/C 282/63

Kawża T-384/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill

31

2011/C 282/64

Kawża T-385/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2011 — BP Products North America vs Il-Kunsill

32

2011/C 282/65

Kawża T-387/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Lulju 2011 — Nitrogénművek Vegyipari vs Il-Kummissjoni

32

2011/C 282/66

Kawża T-388/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

33

2011/C 282/67

Kawża T-389/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2011 — Guccio Gucci vs UASI Chang Qing Qing (GUDDY)

34

2011/C 282/68

Kawża T-393/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Masottina vs UASI — Bodegas Cooperativas de Alicante (CA' MARINA)

35

2011/C 282/69

Kawża T-395/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Elti vs Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro

35

2011/C 282/70

Kawża T-397/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Symfiliosi vs FRA

36

2011/C 282/71

Kawża T-399/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 282/72

Kawża T-400/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Altadis vs Il-Kummissjoni

37

2011/C 282/73

Kawża T-401/11 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2011 minn Livio Missir Mamachi di Lusignano mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Mejju 2011, fil-Kawża F-50/09, Livio Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni

38

2011/C 282/74

Kawża T-402/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 — Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni

39

2011/C 282/75

Kawża T-405/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 — Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni

40

2011/C 282/76

Kawża T-406/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

40

2011/C 282/77

Kawża T-407/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — SRF vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

41

2011/C 282/78

Kawża T-412/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION)

41

2011/C 282/79

Kawża T-418/11 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ġunju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/10, De Nicola vs BEI

42

2011/C 282/80

Kawża T-419/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Ellinika Touristika Akinita vs Il-Kummissjoni

43

2011/C 282/81

Kawża T-421/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2011 — Qualitest FZE vs Il-Kunsill

44

2011/C 282/82

Kawża T-424/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Cementos Molins vs Il-Kummissjoni

44

2011/C 282/83

Kawża T-425/11: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

45

2011/C 282/84

Kawża T-426/11: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Maharishi Foundation vs UASI (MÉDITATION TRANSCENDANTALE)

46

2011/C 282/85

Kawża T-429/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni

46

2011/C 282/86

Kawża T-430/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Telefónica vs Il-Kummissjoni

47

2011/C 282/87

Kawża T-431/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

47

2011/C 282/88

Kawża T-434/11: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2011 — Europäisch-Iranische Handelsbank vs Il-Kunsill

48

2011/C 282/89

Kawża T-173/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Apotheke DocMorris vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ salib aħdar)

48

2011/C 282/90

Kawża T-196/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Apotheke DocMorris vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ salib aħdar u abjad)

49

2011/C 282/91

Kawża T-491/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2011 — SNCF vs UASI — Infotrafic (infotrafic)

49

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 282/92

Kawża F-46/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 V vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Kapaċità fiżika — Eżami mediku ta’ reklutaġġ — Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni ta’ natura personali — Sigriet mediku — Trasferiment ta’ informazzjoni medika bejn l-istituzzjonijiet — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata)

50

2011/C 282/93

Kawża F-116/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Lulju 2011 — Gozi vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Obbligu ta’ assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rimbors tal-ispejjeż tal-avukati sostnuti fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja quddiem qorti nazzjonali)

50

2011/C 282/94

Kawża F-73/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għad-danni, segwita minn deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-imsemmija talba — Ilment preċedenti tardiv kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda — Inammissibbiltà)

50

2011/C 282/95

Kawża F-38/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 Alari vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu — Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi l-promozzjoni ta’ uffiċjal trasferit)

51

2011/C 282/96

Kawża F-41/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

51

2011/C 282/97

Kawża F-66/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

51

2011/C 282/98

Kawża F-68/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

52

2011/C 282/99

Kawża F-69/11: Rikors ippreżentat fid-20 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri

52

2011/C 282/00

Kawża F-70/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

52

2011/C 282/01

Kawża F-73/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

53

2011/C 282/02

Kawża F-31/07 RENV: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta’ Lulju 2011 — Putterie vs Il-Kummissjoni

53

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/1


2011/C 282/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 269, 10.9.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 252, 27.8.2011

ĠU C 238, 13.8.2011

ĠU C 232, 6.8.2011

ĠU C 226, 30.7.2011

ĠU C 219, 23.7.2011

ĠU C 211, 16.7.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ġunju 2011 — Chemische Fabrik Kreussler & Co. GmbH vs John O. Butler GmbH

(Kawża C-308/11)

2011/C 282/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Chemische Fabrik Kreussler & Co. GmbH

Konvenuta: John O. Butler GmbH

Domandi preliminari

(1)

Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “azzjoni farmakoloġika” fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KEE (1), fil-verżjoni tad-Direttiva 2004/27/KE (2), huwa possibbli li jsir riferiment għal-linja gwida ta’ distinzjoni bejn prodotti mediċinali u mezzi mediċi “Medical Devices: Guidance document” li tirrikjedi li jkun hemm interazzjoni bejn il-molekuli tas-sustanza inkwistjoni u kostitwent ċellolari, ġeneralment ikklassifikat bħala riċevitur, li jew tikkawża reazzjoni diretta jew tibblokka r-reazzjoni ta’ aġent ieħor?

(2)

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: il-kunċett ta’ “azzjoni farmakoloġika” jirrikjedi li jkun hemm interazzjoni bejn il-molekuli tas-sustanza inkwistjoni u l-kostitwenti ċellolari tal-utent jew huwa suffiċjenti jekk ikun hemm interazzjoni bejn is-sustanza inkwistjoni u kostitwent ċellolari li ma jkunx jifforma parti mill-ġisem tal-bniedem?

(3)

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv jew ebda waħda miż-żewġ definizzjonijiet proposti fit-tieni domanda ma hija applikabbli: liema definizzjoni alternattiva għandha tintuża minflok?


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).

(2)  Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Ġunju 2011 — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-310/11)

2011/C 282/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grattan plc

Konvenut: The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

Domanda preliminari

Fir-rigward tal-perijodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1978, persuna taxxabbli għandha, abbażi tal-effett dirett tal-Artikolu 8(a) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta’ April 1967 (67/228/KEE (1)) u/jew tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ trattament ugwali, id-dritt li tikkunsidra a posteriori li l-valur taxxabbli ta’ provvista ta’ beni kien tnaqqas meta, wara d-data ta’ meta seħħet din il-provvista ta’ beni, il-fornitur tal-provvista ta lid-destinatarju tagħha kreditu li d-destinatarju ddeċieda li jieħu jew fil-forma ta’ ħlas fi flus, jew inkella fil-forma ta’ kreditu validu fuq ammonti dovuti lill-fornitur għal provvisti ta’ beni diġà pprovduti lid-destinatarju?


(1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 71, p. 1303).


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de A Coruña (Spanja) fit-28 ta’ Ġunju 2011 — Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor vs Iberia, Líneas Aéreas de España SA

(Kawża C-321/11)

2011/C 282/04

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de A Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor.

Konvenuta: Iberia Líneas Aéreas de España S.A.

Domanda preliminari

Jista’ jiġi kkunsidrat li l-kunċett ta’ meta persuni ma jitħallewx jitilgħu msemmi fl-Artikolu 2(j) flimkien mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, jinkludi s-sitwazzjoni fejn il-kumpannija tal-ajru li tiżgura t-trasport ma tħallix persuna titla’ minħabba dewmien fl-ewwel titjira inkluża fil-biljett minħabba tort tal-kumpannija u li din tipprevedi b’mod żbaljat li l-passaġġieri mhux se jaslu fil-ħin għat-tieni titjira, u għalhekk tippermetti li l-postijiet ta’ dawn il-passiġġieri fuq it-tieni titjira jittieħdu minn passiġġieri oħra?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/3


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-323/11)

2011/C 282/05

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Hadjiyiannis u U. Nielsen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

tikkonstata li, il-fatt li ma ppubblikax il-pjanijiet definiti ta’ ġestjoni tad-distrett idrografiku mhux aktar tard mit-22 ta’ Dicembru 2009 u ma bagħtx kopja tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-22 ta’ Marzu 2010 (1), u f’kull każ li jinforma lill-Kumissjoni bihom, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u

tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 13(1), (2), u (6) tad-Direttiva jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva mhux aktar tard mit-22 ta’ Dicembru 2009 u għandhom jibgħatu kopja tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-22 ta’ Marzu 2010.

Peress li ma għandhiex informazzjoni oħra li tippermettilha tikkonstata li l-miżuri neċessarji ittieħdu, il-Kummissjoni jkollha tiddeduċi li d-Danimarka għadha ma adottatx id-dispożizzjonijiet tagħha u b’hekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-A Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (l-Ungerija) fid-29 ta’ Ġunju 2011 — Gábor Tóth vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága, bħala s-suċċessur ta’ Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

(Kawża C-324/11)

2011/C 282/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

A Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gábor Tóth

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága, bħala s-suċċessur ta’ Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali (Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)) huwa miksur minn interpretazzjoni legali li tostakola lill-persuna li lilha tinħarġilha fattura milli teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis f’sitwazzjoni fejn l-operatur li ħariġha kellu l-liċenzja kummerċjali tiegħu rtirata mill-awtorità muniċipali qabel it-twettiq tal-kuntratt fl-intier tiegħu jew qabel il-ħruġ tal-fattura?

(2)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, il-fatt li l-operatur individwali li ħareġ il-fattura ma ddikjarax il-ħaddiema impjegati minnu (li, għalhekk, jaħdmu fl-“ekonomija moħbija”), u l-fatt li, għalhekk, l-awtorità fiskali kkonstatat li l-operatur inkwistjoni “ma għandu ebda ħaddiema ddikjarati”, jostakolaw lill-persuna li lilha nħarġitilha din il-fattura milli teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis?

(3)

Jista’ jingħad li l-persuna li lilha tinħarġilha l-fattura aġixxiet b’nuqqas ta’ attenzjoni jekk ma tkunx ivverifikat jekk hemmx relazzjoni legali bejn il-ħaddiema impjegati fuq il-post tax-xogħol u l-persuna li toħroġ il-fattura jew jekk din tal-aħħar issodisfatx l-obbligi tagħha dwar id-dikjarazzjoni tat-taxxa jew dwar dawn il-ħaddiema? Jista’ jingħad li tali aġir jikkostitwixxi fattur oġġettiv li juri li l-persuna li nħarġitilha l-fattura kienet taf jew kien imissha taf li kienet qiegħda tieħu sehem fi tranżazzjoni li tinvolvi l-evażjoni frawdolenti tal-VAT?

(4)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi msemmija meta l-evalwazzjoni globali tagħha twassalha għall-konklużjoni li t-tranżazzjoni ekonomika ma seħħitx bejn il-persuni indikati fuq il-fattura?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/4


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja

(Kawża C-331/11)

2011/C 282/07

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ppermettiet il-funzjonament tal-landfill Žilina — Považský Chlmec mingħajr pjan ta’ kondizzjonament għas-sit u mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni definittiva dwar il-kwistjoni jekk l-imsemmija landfill tistax tkompli bl-attività tagħha abbażi ta’ pjan ta’ kondizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill] (1).

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-landfill Žilina — Považský Chlmec qed titħaddem mingħajr ma ġie ppreżentat pjan ta’ kondizzjonament tagħha u mingħajr ma ġew approvati l-eventwali aġġustamenti abbażi tal-pjan ta’ kondizzjonament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li, billi ppermettiet il-funzjonament tal-landfill Žilina — Považský Chlmec mingħajr pjan ta’ kondizzjonament tas-sit u mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni definittiva dwar il-kwistjoni jekk l-imsemmija landfill tistax tkompli bl-attività tagħha abbażi ta’ pjan ta’ kondizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill].


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/4


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2011 minn Lancôme parfums et beauté & Cie kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH

(Kawża C-334/11 P)

2011/C 282/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, J. Pagenberg, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 u d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tad-29 ta’ Lulju 2008 fil-Każ R 1796/2007-1.

tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade marks u wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li fil-kawża ineżami l-perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni li fih għandu jitwettaq użu ġenwin mit-trade mark preċedenti Ġermaniża FOCUS li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għal ACNO FOCUS beda jiddekorri biss mit-13 ta’ Jannar 2004.

L-appellanti ma tikkontestax il-konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni. Filwaqt li l-appellanti ma taqbilx ma’ din il-konstatazzjoni, hija tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Paris (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Thomson Sales Europe SA vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

(Kawża C-348/11)

2011/C 282/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thomson Sales Europe SA

Konvenuta: Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

Domandi preliminari

(1)

L-investigazzjoni li saret mill-OLAF fit-Tajlandja u li seħħet fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-oriġini preferenzjali hija invalida għaliex tmur kontra d-dritt internazzjonali, jiġifieri l-prinċipju tas-sovranità sħiħa u tad-Dikjarazzjoni dwar l-inammissibbiltà tal-indħil fl-affarijiet interni tal-Istati u l-protezzjoni tal-indipendenza tagħhom u tas-sovranità tagħhom tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-21 ta’ Diċembru 1965?

(2)

L-investigazzjoni li saret mill-OLAF fit-Tajlandja u li seħħet fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-oriġini preferenzjali hija invalida meta bħal fil-każ preżenti, l-OLAF ma osservax strettament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ applikazzjoni tal-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju?

(3)

L-investigazzjoni li saret mill-OLAF fit-Tajlandja hija invalida u l-informazzjoni miġbura fl-investigazzjoni tal-OLAF tista’ tintuża sabiex tiġi kkontestata l-oriġini tad-dritt ordinarju meta:

l-informazzjoni intalbet fil-kuntest ta’ investigazzjoni fuq l-oriġini preferenzjali;

l-OLAF kiser il-leġiżlazzjoni Komunitarja u b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (1) sa fejn dan b’mod partikolari ma aġixxiex “skond il-ftehim ta’ kooperazzjoni fis-seħħ, f’pajjiżi terzi”;

l-awtorità kompetenti lokali ma obbligatx ruħha legalment li tipprovdi għajnuna;

l-informazzjoni miksuba la ġiet ikkomunikata bi ftehim mal-awtorità kompetenti lokali u lanqas b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet interni tagħhom applikabbli għat-trasferiment tad-data ta’ natura personali lil pajjiżi terzi;

l-investigazzjoni twettqet b’mod mhux uffiċjali, b’kunfidenzjalità sħiħa u mingħajr osservanza tad-drittijiet tad-difiża?

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malażja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, mis-Singapor u mit-Tajlandja (2) u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2584/98 li jemenda, tas-27 ta’ Novembru 1998 (3), huma invalidi peress li l-applikazzjoni tat-tnaqqis għal żero fil-kalkolu tal-marġni ta’ dumping medju kkunsidrat ma ssemma la fil-kunsiderazzjonijiet tagħhom u lanqas fil-kunsiderazzjonijiet tar-regolament preċedenti, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2376/94, tas-27 ta’ Settembru 1994, li jistabbilixxi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malażja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, mis-Singapor u mit-Tajlandja (4)?

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malażja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, mis-Singapor u mit-Tajlandja u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2584/98 li jemenda, tas-27 ta’ Novembru 1998, huma invalidi sa fejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea applika, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping li jirrigwarda l-prodott kopert mill-investigazzjoni, il-metodu tat-tnaqqis għal żero tal-marġni tad-dumping negattivi għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti kkonċernati?


(1)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999 (KE), tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 91).

(2)  ĠU L 73, p. 3.

(3)  ĠU L 324, p. 1.

(4)  ĠU L 255, p. 50.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Auditeur du travail vs Yangwei SPRL

(Kawża C-349/11)

2011/C 282/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Auditeur de travail

Konvenuta: Yangwei SPRL

Domanda preliminari

Il-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, annessa mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi:

l-obbligu li tinżamm kopja tal-kuntratt tax-xogħol part-time jew silta minnu, li tkun tinkludi l-ħinijiet tax-xogħol, l-identità u l-firma taż-żewġ partijiet fil-post fejn jista’ jiġi kkonsultat ir-regolament tax-xogħol (Artikolu 157 tal-Liġi Qafas),

l-obbligu li f’kull ħin ikun jista’ jiġi ddeterminat meta jibda ċ-ċiklu (Artikolu 158 tal-liġi proposta),

fir-rigward tal-ħinijiet varjabbli, l-obbligu li min iħaddem javża lill-ħaddiem permezz ta’ avviż ħamest ijiem qabel; barra minn hekk fil-bidu tal-ġurnata għandu wkoll jitwaħħal avviż li jindika, individwalment, il-ħin ta’ xogħol ta’ kull ħaddiem part-time; barra minn hekk dan l-avviż għandu jinżamm għal perijodu ta’ sena (Artikolu 159 tal-liġi proposta),

l-obbligu li l-persuna li tħaddem ħaddiema part-time jkollha dokument li fih għandhom ikunu rreġistrati d-derogi kollha għall-ħinijiet tax-xogħol imsemmija fl-Artikoli 157 sa 159 (Artikolu 60 tal-liġi proposta), dokument li għandu jinżamm skont ċerti modalitajiet speċifikati fl-Artikolu 161 tal-liġi proposta?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-350/11)

2011/C 282/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV.

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domanda preliminari

(1)

L-Artikolu 43 tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 49 TFUE] jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi li, sabiex tikkalkula d-dħul taxxabbli tagħha, kumpannija suġġetta b’mod sħiħ għat-taxxa fil-Belġju ma tistax tapplika tnaqqis għal kapital b’riskju sal-ammont tad-differenza pożittiva bejn, minn naħa, il-valur kontabbli nett tal-assi tal-istabbilimenti li hija għandha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, it-total tal-kapital passiv imputabbli lil dawn l-istabbilimenti, filwaqt li din tkun tista’ tapplika dan it-tnaqqis jekk l-imsemmija differenza pożittiva tkun tista’ tiġi imputata lil stabbiliment permanenti li jinsab fil-Belġju?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — KGH Belgium NV vs Belgische Staat

(Kawża C-351/11)

2011/C 282/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KGH Belgium NV

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 217(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) għandu jiġi interpretat fis-sens li waqt li jkunu qegħdin jiddeterminaw il-modalitajiet prattiċi għad-dħul fil-kontijiet tal-ammonti tad-dazji, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ruħhom li jaddottaw fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li fihom jipprevedu biss:

li, għall-finijet tal-applikazzjoni ta’ dik il-liġi nazzjonali, ‘dħul fil-kontijiet’ għandha tfisser ‘id-dħul, fil-kotba tal-kontijiet jew fi kwalunkwe mezz ieħor ta’ reġistrazzjoni, tal-ammont tad-dazji li jikkostitwixxu dejn doganali’ — f’dan il-każ, l-Artikolu 1(6) tal-Liġi Ġenerali dwar id-dazji u s-sisa (Algemene Wet inzake douane en accijnzen), ikkoordinata mid-Digriet Rjali tat-18 ta’ Lulju 1977 (Belgisch Staatsblad tal-21 ta’ Settembru 1977, p. 11425), ikkonfermata mil-Liġi tas-6 ta’ Lulju 1978 dwar id-dazji u s-sisa (Wet inzake douane en accijnzen) (Belgisch Staatsblad tat-12 ta’ Awwissu 1978, p. 9013), kif issostitwit, mill-1 ta’ Jannar 1994, mill-Artikolu 1(4) tal-Liġi li temenda il-Liġi Ġenerali dwar id-dazji u s-sisa (Wet tot wijziging van de algemene wet inzake douane en accijnzen) (Belgisch Staatsblad tat-30 ta’ Diċembru 1993, p. 29031);

u

li r-regoli relatati mad-dħul fil-kontijiet u mal-kundizzjonijiet tal-ħlas tal-ammonti tad-dazji li jirriżultaw minn dejn doganali huma stabbiliti fir-regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej — f’dan il-każ, l-Artikolu 3 tal-Liġi Ġenerali dwar id-dazji u s-sisa, ikkoordinata mid-Digriet Rjali tat-18 ta’ Lulju 1977, p. 11425), ikkonfermata mil-Liġi tas-6 ta’ Lulju 1978 dwar id- dazji u s-sisa (Belgisch Staatsblad tat-12 ta’ Awwissu 1978, p. 9013), kif issostitwit, mill-1 ta’ Jannar 1990, mill-Artikolu 72 tal-Liġi tat-22 ta’ Diċembru 1989 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet fiskali (Wet houdende fiscale bepalingen) (Belgisch Staatsblad tad-29 ta’ Diċembru 1989, p. 21141),

jew fis-sens li l-Istati Membri għandhom, fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 217(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom il-modalitajiet prattiċi tal-implementazzjoni tad-dħul fil-kontijiet previst fl-Artikolu 217(1) tal-istess kodiċi, bil-għan li d-debitur jkun jista’ jivverifika jekk l-awtoritajiet doganali jkunux effettivament wettqu l-imsemmi dħul fil-kontijiet?

(2)

L-Artikolu 217(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi biss:

li, għall-finijet tal-applikazzjoni ta’ dik il-liġi nazzjonali, ‘dħul fil-kontijiet’ għandha tfisser ‘id-dħul, fil-kotba tal-kontijiet jew fi kwalunkwe mezz ieħor ta’ reġistrazzjoni, tal-ammont tad-dazji li jikkostitwixxu dejn doganali’ — f’dan il-każ, l-Artikolu 1(6) tal-Liġi Ġenerali dwar id-dazji u s-sisa, ikkoordinata mid-Digriet Rjali tat-18 ta’ Lulju 1977 (Belgisch Staatsblad tal-21 ta’ Settembru 1977, p. 11425), ikkonfermata mil-Liġi tas-6 ta’ Lulju 1978 dwar id-dazji u s-sisa (Belgisch Staatsblad tat-12 ta’ Awwissu 1978, p. 9013), kif issostitwit, mill-1 ta’ Jannar 1994, mill-Artikolu 1(4) tal-Liġi li temenda il-Liġi Ġenerali dwar id-dazji u s-sisa (Belgisch Staatsblad tat-30 ta’ Diċembru 1993, p. 29031);

u

li r-regoli relatati mad-dħul fil-kontijiet u mal-kundizzjonijiet tal-ħlas tal-ammonti tad-dazji li jirriżultaw minn dejn doganali huma stabbiliti fir-regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej — f’dan il-każ, l-Artikolu 3 tal-Liġi Ġenerali dwar id-dazji u s-sisa, ikkoordinata mid-Digriet Rjali tat-18 ta’ Lulju 1977, p. 11425), ikkonfermata mil-Liġi tas-6 ta’ Lulju 1978 dwar id-dwana u d-dazji (Belgisch Staatsblad tat-12 ta’ Awwissu 1978, p. 9013), kif issostitwit, mill-1 ta’ Jannar 1990, mill-Artikolu 72 tal-Liġi tat-22 ta’ Diċembru 1989 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet fiskali (Belgisch Staatsblad tad-29 ta’ Diċembru 1989, p. 21141),

l-awtoritajiet doganali jistgħu jsostnu li d-dħul minnhom tal-ammont tad-dazji f’‘Fiche 1552 B’ jew f’database ta’ djun “PLDA” (Paperless Douane en Accijnzen), jew kull reġistrazzjoni jew dħul ieħor, minn dawn l-awtoritajiet, tal-ammont tad-dazju fi kwalunkwe mezz ieħor ta’ reġistrazzjoni jikkostitwixxi dħul fil-kontijiet fis-sens tal-Artikolu 217(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità?

(3)

F’każ li r-reġistrazzjoni tal-ammont tad-dazji f’Fiche 1552 B mill-awtoritajiet doganali tkun tikkostitwixxi dħul fil-kontijiet fis-sens tal-Artikolu 217(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, l-Artikolu 217 tal-istess kodiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li hija biss ir-reġistrazzjoni, fil-Fiche 1552 B, tal-ammont eżatt tad-dazji li jirriżultaw minn dejn doganali li tista’ tikkostitwixxi dħul fil-kontijiet fis-sens tal-Artikolu 217(1) ta’ dak il-kodiċi?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/7


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2011 minn Maurice Emram kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-187/10 — Emram vs UASI

(Kawża C-354/11)

2011/C 282/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Maurice Emram (rappreżentant: M. Benavï, avukat)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Guccio Gucci Spa

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha peress li ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2010 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI,

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, u lill-kumpannija Gucci, għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-UASI u l-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1), kif ukoll ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (2).

F’dan ir-rigward l-appellant isostni, l-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li kien hemm l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni mingħajr ma kkunsidrat l-elementi rilevanti kollha tal-każ, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ użu tat-trade marks preċedenti fis-suq, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti, il-preżenza effettiva fis-suq ta’ prodotti oħra tal-istess tip li għandhom sinjali differenti “G” u l-livell ta’ importanza mogħti għal dan it-tip ta’ sinjali sabiex tiġi identifikata trade mark kummerċjali, mill-pubbliku kkonċernat. Minbarra dan, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali waslet għal evalwazzjoni żbaljata tax-xebh bejn it-trade marks inkwistjoni li tirriżulta b’mod partikolari minn żnaturament tal-fatti, minn evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv u dominanti tat-trade marks preċedenti kif ukoll minn evalwazzjoni żbaljata tan-natura tal-prodotti inkwistjoni.

L-appellant jinvoka, it-tieni nett, applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza mill-Qorti Ġenerali sa fejn ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-deċiżjonijiet nazzjonali preċedenti, bi ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament 207/2009, iċċitat iktar ’il fuq.

Fl-aħħar nett, huwa jagħmel riferiment għal ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali mill-Qorti Ġenerali sa fejn għamlet evalwzzjoni parzjali ta-xebh bejn is-sinjali billi injorat il-kontenut verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u billi pparagunat is-sinjali fuq il-bażi ta’ kriterji eċċessivament wiesgħa.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146.

(2)  ĠU L 78, p. 1.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Lulju 2011 — G. Brouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

(Kawża C-355/11)

2011/C 282/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G. Brouwer

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 91/629/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kundizzjonijiet amministrattivi statutorji, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), li jirriżultaw minnha japplikaw ukoll għal għoġġiela li bidwi jżomm fil-kuntest tal-produzzjoni tal-ħalib?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, il-fatt li, fi Stat Membru, din id-direttiva hija implementata permezz ta’ leġiżlazzjoni li, madankollu, testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet għal tali għoġġiela jikkostitwixxi raġuni sabiex jiġi kkunsidrat, f’dan l-Istat Membru, li fil-każ ta’ ksur ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandhom jitnaqqsu jew jiġu esklużi [il-pagamenti diretti] abbażi tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1991, li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 12, p. 144),

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE[E]) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/8


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-360/11)

2011/C 282/15

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Lozano Palacios, aġent)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi applika rata ta’ VAT imnaqqsa

għas-sustanzi mediċinali li jistgħu jintużaw abitwalment u xieraq sabiex jinkisbu mediċinali, skont il-punt 1(5) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91 u skont il-punt 1(3) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 91 tal-liġi tal-VAT Spanjola,

għall-prodotti għall-ħarsien tas-saħħa, materjal, apparat u strumenti li, ikkunsidrati oġġettivament, jistgħu jintużaw biss sabiex jiġu pprevenuti, djanjostikati, trattati, allevjati jew imfejqa mardiet jew kundizzjonijiet mediċi relatati mal-bniedem jew mal-annimali, iżda li ma humiex “normalment intiżi sabiex jallevjew jew jitrattaw diżabbiltajiet, għall-użu personali u esklużiv tal-persuni b’diżabbiltà”, skont it-tieni subparagrafu tal-punt 1(6) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91 tal-liġi tal-VAT Spanjola,

għall-apparat u l-aċċessorji li jistgħu essenzjalment jew prinċipalment jintużaw bħala sostenn għal diżabbiltajiet fiżiċi tal-annimali, skont l-ewwel subparagrafu tal-punt 1(6) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91 tal-liġi tal-VAT Spanjola,

għall-apparat u l-aċċessorji li jistgħu essenzjalment jew prinċipalment jintużaw bħala sostenn għal diżabbiltajiet tal-bniedem, iżda li ma humiex intiżi għall-użu personali u esklużiv tal-“persuni b’diżabbiltà”, fejn dan it-terminu jintuża fis-sens abitwali tiegħu, jiġifieri f’sens differenti u iżjed strett mit-terminu “persuna marida”, skont l-ewwel subparagrafu tal-punt 1(6) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91 tal-liġi tal-VAT Spanjola,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 98, moqri flimkien mal-Anness III, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistema ta’ rata mnaqqsa prevista bil-punt 1(5) u (6) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91 tal-liġi tal-VAT Spanjola u bil-punt 1(3) tat-tieni paragrafu tal-istess artikolu tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni awtorizzat mid-direttiva tal-VAT, peress li din tmur lil hinn mill-possibbiltajiet offerti lill-Istati Membri bil-kategoriji 3 u 4 tal-Anness III tal-imsemmija direttiva. L-interpretazzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli tikkontradixxi l-kliem u l-istruttura tad-direttiva, u tmur kontra l-ġurisprudenza li tgħid li l-eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali tas-sistema komuni tal-VAT għandhom jiġu interpretati b’mod strett.


(1)  ĠU L 347, p. 1.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Hewlett-Packard Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

(Kawża C-361/11)

2011/C 282/16

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hewlett-Packard Europe BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp Saturnusstraat

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-eżami tagħha […] fir-rigward tal-veloċitajiet tal-istampar u tal-ikkopjar, ir-Rechtbank qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħtija iktar gwida dwar ir-risposta għall-kwistjoni tal-importanza li għandha tingħata lil sitwazzjoni fejn il-veloċitajiet tal-istampar u tal-ikkopjar jiġu ddeterminati mill-istess unità tal-istampar u fejn id-differenza fil-veloċità bejn dawn il-funzjonijiet hija dovuta biss għall-fatt li d-dokument li jkun qiegħed jiġi kkopjat ikollu l-ewwel jiġi skennjat qabel ma jkun jista’ jiġi stampat.

(2)

Fid-dawl tal-eżami tagħha […] fir-rigward tan-numru ta’ trays għall-karti u fir-rigward tal-preżenza ta’ feeder għall-folji tal-karti, ir-Rechtbank qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkjarifika jekk il-gwida mogħtija minnha fis-sentenza fil-Kawżi magħquda C-362/07 u C-363/07, Kip Europe et (Ġabra p. I-9489) f’dan ir-rigward għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-preżenza ta’ iktar minn tray għall-karti wieħed u ta’ feeder għall-folji tal-karti huma karatteristiċi oġġettivi li jindikaw li l-apparat ikkonċernat huwa apparat li jikkopja pjuttost milli unità li tistampa.

(3)

Fid-dawl tal-eżami tagħha […] fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk il-karatteristiċi essenzjali tal-apparat inkwistjoni f’din il-kawża, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-kriterji stabbiliti mill-Cour d’appel de Paris fis-sentenza tagħha fl-20 ta’ Mejju 2010 f’dan ir-rigward inkonnessjoni ma’ apparat simili għal dak inkwistjoni f’din il-kawża, ir-Rechtbank qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħtiha gwida addizzjonali dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-valur u l-piż tal-unità ċentrali tal-istampar (il-magna tal-istampar) għandhomx jiġu attribwiti lill-funzjoni tal-istampar jew lill-funzjoni tal-ikkopjar u jekk il-valur u l-piż tal-iscanner għandhomx jiġu attribwiti kompletament jew parzjalment lill-funzjoni tal-ikkopjar.

(4)

Fid-dawl tal-eżami mwettaq mir-Rechtbank […], ir-rata tad-dazju doganali ta’ 6 % speċifikata fil-Kodiċi NM 8443 31 91 mir-Regolament Nru 1031/2008 (1) hija valida sa fejn tapplika għal printers b’diversi funzjonijiet li, skont il-gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-Kawżi magħquda C-362/07 u C-363/07, Kip Europe et, kellhom jiġu kklassifikati taħt il-Kodiċi NM 8471 60 20 jekk kienu importati qabel l-1 ta’ Jannar 2007?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 291, p. 1).


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira (il-Portugall) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Serafim Gomes Oliveira vs Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

(Kawża C-362/11)

2011/C 282/17

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Serafim Gomes Oliveira

Konvenut: Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

Domanda preliminari

Dispożizzjoni tad-dritt Portugiż, li tirrikjedi li l-kumpens jitnaqqas fi proporzjon mat-tort taż-żewġ partijiet fl-inċident inkwistjoni, li seħħ f’Novembru 2006 bejn rota u vettura għall-passiġġieri b’assigurazzjoni obbligatorja ta’ vettura b’mutur, hija konsistenti mad-dritt Komunitarju, anki jekk iċ-ċiklist kellu anqas minn 20 % tat-tort?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de Pequena Instância Cível de Lisboa (il-Portugal) fit-8 ta’ Lulju 2011 — João Nuno Esteves Coelho dos Santos vs TAP Portugal

(Kawża C-365/11)

2011/C 282/18

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de Pequena Instância Cível de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: João Nuno Esteves Coelho dos Santos

Konvenuta: TAP Portugal

Domanda preliminari

L-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004, li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Novembru 2009 Sturgeon et (C-402/07 u C-432/07, Ġabra p. I-10923), interpretat fis-sens li l-passiġġieri ta’ titjiriet imdewma jistgħu jiġu assimilati mal-passiġġieri ta’ titjiriet ikkanċellati għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens meta huma jsofru, minħabba t-titjira mdewma, telf ta’ ħin ta’ tliet sigħat jew iktar, għandhom jiġu interpretati bl-istess mod fil-każ fejn titjira, li telqet fil-ħin mill-ajruport tat-tluq, kienet suġġetta għal dewmien ta’ tliet sigħat u ħamsa u ħamsin minuta fl-ajruport tal-waqfa (stop-over) minħabba li l-kumpannija tal-ajru, għal raġunijiet operattivi, iddeċiediet li tibdel l-ajruplani, u li l-ajruplan sostitut, li kien diġà bil-ħsara qabel il-waqfa (stop-over), kellu jkun is-suġġett ta’ intervent tekniku, b’mod li t-titjira inkwistjoni spiċċat waslet fl-ajruport tad-destinazzjoni bl-istess dewmien ta’ tliet sigħat u ħamsa u ħamsin minuta?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fil-11 ta’ Lulju 2011 — Déborah Prete vs Office national de l’emploi

(Kawża C-367/11)

2011/C 282/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Déborah Prete

Konvenut: Office national de l’emploi

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 12, 17, 18, u sa fejn huwa neċessarju, 39 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fil-verżjoni kkonsolidata f’Amsterdam fit-2 ta’ Ottubru 1997, jipprekludu dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li, bħall-inċiż (j) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tad-deċiżjoni rjali Belġjana tal-25 ta’ Novembru 1991 dwar ir-regolazzjoni tal-qagħad, tissuġġetta d-dritt għall-allowances ta’ stennija ta’ żagħżugħ, ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li ma jkollux il-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 39 tat-Trattat, li jkun wettaq l-istudji sekondarji fl-Unjoni Ewropea imma mhux fi stabbiliment ta’ tagħlim organizzat, iffinanzjat jew irrikonoxxut minn wieħed mill-komunitajiet tal-Belġju u li jkun kiseb jew ċertifikat maħruġ minn waħda minn dawn il-komunitajiet li jistabbilixxi l-ekwivalenza ta’ dawn l-istudji għal ċertifikat ta’ studji, maħruġ mill-bord kompetenti ta’ waħda minn dawn il-komunitajiet għall-istudji mwettqa f’dawn l-istabbilimenti ta’ tagħlim Belġjani, jew ċertifikat li jagħti aċċess għall-edukazzjoni ogħla, għall-kundizzjoni li dan iż-żagħżugħ qabel ikun segwa sitt snin ta’ studji fi stabbiliment ta’ tagħlim organizzat, iffinanzjat jew irrikonoxxut minn wieħed mill-komunitajiet tal-Belġju, jekk din il-kundizzjoni tkun esklużiva u assoluta?

(2)

Fil-każ li dan huwa minnu, iċ-ċirkustanzi li ż-żagħżugħ imsemmi fl-ewwel domanda, li ma jkunx segwa sitt snin ta’ studji fi stabbiliment ta’ tagħlim Belġjan, ikun jirrisjedi fil-Belġju mal-konjuġi Belġjana tiegħu u jkun irreġistrat bħala persuna li tfittex ix-xogħol ma’ dipartiment Belġjan tal-impjiegi, jikkostitwixxu elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata r-rabta taż-żagħżugħ mas-suq tax-xogħol Belġjan, fid-dawl tal-Artikoli 12, 17, 18 u, jekk ikun il-każ, 39 tat-Trattat? Sa fejn għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul ta’ dawn il-perijodi ta’ residenza, ta’ żwieġ u ta’ reġistrazzjoni bħala persuna li tfittex ix-xogħol?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Lulju 2011 — proċeduri kriminali kontra Raffaele Arrichiello

(Kawża C-368/11)

2011/C 282/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Partijiet fil-kawża prinċipali

Raffaele Arrichiello

Domanda preliminari

Liema hija l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 KE dwar il-libertà ta’ istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi, sabiex jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat iċċitati iktar ’il fuq jawtorizzawx jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju favur l-Istat u sistema ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru determinat ta’ liċenzji, tipprovdi: a) l-eżistenza ta’ tendenza ġenerali li tipproteġi persuni li għandhom liċenzji li nħarġu preċedentement abbażi ta’ proċedura li illegalment eskludiet parti mill-operaturi; b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li fil-fatt jiggarantixxu ż-żamma ta’ pożizzjonijiet kummerċjali li nkisbu permezz ta’ proċedura li illegalment eskludiet parti mill-operaturi (pereżempju, billi pprekludiet li persuni liċenzjati ġodda jinstallaw il-kjosk minn tal-inqas f’distanza speċifika minn dawk li diġà jeżistu); u ċ) l-iffissar ta’ sitwazzjonijiet li jwasslu għar-revoka tal-liċenzja u għal kisba ta’ depożiti ta’ garanzija ta’ ammonti kbar, inkluż il-każ fejn il-persuna liċenzjata direttament jew indirettament topera attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard transkonfinali simili għal dawk tal-liċenzja?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/11


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-369/11)

2011/C 282/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva 91/440/KE (1), kif emendata, u mal-Artikoli 4(2) u 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE (2), mal-Artikoli 4(1) u 30(3) tad-Direttiva 2001/14/KE, u mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

L-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni fir-rigward tar-Repubblika Taljana jirrigwardaw l-indipendenza tal-korp li jeżerċita l-funzjonijiet essenzjali fil-qasam ta’ aċċess għall-infrastruttura, l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet (canone) għall-aċċess għal ferroviji kif ukoll is-setgħat u l-awtonomija tal-korp regolatorju tas-settur tal-ferroviji.

L-ewwel nett, l-iskema li tirregola l-eżerċizzju min-naħa tal-amministratur tal-infrastruttura tal-funzjonijiet essenzjali fil-qasam ta’ aċċess għall-infrastruttura ma tipprovdix biżżejjed garanziji li dan l-amministratur jaħdem indipendentement mill-holding tal-grupp li jagħmel parti minnu, li jinkludi wkoll l-impriża tal-ferroviji prinċipali fis-suq.

Minbarra dan, peress li huwa l-Ministeru tat-trasport li għandu jistabbilixxi d-drittijiet ta’ aċċess għan-netwerk, filwaqt li l-amministratur tal-infrastruttura jista’ biss jifformula offerta rigward il-qasam u għandu biss il-kompitu operattiv li jikkalkola l-ħlasijiet effettivament dovuti minn impriża tal-ferroviji waħda, dan tal-aħħar jiġi mċaħħad minn strument essenzjali ta’ amministrazzjoni, li jmur kontra r-rekwiżit tal-indipendenza ta’ amministrazzjoni.

Fl-aħħar nett, għad ma hijiex żgurata l-indipendenza sħiħa li hija neċessarja tal-korp regolatorju mill-impriżi tal-ferroviji kollha peress li l-persunal tal-korp regolatorju huwa kompost minn uffiċjali tal-Ministeru tat-trasport u dan tal-aħħar ikompli jeżerċita influwenza deċiżiva fuq il-holding tal-grupp li tinkludi l-impriża tal-ferroviji prinċipali Taljana, u għalhekk ukoll fuq din tal-aħħar.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Gent (Il-Belġju) fit-13 ta’ Lulju 2011 — Punch Graphix Prepress Belgium NV vs Belgische Staat

(Kawża C-371/11)

2011/C 282/22

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

hof van beroep te Gent.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Punch Graphix Prepress Belgium NV.

Konvenuta: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-awtoritajiet fiskali nazzjonali jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (1) abbażi tad-dispożizzjoni li tinsab f’dak l-artikolu li tistabbilixxi li dan ma jkunx applikabbli f’każ fejn is-sussidjarja tkun fi stralċ, billi tiġi invokata dispożizzjoni tad-dritt intern (f’dan il-każ l-Artikolu 210 tal-Wetboek van de inkomstenbelastingen 1992 [Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-1992]) li jittratta b’mod identiku, amalgamazzjoni b’akkwist, fejn fir-realta’ ma jitwettaq l-ebda stralċ tas-sussidjarja u amalgamazzjoni fejn effettivamet jitwettaq stralċ tas-sussidjarja?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/12


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2011 minn Power-One Italy SpA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-489/08, Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-372/11 P)

2011/C 282/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Power-One Italy SpA (rappreżentanti: A. Giussani u R. Giuffrida, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-Kawża T-489/08, mogħti fl-24 ta’ Mejju 2011, u, b’hekk:

tikkonstata u tiddikjara l-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament 1655/2000 (1), u tal-Artikolu 14 RAS (2) kif ukoll tal-prinċipju ġenerali ta’ dritt fuq l-aspettattivi leġittimi;

tikkonstata u tiddikjara, sa fejn l-istat tal-atti jippermetti dan, ir-rabta kawżali bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-danni mġarrba u sofferti minn Power One u b’hekk tikkundanna lill-Unjoni skont u b’effett tal-Artikolu 268 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 235 KE) sabiex tikkumpensa lil Power One Italy SpA d-danni kollha mġarrba u kkwantifikati għal EUR 2 876 188,99, jiġifieri l-ispiża sostnuta għall-proġett PNEUMA, kif jirriżulta mid-dokumenti mehmuża mal-appell u fi kwalunkew każ, li diġà huma f’idejn il-Kummissjoni u ppreżentati fil-kawża.

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni, fl-ewwel lok, ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-aspettattivi leġittimi, u motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ użu ħażin ta’ proċedura.

Il-Qorti Ġenerali ddikjarat, fil-punt 47 tad-digriet ikkontestat, li r-rikorrenti setgħet tiġbed mill-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni vantaġġ ikbar rigward l-ammonti mogħtija lura, li jikkorrispondu għall-irkupru tal-għajnuna finanzjarja sħiħa pprovduta għall-proġett inkwistjoni, u li “jista’ jiġi kkunsidrat li l-ħlas ta’ din is-somma bħala kumpens għad-danni huwa marbut mill-qrib mal-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni” u din hija l-motivazzjoni, b’hekk, tal-konstatazzjoni dwar l-użu ħażin tal-proċedura. Il-Qorti Ġenerali, għaldaqstant, arbitrarjament, taqsam it-talba magħmula mir-rikorrenti, tal-unità sostanzjali tal-atti li wasslu għall-aġir dannuż, kif ukoll l-avveniment dannuż, irrappreżentat mill-ispejjeż totali sostnuti. L-aċċettazzjoni tal-eċċezzjoni, magħmula mill-Kummissjoni, ma hijiex, għaldaqstant, motivata b’mod adwegwat.

It-tieni aggravju li fuqu huwa bbażat l-appell jirrigwarda ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt dwar l-aspettattivi leġittimi u applikazzjoni żbaljata tar-regoli dwar l-oneru tal-prova u tal-ksib tal-provi, kif ukoll motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja tal-allegazzjonijiet dwar id-dannu residwu.

Fid-digriet tal-Qorti Ġenerali, jingħad, fil-punt 55, li “r-rikors ma jindikax in-natura u l-firxa tad-dannu residwali li r-rikorrenti ġarrbet” u li “r-rikors bl-ebda mod ma jindika r-raġunijiet li għalihom ir-rikorrenti ssostni li d-dannu residwali huwa dovut għall-kanċellazzjoni tal-finanzjament tal-proġett ikkontestat mill-Kummissjoni.” Għandu jiġi osservat, f’dan ir-rigward, li d-dannu mġarrab mill-kumpannija esponenti jista’ jiġi individwat biss in re ipsa, meta l-finanzjament inkwistjoni jkollu għan funzjonali preċiż, individwat fil-proġett imwettaq, u l-kanċellament tagħhom tista’ tikkoinċidi biss mas-sosteniment ta’ spiża li fin-nuqqas tal-kontribuzzjoni l-kumpannija esponenti ma setgħetx tiffaċċja l-argumenti msemmija hawn fuq, diġà żviluppati fil-osservazzjonijiet dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fformulata mill-Kummissjoni (l-osservazzjonijiet li magħhom, barra minn hekk, ġie mehmuż il-bilanċ tal-kumpannija appellanti), ma kinux ġew evalwati mill-Qorti Ġenerali li qed tisma’ l-kawża, li din tal-aħħar sempliċement ikkontestat in-nuqqas ta’ allegazzjoni dwar id-dannu mġarrab.

L-appellanti tilmenta, fl-aħħar nett, ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt fuq l-aspettattivi leġittimi u applikazzjoni żbaljata tar-regoli dwar l-oneru tal-prova u tal-ksib ta’ provi, kif ukoll dwar in-nuqqas ta’ evalwazzjoni ta’ fatti deċiżivi tal-kwistjoni b’riferiment għar-rabta kawżali.

Fil-punt 57 tad-digriet appellat, fir-rigward tal-allegazzjonijiet dwar ir-rabta kawżali, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-kumpannija rikorrenti “ma tat l-ebda indikazzjoni dwar l-effett tal-aġir inkwistjoni fuq il-fatt li r-rikorrenti sostniet l-ispejjeż tal-proġett ikkontestat li jaqbżu l-ammont massimu li għalih il-Kummissjoni kienet impenjat ruħha.” Skont l-appellanti, jidher ċar li f’din il-kawża l-Qorti Ġenerali wettqet ineżattezza materjali fl-evalwazzjoni tal-fatti li jirriżultaw mill-fajl ippreżentat fil-kawża. Essenzjalment, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi miksuba billi ċaħdet l-eżistenza ta’ rabta kawżali ċara bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-dannu mġarrab mill-kumpannija rikorrenti. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx, meta mmotivat id-digriet tagħha, ċirkustanzi diġà magħmula permezz tar-rikors li fl-ewwel istanza, kif ukoll l-osservazzjonijiet li ġew ippreżentati wara. Mill-allegazzjonijiet tal-kumpannija appellanti tirriżulta, b’mod partikolari, in-natura aċċessorja, u mhux essenzjali, tal-allegat ksur tal-istess, li jikkonsisti fid-dewmien tal-integrazzjoni tad-dokumentazzjoni, meta mqabbel ma’ proġett imwettaq b’mod sħiħ.


(1)  Regolament (KE) Nru 1655/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Lulju 2000, dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 121)

(2)  Regoli amministrattivi standard mehmuża mal-Grant Agreement iffirmat


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/13


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-374/11)

2011/C 282/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, I. Hadjiyiannis, A. Marghelis, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-188/08, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260 TFUE;

tordna lill-Irlanda sabiex tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ EUR 4 771,20, immultiplikata bl-ammont ta’ ġranet bejn id-deċiżjoni fil-Kawża C-188/08 u d-deċiżjoni fil-kawża preżenti (jew konformità kompleta mill-Irlanda mad-deċiżjoni fil-Kawża C-188/08, jekk din tinkiseb waqt li din il-kawża tkun għadha pendenti);

tordna lill-Irlanda sabiex tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 26 173,44, mid-data tad-deċiżjoni fil-kawża preżenti sad-data li fiha l-Irlanda tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni fil-Kawża C-188/08;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Għaddew iktar minn sena u nofs minn meta ngħatat id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-188/08. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan kien żmien suffiċjenti sabiex l-Irlanda tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, hija tinnota li l-Irlanda ddikjarat li kellha l-intenzjoni tadotta l-leġiżlazzjoni neċessarja sal-aħħar tal-2010. Madankollu, dan ma twettaqx u l-Irlanda ma tidhirx li waslet sabiex tilħaq konformità kompleta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fil-15 ta’ Lulju 2011 — Belgacom SA, Mobistar SA, KPN Group Belgium SA vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-375/11)

2011/C 282/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgacom SA, Mobistar SA, KPN Group Belgium SA

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 3, 12 u 13, kif attwalment applikabbli, tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (“Direttiva ta’Awtorizzazzjoni”) (1) jippermettu lill-Istati Membri jimponu fuq operaturi fil-pussess ta’ drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tat-telefonija mobbli għal perjodu ta’ ħmistax-il sena fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni biex jimplementaw u jħaddmu fit-territorju tagħhom network tat-telefonija mobbli, maħruġa taħt il-qafas legali preċedenti, tariffa unika għat-tiġdid tad-drittijiet individwali tagħhom għall-użu ta’ frekwenzi li l-ammont tagħha għan-numru ta’ frekwenzi u tax-xhur li fuqhom huma bbażati d-drittijiet għall-użu, tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-dritt preċedenti tal-konċessjoni unika li kienet annessa mal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni msemmija iktar ’il fuq, billi din it-tariffa unika tkun komplementari, minn naħa waħda, għal tariffa annwali ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi intiża qabel kollox biex tkopri l-ispejjeż tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi filwaqt li tippromwovihom parzjalment ukoll, peress li ż-żewġ tariffi għandhom l-għan li jippromwovu l-aħjar użu tal-frekwenzi, u min-naħa l-oħra, tariffa li tkopri l-ispejjeż ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjoni?

(2)

L-Artikoli 3, 12 u 13 tal-istess Direttiva “awtorizzazzjoni” jippermettu lill-Istati Membri jimponu, fuq operaturi applikanti għal drittijiet ġodda għall-użu ta’ frekwenzi tat-telefonija mobbli, li jħallsu tariffa unika li l-ammont tagħha jiġi ddeterminat bl-irkant fl-assenjazzjoni tal-frekwenzi, sabiex huma jiġu promossi, billi t-tariffa unika tkun komplementari, minn naħa waħda, għal tariffa annwali, ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi intiża qabel kollox biex tkopri l-ispejjeż tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi filwaqt li tippromwovihom parzjalment ukoll, peress li ż-żewġ tariffi għandhom l-għan li jippromwovu l-aħjar użu tal-frekwenzi u, min-naħa l-oħra, tariffa annwali ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet li jimplimentaw u jħaddmu network ta’ telefonija mobbli, maħruġa taħt il-qafas legali preċedenti?

(3)

L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva “awtorizzazzjoni” jawtorizza lil Stat Membru jimponi fuq operaturi tat-telefonija mobbli, għal perijodu ta’ tiġdid ulterjuri tad-drittijiet individwali tagħhom għall-użu ta’ frekwenzi ta’ telefonija mobbli, diġà akkwistati għal xi wħud minnhom, iżda qabel il-bidu ta’ dan il-perjodu l-ġdid, il-ħlas ta’ tariffa unika għad-drittijiet ta’ tiġdid għall-użu tal-frekwenzi għad-dispożizzjoni tagħhom fil-bidu ta’ dan il-perijodu ġdid, intiż biex jiffavorixxi l-aħjar użu ta’ frekwenzi permezz tal-promozzjoni tagħhom, u li tkun komplementari, minn naħa waħda, għal tariffa ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi intiża qabel kollox biex tkopri l-ispejjeż tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi filwaqt li tippromwovihom parzjalment ukoll, peress li ż-żewġ tariffi għandhom l-għan li jippromwovu l-aħjar użu tal-frekwenzi, u, min-naħa l-oħra, tariffa annwali ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet li jimplimentaw u jħaddmu network tat-telefonija mobbli, maħruġa taħt il-qafas legali preċedenti?

(4)

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva “awtorizzazzjoni” jawtorizza Stat Membru jżid, bħala kundizzjoni għall-ksiba u t-tiġdid tad-drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi, tariffa unika stabbilita bl-irkant u mingħajr limitu, u li tkun komplementari, minn naħa waħda, tariffa ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi intiża qabel kollox biex tkopri l-ispejjeż tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-frekwenzi filwaqt li tippromwovihom parzjalment ukoll, peress li ż-żewġ tariffi għandhom l-għan li jippromwovu l-aħjar użu tal-frekwenzi, u, min-naħa l-oħra, tariffa annwali ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet li jimplimentaw u jħaddmu network tat-telefonija mobbli, maħruġa taħt il-qafas legali preċedenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 29 p. 337.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2011 — Tate & Lyle Investments vs Belgische Staat; parti oħra fil-proċedura: Syral Belgium NV

(Kawża C-384/11)

2011/C 282/26

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tate & Lyle Investments Ltd

Konvenut: Belgische Staat

Parti oħra fil-proċedura: Syral Belgium NV

Domandi preliminari

L-Artikolu 63 TFUE (li kien l-Artikolu 56 KE) jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha d-distribuzzjoni ta’ dividend lil kumpannija residenti li hija d-detentriċi ta’ sehem ta’ inqas minn 10 % mill-kapital ta’ kumpannija residenti oħra, fejn il-valur tal-akkwist ta’ dan is-sehem ikun minn tal-inqas EUR 1.2 miljuni, hija suġġetta għal taxxa f’ras il-għajn ta’ 10 %, u dan filwaqt li din it-taxxa f’ras il-għajn titqies bħala tpaċija mat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta fil-Belġju, filwaqt li l-eventwali bilanċ jiġi rrimborsat u filwaqt li l-kumpannija azzjonista residenti tista’, jekk ikun il-każ, titlob ukoll l-applikazzjoni ta’ sistema fiskali (“DBI”) li permezz tagħha tkun tista’ tkompli titnaqqas il-bażi ta’ stima tat-taxxa billi jitnaqqsu ċerti spejjeż marbuta mas-sehem, meta t-taxxa f’ras il-għajn (imsejħa “précompte immobilier”) ta’ 10 % applikata fuq id-dividendi — jew fuq ħlasijiet ikkunsidrati bħala tali — iddistribwiti fir-rigward ta’ sehem simili f’kumpannija residenti iżda lil kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra tikkostitwixxi taxxa definittiva li ma tistax tiġi rrimborsata u li lanqas ma tista’ titnaqqas bl-użu tas-sistema fiskali msemmija (“DBI”)?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-392/11)

2011/C 282/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Field Fisher Waterhouse LLP

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs.

Domandi preliminari

(1)

Id-domanda prinċipali f’din il-kawża tirrigwarda l-kwistjoni jekk is-servizzi pprovduti minn kerrejja taħt kuntratt ta’ kiri konkluż mal-lokatarji tagħhom (iktar ’il quddiem, is-“servizzi”), għandhomx jitqiesu bħala element ta’ provvista waħda eżenti ta’ kiri ta’ art, jew minħabba l-fatt li s-servizzi jifformaw oġġettivament provvista ekonomika waħda indiviżibbli flimkien mal-kiri jew minħabba li huma “aċċessorji” tal-kiri, li huwa l-provvista prinċipali (iktar ’il quddiem, il-“provvista prinċipali”). Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, u fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-572/07, Tellmer, kemm huwa rilevanti li s-servizzi jistgħu (iżda fil-fatt ma humiex) jiġu pprovduti minn persuni li ma humiex il-kerrejja, minkejja li taħt il-kundizzjonijiet tal-kuntratti ta’ kiri inkwistjoni, il-lokatarji setgħu biss jirċievu s-servizzi mill-kerrejja?

(2)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk din hijiex provvista waħda, huwa rilevanti li n-nuqqas tal-lokatarju li jħallas is-somma dovuta għas-servizzi jippermetti lill-kerrej mhux biss li jirrifjuta li jipprovdi s-servizzi iżda wkoll li jħassar il-kuntratt ta’ kiri mal-lokatarju?

(3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 tkun li l-possibbiltà li s-servizzi jiġi pprovduti minn partijiet terzi direttament lil-lokatarju hija rilevanti, din il-possibbiltà hija biss fattur kontributorju sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi humiex provvista ekonomika waħda indiviżibbli, b’tali mod li s-separazzjoni tagħhom tkun waħda artifiċjali, jew jekk humiex provvista aċċessorja tal-provvista pinċipali, jew hija fattur determinati? Jekk hija sempliċement fattur kontributorju jew, jekk ma hijiex rilevanti, liema huma l-fatturi l-oħra li huma rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi humiex provvista aċċessorja? B’mod partikolari, kemm huwa rilevanti li s-servizzi jitwettqu fil- jew fir-rigward tal-fond lokatizju li huwa s-suġġett tal-kiri, jew f’partijiet oħra tal-bini?

(4)

Jekk il-possibbiltà li partijiet terzi jipprovdu s-servizzi hija rilevanti, huwa iktar importanti jekk is-servizzi jistgħux bħala kwistjoni legali jiġi pprovduti minn partijiet terzi, anki jekk dan ikun diffiċli fil-prattika sabiex jiġi organizzat jew miftiehem mal-kerrej, jew hija l-possibbiltà prattika jew il-prattika komuni fil-provvista ta’ tali servizzi l-kunsiderazzjoni rilevanti?

(5)

Is-servizzi fil-kawża preżenti jirrappreżentaw sensiela ta’ servizzi pprovduti bil-ħlas ta’ somma waħda dovuta għal dawn is-servizzi bħala korrispettiv. Fil-każ li wħud mis-servizzi (eż. tindif tal-partijiet komuni, provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà) ma humiex parti mill-provvista ekonomika waħda indiviżibbli jew għandhom jitqiesu bħala aċċessorji tal-provvista priniċipali, iżda servizzi oħra huma, jista’ jiġi ddeterminat il-korrispettiv totali bejn is-servizzi varji sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-korrispettiv li hija taxxabbli, u dik li ma hijiex? Jew inkella jkun korrett jekk is-sensiela ta’ servizzi pprovduti jitqiesu bħala marbuta flimkien b’tali mod li jifformaw “provvista ekonomika waħda indiviżibbli, b’tali mod li s-separazzjoni tagħhom tkun waħda artifiċjali”, li hija fiha nnifsiha provvista waħda separata mill-kiri tal-proprjetà?


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et

(Kawża C-393/11)

2011/C 282/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità per l’Energia Elettrica e il Gas

Konvenuti: Antonella Bertazzi, Annalise Colombo, Maria Valeria Contin, Angela Filippina Marasco, Guido Giussani, Lucia Lizzi, Fortuna Peranio

Domandi preliminari

(1)

Abbażi tad-dispożizzjoni tal-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE (1) (li tistabbilixxi li “kwalifiki ta’ perjodu ta’ servizz [anzjanità] relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”), hija applikabbli — minħabba li hija ġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi — id-dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 75(2), D.L. Nru 112/08) li xxejjen totalment l-anzjanità tas-servizz miksuba fi ħdan l-Awtoritajiet indipendenti taħt kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, f’każ ta’ stabilizzazzjoni b’mod eċċezzjonali — b’deroga għall-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 36(5), D.Lgs. Nru 165/01 — tal-ħaddiema kkonċernati, wara “eżamijiet ta’ selezzjoni” li ma jistgħux jitqiesu bħala kompetizzjoni pubblika ordinarja bl-eżami (intiża sabiex il-funzjonijiet li għandhom jitwettqu jiġu fdati bl-aħjar mod lill-kandidati li jkunu għaddew), iżda li jippermettu, eċċezzjonalment, l-istabbiliment ta’ dik li għandha titqies bħala relazzjoni ġdida tax-xogħol, b’effett “ex nunc”?;

(2)

Min-naħa l-oħra, abbażi tal-istess Direttiva 1999/70/KE, huwa ammissibbli — bil-konsegwenza tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali — li jkun hemm nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mhux biss tal-anzjanità, iżda anki tal-avvanzi fil-karriera li jkunu seħħew matul is-snin u fis-seħħ fid-data tal-istabilizzazzjoni li seħħet, b’mod sħiħ jew fir-rigward tal-parti li taqbeż il-limiti kemm tal-anzjanità tas-servizz, mitluba sabiex jingħata aċċess għall-eżamijiet ta’ selezzjoni inkwistjoni, kif ukoll tal-miżuri eventwali ta’ salvagwardja, li l-leġiżlatur nazzjonali jkun awtorizzat li jħejji sabiex jipproteġi, b’mod raġonevoli, il-postijiet tal-kandidati li jkunu għaddew mill-kompetizzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Lulju 2011 — Proċeduri kriminali kontra Ciprian Vasile Radu

(Kawża C-396/11)

2011/C 282/29

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanța

Parti fil-kawża prinċipali

Ciprian Vasile Radu

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u tal-Artikolu 6, flimkien mal-Artikoli 48 u 52, tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl ukoll tal-Artikoli 5(3) u (4), u 6(2) u (3) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, huma dispożizzjonijiet legali li jagħmlu parti mid-dritt Komunitarju primarju u li jinsabu fit-Trattati kostituttivi?

(2)

L-azzjoni tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat li jeżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew, li tikkonsisti fl-arrest u fil-konsenja furzata, mingħajr il-kunses tal-persuna li fir-rigward tagħha nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew (bil-persuna rikjesta tiġi arrestata u kkonsenjata), tikkostitwixxi ksur, min-naħa tal-Istat li jeżegwixxi l-mandat, tad-dritt għal-libertà individwali tal-persuna rikjesta minħabba l-fatt li kienet arrestata u kkonsenjata, dritt dan iggarantit mid-dritt tal-Unjoni taħt l-Artikolu 6 TUE, flimkien mal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u taħt l-Artikolu 6, flimkien mal-Artikoli 48 u 52, tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl ukoll tal-Artikoli 5(3) u (4), u 6(2) u (3) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali?

(3)

Il-ksur, min-naħa tal-Istat li jeżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew, tad-drittijiet u tal-garanziji previsti fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u fl-Artikolu 6, flimkien mal-Artikoli 48 u 52, tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl ukoll tal-Artikoli 5(3) u (4), u 6(2) u (3) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, għandu jissodisfa l-kundizzjoni marbuta man-neċessità f’soċjetà demokratika u dik marbuta mal-proporzjonalità fil-konfront tal-għan effettivament segwit?

(4)

L-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat li jeżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tirrifjuta talba għal konsenja, mingħajr ma tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat kostituttivi u taħt dispożizzjonijiet legali oħra tad-dritt Komunitarju, minħabba li ma jkunux sodisfatti, b’mod kumulattiv, il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u mill-Artikolu 6, flimkien mal-Artikoli 48 u 52, tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl ukoll tal-Artikoli 5(3) u (4), u 6(2) u (3) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali?

(5)

L-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat li jeżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tirrifjuta talba għal konsenja, mingħajr ma tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat kostituttivi u taħt dispożizzjonijiet legali oħra tad-dritt Komunitarju, minħabba nuqqas ta’ traspożizzjoni totali jew parzjali jew minħabba traspożizzjoni żbaljata (fis-sens ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni ta’ reċiproċità) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2002/584/ĠAI (1) min-naħa tal-Istat li joħroġ il-mandat ta’ arrest Ewropew?

(6)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u tal-Artikolu 6, flimkien mal-Artikoli 48 u 52, tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl ukoll tal-Artikoli 5(3) u (4), u 6(2) u (3) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, li għalihom jagħmel riferiment l-Artikolu 6 TUE, jinsabu f’kunflitt mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea — ir-Rumanija — b’mod partikolari mat-Titolu III tal-Liġi Nru 302/2004, u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2002/584/ĠAI tinsab trasposta b’mod korrett b’dan id-dritt nazzjonali?


(1)  Deċiżjoni Kwadu [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU L 18, 22.01.2009, p. 45).


Il-Qorti Ġenerali

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk

(Kawża T-264/09) (1)

(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2011/C 282/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti); u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk

Suġġett

Rikors intiż, min-naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba, b’mod partikolari, dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(2)

Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2011 — Sepracor Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/09) (1)

(Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sustanza attiva eszopiclone - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq - Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kwalità ta’ sustanza attiva ġdida - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2011/C 282/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Dodds-Smith, solicitor, D. Anderson, QC, u J. Stratford, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Sipos, sussegwentement M. Wilderspin u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li fiha l-ittra tal-Kummissjoni mibgħuta lir-rikorrenti fis-6 ta’ Mejju 2009, fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-Lunivia, sa fejn din tirrigwarda l-kwalifikazzjoni tas-sustanza attiva eszopiclone.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.9.2009.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Acetificio Marcello de Nigris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-351/09) (1)

(Rikors għal annullament - Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 282/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Acetificio Marcello de Nigris Srl (Afragola, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Rasmussen, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri et S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 583/2009, tat-3 ta’ Lulju 2009, li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto Balsamico di Modena (IGP)] (ĠU L 175, p. 7).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Consorzio Filiera Aceto balsamico di Modena.

(3)

Acetificio Marcello de Nigris Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Ir-Repubblika Taljana u l-Consorzio Filiera Aceto balsamico di Modena għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/09) (1)

(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2011/C 282/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Bordes, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż, min-naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(2)

Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/09) (1)

(Rikors għad-danni - Arrikiment indebitu - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2011/C 282/34

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż, minn naħa, sabiex jiġi kkonstatat l-arrikiment indebitu tal-Kummissjoni Ewropea u tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u fin-Niġerja u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas is-somma ta’ EUR 114 069,94 flimkien mal-interessi dovuti fuq din is-somma.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Tecnopress Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 5.12.2009.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — van Arum vs Il-Parlament

(Kawża T-454/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 282/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Rinse van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappresentanti: J. F. de Wachter, K. Zejdová u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009, van Arum vs Il-Parlament (F-139/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Rinse van Arum għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fl-ambitu ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 37, 13.2.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Al Saadi vs il-Kummissjoni

(Kawża T-4/10) (1)

(Mewt tar-rikorrent - Nuqqas ta’ tkomplija tal-kawża mill-aventi kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 282/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Faraj Faraj Hassan Al Saadi (Leicester, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Jones, barrister, u M. Arani, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Paasivirta, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Szostak u E. Finnegan, aġenti); Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment minn G. Palmieri, sussegwentement minn G. Albenzio, avvocati dello Stato); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, E. Belliard u L. Butel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, sa fejn r-rikorrent jidher fuq il-listi ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet (ĠU L 269, p. 20).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Goutier vs UASI — Rauch (ARANTAX)

(Kawża T-13/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 282/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement B. Schmidt u R. Pethke, aġenti)

Parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Norbert Rauch (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1796/2008-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Norbert Rauch u Klaus Goutier.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Cross Czech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/10) (1)

(Rikors għal annullament - Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni - Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti - Natura kuntrattwali u mhux deċiżjonali ta’ din l-ittra - Inammissibbiltà)

2011/C 282/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cross Czech a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Schollaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Marzu 2010, bir-referenza INFSO-O2/FD/GVC/Isc D(2010) 208676, li tkkonferma l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ verifika 09-BA74-006 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż magħmula mir-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2005 u t-30 ta’ April 2008 fir-rigward ta’ tliet kuntratti konklużi bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni (2002-2006), u li tinforma lir-rikorrenti dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Cross Czech a.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati - Eċċezzjoni ta’ rikors parallel - Difetti proċedurali - Drittijiet tad-difiża - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 282/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-22 ta’ Ġunju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-78/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/20


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni)

2011/C 282/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH ((Hamm, il-Ġermanja); Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm); u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stadler u N. Tkatchenko, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn de R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, sa fejn timponi multi fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu impost fuq Westfähliche Drahtindustrie GmbH, fuq Westfähliche Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u fuq Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG li jikkostitwixxu garanzija favur il-Kummissjoni Ewropea bil-għan jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multi imposti fuqhom permezz tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, hija mogħtija taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Westfähliche Drahtindustrie GmbH, Westfähliche Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG iħallsu s-somma ta’ EUR [kunfidenzjali] miljuni lill-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju 2011;

Huma jħallsu lill-Kummissjoni rati ta’ EUR 300 000 kull xahar mill-15 ta’ Lulju 2011 (u fil-15 ta’ kull xahar segwenti) sa ordni ġdid, iżda mhux iktar tard mid-deċiżjoni tas-sentenza li ser tingħata fil-kawża prinċipali.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/20


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Fapricela vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-398/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 282/41

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Fapricela — Indústria de Trefilaria, SA (Ançã, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Gorjão-Henriques u S. Roux, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), b’mod partikolari sa fejn timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja sabiex jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2011 — Maruccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli għall-ippreżentar ta’ talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 282/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Luigi Maruccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn de A. DaI Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tad-9 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-91/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/10) (1)

(Rikors għad-danni - Politika agrikola komuni - Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju - Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni - Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2011/C 282/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Lehner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Rikors għad danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni, min naħa tal-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għall-offerti permananti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta’ intervent Ungeriża.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

Fuchshuber Agrarhandel GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — SIR vs Il-Kunsill

(Kawża T-142/11) (1)

(Politika barranija u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 282/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société ivoirienne de raffinage (SIR) (Abidjan, Côte d’Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jistabbilixxu miżuri restrittivi li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — Petroci vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni tal-Côte d’Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 282/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale d’opérations pétrolières de la Côte d’Ivoire Holding (Petroci Holding) (Abidjan, Côte d’Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jistabbilixxu miżuri restrittivi li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rirkos.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 139, 7.5.2011.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Trabelsi et vs Il-Kunsill

(Kawża T-187/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 282/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mohamed Trabelsi (Pariġi, Franza); Ines Lejri (Pariġi); Moncef Trabelsi (Pariġi); Selima Trabelsi (Pariġi); u Tarek Trabelsi (Pariġi) (rappreżentanti: inizjalment A. Metzker, sussegwentement A. Tekari, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji u għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 40)

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-BEI et. vs Bömcke

(Kawża T-213/11 P(I)) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Talba għal intervent quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kalkolu tat-terminu - Tardività)

2011/C 282/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Jean-Pierre Bodson (il-Lussemburgu); Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu); Manuel Sutil (Nondkeil, Franza); Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu); Marie-Christel Heger (il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Wilson, A. Senes u B. Entringer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Eberhard Bëmcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Suġġett

Appell mid-Digriet tal-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Marzu 2011, Bömcke vs BEI (F-95/10 INT, li ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-Appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Jean-Pierre Bodson, Evangelos Kourgia, Manuel Sutil, Patrick Vanhoudt u Marie-Christel Heger għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — Cemex et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 282/48

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cemex SAB de CV (Monterrey, il-Messiku); New Sunward Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Cemex España, SA (Madrid, Spanja); Cemex Deutschland AG (Ratingen, il-Ġermanja); Cemex UK (Egham, Surrey, ir-Renju Unit); Cemex Czech Operations s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Cemex France Gestion (Rungis, Franza); u Cemex Austria AG (Langenzersdorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez, H. González Durántez u B. Martínez Corral, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, F. Castilla Contreras u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn J. Rivas, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2360 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39.520 — Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

(1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — Holcim (Deutschland) u Holcim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 282/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Holcim AG (Hamburg, il-Ġermanja) u Holcim Ltd (Rapperswil-Jona, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Niggemann u K. Gaßner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2363 finali, tal-31 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39.520 — Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

(1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 282/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cementos Portland Valderrivas, SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, C. Urraca Caviedes u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn J. Rivas, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2368 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39.520 — Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

(1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 — HeidelbergCement vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-302/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 282/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, T. Holzmüller u P. Pichler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2361 finali, tal-31 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39.520 — Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

(1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/24


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 minn Ioannis Vakalis mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ April 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/10, Vakalis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/11 P)

2011/C 282/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ioannis Vakalis (Luvinate, l-Italja) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob sabiex il-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, bl-eċċezzjoni ta’ dawk deċiżi ġustament inammissibbli mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż għall-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ April 2011, mogħtija fil-Kawża F-38/10, Vakalis vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ loġika tar-raġunament tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li ma wasalx għall-konklużjonijiet derivanti mill-konstatazzjonijiet tiegħu, sa fejn dan ikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju hija f’idejn il-Kummissjoni. Issa, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni din il-kwistjoni. Is-sentenza appellata hija għaldaqstant ivvizzjata minn motivazzjoni illoġika.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku interpreta ħażin id-domanda magħmula lilu. Huwa ċar mis-sentenza appellata li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fehem li r-rikorrent lien qiegħed jistaqsih jekk id-differenza fit-trattament bejn l-uffiċjali suġġetti għad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-1969 u dawk suġġetti għal dawk tal-2004 kinitx illegali, filwaqt li d-domanda li saret lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kienet jekk “id-DĠI l-ġodda humiex diskriminatorji fis-sens li jitrattaw bl-istess mod sitwazzjonijiet fattwali differenti”. F’dan is-sens, l-appellant isostni li huwa b’mod żbaljat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq sostituzzjoni tal-motivi. L-appellant isostni, minn naħa, li l-motivazzjoni tal-baġit tad-DĠI dehret biss waqt is-seduta u, min-naħa l-oħra, li din il-motivazzjoni hija differenti minn dik mogħtija mir-rikorrent fiċ-ċaħda tat-talba tiegħu (motivazzjoni li barra minn hekk ġiet rrikonoxxa bħala inadegwata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku). Skont il-ġurisprudenza, ma huwiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li għandu jikkumpensa għal xi nuqqas ta’ motivazzjoni jew li jikkompleta l-imsemmija motivazzjoni tal-Kummissjoni billi magħha jżid jew jissostitwixxi elementi li ma jirriżultawx mid-deċiżjoni kkontestata stess.

(4)

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad il-motiv dwar il-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li r-rikorrent ma weriex li kien hemm trattament differenti mhux iġġustifikat. Issa, ir-rikorrent wera li t-trattament differenti inkwistjoni ma kienx iġġustifikat mill-introduzzjoni tal-Euro, li kienet il-motivazzjoni oriġinali għaċ-ċaħda tat-talba.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2011 — Régie Networks u NRJ Global vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/11)

2011/C 282/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Régie Networks (Lyon, Franza) u NRJ Global (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Geneste u C. Vannini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata r-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea minħabba:

l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Novembru 1997 rigward l-għajnuna mill-Istat N 679/97,

in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni wara l-konstatazzjoni ta’ din l-illegalità msemmija fl-ittra indirizzata lill-awtoritajiet Franċiżi tat-8 ta’ Mejju 2003;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tirrimedja għad-danni kollha subiti mir-rikorrenti minħabba l-iżbalji msemmija fir-rikors, dawn id-danni jkopru:

l-ammont tat-taxxa mħallsa għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2000,

it-tariffi mħallsa għall-proċedura kontenzjuża mibdija sabiex jinkiseb ir-rimbors tat-taxxa mħallsa għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002,

it-tariffi mħallsa għall-proċedura kontenzjuża preżenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-iżball imwettaq minħabba l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Novembru 1997. Il-Kummissjoni, waqt l-eżami tal-iskema ta’ għajnuna għax-xandir bir-radju fl-1997, iddikjarat din l-iskema konformi mar-regoli tat-Trattat mingħajar ma eżaminat il-metodu ta’ finanzjament ta’ din l-iskema ta’ għajnuna, filwaqt li hija kienet obbligata li tagħmel dan skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, sa fejn dan il-finanzjament kien jagħmel parti integrali mill-iskema ta’ għajnuna kkonċernata. Għalhekk, id-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni hija illegali u tikkostitiwixxi żball li jista’ jinvolvi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba jirriżulta mill-ommissjoni tal-Kummissjoni, fl-2003, li tirrimedja għall-effetti dannużi tad-deċiżjoni tagħha tal-1997. Il-Kummissjoni kkonstatat l-illegalità tad-deċiżjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 1997 l-iktar tard fit-8 ta’ Mejju 2003, data li fiha hija indirizzat ittra lill-awtoritajiet Franċiżi fejn uriet li l-metodi ta’ finanzjament tal-iskema ta’ għajnuna għax-xandir bir-radju, hekk kif kienu ġew l-aħħar approvati bid-deċiżjoni tal-10 ta’ Novembru 1997, ma kinux f’konformità mal-leġiżlazzjoni tat-Trattat. Madankollu, il-Kummissjoni ma adottat l-ebda miżura sabiex tirrimedja għall-illegalità kkonstatata. Huwa fuq din il-bażi li r-rikorrenti jikkunsidraw li l-ommissjoni tal-Kummissjoni li tirrimedja għall-effetti dannużi tad-deċiżjoni illegali li hija tat fl-1997 tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u tista’ għalhekk tinvolvi r-responsabbiltà tal-Unjoni.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2011 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-359/11)

2011/C 282/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hefez Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: P. Grollet u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2011/302/PESK, li permezz tagħha l-anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK huwa sostitwit bit-test li jidher fl-anness tad-Deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq. Ir-rikorrent isostni li d-drittijiet tad-difiża tiegħu ġew miksura peress li sofra s-sanzjonijiet inkwistjoni mingħajr ma l-ewwel instema’, mingħajr ma kellu l-opportunità jiddefendi ruħu u mingħajr ma kellu konoxxenza tal-elementi li abbażi tagħhom ittieħdu dawn il-miżuri.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu tal-motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE. Ir-rikorrent jallega li l-Kunsill impona fuqu miżuri restrittivi, mingħajr ma kkomunikalu r-raġunijiet, bil-għan li huwa jkun jista’ jista’ jesponi l-motivi tad-difiża tiegħu. Ir-rikorrent jallega li l-konvenut kien sodisfatt b’formulazzjoni ġenerika u sterotipata, mingħajr ma semma’ b’mod preċiż il-punti ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom tiddependi l-ġustifikazzjoni legali tad-deċiżjoni tiegħu u l-kunsiderazzjonijiet li ġegħluh jieħu dik id-deċiżjoni.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-garanzija rigward id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrent isostni li, mhux biss ma setax isostni l-perspettiva tiegħu b’mod utli quddiem il-Kunsill, iżda anki li fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata ta’ motivi speċifiċi u konkreti li jiġġustifikawha, huwa ma kienx fil-pożizzjoni li jeżerċita r-rikors tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali tal-proporzjonalità.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-proprjetà, sa fejn il-miżuri restrittivi, u aktar preċiżament il-miżura tal-iffriżar ta’ fondi, tikkostitwixxi preġudizzju sproporzjonat fil-konfront tad-dritt fundamentali tar-rikorrent li jiddisponi mill-beni tiegħu b’mod liberu.

(6)

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-ħajja privata, sa fejn il-miżuri tal-iffriżar ta’ fondi u li jirrestrinġu l-libertà li wieħed imur u jiġi jikkostitwixxu bl-istess mod preġudizzju sproporzjonat fil-konfront tad-dritt fundamentali tar-rikorrent.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/26


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2011 — Arla Foods vs UASI — Artax (Lactofree)

(Kawża T-364/11)

2011/C 282/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arla Foods AMBA (Viby J, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Artax Beteiligungs- und Vermögensverwaltungs AG (Linz, l-Awstrija)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ April 2011 fil-Każ R 1357/2009-2, u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4647533 tkun dikjarata invalida għal oġġetti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 skont id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-11 ta’ Settembru 2009; u

tordna lill-konvenut u l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “Lactofree”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4647533

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq l-Artikoli 53(1)(a) u 8(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, li kien ibbażat fuq reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark Komunitarja Nru 4532751 għat-trade mark figurattiva (bil-kulur) “lactofree”, għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Laqgħet il-kanċellazzjoni għal parti mill-prodotti

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 53(1)(a) u 8 (1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu tal-paragun tas-sinjali u għalhekk fl-evalwazzjoni ġenerali tiegħu fir-rigward tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks figurattivi “lactofree” u “Lactofree”.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/27


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2011 minn AO kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ April 2011 fil-Kawża F-45/10 — AO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-365/11 P)

2011/C 282/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: AO (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Lewisch, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ April 2011 fil-Kawża F-45/10, AO vs Il-Kummissjoni;

fl-eventwalità li l-Qorti Ġenerali tkun f’pożizzjoni fejn tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu tagħha, tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza u jiġifieri:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea CMS 07/046, tat-23 ta’ Lulju 2009, minħabba fastidju, amministrazzjoni ħażina u abbuż tad-dritt fundamentali għal smigħ;

tannulla d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra fil-konfront tal-appellant bejn il-perijodu ta’ Settembru 2003 u t-tneħħija tiegħu mill-pożizzjoni li kien jokkupa minħabba fastidju u amministrazzjoni ħażina, flimkien mal-allegazzjoni ta’ abbuż tad-dritt tal-appellant għal smigħ;

tordna li l-appellant jinstema’ skont l-Artikoli 7(1) u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal (1) u tirreferi, f’dan ir-rigward, għat-talbiet magħmula fi Frar 2008 u f’Marzu 2008;

tagħti kumpens simboliku ta’ EUR 1 (wieħed) lill-appellant bħala kumpens għad-dannu morali u professjonali mġarrab kif spjegat fir-rikors, u dan sa fejn l-ilment tiegħu ma għandux motivi finanzjarji iżda huwa intiż li jiġu rikonoxxuti d-dinjità u r-reputazzjoni professjonali tal-appellant; u

tordna lill-appellant ibati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet sabiex id-deċiżjoni tingħata permezz ta’ digriet, skont l-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ma kinux sodisfatti u li r-rikors ma kienx manifestament inammissibbli u/jew infondat, sa fejn:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ħax inkunsiderazzjoni diversi allegazzjonijiet magħmula u provi ppreżentati fir-rigward tal-fastidju li ġarrab l-appellant;

L-appellant ma ngħatax terminu sabiex jirregolarizza r-rikors tiegħu, skont l-Artikolu 36 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fir-rigward ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra msemmija mill-appellant fir-rikors tiegħu.

(2)

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-digriet fil-Kawża F-45/10 jikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea kif deskritt taħt l-Artikolu 11(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-appellant huwa intitolat għal kumpens ladarba seħħ il-fastidju.

(3)

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma rrispettax id-dritt tal-appellant għal smigħ, kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll fl-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament Nru 31 (KEE), Nru 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif emendat (ĠU 45, 14.06.1962, p. 1385)


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2011 — Lyder Enterprises vs CPVO Liner Plants NZ (1993) (Southern Splendour)

(Kawża T-367/11)

2011/C 282/57

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lyder Enterprises Ltd (Auckland, New Zealand) (rappreżentanti: G. Pickering, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Liner Plants NZ (1993) Ltd (Waitakere, New Zealand)

Talbiet

tirrevoka u tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti, tat-18 ta’ Frar 2011, fil-Kawża A007/2010; u

tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata s-sentenza finali mill-High Court ta’ New Zealand fil-Kawża Nru CIV:2001:404:2969.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: ir-rikorrenti

Dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat: Southern Splendor — applikazzjoni għal dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru 2006/1888

Opponenti għall-applikazzjoni għat-talba għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Raġunijiet għall-oġġezzjoni: l-oġġezzjoni saret abbażi tal-allegazzjoni li r-rikorrenti ma kinitx il-persuna li kabbret, jew li skopriet u żviluppat il-varjetà, jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu

Deċiżjoni tal-Kumitat tas-CPVO: Applikazzjoni Nru 2006/1888 għall-varjetà “Southern Splendour” rifjutata (Deċiżjoni Nru R972)

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-regola ta’ audi alteram partes, nuqqas ta’ kompetenza, nuqqas li jinftiehmu r-regoli fundamentali tal-ġustizzja naturali u ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda li l-provi li jinsabu fl-ittri tar-rikorrenti ma kinux aċċettabbli peress li ma kinux fil-format ta’ affidavit.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/28


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2011 — Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/11)

2011/C 282/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group (Brussell, il-Belġju), SNF SAS (Andrezieux Boutheon, Franza) u Travetanche Injection SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Akrilammid) (ĠU 2011 L 101, p. 12);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li

ir-regolament ikkontestat jinkludi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, l-ewwel nett, ibbażat ruħha fuq informazzjoni li, taħt il-qafas legali applikabbli, ma hijiex rilevanti għall-espożizzjoni tal-bniedem u tal-ambjent fl-UE, u, it-tieni nett, naqset milli tidentifika r-riskji li jirriżultaw mill-mili tal-fili tal-akrilammid skont ir-rekwiżiti rilevanti applikabbli, iżda minflok, hija bbażat ruħha fuq informazzjoni li tikkonċerna l-użu ta’ sustanza differenti; bħala riżultat, l-adozzjoni tal-imsemmi Regolament ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imposti bid-dispożizzjonijiet legali rilevanti;

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li

ir-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li

ir-regolament ikkontestat ma huwiex immotivat b’mod adegwat, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2011 — Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni et.

(Kawża T-369/11)

2011/C 282/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE (Chalandri, il-Greċja) (rappreżentant: A. Krystallidis, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea; Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija (Ankara, it-Turkija); u Central Finance & Contracts Unit (CFCU) (Ankara)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-kumpens għad-danni subiti mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni allegatament illeċita ta’ wieħed mill-konvenuti (Delegazzjoni tal-UE fit-Turkija) tal-5 ta’ April 2011 (u kull deċiżjoni sussegwenti), li tikkanċella l-għoti tal-kuntratt “Enlargement of the European Turkish Business Centers Network to Sivas, Antakya, Batman and Van — Europe Aid/128621/D/SER/TR” lill-Konsorzju (1) minħabba allegata “dikjarazzjoni falza”;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq

il-fatt li l-konvenuti ppreġudikaw l-aspetattivi leġittimi tagħha, bi ksur tal-Artikolu 10 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Prattika Amministrattiva Tajba, billi kkanċellaw b’mod mhux mistenni d-deċiżjoni li l-proġett inkwistjoni jingħata lill-Konsorzju fuq il-bażi ta’ allegata ‘dikjarazzjoni falza’;

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq

il-fatt li l-konvenuti kisru l-prinċipju ġenerali taċ-ċertezza legali u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Prattika Amministrattiva Tajba, billi akkużaw lir-rikorrenti li għamlet dikjarazzjoni falza, mingħajr ma identifikaw minn qabel id-dokumenti ppreżentati bħala ffalsifikati;

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq

il-fatt li l-konvenuti kisru d-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti billi ma nformawhiex bl-intenzjoni tagħhom li jikkanċellaw l-għoti tal-kuntratt, bi ksur tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Prattika Amministrattiva Tajba;

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq

il-fatt li l-konvenuti naqsu milli jipprovdu motivazzjoni fir-rigward ta’ liema dokumenti ġew allegatament iffalsifikati mir-rikorrenti, bi ksur tal-Artikolu 18 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Prattika Amministrattiva Tajba;

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq

il-fatt li l-konvenuti naqsu milli jinformaw lir-rikorrenti bl-azzjonijiet disponibbli sabiex din tikkontesta d-deċiżjoni meħuda kontriha, bi ksur tal-Artikoli 11 u 19 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Prattika Amministrattiva Tajba;

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq

il-fatt li l-konvenuti abbużaw mis-setgħa diskrezzjonali tagħhom sabiex jiddeċiedu fuq il-fatti ppreżentati quddiemhom u għaldaqstant qabżu l-limiti tas-setgħat tagħhom peress li r-raġunijiet imressqa mill-awtorità kontraenti setgħu jiġu applikati biss sabiex tiġi skwalifikata offerta waqt is-sejħa għal offerti, minħabba nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ evalwazzjoni, u mhux wara li l-kuntratt ikun effettivament ingħata.


(1)  “DIADIKASIA BUSINESS CONSULTANTS S.A. (GR) — WYG INTERNATIONAL LTD (UK) — DELEEUW INTERNATIONAL LTD (TR) — CYBERPARK (TR)”


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/29


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — Palirria Souliotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/11)

2011/C 282/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon — Palirria Souliotis AE (Psacha, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2011, tas-6 ta’ Mejju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 122, p. 63); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali peress li naqset li tikkonsulta b’mod xieraq lill-Kumitat tan-Nomenklatura. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tindirizza l-opinjoni mressqa mir-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni għamlet żball ta’ liġi meta kklassifikat il-weraq tal-għeneb mimli ppreżervat fil-landa taħt il-kodiċi NM mniżżel fl-anness tar-regolament ikkontestat.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — Pigui vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-382/11)

2011/C 282/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristina Pigui (Strejnic, ir-Rumanija) (rappreżentanti: M. Alexe, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuta li tiżvela informazzjoni dwar l-identità ta’ kwalunkwe istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla involuta fil-kors tal-Masters fuq l-internet 2008-2010 tal-programm Jean Monnet;

tordna lill-konvenuta biex twaqqaf il-programm jekk l-ebda istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla ma tkun involuta, li titlob kuntratt ta’ studju bil-miktub bejn l-istudenti u l-organizzaturi u li tistaqsi għal sistema uniformi ta’ evalwazzjoni għall-istudenti kollha involuti; u

tordna lill-Kummissjoni biex tirrestawra is-sitwazzjoni kif kienet għar-rikorrenti billi turi li l-programm 2008-2010 ma ssodisfax l-istandards tal-programm Jean Monnet, għall-inqas sa fejn huija kkonċernata r-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 265 TFUE, dikjarazzjoni li l-konvenuta illegalment naqset milli taġixxi, peress li ma żvelatx ir-riżultati tal-investigazzjoni pubblika mitluba mir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, li jallega li l-konvenuta kisret l-Artikolu 6(3) u 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE (1), billi naqset milli tinvestiga u tiżvela informazzjoni kif mitluba tagħmel mir-rikorrenti, kif ukoll l-Artikoli 11 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-konvenuta kisret il-prinċipju tat-trasparenza u l-liġijiet għall-ħarsien tal-konsumatur.

(2)

It-tieni motiv, jallega li l-konvenuta kisret l-Artikolu 4 u 5 tad-Direttiva 97/7/KE (2) u l-Artikoli 2(a), (b) u 5 tad-Direttiva 2005/29/KE billi naqset milli tinvestiga u tevalwa l-kors tal-Masters fuq l-internet tal-programm Jean Monnet fid-dawl tal-għanijiet tiegħu skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE.

(3)

It-tielet motiv, jallega li l-konvenuta kisret l-Artikolu 5 tad-Direttiva 97/7/KE u l-Artikoli 2(a), (b), 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE, billi naqset milli tinvestiga l-istandard doppju tas-sistema ta’ evalwazzjoni tal-istudenti.

(4)

Ir-raba’ motiv, jallega li l-konvenuta kisret l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali, peress li r-rikorrenti ma rċevietx trattament ugwali fil-qafas tal-kors tal-Masters fuq l-internet tal-programm Jean Monnet.


(1)  Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45)

(2)  Id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319)


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/30


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2011 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-383/11)

2011/C 282/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: P. Grollet u G. Karouni, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent minħabba l-ksur tad-drittijiet fundamentali;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal proċess ġust. Ir-rikorrent isostni li d-drittijiet tad-difiża tiegħu ġew miksura meta ġew imposti fuqu s-sanzjonijiet inkwistjoni, mingħajr ma nstema’ qabel, mingħajr ma kellu l-opportunità jiddefendi ruħu, u mingħajr ma kellu konjizzjoni tal-elementi li abbażi tagħhom ittieħdu dawn il-miżuri.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) tat-TFUE. Ir-rikorrent jilmenta li l-Kunsill adotta fir-rigward tiegħu miżuri restrittivi, mingħajr ma pprovdilu r-raġunijiet li jippermettulu jippreżenta l-motivi tad-difiża tiegħu. Ir-rikorrent jilmenta li l-konvenut sempliċement uża formulazzjoni ġenerika u stereotipata, mingħajr ma semma bi preċiżjoni l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li minnhom jiddependu l-ġustifikazzjoni legali għad-deċiżjoni tiegħu u l-kunsiderazzjonijiet li wassluh biex jeħodha.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-validità tal-motivazzjoni. Ir-rikorrent jilmenta li l-Kunsill ibbaża ruħu fuq motivazzjoni manifestament żbaljata, u li għamel hekk b’amalgama, b’tali mod ma tistax titqies li hija adegwata fid-dritt.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-garanzija tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrent isostni li mhux biss ma setax effettivament iressaq il-fehmiet tiegħu quddiem il-Kunsill, iżda li, fin-nuqqas ta’ kull indikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata ta’ raġunijiet speċifiċi u konkreti li jiġġustifikawh, huwa ma huwiex f’pożizzjoni li jieħu benefiċċju mir-rikors tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-proprjetà, sa fejn il-miżuri restrittivi, iktar preċiżament il-miżura ta’ ffriżar ta’ fondi, jikkostitwixxu restrizzjoni sproporzjonata tad-dritt fundamentali tar-rikorrent li liberament jiddisponi mill-beni tiegħu.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-privatezza, sa fejn il-miżuri ta’ ffriżar tal-fondi u ta’ restrizzjoni tal-libertà li jiġi u jmur huma wkoll restrizzjoni sproporzjonata tad-dritt fundamentali tar-rikorrent.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill

(Kawża T-384/11)

2011/C 282/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Safa Nicu Sepahan (Isfahan, l-Iran) (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara nulla u bla effett l-entrata Nru 19 tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010 L 281, p. 1) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 136, p. 26);

tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 265 TFUE billi naqas milli jeżamina t-talba għal eżami mill-ġdid tal-entrata Nru 19 ippreżentata mir-rikorrenti fis-7 ta’ Ġunju 2011;

tordna t-tneħħija ta’ isem ir-rikorrenti mil-lista ta’ sanzjonijiet adottati mill-Unjoni Ewropea;

tagħti lir-rikorrenti kumpens ta’ ammont li jiġi stabbilit fil-kuntest tal-proċeduri preżenti iżda ta’ minimu ta’ EUR 2 000 000, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill peress li l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi hija żbaljata, ekwivoka, mhux preċiża, inkompleta u b’hekk totalment illegali.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas manifest ta’ indikazzjoni mill-Kunsill tar-raġunijiet tal-inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/32


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2011 — BP Products North America vs Il-Kunsill

(Kawża T-385/11)

2011/C 282/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BP Products North America, Inc. (Naperville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H.-J. Prieß u B. Sachs, avukati u C. Farrar, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011 (1) tal-5 ta’ Mejju 2011, sa fejn dan jaffettwa lir-rikorrenti;

tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011 (2) tal-5 ta’ Mejju 2011, sa fejn dan jaffettwa lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tar-regolamenti ta’ bażi ta’ dazji antidumping u kompensatorji peress li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009 u Nru 599/2009 li japplikaw għall-importazzjoni tal-bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka (3) ġew estiżi għal prodotti tal-bijodiżil mhux koperti oriġinarjament mir-regolamenti li jirrigwardaw dazji antidumping u kompensatorji, minflok twettqu investigazzjoni “de novo”, minkejja li t-tipi ta’ taħlita li s’issa kienu suġġetti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011 kienu speċifikament esklużi mill-għan tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009 u Nru 599/2009.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegati żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-fatti, b’mod partikolari fir-rigward tal-fatt li l-prodotti ta’ bijodiżil b’livell iktar baxx ta’ taħlit (u li ma huma suġġetti għal ebda dazju) ma jistgħux jiġu kkonvertiti mill-ġdid f’taħlit ogħla (li huma suġġetti għad-dazju), b’mod li l-evitar attwalment ma hux possibbli, u fir-rigward tal-allegat evitar mir-rikorrenti billi żbalja manifestament il-ġustifikazzjonijiet ekonomiċi għall-esportazzjoni mir-rikorrenti.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali billi naqas milli jipprovdi motivazzjoni adegwata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011 għall-estensjoni tad-dazji definittivi għall-prodotti tal-bijodiżil ta’ taħlit ta’ 20 % jew inqas.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipji bażiċi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba, billi ma jagħtix lir-rikorrenti r-rata tad-dazju applikabbli lil “kumpaniji li kkooperaw” minkejja l-fatt li r-rikorrenti kooperat bis-sħiħ.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011, tal-5 ta’ Mejju 2011, li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jwaqqaf l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, p. 1)

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011, tal-5 ta’ Mejju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, p. 12)

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009, tas-7 ta’ Lulju 2009, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 179, p. 1)


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/32


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Lulju 2011 — Nitrogénművek Vegyipari vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/11)

2011/C 282/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nitrogénművek Vegyipari Zrt. (Pétfürdő, Ir-Repubblika tal-Ungerija) (rappreżentanti: Z. Tamás u M. Le Berre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 14/09 (ex NN 17/09) mogħtija mill-Ungerija favur Péti Nitrogénművek Zrt. (notifikata bid-dokument Nru C(2010) 7274);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv:

Nuqqas tal-Kummissjoni li tapplika l-prinċipju ta’ tranżazzjoni tas-suq;

(2)

It-tieni motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE;

(3)

It-tielet motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296 TFUE;

(4)

Ir-raba’ motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(5)

Il-ħames motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi;

(6)

Is-sitt motiv (invokat sussidjarjament għall-ewwel u t-tieni motivi):

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/11)

2011/C 282/66

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2011 fil-każ dwar għajnuna mill-Istat Nru C 36/2007 — Il-Ġermanja: għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG (COM[2011] 3081 finali);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM(2001) 3081 finali, tal-10 ta’ Mejju 2011, fil-Każ dwar għajnuna mill-Istat Nru C 36/2007 — Il-Ġermanja: għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG, li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-proċedura ta’ eżami skont l-Artikolu 108(2) FUE għall-każ ineżami. L-estensjoni tirrigwarda l-finanzjament pubbliku tas-sistema tal-pensjoni tal-impjegati tal-Posta Ġermaniża rreklutati qabel l-inkorporazzjoni tar-rikorrenti, liema finanzjament kien diġà s-suġġett tad-deċiżjoni li tinfetaħ proċedura maħruġa mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Settembru 2007.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE — Klassifikazzjoni manifestament żbaljata bħala għajnuna mill-Istat

L-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni jikkonsisti fil-fatt li l-Kummissjoni ma applikatx għall-każ ineżami l-ġurisprudenza Combus (sentenza tas-16 ta’ Marzu 2004, Kawża T-157/01, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. II-917). Skont din il-ġurisprudenza, il-miżuri li jeżentaw lil impriżi li qabel kienu impriżi pubbliċi mill-obbligi marbuta mas-sistema tal-pensjoni li jmorru lil hinn mill-miżuri normalment sostnuti mill-impriżi privati ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Li kieku din il-ġurisprudenza kienet applikata għall-każ ineżami, kien jirriżulta li l-obbligi marbuta mas-sistema tal-pensjoni ma jistgħux jitqiesu li huma għajnuna mill-finanzjament pubbliku.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u tal-Artikoli 107 u 108 T FUE — Żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-klassifikazzjoni bħala għajnuna “ġdida”

L-iżball manifest imwettaq mill-Kummissjoni jikkonsisti fil-fatt li ma kkunsidratx li r-responsabbiltà tal-Istat fir-rigward tal-obbligi marbuta mas-sistema tal-pensjoni — fl-eventwalità li jkunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ każ ta’ għajnuna — tista’ tirrigwarda biss l-għajnuna eżistenti. Ir-responsabbiltà miżmuma mill-Istat Federali fir-rigward tal-obbligi marbuta mas-sistema tal-pensjoni tirriżulta mil-liġi Kostituzzjonali Ġermaniża, u għalhekk din ir-responsabbiltà kienet diġà prevista fil-mument tad-dħul fis-seħħ tat-Trattati u ma ġietx emendata b’mod sostanzjali sussegwentement. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija marbuta b’dak li ġie deċiż fil-kawża Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, T-266/02, fejn ġie deċiż, b’riferiment għas-sistema tal-pensjoni, li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Ġunju 2002, kienet diġà ċaħdet l-eżistenza tar-rekwiżit ta’ “vantaġġ” rikjest mid-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat, deċiżjoni din li tammonta għal attestazzjoni negattiva fir-rigward tad-dritt imsemmi.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE — Metodu manifestament żbaljat ta’ kif sar il-kalkolu tal-allegata għajnuna

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma għamlitx kalkolu ta’ kumpens, fil-fehma tagħha neċessarju, fir-rigward tal-benefiċċji soċjali effettivament sostnuti mir-rikorrenti għall-impjegati, fejn jitnaqqsu l-allegati “żidiet” għall-obbligi soċjali li normalment ma jkunux previsti mill-kompetizzjoni u li huma previsti fid-dispożizzjonijiet dwar skemi statutorji, u fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet soċjali sostnuti mill-kompetituri privati fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. Għaldaqstant, il-metodu ta’ kalkolu tal-Kummissjoni jeskludi, b’mod illegali, l-ammont sħiħ tal-benefiċċji soċjali effettivament ikkontribwit mir-rikorrenti għall-impjegati bil-konsegwenza li għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-allegata għajnuna kkalkolata mill-Kummissjoni huwa irrilevanti jekk ir-rikorrenti ħalsitx il-benefiċċji soċjali u, jekk ikun il-każ, kemm. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-allegati “żidiet” inklużi fil-korrispettivi ma jistgħux jiġu provati u, fi kwalunkwe każ, in-nefqa soċjali li normalment ma jkunux previsti mill-kompetizzjoni ma jistgħux fil-fatt jiġu koperti mill-profitti.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE — Kwalifikazzjoni manifestament żbaljata tal-allegat “sussidju trażversali” bejn is-settur mhux irregolarizzat u s-settur irregolarizzat bħala għajnuna mill-Istat

B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni eskludiet il-kalkolu obbligatorju tal-kumpens żejjed u ma vverifikatx jekk il-ħlasijiet pubbliċi għal kumpens kinux iktar min-nefqa li setgħet tiġi kkumpensata.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE — Żball manifest fl-użu tal-“benchmark” adottat b’riferiment għall-obbligi soċjali normalment previsti mill-kompetizzjoni

Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li, fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ persuni li jħaddmu privati, normalment previsti mill-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet tal-impjegati minkejja li dawn għandhom jiġu imputati bħala dħul tal-impjegati u mhux bħala kontribuzzjonijiet soċjali sostnuti minn min iħaddem, u li l-Kummissjoni ħadet bħala riferiment għall-“benchmark” il-livell (eċċessivament għoli) tas-salarji tal-impjegati kif ukoll il-livell tas-salarji normalment previst mill-kompetizzjoni fil-forma ta’ impriżi privati. Jekk jiġu kkoreġuti dawn iż-żewġ żbalji, l-allegata għajnuna tisfa fix-xejn.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE — Nuqqas ta’ motivazzjoni

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata b’mod suffiċjenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/34


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2011 — Guccio Gucci vs UASI Chang Qing Qing (GUDDY)

(Kawża T-389/11)

2011/C 282/67

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chang Qing Qing (Firenze, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2011 fil-Każ R 143/2010-1 sa fejn din tirrifjuta l-oppożizzjoni għall-bqija tal-prodotti fil-klassi 9 u 14; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “GUDDY”, għal diversi prodotti fil-klassi 9, 14, 18 u 25 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6799531

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 121988 tat-trade mark verbali “GUCCI”, għall-prodotti fil-klassi 9, 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli (i) jeżamina bir-reqqa d-dokumenti ppreżentati sabiex tintlaħaq il-konklużjoni xierqa rigward il-karattru distintiv ogħla tat-trade mark “GUCCI” u rigward il-paragun fonetiku bejn it-trade marks, u sussegwentement żbalja (ii) fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-Trade Mark Komunitarja.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Masottina vs UASI — Bodegas Cooperativas de Alicante (CA' MARINA)

(Kawża T-393/11)

2011/C 282/68

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masottina SpA (Conegliano (TV), l-Italja) (rappreżentant: N. Scheffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Cooperativas de Alicante, magħrufa fil-kummerċ bħala Coop. V. BOCOPA (Alicante, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Mejju 2011 fil-Każ R 518/2010-1, kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-2 ta’ Frar 2010

tirrifjuta u tiċħad il-proċediment mibdi minn Bodegas Cooperativas de Alicante, Coop. V. BOCOPA, u li permezz tiegħu hija opponiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “CA’ MARINA”, u tiddikjara bħala ammissibbli l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6375216 li għaliha Masottina SpA għandha tkun intitolata, u

tikkundanna lil Bodegas Cooperativas de Alicante, Coop. V. BOCOPA, għall-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti u dawk relatati kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CA’ MARINA”, għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6375216

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1796374 tas-sinjal verbali “MARINA ALTA”, għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: rifjut tal-applikazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għall-prodotti kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħad l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8 (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat l-Artikolu msemmi hawn fuq: (i) fir-rigward tan-nuqqas jew għall-inqas insuffiċjenza ta’ determinazzjoni u distinzjoni tat-trade mark “MARINA ALTA” (ii) peress li ma hemmx eżistenza ta’ ebda riskju ta’ konfużjoni fir-rigward tas-sinjali kkonċernati, u (iii) dwar il-kunsiderazzjoni nieqsa li ma teżisti ebda identità tal-merkanziji, il-kanali ta’ distribuzzjoni rispettivi tagħhom u l-pubbliku ta’ referenza.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Elti vs Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro

(Kawża T-395/11)

2011/C 282/69

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elti d.o.o. (Gornja Radgona, ir-Repubblika tas-Slovenja) (rappreżentant: N. Zidar Klemenčič, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-konvenuta kisret l-Artikoli 2 u 30(3) tad-Direttiva 2004/18/KE (1);

tannulla l-proċedura ta’ negozjati mwettqa fil-kuntest tal-proċedura għal sejħa għal offerti “Support to the Digitalisation of the Montenegrin Public Broadcasting — Supply of equipment, Montenegro” (referenza: EuropaAid/129435/C/SUP/ME-NP) (OJ 2010/S 178-270613), sa fejn ir-rikorrenti ma ngħatatx trattament ugwali u, għalhekk, ma setgħetx tikkoreġi/tispjega l-offerta tagħha;

tannulla d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt fil-proċedura għal sejħa għal offerti msemmija iktar ’il fuq;

fl-eventwalità li l-kuntratt ikun diġà ġie konkluż, tiddikajra tali kuntratt null;

sussidjarjament, fl-eventwalità li l-kuntratt ikun diġà ġie eżegwit meta l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti d-deċiżjoni tagħha, jew fl-eventwalità li d-deċiżjoni ma tkunx għadha tista’ tiġi ddikjarata nulla, tiddikjara li l-konvenuta kisret l-Artikoli 2 u 30(3) tad-Direttiva 2004/18/KE u tordnalha tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 172 541,56 bħala kumpens għat-telf imġarrab mir-rikorrenti fir-rigward ta’ dik il-proċedura; u

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti u ta’ eventwali intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-Artikoli 2 u 30(3) tad-Direttiva 2004/18/KE, sa fejn:

Informazzjoni rilevanti għall-preżentazzjoni tal-offerta ma tqegħditx għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku bl-istess mod u bl-istess forma;

L-offerenti li ntlaqgħet l-offerta tagħha ngħatat informazzjoni b’mod diskriminatorju u b’mod vantaġġuż għaliha, sa fejn setgħet tikkoreġi l-offerta tagħha; u

Il-proċedura ta’ negozjati twettqet b’mod li l-konvenuta influwenzat l-eżitu tal-proċedura billi talbet informazzjoni addizzjonali jew kjarifiki mingħand ċerti parteċipanti biss, u b’hekk kisret il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza.


(1)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Symfiliosi vs FRA

(Kawża T-397/11)

2011/C 282/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Symfiliosi (Nikosija, Ir-Repubblika ta’ Ċipru) (rappreżentant: L. Christodoulou, avukat)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-23 ta’ Mejju 2011, li tagħti l-ewwel kuntratt qafas taħt is-sejħa għal offerti F/SE/10/03 — Lott 12 Ċipru lil First Elements, u t-tieni kuntratt qafas lil Symfiliosi;

tikkundanna lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motiv wieħed, li permezz tiegħu tallega li l-Aġenzija naqset milli tipprovdi motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħha. Barra minn hekk, hija tikkontesta s-sustanza tal-evalwazzjoni tal-offerti, u tallega li din tal-aħħar kienet arbitrarja, mhux raġjonevoli u illegali.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/11)

2011/C 282/71

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja), Santusa Holding, SL (Boadilla del Monte, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u M. Muñoz de Juan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi ta’ annullament tar-rikors u konsegwentement tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni li tikklassifika l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS bħala għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta applikat għall-akkwist ta’ ishma ta’ maġġoranza, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 sa fejn dan jagħmel l-ordni ta’ rkupru applikabbli għal operazzjonijiet li seħħew qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors fil-ĠUUE (ĠUUE tal-21.05.2011);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) u, sussidjarjemant, l-Artikolu 4 sa fejn dawn jirreferu għal operazzjonijiet fil-Messiku, fl-Istati Uniti u fil-Brażil, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 9566, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq it-twettieq ta’ żball ta’ liġi manifest fl-analiżi tal-kunċett ta’ selettività u fil-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat.

Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-Kummissjoni ma pprovatx li l-miżura fiskali inkwistjoni tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”, hekk kif jeżiġi l-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Kummissjoni tillimita ruħha li tassumi li l-miżura hija selettiva minħabba l-fatt li din tapplika biss għall-akkwist ta’ ishma f’kumpanniji barranin (fil-kawża preżenti, f’pajjiżi terzi li ma humiex membri tal-UE) u mhux għall-akkwist ta’ ishma f’kumpanniji nazzjonali. Ir-rikorrenti jqisu li tali raġunament huwa żbaljat u ċirkolari: il-fatt li l-applikazzjoni tal-miżura analizzata, l-istess bħall kull dispożizzjoni fiskali oħra, hija bbażata fuq il-fatt li jiġu sodisfatti ċerti rekwiżiti oġġettivi ma jfissirx li l-imsemmija miżura hija waħda selettiva de iure jew de facto. Spanja pproduċiet data li turi li din hija miżura ġenerali disponibbli, de iure u de facto, għall-impriżi kollha suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Spanjola irrispettivament mid-daqs, min-natura, mis-settur jew mill-oriġini tagħhom.

It-tieni nett, it-trattament prima facie differenti previst fl-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, mhux talli ma jikkostitwixxix vantaġġ selettiv iżda jservi sabiex l-operazzjonijiet kollha ta’ akkwist ta’ ishma, irrispettivament minn jekk humiex nazzjonali jew barranin, jitpoġġew f’livell ta’ ugwaljanza fiskali. F’pajjiżi terzi hemm ostakoli serji għat-twettieq ta’ amalgamazzjonijiet li fil-prattika jimpedixxu tali operazzjonijiet; bil-kontra ta’ dan, l-amalgamazzjonijiet huma possibbli fil-kuntest nazzjonali u għal dan il-għan hija permessa l-ammortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju. Konsegwentement, l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS kull ma jagħmel huwa li jestendi din l-ammortizzazzjoni għax-xiri ta’ ishma f’kumpanniji stabbiliti f’pajjiżi terzi, operazzjoni li tikkonstitwixxi l-eqreb ekwivalenti funzjonli — u l-iktar waħda fattibbli — għall-amalgamazzjonijiet nazzjonali u għaldaqstant tifforma parti mill-istruttura u mil-loġika tas-sistema Spanjola.

Il-Kummissjoni hija żbaljata meta tikkunsidra li ma jeżistux ostakoli għall-operazzjonijiet ta’ amalgamazzjoni ma’ impriżi ta’ pajjiżi terzi u konsegwentement hija żbaljata meta tistabbilixxi s-sistema ta’ riferiment neċessarja sabiex tiġi stabbilita s-selettività u meta tiċħad l-argumenti dwar in-newtralità fiskali. Il-Kummissjoni hija partikolarment żbaljata fir-rigward tal-operazzjonijiet imwettqa fl-Istati Uniti, fil-Brażil u fil-Messiku.

Sussidjarjament, id-Deċiżjoni għandha tiġi annullata minn tal-inqas fir-rigward ta’ operazzjonijiet fejn jinkiseb sehem maġġoritarju li jagħti l-kontroll ta’ impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi, li huma paragunabbli għal operazzjonijiet ta’ amalgamazzjoni nazzjonali u għaldaqstant ġustifikati skont l-istruttura u l-loġika tas-sistema Spanjola.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq it-twettieq ta’ żball ta’ liġi fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-miżura.

Sussidjarjament u anki jekk jitqies li l-Artikolu 12(5) jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat, quad non, il-Kummissjoni messha wettqet analiżi ekonomika eżawrjenti sabiex tiddetermina min kienu l-benefiċjarji tal-għajnuna potenzjali. Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna (fil-forma ta’ prezz eċċessiv għax-xiri tal-ishma) għandhom ikunu l-bejjiegħa tal-ishma u mhux, kif tallega l-Kummissjoni, l-impriżi Spanjoli li jkunu applikaw l-imsemmija miżura.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn jirrigwarda l-iffissar tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-ordni ta’ rkupru.

Sussidjarjemant u fil-każ li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS jiġi kkunsidrat bħala għajnuna, il-Kummissjoni tikser il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni meta tillimita l-applikazzjoni ratione temporis tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi sal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni (21.12.2007), u għalhekk titlob l-irkupru fir-rigward tal-operazzjonijiet imwettqa wara l-imsemmija data (ħlief fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ akkwist ta’ sehem maġġoritarju mwettqa fl-Indja u fiċ-Ċina li fir-rigward tagħhom l-aspettattivi leġittimi ġew estiżi sal-21.05.2011, id-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali, minħabba li f’dawn il-każijiet kienu jeżistu ostakoli ġuridiċi espliċiti għall-amalgamazzjonijiet internazzjonali).

Ir-rikorrenti jallegaw li skont il-prassi tal-Kummissjoni u skont il-ġurisprudenza, il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni ma jippreġudikax in-natura tal-miżura u għalhekk ma jistax iservi bħala dies ad quem, liema data għandha f’kull każ tikkorrispondi mad-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-ĠUUE.

Min-naħa l-oħra, il-limiti ratione materiae li d-Deċiżjoni timponi fuq l-aspettativi leġittimi rikonoxxuti fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura u d-deċiżjoni finali, billi tillimitahom għall-operazzjonijiet ta’ akkwist ta’ ishma maġġoritarji mwettqa fiċ-Ċina u fl-Indja, ma humiex iġġustifikati. L-imsemmija aspettativi leġittimi għandhom, skont il-ġurisprudenza, jiġu estiżi għall-operazzjonijiet kollha mwettqa fi kwalunkwe pajjiż terz.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/37


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Altadis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-400/11)

2011/C 282/72

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Altadis, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u M. Muñoz de Juan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ t-talba għal prova;

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi ta’ annullament ta’ dan ir-rikors;

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta applikat għall-akkwist ta’ ishma li jimplikaw il-ksib ta’ kontroll, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dan jagħmel l-ordni ta’ rkupru applikabbli għal operazzjonijiet li seħħew qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors fil-ĠUUE

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 1(1) u sussidjarjemant l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn jirreferu għal operazzjonijiet fil-Marokk, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 9566, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk diġà invokati fil-Kawża T-399/11, Banco de Santander u Santusa Holding vs Il-Kummissjoni.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/38


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2011 minn Livio Missir Mamachi di Lusignano mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Mejju 2011, fil-Kawża F-50/09, Livio Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/11 P)

2011/C 282/73

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Livio Missir Mamachi di Lusignano (Kerkhove-Avelgem, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Di Gianni, R. Antonini, G. Coppo u A. Scalini, avukati)

Parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża F-50/09, Livio Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Livio Missir Mamachi di Lusignano abbażi tal-Artikolu 236 KE u tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-3 ta’ Frar 2009 u għall-kumpens mill-Kummissjoni tad-danni morali u materjali li rriżultaw mill-qtil ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano u tal-konjuġi tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-kumpens, favur l-appellant u l-benefiċjarji ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano rappreżentati minnu, ta’ somma flus bħala kumpens għad-danni morali u materjali subiti minnhom, kif ukoll għad-dannu morali subit mill-vittma qabel il-mewt tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju, li jgħid li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta qies li t-talba intiża għall-kumpens tad-dannu morali subit mill-appellant, minn Alessandro Missir u mill-benefiċjarji tiegħu kienet inammissibbli.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellant isostni, l-ewwel nett, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod illoġiku, żbaljat u diskriminatorju l’hekk imsejħa regola ta’ konkordanza, li teħtieġ l-identiċità tal-kawża u tas-suġġett biss bejn l-ilment ippreżentat skont tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u r-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, u mhux bejn it-talba abbażi tal-Artikolu 90(1) u l-ilment abbażi tal-Artikolu 90(2). It-tieni nett, l-appellant isostni li l-interpretazzjoni tar-regola tal-konkordanza pprovduta mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fiha limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit, inter alia, mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni aggravju, li jgħid li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta qies li l-Kummissjoni hija responsabbli għal 40 % biss tad-danni.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku evalwa b’mod żbaljat ir-rapport bejn il-kondotta illegali tal-Kummissjoni u l-konsegwenzi possibbli ta’ dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni, peress li d-dannu kkawżat lill-uffiċjal kien konsegwenza diretta u prevedibbli tal-kondotta negliġenti tal-istituzzjoni. Barra minn hekk, l-appellant isostni li, minkejja li d-dannu ġie kkawżat minn diversi kawżi għaddejjin f’daqqa, il-Kummissjoni għandha tinżamm responsabbli in solidum mal-qattiel għall-kumpens tad-danni. Konsegwentement, it-talba għal kumpens tad-danni mressqa mill-appellant kontra l-Kummissjoni għandha tiġi milqugħa għal 100 % tad-danni.

(3)

It-tielet aggravju, li jgħid li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta qies li l-Kummissjoni, minħabba l-prestazzjonijiet statutorji diġà mwettqa favur l-eredi ta’ Alessandro Missir, kienet ikkumpensat kompletament id-dannu li hija responsabbli għalih.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellant isostni li, fid-dawl tal-prinċipji deduċibbli mill-ġurisprudenza Komunitarja stabbilita, il-prestazzjonijiet statutorji differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 73 ma jistgħux jikkostitwixxu kumpens għad-dannu, peress li dawn huma prestazzjonijiet li huma differenti mill-kumpens tad-dannu taħt id-dritt komuni, minħabba l-kawża, ir-rekwiżiti u l-finalità tagħhom. Konsegwentement, billi l-Kummissjoni ma kkumpensatx kompletament id-dannu li hija responsabbli għalih, din għandha tiġi kkundannata għall-ħlas, favur l-appellant, tal-ammont suffiċjenti sabiex jiżgura l-kumpens totali tad-danni subiti mill-uffiċjal maqtul u mill-benefiċjarji tiegħu.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/39


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 — Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/11)

2011/C 282/74

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Preparados Alimenticios del Sur, SL (Murcia, Spanja) (rappreżentant: I. Acero Campos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li l-każ ta’ remissjoni jintbagħat lid-dwana Spanjola.

tobbliga lill-Kummissjoni li tagħti deċiżjoni dwar it-talba għal remissjoni ppreżentata minn Prealisur S.L. u li taffettwa direttament dik ippreżentata minn Zukan S.L.;

sabiex il-Kummissjoni tagħti deċiżjoni dwar l-imsemmija talba, li tiġi obbligata tadotta l-miżuri u twettaq il-passi neċessarji, inkluż li tieħu miżuri kontra l-Administración Aduanera de España, sabiex tikseb l-elementi neċessarji kollha sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-każ, fosthom id-dokumentazzjoni li ssostni li talbet lid-dwana Spanjola u li din ma pprovdietx.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-29 ta’ Ġunju 2011, li permezz tagħha jinbaghat il-każ ta’ remissjoni lill-Administración Española, sabiex din tagħti deċiżjoni dwar it-talba ta’ remissjoni ppreżentata mir-rikorrenti (Każ Nru 003-004-005-006-2009 RRPP-J Y REC 04/10) peress li ma għandhiex biżżejjed informzzajoni biex tagħti deċiżjoni hija stess dwar il-każ. L-Administración Aduanera Spanjola kienet preċedentement bagħtet l-imsemmi każ lill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regoalment tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur ta’ artikoli speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/1993, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

Qiegħed jiġi allegat, essenzjalment, ksur tal-Artikoli 872 u 873 peress li ma kkomunikatx lir-rikorrenti l-intenzjoni tagħha li tagħti deċiżjoni mhux favorevoli, sabiex hija tkun tista’ tippreżenta osservazzjonijiet f’dan ir-rigward, u talli ma pprovdietx informazzjoni dwar it-talba għal informazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea lill-Administración española u l-proroga konsegwenti tat-terminu sabiex tagħti deċżjoni dwar it-talba għal remissjoni.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, peress li din id-dispożizzjoni ma tipprovdix li l-iżball tad-dwana għandu jkun wieħed attiv, kif qed issostni l-Kummisjsoni, li għalhekk bagħtet lura l-każ minħabba nuqqas ta’ informazzjoni ta’ min wettaq l-iżball, li ma hux għajr id-dwana Spanjola.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni u b’mod konkret l-anness li fih jinsab il-Kodiċi dwar imġieba amministrattiva tajba għall-persunal tal-Kummissjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba, il-linji gwida għal imġieba amministrattiva tajba u d-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ persuni interessati. Skont ir-rikorrenti, il-Kummisjsoni lanqas ma pprovdiet dokument fost dawk mitluba, u lanqas ma wriet interess fir-rigward tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tar-rikors.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Funamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, ksur tal-Artikoli 41, 42, 47, 48 u 51 tal-imsemmija Karta.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 — Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/11)

2011/C 282/75

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Axa Mediterranean Holding, SA (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u M. Muñoz de Juan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ t-talba għal prova;

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi ta’ annullament ta’ dan ir-rikors;

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta applikat għall-akkwist ta’ ishma li jimplikaw il-ksib ta’ kontroll, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dan jagħmel l-ordni ta’ rkupru applikabbli għal operazzjonijiet li seħħew qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors fil-ĠUUE;

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 1(1) u sussidjarjemant l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn jirreferu għal operazzjonijiet fil-Marokk, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 9566, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk diġà invokati fil-Kawża T-399/11, Banco de Santander u Santusa Holding vs Il-Kummissjoni.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/11)

2011/C 282/76

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u M. Muñoz de Juan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ t-talba għal prova;

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi ta’ annullament ta’ dan ir-rikors;

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta applikat għall-akkwist ta’ ishma li jimplikaw il-ksib ta’ kontroll, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dan jagħmel l-ordni ta’ rkupru applikabbli għal operazzjonijiet li seħħew qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors fil-ĠUUE;

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 1(1) u sussidjarjemant l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn jirreferu għal operazzjonijiet fl-Arġentina, fil-Peru u fil-Kolombja, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 9566, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma f’entitajiet barranin.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk diġà invokati fil-Kawża T-399/11, Banco de Santander u Santusa Holding vs Il-Kummissjoni.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/41


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — SRF vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-407/11)

2011/C 282/77

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SRF Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 469/2011, tat 13 ta’ Mejju 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 129, 17.5.2011, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”); u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka raġuni waħda prinċipali fondata fid dritt, li tallega li r-Regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 9(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal Komunità Ewropea (1), li tgħid li:

(1)

L-ewwel nett, l-imsemmi artikolu jistipula li d-dazju antidumping għall esportaturi jew produtturi li għamlu lilhom infushom magħrufa imma ma kinux inklużi fil-kampjun ma għandux jaqbeż il-marġini ta’ dumping medju peżat stabbilit għall-partijiet magħżula fil-kampjun, fejn il-marġni żero u de minimis għandhom jiġu injorati. Billi jimponi dazju antidumping ta’ 15,5 % fuq SRF, ir-Regolament ikkontestat jikser din ir-regola peress li l-marġni ta’ dumping medju peżat għall-partijiet magħżula fil-kampjun, li l-marġni tad dumping tagħhom ma humiex żero jew de minimis huwa anqas minn 15,5 %; u

(2)

It-tieni nett, billi jobbliga lill-produttur esportatur jitlob reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9(6), f’sitwazzjoni li fiha r-rati tad-dazju antidumping eżistenti jiġu aġġustati wara l-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji simultanji, ir-Regolament ikkontestat idaħħal kundizzjoni fl-Artikolu 9(6) li hija assenti fit-test espliċitu ta’ din id-dispożizzjoni, ħaġa li tammonta għall interpretazzjoni mhux permessa mill-Kunsill.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51 (test ikkonsolidat)


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION)

(Kawża T-412/11)

2011/C 282/78

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maharishi Foundation Ltd (St. Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 1293/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TRANSCENDENTAL MEDITATION” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41, 44 u 45 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8246647

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda għal parti mill-prodotti u s-servizzi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u każ irrinvijat quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni għal prosekuzzjoni ulterjuri.

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi: (i) ksur tal-Artikoli 75 u 7(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ddeċidiex b’mod espliċitu fuq l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark, iżda, ikkunsidra, madankollu, li t-trade mark “TRANSCENDENTAL MEDITATION” hija ġenerika; (ii) ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li t-trade mark hija nieqsa minn karattru distintiv; (iii) ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li t-trade mark hija komposta biss minn indikazzjonijiet, li jistgħu jservu, fil-kummerċ, għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi, li għalihom ir-rikorrenti għamlet applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark; u (iv) ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li t-trade mark ma kisbitx karattru distintiv, fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni, bħala konsegwnza tal-użu li sar minnha.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/42


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ġunju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/10, De Nicola vs BEI

(Kawża T-418/11 P)

2011/C 282/79

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investimenti

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel is-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-28 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża F-49/10, dwar:

l-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fil-messaġġ elettroniku tal-11 ta’ Mejju 2010, sa fejn il-BEI ma ppermettix li titkompla l-proċedura amministrattiva u impedixxa l-konċiljazzjoni bonarja tal-kwistjoni, billi rrifjuta impliċitament li jirrimborsa l-ispejjeż mediċi fl-ammont ta’ EUR 3 000;

tikkundanna lill-BEI jħallas is-somma ta’ EUR 3 000 imħallsa mill-appellant għal trattament bil-laser li ġie preskritt lilu u li twettaq fl-Italja, bl-interessi u l-kumpens għad-deprezzament monetarju u l-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin.

A.

Fuq il-fatti

(1)

L-appellant ilmenta li waħda mit-talbiet tiegħu kienet żnaturata u li, fuq it-talba l-oħra, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ppronunċjax ruħu.

(2)

Huwa wkoll ilmenta l-pożizzjoni privileġġjata rriżervata għall-istituzzjoni li, għal darb’oħra, sempliċement affermat ċerti fatti, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mbagħad qies li kienu pprovati.

B.

Fuq it-talba għal annullament

(3)

L-appellant talab l-annullament tad-deċiżjoni tal-11 Mejju 2010, ikkomunikata lilu bil-posta elettronika, sa fejn il-BEI rrifjuta li jaħtar it-tielet tabib, irrifjuta li jibda l-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, u rrifjuta li jirrimborsa lilu s-somma ta’ EUR 3 000 mħallsa mill-appellant għal trattament bil-laser li ġie preskritt lilu u li twettaq fl-Italja.

(4)

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddikjara inammissibbli l-parti tat-talba dwar ir-rifjut li jinħatar it-tielet tabib, billi assuma li l-appellant kellu jikkontesta deċiżjoni ineżistenti tal-24 ta’ Marzu 2008, mingħajr ma spjega r-rabta bejn id-deċiżjoni kkontestata u dak li hu jikkunsidra bħala li jikkawża preġudizzju u mingħajr ma speċifika skont liema regoli l-opinjoni attribwita lill-uffiċjal mediku tal-BEI saret deċiżjoni ta’ rifjut mill-BEI.

(5)

L-appellant isostni li l-opinjoni inkwistjoni, peress li hija att intern fil-proċedura, ma taffettwax ħażin id-dritt u ma tistax tiġi kkontestata b’mod indipendenti.

It-Tribunal fl-ewwel istanza, madankollu, qaleb id-deċiżjonijiet ġurisprudenzjali preċedenti u qies xieraq li jintroduċi terminu ta’ tliet xhur għall-preżentata ta’ appell minn kull att intern fil-proċedura, billi stabbilixxa li t-terminu li fih titressaq azzjoni quddiem il-qorti jibda jiddekorri mill-istess data li fiha l-membru tal-persunal jippreżenta t-talba, indipendentement mill-adozzjoni ta’ provvedimenti u mingħajr lanqas ikun jaf il-motivazzjoni.

(6)

L-appellant jikkontesta s-sistema sħiħa ta’ regoli li, prevista għall-istituzzjonijiet pubbliċi, li t-Tribunal fl-ewwel istanza qed jassumi li japplikaw għall-BEI, li huwa organizzat bħala bank privat u li l-membri tal-persunal tiegħu għandhom kuntratti ta’ xogħol li jaqgħu taħt id-dritt privat. Minn dan isegwi li l-atti li jirrigwardaw lill-membri tal-persunal ma humiex atti amministrattivi u ma jikkostitwixxux l-eżerċizzju tal-poter pubbliku, ma humiex awtorevoli u ma jgawdu l-ebda preżunzjoni ta’ leġittimità. Għalhekk, ma teżisti ebda analoġija mal-uffiċjali pubbliċi, u lanqas ma huwa neċessarju li tiġi assenjata stabbiltà immedjata lill-atti organizzattivi adottati fl-istess kuntest ta’ kwalunkwe bank privat.

(7)

Barra minn hekk, l-appellant jilmenta dwar l-illoġiċità tal-motivazzjoni tas-sentenza fil-parti tagħha fejn eskludiet żball skużabbli tiegħu u attribwixxiet l-għarfien tiegħu ta’ att li kien ġie nnotifikat biss lill-avukat tiegħu.

(8)

Fl-aħħar nett huwa jilmenta li fi kwalunkwe sistema legali, l-att li jkun null jista’ jiġi kkontestat fi kwalunkwe mument u mhux biss fiż-żmien qasir ipprovdut għal revoka tal-atti annullabbli.

(9)

Fir-rigward tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-appellant issostni li din ma hijiex kundizzjoni proċedurali, madankollu b’mod illeġittimu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qed jekwiparaha mar-rikors amministrattiv li għandu jiġi ppreżentat mill-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, rikors amministrattiv li huwa obbligatorju u li jiddefinixxi l-portata tal-konjizzjoni ulterjuri tal-qorti.

(10)

Fir-rigward tar-rifjut li tinbeda l-imsemmija proċedura ta’ konċiljazzjoni, l-appellant isostni li d-deċiżjoni tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku hija illeġittima peress li l-bank qatt ma jista’ jirrifjuta l-imsemmija proċedura.

Minn dan isegwi, minn naħa, li l-ebda motivazzjoni tista’ leġittimament issostni dan ir-rifjut u, min-naħa l-oħra, li mat-talba li tintlaqa’ tal-membru tal-persunal għandha twassal għar-responsabbiltà aggravata tal-bank u mingħajr ebda dubju l-kkundanna għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

(11)

Fir-rigward tar-rifjut impliċitu li jirrimborsa l-ispejjeż tat-trattament bil-laser, De Nicola jsostni li nuqqas ta’ motivazzjoni huwa sinjal ċar ta’ abbuż ta’ poter, peress li r-rimbors ma jistax leġittimament jiġi rrifjutat barra fi tliet każijiet biss, filwaqt li n-nuqqas ta’ att formali li jikkostitwixxi nullità assoluta li, bħala tali, jista’ jiġi kkontestat fi kwalunkwe mument.

(12)

Fl-aħħar nett, għandu ċertament titqies li hija illeġittima d-deċiżjoni li biha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas li jiddeċiedi, peress li assuma li ma kellux l-elementi neċessarji.

C.

Fuq it-talba għal kundanna

(13)

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li din it-talba hija inammissibbli minħabba lis pendens, fejn il-lis pendens ma hijiex prevista mir-Regoli tal-Proċedura. Barra minn hekk, huwa ma spjegax kif jista’ jkun hemm identiċità fit-talbiet bejn kawża li pendenti fl-ewwel istanza u kawża li pendenti fl-appell, lanqas ma ċċara kif u min kien ipprova l-fatti li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni.

(14)

Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li l-fatt li jintlaqa’ l-appell u tinbidel is-sentenza kkontestata jwassal għal deċiżjoni ġdida dwar l-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Ellinika Touristika Akinita vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/11)

2011/C 282/80

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ellinika Touristika Akinita A.E. (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Fragkakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors fl-intier tiegħu;

tannulla u tinvalida d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni indirizzata lir-Repubblika Ellenika;

tordna li kull somma li setgħet ġiet “irkuprata” direttament jew indirettament mingħand ir-rikorrenti b’implementazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tiġi rrimborsata flimkien mal-interessi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3504 finali, tal-24 ta’ Mejju 2011 dwar għajnuna mill-Istat lil ċerti każinos Griegi, Nru C 16/2010 (ex NN 22/2010, ex CP 318/2009), li ġiet implementata mir-Repubblika Ellenika.

Ir-rikorrenti tinvoka s-segwenti motivi għal annullament.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE u għoti insuffiċjenti ta’ raġunijiet bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE. B’mod partikolari, il-miżura inkwistjoni: (i) ma tiżgurax vantaġġ ekonomiku lill-każino ta’ Parintha u dak ta’ Corfu permezz tat-trasferiment tar-riżorsi tal-Istat, (ii) ma hijiex ta’ natura selettiva u (iii) ma tistax taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma tfixkilx jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339). B’mod partikolari: (i) l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali jista’ jintalab biss mingħand il-benefiċjarji effettivi tal-għajnuna u (ii) ma hemmx identità bejn il-benefiċjarji effettivi tal-miżura inkwistjoni (il-kljienti tal-każinos) u l-persuni li lilhom ġiet indirizzata l-ordni għall-irkupru (il-każinos ta’ Corfu, Parnitha u Thessaloniki), li ma ntalbux flus għall-biljetti tad-dħul.

(3)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 14(1)(b) ta’ dak ir-regolament. L-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni jmur kontra: (i) il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u (ii) il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/44


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2011 — Qualitest FZE vs Il-Kunsill

(Kawża T-421/11)

2011/C 282/81

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualitest FZE (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: M. Catrain González, avukat, E. Wright u H. Zhu, Barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011 tat-23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; u

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser l-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 296 TFUE sabiex jiddikjara r-raġunijiet li għalihom ġiet inkluża r-rikorrenti fil-miżuri kkontestati.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser id-dritt għad-difiża tar-rikorrenti meta naqas milli jinkludi kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ raġunijiet fil-miżuri kkontestati bħal:

In-nuqqas ta’ kwalunkwe ġustifikazzjoni ma tippermettix lir-rikorrenti sabiex tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar l-informazzjoni jew materjal ippreżentati kontra tagħha; u

Dawn in-nuqqasijiet jikkostitwixxu ksur fundamentali tal-obbligi tal-konvenut fir-rigward tal-miżuri kkontestati u jagħmluhom invalidi sa fejn dawn ikunu japplikaw għar-rikorrenti.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li r-rikorrenti kienet involuta fl-akkwist ta’ komponenti għall-programm nukleari Iranjan u li l-kundizzjonijiet legali għall-inklużjoni tagħha kienu ġew sodisfatti.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/44


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Cementos Molins vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-424/11)

2011/C 282/82

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cementos Molins, SA (Sant Vicenç del Horts, Spanja) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas u M. López Garrido, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (1).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE.

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107 TFUE, meta tqis li l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għall-akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin previst mill-Artikolu 12(5) tat-TRLIS (Att Spanjol dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. Ir-rikorrenti ssostni li fl-imsemmija amortizzazzjoni ma humiex preżenti l-elementi ta’ vantaġġ, ta’ preġudizzju għall-kummerċ intra-Komunitarju u lanqas ta’ selettività.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-obbligu ta’ motivazzjoni flimkien mal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet, fejn it-tnejn jikkonċernaw il-perijodu tal-aspettattivi leġittimi stabbilit fl-Artikolu 1(2) u (3) tad-deċiżjoni kkontestata.

L-ewwel parti tat-tieni motiv: prinċipalment, ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrenti ssostni li l-aspettattivi leġittimi għandhom jipproteġu kontra l-irkupru tal-għajnuna lill-benefiċjarji kollha tal-għajnuna sad-data ta’ pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, peress li l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ma hijiex biżżejjed sabiex tippreġudika l-aspettattivi leġittimi li nħolqu bħala riżultat tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Parlament Ewropew.

It-tieni parti tat-tieni motiv: sussidjarjament, ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet żball meta eskludiet mill-perijodu ta’ aspettattivi leġittimi l-ġurnata sħiħa tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. L-ewwel nett, mid-dritt Komunitarju jirriżulta li l-aħħar ġurnata ta’ terminu għandha tinftiehem bħala kompletament inkluża f’dan it-terminu, it-tieni nett, l-esklużjoni tal-imsemmija ġurnata mill-perijodu ta’ aspettattivi leġittimi fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata hija inkomptabbli mal-motivazzjoni tagħha.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità flimkien mal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Ir-rikorrenti ssostni li jirriżulta sproporzjonat li l-Kummissjoni teħtieġ, sabiex il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jiġi applikat fil-każ tal-Artikolu 1(4) tad-deċiżjoni kkontestata, li jeżistu ostakoli legali espressi għall-kombinament tan-negozju transkonfinali.


(1)  ĠU L 135, p. 1.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/45


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/11)

2011/C 282/83

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Milonopoulos u K. Boskovits)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3504 finali, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar għajnuna mill-Istat favur ċerti każinos Griegi, Nru C 16/2010 (ex NN 22/2010, ex CP 318/2009).

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tressaq il-motivi ta’ annullament li ġejjin.

(1)

L-ewwel motiv : Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFEU dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta hija żbaljat meta tqis li prezz ta’ dħul inqas għal ċerti każinos jagħti lil dawn tal-aħħar vantaġġ permezz ta’ tnaqqis fid-dħul Statali. Barra minn hekk, l-allegati benefiċjarji tal-għajnuna ma humiex f’pożizzjoni legali u fattwali paragunabbli ma’ dik ta’ każinos oħra li joperaw fil-Ġreċja, u għaldaqstant, il-kummerċ intra-Komunitarju ma huwiex affettwat u l-kummerċ fis-suq intern ma huwiex distort.

(2)

It-tieni motiv : motivazzjoni inadattata, insuffiċjenti u kuntradittorja fir-rigward tal-istabbiliment ta’ għajnuna mill-Istat.

Ir-rikorrenti tosserva b’mod partikolari li l-motivazzjoni hija kontradittorju peress li taċċetta li prezz inqas ta’ biljett jista’ jżid il-klijenti fil-każinos inkwistjoni, filwaqt li fl-istess ħin tikkontesta ż-żieda fid-dħul tal-Istat minħabba din iż-żieda ta’ klijenti. Barra minn hekk, il-motivazzjoni hija insuffiċjenti fir-rigward tal-prova tal-vantaġġ u fl-istabbiliment ta’ effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju u hija ovvjament żbaljat fir-rigward tal-prova tan-natura selettiva tal-miżura.

(3)

It-tielet motiv : L-irkupru tal-għajnuna jikser l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 (1).

B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-għajnuna ma hijiex imfittxa mingħand il-benefiċjarji reali, jiġifieri l-klijenti tal-każinos li jżommu prezz ta’ biljett inqas. Barra minn hekk, l-irkupru huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, minħabba l-ġurisprudenza preċedenti tal-Kunsill tal-Istat Grieg u l-aġir tal-konvenuta, u għall-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità peress li timponi piżijiet sproporzjonati u mhux ġustifikati fuq l-allegati benefiċjarji tal-għajnuna u ssaħħah il-pożizzjoni kompetittiva tal-każinos li l-prezz tal-biljett tagħhom huwa ta’ EUR 12.

(4)

Ir-raba’ motiv : Il-konvenuta kkalkolat b’mod żbaljat is-somom li għandhom jiġu rkuprati.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma tistax tikkalkola b’mod preċiż l-allegat vantaġġ tal-benefiċjarji tal-għajnuna u ma tieħux inkunsiderazzjoni l-effett li l-prezz orħos ta’ biljett kellu jew setgħa kellu fuq id-domanda.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/46


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Maharishi Foundation vs UASI (MÉDITATION TRANSCENDANTALE)

(Kawża T-426/11)

2011/C 282/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maharishi Foundation Ltd (St. Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ April 2011 fil-Każ R 1294/2010-2;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “MÉDITATION TRANSCENDANTALE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 41, 44 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8246704

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda għal parti mill-prodotti u s-servizzi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u l-każ intbagħat quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni għal evalwazzjoni ulterjuri

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi: (i) ksur tal-Artikoli 75 u 7(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ddeċidiex speċifikament dwar l-Artikolu 7(1)(a) tar-RTMK, iżda madankollu, ikkunsidra li t-trade mark “MÉDITATION TRANSCENDANTALE” hija ġenerika; (ii) ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li t-trade mark hija nieqsa minn kull karattru distintiv; (iii) ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li t-trade mark tikkonsisti esklużivament minn indikazzjonijiet, li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi, li għalihom ir-rikorrenti applikat għal trade mark; u (iv) ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li t-trade mark ma saritx distintiva fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi, li għalihom hija mitluba reġistrazzjoni bħala konsegwenza tal-użu, li sar minnha.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/11)

2011/C 282/85

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, avukat, M. Núñez-Müller, avukat, u J. Domínguez Pérez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(4) u (5) tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, jew temenda l-portata tiegħu kif xieraq, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Jannar 2011, fil-Każ Nru C 45/2007 (ex NN 51/2007, ex CP 9/2007), dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin implimentata minn Spanja (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE billi tikkunsidra li l-Artikolu 12(5) tat-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades español (l-Liġi kkonsolidata dwar it-taxxa tad-dħul tal-kumpanniji Spanjoli, iktar ’il quddiem “TRLIS”) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat peress li jippermetti l-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma ta’ kumpanniji barra mill-Komunità.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ dritt u ksur tal-proċedura billi tikkunsidra li sabiex jiġi konkluż li miżura hija għajnuna mill-Istat li għandha tiġi pprojbita fl-intier tagħha, huwa biżżejjed li l-applikazzjoni tagħha twassal għal ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi li jikkostitwixxu għajnuna.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi d-Deċiżjoni tikkonkludi li: (i) il-miżura hija għajnuna illegali fl-intier tagħha inkluż fir-rigward ta’ pajjiżi bħaċ-Ċina jew l-Indja u pajjiżi oħra fejn intweriet jew tista’ tintwera l-eżistenza ta’ ostakoli legali espliċiti għall-aggregazzjonijiet transkonfinali ta’ impriżi, u li (ii) il-miżura hija għajnuna mill-Istat inkompatibbli fl-intier tagħha, inkluż fl-awtorizzazzjoni tat-tnaqqis tal-avvjament fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ maġġoranza ta’ ishma f’impriżi barranin barra mill-Unjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali peress li l-Kummissjoni ddevjat mil-linji gwida tal-Komunikazzjoni dwar it-tassazzjoni diretta u mill-prassi amministrattiva tagħha.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi l-Kummissjoni ma vverifikatx il-portata eżatta tal-ostakoli prattiki għall-fużjoni kummerċjali barra mill-Komunità.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-portata tal-aspettativi leġittimi rikonoxxuti fid-Deċiżjoni.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tad-Deċiżjoni.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/47


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/11)

2011/C 282/86

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, avukat, M. Núñez-Müller, avukat, u J. Domínguez Pérez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(4) u (5) tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, jew temenda l-portata tiegħu kif xieraq, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Jannar 2011, fil-Każ Nru C 45/2007 (ex NN 51/2007, ex CP 9/2007), dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin implimentata minn Spanja.

Il-motivi u l-argumenti priċipali huma dawk li diġà ġew invokati fil-Kawża T-429/11 BBVA vs Il-Kummissjoni.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/47


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-431/11)

2011/C 282/87

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, avukat, M. Núñez-Müller, avukat, u J. Domínguez Pérez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(4) u (5) tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, jew temenda l-portata tiegħu kif xieraq, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Jannar 2011, fil-Każ Nru C 45/2007 (ex NN 51/2007, ex CP 9/2007), dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin implimentata minn Spanja.

Il-motivi u l-argumenti priċipali huma dawk li diġà ġew invokati fil-Kawża T-429/11 BBVA vs Il-Kummissjoni.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/48


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2011 — Europäisch-Iranische Handelsbank vs Il-Kunsill

(Kawża T-434/11)

2011/C 282/88

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Europäisch-Iranische Handelsbank AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gadhia u S. Ashley, Solicitors, H. Hohmann, avukat, D. Wyatt, Queen’s Counsel, u R. Blakeley, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-paragrafu 1 tat-Tabella B tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK (1), għal dak li jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-paragrafu 1 tat-Tabella B tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011 (2), għal dak li jirrigwarda lir-rikorrenti;

tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (3) ma japplikax għar-rikorrenti;

tiddikjara li l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 (4) ma japplikax għar-rikorrenti; u

tordna lill-konvenut sabiex ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser ir-rekwiżiti proċedurali, bħal:

li ma pprovdiex motivi adegwati, preċiżi u suffiċjenti biżżejjed, u

li naqas milli josserva d-dritt għad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk kinux ġew sodisfatti l-kriterji għall-inklużjoni tar-rikorrenti taħt il-miżuri kkontestati, peress li t-tranżazzjonijiet li b’referenza għalihom mid-dehra ġiet inkluża wkoll ir-rikorrenti kienu jew awtorizzati jew konformi mas-sentenzi u gwida tal-awtorità nazzjonali kompetenti (il-Bank Ċentrali Ġermaniż).

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser l-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti li hija ma kinitx ser tkun sanzjonata bl-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq kondotta li kienet awtorizzata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Sussidjarjament, sanzjoni lir-rikorrenti f’ċirkostanzi bħal dawn tirrappreżenta ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u d-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-inklużjoni tar-rikorrenti hija bi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà tagħha u/jew tad-dritt li tamministra n-negozju tagħha u tikser b’mod manifest tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li jekk l-awtorità, li taħtha l-konvenut jidher li aġixxa, hija mandatorja, din l-awtorità hija illegali peress li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65)

(2)  Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26)

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39)

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1)


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Apotheke DocMorris vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ salib aħdar)

(Kawża T-173/10) (1)

2011/C 282/89

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Apotheke DocMorris vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ salib aħdar u abjad)

(Kawża T-196/10) (1)

2011/C 282/90

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2011 — SNCF vs UASI — Infotrafic (infotrafic)

(Kawża T-491/10) (1)

2011/C 282/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011

V vs Il-Parlament

(Kawża F-46/09) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Kapaċità fiżika - Eżami mediku ta’ reklutaġġ - Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni ta’ natura personali - Sigriet mediku - Trasferiment ta’ informazzjoni medika bejn l-istituzzjonijiet - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata)

2011/C 282/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: V (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: É. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: M. V. Pérez Asinari u H. Kranenborg, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-parir mediku ta’ inkapaċità fiżika tat-18 ta’ Diċembru 2008 u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tar-revoka tal-offerta ta’ impjieg li kienet saret qabel lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 li permezz tagħha l-Parlament Ewropew irrevoka l-offerta ta’ impjieg li kien għamel lil V hija annullata.

(2)

Il-Parlament Ewropew għandu jħallas lil V is-somma ta’ EUR 25 000.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tar-rikorrent.

(5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 11, 16.01.10.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Lulju 2011 — Gozi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-116/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Obbligu ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rimbors tal-ispejjeż tal-avukati sostnuti fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja quddiem qorti nazzjonali)

2011/C 282/93

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sandro Gozi (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Passalacqua, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-ispejjeż li r-rikorrent sostna fil-kuntest ta’ proċedura kriminali quddiem qorti ta’ Stat Membru.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

S. Gozi għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 55, 19.02.11, p. 38


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/50


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża F-73/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għad-danni, segwita minn deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-imsemmija talba - Ilment preċedenti tardiv kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Inammissibbiltà)

2011/C 282/94

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Angel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent u t-talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 301, 06.11.10, p. 63.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/51


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 Alari vs Il-Parlament

(Kawża F-38/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu - Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi l-promozzjoni ta’ uffiċjal trasferit)

2011/C 282/95

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gianluigi Alari (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

(2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tar-rikorrent.


(1)  ĠU C 179, 18.06.11., p. 22


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/51


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/11)

2011/C 282/96

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent sabiex jiġġedded il-kuntratt tiegħu bħala aġent temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg (RAA).

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2011 tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent sabiex jiġġedded il-kuntratt tiegħu bħala aġent temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg (RAA);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/51


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/11)

2011/C 282/97

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-President tal-ġurija fil-kompetizzjoni “EPSO/AST/111/10 (AST 1)” li r-rikorrent ma tiġix ammessa għall-provi ta’ evalwazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni adottata fis-7 ta’ April 2011 li tirrifjuta lir-rikorrent id-dritt li jipparteċipa fil-provi ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji fil-grad AST 1;

konsegwentement, jiġi ddikjarat li hemm lok li jiġi integrat mill-ġdid ir-rikorrent fil-proċess tar-reklutaġġ li kien inħoloq mill-imsemmija kompetizzjoni, u fejn huwa meħtieġ jiġu organizzati provi ta’ evalwazzjoni ġodda;

sussidjarjament, fil-każ li t-talba prinċipali ma tiġix milqugħa, quod non, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 20 000, bħala kumpens għad-danni materjali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal Eur 20 000, bħala kumpens għad-danni morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-68/11)

2011/C 282/98

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li temmet il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem, l-AKTK) tat-30 ta’ Settembru 2010, li temmet il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tagħha;

kif ukoll, u sa fejn ikun meħtieġ: tannulla d-deċiżjoni tal-AKTK tal-14 ta’ April 2011, li tiċħad l-ilment ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2010 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/52


Rikors ippreżentat fid-20 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-69/11)

2011/C 282/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ma jinħatarx ir-rikorrent bħala Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u li jinħatar kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri biex tinħatar persuna oħra bħala d-Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u d-deċiżjoni li ma jinħatarx ir-rikorrent għal dan l-impjieg;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas kumpens għad-danni materjali subiti li jikkonsistu f’telf ta’ drittijiet finanzjarji marbuta mad-deċiżjonijiet ikkontestati (inkluż dak li jirrigwarda l-karriera u d-drittijiet tal-pensjoni) u għalhekk, il-ħlas ta’ dawn id-drittijiet mill-1 ta’ Jannar 2001;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas Euro 1 simboliku bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/52


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/11)

2011/C 282/100

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008; iktar preċiżament il-parti ta’ dan ir-rapport li hija stabbilita mill-EUROSTAT għal dan l-istess perijodu.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/53


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/11)

2011/C 282/101

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix aċċettat għal-istadju tat-testijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/181/10.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (iktar ’il quddiem l-“EPSO”) tal-20 ta’ Awwissu 2010 u tal-15 ta’ Settembru 2011, li tinformah li huwa ma kienx ġie aċċettat għall-istadju tat-testijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/181/10 (iktar ’il quddiem: id-“deċiżjoni kkontestata”);

kif ukoll, u sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tal-15 ta’ April 2011, li tiċħad l-ilment tiegħu tal-10 ta’ Novembru 2010 kontra d-deċiżjoni kkontestata (iktar ’il quddiem: id-“deċiżjoni ta’ ċaħda”);

konsegwentement, jordna r-riintegrazzjoni tiegħu fil-proċess ta’ selezzjoni, jekk meħtieġ permezz tal-implementazzjoni ta’ sessjoni ġdida ta’ testitjiet;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta’ Lulju 2011 — Putterie vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-31/07 RENV) (1)

2011/C 282/102

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża minħabba li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 117, 26.05.2007, p. 38.